This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52008XC0530(07)
Explanatory notes to the Combined Nomenclature of the European Communities
Noti ta’ spjega għan-nomenklatura magħquda ta' l-Unjoni Ewropea
Noti ta’ spjega għan-nomenklatura magħquda ta' l-Unjoni Ewropea
ĠU C 133, 30.5.2008, p. 1–402
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
30.5.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 133/1 |
NOTI TA’ SPJEGA GĦAN-NOMENKLATURA MAGĦQUDA TA' L-UNJONI EWROPEA
(2008/C 133/01)
Publikazzjoni magħmula skond Artiklu 9 (1) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni (1)
SOMMARJU
Prefazjoni
A. |
Regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-nomenklatura magħquda |
Ċ. |
Regoli applikabbli kemm għan-nomenklatura kif ukoll għad-dazji |
Taqsima I
Annimali ħajjin; prodotti minn annimali
1 |
Annimali ħajjin |
2 |
Laħam u ġewwieni li jittiekel |
3 |
Ħut u krustaċji, molluski u invertebrati akwatiċi oħrajn |
4 |
Prodotti tal-ħalib; bajd tat-tjur; għasel naturali; prodotti tajbin għall-ikel ġejjin minn annimali, li mhumiex imsemmijin jew inklużi band’oħra |
5 |
Prodotti ġejjin mill-annimali li mhumiex speċifikati jew inklużi band’oħra |
Taqsima II
Prodotti veġetali
6 |
Siġar ħajjin u pjanti oħrajn; basal, għeruq u bħalhom; fjuri maqtugħin u weraq ornamentali |
7 |
Veġetali u ċerti għeruq u tuberi tajbin għall-ikel |
8 |
Frott u ġewż tajbin għall-ikel; qoxra tal-frott taċ-ċitru jew bettieħ |
9 |
Kafè, tè, matè u ħwawar |
10 |
Ċereali |
11 |
Prodotti ta’ l-industrija tat-tħin; malt; lamti; inulina; glutina tal-qamħ |
12 |
Żrieragħ u frott żejtnin; diversi qmuħ, żrieragħ u frott; pjanti industrijali jew mediċinali; tiben u magħlef |
13 |
Gommalakka; gomom, rażi, u linef u estratti veġetali oħrajn |
14 |
Materjali veġetali tat-trizza; prodotti veġetali li mhumiex imsemmijin jew inklużi band’oħra |
Taqsima III
Xaħmijiet u żjut ta’ annimali jew ħxejjex u prodotti mill-qsim tagħhom; xaħmijiet ippreparati tajbin għall-ikel; xemgħat ta’ annimali jew ħxejjex
15 |
Xaħmijiet u żjut ta’ annimali jew ħxejjex u prodotti mill-qsim tagħhom; xaħmijiet ippreparati tajbin għall-ikel; xemgħat ta’ annimali jew ħxejjex |
Taqsima IV
Preparazzjonijiet ta’ l-ikel; xorb, spirti u ħall; tabakk u sostituti manifatturati tat-tabakk
16 |
Preparazzjonijiet ta’ laħam, ta’ ħut jew ta’ krustaċej, molluski jew invertebrati akkwatiċi oħrajn |
17 |
Zokkor u ħelu taz-zokkor |
18 |
Kawkaw u preparazzjonijiet tal-kawkaw |
19 |
Preparazzjonijiet ta’ ċereali, dqiq, lamtu jew ħalib; prodotti ta’ koki ta’ l-għaġina |
20 |
Preparazzjonijiet ta’ ħxejjex, frott, ġewż u partijiet oħrajn ta’ pjanti |
21 |
Preparazzjonijiet diversi tajbin għall-ikel |
22 |
Xorb, spirti u ħall |
23 |
Fdal u skart mill-industrija ta’ l-ikel; għalf ta’ l-annimali ppreparat |
24 |
Tabakk u sostituti manifatturati ta’ tabakk |
Taqsima V
Prodotti minerali
25 |
Melħ; kubrit; trabijiet u ħaġar; materjali tat-tikħil, ġir u siment |
26 |
Minerali (ores), gagazza u rmied |
27 |
Karburanti minerali, żjut minerali u prodotti tad-distillazzjoni tagħhom; sustanzi bituminużi; xemgħat minerali |
Taqsima VI
Prodotti ta’ l-industrija kimika jew dawk relatati magħha
28 |
Kimiċi inorganiċi; komposti organiċi jew inorganiċi ta’ metalli prezzjużi, ta’ elementi kimiċi metalliċi rari (rare-earth metals), ta’ elementi radjoattivi jew ta’ isotopi |
29 |
Kimiċi organiċi |
30 |
Prodotti farmaċewtiċi |
31 |
Fertilizzanti |
32 |
Estratti għall-ikkunzar jew għaż-żbigħ; tannini u derivattivi tagħhom; żebgħa, pigmenti u materjal ieħor taż-żbigħ; żebgħa u verniċi; stokk u gomom oħrajn; linek |
33 |
Żjut essenzjali u reżinojdi; preparazzjonijiet ta’ fwejjaħ, kosmetiċi jew tat-twaletta |
34 |
Sapun, aġenti organiċi li jaġixxu fuq il-proprjetajiet li jxarrbu (surface-active), preparazzjonijiet għal ħasil, preparazzjonijiet għal lubrikar, xemgħat artifiċjali, xemgħat ippreparati, preparazzjonijiet għal lostrar jew għal għorik, xemgħat u oġġetti simili, pasta għal mudellar, xemgħat dentali (dental waxes) u preparazzjonijiet dentali b’bażi ta’ġibs |
35 |
Sustanzi albuminojdali; lamti modifikati; kolol; enżimi |
36 |
Splussivi; prodotti pirotekniċi; sulfarini; ligi piroforiċi; ċerti preparazzjonijiet kombustibbli |
37 |
Oġġetti fotografiċi jew ċinematografiċi |
38 |
Diversi prodotti kimiċi |
Taqsima VII
Plastiks u oġġetti tagħhom; gomma u oġġetti tagħha
39 |
Plastiks u oġġetti tagħhom |
40 |
Gomma (lastiku) u oġġetti tagħha |
Taqsima VIII
Ġlud mhux maħdumin, ġilda, ferijiet u oġġetti magħmulin minnhom; oġġetti tas-sarraġ u xedd; oġġetti għas-safar, boroż ta’ l-idejn u kontenituri simili; oġġetti tal-korda tal-musrana (ħlief musrana tad-dudu tal-ħarir)
41 |
Ġlud mhux maħdumin (ħlief ferijiet) u ġilda |
42 |
Oġġetti tal-ġilda; oġġetti tas-sarraġ u xedd; oġġetti għas-safar, boroż ta’ l-idejn u kontenituri simili; oġġetti tal-musrana ta’ annimali (ħlief musrana tad-dudu tal-ħarir) |
43 |
Ferijiet u fer artifiċjali; manifatturi tagħhom |
Taqsima IX
Injam u oġġetti ta’ l-injam; faħam ta’ l-injam; sufra u oġġetti tas-sufra; manifatturi ta’ tiben, ta’ spartu jew ta’ materjali oħrajn tat-trizza; xogħol tal-qfief u xogħol tal-qasab
44 |
Injam u oġġetti ta’ l-injam; faħam ta’ l-injam |
45 |
Sufra u oġġetti ta’ sufra |
46 |
Manifatturi ta’ tibna, ta’ spartu jew materjali oħrajn ta’ trizza; xogħol tal-qfief u xogħol tal-qasab |
Taqsima X
Polpa ta’ l-injam jew ta’ materjal ieħor ċellulożiku fibruż; (skart u fdal ta’) karta jew kartun irkuprat; karta u kartun u oġġetti magħmulin minnhom
47 |
Polpa ta’ l-injam jew ta’ materjal ieħor ċellulożiku fibruż; (skart u fdal ta’) karta jew kartun irkuprat |
48 |
Karta u kartun; oġġetti ta’ polpa tal-karta, tal-karta jew tal-kartun |
49 |
Kotba stampati, gazzetti, stampi u prodotti oħrajn ta’ l-industrija ta’ l-istampar; manuskritti, testi ttajpjati u pjanti |
Taqsima XI
Tessuti u oġġetti ta’ tessuti
50 |
Ħarir |
51 |
Suf, xagħar fin jew aħrax ta’ annimali; ħjut u drapp minsuġ minn krin |
52 |
Qoton (tajjar) |
53 |
Fibri oħrajn ta’ tessuti veġetali; ħjut tal-karta u drappijiet minsuġin minn ħjut tal-karta |
54 |
Filamenti magħmulin mill-bniedem; strixxi u oġġetti simili ta’ materjali tessili magħmulin mill-bniedem |
55 |
Fibri magħmulin mill-bniedem ta’ qisien ta’ qosor predeterminat (staple) |
56 |
Materjal tessili artab, feltru u materjali mhux minsuġin; ħjut speċjali; spag, ċwiemi, ħbula u kejbils u oġġetti minnhom |
57 |
Twapet u kisi ta’ l-art ieħor ta’ tessuti |
58 |
Drappijiet minsuġin speċjali; drappijiet ta’ tessuti bil-bżiebeż; bizzilla; tapizzeriji; aċċessorji; rakkmu |
59 |
Drappijiet ta’ tessuti mimlijin b’sustanza oħra (impregnated), miksijin, mgħottijin jew laminati; oġġetti ta’ tessuti ta’ tip tajjeb għal użu industrijali |
60 |
Drappijiet maħdumin bil-labar (knitted) jew bil-ganċ (crocheted) |
61 |
Oġġetti ta’ lbies u aċċessorji tal-ħwejjeġ, maħdumin bil-labar (knitted) jew bil-ganċ (crocheted) |
62 |
Oġġetti ta’ lbies u aċċessorji tal-ħwejjeġ, mhux maħdumin bil-labar (knitted) jew bil-ganċ (crocheted) |
63 |
Oġġetti oħrajn manifatturati ta’ tessuti; settijiet; ħwejjeġ li jintlibsu u oġġetti ta’ tessuti li jintlibsu; ċraret |
Taqsima XII
Ilbies għar-riġlejn, ilbies għar-ras, umbrelel, umbrelel tax-xemx, bsaten għall-mixi, bsaten-siġġu, swat, frosti u partijiet tagħhom; rix ippreparat u oġġetti magħmulin minnu; fjuri artifiċjali; oġġetti ta’ xagħar uman
64 |
Ilbies għar-riġlejn, getti u bħalhom; partijiet ta’ dawn l-oġġetti |
65 |
Ilbies għar-ras u partijiet tiegħu |
66 |
Umbrelel, umbrelel tax-xemx, bsaten għall-mixi, bsaten-siġġu, swat, frosti u partijiet tagħhom |
67 |
Rix u l-ewwel rix (down) ippreparati u oġġetti magħmulin minn rix jew mill-ewwel rix; fjuri artifiċjali; oġġetti ta’ xagħar uman |
Taqsima XIII
Oġġetti tal-ġebel, ġibs, siment, asbestos, mika jew materjali simili; prodotti ta’ ċeramika; ħġieġ u oġġetti tal-ħġieġ
68 |
Oġġetti tal-ġebel, ġibs, siment, asbestos, mika jew materjali simili |
69 |
Prodotti ta’ ċeramika |
70 |
Ħġieġ u oġġetti tal-ħġieġ |
Taqsima XIV
Perli naturali jew kultivati, ħaġar prezzjuż jew semi-prezzjuż, metalli prezzjużi, metalli miksijin b’metall prezzjuż, u oġġetti tagħhom, ġojjelli artifiċjali; munita
71 |
Perli naturali jew kultivati, ħaġar prezzjuż jew semi-prezzjuż, metalli prezzjużi, metalli miksijin b’metall prezzjuż, u oġġetti tagħhom, ġojjelli artifiċjali; munita |
Taqsima XV
Metalli ta’ valur baxx u oġġetti ta’ metalli ta’ valur baxx
72 |
Ħadid u azzar |
73 |
Oġġetti ta’ ħadid jew azzar |
74 |
Ram u oġġetti tiegħu |
75 |
Nikil u oġġetti tiegħu |
76 |
Aluminju u oġġetti tiegħu |
77 |
(Riservata għal li jista’ jkun għal użu ’l quddiem fis-sistema armonizzata) |
78 |
Ċomb u oġġetti tiegħu |
81 |
Metalli oħrajn ta’ valur baxx; ċermiti; oġġetti tagħhom |
82 |
Għodod, tagħmir, pożati, mgħaref u frieket, ta’ metall ta’ valur baxx; partijiet tagħhom ta’ metall ta’ valur baxx |
83 |
Taħlita ta’ oġġetti ta’ metall ta’ valur baxx |
Taqsima XVI
Makkinarju u għodod mekkaniċi; apparat elettriku; partijiet tagħhom; strumenti li jirrekordjaw u strumenti li jirriproduċu l-ħoss; strumenti li jirrekordjaw u strumenti li jirriproduċu stampa u ħoss televiżivi u partijiet u aċċessorji ta’ dawn l-oġġetti
84 |
Reatturi nukleari, kaldaruni (boilers), makkinarju u għodod mekkaniċi; partijiet tagħhom |
85 |
Makkinarju u tagħmir elettriku u partijiet tagħhom; strumenti li jirrekordjaw u jirriproduċu l-ħoss, strumenti li jirrekordjaw u jirriproduċu stampa u ħoss tat-televiżjoni, u partijiet u aċċessorji ta’ dawn l-oġġetti |
Taqsima XVII
Vetturi, biċċiet ta’ l-ajru, bastimenti u tagħmir tat-trasport assoċjat
86 |
Lokomottivi, magni u vaguni (rolling stock) u partijiet tagħhom ta’ ferroviji jew ta’ tramm; tagħmir u armar u partijiet tagħhom għal-linji ta’ ferroviji jew ta’ tramm; tagħmir ta’ sinjalar tat-traffiku mekkaniku (inkluż elettro-mekkaniku) ta’ kull tip |
87 |
Vetturi ħlief magni u vaguni (rolling stock) ta’ ferroviji jew linji tat-tramm; u partijiet u aċċessorji tagħhom |
88 |
Inġenji ta’ l-ajru, inġenji ta’ l-ispazju, u partijiet tagħhom |
89 |
Bastimenti, dgħajjes u strutturi oħra li jżommu f’wiċċ l-ilma |
Taqsima XVIII
Strumenti u apparat ottiku, fotografiku, ċinematografiku, għal kejl, għal iċċekkjar, għal preċiżjoni, mediku jew kirurġiku; arloġġi u arloġġi ta’ l-idejn, strumenti mużikali; partijiet u aċċessorji tagħhom
90 |
Strumenti u apparat ottiku, fotografiku, ċinematografiku, għal kejl, għal iċċekkjar, ta’ preċiżjoni, mediku jew kirurġiku; partijiet u aċċessorji tagħhom |
91 |
Arloġġi u arloġġi ta’ l-idejn jew tal-but u partijiet tagħhom |
92 |
Strumenti mużikali; partijiet u aċċessorji ta’ oġġetti bħal dawn |
Taqsima XIX
Armi u munizzjon; partijiet u aċċessorji tagħhom
93 |
Armi u munizzjon; partijiet u aċċessorji tagħhom |
Taqsima XX
Oġġetti manifatturati varji
94 |
Għamara; friex, imtieraħ, irfid għal imtieraħ, kuxxini u tagħmir (furnishing) simili mimli; lampi u tagħmir (fittings) tad-dawl, mhux speċifikati jew inklużi band’oħra; sinjali mdawlin, pjanċi ta’ l-ismijiet imdawlin u simili; bini prefabbrikat |
95 |
Ġugarelli, logħob u rekwiżiti ta’ l-sports; partijiet u aċċessorji tagħhom |
96 |
Oġġetti manifatturati varji |
Taqsima XXI
Xogħlijiet ta’ l-arti, bċejjeċ tal-kollezzjoni u antikitajiet
97 |
Xogħlijiet tal-arti, bċejjeċ tal-kollezzjoni u antikitajiet |
PREFAZJONI
Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 fuq in-nomenklatura tat-tariffa u ta’ l-istatistika u fuq it-Tariffa tad-Dwana Komuni (2) stabbilixxa nomenklatura, magħruf bħala n-“Nomenklatura Magħquda” jew mqassra għal “NM”, ibbażata fuq il-Konvenzjoni Internazzjonali fuq is-Sistema Armonizzata tad-Deskrizzjoni u Kkowdjar tal-Merkanzija (3), magħrufa bħala “is-Sistema Armonizzata” jew imqassra għal “SA”.
L-SA kien supplimentat bin-Noti ta’ Spjega (HSENs) tiegħu stess. Dawn in-noti bl-Ingliż u l-Franċiż jinħarġu u jinżammu aġġornati mill-:
WORLD CUSTOMS ORGANIZATION (WCO) |
Customs Cooperation Council (CCC), |
30, rue du Marché, |
B-1210 Brussels |
Bis-saħħa ta’ Artiklu 9, paragrafu 1 (a), tieni indent, u 10 tar-Regolament (KEE) Nru 2658/87 tal-Kummissjoni il-Kummissjoni taddotta Noti ta’ Spjega għan-Nomenklatura Magħquda (CNENs) wara konsiderazzjoni mit-Taqsima tan-Nomenklatura tat-Tariffa u ta’ l-Istatistika tal-Kumitat tal-Kodiċi tad-Dwana. Għalkemm is-CNENs jistgħu jirreferu għall-HSENs, dawn ma jieħdux post dawn ta’ l-aħħar iżda għandhom jitqiesu bħala żieda magħhom u għandhom jintużaw flimkien magħhom.
Din il-verżjoni tas-CNENs tinkludi u, fejn xieraq, tissostitwixxi dawk pubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, serje Ċ, sal-11 ta’ April 2008 (4). CNENs pubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali, serje Ċ, sussegwenti għal dik id-data jibqgħu fis-seħħ u ikunu inkorporati fis-CNENs meta dawn ikunu reveduti.
Bħala żieda, il-kodiċi tat-titlu u s-subtitlu NM li għalihom issir referenza jirriflettu dawk il-kodiċi fin-Nomenklatura Maqgħquda għall-2008 kif stipulat fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1214/2007 (5).
A. Regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda
Regola Ġenerali 5 (b) |
Kontenituri għall-ippakkjar normalment użati għal xorb, ġamm, mustarda, ħwawar, eċċ., għal negozju, għandhom jkunu klassifikati ma’ l-oġġetti li jkunu fihom anke’ jekk jidher b’mod ċar li dawn tajbin għal użu repettitiv. |
Ċ. Regoli ġenerali applikabbli kemm għal nomenklatura kif ukoll għal dazji
Regola Ġenerali 3 |
|
TAQSIMA I
ANNIMALI ĦAJJIN; PRODOTTI MINN ANNIMALI
KAPITLU 1
ANNIMALI ĦAJJIN
0101 |
Żwiemel, ħmir, bgħula u bgħula tar-rkib |
||||||||||||||
0101 90 11 u 0101 90 19 |
Żwiemel Żwiemel slavaġ, bħaż-żiemel Przewalski jew tarpan (żiemel Mongoljan, huma inklużi f’dawn is-subtitli. Madanakollu, żebri (Equus zebra, Equus burchelli, Equus quagga, eċċ.) huma klassifikati fis-subtitlu 0106 19 90 għalkemm dawn jagħmlu parti mill-familja ekwideja. Ibridi ta’ debba u żebru (zebrule) huma klassifikati fis-subtitlu 0106 19 90. |
||||||||||||||
0101 90 30 |
Ħmir Kemm ħmir domestiċi kif ukoll ħmir mhux domestiċi jaqgħu f’dan is-subtitlu. Fost dawn ta’ l-aħħar huma djiggetai Mongoli, il-ħmar salvaġġ Tibetjan, l-onagru u l-hemione jew nofs-ħmar (Equus hemionus). Ibridi tal-ħmar u ż-żebra (żebrass) huma klassifikati fis-subtitlu 0106 19 90. |
||||||||||||||
0101 90 90 |
Bgħula u bgħula tar-rkib Din is-subtaqsima tkopri l-annimali deskritti fl-ewwel paragrafu tan-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 0101. |
||||||||||||||
0102 |
Annimali ta’ l-ifrat ħajjin |
||||||||||||||
0102 90 05 sa 0102 90 79 |
Speċi domestiċi Dawn is-subtitli jkopru l-annimali kollha ta’ l-ispeċi domestika ta’ l-ifrat (inklużi l-bufli) tal-genera Bos u Bubalus, irrispettivament mill-użu intiż tagħhom (stokk, tkabbir, tismin, trobbija, qatla, eċċ.), iżda esklużi annimali ta’ razza pura għal trobbija (subtitli 0102 10 10 sa 0102 10 90). Dawn is-subtitli jinkludu l-annimali deskritti fin-Noti ta’ Spjega SA għal kapitlu 0102, l-ewwel paragrafu, (1), (2) u (7). |
||||||||||||||
0102 90 90 |
Oħrajn Dan is-subtitlu jkopri l-annimali kollha ta’ l-ispeċi mhux domestika ta’ l-ifrat (inklużi bufli). Dan is-subtitlu jinkludi l-annimali deskritti fin-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 0102, l-ewwel paragrafu, (3), (4), (5), (6) u l-barri tal-misk u barri tan-nagħġa (Ovidbos moschatus). Gniedes u biżonti għandhom 14-il par kustilji waqt li l-annimali l-oħrajn kollha ta’ l-ispeċi ta’ l-ifrat (inklużi bufli ta’ veru) għandhom biss 13-il par kustilji. |
||||||||||||||
0103 |
Majjali ħajjin |
||||||||||||||
0103 91 90 |
Oħrajn Majjali ħajjin ta’ speċi mhux domestika jinkludu:
|
||||||||||||||
0103 92 90 |
Oħrajn Ara n-Nota ta’ Spjega għal subtitlu 0103 91 90. |
||||||||||||||
0104 |
Nagħaġ u mogħoż ħajjin |
||||||||||||||
0104 10 10 sa 0104 10 80 |
Nagħaġ Dawn is-subtitli jinkludu annimali domestiċi ta’ l-ispeċi tan-nagħaġ ovine (Ovis aries), il-varjetajiet differenti ta’ muflun, bħall-muflun Ewropew (Ovis musimon), il-Kanadiż jew “big horn” (Ovis canadensis), l-Asjatiku jew Shapoor urjal (Ovis orientalis), il-mufflun Pamir argali (Ovis ammon) kif ukoll in-nagħaġ Aoudad jew Barbary (Ammotragus lervia) li huma magħrufin bħala “nagħaġ bil-kriniera” għalkemm iżjed jixbaħ lill-mogħoż milli lin-nagħaġ. |
||||||||||||||
0104 20 10 u 0104 20 90 |
Mogħoż Dawn is-subtitli jinkludu annimali domestiċi ta’ l-ispeċi tal-mogħoż, il-mogħża tal-barr (Capra ibex) u l-mogħża Bezoar jew il-mogħża Persjana (Capra aegagrus jew Capra hircus). Dawn li ġejjin, madanakollu, huma esklużi minn dawn is-subtitli u huma klassifikati fis-subtitlu 0106 19 90: iċ-ċerva tal-misk (Moschus moschiferus), ix-xevrotin ta’ l-ilma (Hyemoschus) u x-xevrotin Asjatiku (Tragulus) li ma jagħmlux parti mill-ispeċi tal-mogħoż. Esklużi wkoll huma annimali magħrufin bħala antilopi mogħoż (hemitragues (nofs-mogħoż), kamoxxa, eċċ.). |
||||||||||||||
0105 |
Tjur ħajjin, jiġifieri, tjur ta’ l-ispeċi Gallus domesticus, papri, wiżż, dundjanI u farawni: Dan it-titlu jkopri biss għasafar domestiċi ħajjin ta’ l-għamliet speċifikati fit-titlu (tajr ta’ l-ispeċi Gallus domesticus inklużi tiġieġ u ħasi), kemm jekk mrobbijin biex ibidu, jew għal-laħam tagħhom, jew għar-rix tagħhom jew għal kwalunkwe skop ieħor (pereżempju, għall-ħażna ta’ guvi, parkijiet jew għadajjar). Għasafar selvaġġi (pereżempju, dundjani selvaġġi — Meleagris gallopavo), għalkemm dawn ikunu trabbew u inqatlu b’manjiera simili bħall-għasafar domestiċi speċifikati f’dan it-titlu, huma klassifikati fis-subtitlu 0106 39 90. Ħamiem ta’ l-ispeċi domestika huma klassifikati fis-subtitlu 0106 39 10. |
||||||||||||||
0106 |
Annimali ħajjin oħrajn |
||||||||||||||
0106 19 10 |
Fniek domestiċi Dan is-subtitlu jkopri biss fniek ta’ l-ispeċi domestika, kemm jekk mrobbijin għal-laħam tagħhom, għall-fêr tagħhom (pereżempju, il-fenek Angora) jew għal kwalunkwe skop ieħor. |
||||||||||||||
0106 19 90 |
Oħrajn Dan is-subtitlu jkopri l-mammiferi ħajjin kollha, bl-eċċezzjoni ta’ żwiemel domestiċi u mhux domestiċi, ħmir, bgħula u bgħula tar-rkib (titlu 0101), annimali ta’ l-ifrat (titlu 0102), ħnieżer (titlu 0103), nagħaġ u mogħoż (titlu 0104), primati (subtitlu 0106 11 00), baleni, delfini, foċeni, lamantini u dugongi (subtitlu 0106 12 00) u fniek domestiċi (subtitlu 0106 19 10). Eżempji ta’ mammiferi inklużi f’dan is-subtitlu huma:
|
||||||||||||||
0106 20 00 |
Rettili (inklużi sriep u fkieren) Dan is-subtitlu jkopri rettili, gremxul, fkieren ta’ l-art, u fkieren (tal-baħar jew ta’ l-ilma ħelu) kollha. |
||||||||||||||
0106 39 10 |
Ħamiem Dan is-subtitlu jkopri l-għasafar kollha tal-familja tal-bċieċen (ħamiem), kemm jekk salvaġġi u kemm jekk domestiċi, irrispettivament mill-użu intiż ta’ dawn ta’ l-aħħar (bċieċen tal-bitħa tal-farm, bċieċen ornamentali, ħamiem vjaġġatur). Il-bċieċen mhux domestiċi jinkludu l-beċċun taċ-ċurkett jew beċċun ta’ l-injam (wood dove) (Columba palumbus), l-istock dove (Columba oenas), il-beċċun tal-ġebel (Columba livia), il-beċċun tal-bronż Awstraljan, ħamiem u gamiem (Streptopelia turtur, Streptopelia risoria). Madanakollu, ċertu speċi ta’ tjur relatati mill-qrib bħan-nicobars (Coloenas nicobaria), kolumbari, bċieċen tal-kuruna, gaugas u syrrhaptes huma esklużi minn dan is-subtitlu u huma klassifikati f’subtitlu 0106 39 90. |
||||||||||||||
0106 39 90 |
Oħrajn Dan is-subtitlu jkopri l-għasafar ħajjin kollha, ħlief tjur ta’ l-ispeċi Gallus domesticus, papri, wiżż, dundjani u fargħun (titlu 0105) u ħlief għasafar tal-priża (subtitlu 0106 31 00), psittaciformes (subtitlu 0106 32 00) u bċieċen domestiċi u mhux domestiċi (subtitlu 0106 39 10). Eżempju ta’ l-għasafar inklużi f’dan is-subtitlu huma:
|
||||||||||||||
0106 90 00 |
Oħrajn Dan is-subtitlu jkopri:
|
KAPITLU 2
LAĦAM U ĠEWWIENI LI JITTIEKEL
Ġenerali
1. |
Laħam u ġewwieni, xieraq u tajjeb għal konsum uman, jibqgħu klassifikati f’dan il-kapitlu anki jekk preżentati, pereżempju, kif intiż għall-manifattura ta’ ikel ta’ annimali domestiċi. |
2. |
Għall-għanijiet ta’ dan il-kapitlu l-iskop tal-kliem “laħam” u “ġewwieni” huwa kif deskritt fin-Noti ta’ Spjega SA għal dan il-kapitlu. |
3. |
Gwida fuq l-istati differenti li fih il-laħam u l-ġewwieni ta’ dan il-kapitlu jistgħu jkunu (friski, imkessħin, immellħin jew f’ilma mielaħ, imnixfin jew affumikati) tingħata fin-Noti ta’ Spjega Ġenerali SA għal dan il-kapitlu. Għandu jkun innutat li laħam friżat u laħam parzjalment jew totalment defrostjat għandhom ikunu klassifikati fl-istess manjiera bħal laħam friżat. Madanakollu, “friżat” tkopri mhux biss laħam li kien friżat meta kien frisk iżda wkoll laħam li l-ewwel kien imnixxef daqsxejn u mbagħad friżat sakemm il-preservazzjoni attwali u li tibqa’ tiegħu tiddependi essenzjalment minn friżar bħal dan. |
4. |
Gwida tingħata ukoll, fin-Noti ta’ Spjega Ġenerali SA għal dan il-kapitlu, fuq id-distinzjoni bejn laħam u ġewwieni f’dan il-kapitlu u dak ta’ kapitlu 16. Madanakollu, dan il-kapitlu jkopri ġewwieni li jittiekel, nejj, ikkappuljat, jew mqatta’ b’mod fin iżda mhux preparat iżjed, imgeżwer f’materjal tal-plastik (anki fil-forma ta’ zalzett) għal ħeffa fil-maneġġar u t-trasportar biss. |
5. |
Għall-għanijiet ta’ dintinzjoni bejn qatgħat bil-għadam jew mingħajr għadam, qarquċa u għeruq (tendons) m’għandhomx jitqiesu bħala għadam. |
Nota Addizzjonali 2 Ċ |
Għall-għanijiet ta’ Nota Addizzjonali 2 (Ċ) għal dan il-Kapitlu, rigward iż-żewġ tekniki ta’ qtugħ differenti u l-partijiet “xedaq ta’ isfel”, “xedaq” u “xedaq u xedaq ta’ isfel flimkien”, ara d-dijagramma t’hawn taħt |
|
|
|
|
Nota Addizzjonali 6 (a) |
Melħ ma jitqiesx li huwa taħwir skond is-sinifikat ta’ din in-Nota Addizzjonali. Ara ukoll Nota Addizzjonali 7 għal dan il-kapitlu. |
0201 |
Laħam ta’ annimali ta’ l-ifrat, frisk jew imkessaħ Dan it-titlu jkopri biss laħam frisk jew imkessaħ ta’ l-annimali ta’ titlu 0102. Għall-għanijiet tad-definizzjonijiet ta’ kwarti ta’ quddiem u kwarti ta’ wara, il-konsiderazzjonijiet li ġejjin japplikaw:
|
||||||
0201 10 00 |
Karkassi u nofs karkassi It-termini “karkassi” u “nofs karkassi” huma definiti fil-paragrafi (a) u (b) ta’ Nota Addizzjonali 1 (A) ta’ dan il-kapitlu. L-ewwel tmien jew disa’ apophyses vertebrali dorsali jistgħu jitħallew jew fuq in-naħa tal-lemin jew fuq in-naħa tax-xellug tan- nofs-karkassa. |
||||||
0201 20 20 |
Kwarti “kumpensati” It-terminu “kwarti kumpensati” huwa definit f’paragrafu (ċ) tan-Nota Addizzjonali 1 (A) għal dan il-kapitlu. |
||||||
0201 20 30 |
Kwarti ta’ quddiem mhux mifrudin jew mifrudin It-termini “kwarti ta’ quddiem mhux mifrudin” u “kwarti ta’ quddiem mifrudin” huma definiti f’paragrafi (d) u (e) ta’ Nota Addizzjonali 1 (A) għal dan il-kapitlu. Għalhekk minn din in-Nota Addizzjonali jkompli li l-partijiet ta’ quddiem ta’ nofs-karkassi, pereżempju, li bil-għadam korrispondenti kollu jinkludu inqas minn erba’ kustilji, li minnhom l-għonq u l-ispalla huma neqsin, jew li minnhom għadma, eż., l-għadma Atlas, tneħħiet, huma esklużi minn dan is-subtitlu u huma klassifikati f’subtitlu 0201 20 90. |
||||||
0201 20 50 |
Kwarti ta’ wara mhux mifrudin jew mifrudin It-termini “kwarti ta’ wara mhux mifrudin” u “kwarti ta’ wara mifrudin” huma definiti f’paragrafi (f) u (g) ta’ Nota Addizzjonali 1 (A) għal dan il-kapitlu. Għalhekk minn din in-Nota Addizzjonali jkompli li l-partijiet ta’ wara ta’ nofs-karkassi, pereżempju, li bil-għadam korrispondenti kollu jinkludu inqas minn tlitt kustilji jew li minnhom il-koxxa jew il-flett taċ-ċanga, inkluż il-flett huma neqsin, huma esklużi minn dan is-subtitlu u huma klassifikati f’subtitlu 0201 20 90. Madanakollu, kwarti ta’ wara mingħajr kliewi jew xaħam tal-kliewi, bil-falda rqiqa jew mingħajrha, jibqgħu klassifikati bħala kwarti ta’ wara. |
||||||
0201 20 90 |
Oħrajn Dan is-subtitlu jinkludi, pereżempju, l-ispalla, il-koxxa jew il-flett taċ-ċanga, bil-għadam. Inklużi hawn ukoll huma l-partijiet ta’ quddiem u ta’ wara ta’ nofs-karkassi (bil-għadam) li ma jwieġbux għad-definizzjonijiet ta’ kwarti “kumpensati”, kwarti ta’ quddiem jew kwarti ta’ wara. |
||||||
0201 30 00 |
Mingħajr għadam Dan is-subtitlu jinkludi qatgħat kollha ta’ laħam ta’ annimali ta’ l-ifrat, friski jew imkessħin, li minnhom tneħħa l-għadam kollu, pereżempju, fletti u perżut mingħajr għadam. |
||||||
0202 |
Laħam ta’ annimali ta’ l-ifrat, friżat Dan it-titlu jkopri biss laħam friżat minn annimali ta’ titlu 0102. |
||||||
0202 10 00 |
Karkassi u nofs-karkassi It-termini “karkassi” u “nofs-karkassi” huma definiti f’paragrafi (a) u (b) ta’ Nota Addizzjonali 1 (A) għal dan il-kapitlu. |
||||||
0202 20 10 |
Kwarti “kumpensati” It-terminu “kwarti kumpensati” huwa definit f’paragrafu (ċ) tan-Nota Addizzjonali 1 (A) għal dan il-kapitlu. |
||||||
0202 20 30 |
Kwarti ta’ quddiem mhux mifrudin jew mifrudin It-termini “kwarti ta’ quddiem mhux mifrudin” jew “kwarti ta’ quddiem mifrudin” huma definiti f’paragrafi (d) u (e) ta’ Nota Addizzjonali 1 (A) għal dan il-kapitlu. |
||||||
0202 20 50 |
Kwarti ta’ wara mhux mifrudin jew mifrudin It-termini “kwarti ta’ wara mhux mifrudin” u “kwarti ta’ wara mifrudin”, huma definiti f’paragrafi (f) u (g) ta’ Nota Addizzjonali 1 (A) għal dan il-kapitlu. |
||||||
0202 20 90 |
Oħrajn In-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 0201 20 90 japplikaw, mutatis mutandis. |
||||||
0202 30 50 |
“Crop”, qatgħat ta’ spalla u skapula u sidra It-termini “crop”, “spalla u skapula” u “sidra” huma definiti f’paragrafu (h) ta’ Nota Addizzjonali 1 (A) għal dan il-kapitlu. |
||||||
0202 30 90 |
Oħrajn Dan is-subtitlu jkopri kull qatgħa ta’ laħam u annimali ta’ l-ifrat, friżati, li huma kompletament bla għadam, bl-eċċezzjoni tal-blokki friżati imsemmijin f’subtitlu 0202 30 10 u l-qatgħat ta’ subtitlu 0202 30 50. |
||||||
0203 |
Laħam tal-majjal, frisk, imkessaħ jew friżat Dan it-titlu jkopri biss laħam ta’ l-annimali ta’ titlu 0103. Il-laħam ta’ annimali ta’ l-ispeċi tal-majjali ċertifikat mill-awtoritajiet kompetenti fl-Awstralja bħala laħam ta’ majjali li jgħixu fis-salvaġġ fl-Awstralja jitqies bħala laħam tal-majjal għajr majjal domestiku. |
||||||
0203 11 10 sa 0203 19 90 |
Frisk jew imkessaħ Dawn is-subtitli jkopru biss laħam frisk jew imkessaħ ta’ annimali li jaqgħu f’ titlu 0103. |
||||||
0203 11 10 |
Ta’ majjal domestiku It-terminu “karkassi u nofs-karkassi” huwa definit f’paragrafu (a) ta’ Nota Addizzjonali 2 (A) għal dan il-kapitlu. |
||||||
0203 12 11 |
Ġarretti u qatgħat tagħhom It-terminu “ġarretti” huwa definit f’paragrafu (b) ta’ Nota Addizzjonali 2 (A) għal dan il-kapitlu. Dan is-subtitlu jinkludi x-xikel ta’ l-ispalla bil-għadam mis-saqajn ta’ wara. |
||||||
0203 12 19 |
Spalel u qatgħat tagħhom It-terminu “spalel” huwa definit f’paragrafu (d) tan-Nota Addizzjonali 2 (A) għal dan il-kapitlu. Dan is-subtitlu jinkludi kustilji ta’ l-għonq żgħar jew “kustilji żgħar” u x-xikel ta’ l-ispalla bil-għadam mis-saqajn ta’ quddiem. |
||||||
0203 19 11 |
Truf ta’ quddiem u qatgħat tagħhom It-terminu “truf ta’ quddiem” huwa definit f’paragrafu (ċ) ta’ Nota Addizzjonali 2 (A) għal dan il-kapitlu. Dan is-subtitlu ma jinkludix ix-xikel ta’ l-ispalla bil-għadam mis-saqajn ta’ quddiem, u lanqas kustilji ta’ l-għonq żgħar jew “kustilji żgħar” (subtitlu 0203 12 19). |
||||||
0203 19 13 |
Flett u qatgħat tiegħu, bil-għadma It-terminu “flett” huwa definit f’paragrafu (e) ta’ Nota Addizzjonali 2 (A) għal dan il-kapitlu. Dan is-subtitlu jinkludi kustilji tal-flett. |
||||||
0203 19 15 |
Żaqq (streaky) u qatgħat tagħha It-termini “żaqq” u “qatgħat” huma definiti f’paragrafu (f) tan-Nota Addizzjonali 2 (A) u fin-Nota Addizzjonali 2 (B) għal dan il-kapitlu Qatgħat tagħhom m’humiex klassifikati f’dan is-subtitlu sakemm ma jkunx fihom il-ġilda jew ix-xaħam ta’ taħt il-ġilda. Dan is-subtitlu ma jinkludix kustilji ta’ l-għonq mingħajr ġilda jew mingħajr xaħam ta’ taħt il-ġilda (subtitlu 0203 19 59). |
||||||
0203 19 59 |
Oħrajn Dan is-subtitlu jinkludi ukoll kustilji ta’ l-għonq mingħajr ġilda jew mingħajr xaħam ta’ taħt il-ġilda. |
||||||
0203 19 90 |
Oħrajn Dan is-subtitlu jinkludi biss il-laħam ta’ l-annimali li jaqgħu f’subtitli 0103 91 90 jew 0103 92 90, partikolarment il-laħam tal-ħanżir salvaġġ, għajr karkassi, nofs-karkassi, saqajn, spallejn, partijiet minn saqajn u partijiet minn spallejn. |
||||||
0203 21 10 sa 0203 29 90 |
Friżati In-Noti ta’ Spjega għal subtitli 0203 11 10 sa 0203 19 90 u s-subdiviżjonijiet tagħhom japplikaw, mutatis mutandis |
||||||
0204 |
Laħam tan-nagħaġ jew tal-mogħoż, frisk, imkessaħ jew friżat Dan it-titlu jinkludi biss laħam ta’ annimali ta’ titlu 0104 frisk, imkessaħ jew friżat, kemm jekk domestiċi jew slavaġ, partikolarment laħam ta’ l-ispeċi tan-nagħaġ (ovine) (nagħaġ domestiċi jew slavaġ) kif ukoll il-laħam tal-mogħża tal-barr. |
||||||
0204 10 00 |
Karkassi u nofs-karkassi tal-ħaruf, friski jew imkessħin It-termini “karkassi” u “nofs-karkassi” huma definiti f’paragrafi (a) u (b) ta’ Nota Addizzjonali 3 (A) għal dan il-kapitlu. It-tifsira ta’ laħam tal-ħaruf hija stipulata fin-Noti ta’ Spjega SA sa subtitli 0204 10 u 0204 30. |
||||||
0204 21 00 |
Karkassi u nofs karkassi It-termini “karkassi” u “nofs karkassi” huma definiti f’paragrafi (a) u (b) tan-Nota Addizzjonali 3 (A) għal dan il-kapitlu. |
||||||
0204 22 10 |
Kwarti ta’ quddiem qosra It-terminu “kwarti ta’ quddiem qosra” huwa definit f’paragrafi (ċ) u (d) tan-Nota Addizzjonali 3 (A) għal dan il-kapitlu. |
||||||
0204 22 30 |
Qatgħat tad-dahar u/jew l-aħjar truf It-terminu “qatgħat tad-dahar u/jew l-aħjar truf” huwa definit f’paragrafi (e) u (f) tan-Nota Addizzjonali 3 (A) għal dan il-kapitlu. |
||||||
0204 22 50 |
Saqajn It-terminu “saqajn” huwa definit f’paragrafi (g) u (h) tan-Nota Addizzjonali 3 (A) għal dan il-kapitlu. |
||||||
0204 30 00 |
Karkassi u nofs-karkassi tal-ħaruf, friżati In-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 0204 10 00 japplikaw, mutatis mutandis. |
||||||
0204 41 00 sa 0204 43 90 |
Laħam ieħor tan-nagħaġ, friżat In-Noti ta’ Spjega għal subtitli 0204 21 00, 0204 22 10, 0204 22 30 u 0204 22 50 japplikaw, mutatis mutandis għal subtitli 0204 41 00, 0204 42 10, 0204 42 30 u 0204 42 50, rispettivament. |
||||||
0204 50 11 sa 0204 50 79 |
Laħam tal-mogħoż It-termini “karkassi” u “nofs-karkassi” (subtitli 0204 50 11 u 0204 50 51), “kwarti ta’ quddiem qosra” (subtitli 0204 50 13 u 0204 50 53), “qatgħat tad-dahar u/jew l-aħjar truf” (subtitli 0204 50 15 u 0204 50 55) u “saqajn” (subtitli 0204 50 19 u 0204 50 59) huma definiti fin-Nota Addizzjonali 3 (A) għal dan il-kapitlu, f’paragrafi (a) u (b), (ċ) u (d), (e) u (f) u (g) u (h), rispettivament. |
||||||
0206 |
Ġewwieni li jittiekel ta’ annimali ta’ l-ifrat, majjal, nagħaġ, mogħoż, żwiemel, ħmir, bgħula jew bgħula tar-rkib, frisk, imkessaħ jew friżat Dan it-titlu jkopri l-ġewwieni ta’ annimali li jaqgħu f’titli 0101 sa 0104. Ġewwieni intiż għall-manifattura ta’ prodotti farmaċewtiċi ma jaqax fis-subtitli konċernati sakemm dan ma jżommx mal-kundizzjonijiet stipulati mill-awtoritajiet kompetenti. Iżjed gwida tinsab fin-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 0206. |
||||||
0206 10 10 sa 0206 10 98 |
Ta’ annimali ta’ l-ifrat, frisk jew imkessaħ Dawn is-subtitli jkopru biss ġewwieni frisk ta’ annimali li jaqgħu f’titlu 0102. |
||||||
0206 10 95 |
Falda ħoxna u falda rqiqa Falda ħoxna u falda rqiqa huma partijiet muskolari tad-dijaframma. |
||||||
0206 21 00 sa 0206 29 99 |
Ta’ annimali ta’ l-ifrat, friżat Dawn is-subtitli jkopru biss ġewwieni friżat ta’ annimali ta’ titlu 0102. |
||||||
0206 30 00 |
Tal-majjal, frisk jew imkessaħ Dan is-subtitlu jkopri biss ġewwieni frisk jew imkessaħ ta’ annimali ta’ titlu 0103. In-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 0206 49 00, l-ewwel paragrafu, japplika mutatis mutandis. Dan is-subtitlu jinkludi ukoll saqajn, dnieb, fwied, kliewi, qlub, ilsna, pulmuni, ġilda li tittiekel, mħuħ u borqom. |
||||||
0206 41 00 u 0206 49 00 |
Tal-majjal, friżat Dawn is-subtitli jkopru biss ġewwieni friżat ta’ l-annimali ta’ titlu 0103. |
||||||
0206 49 00 |
Oħrajn Dan is-subtitlu jinkludi rjus u nofsijiet ta’ rjus, bl-imħuħ, bil-ħaddejn jew bl-ilsna, u partijiet ta’ rjus jew mingħajrhom (Nota Addizzjonali 2 (Ċ) għal dan il-kapitlu); it-terminu “partijiet ta’ rjus” huwa definit fit-tielet paragrafu tan-Nota Addizzjonali msemmija. Ara n-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 0206 30 30. Dan is-subtitlu jinkludi ġewwieni tal-ħanżir salvaġġ. |
||||||
0206 80 91 |
Ta’ żwiemel, ħmir, bgħula u bgħula tar-rkib Dan is-subtitlu jkopri biss ġewwieni frisk jew imkessaħ ta’ annimali ta’ titlu 0101. |
||||||
0206 80 99 |
Ta’ nagħaġ u mogħoż Dan is-subtitlu jkopri biss ġewwieni frisk jew imkessaħ ta’ annimali ta’ titlu 0104. |
||||||
0206 90 91 |
Ta’ żwiemel, ħmir, bgħula u bgħula tar-rkib Dan is-subtitlu jkopri biss ġewwieni friżat ta’ annimali ta’ titlu 0101. |
||||||
0206 90 99 |
Ta’ nagħaġ u mogħoż Dan is-subtitlu jkopri biss ġewwieni friżat ta’ annimali ta’ titlu 0104. |
||||||
0207 |
Laħam u ġewwieni li jittiekel, ta’ tjur tat-titlu 0105, frisk, imkessaħ jew friżat |
||||||
0207 11 10 |
Imnittfa u mnaddfa mill-imsaren, bl-irjus u s-saqajn, magħrufa bħala “83 % tiġieġ” Dan is-subtitlu jinkludi tjur imnittef, bl-irjus u s-saqajn, li minnu tneħħew l-imsaren, iżda bil-ġewwieni l-ieħor (partikolarment il-pulmuni, il-kliewi, il-qanżħa, il-qalb, l-ovarji) f’postu. |
||||||
0207 11 30 |
Imnittfa u msewwija, bla rjus u bla saqajn iżda bl-għenuq, bil-qlub, bil-fwied u bil-qnieżaħ, magħrufa bħala “70 % tiġieġ” Dan is-subtitlu jinkludi tiġieġ għax-xiwi, li huma tiġieġ imnittfin bla rjus u bla saqajn, iżda bl-għonq, kompletament imsewwijin, iżda li fil-karkassa tagħhom tneħħew il-qalb, il-fwied u l-qanżħa. |
||||||
0207 11 90 |
Imnittfa u msewwija, bla rjus u bla saqajn u bla għenuq, qlub, fwied u qnieżaħ, magħrufa bħala “65 % tiġieġ”, jew preżentati mod ieħor Dan is-subtitlu jinkludi tiġieġ għax-xiwi, li huma tiġieġ imnittfin bla rjus u bla saqajn, u kompletament imsewwijin. Dan ikopri wkoll tjur preżentati f’forma oħra għajr dawk imsemmijin f’subtitli 0207 11 10 u 0207 11 30, eż., tiġieġ mhux imnittfin, mhux imnaddfin, bl-irjus u bis-saqajn. |
||||||
0207 12 10 u 0207 12 90 |
Mhux imqattgħin f’biċċiet, friżati In-Noti ta’ Spjega għal subtitli 0207 11 30 u 0207 11 90 japplikaw, mutatis mutandis. |
||||||
0207 13 10 |
Bla għadam Dan is-subtitlu jkopri laħam ta’ tjur, mingħajr għadam, mingħajr każ mil-liema parti tal-karkassa dan ġej. |
||||||
0207 13 20 |
Nofsijiet jew kwarti It-terminu “nofsijiet” huwa definit fin-Nota Addizzjonali 4 (a) u (b) għal dan il-kapitlu. It-terminu “kwarti” huwa definit fin-Nota Addizzjonali 4 (a) u (ċ) għal dan il-kapitlu. Dan is-subtitlu jinkludi kwarti ta’ wara li jikkonsistu fil-biċċa t’isfel tal-koxxa (il-qasba tas-sieq u l-fibula), is-sieq (wirk), parti ta’ wara tad-dahar u l-koxxa kif ukoll il-kwarti ta’ quddiem li jikkonsistu essenzjalment minn nofs is-sider bil-ġewnaħ imwaħħal. |
||||||
0207 13 30 |
Ġwienaħ sħaħ, bil-ponot jew mingħajr ponot It-terminu “ġwienaħ sħaħ, bil-ponot jew mingħajr ponot” huwa definit fin-Nota Addizzjonali 4 (a) u (d) għal dan il-kapitlu. |
||||||
0207 13 40 |
Dhur, għenuq, dhur bl-għenuq imwaħħlin, biċċiet tad-denb u truf tal-ġwienaħ Ara Nota Addizzjonali 4 (a) għal dan il-kapitlu. Dan is-subtitlu jinkludi dhur bl-għenuq imwaħħlin li jikkonsistu f’biċċa mill-għonq, id-dahar u possibilment il-koxxa; dhur; għenuq; koxox (dnieb); ponot tal-ġwienaħ. |
||||||
0207 13 50 |
Isdra u qatgħat tagħhom It-terminu “isdra” huwa definit fin-Nota Addizzjonali 4 (a) u (e) għal dan il-kapitlu. |
||||||
0207 13 60 |
Saqajn u qatgħat tagħhom It-terminu “saqajn” huwa definit fin-Nota Addizzjonali 4 (a) u (f) għal dan il-kapitlu. Il-qatgħa li tifred is-sieq mid-dahar għandha ssir bejn iż-żewġ linji li jiddemarkaw il-ġogi kif muri fid-dijagramma t’hawn taħt: |
||||||
|
|
||||||
0207 13 91 |
Fwied Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 0207, l-aħħar paragrafu. |
||||||
0207 13 99 |
Oħrajn Dan is-subtitlu jkopri ġewwieni li jittiekel, partikolarmnet qlub, għallat u msielet ta’ taħt il-munqar, iżda bl-eċċezzjoni ta’ fwied. Dan is-subtitlu jinkludi wkoll is-saqajn tat-tjur. |
||||||
0207 14 10 sa 0207 14 99 |
Qatgħat u ġewwieni, friżati In-Noti ta’ Spjega għal subtitli 0207 13 10 sa 0207 13 99 japplikaw, mutatis mutandis. |
||||||
0207 24 10 |
Imnittfa u msewwija, bla rjus u bla saqajn iżda bl-għenuq, bil-qlub, bil-fwied u bil-qnieżaħ, magħrufa bħala “80 % dundjani” Dan is-subtitlu jinkludi dundjani mnittfin mingħajr rjus u saqajn iżda bl-għonq, kompletament imsewwijin, iżda li fil-karkassa tagħhom tneħħew l-għonq, il-qalb, il-fwied u l-qanżħa. |
||||||
0207 24 90 |
Imnittfa u msewwija, bla rjus u bla saqajn u bla għenuq, qlub, fwied u qnieżaħ, magħrufa bħala “73 % dundjani”, jew preżentati mod ieħor Dan is-subtitlu jinkludi dundjani mnittfin, lesti għax-xiwi, mingħajr rjus, għenuq u saqajn u kompletament msewwijin. Dan ikopri wkoll dundjani preżentati f’forma oħra għajr dawk imsemmijin f’subtitli 0207 24 10 u 0207 24 90. |
||||||
0207 25 10 u 0207 25 90 |
Mhux imqattgħin f’biċċiet, friżati In-Noti ta’ Spjega għal subtitli 0207 24 10 u 0207 24 90 japplikaw, mutatis mutandis. |
||||||
0207 26 10 |
Bla għadam In-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 0207 13 10 japplikaw, mutatis mutandis. |
||||||
0207 26 20 |
Nofsijiet jew kwarti In-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 0207 13 20 japplikaw, mutatis mutandis. |
||||||
0207 26 30 |
Ġwienaħ sħaħ, bil-ponot jew mingħajr ponot It-terminu “ġwienaħ sħaħ, bil-ponot jew mingħajr ponot” huwa definit fin-Nota Addizzjonali 4 (a) u (d) għal dan il-kapitlu. |
||||||
0207 26 40 |
Dhur, għenuq, dhur bl-għenuq imwaħħlin, biċċiet tad-denb u truf tal-ġwienaħ In-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 0207 13 40 japplikaw, mutatis mutandis. |
||||||
0207 26 50 |
Isdra u qatgħat tagħhom It-terminu “isdra” huwa definit fin-Nota Addizzjonali 4 (a) u (e) għal dan il-kapitlu. |
||||||
0207 26 60 |
Koxox u qatgħat tal-koxox It-terminu “koxox (drumsticks)” huwa definit fin-Nota Addizzjonali 4 (a) u (g) għal dan il-kapitlu. Il-qatgħa li tifred il-koxxa mill-wirk għandha ssir bejn iż-żewġ linji li jiddemarkaw il-ġogi kif muri fid-dijagramma t’hawn taħt. |
||||||
|
|
||||||
0207 26 70 |
Oħrajn Dan is-subtitlu jinkludi l-qatgħat definiti fin-Nota Addizzjonali 4 (a) u (h) għal dan il-kapitlu. Il-qatgħat li jifirdu il-wirk (ġieli magħruf kummerċjalment bħala koxxa) jew is-sieq sħiħa mid-dahar, għandhom isiru bejn iż-żewġ linji li jiddemarkaw il-ġogi, kif muri fid-dijagramma fin-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 0207 13 60. |
||||||
0207 26 91 |
Fwied Ara in-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 0207, l-aħħar paragrafu. |
||||||
0207 26 99 |
Oħrajn In-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 0207 13 99 japplikaw, mutatis mutandis. |
||||||
0207 27 10 sa 0207 27 99 |
Qatgħat u ġewwieni, friżati In-Noti ta’ Spjega għal subtitli 0207 26 10 sa 0207 26 99 japplikaw, mutatis mutandis. |
||||||
0207 32 15 |
Imnittfa u msewwija, bla rjus u bla saqajn iżda bl-għenuq, bil-qlub, bil-fwied u bil-qnieżaħ, magħrufa bħala “70 % papri” Dan is-subtitlu jinkludi papri mnittfin, bla rjus u bla saqajn iżda bl-għenuq, kompletament imsewwijin, iżda li mill-karkassa tagħhom tneħħew il-qalb, il-fwied u l-qanżħa. |
||||||
0207 32 19 |
Imnittfa u msewwija, bla rjus u bla saqajn u bla għenuq, qlub, fwied u qnieżaħ, magħrufa bħala “63 % papri”, jew preżentati mod ieħor Dan is-subtitlu jinkludi papri mnittfin, lesti għax-xiwi, bla rjus, bla għenuq u bla saqajn u kompletament imsewwijin. Dan ikopri ukoll papri preżentati f’forma oħra għajr dawk imsemmijin f’subtitli 0207 32 11, 0207 32 15 u 0207 32 19. |
||||||
0207 32 59 |
Imnittfa u msewwija, bla rjus u bla saqajn, bil-qlub u bil-qnieżaħ jew mingħajrhom, magħrufa bħala “75 % wiżż”, jew preżentati mod ieħor Dan is-subtitlu jinkludi wiżż imnittef, bla rjus u bla saqajn, kompletament imsewwi, iżda li mill-karkassa tiegħu tneħħew il-qalb u l-qanżħa, kif ukoll wiżż imnittef, lest għax-xiwi, bla rjus u bla saqajn, u kompletament imsewwi. Dan ikopri ukoll wiżż ippreżentat f’forma oħra għajr dawk imsemmijin f’subtitli 0207 32 51 u 0207 32 59 eż., wiżż maqtul li kien imnittef u svinat, iżda mhux imsewwi, u bla rjus u bla saqajn. |
||||||
0207 33 11 |
Imnittfa u msewwija, bla rjus u bla saqajn iżda bl-għenuq, bil-qlub, bil-fwied u bil-qnieżaħ, magħrufa bħala “70 % papri” In-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 0207 32 15 japplikaw, mutatis mutandis. |
||||||
0207 33 19 |
Imnittfa u msewwija, bla rjus u bla saqajn u mingħajr għenuq, qlub, fwied u qnieżaħ, magħrufa bħala “63 % papri”, jew preżentati mod ieħor In-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 0207 32 19 japplikaw, mutatis mutandis. |
||||||
0207 33 59 |
Imnittfa u imsewwija, bla rjus u bla saqajn, bil-qlub u bil-fwied jew mingħajrhom, magħrufa bħala “75 % wiżż”, jew preżentati mod ieħor In-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 0207 32 59 japplikaw, mutatis mutandis. |
||||||
0207 34 10 u 0207 34 90 |
Fwied bix-xaħam, frisk jew imkessaħ Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal kapitlu 0207, l-aħħar paragrafu. |
||||||
0207 35 11 u 0207 35 15 |
Bla għadam In-noti ta’ Spjega għal subtitlu 0207 13 10 japplikaw, mutatis mutandis. |
||||||
0207 35 21 sa 0207 35 25 |
Nofsijiet jew kwarti In-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 0207 13 20 japplikaw, mutatis mutandis. |
||||||
0207 35 31 |
Ġwienaħ sħaħ, bil-ponot jew mingħajr ponot It-terminu “ġwienaħ sħaħ, bil-ponot jew mingħajr ponot” huwa definit f’Nota Addizzjonali 4 (a) u (d) għal dan il-kapitlu |
||||||
0207 35 41 |
Dhur, għenuq, dhur bl-għenuq imwaħħlin, biċċiet tad-denb u truf tal-ġwienaħ In-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 0207 13 40 japplikaw, mutatis mutandis. |
||||||
0207 35 51 u 0207 35 53 |
Isdra u qatgħat tagħhom It-terminu “isdra” huwa definit fin-Nota Addizzjonali 4 (a) u (e) għal dan il-kapitlu. |
||||||
0207 35 61 u 0207 35 63 |
Saqajn u qatgħat tagħhom It-terminu “saqajn” huwa definit f’Nota Addizzjonali 4 (a) u (f) għal dan il-kapitlu. |
||||||
0207 35 71 |
Palito’ tal-wiżż jew tal-papri It-terminu “palito’ tal-wiżż jew tal-papri” huwa definit f’Nota Addizzjonali 4 (ij) għal dan il-kapitlu. |
||||||
0207 35 91 |
Fwied, mhux fwied bix-xaħam Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 0207, l-aħħar paragrafu. |
||||||
0207 35 99 |
Oħrajn In-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 0207 13 99 japplikaw, mutatis mutandis. |
||||||
0207 36 11 u 0207 36 15 |
Bla għadam In-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 0207 13 10 japplikaw, mutatis mutandis. |
||||||
0207 36 21 sa 0207 36 79 |
Bl-għadam In-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 0207 13 20 sa 0207 13 60 u 0207 35 71 japplikaw, mutatis mutandis. |
||||||
0207 36 81 sa 0207 36 89 |
Fwied Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 0207, l-aħħar paragrafu. |
||||||
0207 36 90 |
Oħrajn In-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 0207 13 99 japplikaw, mutatis mutandis. |
||||||
0208 |
Laħam u ġewwieni li jittiekel ieħor, frisk, imkessaħ jew friżat Dan it-titlu jkopri biss laħam u ġewwieni li jittiekel ta’ l-annimali klassifikati f’titlu 0106, frisk, imkessaħ jew friżat. |
||||||
0208 10 10 |
Ta’ fenek domestiku Dan is-subtitlu jkopri l-laħam ġewwieni li jittiekel ta’ l-annimali li jaqgħu f’subtitlu 0106 19 10. |
||||||
0208 90 10 |
Ta’ ħamiem domestiku Dan is-subtitlu jkopri l-laħam u l-ġewwieni li jittiekel ta’ ħamiem domestiku (ħamiem tal-bitħa tal-farm, ħamiem ornamentali, ħamiem vjaġġatur). Il-laħam u l-ġewwieni li jittiekel ta’ ħamiem deskritt bħala “mhux domestiku” fin-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 0106 39 10 huma, għalhekk, esklużi minn dan is-subtitlu u huma klassifikati f’subtitlu 0208 90 30. |
||||||
0208 90 30 |
Ta’ kaċċa, ħlief fniek jew liebri Dan is-subtitlu jinkludi l-laħam u ġewwieni li jittiekel ta’:
Il-laħam u l-ġewwieni li jittiekel ta’ annimali ġeneralment oġġetti għal kaċċa u sparar (faġani, ċriev ħamranin, nagħmiet, eċċ.) jibqgħu klassifikati bħala laħam u ġewwieni li jittiekel ta’ annimali slavaġ anki meta annimali bħal dawn trabbew fi priġunerija. Il-laħam u l-ġewwieni li jittiekel ta’ renni huwa eskluż minn dak is-subtitlu (subtitlu 0208 90 60). Madanakollu, il-laħam u l-ġewwieni li jittiekel ta’ ċerti speċi ta’ renni (eż. karibú) huma klassifikati f’dan is-subtitlu sakemm tingħata prova li dan il-laħam u ġewwieni li jittiekel ġew minn annimali li għexu fis-salvaġġ u li kienu kkaċċjati. Dan is-subtitlu ma jkoprix il-laħam u l-ġewwieni li jittiekel ta’ fniek slavaġ (Oryctolagus cuniculus) jew liebri, li jaqgħu f’subtitlu 0208 10 90. |
||||||
0208 90 60 |
Ta’ renni Ara n-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 0208 90 30, tielet paragrafu. |
||||||
0209 00 |
Xaħam tal-majjal, mingħajr ebda dgħif, u xaħam tat-tjur, mhux maħdum jew estratt mod ieħor, frisk, imkessaħ, friżat, immellaħ, fis-salmura, imnixxef jew affumikat |
||||||
0209 00 11 u 0209 00 19 |
Xaħam ta’ taħt il-ġilda tal-majjal It-terminu “xaħam ta’ taħt il-ġilda tal-majjal” huwa definit f’Nota Addizzjonali 2 (D) għal dan il-kapitlu. |
||||||
0209 00 30 |
Xaħam tal-majjal, ħlief dak ta’ subtitlu 0209 00 11 jew 0209 00 19 Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 0209, tieni paragrafu. |
||||||
0209 00 90 |
Xaħam tat-tjur Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 0209, tielet paragrafu. |
||||||
0210 |
Laħam u ġewwieni li jittiekel, immellaħ, fis-salmura, imnixxef jew affumikat; dqiq u pasti mill-laħam jew mill-ġewwieni li jittiekel: Bl-eċċezzjoni ta’ xaħam ta’ taħt il-ġilda u xaħam ieħor ta’ titlu 0209 00, dan it-titlu jkopri laħam u ġewwieni li jittiekel, immellaħ, f’ilma mielaħ, imnixxef jew affumikat, ta’ l-annimali kollha li jaqgħu f’titli 0101 sa 0106. Rigward it-termini “imnixxfin jew affumikati” u “immelħin, fis-salmura”, ara n-Noti Addizzjonali 2 (E) u 7 għal dan il-kapitlu. |
||||||
0210 11 11 sa 0210 11 90 |
Ġarretti, spalel u qatgħat tagħhom, bil-għadma Dwar id-definizzjoni tat-terminu “bl-għadma”, ara n-Noti ta’ Spjega SA għas-subtitlu 0210 11. |
||||||
0210 11 11 sa 0210 11 39 |
Ta’ majjal domestiku It-termini perżut u “spalel” huma definiti f’Noti Addizzjonali 2 (A) (b) u (d) għal dan il-kapitlu. |
||||||
0210 11 11 u 0210 11 19 |
Immelħin jew fis-salmura Dawn is-subtitli jkopru biss perżut, spalel u partijiet minnhom, bil-għadam, ta’ ħnieżer domestiċi, li kienu preservati f’melħ niexef jew f’salmura. Dawn setgħu, madanakollu, kienu soġġetti għal daqsxejn tnixxif jew affumikar iżda mhux sal-punt li jitqiesu bħala mnixxfin jew affumikati għall-għanijiet ta’ subtitli 0210 11 31 u 0210 11 39 (kif definit f’Nota Addizzjonali 2 (E) għal dan il-kapitlu). |
||||||
0210 11 31 u 0210 11 39 |
Imnixxfin jew affumikati Dawn is-subtitli jkopru perżut, spapel u qatgħat tagħhom, bil-għadam, ta’ majjal domestiku, preservati permezz ta’ proċess ta’ tnixxif jew ta’ affumikar, anki jekk dawn il-metodi ta’ preservazzjoni huma magħqudin permezz ta’ trattament ta’ mluħa jew salmura minn qabel. Dan huwa partikolarment veru fil-każ ta’ perżut li kien mmellaħ qabel kien parzjalment imnixxef, kemm jekk fl-arja għal beraħ (perżut tat-tipi ta’ Parma jew ta’ Bayonne) u kemm jekk permezz ta’ affumikar (perżut tat-tip ta’ Ardennes). Perżut, spalel u qatgħat tagħhom li kienu parzjalment imnixxfin, iżda li l-preservazzjoni attwali tagħhom kienet żgurata permezz ta’ friżar jew deep-freezing, jaqgħu f’subtitli 0203 22 11 u 0203 22 19. |
||||||
0210 12 11 u 0210 12 19 |
Ta’ majjal domestiku It-termini “żaqqijiet” u “qatgħat” huma definiti f’paragrafu (f) ta’ Nota Addizzjonali 2 (A) u ta’ Nota Addizzjonali 2 (B) għal dan il-kapitlu. |
||||||
0210 12 11 |
Immelħin jew fis-salmura In-Noti ta’ Spjega għal subtitli 0210 11 11 u 0210 11 19 japplikaw, mutatis mutandis. |
||||||
0210 12 19 |
Imnixxfin jew affumikati In-Noti ta’ Spjega għal subtitli 0210 11 31 u 0210 11 39 japplikaw, mutatis mutandis. |
||||||
0210 19 10 |
Ġnub jew ħxuniet tal-bejken It-termini “ġnub tal-bejken” u “ħxuniet tal-bejken” huma definiti f’paragrafi (g) u (h) għal Nota Addizzjonali 2 (A) għal dan il-kapitlu. |
||||||
0210 19 20 |
Ġnub tliet-kwarti jew biċċiet tan-nofs It-termini “ġnub tliet-kwarti” u “biċċiet tan-nofs” huma definiti f’paragrafi (ij) u (k) ta’ Nota Addizzjonali 2 (A) għal dan il-kapitlu. |
||||||
0210 19 30 |
Truf ta’ quddiem u qatgħat tagħhom It-terminu “truf ta’ quddiem” huwa definit f’paragrafu (ċ) għal Nota Addizzjonali 2 (A) għal dan il-kapitlu. |
||||||
0210 19 40 |
Flettijiet u qatgħat tagħhom It-terminu “flettijiet” huwa definit f’paragrafu (e) ta’ Nota Addizzjonali 2 (A) għal dan il-kapitlu. |
||||||
0210 19 60 |
Truf ta’ quddiem u qatgħat tagħhom It-terminu “truf ta’ quddiem” huwa definit f’paragrafu (ċ) ta’ Nota Addizzjonali 2 (A) għal dan il-kapitlu. |
||||||
0210 20 10 u 0210 20 90 |
Laħam ta’ annimali ta’ l-ifrat Dawn is-subtitli jkopru biss il-laħam ta’ annimali ta’ titlu 0102, immellħin, f’salmura, imnixxfin jew affumikati; ġewwieni ta’ annimali ta’ l-ifrat jaqa’ f’subtitlu 0210 99 51 jew 0210 99 59. |
||||||
0210 99 10 |
Taż-żwiemel, immellaħ, fis-salmura jew imnixxef Dan is-subtitlu jkopri biss il-laħam ta’ annimali ta’ subtitli 0101 10 10, 0101 90 11 u 0101 90 19, immellaħ, f’salmura jew imnixxef. Laħam taż-żwiemel affumikat jaqa’ f’subtitlu 0210 99 39. Ġewwieni taż-żwiemel jaqa’ f’subtitlu 0210 99 80. |
||||||
0210 99 21 u 0210 99 29 |
Tan-nagħaġ u tal-mogħoż Dawn is-subtitli jkopru l-laħam ta’ annimali ta’ titlu 0104, immellaħ, f’salmura, imnixxef jew affumikat. Ġewwieni ta’ dawn l-ispeċi jaqa’ f’subtitlu 0210 99 60. |
||||||
0210 99 31 |
Tar-renni Ara n-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 0208 90 30, tielet paragrafu. |
||||||
0210 99 49 |
Oħrajn Dan is-subtitlu jinkludi rjus jew nofsijiet ta’ rjus ta’ ħnieżer domestiċi, bl-imħuħ, ħaddejn jew ilsna, jew mingħajrhom, inklużi partijiet tagħhom (ara Nota Addizzjonali 2 (Ċ) għal dan il-kapitlu). Partijiet ta’ l-irjus huma definiti fit-tielet paragrafu tan-Nota Addizzjonali imsemmija hawn fuq. |
||||||
0210 99 90 |
Dqiq u pasti mil-laħam jew mill-ġewwieni li jittiekel Dan is-subtitlu jkopri wkoll pilloli żgħar ta’ dan id-dqiq u dawn l-ikliet. |
KAPITLU 3
ĦUT U KRUSTAĊJI, MOLLUSKI U INVERTEBRATI AKWATIĊI OĦRAJN
Ġenerali
1. |
Ħut u krustaċji, molluski u invertebrati akwatiċi oħrajn li kienu maħżuna f’temperatura baxxa ħafna (deep-frozen) huma klassifikati fl-istess manjiera bħal ħut u krustaċji u invertebrati akwatiċi oħrajn li kienu friżati. |
2. |
Samta sempliċi, li tikkonsisti fi trattament ħafif bis-sħana li ma jinvolvix tisjir, ma taffetwax il-klassifikazzjoni. Dan jintuża spiss qabel l-iffriżar, partikolarment għall-ħut bħal tonn u għall-laħam ta’ krustaċji jew molluski. |
3. |
Dawn li ġejjin huma esklużi minn kapitlu 3:
|
0301 |
Ħut ħaj |
||||||||||||||||||||||
0301 10 10 u 0301 10 90 |
Ħut ornamentali Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal subtitlu 0301 10. |
||||||||||||||||||||||
0301 10 10 |
Ħut ta’ l-ilma ħelu Dan is-subtitlu jinkludi:
|
||||||||||||||||||||||
0301 10 90 |
Ħut ta’ l-ilma mielaħ Dan is-subtitlu jinkludi:
|
||||||||||||||||||||||
0302 |
Ħut, frisk jew imkessaħ, ħlief qatgħat ta’ ħut u laħam ieħor tal-ħut ta’ titlu 0304 |
||||||||||||||||||||||
0302 11 10 sa 0302 11 80 |
Trot (Salmo trutta, Oncorhynchus mykiss, Oncorhynchus clarki, Oncorhynchus aguabonita, Oncorhynchus gilae, Oncorhynchus apache u Oncorhynchus chrysogaster) Dan is-subtitlu jinkludi:
|
||||||||||||||||||||||
0302 12 00 |
Salamun tal-Paċifiku (Oncorhynchus nerka, Oncorhynchus gorbuscha, Oncorhynchus keta, Oncorhynchus tschawytscha, Oncorhynchus kisutch, Oncorhynchus masou u Oncorhynchus rhodurus), salamun ta’ l-Atlantiku (Salmo salar) u salamun tad-Danubju (Hucho hucho) Bħala żieda mas-salamun ta’ l-Atlantiku u s-salamun tad-Danubju, dan is-subtitlu jkopri l-ispeċi ta’ salamun tal-Paċifiku li ġejjin:
|
||||||||||||||||||||||
0302 19 00 |
Oħrajn Fost is-salmonidae ta’ l-ilma ħelu l-oħrajn inklużi hawn huma:
|
||||||||||||||||||||||
0302 21 10 sa 0302 29 90 |
Ħut ċatt (Pleuronectidae, Bothidae, Cynoglossidae, Soleidae, Scophthalmidae u Citharidae), ħlief fwied u bajd Ħut ċatt m’humiex iċċattjati fil-pjan vertikali bħal rajja iżda fi pjan orizzontali, b’żewġ għajnejn fuq il-parti ta’ fuq. |
||||||||||||||||||||||
0302 29 90 |
Oħrajn Dan is-subtitlu jinkludi: barbun imperjali (Scophthalmus maximus jew Psetta maxima), u rombu lixx (Scophthalmus rhombus), barbun komuni (Pleuronectes limanda jew Limanda limanda), lingwata tal-lumi (Pleuronectes microcephalus jew Microstomus kitt), il-barbun ta’ l-għajn Ewropew jew tat-tajn (Platichthys flesus jew Flesus flesus). |
||||||||||||||||||||||
0302 31 10 u 0302 31 90 |
Alonga jew tonn tax-xewk twil (Thunnus alalunga) Alonga jew tonn tax-xewk twil jintagħrfu mix-xewk twil pettorali tagħhom, li jilħaq sa wara l-anus tagħhom u sad-dahar tagħhom blu skur u sa ġenbhom u żaqqhom blu-griżi. |
||||||||||||||||||||||
0302 32 10 u 0302 32 90 |
Tonn tax-xewk safrani (Thunnus albacares) Tonn tax-xewk safrani jintagħraf faċilment mix-xewk anali tiegħu forma ta’ minġel u t-tieni xewk dorsali tiegħu. |
||||||||||||||||||||||
0302 33 10 u 0302 33 90 |
Skipjack jew bonito żaqqu rrigata: Skipjack jew bonito żaqqu rrigata Euthynnus (katsuwonus) pelamis jintagħrfu mill-preżenza ta’ erba’ sa seba rigi skuri, lonġitudinali fuq żaqqhom. Id-dhur blu skuri tagħhom huma aċċentwati permezz ta’ żona definita b’mod ċar bl-aħdar fuq ix-xewk pettorali li tgħib lejn iċ-ċentru tal-ġisem. Huma għandhom ġnub u żaqqijiet kulur il-fidda u xewk qasir. Dan is-subtitlu ma jkoprix il-bonito ta’ l-Atlantiku jew bonito biċ-ċinturin (Sarda sarda), li għandhom rigi oblikwi fuq daharhom; dawn il-ħut, jekk friski jew imkessħin, huma klassifikati f’subtitlu 0302 69 99. |
||||||||||||||||||||||
0302 40 00 |
Aringi (Clupea harengus, Clupea pallasii), ħlief fwied u bajd Għall-għanijiet ta’ dan is-subtitlu, it-terminu “aringi” għandu jitqies li jfisser biss Clupeidae ta’ l-ispeċi Clupea harengus (aringi nordiċi) u Clupea pallasti (aringi tal-Paċifiku). Il-ħuta magħrufa bħala “aringa Indjana” (Chirocentrus dorab) hija klassifikata fis-subtitlu 0302 69 99 meta impurtata friska jew imkessħa. |
||||||||||||||||||||||
0302 50 10 u 0302 50 90 |
Merluzz (Gadus morhua, Gadus ogac, Gadus macrocephalus), ħlief fwied u bajd Merluzz jista’ jkun twil sa 1,5 m. Huma għandhom dhur kulur iż-żebbuġa b’tikek skuri u żaqq ċara b’linja laterali bajda. Huma għandhom tliet xewkiet dorsali, xewka ventrali qasira u barbell fuq wicchom. |
||||||||||||||||||||||
0302 61 10 |
Sardin ta’ l-ispeċi Sardina pilchardus Dan is-subtitlu jinkludi ukoll sardin adult kbir (sa 25 ċm) magħrufin bħala “pilchards”. |
||||||||||||||||||||||
0302 61 80 |
Aringi żgħar (Sprattus sprattus) Għall-għanijiet ta’ dan is-subtitlu, it-terminu “aringi żgħar” għandu jitqies li jfisser biss Clupeidae ta’ l-ispeċi Sprattus sprattus; dawn il-ħut, relatati mill-qrib ma’ l-aringi iżda ta’ daqs ħafna iżgħar, huma spiss imsejħin ħażin bħala “Inċovi tan-Norveġja”. |
||||||||||||||||||||||
0302 63 00 |
Merlangu (Pollachius virens) Merlangu huwa iżjed magħruf komunement bħala saithe jew coley. |
||||||||||||||||||||||
0302 65 20 |
Klieb il-baħar ta’ l-ispeċi Squalus acanthias Klieb il-baħar huma tawri (sharks) imxewkin b’qatgħat għal garġi laterali li jinstabu fuq il-pettorali; ġisimhom ġej għat-tond u huwa lixx; daharhom huwa ġriż u żaqqhom bajda; huma jistgħu ikunu sa 1 m f’tul. |
||||||||||||||||||||||
0302 65 90 |
Oħrajn Dan is-subtitlu jinkludi il-porbeagle jew il-kelb il-baħar Beaumaris (Lamna nasus jew Lamna cornubica) u t-tope (Galeorhinus galeus jew Galues canis). |
||||||||||||||||||||||
0302 66 00 |
Sallur (Abguilla spp.) Għall-għanijiet ta’ dan is-subtitlu, it-terminu “sallur” għandu jitqies li japplika biss għal sallur hekk imsejjaħ kif suppost (Anguilla spp.), inkluża s-sallura Ewropeja (Anguilla anguilla) fiż-żewġ forom tagħha (is-sallura ta’ rasha kbira u s-sallura ta’ geddumha ppuntat jew ħalqha twil), is-sallura Amerikana (Anguilla rostrata), is-sallura Ġappuniża (Anguilla japonica) u s-sallura Awstraljana (Anguilla australis). Għaldaqstant, ħut li huma b’mod ħażin imsejħin sallur bħal gringi, magħrufin ukoll bħala “sallur tal-baħar” (Conger conger), murini, magħrufin ukoll bħala “sallur murini” (Muraena helena) u sallur tar-ramel (Ammodytes spp.) huma esklużi minn dan is-subtitlu u jaqgħu f’subtitlu 0302 69 99. |
||||||||||||||||||||||
0302 69 19 |
Oħrajn Il-ħut ta’ l-ilma ħelu li jaqa’ f’dan is-subtitlu jinkludi:
|
||||||||||||||||||||||
0302 69 99 |
Oħrajn Il-ħut ta’ l-ilma baħar li jaqa’ f’dan is-subtitlu jinkludi:
|
||||||||||||||||||||||
0302 70 00 |
Fwied u bajd Fwied u bajd ta’ ħut, frisk jew imkessaħ, li minħabba l-ispeċi u l-kundizzjonijiet tagħhom huma tajbin għal konsum minn bnedmin jibqgħu f’dan is-subtitlu anki jekk intiżi għal użu industrijali. |
||||||||||||||||||||||
0303 |
Ħut, friżat, ħlief qatgħat ta’ ħut u laħam ieħor tal-ħut ta’ titlu 0304: Il-provvedimenti tan-Noti ta’ Spjega għas-subtitli ta’ titlu 0302 japplikaw, mutatis mutandis, għas-subtitli ta’ dan it-titlu. |
||||||||||||||||||||||
0304 |
Qatgħat ta’ ħut u laħam ieħor tal-ħut (kapuljat jew mhuwiex), frisk, imkessaħ jew friżat: |
||||||||||||||||||||||
0304 11 10 |
Qatgħat Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 0304, (1). Dawn is-subtitli jkopru wkoll qatgħat maqtugħin f’biċċiet sakemm dawn il-biċċiet jistgħu jkunu identifikati bħala miksubin minn qatgħat. |
||||||||||||||||||||||
0304 12 10 |
Qatgħat Ara n-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 0304 11 10. |
||||||||||||||||||||||
0304 19 13 sa 0304 19 39 |
Qatgħat Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 0304, (1). Dawn is-subtitli jkopru wkoll qatgħat maqtugħin f’biċċiet sakemm dawn il-biċċiet jistgħu jkunu identifikati bħala miksubin minn qatgħat. L-ispeċi l-aktar użati għal dan il-għan huma trot, salamun, merluzz, haddock, saithe, redfish (eż. haddock tan-Norveġja), merlangi, marlozz, abramida rasha tad-deheb jew awrat, lingwat, barbun tat-tbajja’, barbun imperjali, molv, tonn, kavall, aringi u inċova. |
||||||||||||||||||||||
0304 19 39 |
Oħrajn Dan is-subtitlu jinkludi qatgħat ta’ lingwat, barbun tat-tbajja’ u aringi. |
||||||||||||||||||||||
0304 21 00 sa 0304 29 99 |
Qatgħat friżati Ara n-Noti ta’ Spjega għal subtitli 0304 19 13 sa 0304 19 39. Dawn is-subtitli jinkludu blokki jew biċċiet kbar li jikkonsistu f’qatgħat jew biċċiet ta’ qatgħat (is-soltu minn merluzz), kemm jekk imħalltin b’ammont żgħir (li ma jaqbiżx 20 % mill-piż) ta’ qxur (flakes) separati ta’ l-istess speċi użati sempliċiment biex jimlew l-ispazji fil-blokki jew biċċiet kbar u kemm jekk le. Il-blokki jew biċċiet kbar huma maħsubin biex jinqatgħu f’biċċiet iżgħar (porzjonijiet, swaba, eċċ.) li jkunu ppakkjati għal bejgħ. |
||||||||||||||||||||||
0304 99 10 |
Surimi Surimi huwa prodott intermedju negozjat f’forma friżata. Dan jikkonsisti f’pejst bajdani mingħajr prattikament ebda riħa jew togħma u magħmul minn laħam tal-ħut ikkappuljat b’mod fin, maħsul u mgħarbul. Ħasil suċċessiv jneħħi ħafna mix-xaħam u mill-proteini solubli. Sabiex titjieb il-konsistenza u jkun stabilizzat il-prodott fl-istat friżat, kwantitajiet żgħar ta’ addittivi (eż. zokkor, melħ, D-glukitol, sorbitol u di- jew trifosfat) jkunu miżjudin. Dan is-subtitlu ma jkoprix preparazzjonijiet ibbażati fuq surimi (subtitlu 1604 20 05). |
||||||||||||||||||||||
0305 |
Ħut, imnixxef, immellaħ jew fis-salmura; ħut affumikat, kemm jekk imsajjar jew le qabel jew waqt il-proċess ta’ affumikar; dqiq; pasti u gerbub ta’ ħut, tajbin għal konsum uman |
||||||||||||||||||||||
0305 10 00 |
Dqiq, pasti u gerbub ta’ ħut, tajbin għal konsum uman Dqiq u pasti ta’ ħut huma ġeneralment magħmulin tajbin għall-ikel permezz ta’ tneħħija ta’ żejt u ta’ tneħħija ta’ rwejjaħ u jistgħu ġieli jkunu magħrufin bħala “konċentrat ta’ ħut”. Dan is-subtitlu jkopri prodotti magħrufin bħala “ħut immedjat” miksubin mill-laħam ta’ ħut frisk, friżat, imqatta’ f’biċċiet żgħar, imqatta’ b’mod fin u mnixxef. |
||||||||||||||||||||||
0305 30 11 sa 0305 30 90 |
Qatgħat ta’ ħut, imnixxfin, immellħin jew fis-salmura, iżda mhux affumikati In-Noti ta’ Spjega għal subtitli 0304 19 13 sa 0304 19 39 japplikaw, mutatis mutandis. Qatgħat ta’ ħut affumikati huma klassifikati f’subtitli 0305 41 00 sa 0305 49 80. |
||||||||||||||||||||||
0305 41 00 sa 0305 49 80 |
Ħut affumikat, inklużi qatgħat Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 0305, ħames paragrafu. |
||||||||||||||||||||||
0305 63 00 |
Inċova (Engraulis spp.) Dan is-subtitlu jkopri biss inċova f’salmura li m’għaddiet minn ebda preparament ieħor. Hija titpoġġa fi bramel żgħar jew buqari u spiss f’laned issiġillati ermetikament mingħajr ma tgħaddi minn ebda trattament bis-sħana wara l-egħluq tal-landa. |
||||||||||||||||||||||
0306 |
Krustaċji, kemm jekk fil-qoxra jew le, ħajjin, friski, imkessħin, friżati, imnixxfin, immellħin jew fis-salmura; krustaċji, fil-qoxra, imsajrin bl-istim jew mgħollijin fl-ilma, kemm jekk imkessħin jew le, friżati, imnixxfin, immellħin jew fis-salmura; dqiq, pasti u gerbub ta’ krustaċji, tajbin għal konsum uman Krustaċji, kemm jekk fil-qoxra jew le, li kienu affumikati, u krustaċji mingħajr qoxra u msajrin (pereżempju, dnub ta’ gambli imsajrin u mqaxxrin, is-soltu friżati), huma klassifikati f’titlu 1605. Partijiet ta’ granċijiet parzjalment mingħajr qoxra (pereżempju, mqassijiet) li kienu msajrin bl-istim jew mgħollijin fl-ilma u li huma lesti għall-ikel mingħajr iżjed tneħħija ta’ qxur huma klassifikati f’titlu 1605. |
||||||||||||||||||||||
0306 11 10 u 0306 11 90 |
Awwista tal-blat u awwist ieħor tal-baħar (Palinurus spp., Panulirus spp., Jasus spp.) Mhux bħal awwisti ta’ veru, awwisti tal-blat u awwisti oħrajn tal-baħar huma ħomor u għandhom biss imqassijiet żgħar ħafna iżda antenni żviluppati immens. Bħala żieda, huma għandhom qoxra imxewka u bil-għoqod. |
||||||||||||||||||||||
0306 11 10 |
Dnub ta’ l-awwisti Dan is-subtitlu jinkludi dnub ta’ l-awwisti fi qxur, sħaħ jew maqsumin f’żewġ partijiet kif ukoll dnub mingħajr qxur. |
||||||||||||||||||||||
0306 11 90 |
Oħrajn Dan is-subtitlu jkopri awwisti fi qxur, sħaħ jew maqsumin mat-tul tagħhom kif ukoll laħam ta’ l-awwisti. |
||||||||||||||||||||||
0306 12 10 u 0306 12 90 |
Awwisti (Homarus spp.) Awwisti huma krustaċji b’imqassijiet kbar. Awwisti mhux imsajrin huma blu skuri f’kulurhom bi strixxi bojod jew safranin; huma jsiru ħomor biss mat-tisjir. Awwisti huma mtellgħin prattikament bl-istess mod bħal awwisti tal-blat u awwisti oħrajn tal-baħar. |
||||||||||||||||||||||
0306 13 10 sa 0306 13 80 |
Gambli u gambli kbar Dawn is-subtitli jinkludu:
|
||||||||||||||||||||||
0306 14 10 sa 0306 14 90 |
Granċi It-terminu “granċi” jkopri varjeta’ kbira ta’ krustaċji bl-imqassijiet ta’ qisien li jvarjaw ħafna li jintgħarfu minn awwisti, gambli u gambli kbar, u gambli ta’ l-ilma ħelu minnħabba n-nuqqas ta’ denb imlaħħam bil-ġogi. |
||||||||||||||||||||||
0306 14 90 |
Oħrajn Dan is-subtitlu jinkludi b’żieda mal-granċi tal-baħar Ewropej bħall-granċ għawwiem (Portunus puber) u l-granċ qarnita (Maia squinado), numru kbir ta’ speċi oħrajn (partikolarment Cancer, Carcinus, Portunus, Neptunus, Charybdis, Scylla, Erimacrus, Limulus, Maia, Menippi spp.) kif ukoll il-granċ ta’ l-ilma ħelu magħruf bħala “granċ Ċiniż” (Eriocheir sinensis). |
||||||||||||||||||||||
0306 19 10 |
Awwist ta’ l-ilma ħelu Gambli ta’ l-ilma ħelu huma krustaċji ta’ l-ilma ħelu, li l-iżjed speċi importanti tagħhom tagħmel parti mill-genera Astacus, Cambarus, Orconectes u Pacifastacus. Dan is-subtitlu jkopri ukoll dnub. |
||||||||||||||||||||||
0306 19 30 |
Awwist tan-Norveġja (Nephrops norvegicus) Awwist tan-Norveġja, magħrufin ukoll bħala gambli kbar ta’ Dublin Bay, jintgħarfu mill-imqassijiet twal, irqaq u priżmatiċi tagħhom. |
||||||||||||||||||||||
0306 21 00 |
Awwista tal-blat u awwist oħrajn tal-baħar (Palinurus spp., Panulirus spp., Jasus spp.) Ara n-Noti ta’ Spjega għal subtitli 0306 11 10 u 0306 11 90. |
||||||||||||||||||||||
0306 22 10 sa 0306 22 99 |
Awwist (Homarus spp.) Ara n-Noti ta’ Spjega għal subtitli 0306 12 10 u 0306 12 90. |
||||||||||||||||||||||
0306 23 10 sa 0306 23 90 |
Gambli u gambli kbar Ara n-Noti ta’ Spjega għal subtitli 0306 13 10 sa 0306 13 80. |
||||||||||||||||||||||
0306 24 30 u 0306 24 80 |
Granċi Ara n-Noti ta’ Spjega għal subtitli 0306 14 10 sa 0306 14 90. |
||||||||||||||||||||||
0306 24 80 |
Oħrajn Dan is-subtitlu jinkludi bħala żieda mal-granċijiet tal-baħar Ewropej bħal granċ għawwiem (Portunus puber) u l-granċ brimba (Maia squinado), numru kbir ta’ speċi oħrajn (Paralithodes chamchaticus, Callinectes sapidus, Chionoecetes spp., Cancer, Carcinus, Portunus, Neptunus, Charybdis, Scylla, Erimacrus, Limulus, Maia, Menippi spp., b’mod partikulari) kif ukoll il-granċ ta’ l-ilma ħelu magħruf bħala “granċ Ċiniż” (Eriocheir sinensis). |
||||||||||||||||||||||
0306 29 10 |
Awwist ta’ l-ilma ħelu Ara n-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 0306 19 10. |
||||||||||||||||||||||
0306 29 30 |
Awwist tan-Norveġja (Nephrops norvegicus) Ara n-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 0306 19 30. |
||||||||||||||||||||||
0307 |
Molluski, kemm jekk fil-qoxra jew le, ħajjin, friski, imkessħin, friżati, imnixxfin, immellħin jew fis-salmura; invertebrati akwatiċi għajr krustaċji u molluski, ħajjin, friski, imkessħin, friżati, imnixxfin, immellħin jew fis-salmura; dqiq, pasti u gerbub ta’ invertebrati akwatiċi għajr krustaċji, tajbin għal konsum uman |
||||||||||||||||||||||
0307 10 10 u 0307 10 90 |
Gajdri Dawn is-subtitli jkopru biss il-molluski bivalvi tal-genera Ostrea, Crassostrea (imsejħin ukoll Gryphaea) u Pycnodonta. Dintinzjoni s-soltu issir bejn gajdri ċatti (tal-ġeneru Ostrea) u dawk bi qxur irregolari bħall-gajdri Portugiżi (Crassostrea angulata) u l-gajdra tal-Punt Blu jew tal-Virġinja (Crassostrea virginica). |
||||||||||||||||||||||
0307 10 10 |
Gajdri ċatti (tal-ġeneru Ostrea), ħajjin u jiżnu (bil-qoxra b’kollox) mhux aktar minn 40g kull waħda Gajdri tal-ġeneru Ostrea biss li jiżnu mhux aktar minn 40 g kull waħda (bil-qoxra b’kollox) huma klassifikati f’dan is-subtitlu. Il-gajdri ċatti miġburin fl-Ewropa huma ġeneralment ta’ l-ispeċi Ostrea edulis. Hemm ukoll speċi bħal, partikolarment, Ostrea lurida tal-kosta Paċifika ta’ l-Amerika ta’ Fuq u Ostrea chilensis taċ-Chile. |
||||||||||||||||||||||
0307 10 90 |
Oħrajn Gajdri tal-ġeneru Ostrea li jiżnu aktar minn 40g kull waħda kif ukoll gajdri, immaturi jew adulti, tal-ġeneru Crassostrea (imsejħa ukoll Gryphaea) u tal-ġeneru Pycnodonta huma klassifikati hawn. Il-ġeneru Crassostrea jinkludi l-gajdra Portugiża (Crassostrea angulata), il-gajdra Ġappuniża (Crassostrea gigas) u l-gajdra magħrufa bħala tal-Punt Blu jew tal-Virġinja (Crassostrea virginica). |
||||||||||||||||||||||
0307 91 00 sa 0307 99 90 |
Oħrajn, inklużi dqiq, pasti u gerbub ta’ invertebrati akwatiċi għajr krustaċji, tajbin għal konsum uman Dawn is-subtitli jinkludu:
|
KAPITLU 4
PRODOTTI TAL-ĦALIB; BAJD TAT-TJUR; GĦASEL NATURALI; PRODOTTI TAJBIN GĦALL-IKEL ĠEJJIN MINN ANNIMALI, LI MHUMIEX IMSEMMIJIN JEW INKLUŻI BAND’OĦRA
0401 |
Ħalib u krema, mhux konċentrati u mingħajr iż-żieda ta’ zokkor jew ta’ xi materjal ieħor biex jagħmel ħelu Sakemm il-prodotti ma jkun fihom ebda żidiet għajr dawk imsemmijin fin-Noti ta’ Spjega Ġenerali SA għal dan il-kapitlu, tieni paragrafu, dan it-titlu jinkludi:
Krema titqies bħala “mhux konċentrata” f’dan it-titlu, irrelevanti x’inhu l-perċentwal ta’ kontenut ta’ xaħam, sakemm din kienet miksuba kompletament:
Madanakollu, krema “konċentrata” prodotta b’mezzi differenti, bħal pereżempju l-evaporazzjoni ta’ ilma matul trattament bis-sħana taqa’ f’titlu 0402. |
||||||||||||||||
0402 |
Ħalib u krema, konċentrati u biż-żieda ta’ zokkor jew ta’ xi materjal ieħor biex jagħmel ħelu Dan it-titlu jinkludi trab ta’ ħalib li miegħu kien miżjud lura ċentrifugat tad-diżinfezzjoni sakemm il-proporzjon ta’ kostitwenti ta’ ħalib naturali ma jkunux imħarbtin (inkella titlu 0404). Sodju kaseinat m’huwiex konstitwenti naturali tal-ħalib; huwa jintuża partikolarment bħala emulsjonant. Għalhekk, prodotti li fihom sodju kaseinat b’iżjed minn 3 % tal-piż tagħhom huma esklużi minn dan it-titlu (partikolarment ara titlu 1901). L-istess regola tapplika għal prodotti li fihom sojja leċitina (emulsjonant). Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 0404, ħlief (d). |
||||||||||||||||
0403 |
Xorrox tal-butir, baqta u krema, jogurt, kefir u ħalib u krema oħrajn fermentati jew li saru aċidużi, kemm jekk konċentrati kif le jew biz-zokkor miżjud jew materjal ieħor li jagħmel ħelu jew imħawwrin jew miżjudin bil-frott, bil-ġewż jew bil-kawkaw Prodotti f’forma ta’ pejst li normalment jittieklu b’mgħarfa m’għandhomx ikunu klassifikati bħala prodotti fi trab, jew frak żgħar jew forom oħra solidi. Għall-għanijiet ta’ dan it-titlu, it-terminu “xorrox tal-butir” ikopri kemm xorrox tal-butir ħelu (jiġifieri. mhux aċidifikat) kif ukoll aċidifikat. |
||||||||||||||||
0403 10 11 sa 0403 10 99 |
Jogurt Dawn is-subtitli japplikaw biss għal prodotti li huma miksubin permezz ta’ fermentazzjoni lattika ta’ Spreptococcus thermophilus u Lactobacillus delbrueckii subsp. bulgaricus esklussivament. Dawn is-subtitli ma japplikawx għal prodotti li, wara l-fermentazzjoni, kienu suġġetti għal trattament bis-sħana li rrenda l-kulturi tal-jogurt inattivi (subtitlu 0403 90). |
||||||||||||||||
0403 90 11 sa 0403 90 99 |
Oħrajn Ara n-Noti ta’ Spjega għal subtitli 0403 10 11 sa 0403 10 99. Dawn is-subtitli ma jkoprux prodotti tat-tip “cagliata” kif imsemmi fin-Noti ta’ Spjega għal subtitli 0406 10 20 u 0406 10 80, tielet paragrafu. |
||||||||||||||||
0404 |
Xorrox, kemm jekk konċentrat kif le jew biz-zokkor miżjud jew materjal ieħor li jagħmel ħelu; prodotti magħmulin minn konstitwenti naturali tal-ħalib, kemm jekk biz-zokkor miżjud jew materjal ieħor li jagħmel ħelu jew le, li mhumiex imsemmijin jew inklużi band’oħra Ara n-Noti ta’ Spjega għal titlu 0402, l-ewwel paragrafu. |
||||||||||||||||
0404 90 21 sa 0404 90 89 |
Oħrajn In-Noti ta’ Spjega għal titlu 0402 japplikaw, mutatis mutandis. Dawn is-subtitli jinkludu proteini tal-ħalib konċentrati miksubin permezz tat-tneħħija parzjali tal-lattosju u mluħ minerali minn ħalib xkumat u li fih il-kontenut ta’ proteini tammonta għal 85 % jew inqas mill-piż tal-materjal niexef. Il-kontenut ta’ proteini huwa kalkolat billi jkun immultiplikat il-kontenut ta’ nitroġenu b’fattur ta’ konverżjoni ta’ 6,38. Meta l-kontenut ta’ proteini tal-proteini ta’ ħalib konċentrati jaqbeż il- 85 % mill-piż tal-materjal niexef, il-prodott jaqa’ f’titlu 3504 (ara Nota Addizzjonali 1 għal kapitlu 35) |
||||||||||||||||
0405 |
Butir u xaħmijiet u żjut oħrajn magħmulin mill-ħalib; dlik (pejst) ta’ prodotti tal-ħalib |
||||||||||||||||
0405 10 11 sa 0405 10 90 |
Butir It-terminu “butir” huwa definit f’Nota 2 (a) u f’Nota 2 tas-Subtitlu għal dan il-kapitlu. Ara wkoll in-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 0405, (A). Butir huwa emulsjoni kollu ilma fix-xaħam tal-ħalib, fejn l-ilma huwa l-fażi mxerrda tieghu u x-xaħam huwa l-mezz ta’ tixrid. Fuq in-naħa l-oħra, krema (titli 0401 u 0402) — li fihom il-perċentwal ta’ xaħam f’ċertu każi huwa l-istess bħal dak tal-butir — huwa emulsjoni ta’ globuli tax-xaħam fl-ilma, fejn l-ilma huwa l-mezz ta’ tixrid u x-xaħam il-fażi li xxerred. Minn din id-differenza fl-istruttura jkompli li biż-żieda tal-kwantitajiet xierqa ta’ ilma mal-krema wieħed jista’ bejn wieħed u ieħor jerġa’ joħloq il-ħalib oriġinali, iżda dan m’huwiex possibli bil-butir. |
||||||||||||||||
0405 20 10 sa 0405 20 90 |
Dlik (pejst) tal-butir L-espressjoni “dlik (pejst) tal-butir” hija definita f’Nota 2 (b) għal dan il-kapitlu. Ara ukoll in-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 0405, (B). |
||||||||||||||||
0405 90 10 u 0405 90 90 |
Oħrajn Ara Nota 2 tas-Subtitlu għal dan il-kapitlu u n-Nota ta’ Spjega SA għal titlu 0405, (Ċ). |
||||||||||||||||
0406 |
Ġobon u baqta Prodotti li fihom ix-xaħam tal-ħalib kien mibdul totalment jew parzjalment b’tipi oħrajn ta’ xaħam (pereżempju. veġetali) ma jitqisux bħala ġobon f’dan it-titlu (ġeneralment titlu 2106). |
||||||||||||||||
0406 10 20 u 0406 10 80 |
Ġobon frisk (mhux misjur jew konservat), inkluż ġobon tax-xorrox, u baqta Għal ġobon tax-xorrox, ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 0406, tieni paragrafu. Baqta jew “ġobon abjad” huwa l-prodott miksub minn ħalib imbaqqat li minnu tneħħa ħafna mis-serum (pereżempju, permezz ta’ tneħħija ta’ l-ilma jew tgħasir). Baqta (ħlief fi trab) b’sa 30 % mill-piż ta’ zokkor u frott miżjud jitqies li jżomm il-karattru ta’ baqta u jibqa’ klassifikat f’dawn is-subtitli. Dawn is-subtitli jinkludu prodotti tat-tip “cagliata”, jiġifieri. prodotti miksubin permezz tal-koagulazzjoni ma’ tames, enżimi oħrajn jew trattament aċtu, ħalib intier (mhux xkumat) jew ħalib parzjalment jew kompletament xkumat, li minnu ħafna mis-serum ikun tneħħa. Dawn il-prodotti jkunu preżentati fil-forma ta’ pasta għadha mhux baqta plastika, lixxa, faċli biex tkun separata fi grani, b’riħa karatteristika intensa u b’kontenut ta’ sodju kloridu ta’ 0.3 % jew anqas mill-piż. Huma prodotti “intermedji”, li jeħtieġu li jkunu proċessati aktar, prinċipalment biex jinkiseb ġobon. |
||||||||||||||||
0406 20 10 u 0406 20 90 |
Ġobon maħkuk jew fi trab, ta’ kull tip Dan is-subtitlu jkopri:
|
||||||||||||||||
0406 30 10 sa 0406 30 90 |
Ġobon proċessat, mhux maħkuk jew trab Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 0406, l-ewwel paragrafu, (3). |
||||||||||||||||
0406 40 10 sa 0406 40 90 |
Ġobon tip blu (tat-tursina) u tipi oħra ta’ ġobon li għandhom vini blu prodotti bil-Penicillium roqueforti Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal subtitlu 0406 40. Il-karatteristika prinċipali ta’ dan il-ġobon hija il-pigmentazzjoni irregolari minħabba l-iżvilupp ta’ moffa fil-ġisem tal-ġobon. |
||||||||||||||||
0406 40 90 |
Oħrajn Dan is-subtitlu jinkludi ukoll ġobon b’pigmentazzjoni irregolari bajda/griża li tidher ċar fil-ġisem tal-ġobon miksuba mill-użu tar-razza mingħajr kulur Penicillium roqueforti. |
||||||||||||||||
0407 00 |
Bajd tat-tjur, fil-qoxra, frisk, preservat jew imsajjar Dan it-titlu jkopri wkoll bajd maqtugħ fil-qoxra kif ukoll bajd li fih beda l-proċess ta’ inkubazzjoni. Preservazzjoni tista’ tinkiseb permezz tat-trattament ta’ barra tal-bajd b’xaħam, xemgħa jew xemgħa paraffin, b’immersjoni f’soluzzjoni ta’ ġebla jew silicate (sodju jew potassa) jew b’metodi oħra. |
||||||||||||||||
0407 00 11 sa 0407 00 30 |
Tat-tjur tad-dar (poultry) Bajd tat-tjur tad-dar huma l-bajd ta’ l-għasafar ta’ titlu 0105. |
||||||||||||||||
0407 00 11 sa 0407 00 19 |
Għat-tifqis Dawn is-subtitli jkopru biss bajd tat-tjur tad-dar li jaqblu mat-termini stipulati mill-awtoritajiet kompetenti. |
||||||||||||||||
0408 |
Bajd tat-tjur, mhux fil-qoxra, u isfra tal-bajd, friski, imnixxfin, imsajrin bl-istim jew bit-tgħolija, iffurmati, friżati jew preservati mod ieħor, kemm biż-żieda ta’ zokkor jew materjal ieħor li jagħmel ħelu jew le |
||||||||||||||||
0408 11 80 |
Oħrajn Dan is-subtitlu jinkludi isfra tal-bajd tajbin għal konsum mill-bnedmin u isfra tal-bajd mhux tajbin għal konsum mill-bnedmin ħlief dawk li jaqgħu f’subtitlu 0408 11 20. Dan jinkludi ukoll isfar tal-bajd imnixxef li kien preservat permezz taż-żieda ta’ kwantitajiet żgħar ta’ kimiċi u huwa intiż għal produzzjoni ta’ kejkijiet u għaġniet, prodotti tat-tip ta’ makaroni u prodotti simili. |
||||||||||||||||
0408 19 81 u 0408 19 89 |
Oħrajn L-ewwel sentenza tan-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 0408 11 80 tapplika, mutatis mutandis. |
||||||||||||||||
0408 91 80 |
Oħrajn In-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 0408 11 80 japplikaw, mutatis mutandis. |
||||||||||||||||
0408 99 80 |
Oħrajn In-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 0408 11 80 japplikaw, mutatis mutandis. Bħala żieda ma’ bajd sħiħ mingħajr qxur, li jistgħu jkunu preżentati friski, dan is-subtitlu jkopri bajd sħiħ likwidu preservat, preservat, pereżempju, biż-żieda ta’ melħ jew preservattivi kimiċi u bajd sħiħ friżat. Dan jinkludi ukoll bajd imsajjar bl-istim jew bit-tgħolija, u bajd immuffat (pereżempju, bajd “twal” ċilindriċi magħmulin mill-isfra u l-abjad ta’ diversi bajd). |
KAPITLU 5
PRODOTTI ĠEJJIN MILL-ANNIMALI LI MHUMIEX SPEĊIFIKATI JEW INKLUŻI BAND’OĦRA
0505 |
Ġlud u partijiet oħrajn minn għasafar, bir-rix, rix u bċejjeċ tar-rix (kemm bit-trufijiet mirqumin jew le), mhumiex maħdumin aktar minn imnaddfin, disinfettati jew trattati għall-preservazzjoni; trab u skart mir-rix jew minn bċejjeċ tar-rix |
||||||||||||||
0505 10 10 u 0505 10 90 |
Rix ta’ tip użat għall-mili Prodotti ta’ dawn is-subtitli huma definiti fin-Noti ta’ Spjega SA għal subtitlu 0505 10. |
||||||||||||||
0505 10 10 |
Mhux proċessat Dan is-subtitlu jkopri rix ta’ tip użat għall-mili u rix irqiq fil-kundizzjoni kif maqlugħ mill-ġisem ta’ l-għasfur, anki jekk l-operazzjoni saret meta r-rix kien imxarrab. Huwa jkopri ukoll rix u rix irqiq li, wara li kien imnittef, kien soġġett għal trattament għat-tneħħija tat-trab, kien disinfettat, jew għadda sempliċement minn trattament għal preservazzjoni. Dan is-subtitlu jkopri wkoll rix salvat (jew użat), li ma jistax jerġa’ jintuża fl-istat eżistenti tiegħu bħala rix għall-mili. Prodotti ta’ dan is-subtitlu huma ġeneralment preżentati fil-forma ta’ balel kumpressati. |
||||||||||||||
0505 10 90 |
Oħrajn Dan is-subtitlu jkopri rix ta’ tip użat għall-mili u rix irqiq li ngħataw trattament ta’ tindif iżjed elaborat minn dak imsemmi fin-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 0505 10 10, pereżempju, ħasil f’ilma jew fwar u tnixxif b’arja sħuna. |
||||||||||||||
0505 90 00 |
Oħrajn Dan is-subtitlu jinkludi:
|
||||||||||||||
0506 |
Għadam u ċ-ċentru tal-qrun, mhux maħdumin, bix-xaħam imneħħi, sempliċiment preparati (iżda mhux maqtugħin għall-forma), trattati bl-aċtu jew deġelatinizzati; trab u skart minn dawn il-prodotti |
||||||||||||||
0506 10 00 |
Ossejn u għadam trattati bl-aċtu Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 0506, tieni paragrafu, (3). |
||||||||||||||
0506 90 00 |
Oħrajn Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 0506, tieni paragrafu, (1), (2), (4) u (5). |
||||||||||||||
0510 00 00 |
Ambra griża, kastorju, żibett u misk; kanatridi; bila, imnixxfa jew le; glandoli u prodotti oħrajn ta’ annimali użati fil-preparazzjoni ta’ prodotti farmaċewtiċi, friski, imkessħin, friżati jew preservati mod ieħor provviżorjament Bħala żieda mal-prodotti msemmijin fin-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 0510, dan it-titlu jinkludi ċelluli ta’ plaċenti imkessħin jew friżati, kemm jekk f’kontenituri sterili u kemm jekk le. |
||||||||||||||
0511 |
Prodotti ġejjin mill-annimali li mhumiex speċifikati jew inklużi band’oħra; annimali mejtin ta’ Kapitlu 1 jew 3, mhux tajbin għall-konsum uman |
||||||||||||||
0511 91 10 |
Skart tal-ħut Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 0511, (6), paragrafi (i) sa (iv). |
||||||||||||||
0511 91 90 |
Oħrajn Dan is-subtitlu jkopri:
|
||||||||||||||
0511 99 31 u 0511 99 39 |
Sponoż naturali ġejjin minn annimali Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 0511, (14). |
||||||||||||||
0511 99 31 |
Mhux proċessati Bħala żieda ma’ sponoż importati fl-istat li fih huma ttieħdu mill-baħar, dan is-subtitlu jinkludi sponoż naturali li kellhom il-parti li tkopri l-esterjuri tagħhom, sustanzi rotob viskużi u ftit mill-materja estraneja tagħhom (eż. sustanzi kalkarużi, ramel) imneħħijin permezz ta’ dars jew tifrik u ħasil f’ilma baħar. Dan is-subtitlu jkopri ukoll sponoż naturali li kellhom il-partijiet li ma jistgħux jintużaw tagħhom (partijiet immuffati, pereżempju), imneħħijin, eż. permezz ta’ qtugħ, u, ġeneralment, sponoż kollha li m’għaddewx minn trattament kimiku. |
||||||||||||||
0511 99 39 |
Oħrajn Dan is-subtitlu jkopri sponoż li kienu preparati aktar biex jitneħħew kompletament is-sustanzi kalkarużi tagħhom, biex jitħaffu f’kulurhom (permezz ta’ trattament bi bromju jew b’sodju tiosulfat), biex jitneħħa l-grass minnhom (permezz ta’ tgħaddis f’soluzzjoni ta’ ammonja) biex ikunu bbliċjati (permezz ta’ tgħaddis fi 2 % ta’ aċtu oksaliku) jew, permezz ta’ trattamenti kimiċi oħra, li jagħmilhom tajbin għall-użu. |
||||||||||||||
0511 99 85 |
Oħrajn Dan is-subtitlu jinkludi l-prodotti deskritti fin-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 0511, (2), (3), (4), (7), (8) u (13). Dan is-subtitlu jkopri ukoll annimali mejtin ta’ kapitlu 1, mhux tajbin għall-ikel jew klassifikati bħala mhux tajbin għal konsum minn bnedmin. Dan is-subtitlu ma jinkludix plasma tad-demm ta’ annimali (titlu 3002, pereżempju). |
TAQSIMA II
PRODOTTI VEĠETALI
KAPITLU 6
SIĠAR ĦAJJIN U PJANTI OĦRAJN; BASAL, GĦERUQ U BĦALHOM; FJURI MAQTUGĦIN U WERAQ ORNAMENTALI
0601 |
Basal, tuberi, għeruq tuberużi, corms, crowns u riżomi, reqdin, jarmu jew bil-ward; pjanti taċ-ċikwejra u għeruq ħlief dawk l-għeruq ta’ titlu 1212 |
||||
0601 20 30 |
Orkidej, ġjaċinti, narċis u tulipani Dan is-subtitlu jkopri orkidej epifitiċi (pereżempju, orkidej tal-genera Cattleya u Dendrobium). |
||||
0602 |
Pjanti oħrajn ħajjin (inklużi l-għeruq tagħhom), biċċiet u żabriet; spawn għall-faqqiegħ |
||||
0602 10 10 u 0602 10 90 |
Biċċiet u żabriet maqlugħin mill-għeruq: Dan is-subtitlu jkopri:
|
||||
0602 40 00 |
Ward, imlaqqam jew le Dawn is-subtitli jkopru kemm ward koltivat kif ukoll ward kanin jew salvaġġ. |
||||
0602 90 10 |
Spawn għall-faqqiegħ Spawn għall-faqqiegħ huwa t-terminu mgħoti lil xibka ta’ ħjut fraġli (Thallus jew Mycelium), spiss misjuba taħt l-art, li tgħix u tikber fuq is-superfiċi ta’ annimali jew materjal veġetali li jkun qed jiddekomponi u li tiżviluppa fit-tessuti nnifishom u tipproduċi faqqiegħ. Spawn tal-faqqiegħ imkabbar għal għanijiet kummerċjali jinbiegħ fil-forma ta’ kaxex, li huma magħmulin minn biċċiet ta’ tiben nofsu mħassar li fuqu jkun hemm depositati strati ta’ mycelium. Dan is-subtitlu jinkludi wkoll prodott magħmul minn spawn tal-faqqiegħ, mhux kompletament żviluppat, imqiegħd f’ammonti mikroskopiċi fuq strat ta’ frak ta’ ċereali magħluqin f’kompost ta’ demel taż-żwiemel sterilizzat (taħlita ta’ tiben u demel taż-żwiemel). |
||||
0602 90 41 |
Siġar tal-foresta Dan is-subtitlu jinkludi pjanti żgħar miż-żerriegħa ta’ siġar koniferi jew li jwaqqgħu l-weraq normalment użati għal afforestazzjoni. Huma jkunu ġeneralment fornuti b’għeruq f’forma ta’ ballun. |
||||
0602 90 45 |
Biċċiet bl-għeruq u pjanti żgħar Dan is-subtitlu jinkludi pjanti żgħar, mhux speċifikati jew inklużi mkien ieħor, jiġifieri, pjanti li jeħtieġu aktar koltivazzjoni f’serra qabel ikunu miżrugħin. Dawn huma nebbiet minn żmien ta’ sena sa sentejn, kif ukoll biċċiet bl-għeruq, imlaqqmin jew riżomi jew pjanti bir-rimi, strati u pjanti li ġeneralment m’għandhomx aktar minn tnejn sa tliet snin. |
||||
0602 90 49 |
Oħrajn Dan is-subtitlu jinkludi siġar u arbuxxell ta’ speċi Ewropej jew eżotiċi, mhux speċifikati jew inklużi mkien ieħor, li ma jintużawx normalment għal afforestazzjoni. Huma jkunu ġeneralment forniti b’għeruq f’forma ta’ ballun. |
||||
0602 90 50 |
Pjanti oħrajn ta’ barra Dan is-subtitlu jinkludi pjanti li jifilħu x-xitwa li huma intiżi għal tħawwil permanenti, li z-zokk mhux ta’ l-injam tagħhom ’l fuq mill-art imut fil-ħarifa u jnibbet mill-ġdid fir-rebbiegħa. Dan is-subtitlu jinkludi ukoll felċi, bann u pjanti akwatiċi (ħlief dawk ta’ titlu 0601 u ta’ titlu 0602 90 99). Dan is-subtitlu jinkludi wkoll rombli ta’ turf u kaxex ta’ turf għal lôns. |
||||
0603 |
Fjuri maqtugħin u blanzuni ta’ fjuri ta’ tip adattati għal bukketti u għal għanijiet ornamentali, friski, nixfin, miżbugħin, ibbliċjati, mimlijin jew ippreparati mod ieħor |
||||
0603 11 00 sa 0603 19 90 |
Friski Dawn is-subtitli jinkludu fjuri u blanzuni ta’ fjuri li l-kulur naturali tagħhom kien modifikat jew imtejjeb, partikolarment permezz ta’ trattament ta’ assorbiment b’soluzzjonijiet ikkuluriti qabel jew wara l-qtugħ, jew sempliċiment b’tgħaddis, sakemm dawn il-prodotti jkunu impurtati friski |
||||
0603 19 90 |
Oħrajn Dan is-subtitlu jinkludi ġirasol u reseda. Madanakollu, il-friegħi u l-weraq ta’ dawn iż-żewġ pjanti (mingħajr fjuri) jaqgħu f’subtitlu 1404 90 00. Dan is-subtitlu jinkludi wkoll zkuk taż-żafżafa bil-blanzuni jew bil-fjuri. Madanakollu, zkuk taż-żafżafa mingħajr blanzuni jew fjuri jaqgħu f’subtitlu 1401 90 00. |
||||
0604 |
Weraq, friegħi u partijiet oħrajn ta’ pjanti, mingħajr fjuri jew blanzuni, u ħaxix, ħażiż u likeni, li huma oġġetti adattati għal bukketti jew għal għanijiet ornamentali, friski, nixfin, miżbugħin, ibbliċjati, mimlijin jew ippreparati mod ieħor |
||||
0604 10 10 |
Likena tar-renna Din hija pjanta tal-familja Cladoniaceae (Cladonia rangiferina, Cladonia silvatica u Cladonia alpestris). |
||||
0604 91 90 |
Oħrajn Dan is-subtitli ma jkoprix sbul frisk ta’ sweetcorn (Zea mays var. saccharata) (kapitlu 7) jew ta’ pjanti ċereali (kapitlu 10). |
||||
0604 99 10 |
Mhumiex ippreparati għajr imnixxfin Dan is-subtitlu ma jkoprix zkuk imnixxfin li kienu mgħawwġin jew iffurmati fi spirali irrelevanti minn jekk dawn kinux mgħawwġin jew iffurmati fi spirali qabel kienu mnixxfin (subtitlu 0604 99 90). Dan is-subtitlu ma jkoprix is-sbul sempliċiment imnixxef ta’ sweetcorn (Zea mays var. saccharata) (kapitlu 7) jew ta’ pjanti ċereali (kapitlu 10). |
||||
0604 99 90 |
Oħrajn Dan is-subtitlu jinkludi s-sbul imnixxef ta’ pjanti ċereali (pereżempju, majs) li kien ibbliċjat, mgħoti kulur, imsaħħaħ jew inkella trattat għal għanijiet ornamentali. Dan is-subtitlu jinkludi ukoll zkuk imnixxfin li kienu mgħawwġin jew iffurmati fi spirali. |
KAPITLU 7
VEĠETALI U ĊERTI GĦERUQ U TUBERI TAJBIN GĦALL-IKEL
0701 |
Patata, friska jew imkessħa |
||||||||||||||||||||||||||||||||||
0701 90 50 |
Ġdida, mill-1 ta’ Jannar sat-30 ta’ Ġunju Patata ġdida tingħaraf mill-kulur ċar (is-soltu abjad jew roża) tagħha u mill-qoxra rqiqa tagħha, li m’hijiex b’saħħitha u li tista’ titneħħa faċilment bil-brix. Bħala żieda din ma turi ebda sinjali ta’ tnibbit. |
||||||||||||||||||||||||||||||||||
0703 |
Basal, shallots, tewm, kurrat u veġetali oħrajn tal-ġens tat-tewm, friski jew imkessħin |
||||||||||||||||||||||||||||||||||
0703 10 11 sa 0703 10 90 |
Basal u shallots Dawn is-subtitli jkopru kull varjeta’ ta’ basal (Allium cepa) u shallots (Allium ascalonicum). |
||||||||||||||||||||||||||||||||||
0703 10 11 |
Sets (xorta ta’ basal żgħir għaż-żriegħ) Dan is-subtitlu jkopri basal (bulbs) ta’ basal ta’ sena mkabbrin miż-żerriegħa, għal tħawwil. Id-dijametru tagħhom huwa ġeneralment 1 sa 2 ċm. |
||||||||||||||||||||||||||||||||||
0703 20 00 |
Tewm Dan is-subtitlu jkopri l-varjetajiet kollha ta’ tewm (Allium sativum) li huma tajbin għal konsum minn bnedmin. |
||||||||||||||||||||||||||||||||||
0703 90 00 |
Kurrat u veġetali oħrajn tal-ġens tat-tewm Dan is-subtitlu jkopri l-kurrat komuni tajjeb għall-ikel (Allium porrum), il-basla ta’ l-Irlanda jew kurrat tal-blat (Allium fistulosum) u kurrat salvaġġ (Allium schoenoprasum). |
||||||||||||||||||||||||||||||||||
0704 |
Kaboċċi, pastard, ġdur u brassicae oħrajn li jittieklu, friski jew imkessħin |
||||||||||||||||||||||||||||||||||
0704 10 00 |
Pastard u brokkli bir-ras Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 0704, l-ewwel paragrafu, (1). |
||||||||||||||||||||||||||||||||||
0704 90 10 |
Kaboċċi bojod u kaboċċi ħomor Dan is-subtitlu jkopri kaboċċi bojod (Brassica oleraces L. var. capitata L. f. alba D. C.), inkluża l-kaboċċa ppuntata (Brassica oleracea L. var. capitata L. f. var. alba D. C. subvar. conica u subvar. piramidalis) u l-kaboċċa ħamra (Brassica oleraces L. var. capitata L. f. rubra (L.) Thell). |
||||||||||||||||||||||||||||||||||
0704 90 90 |
Oħrajn Dan is-subtitlu jinkludi kaboċċi ta’ Savojja (Brassica oleracea L. var. bullata D. C. u var. sabauda L.), kaboċċi Ċiniżi (pereżempju, Brassica sinensis u Brassica pekinensis), ġdur jew kaboċċi ta’ l-għeruq tan-nevell (Brassica oleracea var. gongylodes) u brokkli jew calabres li qed inibbtu (Brassica oleracea L. convar. botrytis (L.) Alef var. italica Plenck). Madanakollu, dan is-subtitlu ma jinkludix:
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||
0706 |
Karrotti, turnips (xorta ta’ Brassica), pitravi għall-insalata, sassefrika, celeriac (xorta ta’ krafes), ravanell u għeruq oħrajn simili tajbin għall-ikel, friski jew imkessħin |
||||||||||||||||||||||||||||||||||
0706 10 00 |
Karrotti u turnips (xorta ta’ Brassica) Dan is-subtitlu jkopri biss varjetajiet ta’ turnips u karrotti (ħomor jew roża) tajbin għal konsum minn bnedmin. Karrotti ta’ l-għalf, ġeneralment bojod jew isfar ċar, turnips ta’ l-għalf (Brassica campestris var. rapa) u nevew jew nevew ta’ l-Iżvezja (Brassica napus var. napobrassica) jaqgħu f’subtitlu 1214 90 10. |
||||||||||||||||||||||||||||||||||
0706 90 90 |
Oħrajn Dan is-subtitlu jinkludi:
Madanakollu, għeruq u tuberi li jittieklu b’kontenut għoli ta’ lamtu jew inulina bħal artiċokks, patata ħelwa, għoraż jew jammijiet, jaqgħu f’titlu 0714. |
||||||||||||||||||||||||||||||||||
0707 00 |
Ħjar u gherkins (xorta ta’ ħjar żgħir), friski jew imkessħin |
||||||||||||||||||||||||||||||||||
0707 00 90 |
Gherkins (xorta ta’ ħjar żgħir) Il-gherkins li jaqgħu f’dan is-subtitlu huma varjeta’ ta’ ħjar żgħar (85 jew iżjed għall-kilogramma). |
||||||||||||||||||||||||||||||||||
0708 |
Veġetali leguminużi, imqaxxrin jew bil-qoxra, friski jew imkessħin |
||||||||||||||||||||||||||||||||||
0708 10 00 |
Piżelli (Pisum sativum) Dan is-subtitlu jkopri piżelli kollha ta’ l-ispeċi Pisum sativum, inklużi piżelli ta’ l-għalf (Pisum sativum var. arvense). Dan ma jkoprix piżelli tal-baqar (inklużi dawk tal-varjeta’ b’għajn sewda), li huma fażola li jaqgħu f’subtitlu 0708 20 00, jew ċiċrital-ġenera Cicer li jaqgħu f’subtitlu 0708 90 00. |
||||||||||||||||||||||||||||||||||
0708 90 00 |
Veġetali oħrajn leguminużi Dan is-subtitlu jinkludi l-prodotti msemmijin fin-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 0708, l-ewwel paragrafu, (3), (4), (5) u (6). |
||||||||||||||||||||||||||||||||||
0709 |
Veġetali oħrajn, friski jew imkessħin |
||||||||||||||||||||||||||||||||||
0709 20 00 |
Asparagu Dan is-subtitlu jkopri biss ir-rimi jew “weraq twil bil-ponta” ta’ l-asparagu (Asparagus officinalis). |
||||||||||||||||||||||||||||||||||
0709 40 00 |
Krafes ħlief celeriac Dan is-subtitlu jkopri krafes tal-varjeta’ “Apium graveolens L., var. dulce (Mill.) Pers.” (karfus maħrut, stikka jew tax-xitwa) u “Apium graveolens var. secalinium Alef.” (krafes tal-weraq). |
||||||||||||||||||||||||||||||||||
0709 59 10 |
Chanterelles Dan is-subtitlu jinkludi biss chanterelles jew girolles (faqqiegħ tal-bajd) ġeneralment kulur l-isfar tal-bajd, ta’ l-ispeċi Cantharellus cibarius Fries u Cantharellus friesii Quélet. Tipi simili tajbin għall-ikel bħax-chanterelle falza (Clitocybe aurantiaca) u il-horn-of-plenty (Craterellus cornucopioides), ġieli użati bħala sostitut għal tartufi f’charcuterie, jaqgħu f’subtitlu 0709 59 90. |
||||||||||||||||||||||||||||||||||
0709 59 30 |
Flap mushrooms Dan is-subtitlu jkopri biss faqqiegħ flap jew boletus tal-ġeneru Boletus u partikolarment il-flap mushroom komuni jew cep (Boletus edulis). |
||||||||||||||||||||||||||||||||||
0709 60 10 sa 0709 60 99 |
Frott tal-ġens Capsicum jew tal-ġens Pimenta Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 0709, l-ewwel kapitlu, (5). |
||||||||||||||||||||||||||||||||||
0709 90 10 |
Veġetali għall-insalata, ħlief ħass (Lactuca sativa) u ċikwejra (Cichorium spp.) Dan is-subtitlu jkopri kull tip ta’ pjanti għall-insalata ħlief ħass tal-ġnien (Lactuca sativa), ċikwejra u indivja (Cichorium spp.); dawn jinkludu:
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||
0709 90 20 |
Pitravi chard (jew pitravi zokkrija) u kardun Dan is-subtitlu jkopri pitravi chard, imsejjaħ ukoll pitravi zokkrija, pitravi ta’ l-ispinaċi, pitravi fiddien jew pitravi tal-werqa (Beta vulgaris subvar. cicla) u kardun (Cynara cardunculus). |
||||||||||||||||||||||||||||||||||
0709 90 31 u 0709 90 39 |
Żebbuġ Żebbuġ li kellhom żejthom estratt iżda b’kontenut ta’ materjal ta’ xaħam għola minn 8 % jibqa’ f’dawn is-subtitlu. |
||||||||||||||||||||||||||||||||||
0709 90 40 |
Kappar Kappar huma il-blanzuni tal-fjuri mhux miftuħin ta’ arbuxxell perenni xewki (Capparis spinosa). |
||||||||||||||||||||||||||||||||||
0709 90 90 |
Oħrajn Dan is-subtitlu jinkludi:
Għandu jkun innutat li:
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||
0711 |
Veġetali preservati provviżorjament (per eżempju, bil-gass dijossidu tal-kubrit, fis-salmura, f’ilma tal-kubrit jew f’taħlitiet oħrajn biex jippreservaw), iżda mhux tajbin f’dak l-istat għal konsum immedjat |
||||||||||||||||||||||||||||||||||
0711 20 10 u 0711 20 90 |
Żebbuġ Dan is-subtitlu jkopri żebbuġ, normalment f’salmura, li għadhom ma kienux soġġetti għal proċess għat-tneħħija ta’ togħma qarsa tagħhom. Żebbuġ magħmul tajjeb għall-ikel — anki sempliċiment permezz ta’ tgħaddis għal tul ta’ żmien f’salmura — huma esklużi minn dawn is-subtitli u huma klassifikati f’subtitlu 2005 70 00. |
||||||||||||||||||||||||||||||||||
0711 40 00 |
Ħjar u gherkins (xorta ta’ ħjar żgħir) Dan is-subtitlu jinkludi ħjar u gherkins sempliċiment imqiegħdin f’kontenituri kbar li fihom salmura li, possibilment b’ħall jew aċdu aċetiku miżjud, jiżgura li huma jkunu preservati provviżorjament waqt it-trasportazzjoni u l-ħażna sakemm huma m’humiex tajbin għal konsum f’dak l-istat. Qabel fl-aħħar ikunu użati, dawn il-prodotti s-soltu jkunu trattati bil-manjiera li ġejja, li tagħmilhom klassifikabbli f’kapitlu 20:
Madanakollu, ħjar u gherkins, kemm jekk preservati fis-salmura u kemm jekk le, wara li jkunu għaddew minn fermentazzjoni lattika sħiħa, jaqgħu f’titlu 2005. Dawn l-oġġetti jistgħu jintgħarfu mill-fatt li fil-wiċċ ta’ qatgħa, il-wiċċ kollu tal-polpa tidher qisha tal-ħġieġ (jiġifieri, daqsxejn trasparenti). |
||||||||||||||||||||||||||||||||||
0711 51 00 |
Faqqiegħ tal-ġens Agaricus Faqqiegħ tas-subtitlu preżenti jista’ jkun preservat f’soluzzjoni ta’ salmura qawwija li magħha kien miżjud ħall jew aċtu aċetiku. |
||||||||||||||||||||||||||||||||||
0711 90 70 |
Kappar Kappar ta’ dan is-subtitlu jkun is-soltu preservat fi bramel bis-salmura. |
||||||||||||||||||||||||||||||||||
0712 |
Veġetali mnixxfin, sħaħ, imqattgħin, flieli, biċċiet jew trab, iżda mhux preparati aktar minn hekk Sustanzi m’humiex inklużi f’dan it-titlu, jekk fil-forma mnixxfa tagħhom, m’humiex użati bħala veġetali iżda huma wżati primarjament fil-fwejjaħ, fil-farmaċija jew għal għanijiet ta’ insettiċidi, funġiċidi jew għal għanijiet simili (titlu 1211). |
||||||||||||||||||||||||||||||||||
0712 90 30 |
Tadam Ara n-Noti ta’ Spjega għal subtitli 2002 90 11 sa 2002 90 99 li jikkonċernaw il-klassifikazzjoni ta’ trab tat-tadam. |
||||||||||||||||||||||||||||||||||
0712 90 90 |
Oħrajn Dan is-subtitlu jeskludi weraq u għeruq imnixxfin tal-pjanta taċ-ċikwejra salvaġġa (Taraxacum officinale), sorrel imnixxef (Rumex acetosa) u nasturtium jew krexxuni Indjan (Tropaeolum majus) imnixxfin li jintużaw għal għanijiet mediċi (subtitlu 1211 90 85). |
||||||||||||||||||||||||||||||||||
0713 |
Veġetali leguminużi mnixxfin, imqaxxrin, kemm jekk mingħajr qoxra ta’ ġewwa jew maqsumin kif ukoll jekk le Oġġetti li jaqgħu f’dan it-titlu li huma intiżi għal żriegħ huma l-prodotti ta’ tkabbir ta’ pjanti u ġeneralment jistgħu jintgħarfu mill-ippakkjar tagħhom (pereżempju, xkejjer bit-tikketta li tindika l-użu tagħhom) u mill-prezz ogħla tagħhom. |
||||||||||||||||||||||||||||||||||
0713 10 10 u 0713 10 90 |
Piżelli (Pisum sativum) In-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 0708 10 00 japplikaw, mutatis mutandis. |
||||||||||||||||||||||||||||||||||
0713 20 00 |
Ċiċri (garbanzos) Ċiċri ta’ dan is-subtitlu huma tal-ġens Cicer (prinċipalment Cicer arietinum) kemm jekk għaż-żriegħ, jew għal konsum minn bnedmin jew bħala ikel għall-annimali. |
||||||||||||||||||||||||||||||||||
0713 31 00 |
Fażola ta’ l-ispeċi Vigna mungo (L.) Hepper jew Vigna radiata (L.) Wilczek Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal subtitlu 0713 31. |
||||||||||||||||||||||||||||||||||
0713 32 00 |
Fażola żgħira ħamra (Adzuki) (Phaseolus jew Vigna angularis) Fażola adzuki dejjem tkun innegozjata niexfa. Qabel il-pjanta ta’ l-adzuki tkun immaturat, il-fażola tkun ħadra u jkun fiha proporzjon għoli ta’ ilma. Ladarba l-pjanta tkun immaturat, il-fażola ssir ħamra u tinxef. |
||||||||||||||||||||||||||||||||||
0713 39 00 |
Oħrajn Dan is-subtitlu jinkludi horsegram (qabel kienu Dolichos sinensis spp. Sesquipedalis), li hija meqjusa bħala fażola ta’ l-ispeċi Vigna. L-ismijiet Dolichos unguiculata u Dolichos sinensis huma sinonimi li m’għadhomx jintużaw għall-fazola ta’ l-ispeċi Vigna. Konsegwentement, il-horsegram b’mod korrett huwa msejjaħ “Vigna unguiculata (L.) Walp. spp. Sesquipedalis”. |
||||||||||||||||||||||||||||||||||
0713 40 00 |
Għads Dan is-subtitlu jkopri biss għads tal-genera Ervum jew Lens, perżempju, il-ħafna varjetajiet ta’ l-għads komuni (Ervum lens jew Lens esculenta) u ġulbiena jew ervil ta’ l-għads (Ervum ervilia). |
||||||||||||||||||||||||||||||||||
0713 90 00 |
Oħrajn Dan is-subtitlu jinkludi, bl-eċċezzjoni tal-horsegram tas-subtitlu 0713 39 00, dolichos ta’ l-ispeċi dolichos bhalma huwa l-lablab (dolichos lablab), il-piżella tal-ħamiem (Cajanus cajan), il-jack bean (Canavalia ensiformis), il-fażola tal-bellus (Mucuna utilis) u żrieragħ tal-guar (Cyamopsis tetragonoloba). Dawn li ġejjin huma esklużi minn dan is-subtitlu: ġulbiena ħlief ta’ l-speċi Vicia faba u ħlief iż-żerriegħa tal-lupina (Lupinus) (subtitlu 1209 29 10 jew 1209 29 50). |
||||||||||||||||||||||||||||||||||
0714 |
Manjoka, ararut, salep, artiċokks, patata ħelwa u għeruq u tuberi simili b’kontenut għoli ta’ lamtu jew inulina, friski, imkessħin, friżati jew imnixxfin, kemm jekk flieli jew f’forma ta’ gerbub kif ukoll jekk le; sago pith It-terminu “f’forma ta’ gerbub” huwa definit f’Nota 1 għal din it-taqsima. |
||||||||||||||||||||||||||||||||||
0714 10 91 u 0714 10 98 |
Manjoka (kassava) Dawn is-subtitlu jinkludu:
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||
0714 20 10 u 0714 20 90 |
Patata ħelwa Patata ħelwa hija tuberi bil-laħam li jkun abjad, isfar jew aħmar li tiddependi fuq il-varjeta’ u tiġi minn pjanta erbaċeja li tixxeblek (Ipomea batatas). |
||||||||||||||||||||||||||||||||||
0714 90 11 u 0714 90 19 |
Ararut, salep u għeruq u tuberi simili b’kontenut għoli ta’ lamtu Dawn is-subtitli jinkludu:
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||
0714 90 90 |
Oħrajn Dan is-subtitlu jinkludi varjetajiet differenti ta’ artiċokks (pereżempju, Helianthus strumosus u Helianthus decapetalus) u l-ilbieba mimlija lamtu imsejħa “sago” meħuda miz-zkuk ta’ ċertu palmi ta’ diversi varjetajiet ta’ speċi (Metroxylon, Rumphii, Raphia ruffia, Arenga, eċċ.). |
KAPITLU 8
FROTT U ĠEWŻ TAJBIN GĦALL-IKEL; QOXRA TAL-FROTT TAĊ-ĊITRU JEW BETTIEĦ
Ġenerali
Dan il-kapitlu jinkludi frott għal għanijiet ta’ distillazzjoni fil-forma ta’ polpa raffa, anki jekk fermentazzjoni naturali tkun bdiet.
0801 |
Ġewż ta’ l-Indi, ġewż tal-Brażil, u ġewż ta’ l-anakardju, friski jew imnixxfin, imqaxxrin jew imfesdqin jew le |
||||||||||||||||||||||
0801 21 00 u 0801 22 00 |
Ġewż tal-Brażil Dan il-ġewż b’qoxra iebsa reminixxenti għal felli ta’ mandolin f’sura u f’daqs; il-qoxra tagħlaq qalba kbira bi wiċċ ta’ qatgħa triangolari f’envelop fibruża lewn kannella. |
||||||||||||||||||||||
0802 |
Ġewż ieħor, frisk jew imnixxef, imqaxxar jew imfesdaq jew le |
||||||||||||||||||||||
0802 21 00 u 0802 22 00 |
Ġellewż (Corylus spp.) Dawn is-subtitli jinkludu ġellewż jew cobs (frott ta’ Corylus avellana), ġewż Tork (frott ta’ Corylus colurna) u ġellewż (frott ta’ Corylus maxima). |
||||||||||||||||||||||
0802 40 00 |
Qastan (Castanea spp.) Dan is-subtitlu jkopri biss qastan ħelu tajjeb għall-ikel tal-ġens Castanea; dan għalhekk ma jinkludix qastan ta’ l-ilma jew xewket il-għadma (frott ta’ Trapa natans) li jaqgħu f’subtitlu 0802 90 85 jew qastan salvaġġ (Aesculus hippocastanum) li jaqa’ f’titlu 2308. |
||||||||||||||||||||||
0802 50 00 |
Pistaċċi Pistaċċi huma l-frott tas-siġra tal-pistaċċi (Pistacia vera), li huma koltivati prinċipalment fi Sqallija, Greċja u l-Lvant Nofsani. Il-ġewża tal-pistaċċi hija d-daqs ta’ żebbuġa żgħira li tikkonsisti f’qoxra ratba, rqiqa u s-soltu umda li hija ħamra-kannella f’kulurha, raffa ħafna fuq il-wiċċ u kemm kemm aromatika, qoxra bivalvi li hija ċara f’kulurha u qisha magħmula mill-injam, u qalba mtawwla b’ġilda ħamra-kannella li hija ħadra ċara ġewwa u għandha togħma pjaċevoli u mhux qawwija. |
||||||||||||||||||||||
0802 90 50 |
Ġewż ta’ l-arżnu Dan is-subtitlu jinkludi qlub ta’ ġewż ta’ l-arżnu (frott ta’ Pinus pinea), kemm jekk fil-kon u kemm jekk le. |
||||||||||||||||||||||
0802 90 85 |
Oħrajn Dan is-subtitlu jinkludi żerriegħa ta’ l-arżnu ta’ l-Arolla (frott ta’ Pinus cembra) kemm jekk magħluqin fil-kon u kemm jekk le. |
||||||||||||||||||||||
0803 00 |
Banana, inklużi pjantaġġini, friski jew imnixxfin |
||||||||||||||||||||||
0803 00 11 |
Pjantaġġini Pjantaġġini jistgħu ikunu sa 50 ċm f’tul u huma ikbar u għandhom wiċċ ta’ qatgħa iktar angolari minn banana ta’ subtitlu 0803 00 19. Il-lamtu li hemm ġo pjantaġġini jvarja minn dak li hemm ġo banana tal-mejda minħabba li dan ma jsirx ħelu meta jsir misjur. Pjantaġġi m’għandhomx riħa distinta. Huma m’humiex tajbin biex jittieklu nejjin. Huma s-soltu jinqatgħu meta jkunu ħodor u jittieklu msajjrin. |
||||||||||||||||||||||
0804 |
Tamal, tin, ananas, avokado, gwav, mang u mangostan, friski jew imnixxfin |
||||||||||||||||||||||
0804 40 00 |
Avokado Lanġas ta’ l-avokado jew avokado huma l-frott tas-siġra ta’ l-avokado (Persea americana Mill.); huma frott bil-għadma mlaħħam, ħafna drabi pjuttost kbar, sferikali, forma ta’ lanġas jew forma ta’ flixkun għonqu twil skond il-varjeta’, ġieli jinkludu għadma kbira. Il-ġilda hija ħadra skura, krimżi, vjola jew roża f’kulurha. Il-laħam sod taħt il-ġilda huwa abjadfl-aħdar f’kulurih meta misjur u safrani qrib l-għadma. |
||||||||||||||||||||||
0804 50 00 |
Gwav, mang u mangostan Gwav huwa l-frott tas-siġra tal-gwav (Psidium guayava L.); gwav huma berries li l-laħam tagħhom huwa ta’ kulur li jvarja (bajdani, roża, krema, ħamrani jew aħdar) u li fihom ħafna żerriegħa żgħira. Mang huma l-frott tas-siġra tal-mang (Mangifera indica); mang huma frott bil-għadma mlaħħam li fihom għadma ċatta f’fibri ħerġin minnha. Jeżistu ħafna varjetajiet ta’ mang, li jvarjaw fil-piż (minn 150 g sa 1 kg), ħlewwa u togħma (uħud minnhom għandhom daqsxejn togħma ta’ terpentina). Mangostan huwa frott tas-siġra tal-mangostan (Garcinia mangostana). Il-frotta hija berry ta’ kulur kannella-vjola meta misjura b’perikarpu wiesa li fih ħafna żerriegħa mdawwrin b’aril li huwa abjad, zokkri u li għandu togħma partikolarment delikata. |
||||||||||||||||||||||
0805 |
Frott taċ-ċitru, frisk jew imnixxef |
||||||||||||||||||||||
0805 10 20 |
Larinġ ħelu, frisk Dan is-subtitlu jkopri biss larinġ ta’ l-ispeċi Citrus sinensis. Dawn jinkludu larinġ tad-demm jew semi-tad-demm. Larinġ tad-demm huwa larinġ li l-qoxra (spiss iktar minn nofs il-wiċċ), il-laħam u l-meraq tiegħu għandu pigmentazzjoni minħabba l-preżenza ta’ karotina. Fil-każ ta’ semi-tad-demm, il-pigmentazzjoni tkun ġeneralment tidher inqas u limitata għal-laħam u l-meraq. Larinġ tad-demm jinkludu “Ovali tad-demm”, “sanguinas redondas”, “Tad-demm tal-Brażil”, “Sanguinelli”, “Doubles fines”, “Tad-demm ta’ Washington” jew “doubles fines imtejbin” jew “tad-demm kbar” u “Portugiżi”. |
||||||||||||||||||||||
0805 10 80 |
Oħrajn Dan is-subtitlu jinkludi larinġ morr (Larinġ ta’ Seville), il-frott ta’ l-ispeċi Citrus aurantium. Dawn jintużaw prinċipalment għal preżervattivi. |
||||||||||||||||||||||
0805 20 30 |
Monreales u satsumas Satsumas (Citrus reticulata Blanco var. unshiu (Swing)) huma varjeta’ bikrija ta’ mandolin. Il-frotta hija kbira, safra-oranġjo f’kulurha, immerrqa, mhux aċituża u mingħajr żerriegħa. |
||||||||||||||||||||||
0805 20 50 |
Mandolin u wilkings Mandolin (Citrus nobilis Lour. jew Citrus reticulata Blanca) jista’ jintgħaraf minn larinġ ordinarju mill-forma iżgħar, iċċattjata tagħhom, minn tqaxxir eħfef, minn tqassim distint tal-felli tagħhom u mit-togħma aktar ħelwa u tfuħ tagħhom. Wilkings huma ibridi ta’ varjeta’ (cultivar) tal-mandolina tal-werqa taż-żafżafa u tal-mandolina tat-Tempju (Mandolina re) (hija nnifisha hija ibrida ta’ mandolin u larinġ morr). Dawn jixħbu l-mandolin, iżda huma ikbar u ppuntati f’tarf minnhom. |
||||||||||||||||||||||
0805 20 70 |
Tangerines Dan is-subtitlu jkopri tangerines (Citrus reticulata Blanco var. tangerina). |
||||||||||||||||||||||
0805 20 90 |
Oħrajn Dan is-subtitlu jinkludi:
|
||||||||||||||||||||||
0805 40 00 |
Grejpfrut, inklużi pomelos Dan is-subtitlu jkopri frott ta’ l-ispeċi Citrus grandis u Citrus paradisi. Dawn il-frott għandhom qoxra safranija ċara u huma ġeneralment ikunu ikbar minn larinġ, bil-forma ta’ sfera li tista’ tkun daqsxejn iċċattjata, u il-laħam ikun isfar jew fir-roża u aċituż fit-togħma. |
||||||||||||||||||||||
0805 50 90 |
Xkomp (Citrus aurantifolia, Citrus latifolia) Dan is-subtitlu jkopri il-varjetajiet kollha ta’ l-ispeċi Citrus aurantifolia u Citrus latifolia. Xkomp huwa frott żgħir, kważi tond jew ovali, b’qoxra rqiqa, li tagħti fl-aħdar jew isfar fl-aħdar. Il-polpa tal-meraq hija ħadra u aċituża ħafna. |
||||||||||||||||||||||
0805 90 00 |
Oħrajn Dan is-subtitlu jinkludi:
|
||||||||||||||||||||||
0806 |
Għeneb, frisk jew imnixxef |
||||||||||||||||||||||
0806 10 10 |
Għeneb tal-mejda Għeneb tal-mejda ġeneralment ivarja minn għeneb ta’ l-inbid kemm fl-apparenza kif ukoll fit-tip ta’ ppakkjar. Filwaqt li għeneb tal-mejda jkun l-iktar preżentat f’kaxex, kartun, trejjs, ċestuni jew panjieri żgħar issiġillati, għeneb ta’ l-inbid ikun preżentat jew f’qoffiet kbar, kaxex ta’ l-ippakkjar miftuħin jew f’banji li fihom l-għeneb is-soltu jkunu ppakkjati ħafna, mgħaffġin jew semi-pressati. |
||||||||||||||||||||||
0806 20 10 |
Passolina Il-prodotti ta’ dan is-subtitlu huma għeneb imnixxfin mid-dielja ta’ l-ispeċi Vitis corinthica; huma żgħar, tondi, mingħajr zkuk u prattikament mingħajr żerriegħa, vjola skuri li jxaqleb lejn l-iswed f’kulurhom u ħelwin ħafna. |
||||||||||||||||||||||
0807 |
Bettieħ (inkluż dulliegħ) u pawpaw (papaj), friski |
||||||||||||||||||||||
0807 11 00 |
Dulliegħ Dulliegħ huwa l-frott ta’ l-ispeċi Citrillus vulgaris Schrad. Huma jistgħu jikbru sa piż ta’ 20 kg. Il-laħam m’huwiex ħelu ħafna, fih ħafna ilma u s-soltu aħmar jgħajjat f’kulurih u jkun fih żrieragħ suwed. |
||||||||||||||||||||||
0807 19 00 |
Oħrajn Dan is-subtitlu jinkludi frott ta’ l-ispeċi Cucumis melo, li tiegħu jeżistu ħafna varjetajiet, partikolarment il-bettieħa tal-misk (var. reticulatus Naud.) b’qoxra retikulata, il-bettieħa zokkrija, il-cantaloupe (var. cantalupensis Naud.) b’ixfra mmarkati fuq il-ġilda, il-bettieħa tax-xitwa (var. inordorus Naud.) u l-bettieħa tal-ġilda lixxa. Il-frotta hija normalment kbira, sferika jew ovali, b’qoxra jew lixxa jew raffa; il-laħam huwa sod u mmerraq, safrani oranġjo jew abjad, b’togħma zokkrija. Iċ-ċentru tal-frotta, li għandu iżjed fibri u huwa vojt, jikkonsisti f’numru ta’ żrieragħ ċatti, ovali li jleqqu u huma safranin-bojod. |
||||||||||||||||||||||
0807 20 00 |
Pawpaw (papaj) Papaj (Carica papaya), magħruf ukoll bħala pawpaw, huma frott imtawwlin u tondi, jew lixxi jew daqsxejn linji, safranin ħodor għal oranġjo meta misjurin, li jistgħu jvarjaw fil-piż minn ftit mijiet ta’ grammi għal ħafna kilogrammi. Il-laħam, simili f’konsistenza għal dak ta’ bettieħ, isfar jagħti għall-oranġjo f’kulurih, zokkri u fragranti għal gradi li jvarjaw, jagħlaq ħofra li fiha numru kbir ta’ żrieragħ tondi, suwed imdawwrin bil-polpa. |
||||||||||||||||||||||
0808 |
Tuffieħ, lanġas u sfarġel, friski |
||||||||||||||||||||||
0808 10 10 |
Tuffieħ tas-sidru, bil-kwantita’, mis-16 ta’ Settembru sal-15 ta’ Diċembru Dan is-subtitlu jkopri tuffieħ li, minħabba l-apparenza u l-karatteristiċi tagħhom (frott mingħajr grad u mhux ssortjat, ġeneralment iżgħar minn frott għad-deżerta b’togħma morra jew mhux tajba għall-palat, valur baxx, eċċ.), jistgħu jintużaw biss għall-manifattura ta’ xorb, fermentat jew le. Dawn għandhom ikunu f’massa, mingħajr separaturi, fil-mezzi ta’ trasport tagħhom (eż., vaguri tal-ferrovija, kontejners kbar, trakkijiet jew lighters). |
||||||||||||||||||||||
0808 20 10 |
Lanġas tal-Perry, bil-kwantita’, mill-1 ta’ Awissu sal-31 ta’ Diċembru In-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 0808 10 10 japplikaw, mutatis mutandis. |
||||||||||||||||||||||
0809 |
Berquq, ċirasa, ħawħ (inkluż nuċiprisk), għanbaqar u pruna selvaġġa (sloes), friski |
||||||||||||||||||||||
0809 20 05 u 0809 20 95 |
Ċirasa Dawn is-subtitli jkopru l-varjetajiet kollha ta’ ċiras, inkluż ċiras selvaġġ u partikolarment iċ-ċirasa komuni (frotta ta’ Prunus cerasus), ċiras morello (frott ta’ Prunus cerasusvar. austera), ċiras tal-qalb (frott ta’ Prunus avium var. juliana) u ċ-ċiras tal-qalb tal-laħam iebes (frott ta’ Prunus avium var. duracina), u geans (frott ta’ Prunus avium jew Cerasus avium). |
||||||||||||||||||||||
0809 30 10 u 0809 30 90 |
Ħawħ, inkluż nuċiprisk B’differenza minn ħawħ, nuċiprisk għandhom qoxra lixxa. |
||||||||||||||||||||||
0809 40 90 |
Pruna selvaġġa (sloes) Pruna selvaġġa hija l-frotta ta’ pruna selvaġġa jew blackthorn (Prunus spinosa). |
||||||||||||||||||||||
0810 |
Frott ieħor, frisk |
||||||||||||||||||||||
0810 20 10 |
Lampun Dan is-subtitlu jinkludi l-frott ta’ Rubus idaeus, Rubus occidentalis u Rubus strigosus. Ftit varjetajiet għandhom frott aħmar, oħrajn abjad. |
||||||||||||||||||||||
0810 40 10 |
Għeneb tal-muntanja (cowberries), foxberries jew cranberries tal-muntanja (frott ta’ l-ispeċi Vaccinium vitis-idaea) Il-frott huwa aħmar jew roża f’kuluru. |
||||||||||||||||||||||
0810 40 30 |
Frott ta’ l-ispeċi vaccinium myrtillus Il-frott huwa blu fl-iswed f’kuluru. |
||||||||||||||||||||||
0810 50 00 |
Ribes Ċiniż (kiwifruit) Dan is-subtitlu jkopri r-ribes ċiniż ta’ l-ispeċi Actinidia chinensis Plach. jew Actinida deliciosa. Dan il-frott, li huwa d-daqs ta’ bajda, għandu ħafna polpa, b’togħma morra-ħelwa, u l-qoxra sufija tiegħu hija ħadranija-kannella f’kulurha. |
||||||||||||||||||||||
0810 90 20 |
Tamarind, frott ta’ l-anakardju, liċċi (litchi), frott tas-sġra tal-ħobż (jackfruit), frott tassapodilja, frott tal-passjoni, karambola u pitaħaja Tamarind (frott ta’ Tamarindus indica u Tamarindus officinalis), huwa normalment preżentat f’negozju internazzjonali (miżwed, jew polpa li ma fihiex zokkor jew sustanzi oħra miżjudin u lanqas trattata mod ieħor), huwa klassifikat f’subtitlu 0813 40 65. Frott tas-siġra tal-ħobż huwa l-frott ta’ Artocarpus heterophylla u ta’ Artocarpus integrifolia. Il-liċċi huwa l-frott ta’ Litichi chinensis. Il-frott tas-sapodilja jew naseberry huwa l-frott ta’ Achras sapota. Dan is-subtitlu jinkludi frott tal-passjoni jew granadillas jew passifloras (eż. “maracuja”), bħall-ispeċi li ġejjin: il-granadilla vjola (Passiflora edulis), il-granadilla ġganteska (Passiflora quadrangularis) u l-granadilla ħelwa (Passiflora ligularis). |
||||||||||||||||||||||
0810 90 50 |
Passolina sewda Dan is-subtitlu jkopru l-frott globulari ta’ Ribes nigrum L. |
||||||||||||||||||||||
0810 90 60 |
Passolina ħamra Dan is-subtitlu jkopri l-frott ta’ Ribes rubrum L. |
||||||||||||||||||||||
0810 90 95 |
Oħrajn Bħala żieda mal-prodotti msemmijin fin-Noti ta’ Spjega għal titlu 0810, it-tieni paragrafu, (7) (minbarra liċċi (litchi) u frott tas-sapodilla) dawn is-subtitli jinkludu
|
||||||||||||||||||||||
0811 |
Frott u ġewż, nejjin jew imsajrin bl-istim jew bit-togħlija fl-ilma, friżati, kemm jekk biż-żieda ta’ zokkor jew ta’ xi materjal ieħor biex jagħmel ħelu jew mingħajrha It-terminu “friżat” huwa definit fin-Noti ta’ Spjega Ġenerali SA għal dan il-kapitlu, tieni paragrafu. Ara Nota Addizjonali 1 għal dan il-kapitlu dwar subtitli li jinvolvu kontenut ta’ zokkor. |
||||||||||||||||||||||
0811 20 31 |
Lampun Ara n-Nota ta’ Spjega għal subtitlu 0810 20 10. |
||||||||||||||||||||||
0811 20 39 |
Passolina sewda Ara n-Nota ta’ Spjega għal subtitlu 0810 90 50. |
||||||||||||||||||||||
0811 20 51 |
Passolina ħamra Ara n-Nota ta’ Spjega għal subtitlu 0810 90 60. |
KAPITLU 9
KAFÈ, TÈ, MATÈ U ĦWAWAR
Ġenerali
Il-klassifikazzjoni ta’ ħwawar li kienu mħalltin flimkien jew li kellhom sustanzi oħra miżjudin magħhom hija determinata minn Nota 1 għal dan il-kapitlu.
Skond din in-Nota, taħlit ta’ ħwawar ma sustanzi oħra, li m’għandhomx il-karattru essenzjali tal-ħwawar, huma esklużi minn dan il-kapitlu. Huma jaqgħu f’titlu 2103 jekk jikkonsistu f’kondimenti mħalltin jew ħwawar imħalltin. Fil-każ ta’ taħlit użat direttament għat-togħma ta’ xorb jew fil-preparazzjoni ta’ estratti intiżi għall-manifattura ta’ xorb, li huma magħmulin minn ħwawar ta’ pjanti, partijiet ta’ pjanti, żrieragħ, frott jew ġewż (sħaħ, mqattgħin, mfarrkin jew magħmulin trab) jew speċi inklużi f’kapitlu oħrajn (kapitlu 7, 11, 12, eċċ.), ara n-Noti ta’ Spjega Ġenerali SA għal dan il-kapitlu, is-sitt u s-seba’ paragrafi.
Debriti u skart ta’ ħwawar li inevitabbilment jinqalgħu matul il-ħsad u l-ħidma sussegwenti (eż., ssortjar jew tnixxif) jew matul operazzjonijiet ta’ ħażna jew trasportazzjoni, huma klassifikati bħala “la mfarrkin u lanqas mitħunin', ħlief fejn prodott jista” jintgħaraf (eż., permezz tal-komposizzjoni omoġenja tiegħu) li għadda minn operazzjoni ta’ tifrik intenzjonata.
L-espressjoni “mfarrak jew mitħun” użata f’varji titlu ta’ dan il-kapitlu ma tkoprix prodotti mqattgħin f’biċċiet.
0901 |
Kafè, kemm jekk inkaljat jew bil-kaffeina mneħħija jew le; ħliefa u qxur tal-kafè; sostituti tal-kafè li fihom kafè fi kwalunkwe proporzjon |
||||||
0901 11 00 u 0901 12 00 |
Kafè, mhux inkaljat Dawn is-subtitli jkopru l-forom kollha ta’ kafè mhux inkaljat, kemm jekk bil-kaffeina mneħħija jew le (inklużi fażola jew biċċiet separati waqt l-issortjar, l-għarbil, eċċ.) anki jekk intiż għal użi oħrajn għajr konsum minn bnedmin (pereżempju, estrazzjoni ta’ kaffeina). |
||||||
0901 11 00 |
Mingħajr ma titneħħielu l-kaffeina Dan is-subtitlu jkopri kafè mhux inkaljat sakemm dan m’għadda minn ebda proċess biex tkun estratta l-kaffeina. |
||||||
0901 12 00 |
Bil-kaffeina mneħħija Dan is-subtitlu jkopri kafè mhux inkaljat li għadda minn proċess biex tkun estratta l-kaffeina. Is-soltu kafè li kien trattat b’din il-manjiera għandu kontenut ta’ kaffeina ta’ mhux aktar minn 0,2 % mill-piż, kalkulat fuq il-materjal niexef. |
||||||
0901 21 00 u 0901 22 00 |
Kafè, inkaljat Dawn is-subtitli jkopru l-kafè imsemmi fin-Noti ta’ Spjega għal subtitli 0901 11 00 u 0901 12 00 li kienu inkaljati, kemm jekk maħsulin, mitħunin jew konċentrati jew le. |
||||||
0901 21 00 |
Mingħajr ma titneħħielu l-kaffeina In-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 0901 11 00 japplikaw, mutatis mutandis. |
||||||
0901 22 00 |
Bil-kaffeina mneħħija In-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 0901 12 00 japplikaw, mutatis mutandis. |
||||||
0901 90 10 |
Ħliefa u qxur tal-kafè Qxur huma l-kisja tal-frotta (berry) li tagħlaq il-fażola, li minnhom is-soltu jkun hemm tnejn. Ħliefa hija l-ħliefa interjuri jew “parċmina” li tagħlaq kull fażola li titneħħa matul l-inkaljar. |
||||||
0901 90 90 |
Sostituti tal-kafè li fihom kafè Dan is-subtitlu jkopri l-prodotti msemmijin fin-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 0901, l-ewwel paragrafu, (5). Dawn it-taħlitiet jistgħu jkunu mitħunin jew mhux mitħunin jew anki kumpressati. |
||||||
0904 |
Bżar tal-ġens Piper; frott tal-ġens Capsicum jew tal-ġens Pimenta, imnixxef jew imfarrak jew mitħun |
||||||
0904 11 00 |
La mfarrak lanqas mitħun Dan is-subtitlu jkopri l-prodotti msemmijin fin-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 0904, (1). Għandu jkun innutat li peppercorns miksurin u biċċiet ta’ bżar jibqgħu klassifikati f’dawn is-subtitli sakemm dawn m’humiex ovvjament ir-riżultat ta’ tħin jew tifrik intenzjonat. Dan japplika wkoll għal trab jew xkupati ta’ ħwawar, li jikkonsistu fi bżar mhux pur. Dan is-subtitlu jinkludi peppercorns ħodor preservati f’soluzzjoni ta’ ħall jew salmura anki biż-żieda ta’ kwantitajiet żgħar ta’ aċtu ċitriku. |
||||||
0904 20 10 sa 0904 20 90 |
Frott tal-ġens Capsicum jew tal-ġens Pimenta, imnixxef jew imfarrak jew mitħun Dawn is-subtitli jinkludu prodotti koperti minn Noti ta’ Spjega SA għal titlu 0904, (2), meta mnixxfin jew imfarrkin jew mitħunin. |
||||||
0904 20 10 |
Bżar ħelu Il-bżar ta’ dan is-subtitlu (Capsicum anuum var. grossum) huwa relattivament kbir fid-daqs u għandu togħma ħelwa. Huwa jinġabar jew meta jkun għadu aħdar jew meta jkun diġa’ aħmar f’kulurih. Dan is-subtitlu jkopri biss bżar imnixxef, sħiħ jew f’biċċiet iżda la mfarrak u lanqas mitħun. |
||||||
0906 |
Kannella u fjuri tas-siġra tal-kannella |
||||||
0906 11 00 u 0901 12 00 |
La mfarrak u lanqas mitħun Dawn is-subtitli jinkludu, pereżempju:
|
||||||
0906 11 00 |
Kannella (Cinnamomum zeylanicum Blume) Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal subtitlu 0906 11. |
||||||
0907 00 00 |
Msiemer tal-qronfol (frott sħiħ, imsiemer u zkuk) Dan it-titlu jkopri ukoll msiemer tal-qronfol mfarrkin jew mitħunin. |
||||||
0908 |
Noċemuskata, qoxra ta’ barra tagħha (mace) u kardamomu |
||||||
0908 10 00 |
Noċemuskata Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 0908, paragrafu (a). Dan is-subtitlu jkopri noċemuskata li hija ż-żerriegħa tas-siġra tan-noċemuskata (Myristica fragans). Dan is-subtitlu jinkludi ukoll noċemuskati sħaħ għall-manifattura industrijali ta’ żjut essenzjali jew reżinojdi, li spiss ikunu trattati b’ilma bil-ġir bħala protezzjoni minn insetti, u noċemuskata ta’ kwalita’inferjuri bħal dawk li nixfu jew li tkissru matul il-ħsad, u huma nnegozjati taħt id-deskrizzjonijiet “skart”, BWP (mkissrin, bid-dud, msewwes u mmermer) jew “difettużi”. |
||||||
0908 20 00 |
Qoxra ta’ barra tan-noċemuskata (mace) Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 0908, paragrafu (b). |
||||||
0908 30 00 |
Kardamomu Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 0908, paragrafu (ċ), (1) sa (4). |
||||||
0909 |
Żrieragħ tal-ħlewwa, badian, bużbież, kosbor, kemmun jew ħlewwa Ġermaniża (caraway); frott tal-ġnibru |
||||||
0909 20 00 |
Żrieragħ tal-kosbor Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 0909, l-ewwel u t-tielet paragrafi. Żrieragħ tal-kosbor huma sferiċi b’kulur ċar isfar-kannella. Huma għandhom togħma zokkrija u daqsxejn qawwija. |
||||||
0909 30 00 |
Żrieragħ tal-kemmun Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 0909, l-ewwel u t-tielet paragrafi. Żrieragħ tal-kemmun huma ovali, imtawwlin u mkemmxin. |
||||||
0909 40 00 |
Żrieragħ tal-ħlewwa Ġermaniża (caraway) Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 0909, l-ewwel u t-tielet paragrafi. Żrieragħ tal-ħlewwa Ġermaniża (caraway) huma ovali, imtawwlin u mkemmxin. |
||||||
0910 |
Ġinġer, żagħfran, żagħfran ta’ l-Indja (turmeric, kurkuma), sagħtar, weraq tar-rand, kàri u ħwawar oħrajn |
||||||
0910 10 00 |
Ġinġer Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 0910, paragrafu (a). Dan is-subtitlu jinkludi riżomi ta’ ġinġer (Amomum zingiber L.), li jistgħu jkunu preżentati friski, imnixxfin jew imfarrak. Dan is-subtitlu jinkludi “grey” (magħruf ukoll bħala ġinġer “iswed”) ġinġer (mhux imqaxxar) u ġinġer “abjad” (imqaxxar). |
||||||
0910 20 10 u 0910 20 90 |
Żagħfran Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 0910, (b). |
||||||
0910 30 00 |
Żagħfran ta’ l-Indja (turmeric, kurkuma) Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 0910, (ċ). Żagħfran ta’ l-Indja tond kummerċjali jiġi mit-tuberu prinċipali, li huwa kbir u ttundjat, filwaqt li żagħfran ta’ l-Indja twil jiġi mit-tkabbiriet tal-ġnub ta’ fuq it-tuberu, li spiss ikunu ovali jew ċilindriċi. |
||||||
0910 91 10 u 0910 91 90 |
Taħlit imsemmi f’nota 1(b) għal dan il-kapitlu Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 0910, (g). |
||||||
0910 99 31 sa 0910 99 39 |
Sagħtar Dawn is-subtitli jkopru l-ħafna speċi ta’ sagħtar (Thymus vulgaris, Thymus zygis, Thymus serpyllum jew is-sagħtar salvaġġ), kemm jekk imnixxef jew le. |
||||||
0910 99 31 |
Sagħtar salvaġġ (Thymus serpyllum) Dan is-subtitlu jkopri biss sagħtar ta’ l-ispeċi Thymus serpyllum. |
||||||
0910 99 33 |
Oħrajn Dan is-subtitlu jinkludi l-weraq u l-fjuri maqlugħin u mnixxfin ta’ Thymus vulgaris u Thymus zygis. |
||||||
0910 99 50 |
Weraq tar-rand Dan is-subtitlu jkopri l-weraq tas-siġra tar-rand (Laurus nobilis), kemm jekk imnixxfin jew le. |
||||||
0910 99 60 |
Kàri Trab tal-kàri huwa definit fin-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 0910, (e); biż-żieda ta’ ingredjenti minuri ta’ sustanzi oħrajn (melħ, żerriegħa tal-mustarda, dqiq minn legum) li ma jibdlux il-klassifikazzjoni ta’ dawn it-taħlitiet. |
||||||
0910 99 91 u 0910 99 99 |
Oħrajn Dawn is-subtitli jinkludu wkoll iż-żrieragħ tax-xibt (Anethum graveolens), Kani u “bżar tat-tip Negro” li jkun prodott mill-frotta tax-Xylopia aethiopica. Madanakollu, minkejja l-fatt li huma komunement jintużaw bħala ħwawar, dawn li ġejjin m’humiex klassifikati f’dawn is-subtitli:
Ħafna pjanti ta’ ħwawar li m’humiex proprjament ħwawar huma ukoll esklużi minn dan il-kapitlu u huma klassifikati partikolarment f’kapitli 7 u 12 (ara n-Noti ta’ Spjega għal dawk il-kapitli). |
KAPITLU 10
ĊEREALI
Ġenerali
Sbul imnixxfin ta’ ċereali (eż., dqiq tal-qamħirrun) li kien bliċjat, impregnated jew inkella trattat għal għanijiet ornamentali huma klassifikati f’subtitlu 0604 99 90.
Iċ-ċereali jibqgħu kklassifikati f’dan il-Kapitlu, għalkemm ikunu għaddew minn trattament bis-sħana għal finijiet ta’ preservazzjoni, li tista’ tikkawża li l-ħbub parzjalment ġelatinizzati u ġieli jinfaqgħu. Ilġelatinizzazzjoni parzjali (preġelatinizzazzjoni) isseħħ matul il-proċess tat-tnixxif u tikkonċerna biss kwantità żgħira mill-ħbub. Din it-trasformazzjoni tal-lamtu mhijiex l-għan ta’ l-ipproċessar bis-sħana, iżda biss effett tagħha.. Dak it-trattament m’għandux jitqies bħala “ipproċessat mod ieħor” fis-sens ta’ Nota 1. (B) għall-Kapitlu 10.
1001 |
Qamħ u meslin |
1001 10 00 |
Qamħ durum Ara n-Nota ta’ Subtitlu 1 għal dan il-kapitlu u n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 1001, l-ewwel paragrafu, (2). |
1001 90 91 |
Qamħ komuni u żerriegħa tal-meslin Żrieragħ huma magħżulin u jistgħu ġeneralment jintgħarfu mill-ippakkjar tagħhom (eż. f’basktijiet b’tikketti li juru l-għan tagħhom) u mill-prezzijiet ogħla tagħhom. Dawn iż-żrieragħ jistgħu jkunu trattati biex ikunu protetti minn pestijiet jew għasafar, wara li jitħawwlu. |
1003 00 |
Xgħir |
1003 00 10 |
Żerriegħa Ara n-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 1001 90 91. |
1006 |
Ross Ara Nota Addizzjonali 1 għal dan il-kapitlu. |
1008 |
Buckwheat, millieġ u skalora; ċereali oħrajn |
1008 90 10 |
Triticale Triticale huwa ċereal ibridu li jirriżulta mill-inkroċju ta’ qamħ ma’ segala. Il-qamħa ġeneralment tkun ikbar u aktar imtawwla minn dik tas-segala u spiss akbar u iktar imtawwla minn dik tal-qamħ; is-saff ta’ barra jkun imkemmex. |
KAPITLU 11
PRODOTTI TA’ L-INDUSTRIJA TAT-TĦIN; MALT; LAMTI; INULINA; GLUTINA TAL-QAMĦ
1101 00 |
Dqiq tal-qamħ jew tal-meslin Ara Nota 2 għal dan il-kapitlu. Dqiq ta’ dan it-titlu jista’ jkun fih kwantitajiet żgħar ta’ melħ (ġeneralment mhux aktar minn 0,5 %) kif ukoll kwantitajiet żgħar ta’ amylase, ġermi mitħunin u xgħir inkaljat. |
||||||||||
1102 |
Dqiq taċ-ċereali ħlief tal-qamħ u tal-meslin Ara Nota 2 għal dan il-kapitlu. Dqiq ta’ dan it-titlu jista’ jkun fih kwantitajiet żgħar ta’ melħ (ġeneralment mhux aktar minn 0,5 %) kif ukoll kwantitajiet żgħar ta’ amylase, ġermi mitħunin u xgħir inkaljat. |
||||||||||
1102 20 10 u 1102 20 90 |
Dqiq tal-qamħirrum Biex ikun determinat il-kontenut ta’ xaħam, il-metodu analitiku stipulat f’Anness 1 (Metodu A) għal Direttiva tal-Kummissjoni 84/4/EEC (ĠU L 15, 18.1.1984, p. 29) għandu jkun applikat skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (EEC) Nru 1748/85 (ĠU L 167, 27.6.1985, p. 26). Dawn is-subtitli jinkludu wkoll dqiq tal-qamħirrum deskritt bħala “dqiq masa”, li hu miksub mill-metodu “nixtamilization” karatterizzat minn sajran u tixrib ta’ żerriegħa tal-qamħirrun f’taħlita ta’ idrossidu talkalċju li wara titnixxef u tintaħan. Kwalunkwe proċess addizzjonali, bħal inkaljar, għandu madankollu jwassal biex prodott bħal dan ikun eskluż minn titlu 1102 (ġeneralment, Kapitlu 19). |
||||||||||
1103 |
Xgħir u barli mitħun oħxon (cereal groats), pasta u gerbub |
||||||||||
1103 11 10 sa 1103 19 90 |
Xgħir u barli mitħun oħxon (groats) u pasta
|
||||||||||
1103 13 10 u 1103 13 90 |
Tal-qamħirrun Biex ikun determinat il-kontenut ta’ xaħam, ara n-Noti ta’ Spjega għal subtitli 1102 20 10 u 1102 20 90. Dawn is-subtitli jinkludu wkoll xgħir u nuħħala tad-dqiq tal-qamħirrum deskritt bħala “dqiq masa”’, li hu miksub mill-metodu “nixtamilization” karatterizzat minn sajran u tixrib ta’ żerriegħa tal-qamħirrun f’taħlita ta’ idrossidu tal-kalċju li wara titnixxef u tintaħan. Kwalunkwe proċess addizzjonali, bħal inkaljar, għandu madankollu jwassal biex prodott bħal dan ikun eskluż minn titlu 1103 (ġeneralment, Kapitlu 19). |
||||||||||
1103 20 10 sa 1103 20 90 |
Gerbub Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 1103, l-aħħar paragrafu. |
||||||||||
1104 |
Ħbub tal-qamħ maħdumin mod ieħor (per eżempju, mqaxxrin, imremblin, imqattgħin irqiq, imfarrkin f’biċċiet tondi, mfettin jew mitħunin oħxon), ħlief ross ta’ titlu 1006; nibbieta ta’ ċereali, sħiħa, imrembla, mqatta’ rqiq jew mitħuna Il-qamħ imqatta’ rqiq li jaqa’ f’subtitli 1104 12 90, 1104 19 69 u 1104 19 91 huwa qamħ li kien mqaxxar u mrembel. |
||||||||||
1104 22 20 sa 1104 29 89 |
Ħbub oħrajn maħdumin (per eżempju, mqaxxrin, imfarrkin f’biċċiet tondi, mfettin jew mitħunin oħxon) Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 1104, tieni paragrafu, (2) sa (5). |
||||||||||
1104 22 50 |
Imfarrkin f’biċċiet tondi Bħala żieda mal-qamħ imfarrak f’biċċiet tondi msemmi fin-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 1104, tieni paragrafu, (4), dan is-subtitlu jkopri biċċiet ta’ qamħ li, wara li kienu imfarrkin f’biċċiet tondi, huma ħadu l-forma ta’ frak żgħar tondi. |
||||||||||
1104 22 90 |
Mhux maħdumin mod ieħor għajr mitħunin oħxon Dan is-subtitlu jkopri prodotti miksubin mill-frak ta’ qamħ ċereali mhux imqaxxar li ma jaqbilx mal-kriterja ta’ għarbil stipulati f’Nota 3 għal dan il-kapitlu. |
||||||||||
1104 23 30 |
Imfarrkin f’biċċiet tondi Ara n-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 1104 22 50. |
||||||||||
1104 23 90 |
Mhux maħdumin mod ieħor għajr mitħunin oħxon Ara n-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 1104 22 90. Qamħ tal-qamħirrun imkisser miksub matul l-għarbil ta’ qamħ tal-qamħirrun imnaddaf mhux imxqaxxar u li jissodisfa l-kriterji stipulati f’Nota 2 (A) għal dan il-kapitlu huwa klassifikat f’dan is-subtitlu bħala qamħ “mhux maħdum mod ieħor għajr mitħun oħxon”. |
||||||||||
1104 29 05 |
Imfarrkin f’biċċiet tondi Ara n-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 1104 22 50. |
||||||||||
1104 29 07 |
Mhux maħdumin mod ieħor għajr mitħunin oħxon Ara n-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 1104 22 90. |
||||||||||
1104 29 30 |
Imfarrkin f’biċċiet tondi Ara n-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 1104 22 50. |
||||||||||
1104 29 51 sa 1104 29 59 |
Mhux maħdumin mod ieħor għajr mitħunin oħxon Ara n-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 1104 22 90. |
||||||||||
1104 30 10 u 1104 30 90 |
Nibbieta taċ-ċereali, sħiħa, irromblata, mqatta’ irqiq jew mitħuna Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 1104, tieni paragrafu, (6). |
||||||||||
1106 |
Dqiq, pasta u trab tal-veġetali leguminużi mnixxfin ta’ titlu 0713, tas-sagu jew ta’ għeruq jew tuberi ta’ titlu 0714 jew tal-prodotti ta’ Kapitlu 8 It-termini “dqiq”, “pasta” u “trab” huma definiti f’Nota Addizzjonali 2 għal dan il-kapitlu. Prodotti preżentati f’forma ta’ pejst huma esklużi minn dan it-titlu. |
||||||||||
1107 |
Malt, kemm jekk inkaljat jew le |
||||||||||
1107 10 11 sa 1107 10 99 |
Mhux inkaljat Kull malt li fih l-attivita’ dijastatika meħtieġa għall-bidla f’zokkor ta’ lamtu tal-qamħ hija preżenti jaqa’ f’dawn is-subtitli. Malt bħal dan jinkludi malt aħdar, malt bl-arja u malt imfarrak, dan ta’ l-aħħar spiss ikun subdiviż kummerċjalment f’malt ċar (tat-tip Pilsen) u malt skur (tat-tip ta’ Munik). Il-malt sħiħ li jaqa’ f’dawn is-subtitli huwa karatterizzat minn qalba qisha dqiq, bajda, imrammla. Madanakollu, fil-każ ta’ malt skur (tat-tip ta’ Munik) il-kulur tal-qalba f’xi 10 % tal-qamħ ivarja minn isfar għal kannella. Il-qoxra għandha konsistenza niexfa u mrammla. Meta mitħun, dan jipproduċi pasta fina u ratba. |
||||||||||
1107 20 00 |
Inkaljat Dan is-subtitlu jkopri kull malt li fih l-attivita’ dijastatika tnaqqset jew sparixxiet għal kollox wara l-inkaljar u li, bħala konsegwenza, taġixxi biss matul il-brewing bħala addittiv għall-malt mhux inkaljat sabiex jagħti lill-birra kulur u togħma speċjali. Il-kulur tal-qlub ta’ malt bħal dan ivarja minn abjad maħmuġ għal iswed, skond it-tip. Dan is-subtitlu jinkludi:
|
KAPITLU 12
ŻRIERAGĦ U FROTT ŻEJTNIN; DIVERSI QMUĦ, ŻRIERAGĦ U FROTT; PJANTI INDUSTRIJALI JEW MEDIĊINALI; TIBEN U MAGĦLEF
1201 00 |
Sojja, imkissra jew le Fażola tas-sojja, (żrieragħ ta’ Glycine max), ivarjaw f’kulurhom bejn kannella, aħdar u iswed. Huma prattikament ma fihomx lamtu iżda huma rikki fi proteini u żejt. Attenzjoni speċjali għandha tittieħed mal-klassifikazzjoni tat-tariffa ta’ uħud miż-żrieragħ negozjati bħala “fażola tas-sojja ħadra” jew “fażola ħadra”. Dawn spiss ma jkunux fażola tas-sojja iżda fażola klassifikata f’titlu 0713. |
||||||||||||||
1202 |
Karawett, mhux inkaljat jew imsajjar mod ieħor, kemm jekk imqaxxar jew imkisser jew le Il-karawetta, iż-żerriegħa ta’ Arachis hypogaea, fiha livell għoli ta’ żejt tajjeb għall-ikel. |
||||||||||||||
1205 |
Lift jew żerriegħa tal-kolza, imkissra jew le |
||||||||||||||
1205 10 10 u 1205 10 90 |
Lift jew żerriegħa tal-kolza b’aċtu eruċiku baxx Ara Nota 1 għas-Subtitlu għal dan il-kapitlu u n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 1205. |
||||||||||||||
1206 00 |
Żerriegħa tal-ġirasol, imkissra jew le |
||||||||||||||
1206 00 91 |
Imqaxxra; f’qoxra rrigata griż bl-abjad Iż-żerriegħa tal-ġirasol għal dan is-subtitlu s-soltu huma intiżi għall-produzzjoni ta’ ħlewwiet, għal ikel ta’ l-għasafar jew għal konsum immedjat. Ġeneralment it-tul tagħhom huwa biss nofs it-tul tal-qoxra li jista’ jaqbeż 2 ċm. Dawn iż-żrieragħ is-soltu jkollhom kontenut ta’ żejt ta’ bejn wieħed u ieħor 30 sa 35 % mill-piż |
||||||||||||||
1206 00 99 |
Oħrajn Dan is-subtitlu jinkludi żrieragħ tal-ġirasol għall-produzzjoni ta’ żejt għal konsum minn bnedmin. Dawn ikunu normalment innegozjati fil-qoxra tagħhom li għandha kulur iswed uniformi. Ġeneralment, it-tul taż-żrieragħ u tal-qxur ikun kważi l-istess. Dawn iż-żrieragħ normalment ikollhom kontenut ta’ żejt ta’ madwar 40 sa 45 % mill-piż. |
||||||||||||||
1207 |
Żrieragħ u frott ieħor żejtnin, imkissrin jew le |
||||||||||||||
1207 40 10 u 1207 40 90 |
Ġulġlien Dawn is-subtitli jkopru ż-żrieragħ ta’ Sesamum indicum. |
||||||||||||||
1207 50 10 u 1207 50 90 |
Żerriegħa tal-mustarda Żerriegħa tal-mustarda tinkiseb minn varji speċi veġetali, eż., Sinapis alba, Brassica hirta, Brassica nigra u Brassica juncea. |
||||||||||||||
1207 99 97 |
Oħrajn Sakemm dawn ma jkunux inklużi f’subtitlu preċedenti ta’ dan it-titlu, frott u żrieragħ imsemmijin fit-tieni paragrafu tan-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 1207 jaqgħu f’dan is-subtitlu. Dan is-subtitlu jinkludi wkoll żrieragħ tal-qara ħamra ħodor bil-ġilda ratba li ġenetikament jonqoshom is-saff suberizzat ta’ barra tal-qoxra taż-żerriegħa (Cucurbita pepo L. convar. citrullinia Greb. var. styriaca u Cucurbita pepo L. var. oleifera Pietsch). Dawn il-qara ħomor huma prinċipalment imkabbrin għaż-żejt tagħhom u mhux għal użu bħala veġetali, iż-żrieragħ ta’ dawn ta’ l-aħħar jaqgħu f’subtitlu 1209 91 90. Dan is-subtitlu ma jinkludix żrieragħ tal-qara ħamra inkaljati (subtitlu 2008 19). |
||||||||||||||
1208 |
Dqiq u pasti ta’ żrieragħ jew frott żejtnin, ħlief dawk tal-mustarda Ara Nota 2 għal dan il-kapitlu. |
||||||||||||||
1209 |
Żrieragħ, frott u spori, ta’ kwalita’ użati għaż-żriegħ |
||||||||||||||
1209 10 00 |
Żerriegħa tal-pitravi Dan is-subtitlu jkopri biss żerriegħa ta’ pitravi (Beta vulgaris var. altissima). Inkluża hawnhekk ukoll hawn żerriegħa msejħa żerriegħa monoġerminattiva, miksuba jew permezz ta’ proċessar ġenetiku jew permezz ta’ qsim tal-glomeruli (żerriegħa msejħa maqsuma jew imraqqa minn qabel), kemm jekk imdawwra f’qoxra u kemm jekk le, l-iżjed komuni hija dik ibbażata fuq it-tafal. |
||||||||||||||
1209 29 60 |
Żerriegħa tal-pitravi għall-għalf (Beta vulgaris var. alba) Dan is-subtitlu jkopri wkoll żerriegħa msejħa żerriegħa monoġerminattiva, miksuba jew permezz ta’ proċessar ġenetiku jew permezz ta’ qsim tal-glomeruli (żerriegħa msejħa maqsuma jew imraqqa minn qabel), kemm jekk imdawwra f’qoxra u kemm jekk le, l-iżjed komuni hija dik ibbażata fuq it-tafal. |
||||||||||||||
1209 30 00 |
Żrieragħ ta’ pjanti erbaċej kultivati priċipalment għall-fjuri tagħhom Dan is-subtitlu jinkludi ż-żrieragħ ta’ pjanti erbaċej kultivati esklussivament jew prinċipalment għall-fjuri tagħhom (fjuri għal qtugħ, dekorazzjoni, eċċ.). Iż-żrieragħ ta’ l-ispeċi jistgħu jkunu preżentati f’mezz ta’ support, eż. f’wadding ta’ ċellulosi jew f’pît. Dan is-subtitlu jinkludi żrieragħ ta’ piżelli ħelwin (Lathyrus odoratus). |
||||||||||||||
1209 91 90 |
Oħrajn Dan is-subtitlu jinkludi ż-żrieragħ ta’ qara aħmar kultivat bħala veġetali meta jintużaw għal żriegħ, għall-ikel (eż. f’insalati), fl-industrija ta’ l-ikel (eż., fi prodotti tal-forn) jew għal għanijiet mediċinali. Ara ukoll in-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 1207 99 97. |
||||||||||||||
1209 99 10 |
Żrieragħ tas-siġar tal-foresta Dan is-subtitlu jkopri qamħ u żrieragħ oħra tas-siġar tal-foresta, anki jekk dawn kienu intiżi għall-produzzjoni ta’ siġar ornamentali ta’ arbuxxelli fil-pajjiż li qed jimporta. Għall-għanijiet ta’ dan is-subtitlu, it-terminu “siġar” jitqies li jfisser siġar kollha, arbuxxelli u siġar qishom arbuxxelli li z-zkuk prinċipali, friegħi u zkuk tagħhom huma ta’ konsistenza ta’ l-injam. Dan is-subtitlu jkopri ż-żrieragħ u l-frott kollu ta’ tip użat għaż-żriegħ:
Fost is-siġar tat-tieni grupp — li għall-maġġoranza tagħhom jagħmlu parti mill-istess speċi bħal dawk ta’ l-ewwel grupp — hemm inklużi dawk is-siġar li ma jintużawx biss għall-forma jew għall-kulur tal-weraq tagħhom (eż., ċertu tipi ta’ siġar tal-luq, aġġru, koniferi, eċċ.) iżda ukoll għall-fjuri tagħhom (eż., mimosa, tamarisk, manjolja, lelà, laburnu, ċirasa Ġappuniża, siġret Ġuda, ward) jew għall-kulur qawwi tal-frott tagħhom (eż., siġra taċ-ċiras, kotoneaster, pirakanta jew “fire-thorn”). Madanakollu, iż-żrieragħ u l-frott li ġejjin huma esklużi minn dan is-subtitlu anki jekk intiżi li jintużaw għaż-żriegħ:
Dan is-subtitlu jeskludi ukoll:
|
||||||||||||||
1210 |
Koni tal-ħops, frisk jew niexef, mitħun jew le, trab jew f’forma ta’ gerbub; lupulina |
||||||||||||||
1210 20 10 |
Koni tal-ħops, mitħunin, trab jew f’forma ta’ gerbub, b’kontenut ogħla ta’ lupulina; lupulina Bħala żieda ma’ lupulina, dan is-subtitlu jkopri l-prodotti b’kontenut ogħla ta’ lupulina miksub permezz tat-tifrik tal-koni tal-ħops wara t-tneħħija mekkanika tal-weraq, zkuk, brakti u rachides. |
||||||||||||||
1211 |
Pjanti u partijiet tagħhom (inklużi żerriegħa u frott), ta’ kwalita’ użata l-aktar fil-fwejjaħ, fil-farmaċija jew għal għanijiet ta’ insettiċidi, funġiċidi jew għal għanijiet simili oħrajn, friski jew imnixxfin, maqtugħin jew le, misħuqin jew trab |
||||||||||||||
1211 20 00 |
Għeruq ta’ ġinseng Dan is-subtitlu jkopri l-għeruq ta’ ġinsenġ (Panax quinquefolium u Panax ginseng). L-għeruq huwa ċilindriku għal forma ta’ labra, b’nemex ċirkulari madwar it-tielet ta’ fuq; huma spiss maqsumin f’diversi friegħi. Il-kulur ta’ barra jvarja minn abjad safrani għal kannella-isfar, u l-interjuri huwa abjad u dqiqi (jew iebes bħal qrun jekk tgħalla fl-ilma). Dan is-subtitlu jkopri ukoll għeruq tal-ġinseng imfarrkin jew mitħunin. |
||||||||||||||
1211 90 30 |
Ful tonquin Dan is-subtitlu jkopri ż-żerriegħa ta’ Dipteryx odorata (familja Leguminosae). Dawn jissejħu ukoll fażola tonga jew tonka u coumaru. Huma fihom coumarin u jintużaw fl-industrija tal-fwieħa u fil-manifattura ta’ essenzi għal xorb dijetetiku. |
||||||||||||||
1211 90 85 |
Oħrajn Sakemm dawn ma kinux inklużi f’subtitlu ta’ qabel ta’ dan it-titlu, dan is-subtitlu jinkludi pjanti, partijiet ta’ pjanti, żrieragħ u frott, imsemmijin fin-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 1211, paragrafu ħdax, u dawn li ġejjin:
Dan is-subtitlu ma jinkludix alki (titlu 1212) jew żrieragħ ta’ qara aħmar (titlu 1207 jew 1209). |
||||||||||||||
1212 |
Ħarrub, alki tal-baħar u alki oħrajn, pitravi u kannamieli, friski, imkessħin, friżati jew imnixxfin, mitħunin jew le; għadam u qlub tal-għadam tal-frott u prodotti veġetali oħrajn (inklużi għeruq mhux inkaljati taċ-ċikwejra tal-varjeta’ Cichorium intybus sativum) ta’ kwalita’ użata l-aktar għall-konsum uman, mhux imsemmijin jew inklużi band’oħra |
||||||||||||||
1212 20 00 |
Alka tal-baħar u alki oħrajn Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 1212, (A). |
||||||||||||||
1212 91 20 u 1212 91 80 |
Pitravi Dawn is-subtitli japplikaw biss għal pitravi li ma tneħħilhomx iz-zokkor li għandhom kontenut ta’ sukrows li ġeneralment jaqbeż 60 % mill-piż kalkulat fuq materjal niexef. Parzjalment jew kompletament mingħajr zokkor, dawn jaqgħu f’subtitli 2303 20 10 jew 2303 20 90. |
||||||||||||||
1212 99 30 |
Ħarrub Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 1212, (Ċ) l-ewwel u t-tieni paragrafi. |
||||||||||||||
1212 99 41 u 1212 99 49 |
Żerriegħa tal-ħarrub Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 1212, (Ċ) tielet paragrafu. |
||||||||||||||
1212 99 70 |
Oħrajn Bħala żieda mal-prodotti msemmijin fin-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 1212, (D), tielet, raba’ u ħames paragrafi, dan is-subtitlu jinkludi:
Żrieragħ ta’ qara aħmar (titlu 1207 jew 1209) m’humiex inklużi f’dan is-subtitlu. |
||||||||||||||
1214 |
Swedes, mangoldi, għeruq għall-għalf, ħuxlief, xnien (alfalfa), silla, sainfoin, kaboċċi għall-magħlef, lupini, ġulbiena u prodotti simili tal-għalf, kemm jekk f’forma ta’ gerbub jew le |
||||||||||||||
1214 90 10 |
Mangoldi, swedes u għeruq oħrajn għall-għalf Dan is-subtitlu jkopri:
|
KAPITLU 13
GOMMALAKKA; GOMOM, RAŻI, U LINEF U ESTRATTI VEĠETALI OĦRAJN
1301 |
Gommalakka; gomom naturali, rażi, rażi tal-gomma u oleoreżini (per eżempju, balzmi) |
||||||||
1301 20 00 |
Gomma Arabika Gomma Arabika (jew gomma ta’ l-akaċja jew gomma ta’ Senegal) hija preżentata f’biċċiet safranin jew ħamranin, hija semi-trasparenti u hija solubbli f’ilma iżda mhux fi spirtu. |
||||||||
1302 |
Linef u estratti veġetali; sustanzi tal-pektin, pektinati u pektati; agar-agar u muċilaġni u materjali li jħaxxnu, modifikati jew le, derivati minn prodotti veġetali |
||||||||
1302 11 00 |
Loppju Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 1302, (A), (1). |
||||||||
1302 12 00 |
Ta’ għud is-sus Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 1302, (A), (2). |
||||||||
1302 19 80 |
Oħrajn Ara n-Noti ta’ Spjega għal titlu 1302, (A), (4) sa (20). |
||||||||
1302 20 10 u 1302 20 90 |
Sustanzi tal-pektin, pektinati u pektati Dawn is-subtitli jkopru l-prodotti msemmijin fin-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 1302, (B). |
||||||||
1302 31 00 |
Agar-agar Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 1302, (Ċ), (1). |
||||||||
1302 32 10 u 1302 32 90 |
Muċilaġni u materjali li jħaxxnu, modifikati jew le, derivati minn ħarrub, żerriegħa tal-ħarrub jew żerriegħa tal-gwar Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 1302, (Ċ), (2). Dawn is-subtitli ma jinkludux endosperma taż-żerriegħa tal-guar (“qasmiet tal-guar”) fil-forma ta’ flakes żgħar, sofor ċari, b’forma irregolari (titlu 1404). |
||||||||
1302 39 00 |
Oħrajn Bħala żieda mal-prodotti msemmijin fin-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 1302, (Ċ), (3) sa (5), dan is-subtitlu jinkludi ukoll:
|
KAPITLU 14
MATERJALI VEĠETALI TAT-TRIZZA; PRODOTTI VEĠETALI LI MHUMIEX IMSEMMIJIN JEW INKLUŻI BAND’OĦRA
1401 |
Materjali veġetali ta’ kwalita’ użata primarjament għat-trizza (per eżempju, bambù, rattan, qasab, ġummar, żafżaf, raffja, tiben taċ-ċereali mnaddaf, ibbliċjat jew miżbugħ, u qoxra tas-siġra tal-lajm) |
1401 10 00 |
Bambù Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 1401, tieni paragrafu, (1). |
1401 20 00 |
Rattan Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 1401, tieni paragrafu, (2). |
1401 90 00 |
Oħrajn Dan is-subtitlu jinkludi l-prodotti msemmijin fin-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 1401, tieni paragrafu, (3) sa (7). Il-weraq ta’ l-ispeċi differenti ta’ Typha (pereżempju, Typha latifolia jew cattail) jaqgħu ukoll f’dan is-subtitlu. |
1404 |
Prodotti veġetali li mhumiex speċifikati jew inklużi band’oħra |
1404 20 00 |
Ħjut tal-qoton li jibqgħu maż-żerriegħa wara t-tfesdiq (cotton linters) Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 1404, tieni paragrafu, (A). |
1404 90 00 |
Oħrajn Dan is-subtitlu jinkludi l-prodotti msemmijin fin-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 1404, tieni paragrafu, (B) sa (F). L-irjus tat-kardun imsemmijin fin-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 1404, tieni paragrafu, (F), (7) huma ta’ l-ispeċi Dipsacus sativus. Dan is-subtitlu jinkludi ukoll endosperma taż-żerriegħa tal-guar (“qasmiet tal-guar”) fil-forma ta’ flakes żgħar, sofor ċari, b’forma irregolari. |
TAQSIMA III
XAĦMIJIET U ŻJUT TA’ ANNIMALI JEW ĦXEJJEX U PRODOTTI MILL-QSIM TAGĦHOM; XAĦMIJIET IPPREPARATI TAJBIN GĦALL-IKEL; XEMGĦAT TA’ ANNIMALI JEW ĦXEJJEX
KAPITLU 15
XAĦMIJIET U ŻJUT TA’ ANNIMALI JEW ĦXEJJEX U PRODOTTI MILL-QSIM TAGĦHOM; XAĦMIJIET IPPREPARATI TAJBIN GĦALL-IKEL; XEMGĦAT TA’ ANNIMALI JEW ĦXEJJEX
Ġenerali
Għall-għanijiet tas-subtitli ta’ dan il-kapitlu li jinkludu t-terminu, “użi industrijali” jitqies li japplika biss għal dawk l-użi li jinvolvu t-trasformazzjoni tal-prodott bażiku.
Min-naħa l-oħra, użi tekniċi’, terminu li jinsab ukoll f’xi subtitli, jimplika li m’hemm l-ebda trasformazzjoni bħal din.
Trattamenti bħal purifikazzjoni, irfinar jew idroġenizzazzjoni ma jitqisux bħala “użi industrijali” jew “użi tekniċi”.
Għandha tingħata importanza li anki prodotti tajbin għal konsum minn bnedmin jistgħu jkunu intiżi għal użi tekniċi jew industrijali.
Is-subtitli ta’ dan il-kapitlu li jitkellmu dwar prodotti għal użi tekniċi jew industrijali ħlief għall-manifattura ta’ affarijiet ta’ l-ikel għal konsum minn bnedmin jinkludu żjut u xaħmijiet għall-manifattura ta’ affarijiet ta’ l-ikel għall-annimali.
Nota Addizzjonali 1 (a) |
Il-parti likwida ta’ żejt veġetali miksuba billi tkun imneħħija l-parti solida, pereżempju, permezz ta’ tkessiħ, użu ta’ solventi organiċi, sustanzi li jnaqqsu s-surface tension, eċċ., ma jistgħux jitqiesu bħala żjut mhux irfinati. |
1502 00 |
Grass ta’ annimali ta’ l-ifrat, nagħaġ u mogħoż, ħlief dawk ta’ titlu 1503 B’żieda ma’ xaħmijiet rendered, dan it-titlu jinkludi xaħmijiet mhux rendered, jiġifieri., xaħam magħluq f’membrani ċellulari. Dawn li ġejjin huma għalhekk inklużi f’dan is-subtitlu:
Madanakollu, dan it-titlu ma jinkludix għadam u żejt tal-mudullun jew żejt tas-sieq (titlu 1506 00 00). |
||||||||||||
1503 00 |
Stearina tax-xaħam, żejt tax-xaħam, oleostearina u żejt tax-xaħam tad-dam, mhux emulsifikati jew imħalltin jew preparati b’xi mod ieħor |
||||||||||||
1503 00 11 u 1503 00 19 |
Stearina tax-xaħam u oleostearina Dawn is-subtitli jkopru l-prodotti msemmijin fit-tieni paragrafu u l-paragrafu ta’ qabel ta’ l-aħħar tan-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 1503. |
||||||||||||
1503 00 30 |
Żejt tax-xaħam tad-dam għal użi industrijali ħlief għall-manifattura ta’ oġġetti ta’ l-ikel għal konsum uman Dan is-subtitlu jkopri l-prodotti deskritti fil-ħames paragrafu tan-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 1503 sakemm dawn ma kienux intiżi għal użi industrijali ħlief għall-manifattura ta’ affarijiet ta’ l-ikel għal konsum minn bnedmin (ara n-Noti ta’ Spjega Ġenerali għal dan il-kapitlu). |
||||||||||||
1503 00 90 |
Oħrajn Bħala żieda mal-prodotti msemmijin fit-tielet u r-raba’ paragrafi tan-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 1503, dan is-subtitlu jinkludi żejt tax-xaħam tad-dam li ma jilħaqx il-kundizzjonijiet stipulati f’subtitlu 1503 00 30, pereżempju, żejt tax-xaħam tad-dam għal użi tekniċi. |
||||||||||||
1504 |
Xaħmijiet u żjut u l-frazzjonijiet tagħhom, ta’ ħut jew mammiferi tal-baħar, raffinati jew le, iżda mhux modifikati kimikament Ara n-Noti ta’ Spjega Ġenerali SA għal dan il-kapitlu, parti (A), sitt u seba’ paragrafi. |
||||||||||||
1504 10 10 sa 1504 10 99 |
Żjut tal-fwied tal-ħut u l-frazzjonijiet tagħhom Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 1504, tieni paragrafu. |
||||||||||||
1504 10 10 |
B’kontenut ta’ vitamina A mhux ogħla minn 2 500 IU/g Il-kontenut ta’ vitamina A taż-żejt tal-fwied miksub minn gadidae (merluzz, haddock, molva, marluzz) ġeneralment ma jaqbiżx 2 500 IU/g. |
||||||||||||
1504 10 91 u 1504 10 99 |
Oħrajn Il-kontenut ta’ vitamina A taż-żejt tal-fwied miksub minn tonn, ħalibatt, u diversi tipi ta’ klieb il-baħar, pereżempju, ġeneralment jaqbeż 2 500 IU/g. Żjut b’kontenut ta’ vitamina miżjud jibqgħu klassifikati f’dawn is-subtitli sakemm dawn ma tilfux il-karattru ta’ żejt tal-fwied tal-ħut. Dan jiġri, pereżempju, fil-każ ta’ żjut tal-fwied tal-ħut b’kontenut ta’ vitamina A li ma jaqbiżx 100 000 IU/g. |
||||||||||||
1504 20 10 u 1504 20 90 |
Xaħmijiet u żjut u l-frazzjonijiet tagħhom, tal-ħut, ħlief żjut tal-fwied Dawn is-subtitli jkopru x-xaħmijiet u ż-żjut miksubin mill-ispeċi ta’ ħut kollha, u mill-frazzjonijiet tagħhom, ħlief iż-żjut estratti esklussivament mill-fwied tagħhom, u jinkludu:
Iż-żjut u x-xaħmijiet ta’ dan is-subtitlu huma wżati primarjament għal użi tekniċi jew industrijali bħal tiswid, preparazzjonijiet ta’ żebgħa, żjut li jaqtgħu. |
||||||||||||
1504 30 10 u 1504 30 90 |
Xaħmijiet u żjut u l-frazzjonijiet tagħhom, ta’ mammiferi tal-baħar Dawn is-subtitli jinkludu:
Dawn is-subtitli jkopru ż-żjut kollha ta’ mammiferi tal-baħar, u frazzjonijiet tagħhom, inklużi dak estratt minn fwied bħal żejt tal-fwied ta’ l-isperm whale li, minħabba li hu rikk f’vitamina A, għandu proprjetajiet simili għal dawk taż-żjut tal-fwied tal-ħut ta’ subtitli 1504 10 10, 1504 10 91 u 1504 10 99. |
||||||||||||
1505 00 |
Xaħam tas-suf u sustanzi xaħmin derivati minnu (inkluża lanolina) |
||||||||||||
1505 00 10 |
Xaħam tas-suf, mhux raffinat Ara l-ewwel paragrafu tal-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 1505. |
||||||||||||
1505 00 90 |
Oħrajn Dan is-subtitlu jkopri:
|
||||||||||||
1506 00 00 |
Xaħam u żjut oħrajn ta’ annimali u l-frazzjonijiet tagħhom, raffinati jew le, iżda mhux modifikati kimikament Dan it-titlu ma jinkludix taħlitiet jew preparazzjonijiet minn xaħmijiet u żjut ta’ annimali mhux tajbin għall-ikel, eż., xaħmijiet tal-biċċerija minn varji annimali jew taħlitiet jew preparazzjonijiet ta’ xaħmijiet u żjut ta’ annimali u veġetali, eż., żejt tal-qali skart (titlu 1518). |
||||||||||||
1507 |
Żejt tas-sojja u l-frazzjonijiet tiegħu, raffinat jew le, iżda mhux modifikat kimikament |
||||||||||||
1507 10 10 u 1507 10 90 |
Żejt mhux raffinat, iddegommat jew le Għal definizzjoni tat-terminu “mhux raffinat”, ara Nota Addizzjonali 1 għal dan il-kapitlu, paragrafi (a), (b) u (ċ). |
||||||||||||
1507 90 10 u 1507 90 90 |
Oħrajn Dawn is-subtitli jinkludu żejt tas-sojja raffinat. |
||||||||||||
1508 |
Żejt tal-karawett u l-frazzjonijiet tiegħu, raffinat jew le, iżda mhux modifikat kimikament |
||||||||||||
1508 10 10 u 1508 10 90 |
Żejt mhux raffinat Ara Nota Addizzjonali 1 (a) u (b) għal dan il-kapitlu. |
||||||||||||
1508 90 10 u 1508 90 90 |
Oħrajn Dawn is-subtitli jinkludu żejt tal-ġewż mitħun raffinat. |
||||||||||||
1509 |
Żejt taż-żebbuġ u l-frazzjonijiet tiegħu, raffinat jew le, iżda mhux modifikat kimikament Żejt taż-żebbuġ li jaqa’ f’dan it-titlu jrid jilħaq dawn it-tliet kundizzjonijiet li ġejjin:
|
||||||||||||
1509 10 10 |
Żejt taż-żebbuġ verġni lampanti Ara n-Nota Addizzjonali 2 (B) (I) għal dan il-kapitlu. |
||||||||||||
1509 10 90 |
Oħrajn Ara n-Nota Addizzjonali 2 (B) (I) għal dan il-kapitlu. |
||||||||||||
1509 90 00 |
Oħrajn Ara Nota Addizzjonali 2 (Ċ) għal dan il-kapitlu. Dan is-subtitlu jinkludi mhux biss żejt raffinat iżda wkoll żejt taż-żebbuġa raffinat imħallat ma’ żejt taż-żebbuġa verġni. |
||||||||||||
1510 00 |
Żjut oħrajn u l-frazzjonijiet tagħhom, miksubin biss miż-żebbuġ, raffinati jew le, iżda mhux modifikati kimikament, inklużi taħlitiet ta’ dawn iż-żjut jew frazzjonijiet biż-żjut jew frazzjonijiet ta’ titlu 1509 Dan it-titlu jkopri biss dawn iż-żjut li jilħqu il-kundizzjonijiet stipulati f’oġġett 1 tan-Noti ta’ Spjega għal titlu 1509. Bħal dawn li jaqgħu f’titlu 1509, żjut li jaqgħu f’titlu 1510 00 m’għandhomx ikunu ri-esterifikati jew imħalltin ma’ żjut oħra, jiġifieri. żjut oħrajn ħlief żejt taż-żebbuġa, iżda:
|
||||||||||||
1510 00 10 |
Żjut mhux raffinati Ara Nota Addizzjonali 2 (D) għal dan il-kapitlu. |
||||||||||||
1510 00 90 |
Oħrajn Dan is-subtitlu jinkludi żejt minn skart taż-żebbuġ raffinat u taħlitiet ta’żejt minn skart taż-żebbuġ raffinat ma żejt taż-żebbuġa verġni. |
||||||||||||
1511 |
Żejt tal-palm u l-frazzjonijiet tiegħu, raffinat jew le, iżda mhux modifikat kimikament |
||||||||||||
1511 10 10 u 1511 10 90 |
Żejt mhux raffinat Ara Nota Addizzjonali 1 (a) u (b) għal dan il-kapitlu. Żejt tal-palm mhux raffinat jiddekomponi ħafna iżjed malajr minn żjut oħrajn u għalhekk għandu kontenut ta’ aċtu ta’ xaħam ħieles għoli. |
||||||||||||
1511 90 11 u 1511 90 19 |
Frazzjonijiet solidi Dawn is-subtitli jkopru stearina tal-palm. |
||||||||||||
1511 90 91 u 1511 90 99 |
Oħrajn Dawn is-subtitli jinkludu:
|
||||||||||||
1512 |
Żejt taż-żerriegħa tal-ġirasol, ta’ l-għosfor jew taż-żerriegħa tal-qoton u l-frazzjonijiet tiegħu, raffinat jew le, iżda mhux modifikat kimikament |
||||||||||||
1512 11 91 |
Żejt taż-żerriegħa tal-ġirasol Ara n-Nota Addizzjonali 1 (a) u (b) għal dan il-kapitlu flimkien ma parti (A) għan-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 1512. |
||||||||||||
1512 11 99 |
Żejt ta’ l-għosfor Ara n-Nota Addizzjonali 1 (a) u (b) għal dan il-kapitlu flimkien ma parti (B) għan-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 1512. |
||||||||||||
1512 19 90 |
Oħrajn Dan is-subtitlu jinkludi żejt taż-żerriegħa tal-ġirasol raffinat u żejt taż-żerriegħa ta’ l-għosfor raffinat. |
||||||||||||
1512 21 10 sa 1512 29 90 |
Żejt taż-żerriegħa tal-qoton u l-frazzjonijiet tiegħu Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 1512, parti (Ċ). |
||||||||||||
1514 |
Żejt tal-lift, kolza jew mustarda u l-frazzjonijiet tiegħu, raffinati jew le, iżda mhux modifikati kimikament |
||||||||||||
1514 11 10 sa 1514 19 90 |
Żejt tal-lift jew tal-kolza b’aċtu eruċiku baxx u l-frazzjonijiet tiegħu Ara Nota ta’ Subtitlu 1 għal dan il-kapitlu u n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 1514, parti (A), tieni paragrafu, tieni sentenza. |
||||||||||||
1515 |
Xaħmijiet u żjut oħrajn fissi ta’ veġetali (inkluż żejt tal-ġoġoba) u l-frazzjonijiet tagħhom, raffinati jew le, iżda mhux modifikati kimikament |
||||||||||||
1515 30 10 u 1515 30 90 |
Żejt ir-riġnu u l-frazzjonijiet tiegħu Żejt ir-riġnu magħruf ukoll bħala “żejt tal-Palma Christi” u “żejt kerva”. Dawn is-subtitli ma jinkludux żejt Curcase (jew żejt tal-porga) estratti miż-żrieragħ tas-siġra “Jatraopha curcas”, tal-familja Euphorbiaceae, spiss imsejħa “żejt ir-riġnu Amerikan” jew “żejt ir-riġnu salvaġġ” (subtitli 1515 90 40 sa 1515 90 99). |
||||||||||||
1517 |
Marġerina; taħlitiet jew preparazzjonijiet tajbin għall-ikel ta’ xaħmijiet jew żjut ta’ annimali jew veġetali jew ta’ frazzjonijiet ta’ xaħmijiet u żjut differenti ta’ dan il-kapitlu, minbarra xaħmijiet u żjut tajbin għall-ikel jew il-frazzjonijiet tagħhom ta’ titlu 1516 Dwar id-definizzjoni tat-terminu “marġerina”, ara n-Noti ta’ Spjega SA għal subtitli 1517 10 u 1517 90. |
||||||||||||
1517 10 10 u 1517 10 90 |
Marġerina, ħlief marġerina likwida Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 1517, il-ħames paragrafu, (A). Għandu jkun innutat li l-kontenut ta’ ilma m’huwiex fattur determinanti fil-klassifikazzjoni ta’ prodotti f’dawn is-subtitli. |
||||||||||||
1521 |
Xemgħat veġetali (ħlief trigliċeridi), xema’ tan-naħal, xemgħat u spermaċeti ta’ insetti oħrajn, kemm jekk raffinati jew kuluriti inkella le |
||||||||||||
1521 10 00 |
Xemgħat veġetali Bħala żieda mal-prodotti msemmijin fin-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 1521, parti (I), dan is-subtitlu jinkludi xema’ tal-kafè, li sseħħ b’mod naturali fil-partijiet kollha fl-arbuxxell tal-kafè (fażola, ġilda li ddawwar, weraq, eċċ.) u huwa prodott żejjed tal-manifattura ta’ kafè dekaffeinat. Huwa iswed, għandu riħa qisu kafè u jintuża fil-manifattura ta’ ċertu prodotti għat-tindif. |
||||||||||||
1521 90 91 |
Mhux imsajrin Dan is-subtitlu jinkludi xemgħat naturali f’xehdiet naturali. |
||||||||||||
1521 90 99 |
Oħrajn Dan is-subtitlu jinkludi xemgħat, magħfusin jew raffinati, kemm jekk ibbliċjati jew ikkuluriti. |
||||||||||||
1522 00 |
Degras; fdal li jibqa’ mit-trattament ta’ sustanzi xaħmin jew xemgħat ta’ annimali jew veġetali |
||||||||||||
1522 00 31 u 1522 00 39 |
Li fih żejt bil-karatteristiċi ta’ żejt taż-żebbuġ Ara Nota Addizzjonali 3 għal dan il-kapitlu, li tispeċifika r-residwi li huma esklużi minn dawn is-subtitli. |
TAQSIMA IV
PREPARAZZJONIJIET TA’ L-IKEL; XORB, SPIRTI U ĦALL; TABAKK U SOSTITUTI MANIFATTURATI TAT-TABAKK
KAPITLU 16
PREPARAZZJONIJIET TA’ LAĦAM, TA’ ĦUT JEW TA’ KRUSTAĊEJ, MOLLUSKI JEW INVERTEBRATI AKKWATIĊI OĦRAJN
Ġenerali
Għall-klassifikazzjoni ta’ preparazzjonijiet ta’ l-ikel kompost (inklużi hekk imsejħin ‘ikliet preparati) li jikkonsistu, f’pereżempju, zalzett, laħam, ġewwieni tal-laħam, ħut jew krustaċji, molluski jew invertebrati akwatiċi oħrajn jew kwalunkwe kombinazzjoni tagħhom, flimkien ma ħaxix, spagetti, zalza, eċċ., ara Nota 2 għal dan il-kapitlu u n-Noti ta’ Spjega Ġenerali SA għal dan il-kapitlu, paragrafu ta’ qabel ta’ l-aħħar.
It-tieni sentenza ta’ l-ewwel paragrafu ta’ Nota 2 (klassifikazzjoni fit-titlu li jikkorrispondi għall-komponent li jippredomina bil-piż) għandha tapplika ukoll għad-determinazzjoni tas-subtitli. Dan t’hawn ma japplikax, pero’, għal preparazzjonijiet li fihom fwied ta’ titli 1601 00 u 1602 (ara paragrafu 2 tan-Nota).
Nota Addizzjonali 2 |
Bħala regola ġenerali, il-qatgħa li minnha parti tinkiseb tista’ tingħaraf biss fejn il-parti hija bejn wieħed u ieħor ta’ qies ta’ 100 × 80 × 2 mm jew iżjed. L-espressjoni “partijiet minnha” japplikaw biss għal partijiet meta l-qatgħa li minnhom kienu miksubin (eż., perżut) tista’ tkun determinata permezz ta’ mezzi pożittivi milli permezz ta’ proċess ta’ eliminazzjoni. |
1601 00 |
Zalzett u prodotti simili, ta’ laħam, fdal tal-laħam jew demm; preparazzjonijiet ta’ l-ikel bażati fuq dawn il-prodotti Il-fatt li prodotti jistgħu jitqiesu li huma “zalzett u prodotti simili” għal għanijiet ta’ negozju m’huwiex fattur determinanti għall-għanijiet ta’ klassifikazzjoni f’dan it-titlu. Preparazzjonijiet ta’ laħam imqattgħin fi bċejjeċ jew imfarrkin li kienu ffurmati fil-forma tagħhom bħala riżultat ta’ l-ippakkjar tagħhom f’laned jew kontenituri riġidi oħra, kemm jekk ċilindriċi jew le, ma jitqisux bħala “zalzett” għall-għanijiet ta’ dan it-titlu. |
||||||||
1601 00 10 |
Ta’ fwied Dan is-subtitlu jinkludi zalzett u prodotti simili li fihom fwied, biż-żieda jew mingħajr żieda ta’ laħam, ġewwieni tal-laħam, xaħam, eċċ., sakemm il-fwied jagħti lill-prodotti l-karattru essenzjali tagħhom. Dawn il-prodotti ġeneralment imsajrin u ġieli affumikati, jintgħarfu essenzjalment mit-togħma karatteristika tal-fwied. |
||||||||
1601 00 91 |
Zalzett, niexef jew biex jinfirex, nej Dan is-subtitlu jkopri zalzett nej sakemm dawn kienu mmaturaw (pereżempju, permezz ta’ tnixxif fl-arja) u huma diġa lesti għal konsum immedjat. Prodotti bħal dawn jistgħu wkoll ikunu affumikati, sakemm l-affumikar ma jikkawżax koagulazzjoni totali ta’ l-albumini li jseħħ minħabba trattament bis-sħana bħal affumikar f’temperatura għolja. Bħala konsegwenza, dan is-subtitlu jkopri zalzett li normalment jittiekel f’biċċiet (bħal salami, zalzett Arles, Plockwurst) kif ukoll zalzett biex jinfirex, pereżempju, Teewurst. |
||||||||
1601 00 99 |
Oħrajn Dan is-subtitlu jinkludi:
|
||||||||
1602 |
Laħam, fdal tal-laħam jew demm oħrajn preparati jew preservati |
||||||||
1602 10 00 |
Preparazzjonijiet omoġenizzati Ara Nota ta’ Subtitlu 1 għal dan il-kapitlu. |
||||||||
1602 20 10 u 1602 20 90 |
Ta’ fwied ta’ kull annimal Dawn is-subtitli jkopri prodotti preparati jew preservati li fihom il-fwied, kemm jekk imħalltin ma’ laħam jew fdal tal-laħam ieħor u kemm jekk le, sakemm il-fwied jagħti lill-prodotti l-karattru essenzjali tagħhom. Il-prodotti prinċipali għal dawn is-subtitli jinkisbu minn fwied tal-wiżż jew tal-papri (subtitlu 1602 20 10). |
||||||||
1602 31 11 sa 1602 39 80 |
Ta’ tjur ta’ titlu 0105 Dawn is-subtitli jinkludu tjur u partijiet ta’ tjur preservati wara t-tisjir. Dawn il-prodotti jinkludu:
Fl-iddeterminar tal-perċentwal ta’ laħam tat-tjur jew ġewwieni, il-piż ta’ kwalunkwe għadam m’għandux jitqies. |
||||||||
1602 31 11 |
Li fihom esklussivament laħam nej tad-dundjan Ara Nota Addizzjonali 1 għal dan il-kapitlu. |
||||||||
1602 32 11 |
Nejjin Ara Nota Addizzjonali 1 għal dan il-kapitlu. |
||||||||
1602 39 21 |
Nejjin Ara Nota Addizzjonali 1 għal dan il-kapitlu. |
||||||||
1602 41 10 u 1602 41 90 |
Koxox u qatgħat tagħhom Ara Nota Addizzjonali 2 għal dan il-kapitlu għall-iskop tat-terminu “qatgħat tagħhom” u n-Noti ta’ Spjega rilevanti. Preparazzjonijiet mqattgħin jew mfarrkin b’mod fin huma esklużi minn dawn is-subtitli, anki jekk huma magħmulin minn koxox jew qatgħat tagħhom. |
||||||||
1602 42 10 u 1602 42 90 |
Spallejn u qatgħat tagħhom Ara Nota Addizzjonali 2 għal dan il-kapitlu għall-iskop tat-terminu “qatgħat tagħhom” u n-Noti ta’ Spjega rilevanti. Preparazzjonijiet imqattgħin jew imfarrkin b’mod fin huma esklużi minn dawn is-subtitli, anki jekk huma magħmulin minn spalel jew qatgħat tagħhom. |
||||||||
1602 49 11 sa 1602 49 50 |
Ta’ majjal domestiku Għad-determinazzjoni tal-perċentwali ta’ laħam jew fdal ta’ laħam ta’ kwalunkwe tip, inklużi xaħmijiet ta’ kwalunkwe tip jew oriġini, ara Regolament tal-Kummissjoni (EEC) Nru 226/89 (ĠU L 29, 31.1.1989, p. 11). |
||||||||
1602 49 15 |
Taħlit ieħor li jinkludi koxox (saqajn), spallejn, ġenbejn jew għenuq, u qatgħat tagħhom Ara Nota Addizzjonali 2 għal dan il-kapitlu għall-iskop tat-terminu “qatgħat tagħhom” u n-Noti ta’ Spjega rilevanti. Taħlitiet li jaqgħu f’dan is-subtitlu għandhom ikollhom għallinqas waħda mill-qatgħat (u/jew partijiet minnha) imsemmijin fit-titlu tas-subtitlu, għalkemm il-qatgħa m’għandhiex għalfejn tgħaddi fit-taħlita l-karattru essenzjali tagħha. It-taħlita tista’ wkoll ikollha laħam jew fdal tal-laħam ta’ annimali oħrajn. |
||||||||
1602 50 10 |
Nejjin; taħlit ta’ laħam jew fdal tal-laħam imsajrin u laħam jew fdal tal-laħam nejjin Ara Nota Addizjonali 1 għal dan il-kapitlu. |
||||||||
1602 50 31 |
Bulubif (corned beef) f’kontenituri ertajt Għall-għanijiet ta’ subtitli 1602 50 31, l-espressjoni “f’kontenituri ertajt” titqies li tfisser prodotti mqegħdin f’kontenituri li kienu siġillati, kemm jekk taħt vakwu jew le, biex iżommu l-arja jew gassijiet oħrajn milli jidħlu jew joħorġu minnhom. Ladarba l-kontenitur infetaħ, is-siġill oriġinali jinkiser b’mod permanenti. Dawn is-subtitli jinkludu prodotti mqegħdin, inter alia, f’boroż tal-plastik siġillati kemm jekk taħt vakwu jew le. |
||||||||
1602 90 61 |
Nejjin; taħlit ta’ laħam jew fdal tal-laħam imsajrin u laħam jew fdal tal-laħam nejjin Ara Nota Addizzjonali 1 għal dan il-kapitlu. |
||||||||
1602 90 72 u 1602 90 74 |
Nejjin; taħlit ta’ laħam jew fdal tal-laħam imsajrin u laħam jew fdal tal-laħam nejjin Ara Nota Addizzjonali 1 għal dan il-kapitlu. |
||||||||
1604 |
Ħut preparat jew preżervat; kavjar u sostituti tal-kavjar imħejjija minn bajd tal-ħut Ara Nota ta’ Subtitlu 2 għal dan il-kapitlu. |
||||||||
1604 12 91 |
F’kontenituri ertajt Ara n-Noti ta’ Spjega għal subtitli 1602 50 31. |
||||||||
1604 14 16 |
Qatgħat mingħajr xewk (fillets) magħrufin bħala “loins” Dan is-subtitlu jkopri biss qatgħat skond it-tifsira tan-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 0304, (1) li għandhom it-tliet karatteristiċi li ġejjin:
|
||||||||
1604 19 31 |
Qatgħat mingħajr xewk (fillets) magħrufin bħala “loins” Ara n-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 1604 14 16. |
||||||||
1604 20 05 |
Preparazzjonijiet ta’ surimi Ara n-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 0304 99 10. Il-preparazzjonijiet li jaqgħu f’dan is-subtitlu huma magħmulin minn surimi mħalltin ma’ prodotti oħrajn (eż., dqiq, lamtu, proteini, il-laħam ta’ krustaċji, ħwawar u sustanzi koloranti). Huma soġġetti għal trattament bis-sħana u ġeneralment preżentati fl-istat friżat. |
||||||||
1605 |
Krustaċej, molluski u invertebrati akkwatiċi oħrajn, preparati jew preservati Ara Nota ta’ Subtitlu 2 għal dan il-kapitlu. |
||||||||
1605 20 10 |
F’kontenituri ertajt Ara n-Noti ta’ Spjega għal subtitli 1602 50 31. |
||||||||
1605 90 11 |
F’kontenituri ertajt Ara n-Noti ta’ Spjega għal subtitli 1602 50 31. |
KAPITLU 17
ZOKKOR U ĦELU TAZ-ZOKKOR
1701 |
Zokkor tal-kannamieli jew tal-pitravi u sukrows kimikament pur, f’forma solida |
||||||||||
1701 11 10 sa 1701 12 90 |
Zokkor mhux raffinat li ma fihx miżjudin ħwawar jew materjal biex jagħti l-kulur Ara Nota ta’ Subtitlu 1 għal dan il-kapitlu. Dawn is-subtitli jinkludu:
|
||||||||||
1701 11 10 u 1701 11 90 |
Zokkor tal-kannamieli Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal subtitli 1701 11 u 1701 12. |
||||||||||
1701 12 10 u 1701 12 90 |
Zokkor tal-pitravi Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal subtitli 1701 11 u 1701 12. |
||||||||||
1701 91 00 |
Li fih miżjudin ħwawar jew materjal biex jagħti l-kulur Zokkor li fih miżjudin ħwawar jew materjali biex jagħti l-kulur huwa klassifikat f’dan is-subtitlu anki jekk il-kontenut ta’ sukrows huwa taħt 99,5 % mill-piż. |
||||||||||
1701 99 10 |
Zokkor abjad Ara Nota Addizzjonali 3 għal dan il-kapitlu. Iz-zokkor abjad ta’ dan is-subtitlu huwa zokkor, kemm jekk raffinat jew le, li huwa ġeneralment abjad f’kulurih minħabba l-kontenut għoli ta’ sukrows li fih (99,5 % mill-piż u iżjed). Għad-determinazzjoni tal-kontenut ta’ sukrows ta’ zokkor abjad relatat man-Nota Addizzjonali 3 ta’ kapitlu 17 il-metodu polarimetriku stipulat fid-Direttiva tal-Kummissjoni 79/796/EEC, Anness II, metodu 10, għandu jkun applikat (ĠU L 239, 22.9.1979, p. 24). |
||||||||||
1702 |
Zokkrijiet oħrajn, inklużi laktows kimikament pur, maltosju, glukows u fruktows, f’forma solida; ġuleppijiet taz-zokkor li ma fihomx miżjudin ħwawar u materjal li jagħti l-kulur; għasel artifiċjali, kemm jekk imħallat ma’ għasel naturali kif ukoll jekk le; karamella |
||||||||||
1702 11 00 u 1702 19 00 |
Laktows u ġulepp tal-laktows Ara n-Nota ta’ Spjega SA għal titlu 1702, (A), (1), u (B), l-ewwel paragrafu. |
||||||||||
1702 30 10 |
Isoglukows Ara Nota Addizzjonali 5 għal dan il-kapitlu. |
||||||||||
1702 30 50 u 1702 30 90 |
Oħrajn Għall-għanijiet ta’ kalkulazzjoni tal-piż perċentwal ta’ glukows, l-espressjoni “fl-istat niexef” għandha titqies li teskludi kemm ilma ħieles kif ukoll ilma ta’ kristallizzazzjoni. |
||||||||||
1702 40 10 |
Isoglukows Ara Nota Addizzjonali 5 għal dan il-kapitlu. |
||||||||||
1702 60 10 |
Isoglukows Ara Nota Addizzjonali 5 għal dan il-kapitlu. |
||||||||||
1702 60 80 |
Ġulepp ta’ l-inulina Ara Nota Addizzjonali 6 (a) għal dan il-kapitlu. |
||||||||||
1702 90 30 |
Isolglukows Ara Nota Addizzjonali 5 għal dan il-kapitlu. |
||||||||||
1702 90 80 |
Ġulepp ta’ l-inulina Ara Nota Addizzjonali 6 (b) għal dan il-kapitlu. |
||||||||||
1702 90 95 |
Oħrajn Dan is-subtitlu jinkludi:
|
||||||||||
1703 |
Għasel iswed li jsir mill-estrazzjoni jew raffinar taz-zokkor |
||||||||||
1703 10 00 |
Għasel iswed tal-kannamieli Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal subtitlu 1703 10. |
||||||||||
1704 |
Ħelu taz-zokkor (inkluża ċikkulata bajda), mingħajr kawkaw |
||||||||||
1704 10 10 u 1704 10 90 |
Ċjuwing-gamm, miksi biz-zokkor jew le Dawn is-subtitli jkopru ċjuwing-gamm biz-zokkor miżjud, karatterizzat mill-preżenza ta’ gomma tal-ħalib tas-sapodilja jew prodotti oħrajn simili mhux tajbin għall-ikel, irrispettivament mill-forma li fihom huma jkunu (kaxex, mustardini miksijin biz-zokkor, blalen, eċċ.), inkluż “bubble gum”. |
||||||||||
1704 90 10 |
Estratt tas-sugu li fih aktar minn 10 % tal-piż sukrows iżda ma fihx sustanzi oħrajn miżjudin Dawn is-subtitli jkopru biss estratt tas-sugu li fih aktar minn 10 % tal-piż sukrows, mingħajr iż-żieda ta’ kwalunkwe zokkor, ħwawar oħrajn jew sustanzi oħra, kemm jekk fil-forma ta’ kejkijiet, stikek, pastilji, eċċ., jew le. Estratt tas-sugu preparat bħala ħelu permezz taż-żieda ta’ sustanzi oħrajn jaqa’ f’subtitlu 1704 90 99 irrispettivament mill-proporzjon ta’ sukrows. |
||||||||||
1704 90 30 |
Ċikkulata bajda Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 1704, tieni paragrafu, (vi). |
||||||||||
1704 90 51 sa 1704 90 99 |
Oħrajn Dawn is-subtitli jkopru ħafna mill-preparazzjonijiet ta’ zokkor magħrufin komunement bħala “ħlewwiet”. Dawn il-preparazzjonijiet jibqgħu klassifikati f’dawn is-subtitli anki jekk fihom spirti jew likuri bbażati fuq alkoħol tajbin għax-xorb. Dawn is-subtitli jinkludu pejsts għall-manifattura ta’ fondant, marżipan, qubbajd, eċċ., li huma prodotti semi-manifatturati użati fi ħlewwiet u ġeneralment mibjugħin bħala blokki jew kaxex. Dawn is-semi-manifatturati jibqgħu klassifikati f’dawn is-subtitlu anki jekk il-kontenut ta’ zokkor tagħhom ikun iżjed tard miżjud matul il-kors ta’ proċessar fi prodotti finali, sakemm dawn huma intiżi speċifikament mill-kompożizzjoni tagħhom biex jintużaw biss fil-manifattura ta’ ċertu tip ta’ ħlewwiet. Dawn is-subtitli jeskludu:
|
||||||||||
1704 90 51 |
Pejsts, inkluż marżipan, f’pakki diretti ta’ kontenut nett ta’ 1 kg jew aktar Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 1704, tieni paragrafu, (iv) u (ix). Dan is-subtitlu jinkludi taħlitiet miksijin biz-zokkor jew għall-igglejżjar. |
||||||||||
1704 90 55 |
Pastilji għall-griżmejn u ħelu tas-sogħla Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 1704, tieni paragrafu, (v). |
||||||||||
1704 90 61 |
Oġġetti miksijin biz-zokkor (panned) Dan is-subtitlu jkopri ħlewwiet taz-zokkor, bħal lewż miksi biz-zokkor b’kisja jew qoxra iebsa ta’ zokkor. Ħlewwiet “panned” huma miksubin billi ċ-ċentru ta’ ħelwa (eż., lewża) f’taġen b’ġulepp taz-zokkor; meta t-taġen ikun imdawwar, iċ-ċentru jiġbor iz-zokkor. Mat-tkessih, iz-zokkor jifforma kisja ta’ barra distinta. |
||||||||||
1704 90 65 |
Ħelu tal-gomma u ħelu tal-ġèli, inklużi pejsts tal-frott f’forma ta’ ħelu taz-zokkor Ħelu tal-gomma u ħelu tal-ġèli huma prodotti magħmulin minn aġenti li jgħaqqdu (bħal gomma arabika, ġelatina, pektina u ċertu lamti) flimkien ma’ zokkor u ħwawar. Huma jieħdu ħafna forom, pereżempju, forom ta’ bnedmin jew annimali. |
||||||||||
1704 90 71 |
Ħelu mgħolli, mimli jew le Ħelu mgħolli huwa iebes, ġieli jitfarrak faċilment, u jista’ jkun ċar jew opâk fl-apparenza tiegħu. Huwa jikkonsisti essenzjalment f’zokkrijiet li kienu mgħollijin u li kienu miżjudin magħhom kwantitajiet żgħar ta’ sustanzi oħrajn (ħlief xaħmijiet) biex tinkiseb varjeta’ kbira ta’ togħmiet, konsistenzi u kuluri. Prodotti bħal dawn jistgħu wkoll ikollhom mili fiċ-ċentru tagħhom. |
||||||||||
1704 90 75 |
Tòfi, karamelli u ħelu simili Tòfi, karamelli u ħelu simili huma prodotti li, bħal ħelu mgħolli, huma miksubin permezz ta’ zokkor jagħli iżda li fihom xaħam miżjud. |
||||||||||
1704 90 81 |
Pilloli kompressati Pilloli kompressati huma ħlewwiet taz-zokkor preżentati f’forom varji miksubin permezz ta’ kompressjoni, b’xi ħaġa li tgħaqqad jew le. |
||||||||||
1704 90 99 |
Oħrajn Dan is-subtitlu jkopri ħlewwiet taz-zokkor mhux inklużi fis-subtitli li għaddew. Dan jinkludi:
|
KAPITLU 18
KAWKAW U PREPARAZZJONIJIET TAL-KAWKAW
1801 00 00 |
Żerriegħa tal-kawkaw, sħiħa jew imkissra, nejja jew mixwija Żerriegħa tal-kawkaw li fiha (mill-piż) 49 sa 54 % ta’ xaħam imsejjaħ butir tal-kawkaw, 8 sa 10 % lamtu, 8 sa 10 % proteini, 1 sa 2 % teobrominju, 5 sa 10 % tanins (catechine jew “aħmar tal-kawkaw”), 4 sa 6 % ċelluloża, 2 sa 3 % minerali, steroli (vitamina D) u diversi fermenti. |
||||||
1803 |
Pejst tal-kawkaw, bix-xaħam imneħħi jew le Dan it-titlu jinkludi pejst tal-kawkaw, kemm jekk f’biċċiet jew le, iżda trattat b’sustanzi alkalini biex tiżdied is-solubilita’ tiegħu. Dan it-titlu ma jinkludix pejst tal-kawkaw trattat b’dan il-mod iżda li fih il-forma ta’ trab (titlu 1805). |
||||||
1805 00 00 |
Trab tal-kawkaw, mingħajr żieda ta’ zokkor jew materjal ieħor li jagħmel ħelu Trab tal-kawkaw li miegħu kienu miżjudin kwantitajiet żgħar ta’ lekitina (bejn wieħed u ieħor 5 % mill-piż) jibqa’ klassifikat f’dan it-titlu minħabba li l-għan huwa li tkun miżjuda l-kapaċita’ tat-trab tal-kawkaw biex jiffurmaw dispersjonijiet f’likwidi u b’hekk tkun faċilitata l-preparazzjoni ta’ xorb ibbażat fuq kawkaw (kawkaw li jinħall fl-ilma). |
||||||
1806 |
Ċikkulata u preparazzjonijiet oħrajn ta’ l-ikel li fihom il-kawkaw |
||||||
1806 20 10 |
Li fihom 31 % jew aktar tal-piż butir tal-kawkaw jew fihom piż magħqud ta’ 31 % jew aktar ta’ butir tal-kawkaw jew ta’ xaħam tal-ħalib Dan is-subtitlu jinkludi l-prodotti ġeneralment magħrufin bħala “couverture taċ-ċikkulata” u “couverture ta’ ċikkulata tal-ħalib”. |
||||||
1806 20 30 |
Li fihom piż magħqud ta’ 25 % jew aktar, iżda inqas minn 31 % ta’ butir tal-kawkaw jew ta’ xaħam tal-ħalib Dan is-subtitlu jinkludi l-prodotti ġeneralment magħrufin bħala “ċikkulata tal-ħalib”. |
||||||
1806 20 50 |
Li fihom 18 % jew aktar tal-piż butir tal-kawkaw Dan is-subtitlu jinkludi l-prodotti ġeneralment magħrufin bħala “ċikkulata plain”. |
||||||
1806 20 70 |
Frak tal-ħalib taċ-ċikkulata Frak tal-ħalib taċ-ċikkulata miksuba minn tnixxif permezz ta’ vakwu ta’ taħlita bl-ilma ta’ zokkor, ħalib u kawkaw; din ġeneralment tintuża għall-manifattura ta’ ċikkulata tal-ħalib. Din tista’ tieħu l-forma ta’ biċċiet irregolari, li tista’ tinqasam faċilment jew tista’ tkun fil-forma ta’ trab. Frak tal-ħalib taċ-ċikkulata s-soltu fih mill-piż bejn 35 % u 70 % ta’ zokkor, bejn 15 % u 50 % ta’ solidi tal-ħalib u bejn 5 u 30 % ta’ kawkaw. Il-proċess speċjalizzat għall-manifattura ta’ frak jwassal għall-kristallizzazzjoni ta’ dawn l-ingredjenti. |
||||||
1806 20 95 |
Oħrajn Dan is-subtitlu jkopri l-preparazzjonijiet l-oħra ta’ kawkaw, partikolarment, pejst tal-praline u ċikkulata għad-dlik. |
||||||
1806 31 00 |
Mimlijin Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 1806 31. |
||||||
1806 32 10 |
B’żieda ta’ ċereali, frott jew ġewż Dan is-subtitlu jinkludi blokki, kaxex jew bars solidi ta’ ċikkulata li fihom ċereali, frott jew ġewż, kemm jekk f’biċċiet jew le, ġoċ-ċikkulata kollha. |
||||||
1806 90 11 u 1806 90 19 |
Ċikkulata, mimlija jew le Rigward it-terminu “mimlija”, in-Noti ta’ Spjega SA għal subtitlu 1806 31 japplika, mutatis mutandis. Dawn is-subtitli jkopru prodotti li normalment kapaċi jkunu kkonsmati f’gidma waħda li jikkonsistu:
|
||||||
1806 90 11 |
Fihom l-alkoħol Assortiment ta’ ċikkulati fejn uħud miċ-ċikkulati fihom l-alkoħol u uħud ma fihomx għandhom ikunu klassifikati taħt Regola Interpretattiva Ġenerali 3 (b) għan-Nomenklatura Magħquda. |
||||||
1806 90 19 |
Oħrajn Ara n-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 1806 90 11. |
||||||
1806 90 31 |
Mimlijin Rigward it-terminu “mimlijin”, in-Noti ta’ Spjega SA għal subtitlu 1806 31 japplikaw, mutatis mutandis. Dan is-subtitlu jinkludi bajd ta’ l-Għid taċ-ċikkulata mimli u forom ta’ innovazzjoni oħrajn. |
||||||
1806 90 39 |
Mhux mimlijin Dan is-subtitlu jinkludi vermiċelli taċ-ċikkulata, flakes u affarijiet simili, u bajd u figurini taċ-ċikkulata solidi jew vojta. |
||||||
1806 90 50 |
Ħelu taz-zokkor u sostituti tiegħu magħmulin minn prodotti ta’ sostituzzjoni għaz-zokkor, fihom il-kawkaw Dan is-subtitlu jkopri ħelu taz-zokkor ta’ titlu 1704, eż. tòfi u affarijiet miksijin biz-zokkor, li magħhom kien miżjud il-kawkaw. |
||||||
1806 90 60 |
Pejsts li jinfirxu li fihom il-kawkaw Dan is-subtitlu jkopri pejsts li jinfirxu taċ-ċikkulata f’pakki immedjati b’kontenut nett ta’ 2 kg jew inqas. |
||||||
1806 90 90 |
Oħrajn Dan is-subtitlu jinkludi ċertu trabijiet li fihom kawkaw għall-manifattura ta’ kremiet, ġelat tajjeb għall-ikel, desserti u preparazzjonijiet simili soġġetti għall-esklużjonijiet stipulati fin-Noti ta’ Spjega SA għal dan il-kapitlu. |
KAPITLU 19
PREPARAZZJONIJIET TA’ ĊEREALI, DQIQ, LAMTU JEW ĦALIB; PRODOTTI TA’ KOKI TA’ L-GĦAĠINA
Ġenerali
Il-“kontenut ta’ trab tal-kawkaw” ta’ prodotti ta’ dan il-kapitlu huwa kkalkulat billi tkun immultiplikata s-somma tal-kontenuti ta’ teobrominju u kaffeina b’fattur ta’ 31.
Il-kontenuti ta’ teobrominju u kaffeina huma determinati minn HPLC (Kromatografija Likwida ta’ Eżekuzzjoni Għolja).
1901 |
Estratt tax-xgħir; preparazzjonijiet ta’ l-ikel tad-dqiq, groats (xgħir u barli mitħun oħxon), pasta, lamtu jew estratt tax-xgħir, ma fihomx kawkaw jew fihom inqas minn 40 % tal-piż kawkaw kalkulata fuq bażi totalment mingħajr xaħam, li mhumiex speċifikati jew inklużi band’oħra; preparazzjonijiet ta’ l-ikel ta’ oġġetti ta’ titli 0401 sa 0404, ma fihomx kawkaw jew fihom inqas minn 5 % tal-piż kawkaw kalkulata fuq bażi totalment mingħajr xaħam, li mhumiex speċifikati jew inklużi band’oħra |
1901 20 00 |
Taħlit u għaġina għall-preparazzjoni ta’ oġġetti tal-furnara ta’ titlu 1905 Dan is-subtitlu jinkludi it-taħlitiet ta’ l-għaġiniet imsemmijin fin-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 1901, (II), tmien paragrafu, (7) u (8). Dan is-subtitlu ma jinkludix wejfers ta’ dqiq jew lamtu imnixxfin jew imsajrin, kemm jekk intiżi għal użu f’oġġetti tal-furnara u kemm jekk le (titlu 1905). |
1901 90 11 u 1901 90 19 |
Estratt tax-xgħir Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 1901, (I). Estratt tax-xgħir fih destrini, maltosju, proteini, vitamini, enżimi u ħwawar. Dawn is-subtitli ma jinkludux preparazzjonijiet għal tfal żgħar, destinati għall-bejgħ fil-ħwienet, li fihom estratt tax-xgħir anki fejn l-estratt tax-xgħir huwa wieħed minn kostitwenti prinċipali (subtitlu 1901 10 00). |
1902 |
Għaġin, imsajjar jew le jew mimli (bil-laħam jew sustanzi oħrajn) jew preparat mod ieħor, bħal spagetti, imqarrun, taljarini (noodles), lasanji, injokki, ravjul, kannelloni; kuskus, ippreparat jew le |
1902 20 91 |
Imsajrin Dan is-subtitlu jkopri wkoll għaġin imsajjar minn qabel. |
1902 40 90 |
Oħrajn Dan is-subtitlu jkopri kuskus preparat, eż., kuskus mal-laħam, ħaxix u ingredjenti oħra, sakemm il-kontenut ta’ laħam ma jaqbiżx 20 % mill-piż tal-preparazzjoni. |
1904 |
Ikel preparat miksub min-nefħa jew mix-xiwi ta’ ċereali jew prodotti taċ-ċereali (per eżempju, kornflejks); ċereali (ħlief qamħirrun (qamħ)) f’forma ta’ ħbub jew f’forma ta’ qxur jew qmuħ oħrajn maħdumin (ħlief dqiq, groats u pasta), imsajrin minn qabel jew ippreparati mod ieħor, li mhumiex speċifikati jew inklużi band’oħra Ara Noti 3 u 4 għal dan il-kapitlu. |
1904 10 10 sa 1904 10 90 |
Ikel preparat permezz tan-nefħa jew ix-xiwi ta’ ċereali jew prodotti taċ-ċereali Prodotti miksubin bil-proċess imsemmi fin-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 1904, (A), raba’ paragrafu, inklużi prodotti miksubin minn ċereali oħrajn, jibqgħu klassifikati hawn meta huma jkunu trasformati, wara l-infieħ, fi dqiq, groats jew gerbub. Dawn is-subtitli jinkludu materjali ta’ ppakjar iffurmati f’forom irregolari, anki meta magħmulin mhux tajbin għal konsum minn bnedmin, magħmulin bl-estrużjoni ta’ prodotti bħal pasta tal-qamħ. |
1904 20 10 sa 1904 20 99 |
Ikel preparat miksub minn qxur taċ-ċereali mhux mixwijin jew minn taħlit ta’ qxur ta’ ċereali mhux mixwijin u qxur taċ-ċereali mixwijin jew ċereali minfuħin Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 1904, (B). |
1904 30 00 |
Qamħ bulgur Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 1904, (Ċ). |
1904 90 10 sa 1904 90 80 |
Oħrajn Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 1904, (D). |
1905 |
Ħobż, għaġina, kejkijiet, gallettini u oġġetti oħrajn tal-furnara, fihom il-kawkaw jew le; ostji tat-tqarbin, cachets vojta ta’ kwalita’ li huma tajbin għal użu farmaċewtiku, karti tas-siġill (sealing wafers), karta ostja u prodotti simili Dan it-titlu ma jinkludix għaġina mhux imsajra, fi kwalunkwe forma, għall-produzzjoni ta’ ħobż, għaġiniet, kejkijiet, biskuttini u oġġetti tal-furnara oħrajn kemm jekk dawn fihom kawkaw u kemm jekk le (subtitlu 1901 20 00). |
1905 10 00 |
Ħobż iqarmeċ (crispbread) Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 1905, paragrafu (A) (4). Dan is-subtitlu jkopri wkoll prodotti bħal dawn miksubin permezz ta’ estrużjoni. |
1905 20 10 sa 1905 20 90 |
Kejk tal-ġinger (gingerbread) u prodotti bħalu Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 1905, paragrafu (A) (6). Dawn is-subtitli ma jinkludux “speculoos” jew ħobż Russu (“patience”). |
1905 31 11 sa 1905 31 99 |
Gallettini ħelwin Ara Noti Addizzjonali 1 u 2 għal dan il-kapitlu u n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 1905, paragrafu (A) (8) (b). Dawn is-subtitli jinkludu prodotti bħal dawn miksubin permezz ta’ estrużjoni. |
1905 31 30 |
Li fihom 8 % jew aktar tal-piż xaħmijiet tal-ħalib Dan is-subtitlu jinkludi biskuttini tal-butir. |
1905 31 91 |
Gallettini sandwiċċ Dan is-subtitlu jkopri prodotti li jikkonsistu fi strat distint ta’ kwalunkwe sustanza bażi bejn żewġ saffi ta’ biskuttini. Il-mili jista’ jkun, pereżempju, ċikkulata, ġamm, krema fondant jew pejst tal-ġewż. |
1905 32 05 sa 1905 32 99 |
Waffles u wejfers Ara Nota Addizzjonali 1 għal dan il-kapitlu u n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 1905, paragrafu (A) (9). |
1905 32 91 |
Melħin, mimlijin jew le Dan is-subtitlu jinkludi waffles għat-togħma li fihom il-ġobon. |
1905 40 10 u 1905 40 90 |
Ħobż imbaskat (rusks), ħobż mixwi u prodotti simili mixwijin Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 1905, paragrafu (A) (5). |
1905 90 20 |
Ostji tat-tqarbin, cachets vojta ta’ kwalita’ li huma tajbin għal użu farmaċewtiku, karti tas-siġill (sealing wafers), karta ostja u prodotti simili Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 1905, paragrafu (B). |
1905 90 30 |
Ħobż, mingħajr żieda ta’ għasel, bajd, ġobon jew frott, u b’kontenut bil-piż ta’ materjal xott ta’ mhux aktar minn 5 % ta’ zokkrijiet u mhux aktar minn 5 % ta’ xaħmijiet It-terminu “ħobż” jinkludi prodotti ta’ daqsijiet differenti. Dan is-subtitlu jinkludi ħobż ordinarju fid-diversi forom tiegħu, ħobż speċjali bħal ħobż gluten għal dijabetiċi u biskuttini tal-vapuri. |
1905 90 45 |
Gallettini Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 1905, paragrafi (A) (8) (a) u (ċ). |
1905 90 55 |
Prodotti estrużi jew espanduti, għat-togħma jew melħin Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 1905, paragrafi (A) (7) u (15). |
1905 90 60 |
B’żieda ta’ materjal biex jagħmel ħelu Dan is-subtitlu jinkludi oġġetti tal-furnara fini kollha mhux koperti f’subtitli ta’ qabel, eż., kejkijiet, għaġiniet u meringi. |
1905 90 90 |
Oħrajn Dan is-subtitlu jinkludi kixex, pizez u tipi ta’ ħobż mhux inklużi f’subtitli 1905 90 30 u 1905 90 60. Dan is-subtitlu jinkludi materjali ta’ l-ippakkjar ta’ forma irregolari, anki jekk magħmulin mhux tajbin għal konsum minn bnedmin, magħmulin mill-estrużjoni ta’ lamtu. |
KAPITLU 20
PREPARAZZJONIJIET TA’ ĦXEJJEX, FROTT, ĠEWŻ U PARTIJIET OĦRAJN TA’ PJANTI
Nota 4 |
Għad-determinazzjoni tal-kontenut ta’ piż niexef ta’ meraq tat-tadam, il-metodu analitiku stipulat fl-Anness għar-Regolament tal-Kummissjoni (EEC) Nru 1979/82 (ĠU L 214, 22.7.1982, p. 12) għandu jkun applikat. |
Nota Addizzjonali 1 |
Sabiex ikun determinat il-kontenut ta’ aċtu tal-prodott, proporzjonijiet alikwot tal-partijiet likwidi u solidi ta’ l-oġġetti għandhom ikunu omoġenizzati. |
2001 |
Ħxejjex, frott, ġewż u partijiet oħrajn ta’ pjanti tajbin għall-ikel, preparati u preservati bil-ħall jew b’aċtu aċetiku Ara Nota 3 għal dan il-kapitlu. |
||||||||||
2001 90 10 |
Ċatni tal-mang Għall-għanijiet ta’ dan is-subtitlu u subtitlu 2103 90 10, ċatni tal-mang ifisser preparazzjoni ta’ mang tal-pikles li miegħu kienu miżjudin diversi prodotti bħal ġinġer, għeneb imnixxef, bżar u zokkor. Filwaqt li ċatni tal-mang li jaqa’ f’dan is-subtitlu fih biċċiet ta’ frott, iċ-ċatni tal-mang li jaqa’ f’subtitlu 2103 90 10 jieħu l-forma ta’ zalza kompletament omoġenizzata, li l-konsistenza tagħha tvarja fil-ħxuna. |
||||||||||
2001 90 50 |
Faqqiegħ Dan is-subtitlu ma jinkludix faqqiegħ li kien biss preservat provviżorjament bil-proċess speċifikat f’titlu 0711, eż., b’salmura qawwija li fiha ħall jew aċtu aċetiku. |
||||||||||
2002 |
Tadam ippreparat jew ippreservat mod ieħor milli bil-ħall jew bl-aċtu aċetiku |
||||||||||
2002 10 10 u 2002 10 90 |
Tadam, sħiħ jew imqatta’ Dawn is-subtitli jinkludu tadam, sħiħ jew f’biċċiet, kemm jekk imqaxxar jew le, preservat permezz ta’ sterilizzazzjoni. |
||||||||||
2002 90 11 sa 2002 90 99 |
Oħrajn Dawn is-subtitli jinkludu puré tat-tadam, kemm jekk fil-forma ta’ kejk, konċentrat tat-tadam jew meraq tat-tadam jew le, fejn il-kontenut ta’ piż niexef tiegħu huwa 7 % jew iżjed. Dan jinkludi wkoll trab tat-tadam miksub bit-tneħħija ta’ l-ilma mill-meraq tat-tadam; madanakollu, dan ma jinkludix trab li jirriżulta mit-tfarrik tal-flakes miksubin permezz tat-tnixxif tat-tadam li qabel kienu mqattgħin f’biċċiet, li jaqgħu f’subtitlu 0712 90 30. |
||||||||||
2004 |
Ħxejjex oħrajn, ippreparati jew ippreżervati mod ieħor milli bil-ħall jew bl-aċtu aċetiku, iffriżati, ħlief prodotti ta’ titlu 2006 Ara Nota 3 għal dan il-kapitlu. Dan it-titlu ma jkoprix preparazzjonijiet ta’ prodotti ta’ titlu 0714 li ma jitqisux li huma ħaxix (subtitlu 2001 90 40, 2006 00 38, 2006 00 99 jew 2008 99 91). |
||||||||||
2004 10 10 |
Imsajrin, mhux ippreparati mod ieħor Dan is-subtitlu jinkludi l-prodotti msemmijin fin-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 2004, tieni paragrafu, (1). |
||||||||||
2004 10 91 u 2004 10 99 |
Oħrajn Dawn is-subtitli jinkludu l-prodotti msemmijin fin-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 2004, tieni paragrafu, (3). |
||||||||||
2004 90 50 |
Piżelli (Pisum sativum) u ful għadu żgħir tal-ġens Phaseolus spp., fil-fosdqa Għall-għanijiet ta’ dan is-subtitlu, “ful fil-fosdqa” għandu jitqies li jfisser biss ful tal-genera Phaseolus u Vigna maqtugħin qabel immaturati, li l-fosdqa sħiħa tagħhom hija tajba għall-ikel. Il-fosdqa tista’ tkun ta’ diversi kuluri bħal aħdar kullimkien, aħdar bil-marki griżi jew blu, jew sofor (ful tax-xemgħa). |
||||||||||
2005 |
Ħxejjex oħrajn, ippreparati jew ippreservati mod ieħor milli bil-ħall jew bl-aċtu aċetiku, mhux friżati, ħlief prodotti ta’ titlu 2006 In-Noti ta’ Spjega għal titlu 2004 japplikaw għal dan il-kapitlu. Dan it-titlu jkopri l-prodott magħruf bħala “papad”, li huwa magħmul minn folji ta’ għaġina imnixxfa preparata minn dqiq ta’ ħxejjex legumini, melħ, ħwawar, żejt, aġenti li jgħollu u f’uħud mill-każi ammonti żgħar ta’ dqiq ċereali jew dqiq tar-ross. |
||||||||||
2005 10 00 |
Ħxejjex omoġenizzati Ara Nota ta’ Subtitlu 1 għal dan il-kapitlu. |
||||||||||
2005 20 80 |
Oħrajn Dan is-subtitlu jinkludi patata, mqatta’ rqiq jew f’biċċiet żgħar, imsajra minn qabel f’xaħam jew żejt, imkessħa u ppakkjata permezz ta’ vakwu. |
||||||||||
2005 70 00 |
Żebbuġ Dawn is-subtitli jkopru ż-żebbuġ imsemmi fin-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 2005, raba’ paragrafu, (1), kemm jekk mimli b’ħaxix (piment jew bżar ħelu, pereżempju), frott jew ġewż (lewż, pereżempju) jew taħlita ta’ ħaxix u frott jew ġewż. |
||||||||||
2006 00 |
Ħxejjex, frott, ġewż, qoxra tal-frott u partijiet oħrajn ta’ pjanti, ippreżervati biz-zokkor (ixxuttati, glasè jew mgħasslin) |
||||||||||
2006 00 31 sa 2006 00 38 |
B’kontenut ta’ zokkor ogħla minn 13 % tal-piż Ara Nota Addizzjonali 2 (a) għal dan il-kapitlu rigward kontenut ta’ zokkor. |
||||||||||
2007 |
Ġammijiet, ġèli tal-frott, marmellati, puré tal-frott jew tal-ġewż u pejsts tal-frott u tal-ġewż, miksubin bit-tisjir, kemm jekk fihom zokkor jew materjal ieħor li jagħmel ħelu miżjud inkella le Ara Nota 5 għal dan il-kapitlu rigward miksubin permezz ta’ tisjir. Ara Nota Addizzjonali 2 (a) għal dan il-kapitlu rigward kontenut ta’ zokkor. Dan it-titlu ma jinkludix puré tal-frott miksub permezz ta’ għarbil li imbagħad kien mgħolli f’vakwu, li t-tessut u l-kompożizzjoni kimika tiegħu ma kinux mibdulin bit-trattament bis-sħana (titlu 2008). |
||||||||||
2007 10 10 sa 2007 10 99 |
Preparazzjonijiet omoġenizzati Ara Nota ta’ Subtitlu 2 għal dan il-kapitlu. |
||||||||||
2008 |
Frott, ġewż u partijiet oħrajn ta’ pjanti tajbin għall-ikel, ippreparati jew ippreservati mod ieħor, kemm jekk fihom zokkor jew materjal ieħor li jagħmel ħelu jew spirtu miżjud inkella le, li ma huma speċifikati jew inklużi mkien aktar Ara Nota Addizzjonali 2 (a) għal dan il-kapitlu rigward kontenut ta’ zokkor. Ara Nota Addizzjonali 3 għal dan il-kapitlu rigward zokkor miżjud. Ara Nota Addizzjonali 4 għal dan il-kapitlu rigward kontenut ta’ spirtu. |
||||||||||
2008 11 10 sa 2008 19 99 |
Ġewż, karawett u żrieragħ oħrajn, imħalltin flimkien jew le Dawn is-subtitli jinkludu l-prodotti msemmijin fin-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 2008, tieni paragrafu, (1) u (2), inklużi taħlitiet tagħhom. Dawn is-subtitli jinkludu ukoll prodotti bħal dawn:
Madanakollu, dawn is-subtitli jeskludu pejstijiet biex isir marżipan, qubbajd, eċċ. (titlu 1704). |
||||||||||
2008 19 11 sa 2008 19 99 |
Oħrajn, inklużi taħlitiet Dawn is-subtitli jkopru lewż u żrieragħ oħrajn, ħlief karawett, u taħlit ta’ ġewż u żrieragħ oħra, anki dawk li fihom jippredomina l-karawett. |
||||||||||
2008 30 51 |
Flieli tal-grejpfrut, inklużi pomelos Għall-għanijiet ta’ dan is-subtitlu, “flieli” tfisser it-taqsimiet naturali tal-frott, sħiħ. Il-preżenza ta’ kwantitajiet żgħar ta’ flieli mkissrin, li ma jirriżultawx minn proċess deliberat, ma jaffetwax il-klassifikazzjoni f’dan is-subtitlu. |
||||||||||
2008 30 71 |
Flieli tal-grejpfrut, inklużi pomelos Ara n-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 2008 30 51. |
||||||||||
2009 |
Meraq tal-frott (inkluż għeneb magħsur iżda qabel jeħmer) u meraq tal-ħxejjex, mhux fermentati u ma fihomx spirtu miżjud, fihom jew ma fihomx zokkor miżjud jew materjal ieħor biex jagħmel ħelu Ara Nota 6 għal dan il-kapitlu rigward meraq mhux fermentat li ma fihx spirtu miżjud. Ara Nota ta’ Subtitlu 3 għal dan il-kapitlu rigward valur Brix. Ara Nota Addizzjonali 5 (a) għal dan il-kapitlu rigward zokkor miżjud. Għall-għanijiet ta’ Nota Addizzjonali 5 (b) għal dan il-kapitlu, prodotti li magħhom kien miżjud zokkor f’tali kwantita’ li huma fihom inqas minn 50 % mill-piż ta’ meraq tal-frott fl-istat naturali tiegħu jitqiesu li tilfu l-karattru oriġinali ta’ meraq tal-frott ta’ titlu 2009. Għad-determinazzjoni ta’ jekk il-prodotti tilfux il-karattru oriġinali tagħhom jew le rigward iż-żieda ta’ zokkor, Noti Addizzjonali 2 u 5 biss għal dan il-kapitlu għandhom ikunu applikati. Il-kontenut ta’ varji zokkrijiet espressi bħala sukrows huwa determinat skond l-imsemmija Nota Addizzjonali 2. Jekk il-kontenut ta’ zokkor miżjud kalkulat skond Nota Addizzjonali 5 (a) għal dan il-kapitlu jaqbeż 50 % mill-piż, il-kontenut ta’ meraq tal-frott kalkulat fl-istat naturali tiegħu huwa inqas minn 50 % mill-piż. Rigward iż-żieda ta’ sustanzi oħra mal-prodotti ta’ titlu 2009, ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 2009.
L-analiżi ta’ kampjun ta’ meraq tal-larinġ jagħti r-riżultat li ġej:
Konklużjoni: il-kampjun huwa meqjus, skond it-tifsira ta’ Nota Addizzjonali 5 (b) għal dan il-kapitlu, li ma tilifx il-karattru oriġinali tiegħu. |
||||||||||
2009 11 11 sa 2009 11 99 |
Friżat Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 2009 11. |
||||||||||
2009 50 10 u 2009 50 90 |
Meraq tat-tadam Ara Nota 4 għal dan il-kapitlu u n-Noti ta’ Spjega relevanti. |
||||||||||
2009 69 51 |
Konċentrat Ara Nota Addizzjonali 6 għal dan il-kapitlu. |
||||||||||
2009 69 71 |
Konċentrat Ara Nota Addizzjonali 6 għal dan il-kapitlu. |
KAPITLU 21
PREPARAZZJONIJIET DIVERSI TAJBIN GĦALL-IKEL
Nota Addizzjonali 1 |
Din in-Nota Addizzjonali tkopri partikolarment maltodestrini. |
2101 |
Estratti, essenzi u konċentrati, ta’ kafè, tè jew matè u preparazzjonijiet b’bażi ta’ dawn il-prodotti jew b’bażi ta’ kafè, tè jew matè; ċikwejra inkaljata u sostituti tal-kafè oħrajn inkaljati, u estratti, essenzi u konċentrati tagħhom |
2101 11 00 |
Estratti, essenzi u konċentrati Dan is-subtitlu jkopri estratti, essenzi u konċentrati ta’ kafè fil-forma ta’ trab, frak, flakes, blokki u kwalunkwe forma solida oħra. Dan is-subtitlu jinkludi prodotti fil-forma likwida jew fil-forma ta’ pejst (anki friżati). Prodotti bħal dawn jintużaw partikolarment għal preparazzjonijiet ta’ ikel (eż., għall-produzzjoni ta’ ċikkulati, kejkijiet, għaġiniet, ġelat). |
2101 30 19 |
Oħrajn Dan is-subtitlu jinkludi qamħ tax-xgħir mhux ġerminat, imqaxxar, inkaljat u li jista’ jintuża fil-produzzjoni ta’ birra bħala aġent li jagħti kulur jew li jagħti togħma, jew bħala sostitut għal kafè. |
2102 |
Ħmira (attiva jew inattiva); mikro-organiżmi oħrajn b’ċellula waħda, mejtin (iżda ma jinkludux vaċċini ta’ titlu 3002); trabijiet tal-ħami ppreparati |
2102 10 10 |
Ħmira minn koltura Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 2102, parti (A), tielet paragrafu, (4). Din il-ħmira hija kkoltivata fuq mezzi speċjali għal użi speċifiċi, partikolarment għad-distillar u produzzjoni ta’ inbid. Bihom huwa possibli li jinkisbu karatteristiċi ta’ preċiżjoni għolja fi prodotti fermentati. |
2102 20 11 u 2102 20 19 |
Ħmira inattiva Din il-ħmira, deskritta fin-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 2102, parti (A), raba’ u ħames paragrafi, hija komunement mibjugħa bħala “ħmira ta’ l-industrija ta’ l-ikel”. Din is-soltu tkun magħmula fil-forma ta’ trab, bċejjeċ żgħar jew frak żgħar. |
2102 20 90 |
Oħrajn Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 2102, parti (B). |
2102 30 00 |
Trabijiet tal-ħami ppreparati Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 2102, parti (Ċ). |
2103 |
Zlazi u preparazzjonijiet tagħhom; kondimenti mħalltin u ħwawar imħalltin; dqiq u pasta tal-mustarda u mustarda ppreparata |
2103 90 10 |
Ċatni tal-mang, likwidu Għall-għanijiet ta’ dan il-kapitlu, ċatni tal-mang ifisser preparazzjoni ta’ mang fis-salmura li miegħu kienu miżjudin diversi prodotti bħal ġinġer, għeneb imnixxef, bżar u melħ. Iċ-ċatni tal-mang għal dan is-subtitlu huwa fil-forma ta’ zalza, bejn wieħed u ieħor fl-istat likwidu, kompletament omoġenizzat. |
2103 90 30 |
Morr aromatiku ta’ saħħa alkoħolika bil-volum ta’ 44,2 sa 49,2 % vol li fih minn 1,5 sa 6 % tal-piż ġenzjan, ħwawar u ingredjenti varji u minn 4 sa 10 % zokkor, f’kontenituri li jesgħu 0,5 litru jew inqas Il-prodotti msemmijin f’dan is-subtitlu huma preparazzjonijiet ta’ likwidi alkoħoliċi konċentrati, li jieħdu t-togħma partikolari tagħhom, li hija kemm morra u aromatika ħafna, mill-għeruq ġenzjani użati fil-manifattura tagħhom, f’kombinazzjoni ma’ diversi ħwawar u sustanzi aromatiċi. Dan il-morr aromatiku konċentrat jikkostitwixxi additivi intiżi kemm bħala ħwawar f’xorb (koktejls, ġuleppi, luminati, eċċ.) kif ukoll bħala ħwawar li jintużaw fl-istess mod bħal zlazi u kondimenti mħalltin f’ikel imsajjar u għaġiniet (sopop, laħam preparat, platti ta’ ħut jew veġetali, zlazi, prodotti tal-ħelu, compotes ta’ frott u insalati ta’ frott, torti żgħar tal-frott, desserti, sorbetti, eċċ.) Dan il-morr aromatiku huwa ġeneralment mibjugħ bħala “morr Angostura”. |
2104 |
Sopop u brodi u preparazzjonijiet tagħhom; preparazzjonijiet ta’ l-ikel komposti omoġenizzati |
2104 20 00 |
Preparazzjonijiet ta’ l-ikel komposti omoġenizzati L-espressjoni “preparazzjonijiet ta’ l-ikel komposti omoġenizzati” hija definita f’Nota 3 għal dan il-kapitlu. |
2105 00 |
Ġelati u silġ ieħor tajjeb għall-ikel, kemm jekk fihom il-kawkaw jew le Għall-għanijiet ta’ dan it-titlu “ġelati u silġ ieħor tajjeb għall-ikel” tfisser preparazzjonijiet ta’ ikel, kemm jekk magħmulin għal bejgħ fi ħwienet jew le, kemm jekk fihom kawkaw jew ċikkulata jew le (anki bħala kisi), li huma fl-istat solidu jew fil-forma ta’ pejst bħala riżultat ta’ friżar u li huma intiżi li jittieklu f’dak l-istat. Il-karattru essenzjali ta’ dawn il-prodotti huwa dak li huma jidħlu fi stat likwidu jew semi-likwidu f’temperatura ambjentali ta’ qisu 0 °Ċ. Madanakollu, preparazzjonijiet li, minkejja li lkoll għandhom l-apparenza ta’ silġ tajjeb għall-ikel, m’għandhomx il-karattru essenzjali deskritt hawn fuq, jaqgħu f’titlu 1806, titlu 1901 jew titlu 2106, kif xieraq. Il-prodotti ta’ dan it-titlu għandhom ismijiet li jvarjaw ħafna (silġ ta’ l-ilma, ġelati, kassata, slices Neapolitani, eċċ.) u huma magħmulin f’diversi forom; huma jista’ jkun fihom kawkaw jew ċikkulata, zokkor, xaħam tal-ħaxix jew xaħam tal-ħalib, ħalib (kemm jekk xkumat jew le), frott, stabilizzanti, ħwawar, sustanzi li jagħtu l-kulur, eċċ. L-ammont totali ta’ dawn ix-xaħmijiet, ġeneralment ma jaqbiżx 15 % tal-piż tal-prodott mitmum. Madanakollu, ċertu speċjalitajiet, li għall-manifattura tagħhom jintuża proporzjon kbir ta’ krema, jista’ jkun fihom total ta’ bejn wieħed u ieħor 20 % mill-piż ta’ xaħam. Fil-produzzjoni ta’ ċertu silġ tajjeb għall-ikel, arja hija inkorporata fil-materjali mhux proċessati użata sabiex ikun miżjud il-volum tal-prodott mitmum (espansjoni). Ara ukoll in-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 2105, speċjalment b’referenza għal esklużjonijiet. |
2106 |
Preparazzjonijiet ta’ l-ikel li mhumiex speċifikati jew inklużi band’oħra |
2106 10 20 u 2106 10 80 |
Konċentrati ta’ proteini u sustanzi ta’ proteini minsuġin Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 2106, tieni paragrafu, (6), ħlief dik il-parti li tirreferi għal proteini idrolisati. Dawn is-subtitli jeskludu proteini ta’ ħalib konċentrat (subtitlu 0404 90 jew titlu 3504 00 00). Meta jkun determinat il-kontenut ta’ sukrows għall-għanijiet ta’ klassifikazzjoni f’dawn is-subtitli l-kontenut ta’ zokkor maqlub imsejjaħ sukrows għandu jitqies. |
2106 90 20 |
Preparazzjonijiet alkoħoliċi komposti, ħlief dawk bażati fuq sustanzi li jfuħu, ta’ tip użat għall-manifattura tax-xorb Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 2106, tieni paragrafu, (7). Ara Nota Addizzjonali 2 għal dan il-kapitlu. Dan is-subtitlu jeskludi preparazzjonijiet ta’ komposti simili li għandhom saħħa alkoħolika b’volum li ma taqbiżx 0,5 % vol (subtitlu 2106 90 92 jew 2106 90 98). |
2106 90 30 |
Ġuleppijiet ta’ l-isoglukows Ara Nota Addizzjonali 3 għal dan il-kapitlu. |
2106 90 92 u 2106 90 98 |
Oħrajn Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 2106, tieni paragrafu, (1) sa (5), (8) sa (11) u (13) sa (16) u t-tielet paragrafu tan-Noti ta’ Spjega għal subtitli 2106 10 20 u 2106 10 80. |
KAPITLU 22
XORB, SPIRTI U ĦALL
Ġenerali
Fejn issir distinzjoni f’dan il-kapitlu bejn prodotti f’kontenituri li jesgħu 2 litri jew inqas u dawk li jesgħu iżjed minn 2 litri, il-kwantita’ li titqies hija l-volum ta’ likwidu miżmum fil-kontenituri u mhux il-kapaċita’ tal-kontenituri.
Dan il-kapitlu jkopri — sakemm dawn m’humiex medikamenti — preparazzjonijiet toniċi li, għalkemm jittieħdu fi kwantitajiet żgħar, pereżempju, bl-imagħrfa, huma tajbin għal konsum dirett bħal xorb. Preparazzjonijiet toniċi mhux alkoħoliċi li jeħtieġu taħlit ma l-ilma qabel il-konsum ma jaqgħux f’kapitlu 22 (ġeneralment titlu 2106).
Nota Addizzjonali 2 (b) |
Is-saħħa potenzjali ta’ l-alkoħol b’volum għandha tkun kalkulata permezz tal-multiplikazzjoni tal-massa taz-zokkrijiet (kalkulati f’kilogrammi ta’ zokkor maqlub) li hemm ġo 100 litru tal-prodott imsemmi b’fattur ta’ 0,6. |
2201 |
Ilmijiet, inklużi ilmijiet minerali u effervexxenti naturali jew artifiċjali, mingħajr zokkor miżjud jew materjal ieħor li jagħmel ħelu u mhux imħawwrin; silġ |
||||||
2201 10 11 sa 2201 10 90 |
Ilmijiet minerali u ilmijiet effervexxenti Dawn il-prodotti jkopru l-prodotti li hemm riferenza għalihom fin-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 2201, paragrafi (B) u (Ċ). Dawn is-subtitli ma jinkludux ilma minerali naturali f’kontenituri ajrusol għal użu fil-kura tal-ġilda (titlu 3304). |
||||||
2201 10 11 u 2201 10 19 |
Ilmijiet minerali naturali “Ilmijiet minerali naturali” tfisser ilma li jaqbel mal-verżjoni rilevanti tad-Direttiva tal-Kunsill 80/777/EC (ĠU L 229, 30.8.1980, p. 1). |
||||||
2201 90 00 |
Oħrajn Dan is-subtitlu jinkludi l-prodotti msemmijin fin-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 2201, paragrafi (A) u (D). Dan is-subtitlu jkopri wkoll fwar ta’ l-ilma u ilma naturali, iffiltrat, sterilizzat, purifikat jew imrattab. |
||||||
2202 |
Ilmijiet, inklużi ilmijiet minerali u ilmijiet effervexxenti, biz-zokkor jew materjal ieħor li jagħmel ħelu miżjud jew imħawwrin, u xorb ieħor mhux alkoħoliku, mhux meraq tal-frott jew tal-ħxejjex ta’ titlu 2009 L-espressjoni “xorb mhux alkoħoliku” hija definita f’Nota 3 għal dan il-kapitlu. |
||||||
2202 10 00 |
Ilmijiet, inklużi ilmijiet minerali u ilmijiet effervexxenti, biz-zokkor jew materjal ieħor li jagħmel ħelu miżjud jew imħawwrin Is-soft drinks imsemmijin fin-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 2202, paragrafu (A), huma koperti minn dan is-subtitlu. Il-preżenza ta’ anti-ossidanti, vitamini, stabilizzanti jew kinina ma jaffetwax il-klassifikazzjoni ta’ soft drinks. Dan is-subtitlu jinkludi prodotti likwidi, komposti minn ilma, zokkor u ħwawar, imqegħdin ġo borża tal-plastik u intiżi li jsiru id-dar f’lollies tas-silġ permezz ta’ friżar fir-refriġerejter. Ara ukoll Nota Addizzjonali 1 għal dan il-kapitlu. |
||||||
2202 90 91 sa 2202 90 99 |
Oħrajn, fihom piż ta’ xaħam miksub mill-prodotti ta’ titli 0401 sa 0404 Dawn is-subtitli jinkludu l-prodott likwidu magħruf kummerċjalment bħala “ħalib mimli”, sakemm din hija xarba lesta għal konsum. “Ħalib mimli” huwa prodott b’bażi ta’ ħalib xkumat jew ħalib xkumat trab li miegħu jkunu miżjudin xaħmijiet jew żjut ta’ ħaxix raffinati fi kwantita’ kważi identika għall-kwantita’ ta’ xaħam naturali estratt mill-ħalib sħiħ tal-bidu. Din ix-xarba hija klassifikata fis-subdiviżjonijiet ta’ dawn is-subtitli skond il-kontenut ta’ xaħam tal-ħalib. |
||||||
2204 |
Inbid ta’ għeneb frisk, inklużi inbejjed imsaħħin; għeneb magħsur qabel jeħmer ħlief dak ta’ titlu 2009 Ara Nota Addizzjonali 2 (a) għal dan il-kapitlu rigward saħħa alkoħolika attwali b’volum. |
||||||
2204 10 11 sa 2204 10 99 |
Inbid effervexxenti Ara Nota ta’ Subtitlu 1 għal dan il-kapitlu. |
||||||
2204 10 11 |
Xampanja Xampanja hija inbid effervexxenti prodott fil-provinċja Franċiża ta’ Champagne minn għeneb maħsud esklussivament f’dik il-provinċja. |
||||||
2204 21 10 |
Inbid ħlief dak imsemmi f’subtitlu 2204 10, fi fliexken bit-tappijiet għamla ta’ faqqiegħ miżmumin f’posthom b’rabtiet u bi qfil; inbid, ippreżentat mod ieħor, bi pressjoni żejda minħabba dijossidu karboniku f’soluzzjoni ta’ mhux inqas minn 1 bar iżda inqas minn 3 bar, imkejla f’temperatura ta’ 20 °Ċ Dan is-subtitlu jkopri:
Tappijiet tas-sufra li jaqblu ma’ l-istampa t’hawn taħt, u tappijiet simili magħmulin minn materjali tal-plastik, jitqiesu li huma tappijiet għamla ta’ faqqiegħ. |
||||||
|
|
||||||
2204 21 11 sa 2204 21 99 |
Oħrajn Ara Noti Addizzjonali 4 u 5 għal dan il-kapitlu. Il-kostitwenti mhux volatili ta’ l-estratt niexef totali skond it-tifsira ta’ Nota Addizzjonali 4 (A) jinkludu zokkrijiet, gliċerina, tannini, aċtu tartariku, sustanzi li jagħtu l-kulur u melħ. |
||||||
2204 21 11 sa 2204 21 78 |
Inbejjed ta’ kwalità magħmulin f’reġjuni speċifiċi Ara Nota Addizzjonali 6 għal dan il-kapitlu. |
||||||
2204 21 23 |
Tokaj Ara Nota Addizzjonali 4 (B) għal dan il-kapitlu. |
||||||
2204 21 81 sa 2204 21 83 |
Inbejjed ta’ kwalità magħmulin f’reġjuni speċifiċi Ara Nota Addizzjonali 6 għal dan il-kapitlu. |
||||||
2204 21 81 |
Tokaj Ara Nota Addizzjonali 4 (B) (b) għal dan il-kapitlu. |
||||||
2204 29 10 |
Inbid ħlief dak imsemmi f’subtitlu 2204 10, fi fliexken bit-tappijiet għamla ta’ faqqiegħ miżmumin f’posthom b’rabtiet u bi qfil; inbid, ippreżentat mod ieħor, bi pressjoni żejda minħabba dijossidu karboniku f’soluzzjoni ta’ mhux inqas minn 1 bar iżda inqas minn 3 bar, imkejla f’temperatura ta’ 20 °Ċ In-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 2204 21 10 japplikaw, mutatis mutandis. |
||||||
2204 29 11 sa 2204 29 99 |
Oħrajn Ara Noti Addizzjonali 4 u 5 għal dan il-kapitlu. |
||||||
2204 29 11 sa 2204 29 58 |
Inbejjed ta’ kwalità magħmulin f’reġjuni speċifiċi Ara Nota Addizzjonali 6 għal dan il-kapitlu. |
||||||
2204 29 11 |
Tokaj Ara Nota Addizzjonali 4 (B) (b) għal dan il-kapitlu. |
||||||
2204 29 77 sa 2204 29 82 |
Inbejjed ta’ kwalità magħmulin f’reġjuni speċifiċi Ara Nota Addizzjonali 6 għal dan il-kapitlu. |
||||||
2204 29 77 |
Tokaj Ara n-Nota Addizzjonali 4 (B) (b) għal dan il-kapitlu. |
||||||
2204 30 10 |
Fil-fermentazzjoni jew bil-fermentazzjoni mwaqqfa mod ieħor li mhuwiex biż-żieda ta’ alkoħol Ara Nota Addizzjonali 3 b’konnessjoni ma’ Noti Addizzjonali 2 (a), 2 (b) u 2 (ċ) għal dan il-kapitlu. |
||||||
2204 30 92 |
Konċentrati Ara Nota Addizzjonali 7 għal dan il-kapitlu. |
||||||
2204 30 96 |
Konċentrati Ara Nota Addizzjonali 7 għal dan il-kapitlu. |
||||||
2205 |
Vermut u inbid ieħor ta’ għeneb frisk imħawwrin bi pjanti u sustanzi aromatiċi Inbid kopert minn dan it-titlu u deskritt fin-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 2205 jinkludi:
Ara Nota Addizjonali 8 għal dan il-kapitlu. Prodotti li għandhom saħħa alkoħolika attwali b’volum ta’ inqas minn 7 % vol jaqgħu f’titlu 2206 00. |
||||||
2206 00 |
Xorb ieħor iffermentat (bħala eżempju, sidru, perry, mead); taħlit ta’ xorb iffermentat u taħlit ta’ xorb iffermentat u xorb mhux alkoħoliku, li mhumiex speċifikati jew inklużi band’oħra |
||||||
2206 00 10 |
Piquette Ara Nota Addizzjonali 9 għal dan il-kapitlu. |
||||||
2206 00 31 sa 2206 00 89 |
Oħrajn Dawn is-subtitli jinkludu l-prodotti deskritti fin-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 2206, tieni paragrafu, (1) sa (10). |
||||||
2206 00 31 u 2206 00 39 |
Effervexxenti Ara Nota Addizzjonali 10 għal dan il-kapitlu rigward effervexxenti. Rigward tappijiet bil-għamla ta’ faqqiegħ fin-Nota Addizzjonali msemmija hawn fuq, ara n-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 2204 21 10, l-aħħar paragrafu. |
||||||
2206 00 51 sa 2206 00 89 |
Mhux effervexxenti, f’kontenituri jesgħu Dawn is-subtitli jinkludu xorb li m’huwiex il-prodott ta’ fermentazzjoni naturali tal-must ta’ għeneb frisk iżda li huwa magħmul minn must ta’ l-għeneb konċentrat. Dan il-must huwa stabbli u jista’ jkun maħżun għal użu kif meħtieġ. Il-proċess ta’ fermentazzjoni s-soltu jibda mill-ħmira. Zokkor jista’ wkoll ikun miżjud mal-must qabel jew wara l-fermentazzjoni. Il-prodott miksub minn dan il-proċess jista’ fl-aħħar ikun magħmul iktar ħelu, fortifikat jew imħallat |
||||||
2207 |
Alkoħol etiliku mhux żnaturat b’saħħa alkoħolika bil-volum ta’ 80 % vol jew aktar; alkoħol etiliku u spirti oħrajn, żnaturati, ta’ kull saħħa |
||||||
2207 10 00 |
Alkoħol etiliku mhux żnaturat ta’ saħħa alkoħolika bil-volum ta’ 80 % vol jew aktar Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 2207, ħlief għar-raba’ paragrafu. Xorb ta’ spirtu (eż., ġinn, vodka) jaqgħu f’subtitli 2208 20 12 sa 2208 90 78 mingħajr rilevanza għas-saħħa alkoħolika tiegħu. |
||||||
2207 20 00 |
Alkoħol etiliku u spirti oħrajn, żnaturati, ta’ kull saħħa Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 2207, raba’ paragrafu. |
||||||
2208 |
Alkoħol etiliku mhux żnaturat b’saħħa alkoħolika bil-volum ta’ inqas minn 80 % vol; spirti, likuri u xorb ieħor spirituż Spirti, likuri u xorb ieħor spirituż ta’ titlu 2208 huma likwidi alkoħoliċi ġeneralment intiżi għal konsum minn bnedmin u huma preparati:
Ix-xarbiet spiritużi varji huma deskritti fin-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 2208, tielet paragrafu, (1) sa (18). Rigward spirti mhux żnaturati, għandu jkun innutat li dawn jibqgħu klassifikati f’dan it-titlu anki jekk dawn għandhom saħħa alkoħolika ta’ 80 % jew iżjed, kemm jekk il-prodott huwa lest għal konsum bħala xarba jew le. Dan it-titlu ma jkoprix xorb alkoħoliku miksub minn fermentazzjoni (titli 2203 00 sa 2206 00). |
||||||
2208 30 11 sa 2208 30 88 |
Wiski Wiski huwa spirtu distillat minn maxx ta’ ċereali u nnegozjat b’saħħa alkoħolika b’volum ta’ 40 % vol jew aktar jew fi fliexken jew f’kontenituri oħra. Wiski Skoċċiż huwa wiski distillat u mmaturat fl-Iskozja. Wiskijiet b’ilma effervexxenti miżjud (wiski-soda) huma esklużi minn dawn is-subtitli u jaqgħu f’subtitli 2208 90 69 jew 2208 90 78. |
||||||
2208 30 32 u 2208 30 38 |
Wiski tax-xgħir (malt), f’kontenituri jesgħu Wiski tax-xgħir Skoċċiż huwa spirtu li huwa magħmul permezz tad-distillar ta’ maxx fermentata ta’ bârli magħmul xgħir biss. |
||||||
2208 30 52 u 2208 30 58 |
Wiski mħallat, f’kontenituri jesgħu Wiski mħallat Skoċċiż huwa magħmul permezz tat-taħlit ta’ żewġ tipi jew iżjed ta’ wiskijiet minn xgħir Skoċċiż u/jew qamħ Skoċċiż. |
||||||
2208 30 72 u 2208 30 78 |
Oħrajn, f’kontenituri jesgħu Dawn is-subtitli jinkludu wiskijiet Skoċċiżi oħra kollha, partikolarment, wiski minn qamħ Skoċċiż magħmul minn bârli magħmul xgħir u ċereali mhux magħmulin xgħir. |
||||||
2208 40 11 sa 2208 40 99 |
Rum u spirti oħra magħmulin bid-distillar ta’ prodotti miz-zokkor tal-kannamieli fermentat Dawn is-subtitli jkopru l-prodotti hekk kif deskritti fin-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 2208, it-tielet paragrafu, (3), sakemm dawn iżommu l-karatteristiċi organoleptiċi tagħhom. |
||||||
2208 50 11 u 2208 50 19 |
Ġinn, f’kontenituri li jesgħu Ġinn huwa xarba spirituża ġeneralment miksuba permezz ta’ distillazzjonijiet sempliċi jew suċċessivi ta’ spirti ta’ ċereali rettifikati jew alkoħol etiliku b’berries tal-ġnibru u sustanzi aromatiċi oħra (eż., kosbor, għeruq ta’ anġelika, ħlewwa, ġinġer). Għall-għanijiet ta’ dawn is-subtitli, xarbiet alkoħoliċi biss li għandhom il-karatteristiċi organoleptiċi ta’ ġinn huma meqjusa bħala ġinn. Dawn li ġejjin, pereżempju, huma konsegwentement esklużi minn dawn is-subtitli:
|
||||||
2208 60 11 sa 2208 60 99 |
Vodka Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 2208, tielet paragrafu, (5). |
||||||
2208 70 10 u 2208 70 90 |
Likuri u kordjali Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 2208, l-ewwel paragrafu, (B), u tielet paragrafu. |
||||||
2208 90 11 u 2208 90 19 |
Għarak, f’kontenituri li jesgħu Għarak huwa spirtu manifatturat, bl-użu ta’ ħmira speċjali, minn molassi ta’ qasab taz-zokkor jew minn molassi tal-meraq ta’ pjanti u ta’ ross. Għarak m’għandux ikun konfuż ma’ raki li huwa miksub billi jkun ridistillat spirtu ta’ passolina jew ħarrub niexef b’żerriegħa tal-ħlewwa u li jaqa’ f’ subtitlu 2208 90 56 jew 2208 90 77. |
||||||
2208 90 33 u 2208 90 38 |
Spirtu ta’ għanbaqar, lanġas jew ċirasa (esklużi likuri), f’kontenituri li jesgħu Spirti ta’ għanbaqar, lanġas jew ċirasa huma xorb spirituż miksub esklussivament mill-fermentazzjoni u distillazzjoni ta’ musts ta’ għanbaqar, lanġas u ċirasa. Rigward it-terminu għanbaqar u ċiras, ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 0809. |
||||||
2208 90 48 |
Oħrajn Għall-għanijiet ta’ dawn is-subtitli spirti distillati minn frott huma xorb spirituż miksub esklussivament minn fermentazzjoni u distillazzjoni alkoħolika ta’ frott (ħlief għanbaqar, lanġas jew ċiras), eż., minn berquq, mirtill, ċawsli, tut salvaġġ, passolina sewda, passolina bajda, passolina ħamra, frawli, tuffieħ, inkluż spirti miksubin minn sidru. Calvados jaqgħu f’subtitlu 2208 90 45. |
||||||
2208 90 56 |
Oħrajn Dan is-subtitlu jinkludi spirti minn żerriegħa tal-ħlewwa, raki, spirti minn qarn ix-xitan ħlief tequila (eż. mezcal), spirti distillati minn ħaxix aromatiku, morr “diġestiv”, aquavit, kranawitter, spirti distillati minn għeruq (eż., spirti tal-ġenzju), spirti minn sorgu. |
||||||
2208 90 69 |
Xorb ieħor spirituż B’żieda max-xorb imsemmi fin-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 2208, tielet paragrafu, (14) sa (18), is-subtitlu jinkludi ukoll:
|
||||||
2208 90 71 |
Distillat minn frott Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal subtitlu 2208 90 48. Dan is-subtitlu jinkludi calvados. |
||||||
2208 90 77 |
Oħrajn Ara n-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 2208 90 56. |
||||||
2208 90 78 |
Xorb ieħor spirituż Ara n-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 2208 90 69. |
||||||
2209 00 |
Ħall u sostituti tal-ħall magħmulin minn aċtu aċetiku |
||||||
2209 00 11 u 2209 00 19 |
Ħall ta’ l-inbid, f’kontenituri li jesgħu Ara Nota Addizzjonali 11 għal dan il-kapitlu. Ara ukoll in-Nota ta’ Spjega SA għal titlu 2209, parti (I), tieni paragrafu, (1). |
||||||
2209 00 91 u 2209 00 99 |
Oħrajn, f’kontenituri li jesgħu Dawn is-subtitli jinkludu l-prodotti msemmijin fin-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 2209, parti (I), tieni paragrafu, (2), (3) u (4), u parti (II). |
KAPITLU 23
FDAL U SKART MILL-INDUSTRIJA TA’ L-IKEL; GĦALF TA’ L-ANNIMALI PPREPARAT
Nota Addizzjonali 3 |
Is-saħħa potenzjali ta’ alkoħol skond il-massa għandu jkun kalkulat permezz tal-multiplikazzjoni tal-massa taz-zokkrijiet (kalkulati f’kilogrammi ta’ zokkor maqlub) li hemm ġo 100 kg tal-prodott imsemmi b’fattur ta’ 0,47. |
2301 |
Dqiq, pasta u gerbub, ta’ laħam jew fdal ta’ laħam, ta’ ħut jew ta’ krustaċji, molluski jew invertebrati akkwatiċi oħrajn, mhumiex tajbin għal konsum uman; skart tax-xaħam ta’ dam (greaves) |
||||||||||||||||||||
2301 20 00 |
Dqiq, pasta u gerbub, ta’ ħut jew ta’ krustaċij, molluski jew invertebrati akkwatiċi oħrajn Dqiq, pasta u gerbub ta’ ħut ta’ dan is-subtitlu huma magħmulin minn ħut jew skart ta’ ħut li huwa ġeneralment imsajjar u mbagħad ridott għal pejst, imnixxef u mitħun u, f’xi każi, agglomerat fil-forma ta’ gerbub. Dan is-subtitlu jeskludi dqiq tal-ħut tajjeb għal konsum minn bnedmin (subtitlu 0305 10 00). |
||||||||||||||||||||
2302 |
Granza, dqiq inferjuri (sharps) u fdal oħrajn, fil-forma ta’ gerbub jew le, ġejjin mit-tnaqqih, tħin jew xogħol ieħor fuq ċereali jew pjanti leguminużi Għad-distinzjoni bejn prodotti ta’ dan it-titlu u dawk ta’ kapitlu 11, ara Nota 2 (A) għal kapitlu 11. Residwi msemmijin fin-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 2302, (B), (I), għandhom ikun fihom 50 % jew aktar ta’ ċereali jew pjanti legumini. Għad-determinazzjoni ta’ kontenut ta’ lamtu (fuq il-prodott kif irċevut), il-metodu stipulat mid-Direttiva tal-Kummissjoni 72/199/EEC, Anness 1 (1) (ĠU L 123, 29.5.1972, p. 6) huwa applikabbli. |
||||||||||||||||||||
2302 10 10 u 2302 10 90 |
Ta’ qamħirrun (qamħ) Sakemm dawn jissodisfaw il-kriterji stipulati f’Nota 2 (A) għal kapitlu 11, qamħ ta’ qamħirrun imkisser matul l-għarbil ta’ qamħ ta’ qamħirrun mhux imqaxxar imnaddaf huwa eskluż minn dawn is-subtitli (subtitlu 1104 23 90). |
||||||||||||||||||||
2303 |
Fdal ta’ manifattura ta’ lamtu u fdal simili, polpa tal-kannamieli, bagasse u skart ieħor tal-manifattura taz-zokkor, fermentazzjoni jew distillar ta’ fond u skart, f’forma ta’ gerbub jew le Għad-determinazzjoni ta’ kontenut ta’ lamtu u proteini, il-metodi stipulati fid-Direttiva tal-Kummissjoni 72/199/EEC, Anness 1 (1) u (2) (ĠU L 123, 29.5.1972, p. 6) għandhom ikunu applikati. |
||||||||||||||||||||
2303 10 11 u 2303 10 19 |
Fdal mill-manifattura ta’ lamtu mill-qamħirrun (ħlief likuri konċentrati mit-tixrib), b’kontenut ta’ proteina, kalkulat fuq il-prodott xott Prodotti klassifikati f’dawn is-subtitli għandhom jilħqu l-kriterji stipulati f’Nota Addizzjonali 1 għal dan il-kapitlu. Dawn is-subtitli jinkludu:
Dawn is-subtitli jinkludu wkoll il-prodotti msemmijin hawn fuq agglomerati fil-forma ta’ ġerbub. Dawn is-subtitli jkopru biss prodotti b’kontenut ta’ lamtu li ma jaqbiżx 28 % mill-piż tal-prodott niexef skond il-metodu msemmi f’Anness I (I) għad-Direttiva tal-Kummissjoni 72/199/EEC (ĠU L 123, 29.5.1972, p. 6) u l-kontenut ta’ xaħam tagħhom m’għandux jaqbeż 4,5 % mill-piż tal-prodott niexef determinat skond metodu A imsemmi f’Anness I għad-Direttiva tal-Kummissjoni 84/4/EEC (ĠU L 15, 18.1.1984, p. 28). Prodotti b’kontenut ogħla ta’ lamtu jew xaħam huma normalment klassifikati f’kapitlu 11 jew f’subtitlu 2302 10 10, 2302 10 90, 2309 90 41 jew 2309 90 51, kif xieraq. L-istess japplika għal oġġetti li fihom prodotti estratt minn qamħirrun permezz ta’ metodu ieħor ħlief il-produzzjoni ta’ lamtu permezz tal-proċess imxarrab (fdal mill-għarbil ta’ qamħ tal-qamħirrun, qamħ tal-qamħirrun mitħun, fdal mill-estrazzjoni ta’ żejt tan-nibbieta tal-qamħirrun permezz ta’ proċess niexef, eċċ.) Prodotti klassifikati f’dawn is-subtitli m’għandhomx ikun fihom fdalijiet mill-estrazzjoni ta’ żejt tan-nibbieta tal-qamħirrun permezz ta’ proċess imxarrab anqas. Likuri konċentrati mit-tixrib jaqgħu f’subtitlu 2303 10 90, irrispettivament mill-kontenut ta’ proteini tagħhom. |
||||||||||||||||||||
2303 10 90 |
Oħrajn Għall-għanijiet ta’ dan is-subtitlu, fdal mill-manifattura ta’ lamtu minn għeruq tal-manjoka jfisser prodotti bħal dawn b’kontenut ta’ lamtu li ma jaqbiżx 40 % mill-piż, kalkulat fuq il-materjal niexef. Jekk il-kontenut ta’ lamtu tagħhom huwa ogħla, prodotti bħal dawn, fil-forma ta’ dqiq jew pasta, jaqgħu f’subtitli 1106 20 10 jew 1106 20 90. Prodotti fil-forma ta’ gerbub jaqgħu f’subtitlu 0714 10. Dan is-subtitlu jinkludi wkoll:
Għad-determinazzjoni tal-kontenut ta’ ndewwa, il-metodu stipulat fid-Direttiva tal-Kummissjoni 71/393/EEC, Anness I (1) (ĠU L 279, 20.12.1971, p. 7) għandu jkun applikat. Likuri konċentrati mit-tixrib ta’ qamħirrun huma klassifikati f’dan is-subtitlu irrispettivament mill-kontenut ta’ proteini. |
||||||||||||||||||||
2303 20 10 u 2303 20 90 |
Polpa tal-kannamieli, bagasse u skart ieħor tal-manifattura taz-zokkor Xorrox li minnu l-lattosju kien parzjalment imneħħi ma jitqiesx bħala skart mill-manifattura taz-zokkor u ma jaqax f’dawn is-subtitli (titlu 0404). Dawn is-subtitli jinkludu kannamieli biz-zokkor imneħħi parzjalment jew totalment. |
||||||||||||||||||||
2303 30 00 |
Fermentazzjoni jew distillar ta’ fond u skart Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 2303, l-ewwel paragrafu, (E) (1) sa (5). |
||||||||||||||||||||
2304 00 00 |
Għalf tal-bhejjem (oilcake) u fdalijiet oħrajn solidi, kemm jekk mitħunin jew f’forma ta’ gerbub kif ukoll jekk le, li jirriżultaw mill-estrazzjoni ta’ żejt tas-sojja Dan is-subtitlu ma jinkludix flakes tas-sojja, kemm jekk mitħunin jew le, li minnhom iż-żejt tas-sojja ma kienx estratt (titlu 2308). |
||||||||||||||||||||
2306 |
Għalf tal-bhejjem (oilcake) u fdalijiet oħrajn solidi, kemm jekk mitħunin jew f’forma ta’ gerbub kif ukoll le, li jirriżulta mill-estrazzjoni ta’ xaħam u żejt veġetali, ħlief dawk ta’ titlu 2304 jew 2305 |
||||||||||||||||||||
2306 41 00 |
Ta’ żrieragħ tal-lift jew tal-kolza b’aċtu eruċiku baxx Ara Nota ta’ Subtitlu 1 għal dan il-kapitlu u n-Noti ta’ Spjega SA għal subtitlu 2306 41. |
||||||||||||||||||||
2306 90 05 |
Ta’ nebbieta tal-qamħirrun (qamħ) Dan is-subtitlu jkopri l-fdal mill-estrazzjoni ta’ żejt tan-nebbieta tal-qamħirrun (qamħ) miksub minn proċessar imxarrab jew niexef u li huwa konformi mal-kriterji ta’ Nota Addizzjonali 2 għal dan il-kapitlu. Prodotti li m’humiex konformi ma’ dawn il-kriterji huma ġeneralment klassifikati f’kapitlu 11 jew titlu 2302 jew 2309, kif xieraq. |
||||||||||||||||||||
2306 90 11 u 2306 90 19 |
Għalf tal-bhejjem (oilcake) u fdalijiet oħrajn li jirriżultaw mill-estrazzjoni ta’ żejt taż-żebbuġ L-espressjoni “fdalijiet oħrajn li jirriżultaw mill-estrazzjoni ta’ żejt taż-żebbuġ” tfisser prodotti biss b’kontenut ta’ materjal ta’ xaħam li ma jaqbiżx 8 % mill-piż. Prodotti bħal dawn (ħlief fond) b’kontenut ogħla ta’ materjal xaħmi għandhom ikunu klassifikati fl-istess subtitlu bħall-materjal bażi (subtitlu 0709 90 31 jew 0709 90 39). Għad-determinazzjoni tal-kontenut ta’ xaħam, il-metodu stipulat fir-Regolament tal-Kummissjoni (EEC) Nru 2568/91, Anness XV (ĠU L 248, 5.9.1991, p. 1) għandu jkun applikat. |
||||||||||||||||||||
2307 00 |
Fond ta’ l-inbid; argol |
||||||||||||||||||||
2307 00 11 |
B’saħħa alkoħolika totali bil-massa mhux aktar minn 7,9 % mas u kontenut ta’ materjal xott mhux inqas minn 25 % tal-piż Ara Nota Addizzjonali 3 għal dan il-kapitlu u n-Noti ta’ Spjega rilevanti. |
||||||||||||||||||||
2307 00 90 |
Argol Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 2307, tieni paragrafu. |
||||||||||||||||||||
2308 00 |
Materjali veġetali u skart veġetali, fdalijiet veġetali u prodotti li jirriżultaw minnhom, kemm f’forma ta’ gerbub kif ukoll jekk le, ta’ kwalita’ użata għal għalf ta’ annimali, li mhumiex speċifikati jew inklużi band’oħra |
||||||||||||||||||||
2308 00 11 |
B’saħħa alkoħolika totali bil-massa mhux aktar minn 4,3 % mas u kontenut ta’ materjal xott mhux inqas minn 40 % tal-piż Ara Nota Addizzjonali 3 għal dan il-kapitlu u n-Noti ta’ Spjega rilevanti. |
||||||||||||||||||||
2308 00 40 |
Ġandar u qastan selvaġġ; lbieba jew karfa tal-frott, ħlief ta’ għeneb Marc ta’ frott, ħlief għeneb jinkludi “ċelluli tal-larinġ”, jiġifieri., prodotti li jikkonsistu minn partijiet ta’ larinġ li fil-bidu, matul il-kors ta’ l-għafis, daħħlu l-meraq u wara li kienu magħsurin kważi ma fadlilhom l-ebda partijiet minnhom ta’ laħam tal-frott iżda li jikkonsistu prinċipalment f’membrana taċ-ċelluli u albedo. Dawn il-prodotti huma intiżi għal żieda ma konċentrati mħalltin bl-ilma ta’ meraq tal-larinġ u għal ma soft drinks. |
||||||||||||||||||||
2308 00 90 |
Oħrajn Dan is-subtitlu jinkludi l-prodotti speċifikati fit- (2), (3), (4), (6), (7), (8) u (9) tat-tieni paragrafu tan-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 2308. Is-subtitlu jinkludi ukoll qxur tas-sojja, kemm jekk mitħunin jew le, li minnhom iż-żejt tas-sojja ma kienx estratt. |
||||||||||||||||||||
2309 |
Preparazzjonijiet ta’ tip użati għal għalf ta’ annimali Ara Nota 1 għal dan il-kapitlu. Għad-determinazzjoni tal-kontenut tal-lamtu, għandu jkun applikat il-metodu polarimetriku (magħruf ukoll bħala l-metodu Ewers modifikat) stabbilit f’punt 1 ta’ l-Anness I tad-Direttiva tal-Kummissjoni 72/199/KEE (ĠU L 123, 29.5.1972, p. 6). Il-kontenut tal-lamtu skond il-piż tal-preparazzjonijiet ta’ tip użati fl-għalf ta’ l-annimali fit-tifsira ta’ titlu 2309 għandu jkun determinat bil-metodu analitiku enżimatiku stabbilit fl-Anness għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 121/2008 (ĠU L 37, 12.2.2008, p. 3) f’każi fejn il-materjali għall-għalf li ġejjin ikunu preżenti f’ammonti sinifikanti:
Meta ma jkunx evidenti jekk xi lamtu hux preżenti fi preparazzjoni ta’ tip użat fl-għalf ta’ l-annimali fit-tifsira ta’ titlu 2309, metodu mikroskopiku kwalitattiv jista’ jintuża għall-verifika ta’ tali preżenza. Rigward il-prodotti tal-ħalib, ara n-Nota Addizzjonali 4 għal dan il-kapitlu. Il-kontenut ta’ prodotti tal-ħalib u l-kontenut tal-lamtu huma kkalkulati fuq il-prodott kif ikun wasal. |
||||||||||||||||||||
2309 10 11 sa 2309 10 90 |
Ikel għal klieb jew għal qtates, ippreżentat għal bejgħ bl-imnut Dawn is-subtitli jinkludu ġugarelli li jistgħu jingħomdu minn klieb, preżentati f’diversi forom, bħal ċrieki u għadam, li jikkonsistu f’biċċiet mqattgħin ta’ ġild tal-gendus, ġelatina, ġulepp tal-glukows (bħala xi ħaġa li tgħaqqad, materjal li jagħti l-kulur, idrolisat ta’ proteini veġetali, stabilizzant u, fil-każ ta’ ċrieki, pasta ta’ laħam u għadam, li kollha kemm huma jistgħu jittieklu kompletament. |
||||||||||||||||||||
2309 90 10 |
Materjali li jinħallu ta’ ħut jew ta’ mammiferi tal-baħar Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 2309, parti (II), (B), l-aħħar paragrafu, (1). |
||||||||||||||||||||
2309 90 20 |
Prodotti msemmijin f’nota addizzjonali 5 għal dan il-kapitlu L-użu ta’ likuri konċentrati mit-tixrib tal-qamħirrun bħala mezz ta’ tkabbir (brodu ta’ nutrienti) jista’ jwassal għall-preżenza fil-prodotti ta’ fdal ta’ aġenti għal fermentazzjoni mejtin f’konċentrazzjoni li ġeneralment ma taqbiżx 2 %. Dawn il-prodotti jistgħu jinqabdu permezz ta’ mikroskopju. Bħala żieda, il-prodotti li fihom fdalijiet tal-likuri konċentrati mit-tixrib tal-qamħirrun użati f’ċertu proċessi ta’ fermentazzjoni fihom is-sustanzi li ġejjin fi kwantitajiet żgħar ħafna: amiloglukosidasi, alfa-amylase, gomma xanthan, aċtu lattiku, aċtu ċitriku, lisina, treonina, triptophane. Likuri konċentrati mit-tixrib tal-qamħirrun diġa fihom ftit minn dawn is-sustanzi (eż., aċti amminiċi) fi kwantitajiet żgħar ħafna u ż-żieda fil-konċentrazzjoni minħabba l-fermentazzjoni tista’ tkun injorata. Prodott b’kontenut ta’ lamtu jew xaħam li jaqbeż il-limiti indikati f’Nota Addizzjonali 5 huma klassifikati f’subtitlu 2309 90 41 jew 2309 90 51, kif xieraq. Il-konformita’ mar-residwi mill-manifattura ta’ lamtu minn qamħirrun impurtat mill-USA għandha tkun verifikata skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (EC) Nru 2019/94 (ĠU L 203, 6.8.1994, p. 5) kif mibdul mir-Regolament (EC) Nru 396/96 (ĠU L 54, 5.3.1996, p. 22). |
KAPITLU 24
TABAKK U SOSTITUTI MANIFATTURATI TA’ TABAKK
2401 |
Tabakk mhux manifatturat; skart ta’ tabakk Rigward tabakk fl-istat naturali jew mhux manifatturat, ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 2401, paragrafu 1. Għandu jkun innutat li:
Tabakk “trattat bix-xemx” kien trattat direttament permezz tas-sħana tax-xemx f’arja miftuħa u bi nhar. Dan it-titlu ma jinkludix pjanti tat-tabakk ħajjin (titlu 0602). |
||||||||
2401 30 00 |
Skart ta’ tabakk Bħala żieda mal-prodotti mniżżlin fin-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 2401, paragrafu (2), dan is-subtitlu jinkludi wkoll:
Dan is-subtitlu ma jinkludix skart tat-tabakk preparat għall-bejgħ bħala tabakk għat-tipjip jew tabakk biex jintgħomod, tabakk ta’ l-imnieħer jew trab tat-tabakk, jew li jitqies li kien trattat għall-għanijiet li jintuża bħala tabakk għat-tipjip, tabakk biex jintgħomod, tabakk ta’ l-imnieħer jew trab tat-tabakk (titlu 2403). |
||||||||
2402 |
Sigarri, cheroots, cigarillos u sigarretti, ta’ tabakk jew ta’ sostituti ta’ tabakk |
||||||||
2402 10 00 |
Sigarri, cheroots u cigarillos, li fihom tabakk Sigarri, cheroots u cigarillos huma rombli ta’ tabakk, li jistgħu jkunu mpejpin kif huma u
Sakemm jissodisfaw il-kundizzjonijiet ta’ qabel imsemmijin hawn fuq, prodotti b’kisja, jew kisja u materjal li jgħaqqad, ta’ tabakk rikostitwit li jista’ jikkonsisti parzjalment minn sustanzi ħlief tabakk huma klassifikati f’dan is-subtitlu. |
||||||||
2402 20 10 u 2402 20 90 |
Sigarretti li fihom tabakk Sigarretti huma rombli ta’ tabakk li jistgħu jkunu mpejpin kif huma u li ma jaqgħux fil-kategorija ta’ sigarri jew cigarillos (ara n-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 2402 10 00). Sakemm dawn jissodisfaw il-kundizzjonijiet ta’ qabel imsemmijin hawn fuq, prodotti li jikkonsistu parzjalment f’sustanzi oħrajn ħlief tabakk huma klassifikati f’dawn is-subtitli. Dawn is-subtitli ma jkoprux prodotti li jikkonsistu kompletament minn sustanzi ħlief tabakk (subtitlu 2402 90 00 jew, jekk intiżi għal użu mediċinali, kapitlu 30). |
||||||||
2402 90 00 |
Oħrajn Dan is-subtitlu jinkludi sigarri, cheroots, cigarillos u sigarretti li jikkonsistu kompletament minn sostituti ta’ tabakk, eż., sigarretti magħmulin minn weraq preparati b’mod speċjali ta’ varjeta’ ta’ ħass u li la fihom tabakk u lanqas nikotina. |
||||||||
2403 |
Tabakk ieħor manifatturat u sostituti ta’ tabakk manifatturat; tabakk “omoġenizzat” jew “rikostitwit”; estratti u essenzi ta’ tabakk |
||||||||
2403 10 10 u 2403 10 90 |
Tabakk tat-tipjip, kemm jekk fih sostituti ta’ tabakk f’kull proporzjon kif ukoll jekk ma fihx Tabakk tat-tipjip huwa tabakk li kien maqtugħ jew inkella maqsum, mgħawweġ jew pressat fi blokki li jistgħu jkunu mpejpin mingħajr aktar proċessar industrijali. Skart tat-tabakk li tajjeb għat-tipjip u li huwa mtella’ għal bejgħ fi ħwienet huwa tabakk tat-tipjip jekk dan ma jaqbilx mad-deskrizzjoni ta’ sigarri, cigarillos jew sigarretti (ara n-Noti ta’ Spjega għal subtitli 2402 10 00, 2402 20 10 u 2402 20 90). Prodotti li jikkonsistu kompletament jew parzjalment f’sustanzi ħlief tabakk huma ukoll klassifikati f’dawn is-subtitli sakemm dawn jaqblu mad-definizzjoni mgħotija hawn fuq, fejn l-eċċezzjoni hija li prodotti jikkonsistu kompletament minn sustanzi oħrajn ħlief tabakk u huma intiżi għal użu mediċinali (kapitlu 30). Dawn is-subtitli jinkludu biċċiet ta’ sigarretti maqtugħin li hija t-taħlita lesta ta’ tabakk għall-manifattura ta’ sigarretti. |
||||||||
2403 91 00 |
Tabakk “omoġenizzat” jew “rikostitwit” Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 2403, l-ewwel paragrafu, (6). |
||||||||
2403 99 10 |
Magħda u tabakk ta’ l-imnieħer Magħda huwa tabakk fil-forma ta’ rollijiet, stikek, strippi, kubi u blokki, li huwa preparat b’mod speċjali iżda mhux għat-tipjip u li huwa mtella’ għal bejgħ fi ħwienet. Tabakk ta’ l-imnieħer huwa tabakk fil-forma ta’ trab jew fil-forma ta’ frak żgħir li kien trattat b’mod speċjali ħalli dan jista’ jittieħed bħala tabakk ta’ l-imnieħer iżda ma jistax jitpejjep. Sakemm il-kundizzjonijiet ta’ qabel t’hawn fuq ikunu sodisfatti, prodotti li jikkonsistu parzjalment minn sustanzi ħlief tabakk huma klassifikati f’dan is-subtitlu. |
||||||||
2403 99 90 |
Oħrajn Dan is-subtitlu jinkludi:
|
TAQSIMA V
PRODOTTI MINERALI
KAPITLU 25
MELĦ; KUBRIT; TRABIJIET U ĦAĠAR; MATERJALI TAT-TIKĦIL, ĠIR U SIMENT
Nota 1 |
Tagħwim huwa intiż li jifred l-element rikk ta’ sustanza minerali mill-gangue billi tippermetti li dan jinġabar fil-wiċċ ta’ l-ilma li fih kien mgħaddas, waqt li d-depożiti tal-gangue jibqgħu fil-qiegħ. |
2501 00 |
Melħ (inkluż melħ tal-mejda u melħ żnaturat) u melħ (sodium chloride) pur, kemm jekk maħlul f’soluzzjoni ta’ ilma jew li jkollu miżjudin miegħu aġenti biex ma jagħqadx jew aġenti għal mixi ħieles u kemm jekk le; ilma baħar |
||||||
2501 00 31 |
Għal trasformazzjoni kimika (separazzjoni ta’ Na minn Cl) għall-manifattura ta’ prodotti oħrajn Sakemm il-kundizzjonijiet stipulati mill-awtoritajiet kompetenti jintlaħqu, dan is-subtitlu jinkludi melħ, kemm jekk żnaturat jew le, intiż għall-manifattura ta’ aċtu idrokloriku, klorju, kalċju kloridu, sodju nitrat, sodju ipokloritu, sulfati tas-sodju, karbonati tas-sodju, sodju idrossidu, sodju kloridu, sodju perklorat u sodju metalliku. |
||||||
2501 00 51 |
Żnaturati jew għal użi industrijali (inkluż irfinar) għajr il-preservazzjoni jew il-preparazzjoni ta’ oġġetti ta’ l-ikel għal konsum uman jew minn annimali Sakemm il-kundizzjonijiet stipulati mill-awtoritajiet kompetenti jintlaħqu, dan is-subtitlu jkopri:
Melħ, ħlief melħ żnaturat użat għall-immelħar ta’ toroq, jaqa’ f’subtitlu 2501 00 99. |
||||||
2501 00 91 |
Melħ tajjeb għal konsum uman Melħ tajjeb għal konsum uman huwa melħ li ma kienx żnaturat tajjeb direttament għal użi domestiċi jew industrijali bħala taħwir jew aġent ta’ preservazzjoni għal affarijiet ta’ l-ikel. Dan ġeneralment għandu grad għoli ta’ purita’ u huwa kollu abjad. |
||||||
2501 00 99 |
Oħrajn Dan is-subtitlu jinkludi melħ mhux żnaturat użat bħala aġent biex ineħħi s-silġ fix-xitwa u melħ użat bħala ikel għall-annimali (eż., lagħaq tal-melħ). |
||||||
2503 00 |
Kubrit ta’ kull tip, ħlief kubrit sublimat, kubrit preċipitat u kubrit kollojde |
||||||
2503 00 10 |
Kubrit mhux raffinat Dan is-subtitlu jinkludi l-varjetajiet ta’ kubrit imsemmijin fin-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 2503, l-ewwel paragrafu, (1) sa (4). Dan il-kubrit huwa ġeneralment fil-forma ta’ blokki, ċangaturi jew trab. |
||||||
2503 00 90 |
Oħrajn Dan is-subtitlu jkopri l-varjetajiet ta’ kubrit imsemmi fin-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 2503, l-ewwel paragrafu, (5) sa (7). Dan il-kubrit huwa ġeneralment fil-forom ta’ stikek jew kejkijiet żgħar (kubrit irfinat) jew trabijiet (“kubrit mgħarbul”, “kubrit imderri”, “kubrit atomizzat”). |
||||||
2508 |
Tafal ieħor (li ma jinkludix tafal espandut ta’ titlu 6806), andalusit, kjanit u sillimanit, kemm jekk magħmul ġir u kemm jekk le; mullit; chamottejew tafal dinas |
||||||
2508 10 00 |
Bentonit Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 2508, tielet paragrafu, (1). Bentoniti li jseħħu fin-natura normalment ikollhom pH ta’ bejn 6 u 9,5 (għal sospensjoni fl-ilma ta’ 5 % u wara li jkunu qagħdu għal siegħa) u kontenut ta’ karbonat tas-sodju ta’ inqas minn 2 %; il-kontenut aggregat tagħhom ta’ sodju u kalċju li jistgħu jinbidlu ma jaqbiżx 80 meq/100 g. Hemm żewġ tipi: kalċju li jintefaħ ftit u sodju li jintefaħ ħafna (rata ta’ nfih ta’ inqas minn 7 ml/g jew aktar minn 12 ml/g). Ċertu bentoniti li jseħħu fin-natura jista’ jkollhom karatteristiċi li jvarjaw minn dawn il-valuri; fejn dan huwa l-każ għal ħafna karatteristiċi, il-bentonit huwa ġeneralment meqjus bħala attivat. Bentoniti attivati ġeneralment jaqgħu f’subtitlu 3802 90 00. |
||||||
2511 |
Sulfat ta’ barju naturali (baritina); karbonat ta’ barju naturali (witherite), kemm jekk magħmul ġir u kemm jekk le, ħlief ossidu tal-barju ta’ titlu 2816 |
||||||
2511 10 00 |
Sulfat ta’ barju naturali (baritina) Baritini fihom ammonti li jvarjaw ta’ ossidu tal-ħadid, allumina, sodju karbonat u silika. Minħabba li l-prodott fil-forma bajda tiegħu huwa dak l-iżjed imfittex, huwa jkun imfarrak, mgħarbul għat-tneħħija ta’ l-elementi kkuluriti (l-iżjed safranin), magħmul trab u mbagħad purifikat permezz ta’ tħin. |
||||||
2511 20 00 |
Karbonat ta’ barju naturali (whiterite) Whiterite jseħħ fil-forma ta’ kristalli rombojdi jew mases safranin li m’humiex solubbli fl-ilma. |
||||||
2513 |
Ħaffiefa, żmerill, kurundun naturali, granata naturali u sustanzi oħrajn abbrassivi naturali, kemm jekk trattati bis-sħana u kemm jekk le |
||||||
2513 20 00 |
Żmerill, kurundun naturali, granata naturali u sustanzi oħrajn abbrassivi naturali Għall-għanijiet ta’ dan is-subtitlu, sustanzi abbrassivi naturali jinkludu t-tripoli magħruf bħala “ġebla mħassra”, prodott griż kulur l-irmied użat bħala sustanza abbrassiva ħafifa jew għal polixxjar. |
||||||
2516 |
Granit, porfirju, bażalt, ġebel imrammel u ġebel ieħor għal monumenti jew għal bini, kemm jekk mirqum mingħajr finezza jew sempliċiment maqtugħ, permezz ta’ ssegar jew mod ieħor, fi blokki jew f’ċangaturi ta’ forma rettangolari (inkluża kwadra) u kemm jekk le Meta ġebel fil-forma kwadra ma jkollhomx ħxuna l-istess kullimkien, klassifikazzjoni skond il-ħxuna għandha ssir b’referenza għall-ikbar ħxuna. |
||||||
2516 11 00 |
Mhux raffinat jew mirqum mingħajr finezza In-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 2515 11 japplikaw, mutatis mutandis. |
||||||
2516 12 10 u 2516 12 90 |
Sempliċiment maqtugħ, permezz ta’ ssegar jew mod ieħor, fi blokki jew f’ċangaturi ta’ forma rettangolari (inkluża kwadra) In-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 2515 12 japplikaw, mutatis mutandis. |
||||||
2516 90 00 |
Ġebel ieħor għal monumenti jew għal bini Dan is-subtitlu jinkludi:
|
||||||
2518 |
Dolomit, kemm jekk magħmul ġir jew mgħaqqad ma’ trab bis-sħana u kemm jekk le, inkluż dolomit mirqum mingħajr finezza jew sempliċiment maqtugħ, permezz ta’ ssegar jew mod ieħor, fi blokki jew f’ċangaturi ta’ forma rettangolari (inkluża kwadra) u kemm jekk le; taħlita għal twebbis ta’ dolomit |
||||||
2518 10 00 |
Dolomit, mhux magħmul ġir jew mgħaqqad ma’ trab bis-sħana Dolomit huwa karbonat doppju naturali ta’ kalċju u manjesju. Huwa jibqa’ klassifikat f’dan is-subtitlu anki meta dan ikun ingħata trattament bis-sħana ħafif li ma biddilx il-kompożizzjoni kimika tiegħu. Dan is-subtitlu jkopri dolomit, mhux magħmul ġir jew mgħaqqad ma’ trab bis-sħana, mhux raffinat, mirqum mingħajr finezza (bejn wieħed u ieħor fil-forma ta’ kwadru) jew sempliċiment maqtugħ permezz ta’ ssegar jew bi qsim, fi blokki jew f’ċangaturi ta’ forma rettangolari (inkluża kwadra). |
||||||
2518 20 00 |
Dolomit magħmul ġir jew mgħaqqad ma’ trab bis-sħana Dolomit magħmul ġir jew mgħaqqad ma’ trab bis-sħana huwa dolomit li kien soġġett għal trattament bis-sħana f’temperatura għolja (madwar 1 500 °Ċ għal dolomit maħruq sa l-aħħar (mgħaqqad ma’ trab bis-sħana) u madwar 800°Ċ għal dolomit maħruq b’mod kawstiku li jbiddel il-kompożizzjoni kimika tiegħu billi jneħħilu d-dijossidu tal-karbonju. |
||||||
2519 |
Karbonat ta’ manjesju naturali (magnesite); manjesja mdewwba; manjesja maħruqa għal kollox (mgħaqqda ma’ trab bis-sħana), kemm jekk fiha kwantitajiet żgħar ta’ ossidi oħrajn miżjudin qabel it-tqħaqqid ma’ trab bis-sħana u kemm jekk le; ossidu tal-manjesju ieħor, pur jew le |
||||||
2519 90 10 |
Ossidu tal-manjesju, ħlief karbonat ta’ manjesju naturali magħmul ġir Dan is-subtitlu jinkludi:
|
||||||
2520 |
Ġibs; anidride; ġibs għall-kisi (jikkonsisti f’ġibs magħmul ġir jew sulfat tal-kalċju) kemm jekk ikkulurit u kemm jekk le, bi kwantitajiet żgħar ta’ sustanzi li jgħaġġlu jew li jdewwmu l-proċess jew mingħajrhom |
||||||
2520 20 10 |
Għall-bini Ġibs għall-kisi għall-bini huwa manifatturat billi ġibs mhux raffinat (ġebla tal-ġibs jew materjali oħrajn li fihom il-ġibs, eż. prodotti żejda mill-industrija kimika) ikun soġġett għal kisja speċjali u proċess li jagħmlu ġir. Karatteristiċi speċifiċi jistgħu jkunu miksubin mill-introduzzjoni ta’ addittivi matul il-proċess ta’ manifattura. Dawn jieħdu l-forma ta’ aġenti li jżommu f’wiċċ l-ilma (jiġifieri, sustanzi li jaffetwaw il-karatteristiċi tal-ġibs — eż., il-konsistenza tiegħu jew il-proprjetajiet adesivi tiegħu — b’mod partikolari), u sustanzi li jgħaġġlu jew li jdewwmu l-proċess. Ġibs għall-bini jintuża, pereżempju, bħala stokk, għall-kisi ta’ ħitan jew soqfa, fil-manifattura ta’ pannelli ta’ bini jew elementi ta’ kostruzzjoni oħrajn, jew għat-twaħħil ta’ madum. |
||||||
2523 |
Siment ta’ Portland, siment ta’ l-allumi, siment li għandu mill-gagazza, siment sulfru eċċezzjonali u siment idrawliku simili, kemm jekk ikkulurit jew fil-forma ta’ gagazza u kemm jekk le |
||||||
2523 90 10 |
Siment mill-kalkara tal-funderija Siment mill-kalkara tal-funderija huwa magħmul minn għallinqas 20 % mill-piż ta’ gagazza mis-siment ta’ Portland, 36 sa 80 % mill-piż ta’ gagazza mfarrka mill-kalkara tal-funderija u mhux iżjed minn 5 % mill-piż ta’ kostitwenti oħrajn tas-siment. |
||||||
2523 90 80 |
Oħrajn Dan is-subtitlu jinkludi siment bil-purċillana. Siment bil-purċillana huwa magħmul minn għallinqas 60 % mill-piż ta’ gagazza mis-siment ta’ Portland, massimu ta’ 40 % mill-piż ta’ purċillana naturali jew fly ash u massimu ta’ 5 % mill-piż ta’ kostitwenti oħrajn tas-siment. Għat-terminu “purċillana”, ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 2530, parti (D), paragrafu (7). Fly ash huwa trab fin, ħafif, miksub bl-estrazzjoni ta’ frak tat-trab mill-gassijiet ta’ kombustjoni ta’ fran imqabbdin b’faħam magħmul trab. Il-kulur tiegħu jvarja minn griż għal iswed. |
||||||
2524 |
Asbestos |
||||||
2524 10 00 |
Crocidolite Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 2524, tieni paragrafu. |
||||||
2526 |
Steatitenaturali, kemm jekk mirqum mingħajr finezza jew sempliċiment maqtugħ, permezz ta’ ssegar jew mod ieħor, fi blokki jew f’ċangaturi ta’ forma rettangolari (inkluża kwadra) u kemm jekk le; terra |
||||||
2526 20 00 |
Imfarrak jew mitħun Dan is-subtitlu ma jinkludix trab tat-talk, magħmul ġo pakki għall-bejgħ fi ħwienet, għal għanijiet tat-twaletta (titlu 3304). |
||||||
2528 |
Borati naturali u konċentrati tagħhom (kemm jekk magħmulin ġir u kemm jekk le), iżda li ma jinkludux borati separati minn ilma mielaħ naturali; aċidu boriku naturali li fih aktar minn 85 % ta’ H3BO3 ikkalkulat fuq piż xott |
||||||
2528 10 00 |
Borati ta’ sodju naturali u konċentrati tagħhom (kemm jekk magħmulin ġir u kemm jekk le) Dan is-subtitlu jinkludi kernite u tincal, magħrufin ukoll bħala “burax naturali”. Dan is-subtitlu ma jkoprix boratu ta’ sodju (burax irfinat) miksub bi trattament kimiku ta’ kernite jew tincal jew il-borati ta’ sodju miksubin permezz ta’ l-evaporazzjoni ta’ ilma mielaħ kumplikat minn ċertu għadajjar melħin (titlu 2840). |
||||||
2528 90 00 |
Oħrajn Dan is-subtitlu jinkludi:
|
||||||
2530 |
Sustanzi minerali mhux speċifikati jew inklużi band’oħra |
||||||
2530 10 10 u 2530 10 90 |
Vermikulit, perlit u kloriti, mhux espanduti Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 2530, parti (d), paragrafu (3). |
||||||
2530 90 98 |
Oħrajn Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 2530, partijiet (A), (B), (Ċ) u (D) (ħlief (D), paragrafu (3)). |
KAPITLU 26
MINERALI (ORES), GAGAZZA U RMIED
2620 |
Gagazza, irmied u fdal (ħlief mill-manifattura tal-ħadid jew ta’ l-azzar), li fihom metalli, arseniku jew il-komposti tagħhom |
||||||||||||||||
2620 11 00 |
Żingu iebes mhux pur (spelter) Żingu iebes mhux pur huwa fdal minn banjijiet ta’ l-iggalvanizzar u huwa spiss imsejjaħ bħala matte tal-galvanizzazzjoni. Hemm żewġ tipi prinċipali:
|
||||||||||||||||
2620 19 00 |
Oħrajn Dan is-subtitlu jinkludi:
|
||||||||||||||||
2620 21 00 |
Tjun biċ-ċomb tal-gażolina u tjun biċ-ċomb ta’ komposti kontra l-ħsejjes bl-iskossi (anti-knock) Ara Nota ta’ Subtitlu 1 għal dan il-kapitlu. Ara ukoll in-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 2620, tieni paragrafu, (10). |
||||||||||||||||
2620 60 00 |
Li fihom arseniku, merkurju, tallju jew taħlitiet tagħhom, ta’ kwalita’ użata għall-estrazzjoni ta’ l-arseniku jew dawk il-metalli jew għall-manifattura tal-komposti kemikali tagħhom Ara n-Nota ta’ Subtitlu 2 għal dan il-kapitlu. |
||||||||||||||||
2620 91 00 |
Li fihom antimonju, berillju, kadmju, kromju jew taħlitiet tagħhom Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 2620, tieni paragrafu, (13). |
||||||||||||||||
2621 |
Gagazza u rmied oħrajn, inklużi rmied ta’ l-alka (kelp); irmied u fdal mill-ħruq ta’ skart muniċipali |
||||||||||||||||
2621 10 00 |
Irmied u fdal mill-ħruq ta’ skart muniċipali Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 2621, tieni paragrafu, (5). |
KAPITLU 27
KARBURANTI MINERALI, ŻJUT MINERALI U PRODOTTI TAD-DISTILLAZZJONI TAGĦHOM; SUSTANZI BITUMINUŻI; XEMGĦAT MINERALI
Ġenerali
Sakemm ma jingħadx mod ieħor, it-terminu “metodu ASTM” jfisser il-metodi stipulati mis-Soċjeta Amerikana għal Testjar u Materjali, maħruġ fl-edizzjoni ta’ l-1976 tad-definizzjonijiet u speċifikazzjonijiet standard għal prodotti ta’ żejt mhux raffinat u lubrikanti.
Nota 2 |
Il-kontenut ta’ kostitwenti aromatiċi għandu jkun determinat bil-metodi li ġejjin:
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Nota Addizzjonali 5 |
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Nota Addizzjonali 5 (a) |
Distillazzjoni permezz ta’ vakwu tfisser distillazzjoni taħt pressa li ma taqbiżx 400 mbar, imkejlin mir-ras tal-kolonna. |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Nota Addizzjonali 5 (b) |
Distillazzjoni mill-ġdid permezz ta’ proċess ta’ taqsim fi frazzjonijiet iebes ħafna jfisser distillazzjoni (ħlief topping) permezz ta’ proċess kontinwu jew ta’ ċertu numru użat f’installazzjonijiet industrijali bl-użu ta’ distillati ta’ subtitli 2710 11 11 sa 2710 19 49, 2711 11 00, 2711 12 91 sa 2711 19 00, 2711 21 00 u 2711 29 00 (ħlief propan ta’ purita’ ta’ 99 % jew aktar) biex jinkisbu:
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Nota Addizzjonali 5 (c) |
Qsim huwa proċess industrijali għall-modifikazzjoni ta’ l-istruttura kimika ta’ prodotti ta’ żejt mhux raffinat permezz tat-tkissir tal-molekuli permezz ta’ sħana, bi pressa jew le u bl-assistenza ta’ katalizzatur jew le, li b’hekk jipproduċi, partikolarment, taħlit ta’ idrokarbonji eħfef li jistgħu jkunu likwidi jew gassijiet f’temperaturi u pressa normali. Il-proċessi ta’ qsim prinċipali huma:
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Nota Addizzjonali 5 (d) |
Riformar huwa l-ipproċessar bis-sħana jew permezz ta’ katalizzatur ta’ żjut ħfief jew medji biex ikun miżjud il-kontenut tagħhom ta’ aromatiċi. Riformar permezz ta’ katalizzatur jintuża, pereżempju, biex jikkonverti żjut ħfief minn distillazzjoni dritta fi żjut ħfief b’numru ottan ogħla (b’kontenut ogħla ta’ idrokarbonji aromatiċi) jew f’taħlita ta’ idrokarbonji li fihom benżin, toluene, xylenes, etile benżin, eċċ. Il-proċessi ta’ riforma permezz ta’ katalizzatura prinċipali huma dawk li jużaw platinu bħala katalizzatur. |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Nota Addizzjonali 5 (e) |
Estrazzjoni permezz ta’ solventi selettivi huwa l-proċess ta’ separazzjoni ta’ gruppi ta’ prodotti bi strutturi molekolari differenti permezz ta’ sustanzi li għandhom effett solventi preferenzjali (pereżempju, furfural, phenol, dikloroetile etere, anidride tal-kubrit, nitrobenżina, urea u uħud mid-derivattivi tagħha, aċetun, propan, etile metil keton, isobutyl metil keton, glikol, morfolina). |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Nota Addizzjonali 5 (g) |
Polimerizzazzjoni huwa l-proċess industrijali, kemm jekk jinvolvi l-użu ta’ sħana jew l-użu ta’ katalizzatur jew le, li permezz tagħhom idrokarbonji mhux saturati jiffurmaw il-polimeri jew kopolimeri tagħhom. |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Nota Addizzjonali 5 (h) |
Alkalizzazzjoni tfisser kwalunkwe reazzjoni bis-sħana jew permezz ta’ katalizzatur li fiha idrokarbonji mhux saturati jingħaqdu ma’ kwalunkwe idrokarbonji oħra, partikolarment, isoparaffini u aromatiċi. |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Nota Addizzjonali 5 (ij) |
Isomerizzazzjoni hija r-riforma ta’ l-istruttura tal-kostitwenti ta’ prodotti minn żejt mhux raffinat mingħajr ma tinbidel il-komposizzjoni grossa tagħhom. |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Nota Addizzjonali 5 (l) |
Dawn li ġejjin huma eżempji tat-tneħħija ta’ paraffina għall-għanijiet ta’ din in-Nota Addizzjonali:
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Nota Addizzjonali 5 (n) |
Distillazzjoni atmosferika tfisser distillazzjoni li ssir fi pressa ta’ madwar 1 013 mbar, mkejla mir-ras tal-kolonna. |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Nota Addizzjonali 6 |
|
2701 |
Faħam; briquettes, ovojdi u karburanti simili solidi manifatturati mill-faħam Dawk il-karburanti magħrufin għan-negozju fi Spanja bħal “lignite iswed” u li jiġu minn distretti fejn jinqata’ l-faħam f’Teruel, Mequinenza, Pirenaica u Baleares jitqiesu li huma faħam ta’ dan it-titlu. |
||||||||||||||||||||||||||||||||||
2701 12 10 |
Faħam għal kokk Faħam għal kokk fih bejn 19 u 41 % ta’ kostitwenti volatili. |
||||||||||||||||||||||||||||||||||
2702 |
Lignite, mgħaqqad jew le, ħlief ġett Lignites jaqbdu fi fjamma twila iżda friska, jagħtu duħħan iswed qawwi. Tipi komunement distinti huma: lignites fibrużi li l-ksur tagħhom jixbaħ l-apparenza fibruża ta’ l-injam oriġinali u li għandhom kontenut ta’ ndewwa għoli (sa 50 %); lignites komuni, jew ta’ l-art, kannella jew suwed, li fihom inqas ilma mit-tip fibruż (madwar 15 %) u li juru kisra qisha ta’ l-art; lignites bituminużi, ħoxnin li jirtabu meta msaħħnin u li għalhekk huma tajbin ħafna għal briqetting; lignites qishom tax-xemgħa, li għandhom ksur qisu tax-xemgħa u b’kontenut għoli ta’ xemgħa. Dan it-titlu ma jinkludix karburanti magħrufin għan-negozju fi Spanja bħal “lignite iswed” u li jiġu minn distretti fejn jinqata’ l-faħam f’Teruel, Mequinenza, Pirenaica u Baleares (titlu 2701). |
||||||||||||||||||||||||||||||||||
2704 00 |
Kokk u semi-kokk tal-faħam, ta’ ligniteu tal-pît, mgħaqqad jew le; karbonju ta’ l-istorta |
||||||||||||||||||||||||||||||||||
2704 00 11 u 2704 00 19 |
Kokk u semi-kokk tal-faħam Kokk ivarja minn faħam għax dan jinħaraq kważi mingħajr fjamma u jżomm il-porożita’ u l-permeabbilita’ ta’ gass wara l-ħruq. Dan ma jdubx bis-sħana, huwa aktar iebes, fih inqas kubrit u iżjed karbonju. Bil-kontra ta’ kokk li huwa magħmul minn karbonizzazzjoni ta’ faħam f’temperatura għolja (1 000 sa 1 200 °Ċ), mingħajr provvista ta’ arja, semi-kokk huwa magħmul mill-karbonizzazzjoni ta’ faħam (bi provvista ta’ arja imnaqqsa) f’temperatura ta’ madwar 450 u 700 °Ċ. |
||||||||||||||||||||||||||||||||||
2704 00 11 |
Għall-manifattura ta’ elettrodi Dan is-subtitlu jkopri kokk u semi-kokk ta’ faħam użat fil-manifattura ta’ elettrodi ġeneralment intiżi għall-produzzjoni ta’ ligi tal-ħadid. Il-kokk u semi-kokk ta’ dan is-subtitlu huma partikolarment puri (kontenut ta’ rmied baxx ħafna) u huma ġeneralment fil-forma ta’ għoqol żgħar. |
||||||||||||||||||||||||||||||||||
2704 00 19 |
Oħrajn Dan is-subtitlu jinkludi kokk gass (prodott żejjed mill-produzzjoni ta’ gass) u kokk u semi-kokk tal-funderija preparati speċjalment għal użu fl-industrija tal-metallurġija (kokk tal-blast furnace) li, bil-kontra ta’ kokk gass, huwa prodott iebes u li jiflaħ fil-forma ta’ għoqol kbar li għandhom apparenza qisha tal-fidda. |
||||||||||||||||||||||||||||||||||
2704 00 30 |
Kokk u semi-kokk tal-lignite Lignites m’humiex tajbin għall-produzzjoni ta’ kokk permezz ta’ karbonizzazzjoni f’temperatura għolja. Madanakollu, karbonizzazzjoni f’temperatura baxxa jagħti semi-kokk għal użu bħala karburant mingħajr duħħan li huwa poruż, ileqq, nadif għall-maniġġar u jaqbad u jinħaraq mill-ewwel. |
||||||||||||||||||||||||||||||||||
2704 00 90 |
Oħrajn Dan is-subtitlu jkopri:
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||
2707 |
Żjut u prodotti oħrajn mid-distillazzjoni ta’ qatran tal-faħam f’temperatura għolja; prodotti simili li fihom il-piż tal-kostitwenti aromatiċi jaqbeż dak kostitwenti mhux aromatiċi Rigward id-determinazzjoni tal-kontenut ta’ kostitwenti aromatiċi, ara n-Noti ta’ Spjega għal Nota 2 għal dan il-kapitlu. |
||||||||||||||||||||||||||||||||||
2707 10 10 u 2707 10 90 |
Benżol (benżina) Ara Nota ta’ Subtitlu 3 għal dan il-kapitlu. Dawn is-subtitli jkopru biss benżol (benżina) ta’ purita’ bil-piż ta’ inqas minn 95 %. Benżol (benżina) ta’ purita’ bil-piż ta’ 95 % jew iżjed jaqa’ f’subtitlu 2902 20 00. |
||||||||||||||||||||||||||||||||||
2707 20 10 u 2707 20 90 |
Toluol (toluwina) Ara Nota ta’ Subtitlu 3 għal dan il-kapitlu. Dawn is-subtitli jkopru biss toluol (toluwina) ta’ purita’ bil-piż ta’ inqas minn 95 %. Toluol (toluwina) ta’ purita’ bil-piż ta’ 95 % jew iżjed jaqa’ f’subtitlu 2902 30 00. |
||||||||||||||||||||||||||||||||||
2707 30 10 u 2707 30 90 |
Ksilol (ksilini) Ara Nota ta’ Subtitlu 3 għal dan il-kapitlu. Dawn is-subtitli jkopru biss ksilol (ksilini) ta’ purita’ bil-piż ta’ inqas minn 95 % (orto-, meta-, jew para-isomeri ta’ ksilol (ksilini), separati jew imħalltin), kif aċċertat permezz ta’ kromatografija tal-gass. Ksilol (ksilini) ta’ purita’ bil-piż ta’ 95 % jew iżjed jaqa’ f’subtitlu 2902 30 00. |
||||||||||||||||||||||||||||||||||
2707 40 00 |
Naftalina Ara Nota ta’ Subtitlu 3 għal dan il-kapitlu. Dawn is-subtitli jkopru biss naftalina li l-punt ta’ kristallizzazzjoni tagħha, kif aċċertat mill-metodu deskritt f’Anness B tan-Noti ta’ Spjega għal dan il-kapitlu, huwa taħt 79,4 Ċ. Jekk il-prodott għandu punt ta’ kristallizzazzjoni ta’ 79,4 Ċ jew aktar, dan jaqa’ f’subtitlu 2902 90 10. Dan is-subtitlu ma jkoprix omologi tan-naftalina (subtitli 2707 50 10, 2707 50 90, 2707 91 00 sa 2707 99 99, 2902 90 10 sa 2902 90 90 jew 3817 00 80). |
||||||||||||||||||||||||||||||||||
2707 50 10 u 2707 50 90 |
Taħlitiet aromatiċi oħrajn ta’ idrokarbonji li minnhom 65 % jew aktar bil-volum (inkluż telf) jiddistilla f’250 oĊ bil-metodu ASTM D 86 Dawn is-subtitli jkopru taħlitiet ta’ idorkarbonji fejn aromatiċi, ħlief benżina, toluwina, ksilina jew naftalina jippredominaw u li 65 % minnhom jew iżjed mill-volum (inkluż telf) jiddistillaw sa 250 Ċ bil-metodu ASTM D 86-67 (approvat mill-ġdid 1972). |
||||||||||||||||||||||||||||||||||
2707 99 11 u 2707 99 19 |
Żjut mhux raffinati Dawn is-subtitli jkopru:
Dawn is-subtitli jinkludu wkoll żjut miksubin permezz tat-tneħħija ta’ benżol wara ħasil tal-gass prodott matul l-ikkokkjar ta’ faħam. |
||||||||||||||||||||||||||||||||||
2707 99 30 |
Uċuħ bil-kubrit Għall-għanijiet ta’ dan is-subtitlu, “uċuħ bil-kubrit” tfisser biss dawk il-prodotti ħfief miksubin matul il-kors ta’ l-ewwel distillazzjoni ta’ żjut mhux raffinati minn qatran, li fihom komposti tal-kubrit (pereżempju, disulfid tal-karbonju, mercaptans, thiophen) u idrokarbonji bi predominanza ta’ idrokarbonji mhux aromatiċi, li minnhom 90 % jew aktar mill-volum jiddistillaw f’temperatura ta’ taħt 80 °Ċ. |
||||||||||||||||||||||||||||||||||
2707 99 50 |
Prodotti bażiċi Għall-għanijiet ta’ dan is-subtitlu, prodotti bażiċi huma prodotti aromatiċi u/jew eteroċikliċi b’funzjoni nitroġena bażika. Is-subtitlu jkopri, partikolarment, bażijiet piridini, kwinolini, akridini u anilini (inkluż taħlit tagħhom). Dawn huma derivati prinċipalment minn piridina, kwinolina, akridina u anilina u l-omologi tagħhom. Fost il-prodotti bażiċi li jaqgħu f’dan is-subtitlu hemm:
Dan is-subtitlu ma jkoprix melħ ta’ kwalunkwe mill-prodotti bażiċi deskritti (titlu 2933 jew 3824). |
||||||||||||||||||||||||||||||||||
2707 99 70 |
Antraċene Antraċene ta’ dan is-subtitlu huwa s-soltu fil-forma ta’ tajn jew pejst li ġeneralment fih phenanthrene, carbazole u kostitwenti aromatiċi oħrajn. Is-subtitlu jkopri biss antraċene ta’ purita’ mill-piż ta’ inqas minn 90 %. Antraċene ta’ purita’ mill-piż ta’ inqas minn 90 % jew aktar jaqa’ f’subtitlu 2902 90 10. |
||||||||||||||||||||||||||||||||||
2707 99 80 |
Fenoli Ara Nota Addizzjonali 1 għal dan il-kapitlu. Dan is-subtitlu jkopri:
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||
2707 99 91 u 2707 99 99 |
Oħrajn Dawn is-subtitli jkopru prinċipalment prodotti li jikkonsistu f’taħlitiet ta’ idrokarbonji. Dawn il-prodotti jinkludu:
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||
2709 00 |
Żjut minerali (petroleum) u żjut miksubin minn minerali bituminużi, mhux raffinati Dan it-titlu jkopri biss prodotti li fihom proprjetajiet karatteristiċi ta’ żjut mhux raffinati mill-varji sorsi (eż., gravita’ speċifika, kurvi ta’ distillazzjoni, kontenut ta’ kubrit, punt li fih tferrgħu, viskożita’). |
||||||||||||||||||||||||||||||||||
2709 00 10 |
Kondensati ta’ gass naturali Dan is-subtitlu jinkludi żejt mhux raffinat miksub mill-istabilizzazzjoni, immedjata ma l-estrazzjoni, ta’ gass naturali. Din l-operazzjoni tikkonsisti fl-estrazzjoni ta’ l-idrokarbonji li jistgħu jkunu kondensati li hemm ġol-gass naturali “mxarrab”, prinċipalment permezz ta’ tkessiħ u tneħħija ta’ pressa. Ara ukoll in-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 2709, tieni paragrafu. |
||||||||||||||||||||||||||||||||||
2710 |
Żjut minerali (petroleum) u żjut miksubin minn minerali bituminużi, ħlief dawk mhux raffinati; preparazzjonijiet li mhumiex speċifikati jew inklużi band’oħra, li fihom 70 % jew aktar tal-piż żjut minerali (petroleum) jew żjut miksubin minn minerali bituminużi, meta dawn iż-żjut ikunu il-kostitwenti bażiċi tal-preparazzjonijiet; żjut għar-rimi Ara Noti 2 u 3 għal dan il-kapitlu u n-Noti ta’ Spjega rilevanti. |
||||||||||||||||||||||||||||||||||
2710 11 11 sa 2710 19 99 |
Żjut minerali (petroleum) u żjut miksubin minn minerali bituminużi (ħlief dawk mhux raffinati) u preparazzjonijiet li mhumiex speċifikati jew inklużi band’oħra, li fihom 70 % jew aktar tal-piż żjut minerali (petroleum) jew żjut miksubin minn minerali bituminużi, meta dawn iż-żjut ikunu il-kostitwenti bażiċi tal-preparazzjonijiet, ħlief żjut għar-rimi Għad-definizzjonijiet ta’ dawn il-prodotti ara Nota 2 għal dan il-kapitlu u n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 2710, (I). Rigward is-subtitli għal prodott intiżi:
ara Noti Addizzjonali 5 u 6 għal dan il-kapitlu u n-Noti ta’ Spjega rilevanti.
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||
2710 11 11 sa 2710 11 90 |
Żjut u preparazzjonijiet ħfief Ara Nota ta’ Subtitlu 4 għal dan il-kapitlu. |
||||||||||||||||||||||||||||||||||
2710 11 21 u 2710 11 25 |
Spirti speċjali Ara Nota Addizzjonali 2 (a) għal dan il-kapitlu. |
||||||||||||||||||||||||||||||||||
2710 11 21 |
Spirtu abjad Ara Nota Addizzjonali 2 (b) għal dan il-kapitlu. It-terminu “metodu Abel-Pensky” jfisser metodu DIN (Deutsche Industrienormen) 51755 — Marzu 1974, ippublikat mid-DNA (Deutsche Normenausschuß), Berlin 15. |
||||||||||||||||||||||||||||||||||
2710 19 11 sa 2710 19 29 |
Żjut medji Ara Nota Addizzjonali 2 (ċ) għal dan il-kapitlu. |
||||||||||||||||||||||||||||||||||
2710 19 31 sa 2710 19 99 |
Żjut ħoxnin Ara Nota Addizzjonali 2 (d) għal dan il-kapitlu. |
||||||||||||||||||||||||||||||||||
2710 19 31 sa 2710 19 49 |
Żjut tal-gass Ara Nota Addizzjonali 2 (e) għal dan il-kapitlu. |
||||||||||||||||||||||||||||||||||
2710 19 51 sa 2710 19 69 |
Żjut karburanti Ara Nota Addizzjonali 2 (f) għal dan il-kapitlu u d-dijagramma t’hawn taħt għall-karatteristiċi ta’ żjut karburanti: |
||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||
2710 19 71 sa 2710 19 99 |
Żjut lubrikanti; żjut oħrajn Dawn is-subtitli jkopru żjut tqal kif definiti f’Nota Addizzjonali 2 (d) għal dan il-kapitlu sakemm dawn iż-żjut ma jissodisfawx il-kundizzjonijiet stipulati f’Nota Addizzjonali 2 (e) (żjut tal-gass) jew 2 (f) (żjut tal-gass) għal dan il-kapitlu. Dawn is-subtitli jkopru żjut tqal li minnhom inqas minn 85 % mill-volum, inkluż telf, jiddistillaw fi 350 °Ċ bil-metodu ASTM D 86-67 (approvat mill-ġdid 1972):
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||
2710 91 00 u 2710 99 00 |
Żjut għar-rimi Ara Nota 3 għal dan il-kapitlu u n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 2710, (II). |
||||||||||||||||||||||||||||||||||
2711 |
Gassijiet minerali (petroleum) u idrokarbonji oħrajn bil-gass Għad-definizzjonijiet ta’ dawn il-prodotti ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 2711. Rigward is-subtitli għal prodotti intiżi:
ara Noti Addizzjonali 5 u 6 għal dan il-kapitlu u n-Noti ta’ Spjega rilevanti. |
||||||||||||||||||||||||||||||||||
2712 |
Vażelina; xema’ bajda (tal-parafina), xema’ taż-żejt minerali (petroleum) mikrokristallina, xema’ slack, ożoċerita, xema’ lignite, xema’ tal-pît, xemgħat oħrajn minerali, u prodotti simili miksubin b’sintesi jew bi proċessi oħrajn, ikkuluriti jew le |
||||||||||||||||||||||||||||||||||
2712 10 10 u 2712 10 90 |
Vażelina Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 2712, parti (A). Ara ukoll id-dijagramma tan-Noti ta’ Spjega għal subtitli 2710 11 11 sa 2710 19 99, parti I. |
||||||||||||||||||||||||||||||||||
2712 10 10 |
Mhux raffinata Ara Nota Addizzjonali 3 għal dan il-kapitlu. |
||||||||||||||||||||||||||||||||||
2712 20 10 u 2712 20 90 |
Xema’ bajda (tal-parafina) li fiha anqas minn 0,75 % żejt bil-piż Dawn is-subtitli jkopru xema’ tal-parafina deskritta fin-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 2712, parti (B), l-ewwel u s-seba’ paragrafi. |
||||||||||||||||||||||||||||||||||
2712 90 11 u 2712 90 19 |
Ożoċerita, xema’ lignitejew xema’ tal-pît (prodotti naturali) Dawn is-subtitli jkopru l-prodotti deskritti fin-Nota ta’ Spjega SA għal titlu 2712, parti (B), tielet, raba’ u ħames paragrafi. Ożoċerita (xema’ naturali) rarament tkun negozjata fil-preżent (sorsi eżawsti u qliegħ finanzjarju fqir), fejn it-termini ożoċerita u ċeresin (ożoċerita raffinata) fil-prattika huma applikati b’mod ħażin għal xemgħat mikrokristallini ta’ subtitli 2712 90 31 sa 2712 90 99. |
||||||||||||||||||||||||||||||||||
2712 90 31 sa 2712 90 99 |
Oħrajn Dawn is-subtitli jkopru l-prodotti deskritti fin-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 2712, parti (B), tieni, sitt u seba’ paragrafi, ħlief paraffina sintetika ta’ subtitlu 2712 20 10 jew 2712 20 90. Dawn il-prodotti juru l-karatteristiċi li ġejjin:
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||
2712 90 31 sa 2712 90 39 |
Mhux raffinati Ara Nota Addizzjonali 4 għal dan il-kapitlu. Rigward is-subtitli għal prodotti intiżi:
ara Noti Addizzjonali 5 u 6 għal dan il-kapitlu u n-Noti ta’ Spjega rilevanti. |
||||||||||||||||||||||||||||||||||
2713 |
Kokk taż-żejt minerali (petroleum), qatran taż-żejt minerali (petroleum) u fdalijiet oħrajn ta’ żjut minerali (petroleum) jew ta’ żjut miksubin minn minerali bituminużi |
||||||||||||||||||||||||||||||||||
2713 11 00 u 2713 12 00 |
Kokk taż-żejt minerali (petroleum) Dawn is-subtitli jkopru kokk taż-żejt minerali kif deskritt fin-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 2713, paragrafu (A). |
||||||||||||||||||||||||||||||||||
2713 20 00 |
Qatran ta’ żejt minerali (petroleum) Dan is-subtitlu jkopri qatran ta’ żejt minerali kif deskritt fin-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 2713, paragrafu (B). Dan il-prodott juri l-karatteristiċi li ġejjin:
Ara ukoll id-dijagramma tan-Noti ta’ Spjega għal subtitli 2710 11 11 sa 2710 19 99, parti I. |
||||||||||||||||||||||||||||||||||
2713 90 10 u 2713 90 90 |
Fdalijiet oħrajn ta’ żejt minerali (petroleum) jew ta’ żjut miksubin minn minerali bituminużi Dawn is-subtitli jkopru l-prodotti deskritti fin-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 2713, parti (Ċ). Estratti aromatiċi ta’ dawn is-subtitli (ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 2713, parti (Ċ), paragrafu (1)) ġeneralment jilħqu l-ħtiġijiet li ġejjin:
Madanakollu, alkilbenżini mħalltin u alkilnaftalini mħalltin li jilħqu ukoll il-ħtiġijiet imsemmijin hawn fuq huma klassifikati f’titlu 3817. |
||||||||||||||||||||||||||||||||||
2715 00 00 |
Taħlitiet bituminużi bbażati fuq asfalt naturali, fuq qatran naturali, fuq qatran ta’ żejt minerali (petroleum), fuq żift minerali jew fuq qatran (tar pitch) minerali (per eżempju, gomom/siment bituminużi, “cut-backs”) Il-komposizzjoni ta’ taħlitiet bituminużi għal dan it-titlu tvarja skond l-użu intiż.
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
|
ANNESS A
METODU TA’ DETERMINAZZJONI TAL-KONTENUT TA’ KOSTITWENTI AROMATIĊI FI PRODOTTI B’PUNT TA’ DISTILLAZZJONI TAT-TMIEM LI JAQBEŻ 315 °Ċ
Prinċipju tal-metodu
Il-kampjun, imdewweb ġo pentan-n, jitħalla jgħaddi ġo kolonna tal-kromatografija speċjali b’ġell silika. L-idrokarbonji mhux aromatiċi, imneħħijin b’pentan-n, sussegwentement jinġabru u jkunu analizzati billi jkunu miżunin wara li s-solvent ikun evapora.
Apparat u reaġenti
Kolonna tal-kromatografija: dan huwa tubu tal-ħġieġ bil-qisien u bil-forma murijin fl-iskeċċ li hawn. Il-ftuħ ta’ fuq għandu jkun kapaċi li jkun issiġillat permezz ta’ ġoga tal-ħġieġ li għandha l-wiċċ mitħun ċatt tagħha magħfus kontra l-parti ta’ fuq tal-kolonna permezz ta’ żewġ klampi tal-metall miksijin fil-lastku. Is-siġill għandu jkun jiflaħ kompletament mingħajr telf pressa applikata ta’ nitroġenu jew arja.
Ġell silika: finezza ta’ 200 mesh jew aktar. Dan għandu jkun attivat għal seba’ siegħat f’forn miżmum f’170 °Ċ qabel l-użu u jiqiegħed f’dessikatur biex jiksaħ.
pentan-n: għallinqas 95 % pur, mingħajr irwejjaħ.
Metodu
Ippakkja l-kolonna tal-kromatografija bil-ġell silika attivat minn qabel, sa madwar 10 ċm mill-bozza tal-ħġieġ ta’ fuq, billi tross b’attenzjoni l-kontenut tal-kolonna permezz ta’ vibratur biex b’hekk ma jitħallewx kanali. Imbagħad daħħal tapp ta’ suf tal-ħġieġ fuq il-kolonna tal-ġell tas-silika.
Xarrab minn qabel il-ġell silika b’ 180 ml ta’ pentan-n u applika pressa ta’ arja jew nitroġenu minn fuq sakemm il-wiċċ ta’ fuq tal-likwidu jilħaq il-wiċċ tal-ġell silika.
Neħħi b’attenzjoni l-pressa ġol-kolonna u ferra’ fuqha madwar 3,6 g (miżunin b’mod eżatt) ta’ kampjun imdewweb f’ 10ml ta’ pentan-n, imbagħad laħlaħ il-beaker b’ 10 ml oħrajn ta’ pentan-n u ferra’ dan ukoll fuq il-kolonna.
Applika l-pressa progressiva waqt li tippermetti l-likwidu jimxi fi qtar mill-qiegħ tat-tubu kapillari tal-kolonna b’rata ta’ madwar 1 ml/min u iġbor dan il-likwidu fi flixkun ta’ 500 ml.
Meta l-livell tal-likwidu li fih is-sustanza li għandha tkun separata jaqa’ għall-wiċċ tal-ġell silika, neħħi b’attenzjoni il-pressa għal darba oħra u żid 230 ml ta’ pentan-n; erġa applika l-pressa immedjatament u naqqas il-livell tal-likwidu għall-wiċċ tal-ġell silika filwaqt li tiġbor l-eluate fl-istess flixkun bħal qabel.
Naqqas il-frazzjon miġbur għal volum żgħir permezz ta’ evaporazzjoni f’form vakwu f’35 °Ċ jew f’evaporatur vakwu li jdur jew apparat simili u mbagħad ittrasferiha mingħajr telf għal beaker miksi bil-qatran, billi tuża aktar pentan-n bħala solvent.
Evapora l-kontenut tal-beaker f’forn vakwu għal piż kostanti (W).
Il-perċentwal ta’ idrokarbonji mhux aromatiċi mill-piż (A) huwa mgħoti bil-formula li ġejja:
fejn W1 huwa l-piż tal-kampjun.
Id-differenza minn 100 hija l-perċentwal ta’ idrokarbonji aromatiċi assorbiti mill-ġell silika.
Preċizjoni tal-metodu
Għal repetizzjoni: ± 0,2 %.
Għal riproduzzjoni: ± 0,5 %.
ANNESS B
METODU TA’ DETERMINAZZJONI TAL-PUNT TA’ KRISTALLIZZAZZJONI TA’ NAFTALINA
Dewweb, waqt li ddawwar il-ħin kollu, madwar 100 g ta’ naftalina fi griġjol tal-purċellana b’kapaċita’ ta’ madwar 100 ċm3. Żid madwar 40 ċm3 tas-sustanza mdewba fi flixkun “Shukoff” imsaħħan minn qabel sakemm dan ikun tliet kwarti mimli. Daħħal termometru, b’marki ta’ għaxar frazzjonijiet għal kull grad, minn ġo tapp tas-sufra, billi tirranġa l-bozza tal-merkurju fiċ-ċentru tal-likwidu. Meta t-temperatura taqa’ kważi sal-punt ta’ kristallizzazzjoni tan-naftalina (madwar 83 °Ċ), ġiegħel kristallizzazzjoni permezz ta’ taħwid kontinwu. Malli kristalli jibdew jiffurmaw, il-kolonna tal-merkurju għandha ġeneralment tistabilizza u imbagħad terġa’ tibda taqa’. It-temperatura li fih il-merkurju jistabilizza u jibqa’ statiku għal ċertu ħin huwa nnutat u din it-temperatura titqies li hi l-punt ta’ kristallizzazzjoni tan-naftalina, wara korrezzjoni biex tippermetti għall-parti mill-kolonna tal-merkurju barra l-flixkun.
Għal termometru tal-merkurju, din il-korrezzjoni għandha tittieħed bħala:
fejn “n” huwa n-numru ta’ marki tal-kolonna tal-merkurju barra l-flixkun, “t” hija t-temperatura meħuda u “t’” it-temperatura medja tal-parti tal-kolonna tal-merkurju li qiegħda barra l-flixkun. “t’” tista’ tkun determinata bejn wieħed u ieħor permez ta’ termometru awżiljarju li l-bozza tiegħu qiegħda f’nofs it-tul tal-parti tal-kolonna li qiegħda barra l-flixkun. Termometru b’tubu kapillari jiżgura preċiżjoni għolja ħafna.
Il-flixkun “Shukoff” muri hawn taħt huwa kontenitur tal-ħġieġ b’ħitan doppji, fejn l-ispazju ta’ bejnhom huwa evakwat:
TAQSIMA VI
PRODOTTI TA’ L-INDUSTRIJA KIMIKA JEW DAWK RELATATI MAGĦHA
Ġenerali
Għall-interpretazzjoni ta’ Noti ta’ Taqsima 1, 2 u 3, ara n-Noti ta’ Spjega Ġenerali SA għal taqsima VI.
KAPITLU 28
KIMIĊI INORGANIĊI; KOMPOSTI ORGANIĊI JEW INORGANIĊI TA’ METALLI PREZZJUŻI, TA’ ELEMENTI KIMIĊI METALLIĊI RARI (RARE-EARTH METALS), TA’ ELEMENTI RADJOATTIVI JEW TA’ ISOTOPI
II. AĊTI INORGANIĊI U KOMPOSTI INORGANIĊI TA’ L-OSSIĠNU TA’ NON-METALLI |
|||||||||
2811 |
Aċti inorganiċi oħrajn u komposti inorganiċi oħrajn ta’ l-ossiġnu ta’ non-metalli |
||||||||
2811 19 10 sa 2811 19 80 |
Oħrajn Dawn is-subtitli jinkludu l-prodotti msemmijin f’Nota 4 għal dan il-kapitlu. |
||||||||
III. KOMPOSTI TA’ NON-METALLI TA’ ALOĠENU JEW TA’ KUBRIT |
|||||||||
2812 |
Alidi u ossidi ta’ l-alid ta’ non-metalli |
||||||||
2812 10 11 sa 2812 10 18 |
Tal-fosfru Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 2812, (A), (3), u (B), (4). |
||||||||
2812 10 91 sa 2812 10 99 |
Oħrajn Bħala żieda mal-prodotti mniżżlin fin-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 2812, (A) (ħlief 3) u (B) (ħlief 4), dawn is-subtitli jinkludu tellurju tetrakloridu (TeCl4), użat prinċipalment għal formazzjoni ta’ patina ma’ affarijiet magħmulin minn fidda. |
||||||||
IV. BAŻIJIET U OSSIDI, IDROSSIDI U PEROSSIDI INORGANIĊI TA’ METALLI |
|||||||||
|
Perossidi jitqiesu li jfissru biss komposti ta’ metall b’ossiġinu li l-molekula tiegħu — bħal fil-każ ta’ perossidu ta’ l-idroġenu — fih ir-rabta -O-O-. Ossidi, idrossidi jew perossidi ta’ metalli li m’humiex speċifikati fit-titli jew subtitli ta’ qabel f’dan is-subtitlu għandhom ikunu klassifikati f’subtitlu 2825 90 80. |
||||||||
2819 |
Ossidi u idrossidi tal-kromju |
||||||||
2819 10 00 |
Triossidu tal-kromju Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 2819, (A), (1). |
||||||||
2819 90 90 |
Oħrajn Dan is-subtitlu jkopri l-prodotti msemmijin fin-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 2819, (A), (2), u (B). |
||||||||
2824 |
Ossidi taċ-ċomb; ċomb aħmar u ċomb oranġjo |
||||||||
2824 90 10 |
Ċomb aħmar u ċomb oranġjo Dwar it-terminu “ċomb aħmar” u “ċomb oranġjo”, ara Noti ta’ Spjega SA għal titlu 2824, (2). |
||||||||
2825 |
Idrażin u idroksilamin u l-melħ inorganiku tagħhom; bażijiet oħrajn inorganiċi; ossidi, idrossidi u perossidi metalliċi oħrajn |
||||||||
2825 70 00 |
Ossidi u idrossidi tal-molibdenu Dan is-subtitlu ma jinkludix ossidu tal-molibdenu tekniku miksub sempliċiment bl-inkaljar ta’ konċentrati tal-molibdenu (subtitlu 2613 10 00). |
||||||||
V. MELĦ U MELĦ PEROSSIDU, TA’ AĊTI U METALLI INORGANIĊI |
|||||||||
2826 |
Fluworidi; fluworosilikati, fluworoaluminati u melħ fluworin kumpless ieħor |
||||||||
2826 19 10 |
Ta’ l-ammonju jew tas-sodju Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 2826, (A), (1) u (2). |
||||||||
2826 19 90 |
Oħrajn Bħala żieda mal-prodotti msemmijin fin-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 2826, (A), (4) sa (9), dan is-subtitlu jinkludi:
|
||||||||
2826 30 00 |
Eksafluworoaluminat tas-sodju (krijolit sintetiku) Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 2826, (Ċ), (1). |
||||||||
2826 90 80 |
Oħrajn Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 2826, (B), u (Ċ), (2) sa (5) bl-eċċezzjoni ta’ dipotassju eksafluworożirkonat li huwa speċifikament inkluż f’subtitlu 2826 90 10 |
||||||||
2833 |
Sulfati; allumi; perossosulfati (persulfati) |
||||||||
2833 29 30 |
Tal-kobalt; tat-titanju Dan is-subtitlu jinkludi:
|
||||||||
2835 |
Fosfinati (ippofosfiti), fosfonati (fosfiti) u fosfati; polifosfati, definiti kimikament jew le |
||||||||
2835 10 00 |
Fosfinati (ippofosfiti) u fosfonati (fosfiti) Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 2835, (A) u (B). |
||||||||
2835 22 00 sa 2835 29 90 |
Fosfati Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 2835, (Ċ), l-ewwel paragrafu, (I), u t-tieni paragrafu, (1), (a), (2), (a), (b) u (ċ), u (3) sa (8). Dawn is-subtitli ma jinkludux taħlitiet ta’ fosfati differenti (ġeneralment kapiltu 31 jew subtitlu 3824 90 97). |
||||||||
2835 31 00 u 2835 39 00 |
Polifosfati Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 2835, (Ċ), l-ewwel paragrafu, (II), (III) u (IV), u t-tieni paragrafu, (1), (b), u (2), (d) sa (g). |
||||||||
2835 39 00 |
Oħrajn Dan is-subtitlu jinkludi:
Dan is-subtitlu jinkludi wkoll polifosfati ta’ l-ammonja li għandhom grad ogħla ta’ polimerizzazzjoni, anki meta magħmulin minn serje simili ta’ polimeri (ġieli msejħin metafosfati ta’ l-ammonja). Dan huwa l-każ, pereżempju, għal melħ ta’ l-ammonja Kurrol (li m’għandux ikun imħallat ma’ melħ ta’ Kurro, li huwa metafosfat tas-sodju), polimeru linjari li għandu grad medju ta’ polimerizzazzjoni (diversi eluf sa għaxriet ta’ eluf ta’ gradi). Dan huwa trab abjad kristallin, li ma tantx idub fl-ilma, użat prinċipalment bħala aġent li jipproteġi kontra nirien. |
||||||||
2840 |
Borati; perossiborati (perborati) |
||||||||
2840 19 90 |
Oħrajn Dan is-subtitlu jinkludi tetraborat tad-disodju kristallizzat (ma’ 10H2O). |
||||||||
2840 20 10 |
Borati tas-sodju, anidri Dan is-subtitlu jinkludi pentaborat tas-sodju u metaborat tas-sodju. |
||||||||
2841 |
Melħ ta’ aċti oksometalliċi jew peroksometalliċi |
||||||||
2841 69 00 |
Oħrajn Manganiti huma l-melħ ta’ aċtu manganiku (H2MnO3). Dawn kważi ma jdubu xejn fl-ilma u huma faċilment idrolizzati. Dan is-subtitlu jinkludi manganit tar-ram (CuMnO3) li jintuża f’maskri tal-gass biex jossida monossidu tal-karbonju sa dijossidu tal-karbonju, u bis(idroġenmanganit) tar-ram (Cu(HMnO3)2), li huwa anki iżjed effettiv Bħala żieda mal-manganiti mniżżlin fin-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 2841, (3), (a), dan is-subtitlu jkopri wkoll manganiti li fihom manganit huwa pentavalenti, pereżempju, Na3MnO4·10H2O. |
||||||||
2842 |
Melħ ieħor ta’ aċti inorganiċi jew perossiaċidi (inklużi aluminosilikati kimikament definiti jew le), ħlief ażuri |
||||||||
2842 10 00 |
Silikati doppji jew kumplessi, inklużi aluminosilikati definiti kimikament jew le Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 2842, (II), tieni paragrafu, (L). |
||||||||
2842 90 10 |
Melħ, melħ doppju jew kumpless ta’ aċti tas-selenju jew tat-tellurju Bħala żieda mal-prodotti msemmijin fin-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 2842, (I), (C) u (D), u (II), tieni paragrafu, (D) u (E), u mas-selenosulfiti, selenosulfati u tiotellurati msemmijin fi (II), tieni paragrafu, (Ċ), (3), dan is-subtitlu jinkludi;
|
||||||||
VI. MIXXELLANJI |
|||||||||
2844 |
Elementi kimiċi radjuattivi u isotopi radjuattivi (inklużi l-elementi u l-isotopi kimiċi fissili jew fertili) u l-komposti tagħhom; taħlit u fdal li fihom dawn il-prodotti Ara Nota 6 għal dan il-kapitlu. |
||||||||
2844 10 10 sa 2844 10 90 |
Uranju naturali u l-komposti tiegħu; ligi, tixrid (inklużi ċermiti), prodotti u taħlit taċ-ċeramika li fihom uranju naturali jew komposti naturali ta’ l-uranju Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 2844, (IV), (A), (1), (B), (1), u (Ċ), (1) sa (3). |
||||||||
2844 20 25 sa 2844 20 99 |
Uranju arrikkit f’U 235 u l-komposti tiegħu; plutonju u l-komposti tiegħu; ligi, tixrid (inklużi ċermiti), prodotti u taħlit taċ-ċeramika li fihom uranju arrikkit f’U 235, plutonju jew komposti ta’ dawn il-prodotti Uranju arrikkit f’isotop 235 huwa nnegozjat taħt id-deskrizzjonijiet “uranju daqsxejn arrikkit” (li fih sa 20 % U 235) u “uranju arrikkit ħafna” (li fih iżjed minn 20 % U 235). Għal plutonju u l-komposti tiegħu ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 2844, (IV), (A), (3), (B), (2), u (Ċ), (1) u (3). |
||||||||
2844 30 11 u 2844 30 19 |
Uranju imbattal f’U 235 u l-komposti tiegħu; torju u l-komposti tiegħu; ligi, tixrid (inklużi ċermiti), prodotti u taħlit taċ-ċeramika li fihom uranju imbattal f’U 235, torju jew komposti ta’ dawn il-prodotti Uranju imbattal f’U 235 huwa prodott żejjed fil-produzzjoni ta’ uranju arrikkit f’U 235. Minħabba l-prezz ħafna irħas tiegħu u l-kwantitajiet kbar li jeżistu, dan jibdel uranju naturali, speċjalment bħala materjal fertili, bħala skrin protettiv kontra radjazzjonijiet, bħala metall tqil għall-manifattura ta’ volanti (fly wheels) jew għall-preparazzjoni ta’ komposti li jassorbu (getters) użati għall-purifikazzjoni ta’ ċertu gassijiet. |
||||||||
2844 30 51 sa 2844 30 69 |
Torju; ligi, tixrid (inklużi ċermiti), prodotti u taħlit taċ-ċeramika li fihom torju jew komposti ta’ dan il-prodott Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 2844, (IV), partikolarment (A), (2), u (B), (3). |
||||||||
2844 30 91 u 2844 30 99 |
Komposti ta’ uranju imbattal f’U 235 jew ta’ torju, imħallat flimkien jew le Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 2844, (IV), (B), (1) u (3). |
||||||||
2844 40 10 sa 2844 40 80 |
Elementi u isotopi u komposti radjuattivi ħlief dawk ta’ subtitlu 2844 10, 2844 20 jew 2844 30; ligi, tixrid (inklużi ċermiti), prodotti u taħlit taċ-ċeramika li fihom dawn l-elementi, isotopi jew komposti; fdal radjuattiv Għad-definizzjoni tat-terminu “isotopi”, ara l-aħħar sentenza ta’ Nota 6 għal dan il-kapitlu u n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 2844, (I). Għall-prodotti l-oħra msemmijin f’dawn is-subtitli, ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 2844, (III). |
||||||||
2844 50 00 |
Elementi karburanti (skrataċ) użati (irradjati) ta’ reatturi nukleari (Euratom) Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 2844, (IV), (Ċ), (4). |
||||||||
2845 |
Isotopi ħlief dawk ta’ titlu 2844; komposti, inorganiċi jew organiċi, definiti kimikament jew le Għad-definizzjoni tat-terminu “isotopi”, ara l-aħħar sentenza ta’ Nota 6 għal dan il-kapitlu u n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 2844, (I). |
||||||||
2845 10 00 |
Ilma tqil (ossidu tad-dewterju) (Euratom) Dan is-subtitlu jkopri ilma tqil (jew ossidu tad-dewterju) li jixbaħ ilma ordinarju fl-apparenza u għandu l-istess proprjetajiet kimiċi; il-proprjetajiet fiżiċi, mill-banda l-oħra, huma daqsxejn differenti. Ilma tqil jintuża bħala sors ta’ dewterju u jintuża, f’reatturi nukleari, biex inaqqas il-veloċita’ tan-newtroni li jaqsmu l-atomi ta’ l-uranju. |
||||||||
2845 90 10 |
Dewterju u komposti tiegħu; idroġenu u komposti tiegħu, arrikkiti fid-dewterju; taħlit u soluzzjonijiet li fihom dawn il-prodotti ( Euratom ) Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 2845, tielet paragrafu, (1) u (3). Dan is-subtitlu jkopri wkoll komposti organiċi jew inorganiċi idroġenati oħra li fihom l-idroġenu kien mibdul parzjalment jew kompletament mid-dewterju. L-iktar importanti huwa dewterid tal-litju, ammonja dewterata, sulfid ta’ l-idroġenu dewterat, benżin dewterat, bifenil dewterat u terfenili dewterati. Dawn il-prodotti jintużaw fl-industrija nukleari biex inaqqsu l-veloċita’ tan-newtroni (moderaturi), bħala intermedji fil-produzzjoni ta’ ilma tqil, jew fi studji fuq ir-reazzjoni ta’ fużjoni termonukleari. Dawn il-komposti għandhom ukoll applikazzjonijiet importanti f’analiżi u sinteżi organiċi. |
||||||||
2845 90 90 |
Oħrajn Dan is-subtitlu jinkludi l-isotopi u l-komposti li ġejjin:
Dawn huma użati f’riċerka xjentifika u fl-industrija nukleari. |
||||||||
2846 |
Komposti, inorganiċi jew organiċi, ta’ elementi kimiċi metalliċi rari (rare-earth metals), ta’ ittirju jew ta’ skandju jew ta’ taħlitiet ta’ dawn il-metalli |
||||||||
2846 10 00 |
Komposti taċ-ċerju Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 2846, tielet paragrafu, (1). |
||||||||
2846 90 00 |
Oħrajn Dan is-subtitlu jinkludi komposti ta’ metalli tas-serje rare earth, imsejħin lantanidi (minħabba li lantanu huwa l-ewwel element), li jinkludu l-ossidi ta’ ewropjum, gadolinju, samarju u terbju (terbite), li jintużaw bħala sustanzi li jassorbu n-newtroni fil-kontroll jew vireg ta’ sigurta’ ta’ reatturi nukleari u f’tubi ta’ televiżjonijiet tal-kulur. Ara ukoll in-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 2846, tielet paragrafu, (2). |
KAPITLU 29
KIMIĊI ORGANIĊI
Ġenerali
L-ittri (INN) wara isem li jidher fin-Nomenklatura Magħquda u fin-Noti ta’ Spjega qegħdin hemm biex jindikaw li l-isem huwa inkluż fil-lista ta’ ismijiet mhux proprjetarji Internazzjonali għal sustanzi farmaċewtiċi ppublikati mill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa.
L-ittri (INNM) jindikaw li l-isem kien aċċettat mill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa bħala “isem mhux proprjetarju Internazzjonali (modifikat)”.
L-ittri (ISO) jindikaw li l-isem jidher bħala wieħed mill-“ismijiet komuni għal kimiċi għall-kontroll ta’ pesti u regolaturi għat-tkabbir ta’ pjanti” fir-rakkomandazzjoni R 1750 ta’ l-Organizzazzjoni Internazzjonali għal Standardizzazzjoni.
Sistema magħquda hija waħda li fiha hemm għallinqas żewġ ċrieki li għandhom rabta komuni waħda, u waħda biss, u għandhom żewġ atomi komuni, u tnejn biss.
Nota 1 (a) |
Ara n-Noti ta’ Spjega Ġenerali SA għal dan il-kapitlu, (A), l-ewwel erba’ paragrafi. Dan il-kapitlu jinkludi:
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Nota 1 (b) |
Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal dan il-kapitlu, (A), l-aħħar paragrafu. |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Nota 1 (d) |
Is-soluzzjonijiet bl-ilma permessi huma dawk biss li huma soluzzjonijiet ta’ veru, anki jekk minħabba n-nuqqas ta’ ilma s-sustanza tkun imdewba biss parzjalment. |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Nota 1 (f) |
Rigward iż-żieda ta’ stabilizzatur, aġent kontra t-trab, aġent li jagħti l-kulur jew sustanzi li jagħtu riħa, ara n-Noti ta’ Spjega Ġenerali SA għal dan il-kapitlu, (A), paragrafu ta’ qabel ta’ l-aħħar. |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Nota 1 (g) |
Rigward iż-żieda ta’ stabilizzatur, aġent kontra t-trab, aġent li jagħti l-kulur jew sustanzi li jagħtu riħa, ara n-Noti ta’ Spjega Ġenerali SA għal dan il-kapitlu, (A), paragrafu ta’ qabel ta’ l-aħħar. |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Nota 5 |
Il-provvedimenti ta’ din in-Nota japplikaw biss għall-klassifikazzjoni, bħal bejn titli, tal-prodotti li dawn jikkonċernaw (ara n-Noti ta’ Spjega Ġenerali SA għal dan il-kapitlu, (G)). Għal klassifikazzjoni bħal bejn is-subtitli f’titlu, il-provvedimenti tan-Nota ta’ Subtitlu 1 għal dan il-kapitlu għandhom ikunu applikati. |
I. IDROKARBONI U D-DERIVATTIVI ALOĠENATI, SULFONATI, NITRATI JEW NITROSATI TAGĦHOM |
|||||||||||||
2902 |
Idrokarboni ċikliċi |
||||||||||||
2902 19 80 |
Oħrajn Dan is-subtitlu jinkludi: ażulin (biċiklo[5,3,0]dekapentan) u d-derivattivi alkili tiegħu bħal pereżempju, kamażulin (7-etile-1,4-dimetilażulin), gwajażulin (7-isopropil-1,4-dimetilażulin), vetiverażulin (2-isopropil-4,8-dimetilażulin). |
||||||||||||
2902 90 10 |
Naftalina u antraċene Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 2902, parti (Ċ), (III), (a) u (ċ). |
||||||||||||
2902 90 30 |
Bifenil u terfenili Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 2902, parti (Ċ), (II), (a) u (d). |
||||||||||||
2903 |
Derivattivi aloġenati ta’ idrokarboni |
||||||||||||
2903 39 90 |
Fluworidi u joduri Dan is-subtitlu jinkludi: 1,1-difluworoetilina, tetrafluworidu tal-karbonju (tetrafluworometan), tetrafluworoetilina, trifluworoetilina, trifluworometan. |
||||||||||||
2903 51 00 |
1,2,3,4,5,6-Eksakloroċikloeksan (HCH (ISO)), inkluż il-lindanu (ISO, INN) Dan is-subtitlu jinkludi lindan (ISO, INN). Lindan huwa l-gammaisomeru ta’ eksakloroċikloeksan (HCH (ISO)) b’purita’ ta’ 99 % jew aktar. Dan il-gammaisomeru biss ta’ HCH għandu proprjetajiet insettiċidi. Lindan jintuża f’agrikoltura u għat-trattament ta’ injam. |
||||||||||||
II. ALKOĦOLI U D-DERIVATTIVI ALOĠENATI, SULFONATI, NITRATI JEW NITROSATI TAGĦHOM |
|||||||||||||
2905 |
Alkoħoli aċikliċi u d-derivattivi aloġenati, sulfonati, nitrati jew nitrosati tagħhom |
||||||||||||
2905 14 90 |
Oħrajn Dan is-subtitlu jkopri biss alkoħoli: sekbutil (butan-2-ol) u isobutil (2-metilpropan-1-ol) |
||||||||||||
2905 19 00 |
Oħrajn Dan is-subtitlu jkopru biss l-pentanol (alkoħol amiliku) ta’ dan li ġej.: n-amil (pentan-1-ol), sekamil (pentan-2-ol), tertamil (2-metilbutan-2-ol, idrat amilene), isoamil (3-metilbutan-1-ol), sekisolamil (3-metilbutan-2-ol), 2-metilbutan-1-ol, neopentil (neoamil, 2,2-dimetilpropan-1-ol), pentan-3-ol. |
||||||||||||
2905 44 11 sa 2905 44 99 |
D-gluċitol (sorbitol) Dawn is-subtitli jkopri biss D-gluċitol (sorbitol) li jaqbel mal-provvedimenti ta’ Nota 1 għal dan il-kapitlu. Forom ta’ D-gluċitol (sorbitol) li ma jaqblux, huma klassifikati f’subtitli 3824 60 11 sa 3824 60 99. |
||||||||||||
2906 |
Alkoħoli ċikliċi u d-derivattivi aloġenati, sulfonati, nitrati jew nitrosati tagħhom |
||||||||||||
2906 11 00 |
Mentol Dan is-subtitlu jkopri biss: (–)-paramentol-3 ((–)-trans-1,2-ċis-1,5-isopropil-2-metil-5-ċikloeksanol), (±)-paramentol-3, u (+)-paramentol-3. Is-subtitlu ma jinkludix neomentol, isomentol jew neoisomentol (subtitlu 2906 19 00). |
||||||||||||
VI. KOMPOSTI FUNZJONI-KETON U KOMPOSTI FUNZJONI-KINONE |
|||||||||||||
2914 |
Ketoni u kinoni, b’funzjoni ossiġnu jew le, u d-derivattivi aloġenati, sulfonati, nitrati jew nitrosati tagħhom |
||||||||||||
2914 50 00 |
Fenoli-keton u ketoni b’funzjoni oħra t’ossiġnu Għall-għanijiet ta’ dan is-subtitlu, “funzjoni ossiġina oħra” tfisser kwalunkwe mill-funzjonijiet ossiġini speċifikati fit-titli ta’ qabel ta’ dan il-kapitlu ħlief tal-funzjonijiet ta’ l-alkoħol, l-aldeide u l-fenol |
||||||||||||
2914 61 00 sa 2914 69 90 |
Kinoni Dawn is-subtitli jkopru l-prodotti msemmijin fin-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 2914, partijiet (E) u (F). Għall-għanijiet ta’ dawn is-subtitli, “kinoni” għandha tinftiehem f’sens iktar wiesa, jiġifieri, “kinoni kemm jekk b’funzjoni ossiġina oħra jew le”; dawn konsegwentement ikopru kinoni mingħajr funzjoni ossiġena (ħlief għall-funzjoni kinone), kinone-alkoħoli, kinone-fenoli, kinone aldeidi, u kinoni b’funzjonijiet ossiġini oħrajn (ħlief dawn imsemmijin hawn fuq). |
||||||||||||
VII. AĊTI KARBOKSILIĊI U L-ANIDRIDI TAGĦHOM, ALIDI, PEROSSIDI U PEROSSIAĊTI U D-DERIVATTIVI ALOĠENATI, SULFONATI, NITRATI JEW NITROSATI TAGĦHOM |
|||||||||||||
2915 |
Aċti aċikliċi monokarboksiliċi saturati u l-anidridi tagħhom, alidi, perossidi u peroksi aċti; id-derivattivi aloġenati, sulfonati, nitrati jew nitrosati tagħhom Rigward il-kriterji għall-purita’ għal aċti xaħmin u għad-derivattivi tagħhom, ara n-Noti ta’ Spjega Ġenerali għal dan il-kapitlu, Nota 1 (a), oġġetti 13 u 20. |
||||||||||||
2916 |
Aċti aċikliċi monokarboksiliċi mhux saturati, l-anidridi tagħhom, alidi, perossidi u peroksiaċti; id-derivattivi aloġenati, sulfonati, nitrati jew nitrosati tagħhom Rigward il-kriterji għall-purita’ għal aċti xaħmin u għad-derivattivi tagħhom, ara n-Noti ta’ Spjega Ġenerali għal dan il-kapitlu, Nota 1 (a), oġġetti 13, 14 u 20. |
||||||||||||
VIII. ESTERI TA’ AĊTI INORGANIĊI TA’ NON-METALLI U L-MELĦ TAGĦHOM, U D-DERIVATTIVI ALOĠENATI, SULFONATI, NITRATI JEW NITROSATI TAGĦHOM |
|||||||||||||
2919 |
Esteri fosforiċi u l-melħ tagħhom, inklużi lattofosfati; id-derivattivi aloġenati, sulfonati, nitrati jew nitrosati tagħhom |
||||||||||||
2919 90 10 |
Fosfati tributiliċi, fosfat trifeniliku, fosfati tritoliliċi, fosfati triksililiċi, u fosfat ta’ tris(2-kloroetiliku) Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 2919, tieni paragrafu, (3) sa (6). Hemm biss żewġ tipi ta’ fosfati ta’ tributil, li huma fosfat ta’ tri-n-butil u fosfat ta’ triisobutil, u biss tliet fosfati ta’ tritolil u fosfati triksilil, li huma l-orto-, meta- u para-isomeri. |
||||||||||||
2919 90 90 |
Oħrajn Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 2919, tieni paragrafu, (1), (2), (7) u (8). Dan is-subtitlu jinkludi aċtu α- u β-gliċerofosforiku u l-melħ tagħhom, li huma α- u β-gliċerofosforiċi kif ukoll tris(2-metoksifenil) fosfat (fosfat tal-gwajkol). |
||||||||||||
IX. KOMPOSTI FUNZJONI-NITROĠENU |
|||||||||||||
2921 |
Komposti funzjoni-amina |
||||||||||||
2921 42 90 |
Oħrajn Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal subtitli 2921 42 sa 2921 49. |
||||||||||||
2921 43 00 |
Tolwidini u d-derivattivi tagħhom; melħ tagħhom Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal subtitli 2921 42 sa 2921 49. |
||||||||||||
2921 44 00 |
Difenilamina u d-derivattivi tagħha; melħ tagħha Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal subtitli 2921 42 sa 2921 49. |
||||||||||||
2921 45 00 |
1-Naftilamina (α-naftilamina), 2-naftilamina (β-naftilamina) u d-derivattivi tagħhom; melħ tagħhom Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal subtitli 2921 42 sa 2921 49. |
||||||||||||
2921 49 10 |
Eksilidini u d-derivattivi tagħhom; melħ tagħhom Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal subtitli 2921 42 sa 2921 49. |
||||||||||||
2923 |
Melħ u idrossidi ta’ ammonju kwaternarju; leċitini u fosfoaminolipidi oħrajn, kimikament definiti jew le |
||||||||||||
2923 20 00 |
Leċitini u fosfoaminolipidi oħrajn Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 2923, raba’ paragrafu, (2). Il-fosfoaminolipidi l-oħra ta’ dan il-kapitlu huma esteri (fosfatidi) simili għal leċitini. Dawn jinkludu ċefalin, il-bażijiet organiċi nitroġenużi fosthom colamine u serine, u sphingomyelin, il-bażijiet nitroġenużi fosthom kolin u sphingosine. |
||||||||||||
2925 |
Komposti funzjoni-karboksimida (inkluża sakkarina u l-melħ tagħha) u komposti funzjoni-imine |
||||||||||||
2925 11 00 |
Sakkarina u l-melħ tagħha Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 2925, (A), l-ewwel paragrafu, (1). |
||||||||||||
X. KOMPOSTI ORGANO-INORGANIĊI, KOMPOSTI ETEROĊIKLIĊI, AĊTI NUKLEJKI U L-MELĦ TAGĦHOM, U SULFONAMIDI |
|||||||||||||
2930 |
Komposti organo-sulfuriċi Komposti organo-sulfuriċi kif definiti f’Nota 6 għal dan il-kapitlu għandhom ikunu klassifikati f’dan it-titlu, kemm jekk fihom sustanzi mhux metalli jew metalli direttament magħqudin ma’ atomi tal-karbonju jew le. |
||||||||||||
2932 |
Komposti eteroċikliċi b’etero-atomu(i) ta’ ossiġnu biss |
||||||||||||
2932 29 10 sa 2932 29 85 |
Lattoni oħrajn Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal subtitlu 2932 29. Ara ukoll in-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 2932, l-ewwel paragrafu, (B), (d) sa (v). |
||||||||||||
2933 |
Komposti eteroċikliċi b’etero-atomu(i) ta’ nitroġenu biss |
||||||||||||
2933 11 10 u 2933 11 90 |
Fenażon (antipirin) u d-derivattivi tiegħu Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal subtitli 2933 11, 2933 21 u 2933 54. |
||||||||||||
2933 21 00 |
Idantojn u d-derivattivi tiegħu Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal subtitli 2933 11, 2933 21 u 2933 54. |
||||||||||||
2933 52 00 |
Malonilureja (aċtu barbituriku) u l-melħ tiegħu Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal subtitli 2933 11, 2933 21 u 2933 54. |
||||||||||||
2933 54 00 |
Derivattivi oħrajn ta’ malonilureja (aċtu barbituriku); melħ tagħhom Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal subtitli 2933 11, 2933 21 u 2933 54. |
||||||||||||
2933 79 00 |
Lattami oħrajn Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal subtitlu 2933 79. Ara ukoll in-Noti ta’ Spjega SA għat-titlu 2933, l-ewwel paragrafu, (G), (2) sa (7). |
||||||||||||
XI. PROVITAMINI, VITAMINI U ORMONI |
|||||||||||||
2936 |
Provitamini u vitamini, naturali jew riprodotti b’sintesi (inklużi konċentrati naturali), derivattivi tagħhom użati primarjament bħala vitamini, u taħlit flimkien ta’ dawn li ssemmew fuq, f’xi solvent jew le Il-prodotti ta’ dan it-titlu jistgħu jkunu:
Klassifikazzjoni f’dan it-titlu m’hijiex affettwata biż-żieda ta’ aġenti li jagħmlu materjal aktar plastiku jew biex dan ma jitfarrakx. Adsorbenti ta’ bdil ta’ jone huma madanakollu esklużi minn dan it-titlu u huma klassifikati skond il-komposizzjoni u l-użu tagħhom. |
||||||||||||
2936 90 80 |
Oħrajn Dan is-subtitlu jkopri biss it-taħlit flimkien, f’solvent jew le. Ara ukoll in-Noti ta’ Spjega SA għal subtitlu 2936 90. |
||||||||||||
2937 |
Ormoni, prostaglandini, tromboksani u lewkotrieni, naturali jew riprodotti b’sintesi; derivattivi u analogi strutturali tagħhom, inklużi polipeptidi b’katina modifikata, użati primarjament bħala ormoni Ara Nota 8 għal dan il-kapitlu għad-definizzjoni tat-terminu “ormoni” u ta’ l-espressjoni “użati primarjament bħala ormoni”. Dan it-titlu jkopri biss prodotti li jissodisfaw il-kriterji stipulati fin-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 2937, l-ewwel paragrafu, (I) sa (VI), u t-tieni paragrafu. |
||||||||||||
2937 11 00 |
Somatropin, id-derivattivi u l-analogi strutturali tiegħu Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 2937, lista ta’ prodotti li għandhom ikunu klassifikati bħala prodotti ta’ titlu 2937, (A), (1). |
||||||||||||
2937 12 00 |
Insulina u l-melħ tagħha Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 2937, lista ta’ prodotti li għandhom ikunu klassifikati bħala prodotti ta’ titlu 2937, (A), (2). |
||||||||||||
2937 19 00 |
Oħrajn Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 2937, lista ta’ prodotti li għandhom ikunu klassifikati bħala prodotti ta’ titlu 2937, (A), (3) sa (20). |
||||||||||||
2937 21 00 sa 2937 29 00 |
Ormoni sterojdali, id-derivattivi u l-analogi strutturali tagħhom Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 2937, lista ta’ prodotti li għandhom ikunu klassifikati bħala prodotti ta’ titlu 2937, (B). Ara ukoll, in-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 2937, il-“Lista ta’ sterojdi użati primarjament għall-funzjoni ormonali tagħhom” rigward is-sustanzi mniżżlin bħala “kortikosterojdi”. |
||||||||||||
2937 21 00 |
Kortison, idrokortison, prednison (deidrokortison) u prednisolon (deidroidrokortison) Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 2937, lista ta’ prodotti li għandhom ikunu klassifikati bħala prodotti ta’ titlu 2937, (B), (1), (a), (b), (ċ) u (d). |
||||||||||||
2937 22 00 |
Derivattivi aloġenati ta’ ormoni kortikosterojdali Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 2937, lista ta’ prodotti li għandhom ikunu klassifikati bħala prodotti ta’ titlu 2937, (B), (2). |
||||||||||||
2937 23 00 |
Estroġeni u proġestoġeni Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 2937, lista ta’ prodotti li għandhom ikunu klassifikati bħala prodotti ta’ titlu 2937, (B), (3). Ara wkoll, in-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 2937, il-“Lista ta’ sterojdi użati primarjament għall-funzjoni ormonali tagħhom” rigward is-sustanzi mniżżlin bħala “estroġen” jew “proġestoġen”. |
||||||||||||
2937 29 00 |
Oħrajn Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 2937, lista ta’ prodotti li għandhom ikunu klassifikati bħala prodotti ta’ titlu 2937, (B), (1), (e) u (f), u (B), (4). |
||||||||||||
2937 31 00 u 2937 39 00 |
Ormoni katekolamini, id-derivattivi u l-analogi strutturali tagħhom Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 2937, lista ta’ prodotti li għandhom ikunu klassifikati bħala prodotti ta’ titlu 2937, (Ċ). |
||||||||||||
2937 40 00 |
Derivattivi ta’ amino-aċtu Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 2937, lista ta’ prodotti li għandhom ikunu klassifikati bħala prodotti ta’ titlu 2937, (D). |
||||||||||||
2937 50 00 |
Prostaglandini, tromboksani u lewkotrieni, id-derivattivi u analogi strutturali tagħhom Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 2937, lista ta’ prodotti li għandhom ikunu klassifikati bħala prodotti ta’ titlu 2937, (E). |
||||||||||||
2937 90 00 |
Oħrajn Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 2937, lista ta’ prodotti li għandhom ikunu klassifikati bħala prodotti ta’ titlu 2937, (F). |
||||||||||||
XII. GLIKOSSIDI U ALKALOJDI VEĠETALI, NATURALI JEW RIPRODOTTI B’SINTESI, U L-MELĦ, ETERI, ESTERI U DERIVATTIVI OĦRAJN TAGĦHOM |
|||||||||||||
2938 |
Glikossidi, naturali jew riprodotti b’sintesi, u l-melħ, eteri, esteri u derivattivi oħrajn tagħhom Glikossidi ta’ dan it-titlu huma magħmulin minn parti taz-zokkor u parti mhux taz-zokkor (aglikonu). Dawn il-partijiet huma magħqudin flimkien permezz ta’ l-atoma tal-karbonju anomerika taz-zokkor. Għalhekk, prodotti bħal vaccinin u hamamelitannin ta’ titlu 2940 ma jitqisux bħala glikossidi. L-iżjed glikossidi li jseħħu fin-natura komuni huma l-O-glikossidi. Madanakollu, iseħħu wkoll fin-natura N-glikossidi, S-glikossidi u C-glikossidi, li fihom il-karbonju anomeriku taz-zokkor huwa magħqud ma’ l-aglikonu permezz ta’ atoma tan-nitroġenu, atoma tal-kubrit jew atoma tal-karbonju (eż., sinigrin, aloin, scoparin). Il-prodotti li ġejjin huma esklużi minn dan it-titlu:
|
||||||||||||
2938 90 10 |
Glikossidi digitalis Bħala żieda mal-komposti msemmijin fin-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 2938, tielet paragrafu, (2), dan is-subtitlu jinkludi:
|
||||||||||||
2938 90 90 |
Oħrajn Dan is-subtitlu jinkludi l-komposti msemmijin fin-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 2938, tielet paragrafu, (4) sa (9), u l-aħħar żewġ paragrafi. |
||||||||||||
2939 |
Alkalojdi veġetali, naturali jew riprodotti b’sintesi, u l-melħ, eteri, esteri u derivattivi oħrajn tagħhom |
||||||||||||
2939 69 00 |
Oħrajn Dan is-subtitlu jinkludi l-alkalojdi ta’ ergotina tas-segala: ergosina u ergosinina; ergokristina u ergokristinina; ergokriptina u ergokriptinina; ergokornina u ergokorninina; ergobasina u ergobasinina, u d-derivattivi tagħhom. eż., diidroergotimina, didroergotoksina, metilergobasina. |
||||||||||||
XIII. KOMPOSTI ORGANIĊI OĦRAJN |
|||||||||||||
2941 |
Antibijotiċi |
||||||||||||
2941 10 10 sa 2941 10 90 |
Peniċillini u d-derivattivi tagħhom bi struttura ta’ aċtu peniċillaniku; melħ tagħhom Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal subtitlu 2941 10. Uħud mill-eżempji ta’ peniċillini huma: sodju tal-beżilpeniċillina (sodju tal-penaċetilpenina), sodju ta’ l-amilpeniċillina (sodju n-carboxyhexenylpenine), peniċillini biosintetiċi u l-peniċillina b’rilaxx mantnut bħal peniċillina procaine u dipeniċillina benżatin. |
||||||||||||
2941 20 30 u 2941 20 80 |
Streptomiċini u d-derivattivi tagħhom; melħ tagħhom Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal subtitlu 2941 20. Bħala żieda ma’ streptomiċini, dawn is-subtitli jinkludu mannosidosterptomiċina u l-melħ ta’ dawn il-prodotti kollha, eż., is-sulfati u l-pantotenati tagħhom. |
||||||||||||
2941 30 00 |
Tetraċiklini u d-derivattivi tagħhom; melħ tagħhom Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal subtitlu 2941 30. Dan is-subtitlu jinkludi idrokloridi oksitetraċiklini u tetraċiklini. |
||||||||||||
2941 40 00 |
Kloramfenikol u d-derivattivi tiegħu; melħ tiegħu Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal subtitlu 2941 40. |
||||||||||||
2941 50 00 |
Eritromiċina u d-derivattivi tagħha; melħ tagħha Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal subtitlu 2941 50. Il-melħ ta’ eritromiċina jinkludi l-idrokloridu, sulfat, ċitrat, palmitat, sterat u glukoeptonat; bi kloridi aċti dan jagħti l-esteri korrispondenti, u l-anidridi aċti dan jifforma monoesteri bħal glutarat, maleat u phthalate. |
KAPITLU 30
PRODOTTI FARMAĊEWTIĊI
Ġenerali
Id-deskrizzjoni ta’ prodott bħala medikament f’leġislazzjoni tal-Komunità (ħlief dak relatat speċifikament għal klassifikazzjoni fin-Nomenklatura Magħquda) jew fil-leġiżlazzjoni nazzjonali tal-Pajjiżi Membri, jew fi kwalunkwe farmakopoeia oħra, m’hijiex il-fattur li jiddeċiedi sa fejn hija kkonċernata l-klassifikazzjoni f’dan il-kapitlu.
Nota Addizzjonali 1 |
|
3001 |
Glandoli u organi oħrajn għal użi organo-terapewtiċi, imnixxfin, magħmulin trab jew le; estratti ta’ glandoli jew organi oħrajn jew tat-tnixxijiet tagħhom għal użi organo-terapewtiċi; ħeparina u l-melħ tagħha; sustanzi oħrajn umani jew annimali ppreparati għal użi terapewtiċi jew profilattiċi, li mhumiex speċifikati jew inklużi band’oħra |
3001 20 90 |
Oħrajn Dan is-subtitlu jinkludi fatturi intrisiċi (estratti purifikati mnixxfin ta’ membrani mukużi tal-ħnieżer). |
3001 90 20 sa 3001 90 98 |
Oħrajn Bħala żieda l-glandoli u organi msemmijin fin-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 3001, (A), dawn is-subtitli jinkludu l-hypophysis, il-kapsuli li qegħdin fuq il-kliewi u l-glandola tirojde. |
3001 90 91 |
Ħeparina u l-melħ tagħha Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 3001, (Ċ). |
3002 |
Demm uman; demm ta’ annimali ppreparat għal użi terapewtiċi, profilattiċi jew dijanjostiċi; antisera u frazzjonijiet oħrajn tad-demm u prodotti immunoloġiċi modifikati, miksubin permezz ta’ proċessi bioteknoloġiċi jew le; vaċċini, tossini, kolturi ta’ mikro-organiżmi (ħlief ħmira) u prodotti simili |
3002 10 10 |
Antisera Dan is-subtitlu jkopri l-prodotti deskritti fin-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 3002, (Ċ), (1), tielet paragrafu. Dan ma jinkludix sera użati bħala reaġenti biex ikunu determinati gruppi tad-demm jew fatturi tad-demm (titlu 3006) jew sera“normali” (subtitlu 3002 10 95 jew 3002 10 99). |
3002 10 91 |
Emoglobina, globulini tad-demm u globulini tas-serum Dan is-subtitlu jinkludi immunogobulina normali tal-bnedmin. |
3002 10 95 u 3002 10 99 |
Oħrajn Dawn is-subtitli jinkludu sera“normali”, plażma, fibrinoġena, fibrina u, sakemm dan kien preparat għal użi terapewtiċi jew profilattiċi, albumina tad-demm (eż., miksub mit-tqassim tal-plażma ta’ demm uman). Albumin tad-demm mhux preparat għal użi terapewtiċi jew profilattiċi huma għalhekk esklużi (Nota 1 (g) għal dan il-kapitlu) (titlu 3502). |
3002 20 00 |
Vaċċini għal mediċina umana Għall-interpretazzjoni tat-terminu “vaċċini”, ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 3002, (D), (1). |
3002 30 00 |
Vaċċini għal mediċina veterinarja Ara n-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 3002 20 00. |
3002 90 50 |
Kolturi ta’ mikroorganiżmi Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 3002, (D), (3). |
3002 90 90 |
Oħrajn Dan is-subtitlu jinkludi tossini u, sakemm dawn huma “prodotti simili”, il-parassiti simbjotiċi użati għat-trattament ta’ ċertu mard, bħal Plasmodium (il-parassita tal-malarja) u Trypanosoma cruzi. |
3003 |
Medikamenti (ħlief oġġetti ta’ titlu 3002, 3005 jew 3006) li jikkonsistu f’żewġ kostitwenti jew aktar li tħalltu flimkien għal użi terapewtiċi jew profilattiċi, mhux ippreżentati f’dożi meqjusin jew f’forom jew f’pakki għal bejgħ bl-imnut |
3003 10 00 |
Li fihom peniċillini jew derivattivi tagħhom, bi struttura ta’ aċtu peniċillaniku, jew streptomiċini jew derivattivi tagħhom Dan is-subtitlu jinkludi wkoll taħlit ta’ peniċillina u sterptomiċina. |
3004 |
Medikamenti (ħlief oġġetti ta’ titlu 3002, 3005 jew 3006) li jikkonsistu fi prodotti mħalltin jew mhux imħalltin għal użi terapewtiċi jew profilattiċi, ppreżentati f’dożi meqjusin (inklużi dawk f’forma ta’ sistemi li jingħataw mill-ġilda (transdermali) jew f’forom jew f’pakki għal bejgħ bl-imnut Ara Nota Addizzjonali 1 għal dan il-kapitlu. Bil-kontra tat-titlu ta’ qabel, dan it-titlu jkopri “prodotti mhux imħalltin”;. għall-interpretazzjoni tat-terminu “prodotti mhux imħalltin”, ara Nota 3 (a) għal dan il-kapitlu u n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 3004, raba’ u ħames paragrafi. It-terminu “f’dożi mkejlin (inklużi dawk fil-forma ta’ sistemi ta’ amministrazzjoni transdermali)” u “forom jew pakketti għal bejgħ fi ħwienet għal użi terapewtiċi jew profilattiċi” huma definiti fin-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 3004, l-ewwel u t-tieni paragrafi. Medikamenti magħmulin f’pakketti għal amministrazzjoni għal żmien twil jew għal sptarijiet jew stabbilimenti simili huma inklużi hawn. F’dan il-każ, numru ikbar ta’ unitajiet tal-prodotti huma miġburin u l-użu għal amministrazzjoni intiża għal żmien twil jew għal sptarijiet huwa ġeneralment indikat fuq il-pakkett. Il-fatt li medikamenti fihom, pereżempju, antibijotiċi, ormoni jew prodotti limfilizzat, u magħmulin f’ampolli jew flixken għandhom xorta jkollhom miżjud magħhom ilma ħieles minn piroġenu jew dilwent ieħor qabel ikunu amministrati, ma jeskludihomx minn dan it-titlu. |
3004 20 90 |
Oħrajn Dan is-subtitlu jkopri prodotti esklussivament magħmulin f’dożi mkejlin (inklużi dawk fil-forma ta’ sistemi ta’ amministrazzjoni transdermali), iżda mhux f’forom jew pakketti għal bejgħ fi ħwienet. |
3004 31 90 |
Oħrajn Ara n-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 3004 20 90. |
3004 32 90 |
Oħrajn Ara n-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 3004 20 90. |
3004 39 90 |
Oħrajn Ara n-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 3004 20 90. |
3004 40 90 |
Oħrajn Ara n-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 3004 20 90. |
3004 50 90 |
Oħrajn Ara n-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 3004 20 90. |
3004 90 91 u 3004 90 99 |
Oħrajn Ara n-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 3004 20 90. |
3005 |
Tajjar, garża, faxex u oġġetti simili (per eżempju, infaxxar, stikk li jeħel, ġbajjar), mimlijin jew miksijin b’sustanzi farmaċewtiċi jew ippreżentati f’forom jew f’pakki għal bejgħ bl-imnut għal għanijiet mediċi, kirurġiċi, dentali jew veterinarji |
3005 10 00 |
Infaxxar li jeħel u oġġetti oħrajn li għandhom saff li jeħel Dan is-subtitlu ma jkoprix kisjiet likwidi (subtitlu 3005 90 99). |
3006 |
Oġġetti farmaċewtiċi speċifikati f’nota 4 għal dan il-kapitlu |
3006 10 10 sa 3006 10 90 |
Ketgut kirurġika sterili, materjali simili sterili (inklużi ħjut kirurġiċi jew dentali sterili li jistgħu jkunu assorbabbli) u tessut sterili li jeħel għall-għeluq ta’ feriti kirurġiċi; laminarja sterili u tampuni sterili ta’ laminarja; emostatiċi sterili kirurġiċi jew dentali assorbabbili; protezzjonijiet sterili kirurġiċi jew dentali kemm jekk assorbabbli jew le It-termini ta’ dawn is-subtitli għandhom ikunu interpretati b’mod strett. Dawn, għalhekk, ma jkoprux klipps għal sutura sterili (titlu 9018). |
KAPITLU 31
FERTILIZZANTI
3103 |
Fertilizzanti minerali jew kimiċi, fosfatiċi |
||||||
3103 10 10 u 3103 10 90 |
Superfosfati Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 3103, (A), (1). |
||||||
3105 |
Fertilizzanti minerali jew kimiċi li jkun fihom tnejn jew tlieta mill-elementi fertilizzanti, nitroġenu, fosfru u potassju; fertilizzanti oħrajn; oġġetti ta’ dan il-kapitlu f’għamla ta’ bċejjeċ jew forom simili jew f’pakki ta’ piż gross mhux aktar minn 10 kg Ara Nota 6 għal dan il-kapitlu għad-definizzjoni ta’ “fertilizzanti oħrajn” użati f’dan it-titlu. |
||||||
3105 10 00 |
Oġġetti ta’ dan il-kapitlu f’għamla ta’ bċejjeċ jew forom simili jew f’pakki ta’ piż gross mhux aktar minn 10 kg It-terminu “forom simili” japplika għal oġġetti magħmulin fi kwantitajiet imkejlin. Konsegwentement, fertilizzanti magħmulin fil-forom tas-soltu, industrijali (pereżempju, frak żgħir) m’għandhomx jitqiesu bħala “forom simili”. |
||||||
3105 20 10 u 3105 20 90 |
Fertilizzanti minerali jew kimiċi li fihom it-tliet elementi fertilizzanti nitroġenu, fosfru u potassju L-espressjoni “li fihom it-tliet elementi fertilizzanti, nitroġenu, fosfru u potassju” tfisser li l-elementi indikati huma fi kwantita’ biżżejjed biex tkun eżerċitata azzjoni fertilizzanti reali u m’humiex sempliċiment impuritajiet. Nitroġenu jista’ jkun preżenti fil-forom ta’ nitrati, melħ ta’ l-ammonja, urea, ċijanamide tal-kalċju jew komposti organiċi oħrajn. Fosfru huwa ġeneralment preżenti fil-forom ta’ fosfati li huma ftit jew wisq solubbli jew, f’ċertu okkażjonijiet, f’forma organika. Potassju huwa preżenti fil-forma ta’ melħ (karbonat, klorit, sulfat, nitrat, eċċ.). Fin-negozju, il-kontenut ta’ nitroġenu, fosfru u potassju huwa espress, rispettivament, bħala N, P2O5 u K2O. Dawn is-subtitli jinkludu l-fertilizzanti msemmijin fin-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 3105, (B) u (Ċ), sakemm dawn fihom it-tliet elementi fertilizzanti nitroġenu, fosfru u potassju. Dawn ġieli jissejħu “fertilizzanti NPK”. Il-fosfati doppji ta’ ammonju u potassju, li huma komposti definiti kimikament, huma esklużi minn dawn is-subtitli (subtitlu 2842 90 80). |
||||||
3105 51 00 u 3105 59 00 |
Fertilizzanti minerali jew kimiċi oħrajn li fihom iż-żewġ elementi fertilizzanti nitroġenu u fosfru Rigward l-interpretazzjoni tat-terminu “li fihom iż-żewġ elementi fertilizzanti nitroġenu u fosfru”, in-Noti ta’ Spjega għal subtitli 3105 20 10 u 3105 20 90 japplikaw, mutatis mutandis. |
||||||
3105 51 00 |
Li fihom nitrati u fosfati Dan is-subtitlu jinkludi fertilizzanti li fihom kemm nitrati kif ukoll fosfati ta’ kwalunkwe katjoni, inkluż ammonju iżda jeskludi potassju. Il-prodott deskritt fin-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 3105, (B), (2), iżda miksub mingħajr iż-żieda ta’ melħ tal-potassju, huwa eżempju ta’ fertilizzant li jaqa’ f’ dan is-subtitlu. |
||||||
3105 59 00 |
Oħrajn Dan is-subtitlu jinkludi:
|
||||||
3105 60 10 u 3105 60 90 |
Fertilizzanti minerali jew kimiċi li fihom iż-żewġ elementi fertilizzanti fosfru u potassju Rigward l-interpretazzjoni tat-terminu “li fihom iż-żewġ elementi fertilizzanti fosfru u potassju”, in-Noti ta’ Spjega għal subtitli 3105 20 10 u 3105 20 90 japplikaw, mutatis mutandis. Dawn is-subtitli jinkludu fertilizzanti magħmulin mit-taħlitiet li ġejjin:
Dawn is-subtitli ma jkoprux il-fosfati tal-potassju definiti kimikament ta’ subtitlu 2835 24 00, anki jekk dawn setgħu intużaw bħala fertilizzanti. |
||||||
3105 90 10 sa 3105 90 99 |
Oħrajn Dawn is-subtitli jinkludu:
|
KAPITLU 32
ESTRATTI GĦALL-IKKUNZAR JEW GĦAŻ-ŻBIGĦ; TANNINI U DERIVATTIVI TAGĦHOM; ŻEBGĦA, PIGMENTI U MATERJAL IEĦOR TAŻ-ŻBIGĦ; ŻEBGĦA U VERNIĊI; STOKK U GOMOM OĦRAJN; LINEK
Nota 4 |
It-terminu “soluzzjonijiet” użat kemm f’din in-nota u f’Nota 6 (a) għal kapitlu 39 ma japplikawx għal soluzzjonijiet kollojdi. |
3201 |
Estratti ta’ oriġni veġetali għall-ikkunzar; tannini u l-melħ tagħhom, eteri, esteri u derivattivi oħrajn |
||||||||||||||||||||
3201 20 00 |
Estratt ta’ akaċja Awstraljana (wattle) Estratt ta’ l-akaċja Awstraljana għall-ikkunzar huwa miksub mill-qoxra ta’ speċi differenti ta’ akaċja (partikolarment Acacia decurrens, Acacia pycnantha, Acacia mollissima). Kaċċ iswed, estratt minn Acacia catechu, huwa klassifikat f’subtitlu 3203 00 10. |
||||||||||||||||||||
3201 90 20 |
Estratt tax-xumakk, estratt tal-ġandar (vallonia), estratt tal-ballut jew estratt tal-qastan Ġandar huma l-cupules (tazzi tal-ġandar) ta’ ċertu tipi ta’ ballut (pereżempju, ta’ Quercus valonea). |
||||||||||||||||||||
3201 90 90 |
Oħrajn Dawn is-subtitli jinkludu, bħala estratti għall-ikkunzar ta’ oriġni veġetali:
|
||||||||||||||||||||
3202 |
Sustanzi organiċi sintetiċi għall-ikkunzar; sustanzi inorganiċi għall-ikkunzar; preparazzjonijiet għall-ikkunzar, fihom jew le sustanzi naturali għall-ikkunzar; preparazzjonijiet enżimatiċi għal qabel l-ikkunzar |
||||||||||||||||||||
3202 10 00 |
Sustanzi organiċi għall-ikkunzar Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 3202, (I), (A). |
||||||||||||||||||||
3202 90 00 |
Oħrajn Dan is-subtitlu jinkudi l-prodotti msemmijin fin-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 3202, (I), (B) u (II). |
||||||||||||||||||||
3203 00 |
Materjal taż-żbigħ ta’ oriġni veġetali jew ta’ annimali (inklużi estratti taż-żbigħ iżda eskluż iswed ta’ annimali), definiti kimikament jew le; preparazzjonijiet kif speċifikat f’nota 3 għal dan il-kapitlu bbażati fuq materjal taż-żbigħ ta’ oriġni veġetali jew ta’ annimali |
||||||||||||||||||||
3203 00 10 |
Materjal taż-żbigħ ta’ oriġni veġetali u preparazzjonijiet ibbażati fuqu Estratti ta’ ċertu varjetajiet ta’ berries Persjani m’humiex prinċipalment użati bħala materjal taż-żbigħ u, konsegwentement, m’humiex inklużi f’dan is-subtitlu. Dan japplika partikolarment għal estratti ta’ berries tal-Rhamnus cathartica li jintużaw għal għanijiet mediċi u għal din ir-raġuni huma klassifikati f’subtitlu 1302 19 80. Dan is-subtitlu jinkludi kaċċ iswed (Acacia catechu). Kaċċ iswed huwa estratt għaż-żbigħ miksub mill-catechu, varjeta’ ta’ akaċja. |
||||||||||||||||||||
3204 |
Materjal taż-żbigħ organiku sintetiku, definit kimikament jew le; preparazzjonijiet kif speċifikati f’nota 3 għal dan il-kapitlu bbażati fuq materjal taż-żbigħ organiku sintetiku; prodotti organiċi sintetiċi ta’ tip użati bħala aġenti li jdawwlu fluworexxenti jew bħala luminofori, definiti kimikament jew le |
||||||||||||||||||||
3204 11 00 sa 3204 19 00 |
Materjal taż-żbigħ organiku sintetiku u preparazzjonijiet ibbażati fuqu kif speċifikati f’nota 3 għal dan il-kapitlu Dawn is-subtitli jkopru:
Rigward il-materjali taż-żbigħ ta’ subtitli 3204 11 00 sa 3204 19 00 li, b’ħarsa lejn l-użu tagħhom, jistgħu jagħmlu parti minn żewġ kategoriji jew iżjed li jaqgħu f’subtitli differenti, ara n-Noti ta’ Spjega SA għal subtitli 3204 11 sa 3204 19, ħdax-il paragrafu, biex tkun deċiża l-klassifikazzjoni tagħhom. |
||||||||||||||||||||
3204 11 00 |
Żebgħat li jinxterdu u preparazzjonijiet ibbażati fuqhom Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal subtitli 3204 11 sa 3204 19, tieni paragrafu. |
||||||||||||||||||||
3204 12 00 |
Żebgħat aċidużi, premetallizzati jew le, u preparazzjonijiet ibbażati fuqhom; żebgħat korrużivi (mordant) u preparazzjonijiet ibbażati fuqhom Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal subtitli 3204 11 sa 3204 19, tielet u raba’ paragrafi. |
||||||||||||||||||||
3204 13 00 |
Żebgħat bażiċi u preparazjonijiet ibbażati fuqhom Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal subtitli 3204 11 sa 3204 19, ħames paragrafu. |
||||||||||||||||||||
3204 14 00 |
Żebgħat diretti u preparazzjonijiet ibbażati fuqhom Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal subtitli 3204 11 sa 3204 19, sitt paragrafu. |
||||||||||||||||||||
3204 15 00 |
Żebgħat tal-bittija (inklużi dawk li jintużaw f’dak l-istat bħala pigmenti) u preparazzjonijiet ibbażati fuqhom Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal subtitli 3204 11 sa 3204 19, seba’ paragrafu. |
||||||||||||||||||||
3204 16 00 |
Żebgħat reattivi u preparazzjonijiet ibbażati fuqhom Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal subtitli 3204 11 sa 3204 19, tmien paragrafu. |
||||||||||||||||||||
3204 17 00 |
Pigmenti u preparazzjonijiet ibbażati fuqhom Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal subtitli 3204 11 sa 3204 19, disa’ paragrafu. |
||||||||||||||||||||
3204 19 00 |
Oħrajn, inklużi taħlitiet ta’ materjal taż-żbigħ minn tnejn jew aktar mis-subtitli 3204 11 sa 3204 19 Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal subtitli 3204 11 sa 3204 19, għaxar sa tnax-il paragrafu. |
||||||||||||||||||||
3204 20 00 |
Prodotti organiċi sintetiċi ta’ tip użati bħala aġenti li jdawlu fluworexxenti Dan is-subtitlu jkopri l-prodotti deskritti fin-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 3204, (II), (1). |
||||||||||||||||||||
3204 90 00 |
Oħrajn Dan is-subtitlu jkopri prodotti organiċi sintetiċi ta’ tip użati bħala luminofori, li huma deskritti fin-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 3204, (II), (2), u t-tliet paragrafi li ġejjin. |
||||||||||||||||||||
3206 |
Materjal ieħor taż-żbigħ; preparazzjonijiet kif speċifikati f’nota 3 għal dan il-kapitlu, ħlief dawk ta’ titlu 3203 , 3204 jew 3205; prodotti inorganiċi ta’ tip użati bħala luminofori, definiti kimikament jew le Ara Nota 5 għal dan il-kapitlu. Pigmenti nukleati, jiġifieri, pigmenti li jikkonsistu fi frak jew materjali inerti (ġeneralment ta’ silika) li kull wieħed minnhom, permezz ta’ proċessi tekniċi speċjali, kien miksi bi strat individwali ta’ materjal taż-żbigħ inorganiku, huma klassifikati fit-titlu xieraq għall-materjal taż-żbigħ li jikkostitwixxi l-kisja. Għalhekk, pereżempju, pigmenti tat-tip imsemmi hawn fuq li fihom il-kisja tikkonsisti f’siliko-kromat taċ-ċomb bażiku huma klassifikati f’subtitlu 3206 20 00; dawk li fihom il-kisja tikkonsisti f’borat tar-ram jew plumbat tal-kalċju huma klassifikati f’subtitlu 3206 49 80. |
||||||||||||||||||||
3206 11 00 u 3206 19 00 |
Pigmenti u preparazzjonijet ibbażati fuq dijossidu tat-titanju Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 3206, (A), (1), u sa fejn dawn jikkonċernaw preparazzjonijiet ta’ dawn is-subtitli, l-erba’ paragrafi wara (13). Ara ukoll in-Noti ta’ Spjega SA għal subtitlu 3206 19. |
||||||||||||||||||||
3206 20 00 |
Pigmenti u preparazzjonijet ibbażati fuq komposti tal-kromju Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 3206, (A), (2), u sa fejn dawn jikkonċernaw preparazzjonijiet ta’ dawn is-subtitli, l-erba’ paragrafi wara (13). Dan is-subtitlu jinkludi:
|
||||||||||||||||||||
3206 41 00 |
Ultramarin u preparazzjonijiet ibbażati fuqu Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 3206, (A), (3), u sa fejn dawn jikkonċernaw preparazzjonijiet ta’ dawn is-subtitli, l-erba’ paragrafi wara (13). |
||||||||||||||||||||
3206 42 00 |
Litofonu u pigmenti oħrajn u preparazzjonijiet ibbażati fuq sulfur taż-żingu Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 3206, (A), (4), u sa fejn dawn jikkonċernaw preparazzjonijiet ta’ dawn is-subtitli, l-erba’ paragrafi wara (13). |
||||||||||||||||||||
3206 49 10 |
Manjetit Dan is-subtitlu jkopri biss manjetit mitħun b’mod fin. Manjetit li minnu 95 % jew iżjed mill-piż jgħaddi minn għarbiel b’mesh ta’ 0,045 mm jitqies bħala mitħun b’mod fin. |
||||||||||||||||||||
3206 49 30 |
Pigmenti u preparazzjonijet ibbażati fuq komposti tal-kadmju Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 3206, (A), (5), u sa fejn dawn jikkonċernaw preparazzjonijiet ta’ dawn is-subtitli, l-erba’ paragrafi wara (13). |
||||||||||||||||||||
3206 49 80 |
Oħrajn Bħala żieda mal-prodotti msemmijin fin-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 3206, (A), (6) sa (13), dan is-subtitlu jinkludi:
Fil-każi ta’ pigmenti li jikkonsistu f’ores mitħunin b’mod fin, l-espressjoni “mitħunin b’mod fin”, għandha tkun interpretata bl-istess manjiera bħal manjetit ta’ subtitlu 3206 49 10. |
||||||||||||||||||||
3206 50 00 |
Prodotti inorganiċi ta’ tip użati bħala luminofores Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 3206, (B). |
||||||||||||||||||||
3207 |
Pigmenti ppreparati, materjali li jtappnu ppreparati u kuluri ppreparati, enamel u glejż li jsiru ħġieġ, engobes (slips), lostri likwidi u preparazzjonijiet simili, ta’ tip użati fl-industrija taċ-ċeramika, ta’ l-enamel jew tal-ħġieġ; fritt tal-ħġieġ u ħġieġ ieħor, f’għamla ta’ trab, qmuħ jew qxur |
||||||||||||||||||||
3207 10 00 |
Pigmenti ppreparati, materjali li jtappnu ippreparati, kuluri ippreparati u preparazzjonijiet simili Dan is-subtitlu jkopri l-prodotti deskritti fin-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 3207, l-ewwel paragrafu, (1). Dawn is-subtitli jinkludu:
|
||||||||||||||||||||
3207 20 10 |
Engobes (slips) Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 3207, l-ewwel paragrafu, (3). |
||||||||||||||||||||
3207 20 90 |
Oħrajn Dan is-subtitlu bażikament ikopri komposizzjonijiet li jistgħu jsiru qishom ħġieġ. Dawn huma prodotti li huma ġeneralment fil-forma ta’ trab, frak żgħir jew qxur li meta msaħħnin jsiru ħġieġ biex jipproduċu wiċċ lixx omoġenju fuq oġġetti taċ-ċeramika jew tal-metall. Dan il-wiċċ jista’ jkun ileqq jew matt, ikkulurit jew abjad, trasparenti jew imtappan. Dawn il-prodotti jistgħu jkunu magħmulin kif ġej:
Il-pigmenti kkuluriti użati għall-manifattura ta’ prodotti ta’ dan is-subtitlu jinkludu ossidi u melħ ta’ kobalt, nîkil, ram, ħadid, manganiż, uranju u kromju. Ossidu tal-landa, ossidu taż-żirkonju u silikat taż-żirkonju, ossidu tat-titanju u anidride arsenuż jistgħu jkunu miżjudin bħala sustanzi li jtappnu. Ossidi tan-nîkil u tal-kobalt jistgħu jkunu miżjudin biex jiffaċilitaw it-twaħħil tal-kisja ma’ uċuħ metalliċi. |
||||||||||||||||||||
3207 30 00 |
Lostri likwidi u preparazzjonijiet simili Bħala żieda mal-prodotti msemmijin fin-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 3207, l-ewwel paragrafu, (4), dan is-subtitlu jkopri preparazzjonijiet b’bażi ta’ fidda, dispersa f’kollodjon jew terpineol, li huma applikati ma’ majka jew ħġieġ fl-industriji ta’ l-elettriku jew taċ-ċeramika. |
||||||||||||||||||||
3207 40 10 sa 3207 40 80 |
Fritt tal-ħġieġ u ħġieġ ieħor, f’għamla ta’ trab, qmuħ jew qxur Dawn is-subtitli jkopru:
Dawn is-subtitli ma jkoprux mikrosferi tal-ħġieġ għal kisi ta’ skrinijiet taċ-ċinema, pannelli ta’ display elettroniċi, eċċ. (subtitlu 7018 20 00). |
||||||||||||||||||||
3212 |
Pigmenti (inkluzi trab u qxur metalliku) mxerrdin f’mezz mhuwiex ta’ ilma, f’forma likwida jew ta’ pasta, ta’ tip użati fil-manifattura ta’ żebgħa (inklużi enamel); fojls ta’ l-istampar; żebgħa u materjal ieħor taż-żbigħ ippreżentat f’forom jew f’pakki għal bejgħ bl-imnut |
||||||||||||||||||||
3212 10 10 u 3212 10 90 |
Fojls ta’ l-istampar Ara Nota 6 għal dan il-kapitlu u n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 3212, (B). |
||||||||||||||||||||
3212 90 31 u 3212 90 38 |
Pigmenti (inklużi trab u qxur tal-metall) imxerrdin f’mezzi mhux ta’ ilma, f’forma likwida jew ta’ pasta, ta’ tip użati fil-manifattura taż-żebgħa (inklużi enamel) Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 3212, (A). Trab u qxur metalliċi jinkludu:
|
||||||||||||||||||||
3212 90 90 |
Żebgħa u materjal ieħor taż-żbigħ ippreżentati f’forom jew f’pakki għall-bejgħ bl-imnut Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 3212, (Ċ). |
KAPITLU 33
ŻJUT ESSENZJALI U REŻINOJDI; PREPARAZZJONIJIET TA’ FWEJJAĦ, KOSMETIĊI JEW TAT-TWALETTA
3301 |
Żjut essenzjali (bla terpeni jew le), inklużi konkreti u assoluti; reżinojdi; oleorażi estratti; konċentrati ta’ żjut essenzjali fix-xaħam, fi żjut fissi, fix-xemgħa jew hekk, magħmulin permezz ta’ enfleurage jew maċerazzjoni; prodotti sekondarji terpeniċi tad-deterpenazzjoni ta’ żjut essenzjali; distillati ta’ ilma u soluzzjonijiet ta’ ilma ta’ żjut essenzjali Uħud mill-kostitwenti ta’ żjut essenzjali, minn natura tagħhom, iħassru l-fragranza u huma preferibilment imneħħijin, bħal idrokarbonji tat-terpeniċ (eż., pinina, kamfein, limonin). Żjut essenzjali jistgħu jkunu deterpenati permezz ta’ diversi metodi skond il-komposizzjoni tagħhom, partikolarment permezz tad-distillazzjoni f’vakwu, kristallizzazzjoni frazzjonali permezz ta’ tkessiħ għal temperatura baxxa, separazzjoni permezz ta’ solventi, eċċ. Żjut essenzjali li xorta jżommu l-kostitwenti terpeniċi tagħhom u żjut essenzjali li, min- natura tagħhom, ma fihomx kostitwenti terpeniċi (eż., żejt tal-limonju u żejt tal-mustarda) huma msemmijin bħala “mhux deterpenati”. |
||||
3301 12 10 sa 3301 19 80 |
Żjut essenzjali ta’ frott taċ-ċitru Dawn iż-żjut huma miksubin, kważi kompletament, mill-qxur tal-frott. Huma għandhom riħa pjaċevoli li hija simili għal dik tal-frotta użata fil-preparazzjoni tagħhom. Żjut minn blanzuni tal-larinġ jew żejt neroli ma jitqisux bħal żjut essenzjali ta’ frott taċ-ċitru u huma klassifikati f’subtitlu 3301 29 41 jew 3301 29 91. |
||||
3301 90 10 |
Prodotti sekondarji terpeniċi tad-deterpenazzjoni ta’ żjut essenzjali Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 3301, (Ċ). |
||||
3301 90 90 |
Oħrajn Dawn is-subtitli jinkludu:
|
||||
3305 |
Preparazzjonijiet għall-użu fuq ix-xagħar |
||||
3305 90 10 |
Lozjonijiet tax-xagħar Lozjonijiet tax-xagħar huma prodotti applikati max-xagħar fil-forma likwida biex jipproduċu effett jew fuq ix-xaft tax-xagħar jew fuq il-ġilda tar-ras. Huma jkunu ġeneralment soluzzjonijiet bl-ilma jew alkoħoliċi. |
KAPITLU 34
SAPUN, AĠENTI ORGANIĊI LI JAĠIXXU FUQ IL-PROPRJETAJIET LI JXARRBU (SURFACE-ACTIVE), PREPARAZZJONIJIET GĦAL ĦASIL, PREPARAZZJONIJIET GĦAL LUBRIKAR, XEMGĦAT ARTIFIĊJALI, XEMGĦAT IPPREPARATI, PREPARAZZJONIJIET GĦAL LOSTRAR JEW GĦAL GĦORIK, XEMGĦAT U OĠĠETTI SIMILI, PASTA GĦAL MUDELLAR, XEMGĦAT DENTALI (DENTAL WAXES) U PREPARAZZJONIJIET DENTALI B’BAŻI TA’ĠIBS
3401 |
Sapun; prodotti organiċi li jaġixxu fuq il-proprjetajiet li jxarrbu (surface-active) u preparazzjonijiet għal użu bħal sapun, f’forma ta’ biċċiet, f’forma ta’ sapuna, biċċiet jew għamliet iffurmati, li jkun fihom is-sapun jew le; prodotti organiċi li jaġixxu fuq il-proprjetajiet li jxarrbu (surface-active) u preparazzjonijiet għal ħasil tal-ġilda, f’forma ta’ likwidu jew krema u ppreżentati għal bejgħ bl-imnut, li jkun fihom is-sapun jew le; karti, tajjar, felt u ħjut mhux minsuġin, mimlijin, miksijin jew mgħottijin b’sapun jew deterġent |
||||||
3401 11 00 |
Għal użu tat-twaletta (inklużi prodotti medikati) Dan is-subtitlu jkopri l-prodotti deskritti fin-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 3401, (I), s-seba’ paragrafu, (1), u dawk il-prodotti msemmijin f’partijiet (II) u (IV) li huma għal użu tat-twaletta. |
||||||
3401 20 90 |
Oħrajn Dan is-subtitlu jinkludi sapun fil-forma likwida jew fil-forma ta’ pejst. |
||||||
3401 30 00 |
Prodotti organiċi li jaġixxu fuq il-proprjetajiet li jxarrbu (surface-active) u preparazzjonijiet għal ħasil tal-ġilda, f’forma ta’ likwidu jew krema u ppreżentati għal bejgħ bl-imnut, li jkun fihom is-sapun jew le Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 3401, (III). |
||||||
3403 |
Preparazzjonijiet għal lubrikar (inklużi preparazzjonijiet ta’ żejt għal qtugħ, preparazzjonijiet biex jerħu boltijiet u skorfini, preparazzjonijiet kontra s-sadid jew kontra l-korrużjoni u preparazzjonijiet li jerħu l-moffa, ibbażati fuq lubrikanti) u preparazzjonijiet ta’ tip użati għat-trattament biż-żejt jew bil-grass ta’ materjali tessili, ġlud, ferijiet jew materjali oħrajn, iżda esklużi preparazzjonijiet li fihom, bħala kostitwenti bażiċi, 70 % jew aktar bil-piż ta’ żjut minerali (petroleum) jew ta’ żjut miksubin minn minerali bituminużi |
||||||
3403 19 91 |
Preparazzjonijiet għal lubrikar ta’ magni, għodod u inġenji Dan is-subtitlu jkopri l-preparazzjonijiet imsemmijin fin-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 3403, l-ewwel paragrafu, (A), li fih bil-piż inqas minn 70 % ta’ żjut minerali jew żjut miksubin minn materjali bituminużi. Dan is-subtitlu ma jinkludix preparazzjonijiet li fihom bil-piż 70 % jew aktar ta’ żjut minerali jew żjut miksubin minn minerali bituminużi. Meta żjut bħal dawn huma l-kostitwenti bażiċi tal-preparazzjoni, huma jaqgħu f’subtitli 2710 11 11 sa 2710 19 99 u f’każi oħrajn f’subtitlu 3403 19 10. |
||||||
3403 91 00 sa 3403 99 90 |
Oħrajn Dawn is-subtitli jkopru preparazzjonijiet tat-tip imsemmi f’titlu 3403 li ma fihomx żjut minerali jew żjut miksubin minn materjali bituminużi. L-espressjoni żjut minerali jew żjut miksubin minn materjali bituminużi; tfisser il-prodotti msemmijin f’Nota 2 għal kapitlu 27. Dawn is-subtitli jinkludu:
|
||||||
3403 99 10 |
Preparazzjonijiet għal lubrikar ta’ magni, għodod u inġenji Dan is-subtitlu jinkludi l-prodotti msemmijin fin-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 3403, l-ewwel paragrafu, (A), li ma jinkludix żjut minerali jew żjut miksubin minn materjali bituminużi. |
||||||
3404 |
Xemgħat artifiċjali u xemgħat ippreparati |
||||||
3404 90 10 |
Xemgħat ippreparati, inkluża xemgħa tas-siġillar (inċira) Dan is-subtitlu jkopri x-xemgħat imniżżlin fin-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 3404, l-ewwel paragrafu, (B) u (Ċ). |
||||||
3404 90 80 |
Oħrajn Dan is-subtitlu jkopri x-xemgħat ta’ lignite modifikat kimikament u x-xemgħat imsemmijin fin-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 3404, l-ewwel paragrafu (A). |
||||||
3405 |
Lostri u kremi, għaż-żraben, għamara, art, qafas ta’ vetturi, ħġieġ jew metall, pasti u trabijiet għal għorik u preparazzjonijiet simili (kemm jekk f’forma ta’ karti, tajjar, felt, ħjut mhux minsuġin, plastik ċellulari jew gomom ċellulari, mimlijin, miksijin jew mgħottijin b’dawn il-preparazzjonijiet), ħlief xemgħat ta’ titlu 3404 |
||||||
3405 10 00 |
Lostri, kremi u preparazzjonijiet simili, għaż-żraben jew ġilda Il-materjali primarji użati fil-manifattura ta’ prodotti għal ħwejjeġ tas-saqajn ġeneralment jikkonsistu f’xemgħat (annimali, veġetali, minerali jew artifiċjali), solventi volatili (spirti ta’ turpentina, spirti bojod, eċċ.), materjali li jikkuluraw u diversi sustanzi oħrajn (alkoħol, burax, żjut artifiċjali, sustanzi li jgħaqqdu, eċċ.). Kuluri għall-ġilda, partikolarment dawk għall-ħwejjeġ tas-saqajn swejd, m’humiex prodotti tan-natura ta’ lostri u kremi u jaqgħu f’subtitlu 3212 90 90 (jekk huma, kif ġeneralment ikun il-każ, magħmulin f’forom jew f’pakki ta’ tip mibjugħ fi ħwienet). Esklużi wkoll minn dan is-subtitlu huma oġġetti li jbajdu għal żraben, li jaqgħu f’subtitlu 3210 00 90. Żjut għal ilbies tas-saqajn jaqgħu ġeneralment f’subtitlu 3403 11 00 jew 3403 91 00. |
||||||
3405 20 00 |
Lostri, kremi u preparazzjonijiet simili, għal manutenzjoni ta’ għamara u artijiet ta’ l-għuda, jew xogħol ta’ l-għuda ieħor Prodotti intiżi għall-manutenzjoni ta’ injam (art, għamara, xogħol ta’ l-injam) għandhom proprjetajiet li jnaddfu u jħallu fuq il-wiċċ li fuqu jkunu applikati qoxra protettiva rqiqa, li wara li tinxef u f’xi każi tkun ippolixxjata, tqawwi l-kulur tagħhom jew tagħtihom dehra tleqq. Prodotti ta’ dan it-tip huma ġeneralment magħmulin f’laned, fliexken, kuttunar, jew bottijiet. Matul il-manifattura, bħala żieda max-xemgħat, solventi, materjali li jagħtu l-kulur u addittivi speċjali oħrajn li jmorru fil-komposizzjoni ta’ lostri u kremi għal ilbies tas-saqajn, uħud mill-prodotti li ġejjin jintużaw ta’ spiss: aċti xaħmin, żjut veġetali (eż. żejt tal-palma, żejt tal-kittien) jew żjut minerali, sapun jew aġenti li jaġixxu ma’ l-uċuħ, reżini (kopal, rożin jew kolofonija, eċċ.), silikoni, fwejjaħ (eż., essenza ta’ pin, rosmarin), insettiċidi, eċċ., iżda mhux materjali li joborxu. |
||||||
3405 30 00 |
Lostri u preparazzjonijiet simili għal qofsa ta’ vetturi, ħlief lostri għal metall Prodotti intiżi għall-manutenzjoni tal-ħadid ta’ vettura li jikkonsistu f’emulsjoni qisha tax-xemgħa jew soluzzjoni li fiha silikoni, żjut, aġenti li jgħaqqdu u, possibilment, sustanzi li joborxu b’mod ħafif. |
||||||
3405 40 00 |
Pasta u trabijiet għal għorik u preparazzjonijiet oħrajn għal għorik Trabijiet għal għorik għal banjijiet, banji għal ħasil, madum, eċċ. jikkonsistu f’taħlitiet li joborxu maqsumin b’mod fin ħafna (eż., ħaffiefa, sandstone) u sustanzi li jnaddfu magħmulin trab (eż., aġenti li jaħdmu ma’ l-uċuħ b’anjoni attivi, trab tas-sapun, fosfat tas-sodju, karbonat tas-sodju anidride). Huma ġeneralment magħmulin f’laned jew pakketti. Pasta għal għorik huma prodotti għal għorik magħmulin permezz tat-tgħaqqid ta’ trabijiet ma’, pereżempju, soluzzjoni tax-xemgħa. |
||||||
3405 90 10 |
Lostri għal metall Lostri għal metall huma intiżi li jirrestawraw, permezz ta’ trattament mal-wiċċ, l-apparenza oriġinali ta’ metalli msaddin, imħassrin jew mikulin. Dan ir-riżultat huwa miksub permezz tat-tqaxxir (azzjoni ta’ polixxjar mekkanika permezz ta’ sustanza li tobrox) u permezz ta’ azzjoni kimika jew li tnaddaf ta’ l-aċti jew l-alkali fuq l-ossidi, sulfidi u diversi tbajja’. Il-materjali primarji użati fil-manifattura ta’ lostri għal metall huma taħlitiet li joborxu maqsumin b’mod fin ħafna (eż., ħaffiefa, ġibs, kieselguhr, tripolit, bentonit, silika), aċti, (eż. aċtu ossaliku, aċtu olejku, aċtu fosforiku, aċtu sulforiku) solventi volatili (eż., spirtu abjad, trikloretilene, alkoħol denaturat), alkali (eż., ammonja, soda), prodotti li jaġixxu ma’ uċuħ bħal alkoħoli sulfoniċi xaħmin, xaħmijiet, sapun u f’xi każi materjali li jagħtu l-kulur u fwejjaħ sintetiċi). Lostri għal metall huma preżentati fil-forma ta’ trab, pasti diversi komposizzjonijiet (kremi jew emulsjonijiet) u likwidi. Skond it-tip, huma magħmulin fi flixken, bottijiet, tubi tal-metall, laned, pakketti jew fil-forom ta’ mases żgħar, koni, stikek, eċċ. |
||||||
3405 90 90 |
Oħrajn Dan is-subtitlu jinkludi partikolarment:
|
KAPITLU 35
SUSTANZI ALBUMINOJDALI; LAMTI MODIFIKATI; KOLOL; ENŻIMI
3501 |
Kaseina, kaseinati u derivattivi oħrajn ta’ kaseina; kolol ta’ kaseina |
3501 10 10 sa 3501 10 90 |
Għall-manifattura ta’ fibri tessili riġenerati Dawn is-subtitli jkopru l-kaseini msemmijin fin-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 3501, (A), (1). Dawn il-kaseini — irrispettivament mill-metodu ta’ preċipitazzjoni użata biex jinkisbu — huma klassifikati f’dawn is-subtitli meta jkun fihom inqas minn 15 % jew inqas mill-piż ta’ ilma; inkella huma klassifikati f’titlu 0406. Dawn is-subtitli ma jkoprux prodotti tat-tip “cagliata” kif imsemmi fin-Noti ta’ Spjega għal subtitli 0406 10 20 u 0406 10 80, tielet paragrafu. |
3501 10 90 |
Oħrajn Il-kaseini ta’ dan is-subtitlu huma użati, partikolarment, fil-manifattura ta’ prodotti dijetetiċi (eż., biskuttini, ħobż); huma jistgħu jintużaw ukoll fi preparazzjonijet ta’ affarijiet ta’ l-ikel ta’ annimali. |
3501 90 10 |
Kolol ta’ kaseina Kolol ta’ kaseina, magħrufin ukoll bħala kolol kesħin, huma preparazzjonijiet b’bażi ta’ kaseini u ġibs li magħhom hemm miżjudin kwantitajiet żgħar ta’ prodotti oħrajn bħal burax u klorid ta’ l-ammonju naturali. Dawn jista’ jkun fihom ukoll affarijiet li jimlew, pereżempju, feldspar. Għalkemm dan jista’ jintuża bħala kolla, kaseinat tal-kalċju mingħajr materjali oħrajn miżjudin jaqa’ f’subtitlu 3501 90 90. |
3501 90 90 |
Oħrajn Dan is-subtitlu jinkludi kaseinati u derivattivi oħrajn ta’ kaseina msemmijin fin-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 3501, (A), (2) u (A), (3) rispettivament. Kaseinati huma magħmulin fil-forma ta’ trab abjad jew isfar, u huma kważi bla riħa. |
3504 00 00 |
Peptuni u derivattivi tagħhom; sustanzi oħrajn ta’ proteini u derivattivi tagħhom, li mhumiex speċifikati jew inklużi band’oħra; trab għal ġilda (hide powder), kromat jew le Ara Nota Addizzjonzali 1 għal dan il-kapitlu. Proteini tal-ħalib konċentrati huma ġeneralment miksubin billi titneħħa l-parti tal-lattosju u l-melħ minerali minn ħalib xkumat permezz ta’, pereżempju, ultrafiltrazzjoni. Dawn huma magħmulin essenzjalment minn kaseini u proteini tax-xorrox (laktoglubulini, laktalbumini, eċċ.) bil-proporzjon ta’ bejn wieħed u ieħor 4:1. Il-kontenut ta’ proteini tagħhom huwa kkalkolat billi jkun immultiplikat il-kontenut ta’ nitroġenu b’fattur ta’ konverżjoni ta’ 6,38. Meta l-kontenut ta’ proteini għal proteini ta’ ħalib konċentrat jammonta għal 85 % jew inqas mill-materja xotta, il-prodott huwa kopert minn subtitlu 0404 90. Dan is-subtitlu ma jkoprix prodotti tat-tip “cagliata” kif imsemmi fin-Noti ta’ Spjega għal subtitli 0406 10 20 u 0406 10 80, tielet paragrafu. |
3506 |
Kolol ippreparati u sustanzi ppreparati oħrajn li jwaħħlu, li mhumiex speċifikati jew inklużi band’oħra; prodotti tajbin għal użu bħala kolol jew sustanzi li jwaħħlu, ippreżentati għal bejgħ bl-imnut bħala kolol jew sustanzi li jwaħħlu, mhux itqal minn piż nett ta’ 1 kg |
3506 10 00 |
Prodotti tajbin għal użu bħala kolol jew sustanzi li jwaħħlu, ippreżentati għal bejgħ bl-imnut bħala kolol jew sustanzi li jwaħħlu, li ma jaqbżux il-piż nett ta’ 1 kg Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 3506, l-ewwel paragrafu, (A), li jikkonċerna l-preżentazzjoni ta’ dawn il-prodotti. Dan is-subtitlu jinkludi kolla tal-metilċellulosa fi qxur jew biċċiet li jistgħu jkunu mdewbin f’ilma biex jipproduċu sustanza li twaħħal partikolarment tajba għal karta tal-ħajt. |
3506 99 00 |
Oħrajn Bħala żieda mal-prodotti msemmijin fin-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 3506, l-ewwel paragrafu, (B), (1) sa (3), dan is-subtitlu jinkludi kolol bbażati fuq ħażiż, pasta tal-qamħ u gloj ibbażat fuq agar-agar. |
3507 |
Enżimi; enżimi preparati li mhumiex speċifikati jew inklużi band’oħra |
3507 90 90 |
Oħrajn Bħala żieda mal-prodotti msemmijin fin-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 3507 (ħlief renett u konċentrati tiegħu, lipasi tal-lipoproteina u proteasi alkalini ta’ l-Aspergillus), dan is-subtitlu jinkludi penicillinase, asparaginase u kallidinogenase (INN) (kallikrein). |
KAPITLU 36
SPLUSSIVI; PRODOTTI PIROTEKNIĊI; SULFARINI; LIGI PIROFORIĊI; ĊERTI PREPARAZZJONIJIET KOMBUSTIBBLI
3603 00 |
Fjusijiet tas-sigurta’; fjusijiet detonaturi; kaps tad-daqqa (percussion) jew detonaturi; apparati li jqabbdu (igniters); detonaturi ta’ l-elettriku |
3603 00 10 |
Fjusijiet tas-sigurta’; fjusijiet detonaturi Dan is-subtitlu jkopri biss il-prodotti deskritti fin-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 3603, tieni paragrafu, (A). |
3604 |
Ġiġġifogu, murtali tas-sinjali, rokits għax-xita, sinjali għaċ-ċpar u oġġetti oħrajn pirotekniċi |
3604 10 00 |
Ġiġġifogu Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 3604, l-ewwel paragrafu, (1), (a). |
3604 90 00 |
Oħrajn Bħala żieda mal-prodotti msemmijin fin-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 3604, l-ewwel paragrafu, (1), (b), u (2), u tieni paragrafu, dan is-subtitlu jinkludi amorces li jintużaw f’lampi tas-sigurta’, intiżi li jiżvelaw il-preżenza ta’ firedamp f’galleriji tal-mini. Dawn l-amorces huma rranġati fuq strippi rqaq ta’ tessut madwar 4 mm f’wisa’ u madwar 35 ċm f’tul. Kull strippa ġeneralment iġġor madwar 30 amorce u tkun is-soltu mdawra f’romblu. |
KAPITLU 37
OĠĠETTI FOTOGRAFIĊI JEW ĊINEMATOGRAFIĊI
3702 |
Film fotografiku f’rombli, sensitizzat, mhux meħud, ta’ kwalunkwe materjal ħlief karta, kartonċin jew tessuti; film f’rombli għal stampar fil-pront, sensitizzat, mhux meħud |
||||||||||
3702 32 10 |
Mikrofilm; film għall-arti grafiċi Mikrofilm ta’ dan is-subtitlu s-soltu m’huwiex differenti minn film ċinematografiku iżda jintuża għall-riproduzzjoni frejm wara frejm ta’ dokumenti. Dan jintuża ukoll għar-riproduzzjoni ta’ listi ta’ programm tal-kompjuter, fejn dan huwa identifikat mill-ittri COM. Mikrofilm is-soltu jkun magħmul f’wisgħat ta’ 8 mm, 16 mm u 35 mm u f’tulijiet ta’ madwar 30 m, 61 m, 122 m u 305 m. Film għall-arti grafika tintuża fl-industrija ta’ l-ipprintjar għar-riproduzzjoni fotomekkanika ta’ materjal ta’ stampi u ta’ kliem (eż., fotolitografija, eljogravur, riproduzzjoni ta’ fotostat). |
||||||||||
3702 32 31 |
Mikrofilm Ara n-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 3702 32 10, l-ewwel paragrafu. |
||||||||||
3702 32 50 |
Film għall-arti grafiċi Ara n-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 3702 32 10, it-tieni paragrafu. |
||||||||||
3702 91 20 |
Film għall-arti grafiċi Ara n-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 3702 32 10, it-tieni paragrafu. |
||||||||||
3702 93 10 |
Mikrofilm; film għall-arti grafiċi Ara n-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 3702 32 10. |
||||||||||
3702 94 10 |
Mikrofilm; film għall-arti grafiċi Ara n-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 3702 32 10. |
||||||||||
3705 |
Pjanċi u film fotografiċi, meħudin u żviluppati, ħlief film ċinematografiku |
||||||||||
3705 90 10 |
Mikrofilms Dan is-subtitlu jkopri riproduzzjonijiet, f’forom ridotti, ta’ dokumenti (eż., karti ta’ negozju, dokumenti ta’ l-arkivji, tpinġijiet industrijali); miksubin permezz ta’ proċess fotografiku. Mikrofilm huwa film fuq iċ-ċatt (microfiches) jew f’rombli li jikkonsistu f’serje ta’ stampi żgħar. Microfiches jibqgħu klassifikati f’dan is-subtitlu anki jekk fremjati. Dan is-subtitlu ma jkoprix mikrokopji fuq karta fotografika, esposta u żviluppata (fil-forom ta’ mikrobiljetti, kotba, eċċ.) li jaqgħu f’subtitlu 4911 91 00. |
||||||||||
3706 |
Film ċinematografiku, meħud u żviluppat, b’kolonna sonora inkorporata jew mingħajrha jew magħmulin biss minn kolonna sonora |
||||||||||
3706 10 91 u 3706 10 99 |
Oħrajn Dawn is-subtitli jkopru, bħala films bil-ħoss, dawk biss li fihom kemm stampi viżwali kif ukoll kolonna sonora (soundtrack) fuq l-istess bend. Fil-każ ta’ films bil-ħoss f’żewġ bends, kemm jekk preżentati flimkien jew le, kull bend hija klassifikata fis-subtitlu xieraq tagħha., jiġifieri, stokk ta’ film li jikkonsisti biss f’kolonna sonora huwa klassifikat f’subtitlu 3706 10 10 jew f’subtitlu 3706 90 10 skond il-wisa’ tiegħu, filwaqt li stokk ta’ film li fih l-istampi viżwali jaqgħu f’wieħed jew iżjed mis-subtitli preżenti jew f’subtitli 3706 90 31 sa 3706 90 99 (applikazzjoni ta’ Nota Addizzjonali 1 għal dan il-kapitlu). |
||||||||||
3706 10 91 |
Negattivi; pożittivi intermedji Dan is-subtitlu jinkludi:
Fejn huma ta’ wisa’ ta’ 35 mm jew aktar, dawn il-films kollha — bl-eċċezzjoni ta’ “films matriċi” — is-soltu għandhom it-toqob tipiċi għal negattivi (forma ta’ barmil). Dan jagħmilha possibli li ssir distinzjoni bejn films pożittivi intermedji bil-parti ta’ wara mhux sfumata minn films pożittivi intiżi għal projezzjoni li għandhom toqob tipiċi ta’ pożittivi.
Madanakollu, għandu jkun innutat li films minn ċertu pajjiżi (l-USSR ta’ qabel partikolarment) juru tip uniku ta’ toqob (Dubray-Howell) li huma simili ħafna għal toqob pożittivi normali u li jinsabu f’films negattivi oriġinali, f’pożittivi u negattivi intermedji kif ukoll f’kopji pożittivi intiżi għal wiri jew projezzjoni. “Films matriċi” għandhom toqob tipiċi ta’ pożittivi iżda jistgħu jintgħarfu mill-ħxuna tagħhom (kważi d-doppju ta’ dawk tal-pożittivi), mill-kulur marun dominanti tagħhom u d-daqsxejn relief ta’ l-istampi. |
||||||||||
3706 10 99 |
Pożittivi oħrajn Dan is-subtitlu jkopri films intiżi għal projezzjoni. Films pożittivi b’żewġ bends ta’ stampi jew aktar għandhom ikunu klassifikati u aċċessati għal ħtieġa skond il-wisa’ u t-tul tal-film wara l-qsim, jiġifieri, il-wisa’ u t-tul tal-film kif dan ser ikun projettat. Per eżempju, film b’wisa’ ta’ 35 mm (erba’ bends ta’ 8 mm qtugħ mirqum) u tul ta’ 100 m għandu jitqies bħala film 8 mm ta’ 400 m tul. |
||||||||||
|
|
||||||||||
3706 90 31 sa 3706 90 99 |
Oħrajn Ara n-Noti ta’ Spjega għal subtitli 3706 10 91 u 3706 10 99. |
||||||||||
3706 90 31 |
Negattivi; pożittivi intermedji Ara n-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 3706 10 91. |
||||||||||
3706 90 51 sa 3706 90 99 |
Pożittivi oħrajn Ara n-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 3706 10 99. |
||||||||||
3706 90 51 |
Films t’aħbarijiet (newsreels) Ara Nota Addizzjonali 2 għal dan il-kapitlu. |
KAPITLU 38
DIVERSI PRODOTTI KIMIĊI
3801 |
Grafita artifiċjali; grafita kollojdali jew semi-kollojdali; preparazzjonijiet ibbażati fuq grafita jew karbonju ieħor f’forma ta’ pasti, blokki, pjanċi jew semi-manifatturi oħrajn |
||||||||||||||||||||||||||||||||||
3801 10 00 |
Grafita artifiċjali Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 3801, (1). |
||||||||||||||||||||||||||||||||||
3801 20 10 u 3801 20 90 |
Grafita kollojdali jew semi-kollojdali Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 3801, (2). |
||||||||||||||||||||||||||||||||||
3801 20 90 |
Oħrajn Dan is-subtitlu jkopri grafita kollojdali f’sospensjoni bl-ilma jew f’sospensjonijiet oħrajn mhux biż-żejt. |
||||||||||||||||||||||||||||||||||
3801 30 00 |
Pasti karbonaċej għall-elettrodi u pasti simili għall-kisi tal-fran Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 3801, (3), (b). |
||||||||||||||||||||||||||||||||||
3802 |
Karbonju attivat; prodotti minerali naturali attivati; iswed ta’ annimali, inkluż iswed maħruq ta’ annimali |
||||||||||||||||||||||||||||||||||
3802 10 00 |
Karbonju attivat Karbonju attivat ta’ dan is-subtitlu għandu numru ta’ jonju ta’ 300 jew aktar (milligrammi ta’ jonju assorbiti għal kull gramm ta’ karbonju), kif stipulat mill-metodu ASTM D 4607-86. |
||||||||||||||||||||||||||||||||||
3802 90 00 |
Oħrajn Ġeneralment, dijatomit attivat ta’ dan is-subtitlu, magħmul ġir b’aġenti li jgħaqqdu bħal kloridu tas-sodju jew karbonat tas-sodju (ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 3802, parti (A), tielet paragrafu, (b), (1), għandu l-karatteristiċi li ġejjin:
Dan is-subtitlu jkopri bentoniti attivati li jikkorrispondu mad-deskrizzjoni ta’ art attivata (ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 3802, parti (A), tielet paragrafu, (b) (3). Bentoniti attivati li jaqgħu f’dan is-subtitlu huma differenti minn bentoniti li jseħħu fin-natura li jaqgħu f’subtitlu 2508 10 00 b’pH ta’ ġeneralment inqas minn 6 (aċti bentoniti), jew ogħla minn 9,5 (għal sospensjoni fl-ilma u wara li tkun qagħdet għal siegħa) b’kontenut ta’ karbonat tas-sodju li jaqbeż 2 % jew kontenut aggregat ta’ sodju u kalċju li jistgħu jinbidlu li jaqbeż 80 meq/100 g (bentoniti tas-sodju attivati). Bentoniti organofiliċi miksubin biż-żieda ta’, pereżempju stearilamina, huma ġeneralment koperti mis-subtitlu 3824 90 97. Bentoniti naturali sempliċiment imħalltin ma’ kwantitajiet żgħar ta’ karbonat tas-sodju huma koperti minn subtitlu 3824 90 97. |
||||||||||||||||||||||||||||||||||
3803 00 |
Tall Oil, raffinat jew le |
||||||||||||||||||||||||||||||||||
3803 00 10 |
Mhux raffinat Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 3803, l-ewwel żewġ paragrafi. |
||||||||||||||||||||||||||||||||||
3804 00 |
Lissiji residwali mill-manifattura ta’ polpa ta’ l-għuda, konċentrati jew le, biz-zokkor imneħħi jew trattati kimikament, inklużi sulfonati tal-linjin, iżda eskluż tall oil ta’ titlu 3803 |
||||||||||||||||||||||||||||||||||
3804 00 10 |
Lissija ta’ sulfit konċentrat Dan is-subtitlu jkopri l-prodotti miksubin permezz tal-konċentrazzjoni qawwija tal-lissiji li jibqgħu mill-manifattura ta’ polpa ta’ l-injam permezz tal-proċess sulfid, ġieli wara trattament kimiku xieraq biex ikun modifikat il-grad ta’ aċidita’ jew alkalinita’, kontenut ta’ rmied, kulur u propretajiet kollojde. |
||||||||||||||||||||||||||||||||||
3805 |
Terpentina tal-gomma, għuda jew sulfat u żjut oħrajn terpeniċi magħmulin mid-distillar jew trattament ieħor ta’ għuda konifera; dipentina mhux raffinata; terpentina tas-sulfit u para-ċimin oħrajn mhux raffinati; żejt ta’ l-arżnu li fih alfa-terpineol bħala l-kostitwent prinċipali |
||||||||||||||||||||||||||||||||||
3805 10 10 |
Terpentina tal-gomma Dan is-subtitlu jkopri biss il-prodott miksub esklussivament u direttament mid-distillazzjoni (permezz ta’ estrazzjoni ta’ fwar) ta’ l-oleoreżini miksubin minn siġar koniferi li qed jikbru. |
||||||||||||||||||||||||||||||||||
3805 10 30 |
Terpentina ta’ l-għuda Dan is-subtitlu jkopri l-prodott imsemmi fin-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 3805, tieni paragrafu, (2), (a). |
||||||||||||||||||||||||||||||||||
3805 10 90 |
Terpentina tas-sulfat Dan is-subtitlu jkopri l-prodott imsemmi fin-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 3805, tieni paragrafu, (2), (b). |
||||||||||||||||||||||||||||||||||
3805 90 10 |
Żejt ta’ l-arżnu Dan is-subtitlu jkopri l-prodott imsemmi fin-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 3805, tieni paragrafu, (5). |
||||||||||||||||||||||||||||||||||
3805 90 90 |
Oħrajn Dan is-subtitlu jinkludi terpentina li minnha l- beta-pinene kien kważi mneħħi kollu permezz ta’ distillazzjoni frazzjonali u segwit b’taħlit ma’ frazzjonijiet oħrajn. Dan il-prodott huwa nnegozjat taħt id-deskrizzjoni “spirti rikostitwiti ta’ terpentina”. |
||||||||||||||||||||||||||||||||||
3806 |
Aċti tar-rożin u tar-raża, u derivattivi tagħhom; spirtu tar-rożin u żjut tar-rożin; run gums |
||||||||||||||||||||||||||||||||||
3806 10 10 u 3806 10 90 |
Aċti tar-rożin u tar-raża Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 3806, parti (A). |
||||||||||||||||||||||||||||||||||
3806 20 00 |
Melħ tar-rożin, ta’ aċti tar-raża jew ta’ derivattivi tar-rożin jew aċti tar-raża, ħlief melħ ta’ addutti (adducts) ta’ rożin Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 3806, parti (B). |
||||||||||||||||||||||||||||||||||
3806 30 00 |
Gomom esteri Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 3806, parti (Ċ). |
||||||||||||||||||||||||||||||||||
3806 90 00 |
Oħrajn Dan is-subtitlu jinkludi:
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||
3807 00 |
Qatran veġetali (wood tar); żjut ta’ qatran veġetali; krejożot veġetali; nafta veġetali; żift veġetali; żift tal-birriera u preparazzjonijiet simili bbażati fuq rożin, aċti tar-raża jew fuq żift veġetali |
||||||||||||||||||||||||||||||||||
3807 00 10 |
Qatran veġetali Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 3807, tieni paragrafu, (A), (1). |
||||||||||||||||||||||||||||||||||
3807 00 90 |
Oħrajn Dan is-subtitlu jkopri l-prodotti msemmijin fin-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 3807, tieni paragrafu, (A), (2) u (3), u (B), (Ċ) u (D). |
||||||||||||||||||||||||||||||||||
3808 |
Insettiċidi, rodentiċidi, fuġiċidi, erbiċidi, prodotti kontra n-nebbieta u regolaturi tat-tkabbir tal-pjanti, disinfettanti u prodotti simili, ippreżentati f’forom jew pakki għal bejgħ bl-imnut jew bħala preparazzjonijiet jew oġġetti (per eżempju, strixxi, ftejjel u xemgħat ittrattati bil-kubrit, u karti tad-dubbien) |
||||||||||||||||||||||||||||||||||
3808 91 10 sa 3808 91 90 |
Insettiċidi Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 3808, (I), wara t-tliet asteriski. |
||||||||||||||||||||||||||||||||||
3808 92 10 sa 3808 92 90 |
Funġiċidi Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 3808, (II), wara t-tliet asteriski. |
||||||||||||||||||||||||||||||||||
3808 92 10 |
Preparazzjonijiet ibbażati fuq komposti tar-ram Dan is-subtitlu jinkludi:
Il-preparazzjonijiet ta’ dan is-subtitlu jistgħu jieħdu l-forom ta’ trabijiet, soluzzjonijiet jew pilloli, f’massa mtellgħin għal bejgħ fi ħwienet, u jista’ jkun fihom minbarra komposti tar-ram, sustanzi attivi żejda bħal komposti ta’ żingu jew merkurju. |
||||||||||||||||||||||||||||||||||
3808 93 90 |
Regolaturi tat-tkabbir tal-pjanti Dan is-subtitlu jkopri sustanzi li, meta applikati ma’ pjanti jbiddel il-proċessi fisjoloġiċi f’direzzjoni mixtieqa. Huma applikati mal-pjanta kollha, ma’ partijiet mill-pjanti jew mal-ħamrija. L-azzjoni tagħhom tista’ tinfluwenza, pereżempju:
Regolaturi tat-tkabbir tal-pjanti jaqgħu taħt erba’ kategoriji prinċipali:
Dan is-subtitlu ma jinkludix:
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||
3808 94 10 sa 3808 94 90 |
Disinfettanti Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 3808, (IV), wara t-tliet asteriski, l-ewwel tliet paragrafi. |
||||||||||||||||||||||||||||||||||
3809 |
Aġenti għall-irfinar, katalisti (carriers) biex iħaffu iż-żbigħ jew l-iffissar ta’ sustanzi taż-żbigħ u prodotti oħrajn u preparazzjonijiet (per eżempju, sustanzi għat-twebbis u murdenti), ta’ tip użati fl-industriji tat-tessuti, tal-karta, tal-ġilda jew bħalhom, li ma humiex speċifikati jew inklużi band’oħra |
||||||||||||||||||||||||||||||||||
3809 10 10 sa 3809 10 90 |
B’bażi ta’ sustanzi amilaċeużi Bħala żieda mal-prodotti bbażati fuq lamtu u preparazzjonijiet deskritti fin-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 3809, tielet paragrafu, (A), (1) u (11), u (B), (1) u (2), dawn is-subtitli jkopru taħlit ta’ lamtu b’burax jew ma’ karbossidmetilċellulosa (użata għat-twebbis ta’ linen) u taħlit ta’ lamtu solubbli u kaolina (użati fil-manifattura tal-karta). |
||||||||||||||||||||||||||||||||||
3809 91 00 sa 3809 93 00 |
Oħrajn Dawn is-subtitli jkopru l-prodotti u l-preparazzjonijiet deskritti fin-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 3809, tielet paragrafu, (A), (B) u (Ċ), jekk sustanzi amilaċejużi ma jiffurmawx il-bażi ta’ dawn il-prodotti u preparazzjonijiet biss, b’mod partikulari:
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||
3811 |
Preparazzjonijiet kontra l-iskossi (anti-knock), materjali għat-trażżin tas-sadid, materjali għat-trażżin tal-gomma, materjali li jgħinu l-viskożita’, preparazzjonijiet kontra s-sadid u addittivi ppreparati oħrajn, għal żjut minerali (inkluż gażolina) jew għal likwidi oħrajn użati għall-istess għanijiet bħal żjut minerali |
||||||||||||||||||||||||||||||||||
3811 11 10 |
Ibbażati fuq komposti taċ-ċomb Dan is-subtitlu jkopri preparazzjonijiet li fihom ċomb-tetraetile huwa l-uniku kostitwent kontra l-innokkjar. |
||||||||||||||||||||||||||||||||||
3811 11 90 |
Oħrajn Dan is-subtitlu jinkludi preparazzjonijiet li fihom ċomb-tetrametile jew ċomb-etilmetile jew taħlita ta’ ċomb-tetraetile u -tetrametile huma l-kostitwenti uniċi jew prinċipali kontra l-innokkjar. |
||||||||||||||||||||||||||||||||||
3815 |
Inizjaturi ta’ reazzjoni, aċċeleraturi ta’ reazzjoni u preparazzjonijiet katalitiċi, mhux speċifikati jew inklużi band’oħra |
||||||||||||||||||||||||||||||||||
3815 11 00 sa 3815 19 90 |
Katalisti mirfudin Dawn huma katalisti ta’ tip użat ħafna li huma depożitati fuq rfid, ġeneralment permezz ta’ tħabbil, kopreċipitazzjoni jew taħlit. Dawn is-soltu jikkonsistu jew f’wieħed jew f’aktar sustanzi attivi depożitati fuq rfid jew ta’ taħlitiet b’bażi ta’ sustanzi attivi. Is-sustanzi attivi huma s-soltu metalli, ossidi tal-metalli jew komposti tal-metalli maqsumin b’mod fin ħafna. Il-metalli l-iżjed użati komunement huma dawk li jagħmlu parti minn grupp VIII tal-periodic table (speċjalment kobalt, nîkil, palladju u platinum) u molibdenu, kromju, ram u żingu. L-irfid ġeneralment jikkonsisti f’alumina, ġell silika, fossil meal, kemm jekk attivat jew le, materjali taċ-ċeramika, eċċ. Huma jintużaw fi proċessi industrijali għall-produzzjoni ta’ komposti organiċi jew inorganiċi u f’irfinar ta’ żejt minerali (eż., f’sintesi ta’ l-ammonja, idroġenizzazzjoni ta’ xaħmijiet, idroġenizzazzjoni ta’ olefini). Din il-kategorija ta’ katalisti tinkludi ukoll il-prodotti li ġejjin:
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||
3815 90 10 u 3815 90 90 |
Oħrajn Dawn is-subtitli jkopru taħlitiet ibbażati fuq komposti li n-natura u l-proporzjonijiet tagħhom ivarjaw skond ir-reazzjoni kimika li għandha tkun katalizzata. Dawn jintużaw ta’ spiss fil-manifattura ta’ plastiks, spiss taħt l-isem ta’ inizjaturi, aġenti li jittrasferixxu, terminaturi jew telomeri, u aġenti li jqassmu (jew cross-linking). Dawn jinkludu dawn li ġejjin:
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||
3821 00 00 |
Mezzi mħejjija għall-kultura għall-iżvilupp jew il-manutenzjoni ta’ mikro-organiżmi (inklużi virus u dawk simili) jew taċ-ċelluli tal-pjanti, tal-bnedmin jew ta’ l-annimali Dan it-titlu ma jkoprix bajd kemm jekk fertilizzat jew le li, għalkemm ċertifikat li minn gruppi ħielsa minn patoġeni, ma kinux preparati għall-kultura ta’ mikro-organiżmi (titlu 0407 jew 0408). |
||||||||||||||||||||||||||||||||||
3823 |
Aċti xaħmin monokarboksiliċi industrijali; żjut aċidużi minn raffinar; alkoħoli xaħmin industrijali |
||||||||||||||||||||||||||||||||||
3823 11 00 |
Aċtu steariku Għall-għanijiet ta’ dan is-subtitlu, aċtu steariku jfisser taħlit ta’ aċti xaħmin li huma solidi f’temperatura normali u li għandhom kontenut ta’ aċtu steariku pur ta’ 30 % jew aktar iżda inqas minn 90 %, kalkolati fuq il-piż tal-prodott xott. Prodotti ta’ dan it-tip li għandhom kontenut ta’ aċtu steariku ta’ 90 % mill-piż jew aktar jaqgħu f’subtitlu 2915 70 25. |
||||||||||||||||||||||||||||||||||
3823 12 00 |
Aċtu olejku Għall-għanijiet ta’ dan is-subtitlu, aċtu olejku jfisser taħlit ta’ aċti xaħmin li huma likwidi f’temperatura normali u li għandhom kontenut ta’ aċtu olejku pur ta’ 70 % jew aktar iżda inqas minn 85 %, kalkolat fuq il-piż tal-prodott niexef. Prodotti li għandhom kontenut ta’ aċtu olejku ta’ 85 % mill-piż jew aktar jaqgħu f’subtitlu 2916 15 00. |
||||||||||||||||||||||||||||||||||
3823 13 00 |
Aċti xaħmin ta’ tall oil Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 3823, parti (A), tieni paragrafu, (3). Prodotti ta’ dan it-tip li fihom mill-piż inqas minn 90 % ta’ aċti xaħmin jaqgħu f’titlu 3803 00. |
||||||||||||||||||||||||||||||||||
3823 70 00 |
Alkoħoli xaħmin industrijali Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 3823, parti (B). Dan is-subtitlu jkopri biss alkoħoli xaħmin industrijali (taħlitiet ta’ alkoħoli aċikliċi) fejn fl-ebda wieħed minnhom l-komponenti ta’ l-alkoħol ma jagħmlu 90 % jew aktar mill-piż tal-prodott xott. Prodotti ta’ dan it-tip fejn wieħed mill-komponenti ta’ l-alkoħoli xaħmin jagħmel 90 % mill-piż jew aktar ġeneralment jaqgħu f’titlu 2905. |
||||||||||||||||||||||||||||||||||
3824 |
Materjali li jgħaqqdu ppreparati għal forom jew ċentri ta’ funderija; prodotti u preparazzjonijiet kimiċi ta’ l-industriji kimiċi jew li għandhom x’jaqsmu magħhom (inklużi dawk li jikkonsistu f’taħlitiet ta’ prodotti naturali), mhux speċifikati jew inklużi band’ oħra |
||||||||||||||||||||||||||||||||||
3824 10 00 |
Materjali li jgħaqqdu ppreparati għal forom jew ċentri ta’ funderija Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 3824, parti (A). |
||||||||||||||||||||||||||||||||||
3824 30 00 |
Karburi ta’ metall mhux magħqudin imħalltin flimkien jew ma’ sustanzi metalliċi li jgħaqqdu Dan is-subtitlu jkopri trabijiet lesti biex ikunu maqlubin għal “metalli iebsin” permezz ta’ tgħaqqid ta’ trab. Huma magħmulin minn taħlitiet ta’ karburi tal-metalli differenti (karburi ta’ tungstenu, titanju, tantalju u njobju), b’sustanza li tgħaqqad metallika jew mingħajrha (trab tal-kobalt jew tan-nîkil), u spiss ikun fihom kwantitajiet żgħar ta’ xemgħa paraffina (madwar 0,5 % mill-piż). Anki taħlita sempliċi ta’ wieħed mill-karburi msemmijin hawn fuq b’sustanza li tgħaqqad metallika taqa’ f’dan is-subtitlu, filwaqt li kull wieħed minn dawn il-karburi, meħud separatament, jaqa’ f’titlu 2849. |
||||||||||||||||||||||||||||||||||
3824 40 00 |
Addittivi ppreparati għal simenti, taħlit ta’ ġir jew siment, ramel u ilma jew konkos Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 3824, parti (B), sitt paragrafu, (3). |
||||||||||||||||||||||||||||||||||
3824 50 10 |
Konkos lest biex jitferra’ Dan is-subtitlu jinkludi konkos li miegħu kien ġa miżjud ilma. Dan huwa s-soltu trasportat fi trakkijiet li jħalltu l-konkos. |
||||||||||||||||||||||||||||||||||
3824 50 90 |
Oħrajn Dan is-subtitlu jinkludi:
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||
3824 60 11 sa 3824 60 99 |
Sorbitol ħlief dak ta’ subtitlu 2905 44 Dawn is-subtitli jinkludu l-varjetajiet “li ma jistgħux isiru kristalli” ta’ sorbitol (D-glucitol), li huma ġeneralment miksubin minn ġulepp tal-glukows li fih proporzjon ta’ oligosakkaridi oħrajn permezz ta’ idroġenizzazzjoni taħt pressa għolja. Il-kontenut ta’ sorbitol tagħhom (D-glucitol) jvarja, minn 60 % għal 80 % mill-materjal xott, il-bqija tal-kostitwenti huma essenzjalment parti polialkoħoli idroġenati u oligosakkaridi. Għal din ir-raġuni, it-tendenza ta’ sorbitol (D-glucitol) li jikkristallizza hija mnaqqsa ħafna (għalhekk it-titlu użat: sorbitol li ma jistax isir kristalli (D-glucitol)). Sorbitol li jilħaq il-ħtiġijiet ta’ Nota 1 għal kapitlu 29 huwa klassifikat f’subtitli 2905 44 11 sa 2905 44 99. |
||||||||||||||||||||||||||||||||||
3824 71 00 sa 3824 79 00 |
Taħlitiet li fihom derivattivi aloġenati tal-metanu, etanu jew propanu Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal subtitli 3824 71 sa 3824 79. |
||||||||||||||||||||||||||||||||||
3824 90 10 |
Sulfonati ta’ żejt minerali (petroleum), ħlief sulfonati ta’ żejt minerali (petroleum) ta’ metalli alkali, ta’ ammonju jew ta’ etanolamini; aċti sulfoniċi tiofenati ta’ żjut miksubin minn minerali bituminużi, u l-melħ tagħhom Dan is-subtitlu jinkludi:
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||
3824 90 15 |
Sustanzi għal bdil ta’ joni Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 3824, parti (B), sitt paragrafu, (14). Dan is-subtitlu jinkludi sustanzi għal bdil ta’ joni fuq karbonju sulfonat, kif ukoll ċertu tipi ta’ tafal sakemm dawn għaddew minn trattamenti partikolari li jagħmilhom tajbin għal użu bħala sustanzi għal bdil ta’ joni (prinċipalment katjoniċi); fost dawn hemm glawkonit, li jieħu l-forma ta’ ġell ta’ alumino-silikati miksub minn ħamrija ramlija li ġejja mill-baħar. Din tintuża prinċipalment għat-trattib ta’ ilma. Prodotti oħrajn użati għall-istess għanijiet huma bbażati fuq montmorillonit u kaolinit. Dan is-subtitlu jinkludi ukoll sustanzi għal bdil ta’ joni sintetiċi, bħal żeoliti artifiċjali u dawk ibbażati fuq ossidu ta’ l-aluminju jew ġell silika. Dan is-subtitlu ma jkoprix:
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||
3824 90 20 |
Sustanzi għat-tbattil ta’ tubi vakwi Dan is-subtitlu jkopri oġġetti magħrufin bħala “getters”. Dawn huma maqsumin f’ “flash getters” u “bulk getters”. L-ewwel kategorija huma volatilizzati fit-tubu matul il-manifattura tiegħu; huma jinkludu: prodotti magħmulin kemm minn barju u aluminju, manjesju, tantalu, torju, eċċ., fil-forma ta’ wajer jew gerbub; komposizzjonijiet li jikkonsistu f’taħlita ta’ karbonati ta’ barju u stronzju fuq wajer tat-tantalu. It-tieni kategorija huma sempliċiment imsaħnin iżda mhux volatilizzati u għandhom biss azzjoni ta’ assorbiment mal-kuntatt. Huma ġeneralment magħmulin minn metalli puri (tantalu, tungsten, żirkonju, niobju, torikum) fil-forma ta’ wajers, wejfers, eċċ., u ma jistgħux għalhekk ikunu klassifikati f’dan is-subtitlu. |
||||||||||||||||||||||||||||||||||
3824 90 30 |
Aċti nafteniċi, il-melħ tagħhom ma jdubx fl-ilma u l-esteri tagħhom Aċti nafteniċi huma taħlitiet ta’ aċti aliċikliċi monokarbossiliċi rkuprati matul l-irfinar ta’ żejt mhux raffinat ta’ ċertu oriġni (prinċipalment mill-USSR ta’ qabel u mir-Rumanija). Dan is-subtitlu jinkludu ukoll melħ li ma jdubx fl-ilma ta’ aċti nafteniċi (eż., il-melħ ta’ aluminju, barju, ċomb, kromju, kalċju, manjesju, kobalt, żingu) u l-esteri ta’ dawk l-aċti. |
||||||||||||||||||||||||||||||||||
3824 90 35 |
Preparazzjonijiet kontra s-sadid li fihom amini bħala kostitwenti attivi Dan is-subtitlu jkopri prodotti li fihom amini u derivattivi tagħhom bħala l-kostitwenti attivi tagħhom u huma użati għall-prevenzjoni ta’ sadid, pereżempju:
Madanakollu, preparazzjonijiet bħal dawn li jintużaw bħala addittivi għal żjut minerali, eż., sustanzi li jwaqqfu l-korrużjoni għal żjut karburanti, huma klassifikati f’titlu 3811. |
||||||||||||||||||||||||||||||||||
3824 90 45 |
Komposti kontra l-ġebla u oħrajn simili Dan is-subtitlu jkopri prodotti msemmijin fin-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 3824, (B), sitt paragrafu, (15) u preparazzjonijiet li jdewbu depożiti tal-ġebla. |
||||||||||||||||||||||||||||||||||
3824 90 50 |
Preparazzjonijiet għal kisi ta’ metall b’elettrolisi Dan is-subtitlu jkopri, pereżepmju, preparazzjonijiet speċjali għall-immetallizzar ta’ banjijiet, polixxjar ta’ banjijiet u prodotti għal elettrografija. |
||||||||||||||||||||||||||||||||||
3824 90 55 |
Taħlit ta’ mono-, di- u tri-, esteri ta’ aċti xaħmin ta’ gliċerol (emulsjonanti għal xaħmijiet) Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 3824, (B), sitt paragrafu, (11). |
||||||||||||||||||||||||||||||||||
3824 90 65 |
Prodotti awżiljari għal funderiji (ħlief dawk ta’ subtitlu 3824 10 00) Bħala żieda mal-prodotti msemmijin fin-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 3824, (B), sitt paragrafu, (6) u (42), dan is-subtitlu jinkludi wkoll:
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||
3824 90 70 |
Preparazzjonijiet li jirreżistu n-nar, li jirreżistu l-ilma u preparazzjonijiet protettivi simili użati fl-industrija tal-bini Dan is-subtitlu jinkludi:
|
TAQSIMA VII
PLASTIKS U OĠĠETTI TAGĦHOM; GOMMA U OĠĠETTI TAGĦHA
KAPITLU 39
PLASTIKS U OĠĠETTI TAGĦHOM
Nota 6 |
It-terminu “soluzzjonijiet” użat kemm f’din in-Nota u f’Nota 4 għal kapitlu 32 ma japplikax għal soluzzjonijiet kollojde. |
I. FOROM PRIMARJI |
|||||||
|
Għad-definizzjoni tat-terminu “forom primarji” ara Nota 6 għal dan il kapitlu u n-Noti ta’ Spjega Ġenerali SA għal dan il-kapitlu, “Forom Primarji”. |
||||||
3901 |
Polimeri ta’ etilene, f’forom primarji |
||||||
3901 10 10 u 3901 10 90 |
Polietilene bi gravita’ speċifika inqas minn 0,94 Dawn is-subtitli jkopru biss omopolimeri ta’ etilene, jiġifieri., polimeri li fihom etilene jagħmel 95 % jew aktar mill-piż tal-kontenut ta’ polimeri totali. Il-gravita’ speċifika tal-polietilene għandha tkun determinata bl-użu ta’ polimeru ħieles minn addittivi. Polietilene likwidu huwa kopert biss jekk jissodisfa l-kundizzjonijiet stipulati f’Nota 3 (a) għal dan il-kapitlu. Inkella, dan jaqa’ f’subtitli 2710 11 11 sa 2710 19 99. Xemgħat tal-polietilene huma klassifikati f’titlu 3404. |
||||||
3901 20 10 u 3901 20 90 |
Polietilene bi gravita’ speċifika 0,94 jew aktar Ara n-Noti ta’ Spjega għal subtitli 3901 10 10 u 3901 10 90. |
||||||
3901 90 10 sa 3901 90 90 |
Oħrajn Skond Nota 4 u Nota ta’ Subtitlu 1 għal dan il-kapitlu, dawn is-subtitli jkopru:
|
||||||
3902 |
Polimeri ta’ propilene jew olefini oħrajn, f’forom primarji |
||||||
3902 10 00 |
Polipropilene In-Noti ta’ Spjega għal subtitli 3901 10 10 u 3901 10 90, l-ewwel paragrafu, japplikaw, mutatis mutandis. Dan is-subtitlu ma jkoprix polipropilene likwidu li m’huwiex konformi ma’ Nota 3 (a) għal dan il-kapitlu (eż., tripropilene jew tetrapropilene) (subtitli 2710 11 11 sa 2710 19 99). |
||||||
3902 20 00 |
Poliisobutilene Dan is-subtitlu jkopri l-prodotti msemmijin fin-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 3902, tielet u raba’ paragrafi. Dan is-subtitlu ma jkoprix poliisobutilene likwidu li m’huwiex konformi ma’ Nota 3 (a) għal dan il-kapitlu (eż., triisobutilene) (subtitli 2710 11 11 sa 2710 19 99). |
||||||
3902 30 00 |
Kopolimeri ta’ propilene Dan is-subtitlu jinkludi kopolimer jew taħlita ta’ polimeri li jikkonsisti f’ 45 % etilene, 35 % propilene u 20 % isobutilene, mill-piż, minħabba li l-propilene u l-isobutilene, li l-polimeri tagħhom jaqgħu f’titlu 3902, jagħmlu 55 % tal-kopolimer u, meħudin bħala ħaġa waħda, huma jippredominaw fuq l-etilene. Barra dan, huwa l-propilene, li l-kopolimeri tiegħu huma msemmijin b’mod ċar f’dan l-istant, li huma l-monomeru predominanti fuq l-isobutilene (applikazzjoni ta’ Nota 4 u ta’ Nota ta’ Subtitlu 1 għal dan il-kapitlu). Jekk fl-eżempju mgħoti l-perċentwali ta’ propilene u isobutilene jinqalbu, il-kopolimer imsemmi jaqa’ f’subtitli 3902 90 10 sa 3902 90 90. |
||||||
3902 90 10 sa 3902 90 90 |
Oħrajn Dawn is-subtitli jinkludu prodotti magħrufin kummerċjalment bħala poli(alfa-olefini), ġeneralment miksubin permezz ta’ polimerizzazzjoni ħafifa ta’ dek-1-ene, segwita b’idroġenizzazzjoni tal-prodott iffurmat u separazzjoni permezz ta’ distillazzjoni tal-frazzjonijiet għonja f’ C20-, C30-, C40-, u C50 idrokarbonji. Dawn il-frazzjonijiet huma mħalltin biex jiffurmaw it-tipi differenti ta’ poli(alfa-olefini) kummerċjali. Dawn huma likwidi li mhux neċessarjament jissodisfaw il-kriterji stipulati f’Nota 3 (ċ) għal dan il-kapitlu iżda li jaqblu mal-provvedimenti ta’ Nota 3 (a) għall-istess kapitlu u li jintużaw bħala sostituti għal żjut minerali fil-preparazzjoni ta’ żjut lubrikanti sintetiċi u semi-sintetiċi li jagħtu lil prodotti bħal dawn numru ta’ viskożita’ ogħla, punt li fih jitferrgħu aktar baxx, stabilita’ termali aħjar, flash-point ogħla u inqas volatilita’. |
||||||
3903 |
Polimeri ta’ stirene, f’forom primarji Dan it-titlu ma jkoprix poliesteri stirenati (titlu 3907). |
||||||
3903 11 00 u 3903 19 00 |
Polistirene In-Noti ta’ Spjega għal subtitli 3901 10 10 u 3901 10 90, l-ewwel paragrafu, japplikaw, mutatis mutandis. |
||||||
3904 |
Polimeri ta’ klorju tal-vinil jew ta’ olefini aloġenati oħrajn, f’forom primarji Polimeru vinil huwa polimeru li l-monomeru tiegħu juri l-formula:
fejn ir-rabta C-X la hija karbonju-karbonju u lanqas rabta karbonju-idroġenu. |
||||||
3904 10 00 |
Poli(klorur tal-vinil), mhux imħallat ma’ xi sustanzi oħrajn In-Noti ta’ Spjega għal subtitli 3901 10 10 u 3901 10 90, l-ewwel paragrafu, japplikaw, mutatis mutandis. |
||||||
3904 21 00 u 3904 22 00 |
Poli(klorur tal-vinil) oħrajn In-Noti ta’ Spjega għal subtitli 3901 10 10 u 3901 10 90, l-ewwel paragrafu, japplikaw, mutatis mutandis. |
||||||
3904 30 00 |
Kopolimeri ta’ aċetat ta’ vinil–klorur ta’ vinil Dan is-subtitlu jkopri biss:
|
||||||
3904 40 00 |
Kopolimeri oħrajn ta’ klorur tal-vinil Dan is-subtitlu jinkludi l-kopolimeri ta’ klorur tal-vinil u etilene fejn il-klorur tal-vinil huwa l-komonomeru predominanti. |
||||||
3904 61 00 |
Politerafluworoetilene In-Noti ta’ Spjega għal subtitli 3901 10 10 u 3901 10 90, l-ewwel paragrafu, japplikaw, mutatis mutandis. |
||||||
3904 69 90 |
Oħrajn Dan is-subtitlu jinkludi (klorotriflworoetilene) u poli(vinilideneflworju). |
||||||
3906 |
Polimeri akriliċi f’forom primarji |
||||||
3906 10 00 |
Poli(metakrilat tal-metil) In-Noti ta’ Spjega għal subtitli 3901 10 10 u 3901 10 90, l-ewwel paragrafu, japplikaw, mutatis mutandis. |
||||||
3906 90 90 |
Oħrajn Dan is-subtitlu jinkludi poli(akrilonitrile). Dan is-subtitlu ma jinkludix:
|
||||||
3907 |
Poliaċetali, rażi oħrajn ta’ polieteri u epossidi, f’forom primarji; polikarbonati, rażi alkidi, esteri polialliliċi u poliesteri oħrajn, f’forom primarji Għad-definizzjoni tal-prefiss “poli”, fis-sens ta’ dan it-titlu, ara Nota ta’ Subtitlu 1 (a) (1) għal dan il-kapitlu. |
||||||
3907 20 11 sa 3907 20 99 |
Polieteri oħrajn Dawn is-subtitli jinkludu wkoll polieteri modifikati kimikament (ħlief poliaċetali) (ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 3907, (2)). |
||||||
3907 20 21 |
B’numru ta’ idroksil mhux ogħla minn 100 In-numru ta’ idroksil ta’ polimeru huwa l-ammont, f’milligrammi, ta’ idrossidu tal-potassju ekwivalenti għall-gruppi ta’ idroksil f’kampjun ta’ 1 g. Dan huwa qies tal-konċentrazzjoni ta’ gruppi ta’ idroksil f’katina ta’ polimeri. Din tista’ tkun imkejla permezz ta’ metodu bħal wieħed mill-metodi ASTM D 4274. Polieteri u poliesteri b’numru għoli ta’ idroksil (aktar minn 100) huma miksubin bl-użu ta’ polioli fis-sintesi tagħhom; il-prodotti miksubin, li huma għonja f’siti ta’ idroksil reattiv, ikunu magħqudin ma’ isokijanati biex jipproduċu poliuretani. |
||||||
3907 20 29 |
Oħrajn Ara n-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 3907 20 21. |
||||||
3907 40 00 |
Polikarbonati Dan is-subtitlu jinkludi kopolimeri li fihom komponent iffurmat minn polikarbonat u komponent ffurmat minn poli(etilene tereftalat) jekk il-polikarbonat jippredomina (ara n-Noti ta’ Spjega SA għas-subtitli ta’ dan il-kapitlu, (B), (1), sitt paragrafu). |
||||||
3907 60 20 u 3907 60 80 |
Poli(etilene tereftalat) In-Noti ta’ Spjega għal subtitli 3901 10 10 u 3901 10 90 japplikaw, mutatis mutandis. Dawn is-subtitli jinkludu kopolimeri li fihom komponent magħmul minn polikarbonat u komponent ffurmat minn poli(etilene tereftalat) jekk il-poli(etilene tereftalat) jippredomina (ara n-Noti ta’ Spjega SA għas-subtitli ta’ dan il-kapitlu, (B), (1), sitt paragrafu). |
||||||
3907 60 20 |
B’numru ta’ viskożità ta’ 78 ml/g jew aktar Poli(etilene tereftalat) li għandu numru ta’ viskożita’ ta’ 78 ml/g jew aktar jintuża ġeneralment għall-produzzjoni ta’ fliexken. In-numru ta’ viskożita’ huwa kkalkolat skond l-iStandard ISO 1628-5. |
||||||
3907 99 11 u 3907 99 19 |
B’numru ta’ idroksil mhux ogħla minn 100 Ara n-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 3907 20 21. |
||||||
3907 99 91 u 3907 99 98 |
Oħrajn Ara n-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 3907 20 21. |
||||||
3908 |
Poliamidi f’forom primarji |
||||||
3908 10 00 |
Poliamide-6, -11, -12, -6,6, -6,9, -6,10 jew -6,12 In-Noti ta’ Spjega għal subtitli 3901 10 10 u 3901 10 90 japplikaw, mutatis mutandis. |
||||||
3909 |
Amino-rażi, rażi fenoliċi u poliuretani, f’forom primarji Għall-klassifikazzjoni ta’ kopolimeri magħmulin minn monomeri ta’ raża msemmijin f’dan it-titlu u għall-klassifikazzjoni tat-taħlit tagħhom ara Nota 4 għal dan il-kapitlu. |
||||||
3911 |
Rażi ta’ żejt minerali (petroleum), rażi coumarone-indene, politerpini, polisulfidi, polisulfoni u prodotti oħrajn speċifikati f’nota 3 għal dan il-kapitlu, li mhumiex speċifikati jew inklużi band’oħra, f’forom primarji |
||||||
3911 10 00 |
Rażi ta’ żejt minerali (petroleum), rażi coumarone, indene jew coumarone-indene u politerpini Il-politerpeni ta’ dan is-subtitlu huma ristretti għal polimeri u taħlitiet ta’ polimeri fejn wieħed jew iktar monomeri terpeni jagħmlu 95 % jew aktar mill-piż tal-kontenut ta’ polimeri totali. |
||||||
3911 90 11 sa 3911 90 19 |
Prodotti polimerizzati ta’ kondensazzjoni jew riarranġament modifikati kimikament jew le Dawn is-subtitli jinkludu l-prodotti msemmijin fin-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 3911, l-ewwel paragrafu, (2) sa (5). |
||||||
3912 |
Ċelluloża u d-derivattivi kimiċi tagħha, li mhumiex speċifikati jew inklużi band’ oħra, f’forom primarji |
||||||
3912 11 00 u 3912 12 00 |
Aċetati ta’ ċelluloża Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 3912, (B), tieni paragrafu, (1). |
||||||
3912 20 11 sa 3912 20 90 |
Nitrati ta’ ċelluloża (inklużi kollodjoni) Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 3912, (B), tieni paragrafu, (2). |
||||||
3912 20 11 |
Kollodjoni u ċellojdin Kollodjon huwa soluzzjoni ta’ nitroċelluloża ta’ 12 % bil-piż f’taħlita ta’ eter u alkoħol. Malli tinxef, din is-soluzzjoni tħalli strat elastiku ta’ nitroċellulosa, li l-flessibilita’ tagħha tista’ tkun miżjuda permezz taż-żieda ta’ żejt ir-riġnu. Kollodjon jista’ jkun miksub ukoll billi tkun imdewba nitroċelluloża f’aċeton. Kollodjon huwa użat għall-preparazzjoni ta’ emulsjonijiet fotografiċi u f’mediċina. Ċellojdin huwa miksub minn kollodjoni permezz ta’ evaporazzjoni parzjali tas-solventi. Huwa solidu. |
||||||
3912 20 19 |
Oħrajn Dan is-subtitlu jkopri nitrati taċ-ċelluloża mhux plastiċizzati (nitroċelluloża) ħlief kollodjoni u ċellojdin anki jekk għal raġunijiet ta’ sigurta’ huma mxarbin — ġeneralment b’etil jew butil alkoħol — jew modifikati biex ma jagħmlux ħsara b’xi manjiera oħra. |
||||||
3912 31 00 sa 3912 39 80 |
Eteri ta’ ċelluloża Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 3912, (B), tieni paragrafu, (4). |
||||||
3912 31 00 |
Karboksimetilċelluloża u l-melħ tagħha Karboksimetilċelluloża hija miksuba mir-reazzjoni ta’ aċtu monokloroaċetiku ma’ ċelluloża alkalina. Din tista’ tintuża prinċipalment bħala sustanza li tħaxxen u bħala aġent protettiv kollojde. |
||||||
3912 39 80 |
Oħrajn Dan is-subtitlu jinkludi metilċelluloża, benżil-ċelluloża u idroksiletilċelluloża. |
||||||
3912 90 10 |
Esteri ta’ ċelluloża Dan is-subtitlu jinkludi ċelluloża propjonata u ċelluloża butirata. |
||||||
3912 90 90 |
Oħrajn Dan is-subtitlu jinkludi ċelluloża, mhux speċifikata jew inkluża mkien ieħor, f’forom primarji. Minħabba l-forma kummerċjali tas-soltu tagħha, ċelluloża riġenerata m’hijiex ġeneralment klassifikata hawn. Fil-forma ta’ film fin u trasparenti din taqa’ f’titlu 3920 jew 3921 u, fil-forma ta’ fibri tat-tessut, f’kapitlu 54 jew 55. Dan is-subtitlu jinkludi taħlitiet ta’ esteri taċ-ċelluloża u eteri taċ-ċelluloża (ara Nota ta’ Subtitlu 1 għal dan il-kapitlu). |
||||||
3913 |
Polimeri naturali (per eżempju, aċtu alġiniku) u polimeri naturali modifikati (per eżempju, proteini mwebbsin, derivattivi kimiċi ta’ gomma (lastiku) naturali), li mhumiex speċifikati jew inklużi band’ oħra, f’forom primarji |
||||||
3913 10 00 |
Aċtu alġiniku, il-melħ u l-esteri tiegħu Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 3913, l-ewwel paragrafu, (1). |
||||||
3913 90 00 |
Oħrajn Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 3913, l-ewwel paragrafu, (2) sa (4). |
||||||
II. SKART, BĊEJJEĊ MAQTUGĦIN U FDAL; SEMI-MANIFATTURI; OĠĠETTI |
|||||||
3915 |
Skart, bċejjeċ maqtugħin u fdal, ta’ plastiks It-terminu “plastiks” huwa definit f’Nota 1 għal dan il-kapitlu.
|
||||||
3915 90 11 u 3915 90 18 |
Ta’ prodotti ta’ polimerizzazzjoni ta’ żjieda Għad-definizzjoni tat-terminu “prodotti ta’ polimerizzazzjoni ta’ żjieda” ara n-Noti ta’ Spjega Ġenerali SA għal dan il-kapitlu, “Polimeri”, tieni paragrafu, (1). Dawn is-subtitli jinkludu skart, bċejjeċ maqtugħin u fdal ta’ polimeri ta’ propilene, polimeri akriliċi, u polimeri ta’ vinilaċetat u aċetat ta’ vinilidin. |
||||||
3915 90 90 |
Oħrajn Dan is-subtitlu jinkludi skart, bċejjeċ maqtugħin u fdal ta’ poliesteri, ta’ poliamidi jew ta’ poliuretani. |
||||||
3916 |
Monofilament li l-qies ta’ xi wiċċ mill-qtugħ (cross-sectional) jaqbeż il-1 mm, vireg, bsaten u suriet profili, kemm jekk bil-wiċċ maħdum jew le iżda mhux maħdumin mod ieħor, tal-plastiks |
||||||
3916 90 11 sa 3916 90 19 |
Ta’ prodotti ta’ polimerizzazzjoni ta’ kondensazzjoni jew riarranġament, modifikati kimikament jew le Dawn is-subtitli jinkludu monofilamenti, vireg, stikek u forom ta’ profili ta’ poliesteri, poliamidi jew poliuretani. |
||||||
3916 90 51 u 3916 90 59 |
Ta’ prodotti ta’ polimerizzazzjoni ta’ żjieda Dawn is-subtitli jinkludu monofilamenti, vireg, stikek u forom ta’ profili ta’ polimeri ta’ propilene jew ta’ stirene, jew ta’ polimeri akriliċi. |
||||||
3917 |
Tubi, pajpijiet u manek, u tagħmir għalihom (per eżempju, ġogi, imniekeb, flanġi), tal-plastiks Għad-definizzjoni tat-terminu tubi, pajpijiet u manek; ara Nota 8 għal dan il-kapitlu. |
||||||
3917 29 12 |
Ta’ prodotti ta’ polimerizzazzjoni ta’ kondensazzjoni jew riarranġament, modifikati kimikament jew le Dan is-subtitlu jinkludi tubi, pajpijiet u manek magħmulin minn rażi fenoliċi, amino-rażi, rażi alkidi u poliesteri oħrajn, poliamidi, poliuretani u silikoni. |
||||||
3917 29 15 |
Ta’ prodotti ta’ polimerizzazzjoni ta’ żjieda Dan is-subtitlu jinkludi prodotti magħmulin minn politetraaloetileni, poliisobutilene, polimeri ta’ stirene, klorur tal-vinilidene, aċetat tal-vinil jew esteri tal-vinil oħrajn u polimeri akriliċi. |
||||||
3917 32 10 |
Ta’ prodotti ta’ polimerizzazzjoni ta’ kondensazzjoni jew riarranġament, modifikati kimikament jew le Ara n-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 3917 29 12. |
||||||
3917 32 31 sa 3917 32 39 |
Ta’ prodotti ta’ polimerizzazzjoni ta’ żjieda Ara n-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 3917 29 15. Dawn is-subtitli jinkludu prodotti magħmulin minn polimeri ta’ etilene, propilene jew klorur tal-vinil. |
||||||
3918 |
Kisi ta’ l-art tal-plastiks, li jeħel waħdu jew le, f’rombli jew f’forma ta’ madum; kisi tal-ħajt jew tas-saqaf tal-plastiks, kif definit f’nota 9 għal dan il-kapitlu Dan it-titlu jinkludi folji ta’ plastiks mhux imtaqqbin, f’rombli jew f’forma ta’ madum, ta’ tip użat għal kisi ta’, eż., korts tat-tenis u terrazzi. |
||||||
3919 |
Pjanċi, folji, film, fojl, tejp, strixxa u forom oħrajn ċatti li jeħlu waħedhom, tal-plastiks, f’rombli jew le Għad-definizzjoni tat-terminu “li jeħlu waħedhom” ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 3919, l-ewwel paragrafu. Dan it-titlu ma jkoprix forom ċatti ta’ plastiks, li jeħlu biss ma’ uċuħ lixxi bħal ħġieġ. L-oġġetti ta’ dan it-titlu spiss ikollhom folja għal-rilaxx protettiva jew strixxi ta’ karta jew ta’ plastiks. Din il-folja jew strippa protettiva ma titqiesx għad-determinazzjoni tal-klassifikazzjoni. |
||||||
3919 10 11 sa 3919 10 90 |
F’rombli mhux aktar minn 20 ċm wisgħa Dawn is-subtitli jinkludu strixxi adeżivi b’dispensers tab and on li jservu prinċipalment bħala preżentazzjoni għal bejgħ fi ħwienet u li ġeneralment ma jistgħux jerġgħu jintużaw. |
||||||
3919 10 11 sa 3919 10 19 |
Strixxi, li l-kisi tagħhom magħmul minn lastiku naturali jew sintetiku mhux ivvulkanizzat Dawn is-subtitli jkopru strixxi li jeħlu waħedhom biss, eż., strixxi li jintgħarfu li huma intiżi għal użu biss jew prinċipalment bħala mezz ta’ twaħħil. Strixxi bħal dawn huma ġeneralment użati għal ippakkjar ta’ oġġetti u għal għanijiet simili. |
||||||
3919 10 69 |
Oħrajn Dan is-subtitlu jinkludi prodotti magħmulin minn polimeri ta’ stirene jew propilene, jew minn polimeri akriliċi. |
||||||
3920 |
Pjanċi, folji, film, fojl u strixxa oħrajn, ta’ plastiks, mhux ċellulari u mhux rinfurzati, laminati, mirfudin jew hekk magħqudin ma’ materjali oħrajn Ara Nota 10 għal dan il-kapitlu. Dan it-titlu ma jinkludix strixxi ta’ ħxuna apparenti li ma taqbiżx il-5mm (kapitlu 54). |
||||||
3920 20 71 |
Strixxa dekorattiva Dan is-subtitlu jkopri strixxa ta’ tip użat għal għanijiet ta’ ppakkjar li hija kkulurita, tal-bellus fl-apparenza tagħha u magħmula permezz ta’ estrużjoni ta’ polimeri ta’ propilene. L-orjentazzjoni molekolari li tirriżulta tal-polimeri ta’ propilene tikkawża l-prodott biex jiffibrilla (jinqasam) meta l-istrixxa tkun miġbuda matul it-tul tagħha bl-idejn u tagħti l-impressjoni ħażina li hija prodott ibbażat fuq fibri. Il-ħxuna ta’ l-istrixxa hija ta’ madwar 0,13 mm, din tista’ tkun ipprintjata u hija tajba għal innukklar. Hija ġeneralment imrembla fuq rukkelli jew fuq rukkelli tubulari u negozjati taħt l-isem “bolducs tal-plastik”. Din tistuża għall-istess għanijiet bħal bolducs klassifikati f’titlu 5806. Din l-istrixxa dekorattiva s-soltu tkun magħmula għoqda meta użata biex torbot pakketti. Dan is-subtitlu ma jinkludix strixxa dekorattivi ta’ ħxuna apparenti li ma taqbiżx 5 mm. (subtitlu 5404 90 11). |
||||||
3920 20 79 |
Oħrajn Dan is-subtitlu jkopri strixxa ta’ tip użat għal għanijiet ta’ ppakkjar, jew bla kulur jew ikkulurita bil-massa, prodotta bl-estrużjoni ta’ polimeri ta’ propilene. Din l-istrixxa dekorattiva, bil-kontra ta’ dik ta’ subtitlu 3920 20 71, m’hijiex qisha tal-bellus fl-apparenza tagħha, hija eħxen u iżjed iebsa u mhux tajba għal innukklar. Il-wiċċ jista’ jkun mgħolli jew b’ħofor żgħar u jista’ jkun printjat. Din l-istrixxa titqiegħed taħt tensjoni madwar l-oġġett li għandu jkun ippakkjat u t-truf ikunu imbagħad issiġillati bis-sħana jew ġonġuti permezz ta’ klippa tal-metall jew tal-plastik. Dan is-subtitlu ma jinkludix strixxi ta’ ħxuna apparenti li ma taqbiżx 5 mm (subtitlu 5404 90 19). |
||||||
3920 43 10 u 3920 43 90 |
Fihom bil-piż mhux anqas minn 6 % ta’ plastiċizzaturi Ara Nota ta’ Subtitlu 2 għal dan il-kapitlu u n-Noti ta’ Spjega SA għal subtitli 3920 43 u 3920 49. |
||||||
3920 49 10 u 3920 49 90 |
Oħrajn Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal subtitli 3920 43 u 3920 49. |
||||||
3920 73 10 |
Film f’rombli jew fi strixxi, għaċ-ċinematografija jew għall-fotografija Dan is-subtitlu jkopri folji tajbin għal użu f’ċinematografija jew fotografija bħala support għal materjali sensittivi għad-dawl. |
||||||
3921 |
Pjanċi, folji, film u strixxa oħrajn, tal-plastiks Ara n-Noti ta’ Spjega għal titlu 3920. |
||||||
3921 90 41 |
Laminati għal pressjoni qawwija b’wiċċ dekorattiv fuq naħa waħda jew fuq iż-żewġ naħat Dan is-subtitlu jinkludi folji laminati li jikkonsistu fi strati ta’ materjal folja fibruż (eż., karta) imħallta ma’ rażi thermosetting u magħqudin flimkien permezz ta’ sħana u pressa ta’ mhux inqas minn 5 MPa; l-istrat jew l-istrati ta’ barra għandhom kuluri dekorattivi jew disinji (pereżempju, imitazzjoni ta’ l-injam). Folji bi strati dekorattivi fuq iż-żewġ naħat jintużaw vertikalment, pereżempju, bħala partizzjonijiet f’wirjiet jew fi twieqi ta’ ħwienet; folji bi strat dekorattiv wieħed jintużaw prinċipalment bħala kisi għal ċippbord. |
||||||
3923 |
Oġġetti għall-ġarr jew ippakkjar ta’ oġġetti, ta’ plastiks; tappijiet, għotien, kuperċi u għeluq ieħor, ta’ plastiks |
||||||
3923 90 10 |
Xibka ffurmata f’għamla tubulari Ix-xibka ta’ dan is-subtitlu hija intiża għal ippakkjar, hija mibjugħa f’tulijiet mhux determinati u, wara li tkun maqtugħa għat-tul mixtieq, hija komunement użata għall-manifattura ta’ xkejjer u basktijiet għall-ippakkjar ta’ ċertu frott u ħaxix, bħal tuffieħ, larinġ, patata u basal. |
||||||
3924 |
Oġġetti tal-mejda, oġġetti tal-kċina, oġġetti oħrajn tad-dar u oġġetti ta’ l-iġjene jew tat-twaletta, tal-plastiks |
||||||
3924 90 11 |
Sponoż Dan is-subtitlu jkopri sponoż ta’ ċelluloża riġenerata maqtugħa f’forom ħlief rettangolari (inkluż il-kwadru) kif ukoll sponoż maqtugħin f’rettangoli (inklużi kwadri) bi truf mitħunin jew maħdumin mod ieħor. Dan is-subtitlu ma jkoprix:
|
||||||
3925 |
Oġġetti tal-plastiks tal-bennejja, mhux speċifikati jew inklużi band’ oħra Ara Nota 11 għal dan il-kapitlu. |
||||||
3925 20 00 |
Bibien, twieqi u t-tilari tagħhom u għetiebi għal bibien Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal subtitlu 3925 20. |
||||||
3925 90 10 |
Tagħmir u armar maħsubin għal stallazzjoni permanenti ġo jew fuq bibien, twieqi, turġien, ħitan jew partijiet oħrajn tal-bini Ara Nota 11 (ij) għal dan il-kapitlu. |
KAPITLU 40
GOMMA (LASTIKU) U OĠĠETTI TAGĦHA
Ġenerali
Għall-għanijiet ta’ Nota 4 (a) għal dan il-kapitlu it-terminu “sustanzi mhux thermoplastic” tfisser sustanzi li ma jistgħux ikunu mrattbin b’mod repetut permezz ta’ trattament bis-sħana sabiex dawn jkunu jistgħu jkunu ffurmati permezz ta’ forma jew estrużjoni.
4001 |
Gomma naturali, balata, guttaperka, gwajul (guayule), ħalib tas-sapodilja u gomom naturali simili, f’forom primarji jew fi pjanċi, folji jew strixxa |
||||
4001 21 00 |
Folji mdaħħnin Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 4001, parti (B), (1), l-ewwel paragrafu. |
||||
4001 29 00 |
Oħrajn Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 4001, parti (B), (1), it-tieni u r-raba’ paragrafi. Dan is-subtitlu jinkludi krippi ċari, krippi kannella, folji kkustiljati u mnixxfin bl-arja granuli tal-gomma ri-agglomerati u trabijiet li jimxu liberament ta’ gomma naturali. |
||||
4002 |
Gomma sintetika u fattis (factice) derivat miż-żjut, f’forom primarji jew fi pjanċi, folji jew strixxa; taħlit ta’ xi prodott ta’ titlu 4001 ma’ xi prodott ta’ dan it-titlu, f’forom primarji jew fi pjanċi, folji jew strixxa |
||||
4002 99 10 |
Prodotti modifikati bl-inkorporazzjoni ta’ plastiks Dan is-subtitlu jinkludi l-prodotti li hemm riferenza għalihom f’Nota 4 (ċ) għal dan il-kapitlu, bl-eċċezzjoni ta’ gomma naturali depolimerizzata (subtitlu 4002 99 90). |
||||
4002 99 90 |
Oħrajn Dan is-subtitlu jinkludi gomom karbossilati akrilonitrili-butadini (XNBR), gomom akrilonitrile-isopreni (NIR) u fattis (factice) minn żjut. |
||||
4005 |
Gomma komposta, mhux ivvulkanizzata, f’forom primarji jew fi pjanċi, folji jew strixxa |
||||
4005 20 00 |
Soluzzjonijiet; tixrid ħlief dawk ta’ subtitlu 4005 10 Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 4005, (B), l-ewwel paragrafu u t-tieni paragrafu, (2). |
||||
4005 91 00 |
Pjanċi, folji u strixxa Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 4005, (B), l-ewwel paragrafu u t-tieni paragrafu, (3) u (4). Dan is-subtitlu jkopri ukoll pjanċi, folji u strixxa ta’ gomma mhux vulkanizzata, mhux maqtugħin jew sempliċiment maqtugħin f’forom rettangolari (inkluż il-kwadru), mgħottijin minn naħa waħda bi strat ta’ sustanza adeżiva. L-applikazzjoni ta’ l-adeżiv hija meqjusa bħala sempliċiment ħidma tal-wiċċ skond it-tifsira ta’ Nota 9 għal dan il-kapitlu. Oġġetti bħal dawn, li jinkorporaw strat ta’ rilaxx ta’ karta, materjal ta’ tessut, eċċ., biex jipproteġi l-adeżiv, jibqgħu f’dan it-titlu. |
||||
4005 99 00 |
Oħrajn Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 4005, parti (B), l-ewwel u t-tieni paragrafu, (5). |
||||
4009 |
Tubi, pajpijiet u manki, ta’ gomma vulkanizzata ħlief gomma iebsa, bit-tagħmir tagħhom magħhom jew mingħajru (per eżempju, ġonot, imniekeb, flanġijiet) |
||||
4009 12 00 |
Bit-tagħmir It-tubi, il-kanen u l-manek ta’ din is-subtitlu jista’ jkollhom tagħmir ta’ kull tip ta’ materjal. |
||||
4009 22 00 |
Bit-tagħmir Ara n-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 4009 12 00. |
||||
4009 32 00 |
Bit-tagħmir Ara n-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 4009 12 00. |
||||
4009 42 00 |
Bit-tagħmir Ara n-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 4009 12 00. |
||||
4011 |
Tajers pnewmatiċi ġodda, ta’ gomma |
||||
4011 20 10 |
B’indiċi ta’ tagħbija (load index) li ma jaqbiżx 121 L-indiċi ta’ tagħbija (load index) huwa dejjem indikat fuq it-tajer. Huwa definit fid-Direttiva tal-Kunsill 92/34/EEC (ĠU L 129, 14.5.1992, p. 95). |
||||
4011 20 90 |
B’indiċi ta’ tagħbija (load index) li jaqbeż 121 Ara n-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 4011 20 10. |
||||
4011 40 20 |
Għal rimmijiet b’dijametru mhux ikbar minn 33 ċm Dan is-subtitlu jkopri tajers għal dijametru ta’ rimm li ma jaqbiżx 13-il pulżier (13-il pulzier = 33,02 ċm). Id-dijametru tar-rimm f’pulzieri huwa dejjem indikat fuq it-tajer (ara Direttiva tal-Kunsill 92/23/EEC (ĠU L 129, 14.5.1992, p. 95)). |
||||
4011 61 00 sa 4011 69 00 |
Oħrajn, li fihom disinn “tal-wiċċ” xewka jew bħalu Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal subtitli 4011 61 sa 4011 69. |
||||
4011 62 00 |
Ta’ tip użat fuq vetturi u magni tal-bini jew għall-immaniġġjar industrijali u li għandhom qies ta’ rimm mhux akbar minn 61 ċm. Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal subtitli 4011 62, 4011 63, 4011 93 u 4011 94. |
||||
4011 63 00 |
Ta’ tip użat fuq vetturi u magni tal-bini jew għall-immaniġġjar industrijali u li għandhom qies ta’ rimm akbar minn 61 ċm. Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal subtitli 4011 62, 4011 63, 4011 93 u 4011 94. |
||||
4011 93 00 |
Ta’ tip użat fuq vetturi u magni tal-bini jew għall-immaniġġjar industrijali u li għandhom qies ta’ rimm mhux akbar minn 61 ċm. Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal subtitli 4011 62, 4011 63, 4011 93 u 4011 94. |
||||
4011 94 00 |
Ta’ tip użat fuq vetturi u magni tal-bini jew għall-immaniġġjar industrijali u li għandhom qies ta’ rimm akbar minn 61 ċm. Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal subtitli 4011 62, 4011 63, 4011 93 u 4011 94. |
||||
4015 |
Oġġetti ta’ l-lbies u aċċessorji tal-ħwejjeġ (inklużi ingwanti, ingwanti li jgħattu erba’ swaba biss (mittens) u ingwanti li jgħattu nofs is-swaba biss (mitts)) għal għanijiet kollha, ta’ gomma vulkanizzata ħlief gomma iebsa |
||||
4015 11 00 |
Kirurġiċi Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal subtitlu 4015 11. Dan is-subtitlu m’huwiex limitat għal ingwanti kirurġiċi f’pakki sterili. Dan jinkludi ukoll ingwanti li jaqblu ma’ EN 455-1 u EN 455-2 jew ekwivalenti. |
||||
4015 19 90 |
Oħrajn Dan is-subtitlu jinkludi:
|
||||
4015 90 00 |
Oħrajn Bħala żieda mal-prodotti msemmijin fin-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 4015 (bl-eċċezzjoni ta’ ingwanti, ingwanti li jgħattu biss erba’ swaba u ingwanti li jgħattu biss nofs is-swaba), dan is-subtitlu jinkludi ukoll ilbies użat bħala protezzjoni kontra radjazzjoni jew pressa atmosferika, eż., ilbies taħt pressa għal nies ta’ l-ajru), sakemm dawn m’humiex magħqudin ma’ apparat għan-nifs. Jekk dan huwa hekk, dawn jaqgħu taħt titlu 9020 00 00. |
||||
4016 |
Oġġetti oħrajn ta’ gomma vulkanizzata ħlief gomma iebsa |
||||
4016 91 00 |
Kisi għall-art u twapet Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 4016, tieni paragrafu, (2). |
||||
4016 99 52 u 4016 99 99 |
Oħrajn Bħala żieda mal-prodotti msemmijin fin-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 4016, tieni paragrafu, (7) sa (14), dawn is-subtitli jinkludu wkoll ħakkikiet li, meta mgħottijin b’karta żmerill (li tista’ tinbidel), jintużaw biex jippolixxjaw bl-idejn ċertu oġġetti. |
TAQSIMA VIII
ĠLUD MHUX MAĦDUMIN, ĠILDA, FERIJIET U OĠĠETTI MAGĦMULIN MINNHOM; OĠĠETTI TAS-SARRAĠ U XEDD; OĠĠETTI GĦAS-SAFAR, BOROŻ TA’ L-IDEJN U KONTENITURI SIMILI; OĠĠETTI TAL-KORDA TAL-MUSRANA (ĦLIEF MUSRANA TAD-DUDU TAL-ĦARIR)
KAPITLU 41
ĠLUD MHUX MAĦDUMIN (ĦLIEF FERIJIET) U ĠILDA
4101 |
Ġlud mhux maħdumin ta’ bhejjem ta’ l-ifrat (inkluż buflu) jew annimali ekwini (friski, jew immellħin, imnixxfin, trattati bil-ġir, imnaddfin jew ippreparati mod ieħor, iżda mhux ikkunzati, mħejjijin għal parċmina jew ippreparati aktar), bix-xagħar imneħħi jew maqsumin jew le |
4101 20 10 sa 4101 20 90 |
Ġlud sħaħ, ta’ piż kull ġilda mhux aktar minn 8 kg meta mnixxfin biss, 10 kg meta immellħin fix-xott, jew 16 kg meta friski, immellħin fin-niedi jew ippreservati mod ieħor Il-ġlud ta’ dawn is-subtitli jitqiesu bħala sħaħ kemm jekk ir-ras u s-saqajn kienu mneħħijin; madanakollu dawn m’għandhomx ikunu maqsumin, jiġifieri, il-ħxuna oriġinali tal-ġilda m’għandiex tkun maqsuma f’żewġ strati jew aktar. |
4101 20 10 |
Friski Dan is-subtitlu jkopri ġlud li kienu sempliċiment imneħħijin mill-annimali. Ġlud imkessħin huma inklużi f’ dan is-subtitlu wkoll. |
4101 20 30 |
Immellħin fin-niedi Dan is-subtitlu jkopri ġlud li kienu preservati minn putrefazzjoni sempliċiment permezz taż-żieda ta’ melħ. |
4101 20 50 |
Imnixxfin jew immellħin fix-xott Dan is-subtitlu jkopri ġlud imnixxfin (preservati sempliċiment permezz ta’ tnixxif, biż-żieda ta’ antisettiċi jew le) u ġlud immellħin fix-xott. |
4101 20 90 |
Oħrajn Dan is-subtitlu jkopri ġlud ittrattati bil-ġir (mgħaddsin f’ilma bil-ġir jew miksijin b’pejst li fih il-ġir), ġlud imnaddfin (mgħaddsin f’soluzzjonijiet dgħajfin ta’ aċtu idrokloriku jew sulforiku jew kimiċi oħrajn li magħhom kien miżjud melħ) u ġlud preservati b’mezzi oħrajn. |
4101 50 10 sa 4101 50 90 |
Ġlud sħaħ, ta’ piż aktar minn 16 kg Ara n-Noti ta’ Spjega għal subtitli 4101 20 10 sa 4101 20 90. |
4101 50 10 |
Friski Ara n-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 4101 20 10. |
4101 50 30 |
Immellħin fin-niedi Ara n-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 4101 20 30. |
4101 50 50 |
Imnixxfin jew immellħin fix-xott Ara n-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 4101 20 50. |
4101 50 90 |
Oħrajn Ara n-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 4101 20 90. |
4101 90 00 |
Oħrajn, inklużi warranijiet, nofshom (bends) u żquq Warranijiet jinkludu l-ġilda li tgħatti d-dahar u l-kwarti ta’ wara; din hija l-eħxen parti tal-ġilda, l-iżjed b’saħħitha, u għalhekk l-iktar ta’ valur. Bends huma miksubin permezz tal-qsim tal-warranijiet fi tnejn matul il-linja tax-xewka tad-dahar. |
4102 |
Ġlud mhux maħdumin ta’ nagħaġ jew ħrief (friski, jew immellħin, imnixxfin, trattati bil-ġir, imnaddfin jew ippreparati mod ieħor, iżda mhux ikkunzati, mħejjijin għal parċmina jew ippreparati aktar), bis-suf imneħħi jew maqsumin jew le, ħlief dawk imħollijin barra b’nota 1(ċ) għal dan il-kapitlu |
4102 10 10 |
Tal-ħrief Dan is-subtitlu jkopri ġlud li għandhom erja tas-superfiċje massima ta’ 0,75 m2. |
4102 10 90 |
Oħrajn Dan is-subtitlu jkopri ġlud li għandhom erja tas-superfiċje massima ta’ 0,75 m2. |
4102 21 00 |
Imnaddfin (pickled) Għal ġlud imnaddfin ara n-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 4101 20 90. |
4103 |
Ġlud mhux maħdumin oħrajn (friski, jew immellħin, imnixxfin, trattati bil-ġir, imnaddfin jew ippreparati mod ieħor, iżda mhux ikkunzati, mħejjijin għal parċmina jew ippreparati aktar), bix-xagħar imneħħi jew maqsumin jew le, ħlief dawk imħollijin barra b’nota 1(b) jew 1(ċ) għal dan il-kapitlu |
4103 20 00 |
Ta’ rettili Dan is-subtitlu jinkludi l-ġlud ta’ pitoni, boas, alligaturi, kajmani, igwani, gavials u gremxul. |
4103 90 10 |
Ta’ mogħoż u gidien Ġlud ta’ mogħoż u gidien huma twal u rqaq b’għonq twil filwaqt li ġlud ta’ nagħaġ u ħrief huma usa’ u għandhom għonq iqsar. Ara ukoll Nota 1(ċ) għal dan il-kapitlu. |
4104 |
Ġlud ikkunzati jew magħmulin qoxra ta’ bhejjem ta’ l-ifrat (inkluż buflu) jew annimali ekwini, mingħajr xagħar, maqsumin jew le, iżda mhux ippreparati aktar Ara Noti 2(A) u 2(B) għal dan il-kapitlu. |
4104 11 10 sa 4104 19 90 |
Fi stat imxarrab (inkluż ikħal-niedi) Il-ġlud sempliċiment ikkuluriti jistgħu jintgħarfu speċjalment min-naħa mlaħħma tagħhom fejn, partikolarment mat-truf, fejn ċertu numru ta’ fibri subkutanji oriġinali jidhru. Għal din ir-raġuni, in-naħa mlaħħma għandha wiċċ fibruż u raff. Ġlud parzjalment ikkuluriti (ikkuluriti minn qabel) huma klassifikati ma’ ġlud mhux preparati aktar ħlief ikkuluriti. Il-proċessi intiżi biex ilestu l-ikkulurar proprju li matulu l-prodotti użati għall-ikkulurar u kwalunkwe ilma li jibqa’ huma mneħħijin mill-ġlud (pereżempju, ħasil, tgħasir, pressar, tnixxif u ġbid) ma jbiddlux il-klassifikazzjoni ta’ dawn il-ġlud. Dan japplika ukoll għas-sempliċi qsim ta’ ġlud mhux preparati aktar ħlief ikkuluriti. |
4104 11 10 sa 4104 11 90 |
Ġlud sħaħ bix-xagħar imneħħi, mhux maqsumin; ġlud bix-xagħar imneħħi u maqsumin Dawn is-subtitli jkopru ġlud li għandhom il-wiċċ oriġinali tax-xagħar kif mikxuf permezz tat-tneħħija ta’ l-epidermis, bl-ebda mill-wiċċ imneħħi, eż., permezz ta’ bbaffjar jew żmiċċar. Dawn is-subtitli jkopru biss ġlud b’superfiċje ta’ barra (naħa tax-xagħar) tal-ġild. |
4104 41 11 sa 4104 49 90 |
Fl-istat xott (qoxra) Ara Nota 2 (B) għal dan il-kapitlu u n-Noti ta’ Spjega Ġenerali SA għal kapitlu 41, (II), tielet paragrafu. |
4104 41 11 sa 4104 41 90 |
Ġlud sħaħ bix-xagħar imneħħi, mhux maqsumin; ġlud bix-xagħar imneħħi u maqsumin Ara n-Noti ta’ Spjega għal subtitli 4104 11 10 sa 4104 11 90. |
4104 41 11 |
Ġilda ta’ annimal żgħir (kip) ta’ l-Indja tal-Lvant, sħiħa, bl-irjus u s-saqajn jew imneħħijin, kull waħda b’piż nett mhux aktar minn 4,5 kg, mhux preparata aktar minn ikkunzar veġetali, mgħoddija minn ċerti trattamenti jew le, iżda ovvjament mhux tajba għal użu immedjat għall-manifattura ta’ oġġetti tal-ġilda Dan is-subtitlu jkopri ġilda ta’ kip (għoġol) sempliċiment ikkulurit permezz ta’ sustanzi veġetali li jistgħu jkunu għaddew minn trattament preservattiv biex jiffaċilita t-trasport tagħhom tul distanzi twal, eż., b’żejt veġetali. Dawn il-ġlud huma karatterizzati minn struttura soda u kumpatta u lewn kannella ċar minħabba l-kulur veġetali. In-naħa tax-xagħar tal-ġilda hija lixxa u igglejżjata kullimkien l-istess u n-naħa mlaħħma hija ġeneralment mnaddfa sew permezz ta’ tqaxxir. Qabel dawn jistgħu jintużaw fil-manifattura ta’ oġġetti tal-ġilda, ġlud ta’ dan it-tip għandhom ikunu kompletament maħdumin mill-ġdid (bil-kulur imneħħi, fil-fatt) u għalhekk jistgħu jitqiesu bħala f’kundizzjoni ta’ qabel l-ikkulurar. Dawn il-ġlud (magħrufin bħala ġlud Madras jew ġlud ta’ l-Indja tal-Lvant (EI)) huma prinċipalment impurtati mill-Indja jew mill-Pakistan. Dawn ikunu s-soltu ppakkjati, f’sitta, f’balal pressati mdawwrin f’kisja ta’ qamħ u xkejjer tal-ġuta. |
4104 49 11 |
Ġilda ta’ annimal żgħir (kip) ta’ l-Indja tal-Lvant, sħiħa, bl-irjus u s-saqajn jew imneħħijin, kull waħda b’piż nett mhux aktar minn 4,5 kg, mhux preparata aktar minn ikkunzar veġetali, mgħoddija minn ċerti trattamenti jew le, iżda ovvjament mhux tajba għal użu immedjat għall-manifattura ta’ oġġetti tal-ġilda Ara n-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 4104 41 11. |
4105 |
Ġlud ikkunzati jew magħmulin qoxra ta’ nagħaġ jew ħrief, mingħajr suf, maqsumin jew le, iżda mhux ippreparati aktar Ara Noti 2 (A) u 2 (B) għal dan il-kapitlu. |
4105 10 10 u 4105 10 90 |
Fi stat imxarrab (inkluż ikħal-niedi) Ara n-Noti ta’ Spjega għal subtitli 4104 11 10 sa 4104 19 90. |
4105 10 10 |
Mhux maqsumin Dan is-subtitlu jkopri ġlud li ma kinux maqsumin (jiġifieri, il-ħxuna oriġinali ma kinitx maqsuma f’diversi strati), kemm jekk dawk kienu mnaqqsin għal ħxuna kullimkien l-istess jew le permezz ta’ tqaxxir u tat-tneħħija ta’ kwalunkwe raffjaturi jew frak li jeħel mal-parti tal-laħam. |
4105 30 10 sa 4105 30 99 |
Fl-istat xott (qoxra) Ara Nota 2 (B) għal dan il-kapitlu u n-Noti ta’ Spjega SA għal kapitlu 41, (II), tielet paragrafu. |
4105 30 10 |
Hair sheep Indjani kkunzati minn qabel b’mod veġetali, kemm jekk mgħoddija minn ċertu trattamenti jew le, iżda ovvjament mhux tajbin għal użu immedjat, għall-manifattura ta’ oġġetti tal-ġilda Dan is-subtitlu jkopri ġlud ikkunzati minn qabel b’mod veġetali u li jeħtieġu iktar ikkunzar qabel ikunu rfinati. Ġlud sempliċement ikkunzati b’użu ta’ sustanzi veġetali jistgħu jkunu għaddew minn trattament ta’ preservazzjoni biex jiffaċilita t-trasport tagħhom fuq distanzi twal eż. b’żejt veġetali. Dawn il-ġlud huma karatterizzati minn struttura soda u kumpatta u kulur kannella ċar minħabba l-ikkunzar b’mod veġetali. Dawn il-ġlud (magħrufin bħala ġlud Madras jew ġlud ta’ l-Indja tal-Lvant (EI) Huma prinċipalment impurtati mill-Indja jew mill-Pakistan. Dawn is-soltu jkunu ppakkjati, fi gruppi ta’ sitta, f’balal ippressati mgewżrin f’tapizzar tat-tiben u xoqqa tal-ġuta. |
4105 30 91 |
Mhux maqsumin In-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 4105 10 10 japplikaw, mutatis mutandis. Dawn is-subtitli jinkludu ġlud ta’ nagħaġ u ħrief li kienu kkunzati bl-użu ta’ taħlita ta’ melħ, alum, isfar tal-bajd u dqiq (ġilda alum tanned). Dawn il-ġlud jintużaw prinċipalment biex isiru ingwanti jew fil-manifattura ta’ żraben ta’ kwalità għolja. |
4105 30 99 |
Maqsumin Ara n-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 4105 30 91, tieni paragrafu. |
4106 |
Ġlud ikkunzati jew magħmulin qoxra ta’ annimali oħrajn, mingħajr suf jew xagħar, maqsumin jew le, iżda mhux ippreparati aktar Ara Noti 2 (A) u 2 (B) għal dan il-kapitlu. |
4106 21 10 u 4106 21 90 |
Fi stat imxarrab (inkluż ikħal-niedi) Ara n-Noti ta’ Spjega għal subtitli 4104 11 10 sa 4104 19 90. |
4106 21 10 |
Mhux maqsumin In-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 4105 10 10 japplikaw, mutatis mutandis. |
4106 22 10 u 4106 22 90 |
Fl-istat xott (qoxra) Ara Nota 2 (B) għal dan il-kapitlu u n-Noti ta’ Spjega Ġenerali SA għal kapitlu 41, (II), tielet paragrafu. |
4106 22 10 |
Mogħża jew gidi Indjan ikkunzat minn qabel b’mod veġetali, mgħoddi minn ċerti trattamenti jew le, iżda ovvjament mhux tajjeb għal użu immedjat għall-manifattura ta’ oġġetti tal-ġilda In-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 4105 30 10 japplikaw, mutatis mutandis. |
4106 31 10 u 4106 31 90 |
Fi stat imxarrab (inkluż ikħal-niedi) Ara n-Noti ta’ Spjega għal subtitli 4104 11 10 sa 4104 19 90. |
4106 31 10 |
Mhux maqsumin In-Noti ta’ Spjega għal subtitli 4105 10 10 japplikaw, mutatis mutandis. |
4106 32 10 u 4106 32 90 |
Fl-istat xott (qoxra) Ara Nota 2 (B) għal dan il-kapitlu u n-Noti ta’ Spjega SA għal kapitlu 41, (II), tielet paragrafu. |
4106 32 10 |
Mhux maqsumin In-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 4105 10 10 japplikaw, mutatis mutandis. |
4106 40 10 |
Ikkunzati minn qabel b’mod veġetali Dan is-subtitlu jkopri ġlud ikkunzati minn qabel b’mod veġetali u li jeħtieġu aktar ikkunzar qabel ikunu irfinati. Dawn il-ġlud huma karatterizzati minn struttura iebsa u kumpatta u kulur kannella ċar minħabba l-ikkunzar b’mod veġetali. |
4106 91 00 |
Fi stat imxarrab (inkluż ikħal-niedi) Ara n-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 4104 11 10 sa 4104 19 90. |
4106 92 00 |
Fl-istat xott (qoxra) Ara Nota 2 (B) għal dan il-kapitlu u n-Noti ta’ Spjega SA għal kapitlu 41, (II), tielet paragrafu. |
4107 |
Ġilda ippreparata aktar wara li tkun ikkunzata jew magħmula qoxra, inkluża ġilda mħejjija għal parċmina, ta’ bhejjem ta’ l-ifrat (inkluż buflu) jew ta’ annimali ekwini, mingħajr xagħar, maqsuma jew le, ħlief ġilda ta’ titlu 4114 Il-ġilda koperta minn dan it-titlu tista’ tkun imlibbsa aktar (maħduma, sfumata, magħmula bil-vina jew stampata, trattata biex tagħti rfinatura swejd, printjata, igglejżjata, irfinata bis-satin, eċċ.) jew miksija b’parċment (ara n-Noti ta’ Spjega Ġenerali SA għal dan il-kapitlu, (III)). |
4107 11 11 sa 4107 11 90 |
Ġlud sħaħ bix-xagħar imneħħi, mhux maqsumin Dawn is-subtitli jkopru ġlud li ma kinux maqsumin (jiġifieri, il-ħxuna oriġinali ma kinitx maqsuma f’diversi strati), kemm jekk kienu mnaqqsin għal ħxuna kullimkien l-istess permezz ta’ tqaxxir u tat-tneħħija ta’ kwalunkwe partijiet ħorox jew frak li jeħel fuq in-naħa tal-laħam. |
4107 11 11 |
Boxcalf Boxcalf hija ġilda ta’ l-għoġol ikkunzata bil-kromju jew ġieli bi proċess ta’ tgħaqqid, imbagħad ikkulurita u ppolixxjata u użata għall-partijiet ta’ fuq ta’ żraben jew għal ċertu oġġetti tal-ġilda (eż., boroż tan-nisa, kartieri); din il-ġilda hija ratba ħafna. |
4107 12 11 |
Boxcalf Ara n-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 4107 11 11. |
4107 91 10 u 4107 91 90 |
Ġlud sħaħ bix-xagħar imneħħi, mhux maqsumin Ara n-Noti ta’ Spjega għal subtitli 4107 11 11 sa 4107 11 90. |
4107 91 10 |
Ġilda għall-qigħan Minħabba l-użu tagħha, li jitlob li tkun b’saħħitha u sservi, il-ġilda magħrufa bħala ġilda għall-qigħan m’hijiex mimlija. Il-metodu ta’ ħdim użat għal din il-ġilda hija magħrufa bħala ħdim bl-ilma kif oppost għal ħdim bix-xaħam li jintuża għal ġlud mimlijin. It-trattamenti prinċipali mgħotijin lil din il-ġilda jammontaw għat-tindif tan-naħa tal-ġilda, esposta għal arja, tismir repetut u trembil bil-pressa. Ara ukoll in-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 4107, tielet paragrafu. |
4112 00 00 |
Ġilda ppreparata aktar wara li tkun ikkunzata jew magħmula qoxra, inkluża ġilda mħejjija għal parċmina, ta’ nagħag jew ta’ ħrief, mingħajr suf, maqsuma jew le, ħlief ġilda ta’ titlu 4114 In-Noti ta’ Spjega għal titlu 4107 japplikaw, mutatis mutandis. |
4113 |
Ġilda ippreparata aktar wara li tkun ikkunzata jew magħmula qoxra, inkluża ġilda mħejjija għal parċmina, ta’ annimali oħrajn, mingħajr suf jew xagħar, maqsuma jew le, ħlief ġilda ta’ titlu 4114 In-Noti ta’ Spjega għal titlu 4107 japplikaw, mutatis mutandis. |
4115 |
Ġilda artifiċjali b’bażi ta’ ġilda jew fibra tal-ġilda, f’ċangaturi, folji jew strixxa, f’rombli jew le; biċċiet maqtugħin jew skart ieħor ta’ ġilda jew ta’ ġilda artifiċjali, mhux tajbin għall-manifattura ta’ oġġetti tal-ġilda; trab, terra u dqiq tal-ġilda Ġilda artifiċjali hija magħmula minn bażi ta’ ġilda jew fibra tal-ġilda. Materjali li jistgħu jittappnu bħal feltru bħal fibri taċ-ċelluloża, sintetiċi jew tal-qoton huma ġieli miżjudin biex jagħtu kwalitajiet speċjali lill-ġilda artifiċjali. Il-proporzjon ta’ dawn il-fibri għandu, madanakollu, jkun sew taħt 50 % sabiex l-oġġetti jkunu klassifikati f’titlu 4115 (“ċangaturi, folji jew strixxa, kemm jekk imremblin jew le”). Il-fibri tal-ġilda jikkonsistu fi skaldi għal xquq, sustanzi li jbajdu veġetali, bċejjeċ maqtugħin jew skart ieħor. Gommalastika naturali hija l-aġent li tgħaqqad l-iżjed użata komunement. Il-post prinċipali ta’ applikazzjoni għal ġilda artifiċjali hija l-industrija taż-żraben, li tużaha biex tagħmel materjali biex iwebbsu, fursetti, pettijiet ta’ ġewwa, pettijiet taċ-ċentru u pettijiet ta’ barra għal krakar. Użi oħrajn jinsabu fl-industija ta’ l-oġġetti tal-ġilda (eż., għal kisi ta’ valiġġi, basktijiet ta’ l-iskola, partijiet li jifirdu ta’ valiġġi u kartieri) u s-settur tekniku (pulzieri, materjali li jissiġillaw, eċċ.). |
KAPITLU 42
OĠĠETTI TAL-ĠILDA; OĠĠETTI TAS-SARRAĠ U XEDD; OĠĠETTI GĦAS-SAFAR, BOROŻ TA’ L-IDEJN U KONTENITURI SIMILI; OĠĠETTI TAL-MUSRANA TA’ ANNIMALI (ĦLIEF MUSRANA TAD-DUDU TAL-ĦARIR)
4202 |
Bagolli, valiġġi, vanity-cases, executive-cases, brief-cases, basktijiet ta’ l-iskola, kaxex għan-nuċċalijiet, kaxex għat-trombi, kaxex tal-kamera, kaxex ta’ strumenti tal-mużika, kaxex ta’ xkubetti, stoċċijiet tal-pistola u kontenituri simili; bagalji għas-safar, boroż iżolati għal ikel jew xorb, boroż tat-twaletta, barżakki, boroż ta’ l-idejn, boroż tax-xiri, kartieri, portmonijiet, kaxex għall-mapep, kaxex għas-sigarretti, boroż tat-tabakk, boroż ta’ l-għodda, boroż ta’ l-isports, kaxex tal-fliexken, kaxex għall-ġojjelli, kaxex tat-terra, kaxex tal-pożati u kontenituri bħalhom, tal-ġilda jew ta’ ġilda artifiċjali, ta’ folji tal-plastiks, ta’ materjali tessili, ta’ fibra vulkanizzata jew tal-kartun, miksijin kollha jew prinċipalment b’dawn il-materjali jew bil-karta Għad-definizzjoni tat-terminu “superfiċje ta’ barra” ara Nota Addizzjonali 1 għal dan il-kapitlu u n-Noti ta’ Spjega SA għal subtitli 4202 11, 4202 21, 4202 31 u 4202 91. Dan it-titlu jinkludi għata għal rakketti li jiksu r-rakketta kollha, kemm jekk dawn għandhom manku jew strixxa għall-ispallejn jew le. Madanakollu, dan it-titlu ma jinkludix headcovers għal rakketti tat-tennis, rakketti tal-badmintin, bsaten tal-golf, eċċ., meta dawn huma magħmulin minn drapp tessut (is-soltu miksi bi plastiks) kemm jekk dawn għandhom parti li żżomm il-blalen jew le (titlu 6307). |
4202 11 10 u 4202 11 90 |
Bil-wiċċ ta’ barra tal-ġilda, ta’ ġilda artifiċjali jew ta’ alakka Għad-definizzjoni tat-terminu “ġilda ta’ l-alakka” jew “ġilda artifiċjali” ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 4114, (II), l-ewwel paragrafu, (1) u għal titlu 4115, (I), rispettivament. |
4202 12 11 u 4202 12 19 |
F’forma ta’ folji tal-plastik Jekk kontenitur għandu materjal ta’ barra li huwa taħlita ta’ materjali fejn l-istrat ta’ barra li jidher bil-għajn biss huwa kisja tal-plastik (eż., tessut meħjut ta’ fibri ta’ drapp magħqud ma’ kisi tal-plastik) dan huwa rrelevanti għal għanijiet ta’ klassifikazzjoni kemm jekk il-kisja kienet manifatturata separatament qabel ma nħoloq il-materjal magħqud, kemm jekk l-istrat tal-plastik kien ir-riżultat ta’ l-applikazzjoni ta’ kisja ta’ plastiks mal-materjal (eż., tessut maħdum jew fibri ta’ drapp), sakemm l-istrat ta’ barra li jirriżulta li jidher bil-għajn biss għandu l-istess dehra ta’ strat applikat ta’ kisi tal-plastik manifatturat. |
4202 22 10 |
Ta’ folji tal-plastik Ara n-Noti ta’ Spjega għal subtitli 4202 12 11 u 4202 12 19. |
4202 31 00 sa 4202 39 00 |
Oġġetti ta’ tip li normalment jinġarru fil-but jew fil-borża ta’ l-idejn Ara n-Noti ta’ Spjega għal subtitli 4202 31, 4202 32 u 4202 39. |
4202 32 10 |
Ta’ folji tal-plastik Ara n-Noti ta’ Spjega għal subtitli 4202 12 11 u 4202 12 19. |
4202 92 11 sa 4202 92 19 |
Ta’ folji tal-plastik Ara n-Noti ta’ Spjega għal subtitli 4202 12 11 u 4202 12 19. |
4203 |
Oġġetti ta’ lbies u aċċessorji tal-ħwejjeġ, tal-ġilda jew ta’ ġilda artifiċjali |
4203 10 00 |
Oġġetti ta’ lbies Dan is-subtitlu jkopri oġġetti ta’ lbies, inklużi ħwejjeġ tax-xogħol, magħmulin minn ġilda jew minn ġilda artifiċjali, bħal kowtijiet, kowtijiet ta’ fuq, ġakketti, qliezet u fradal. Dan ikopri wkoll ġlud u mmuntar ta’ ġlud li jikkostitwixxu oġġetti mhux kompluti jew mhux mitmumin iżda li jintgħarfu xorta waħda bħala oġġetti ta’ lbies. |
4203 21 00 sa 4203 29 99 |
Ingwanti, ingwanti li jgħattu erba’ swaba biss (mittens) u ingwanti li jgħattu nofs is-swaba biss (mitts) Dawn is-subtitli jinkludu ingwanti, ingwanti li jgħattu erba’ swaba biss (mittens) u ingwanti li jgħattu nofs is-swaba biss (mitts) mhux maħdumin aktar milli maqtugħin f’forma. Biċċiet ta’ ġilda maqtugħin għal forma partikolari u intiżi għall-manifattura ta’ ingwanti iżda fejn is-saba’ l-kbir u s-swaba’ għadhom ma nqatgħux f’forma huma klassifikati f’titlu 4205 00 00. |
4203 21 00 |
Iddisinjati apposta għal użu fl-isports Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal subtitlu 4203 21. Dan is-subtitlu jinkludi wkoll ingwanti għall-iżgirma, ingwanti tal-krikit, ingwanti tal-bejżbol u ingwanti b’partijiet maqtugħin għal ċiklisti li jtellqu. |
4203 29 10 |
Protettivi għas-snajja kollha Ingwanti protettivi, ingwanti li jgħattu erba’ swaba biss (mittens) u ingwanti li jgħattu nofs is-swaba biss (mitts) li jaqgħu f’dan is-subtitlu huma ġeneralment intiżi għall-protezzjoni ta’ l-idejn waqt xogħol. Għal din ir-raġuni, bil-kontra ta’ ingwanti tal-moda, huma magħmulin ħafna drabi minn ġilda ħoxna iebsa li normalment m’għaddiet minn ebda trattament sussegwentement għall-ikkunzar. Ingwanti protettivi spiss ikollhom superfiċje ħarxa; huma jista’ jkollhom pulzieri li jipproteġu l-polz u d-driegħ. Ingwanti protettivi li minnhom il-palma u l-partijiet ta’ quddiem tas-swaba’ huma tal-ġilda huma klassifikati f’dan is-subtitlu. |
4203 29 91 u 4203 29 99 |
Oħrajn Dawn is-subtitli jkopru wkoll ingwanti, ingwanti li jgħattu erba’ swaba (mittens) u ingwanti li jgħattu nofs is-swaba (mitts) li għalkemm użati fi sport ma jikkorrispondux mal-fatturi tad-disinn funzjonali karatteristiċi ta’ ingwanti speċjalment disinjati għal użu fi sport imniżżlin fin-Noti ta’ Spjega SA għal subtitlu 4203 21. Ingwanti tat-tip fejn il-palma u l-partijiet ta’ quddiem tas-swaba’ u l-partijiet bejn is-swaba’ huma tal-ġilda u l-parti ta’ wara hija ta’ materjal ieħor jaqgħu wkoll f’dawn is-subtitli. |
4203 29 99 |
Oħrajn Dan is-subtitlu jkopri ingwanti, ingwanti li jgħattu erba’ swaba biss (mittens) u u ingwanti li jgħattu nofs is-swaba biss (mitts) ta’ qatgħa jew apparenza ddisinjata speċjalment għal nisa jew tfajliet. |
4203 30 00 |
Ċinturini u bandolieri Dan is-subtitlu jinkludi ċinturini għall-flus u ċinturini simili tal-ġilda b’but wieħed jew aktar b’bokkla. |
4203 40 00 |
Aċċessorji oħrajn tal-ħwejjeġ Dan is-subtitlu jinkludi brazzuletti, strixxi għall-polz, ingravajjet ta’ l-għonq u brazzuletti għal ċingi tat-Tirol. Dan is-subtitlu ma jinkludix lazzijiet ta’ żraben li ma jitqisux bħala aċċessorji ta’ l-ilbies u huma klassifikati f’titlu 4205 00 00. Strixxi għall-polz li jikkostitwixxu ornamenti “artifiċjali” jew tal-kostumi (titlu 7117) u strixxi ta’ l-arloġġi (titlu 9113) huma wkoll esklużi minn dan is-subtitlu. |
4205 00 |
Oġġetti oħrajn tal-ġilda, jew ta’ ġilda artifiċjali |
4205 00 11 |
Ċineg jew tagħmir ċineg ta’ trasportatur (conveyor) jew ta’ trasmissjoni Dan is-subtitlu jkopri bramel tal-konvejers u l-prodotti msemmija fin-Noti ta’ Spjega SA għat-titlu 4205, it-tieniparagrafu(1). |
4205 00 19 |
Oħrajn Dan is- subtitlu jkopri l-prodotti hekk kif deskritti fin-Noti ta’ Spjega SA ghal titlu 4205, it-tieni paragrafu, (1), bramel tal-konvejers u (2). |
4205 00 90 |
Oħrajn Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 4205, tielet paragrafu. |
KAPITLU 43
FERIJIET U FER ARTIFIĊJALI; MANIFATTURI TAGĦHOM
4301 |
Ferijiet mhux maħdumin (bl-irjus, dnub, saqajn u bċejjeċ jew qatgħat oħrajn, tajbin għal użu ta’ min jaħdem il-fer), ħlief ġlud mhux maħdumin ta’ titlu 4101, 4102 jew 4103 Għad-definizzjoni tat-terminu “ferijiet mhux maħdumin”, ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 4301, paragrafu ta’ qabel ta’ l-aħħar. |
||||
4301 80 50 |
Ta’ felini slavaġ Dan is-subtitlu jinkludi partikolarment ġlud tal-fer ta’ ċita, ġagwar, linċi, pantera (jew leopard) u puma. |
||||
4301 80 70 |
Oħrajn Dan is-subtitlu jinkludi l-ġlud tal-bumerini (ez. tal-ġriewi l-bojod tal-bumerin arpa jew tal-ġriewi tal-bumerini tal-barnuża (ta’ daharhom ikħal)), tal-ballotri ta’ l-ilma jew tan-nutria (coypu). Il-ġlud ta’ ġriewi bil-pil abjad ta’ bumerini ta’ l-arpa huma kompletament bojod. Il-ġlud ta’ ġriewi ta’ bumerini bil-kappun (daharhom ikħal) huma bojod bi strixxa dorsali wiesa’ blu-griża li testendi mir-ras sad-denb. Pelliċi ta’ foki tal-fer huma spiss preżentati b’mod inkorrett bħala lontra tal-baħar. Foki tal-fer għandhom pelt fin, qisu tal-ħarir, dens li huwa iswed ileqq u jkopri skuratura tax-xagħar ta’ l-art kulur id-deheb f’aħmar kannella jew oranġjo fuq l-għonq u ż-żaqq. Il-fer tal-lontra tal-baħar hija kannella għal iswed b’daqsxejn xagħar abjad, filwaqt li x-xagħar ta’ l-art huwa fin ħafna iżda b’saħħtu ħafna ukoll. Minħabba li l-mammae huma fuq id-dahar, kważi l-unika parti tal-ġilda tan-nutria użata huwa l-fer taż-żaqq u, għal din ir-raġuni, meta jkunu qed jippreparaw il-ġlud u jqaxxru l-annimali, l-inċiżjoni ssir matul id-dahar. Il-ġilda, li hija kannella fl-iswed fuq iż-żaqq u aktar ċara fuq id-dahar u l-ġnub, għandha xagħar aħrax ippuntat abbundanti u xagħar ta’ l-art fin, oħxon u qisu suf. |
||||
4301 90 00 |
Irjus, dnub, saqajn u bċejjeċ jew qatgħat oħrajn, tajbin għal użu ta’ min jaħdem il-fer Dan is-subtitlu jkopri mhux biss partijiet mormijin (rjus, dnub u saqajn (paws)) iżda wkoll qatgħat u trimmjaturi. Dawn il-biċċiet jintużaw biex jagħmlu twapet li imbagħad jintużaw għal ferijiet ta’ kwalità inferjuri. |
||||
4302 |
Ferijiet ikkunzati jew imnaddfin (inklużi rjus, dnub, saqajn u bċejjeċ jew qatgħat oħrajn), mhux magħqudin, jew magħqudin (mingħajr żjieda ta’ materjali oħrajn) ħlief dawk ta’ titlu 4303 |
||||
4302 11 00 sa 4302 19 95 |
Ġlud sħaħ, bir-ras, denb jew saqajn jew mingħajrhom, mhux magħqudin Dawn is-subtitli jinkludu ġlud (eż., ta’ nagħaġ) li minnhom xejn ħlief ir-ras, saqajn (paws) u denb ma tneħħew, kemm jekk dawn kienu drittati mat-truf, mhux maqtugħin jew inkella maħdumin f’forma; huma jistgħu jkunu mgħotijin kulur u huma tajbin għal użu bħala ċraret. |
||||
4302 19 41 |
Ta’ ġriewi bil-pil abjad ta’ bumerini ta’ l-arpa jew ta’ ġriewi ta’ bumerini bil-kappun (daharhom ikħal) Ara n-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 4301 80 70. |
||||
4302 20 00 |
Irjus, dnub, saqajn u bċejjeċ jew qatgħat oħrajn, mhux magħqudin Il-“bċejjeċ jew qatgħat” ta’ dan is-subtitlu huma qatgħat li jirriżultaw mill-preparazzjoni ta’ ferijiet jew ta’ l-immuntar ta’ ġlud tal-fer jew partijiet tagħhom f’kaxex, rettangoli, trapezji jew slaleb. |
||||
4302 30 10 |
Ferijiet “imwaqqgħin” (dropped) Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 4302, l-ewwel paragrafu, (2), tieni subparagrafu. Ferijiet “imwaqqgħin” (dropped), ġieli msejħin ferijiet “maqsumin” (stranded) jistgħu wkoll ikunu miksubin billi:
biex jipproduċu ġilda itwal iżda irqaq. |
||||
4302 30 21 sa 4302 30 95 |
Oħrajn Suġġett għall-kondizzjoni li l-ebda materjali oħrajn ma kienu miżjudin, dawn is-subtitli jinkludu:
|
||||
4302 30 51 |
Ta’ ġriewi bil-pil abjad ta’ bumerini ta’ l-arpa jew ta’ ġriewi ta’ bumerini bil-kappun (daharhom ikħal) Ara n-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 4301 80 70. |
||||
4303 |
Oġġetti ta’ ħwejjeġ, aċċessorji ta’ lbies u oġġetti oħrajn tal-fer |
||||
4303 10 10 u 4303 10 90 |
Ta’ ferrjiet ta’ ġriewi bil-pil abjad ta’ bumerini ta’ l-arpa jew ta’ ġriewi ta’ bumerini bil-kappun (daharhom ikħal) Ara Nota 4 għal dan il-kapitlu. |
||||
4303 10 10 |
Ta’ ferrjiet ta’ ġriewi bil-pil abjad ta’ bumerini ta’ l-arpa jew ta’ ġriewi ta’ bumerini bil-kappun (daharhom ikħal) Dan is-subtitlu jkopri oġġetti ta’ l-ilbies u aċċessorji tal-ħwejjeġ magħmulin minn ġlud ta’ subtitlu 4302 19 41 jew 4302 30 51. |
||||
4303 90 00 |
Oħrajn Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 4303, it-tielet u r-raba paragrafi. |
TAQSIMA IX
INJAM U OĠĠETTI TA’ L-INJAM; FAĦAM TA’ L-INJAM; SUFRA U OĠĠETTI TAS-SUFRA; MANIFATTURI TA’ TIBEN, TA’ SPARTU JEW TA’ MATERJALI OĦRAJN TAT-TRIZZA; XOGĦOL TAL-QFIEF U XOGĦOL TAL-QASAB
KAPITLU 44
INJAM U OĠĠETTI TA’ L-INJAM; FAĦAM TA’ L-INJAM
4401 |
Ħatab, f’forma ta’ zkuk, zkuk ħoxnin, friegħi, qatet ta’ għesieleġ jew forom simili; injam f’laqx jew frak; serratura u skart u fdal ta’ injam, kemm jekk magħqudin fi zkuk, briquettes, gerbub jew forom simili jew le |
||||||||
4401 10 00 |
Ħatab, f’forma ta’ zkuk, zkuk ħoxnin, friegħi, qatet ta’ għesieleġ jew forom simili L-ebda daqs li jillimita ma ngħata għal zkuk u zkuk ħoxnin li jitqiesu bħala injam karburant. Hija l-kundizzjoni ta’ l-injam u l-mod ta’ preżentazzjoni li jiddistingwih minn injam li jaqa’ titlu 4403 (ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 4401, ħlief (b)). Dan is-subtitlu ma jinkludix ċana, skart jew fdal ta’ l-injam, anki jekk dawn b’mod ċar jintużaw bħala karburant (subtitlu 4401 30 10 jew 4401 30 90). |
||||||||
4401 21 00 u 4401 22 00 |
Injam f’laqx jew frak Ara Noti 1 (a) u 1 (ċ) għal dan il-kapitlu u n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 4401, l-ewwel paragrafu, (B). |
||||||||
4401 30 10 u 4401 30 90 |
Serratura u skart u fdal ta’ injam, kemm jekk magħqudin fi zkuk, briquettes, gerbub jew forom simili Ara Noti 1 (a) u 1 (ċ) għal dan il-kapitlu. Dawn is-subtitli ma jinkludux dqiq ta’ l-injam kif definit f’Nota Addizzjonali 1 għal dan il-kapitlu (titlu 4405 00 00). |
||||||||
4403 |
Injam għadu aħrax, kemm jekk bil-qoxra jew bl-ilbieba mneħħija jew le, jew magħmul kwadru raff |
||||||||
4403 10 00 |
Trattat b’żebgħa, likwidu għat-tlewwin, krijożott jew preservattivi oħrajn Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal subtitlu 4403 10. L-injezzjoni u l-taħbil ta’ l-injam huma trattamenti, biex jippreservaw l-injam aħjar (għal durabilita’) jew biex jagħtuh ċertu proprjetajiet speċjali (eż., biex jagħmlu resistenti għan-nar jew biex jipproteġih mill-effetti ta’ tnixxif). It-trattament ta’ injezzjoni jew ta’ taħbil iservi biex jiżgura l-preservazzjoni għal żmien twil pereżempju ta’ l-arbli ta’ injam koniferu. Dan it-trattament jinvolvi jew tgħaddis għal żminijiet twal f’banjijiet miftuħin ta’ likwidu jaħraq, fejn l-arbli jitħallew fil-likwidu sakemm dan jiksaħ, jew trattament f’awtoklava bl-azzjoni ta’ vakwu jew ta’ pressa. Fost il-prodotti użati huma prodotti organiċi bħal krijożot, dinitrofenoli u dinitrokresoli. Arbli ta’ l-injam miżbugħin jew bil-verniċ jaqgħu ukoll f’dan is-subtitlu. |
||||||||
4403 20 11 |
Zkuk tas-serrar Zkuk tas-serrar huma karatterizzati mill-proprjetajiet fiżiċi bħal:
Huma jkunu ġeneralment isserrati (jew imxellfin) matul it-tul tagħhom għall-manifattura ta’ injam isserrat jew injam għal-linja tal-ferrovija (cross ties) jew jintużaw għall-produzzjoni ta’ folji għal kisi (prinċipalment permezz ta’ tqaxxir jew tqattiegħ). |
||||||||
4403 20 31 |
Zkuk tas-serrar Ara n-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 4403 20 11. |
||||||||
4403 20 91 |
Zkuk tas-serrar Ara n-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 4403 20 11. |
||||||||
4403 41 00 sa 4403 49 95 |
Oħrajn, ta’ injam tropikali speċifikat f’nota 1 għas-subtitlu għal dan il-kapitlu Ara wkoll in-Nota ta’ Spjega Ġenerali SA għal dan it-titlu għal ismijiet ta’ ċertu tipi ta’ injam tropikali. Ara wkoll l-Anness għan-Noti ta’ Spjega SA għal dan il-kapitlu. |
||||||||
4403 49 20 |
Okoumé Okoumé huwa miksub kważi esklussivament mill-foresti ta’ Gibon. Dan l-injam huwa artab u ta’ kulur roża-salamun li jinħass li għandu tessut fibruż u vina irregolari, li tixbaħ daqsxejn lil injam tal-kewba iżda ħafna aktar ċar fil-kulur. Is-siġra tagħti zkuk ċilindriċi tajbin ħafna għal qsim u tqaxxir u tintuża prinċipalment fil-manifattura ta’ folji rqaq. |
||||||||
4403 91 10 |
Zkuk tas-serrar Ara n-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 4403 20 11. |
||||||||
4403 92 10 |
Zkuk tas-serrar Ara n-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 4403 20 11. |
||||||||
4403 99 10 |
Tal-luq Dan is-subtitlu jkopri l-ispeċi kollha tal-ġeneru Populus. Injam tal-luq huwa ċar fil-kulur, ħafif u artab ħafna. Dan jintuża biex iġonġi (interjuri ta’ għamara, kaxex għall-ippakkjar) u għal manifattura ta’ plajwud. Wara l-koniferi, huwa s-sors prinċipali ta’ ċellulożja għal polpa tal-karta. |
||||||||
4403 99 51 |
Zkuk tas-serrar Ara n-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 4403 20 11. |
||||||||
4404 |
Injam għaċ-ċrieki; arbli maqsumin; puntali, pali u bsaten ta’ l-injam, bil-ponta iżda mhux isserrati mit-tul; bsaten ta’ l-injam, mirqumin raff iżda mhux inturnati, milwijin jew maħdumin mod ieħor, tajbin għall-manifattura tal-bsaten tal-mixi, umbrelel, ta’ l-għodod jew bħalhom; injam magħmul minn laqx ta’ l-injam (chipwood) u bħalu Laqx ta’ l-injam u bħalu prinċipalment ivarjaw mill-folji rqaq ta’ kapitlu 4408 minħabba d-daqs iżgħar u t-tip ta’ injam użat (normalment l-injam aktar artab komuni). |
||||||||
4404 20 00 |
Mhux koniferu Dan is-subtitlu jinkludi laqx ta’ l-injam li jixbaħ chipwood imrembel (is-soltu ta’ fagu jew ġellewża) użat fil-manifattura ta’ ħall jew għall-klarifikazzjoni ta’ likwidi oħrajn. |
||||||||
4405 00 00 |
Ċana rqiqa tal-fraxxnu (woodwool) u dqiq ta’ l-injam Għad-definizzjoni tat-terminu “dqiq ta’ l-injam” ara Nota Addizzjonali 1 għal dan il-kapitlu. |
||||||||
4406 |
Travi ta’ l-injam mimdudin (sleepers, cross-ties) għal-linji tal-ferrovija jew tat-tramm |
||||||||
4406 10 00 |
Mhux imsappin (not impregnated) Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal subtitli 4406 10 u 4406 90. |
||||||||
4406 90 00 |
Oħrajn Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal subtitli 4406 10 u 4406 90. |
||||||||
4407 |
Injam isserrat jew imlaqqax mit-tul, imfellel jew imqaxxar, inċanat jew le, xkatlat jew imminċottat fit-truf, ta’ ħxuna iktar minn 6 mm Għad-definizzjoni tat-termini “imfellel” u “imqaxxar” ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 4408, tieni u tielet paragrafi. |
||||||||
4407 10 31 sa 4407 10 38 |
Inċanat Dawn is-subtitli ma jkoprux:
|
||||||||
4407 10 91 sa 4407 10 98 |
Oħrajn Dawn is-subtitli ma jinkludux settijiet kompluti ta’ tavli ta’ injam issegat, imfellel jew imqaxxar ta’ ħxuna li taqbeż 6 mm intiż għal użu fil-manifattura ta’ kaxex jew għal ippakkjar. Settijiet bħal dawn ta’ bordijiet jaqgħu f’titlu 4415, kemm jekk ċertu aċċessorji bħal rinforzi tat-truf jew tal-qiegħ huma inklużi jew le. Ara wkoll in-Noti ta’ Spjega għal titlu 4415. |
||||||||
4407 21 10 sa 4407 29 95 |
Ta’ injam tropikali speċifikat f’nota 1 għas-subtitlu għal dan il-kapitlu Ara wkoll in-Nota ta’ Spjega Ġenerali SA għal dan il-kapitlu għall-ismijiet ta’ ċertu injam tropikali. Ara wkoll l-Anness għan-Noti ta’ Spjega SA għal dan il-kapitlu. |
||||||||
4407 99 96 |
Ta’ injam tropikali Għall-għanijiet ta’ dan is-subtitlu l-espressjoni “injam tropikali” tfisser biss dak mhux speċifikat f’Nota ta’ Subtitlu 1 għal dan il-kapitlu. Dan is-subtitlu jinkludi t-tipi li ġejjin ta’ injam tropikali: aiélé, alone, andoung, bilinga, bomanga, bubinga, ebéne, ebiara, faro, kapolkier, limbali, longhi, movingui, mutenye, naga, niové, tali, tchitola, wengé u zingana. |
||||||||
4408 |
Folji għall-fuljetta (inklużi dawk magħmulin bit-tiflil ta’ injam laminat), għat-triplaj jew għal injam simili laminat u injam ieħor, isserrat mit-tul, imfellel jew imqaxxar, inċanat, xkatlat, impalellat jew imminċottat fit-truf, mhux eħxen minn 6 mm |
||||||||
4408 31 11 sa 4408 39 95 |
Ta’ injam tropikali speċifikat f’nota 1 għas-subtitlu għal dan il-kapitlu Ara wkoll in-Noti ta’ Spjega SA għal dan il-kapitlu għall-ismijiet ta’ ċertu injam tropikali. Ara wkoll l-Anness tan-Noti ta’ Spjega SA għal dan il-kapitlu. |
||||||||
4409 |
Injam (inklużi strixxi u freġji għal kisi ta’ art bil-parkè, mhux immuntat) b’forma kontinwa (mudullun, irbattut, ċanfrin, ingast-V, iffurmat, ittundjat jew hekk) tul xi xifer, tarf jew wiċċ tiegħu, inċanat, xkatlat jew imminċottat fit-truf jew le |
||||||||
4409 10 11 |
Xogħol bil-forma bħal gwarniċi għal pitturi, ritratti, mirja u oġġetti simili Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 4409, ħames paragrafu, (4). Dan is-subtitlu jeskludi injam iffurmat magħmul permezz tat-tqegħid ta’ forma fuq biċċa oħra ta’ injam ffurmata jew mhux iffurmata (titlu 4418 jew 4421). |
||||||||
4409 10 18 |
Oħrajn Dan is-subtitlu jinkludi:
|
||||||||
4409 29 10 |
Xogħol bil-forma bħal gwarniċi għal pitturi, ritratti, mirja u oġġetti simili Ara n-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 4409 10 11. |
||||||||
4409 29 91 u 4409 29 99 |
Oħrajn Ara n-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 4409 10 18. |
||||||||
4410 |
Bord tal-injam mill-frak, bord tat-tip oriented strand board (OSB) u bord simili (per eżempju, waferboard) ta’ l-injam jew ta’ materjali oħrajn għudin, magħqudin bir-rażi jew sustanzi organiċi oħrajn li jgħaqqdu jew le |
||||||||
4410 11 50 |
Bil-wiċċ miksi blaminat dekorattiv Dan is-subtitlu jinkludi bord ta’ l-injam mill-frak miksi b’laminati ta’ pressa għolja ta’ subtitlu 3921 90 41. |
||||||||
4410 11 90 |
Oħrajn Dan is-subtitlu jinkludi bord ta’ l-injam mill-frak miksi bil-plastiks, żebgħa, karta, materjal tat-tessut jew metal ħlief dawk li hemm riferenza għalihom f’subtitli 4410 11 30 u 4410 11 50. |
||||||||
4410 90 00 |
Oħrajn Eżempji ta’ materjali għudin ħlief injam kopert minn dan is-subtitlu huma bagasse, bambu’, tiben u flaks taċ-ċereali jew biċċiet żgħar tal-qanneb. |
||||||||
4411 |
Bord tal-fibri ta’ injam u materjali għudin, magħqudin bir-rażi jew b’sustanzi organiċi oħrajn jew le |
||||||||
4411 12 10 sa 4411 14 90 |
Bord tal-fibri densita’ medja (MDF) Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 4411, tieni paragrafu, (A), l-ewwel subparagrafu. |
||||||||
4411 12 10 |
Mhux maħdum jew bil-wiċċ miksi b’mezzi mekkaniċi Għall-finijiet ta’ klassifikazzjon f’dan is-subtitlu, l-ixkatlar ma għandux ikun ikkunsidrat bħala xogħol mekkaniku. |
||||||||
4411 13 10 |
Mhux maħdum jew bil-wiċċ miksi b’mezzi mekkaniċi Ara n-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 4411 12 10. |
||||||||
4411 14 10 |
Mhux maħdum jew bil-wiċċ miksi b’mezzi mekkaniċi Ara n-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 4411 12 10. |
||||||||
4411 92 10 u 4411 92 90 |
Ta’ densita’ li taqbeż 0,8 g/ċm3 Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 4411, tieni paragrafu, (B), (1). |
||||||||
4411 92 10 |
Mhux maħdum jew bil-wiċċ miksi b’mezzi mekkaniċi Ara n-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 4411 12 10. |
||||||||
4411 93 10 u 4411 93 90 |
Ta’ densita’ li taqbeż 0,5 g/ċm3 iżda ma taqbiżx 0,8 g/ċm3 Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 4411, tieni paragrafu, (B), (2). |
||||||||
4411 93 10 |
Mhux maħdum jew bil-wiċċ miksi b’mezzi mekkaniċi Ara n-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 4411 12 10. |
||||||||
4411 94 10 u 4411 94 90 |
Ta’ densità li ma taqbiżx 0,5 g/ċm3 Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 4411, tieni paragrafu, (B), (2) u (3). |
||||||||
4411 94 10 |
Mhux maħdum jew bil-wiċċ miksi b’mezzi mekkaniċi Ara n-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 4411 12 10. |
||||||||
4412 |
Triplaj, pannelli miksijin bil-fuljetta u injam laminat bħalhom Triplaj ta’ speċi konifer spiss ikollhom difetti (eż., partijiet vojta) fuq il-plaj ta’ barra li, matul il-proċess ta’ manifattura, jkunu msewwijin b’materjali bħal intarsji ta’ l-injam, komposti li jimlew tal-plastik, eċċ. Materjali bħal dawn ma jitqisux bħala sustanzi addizzjonali u ma jagħtux lit-triplaj il-karatteristika ta’ oġġetti ta’ titli oħrajn. Triplaj ta’ dan it-titlu jista’ ma jkunx inċanat jew preparat aktar permezz ta’ nċanar. It-terminu “mhux inċanat” jinkludu “inċanat bil-mess”; l-iskop ta’ l-inċanar bil-mess tal-plaj ta’ barra huwa sempliċiment biex isir xogħol fuq irregolaritajiet minħabba rqajja’, sadd jew mili. Ara wkoll in-Noti ta’ Spjega SA għal subtitli 4412 10, 4412 31, 4412 32 u 4412 39. Triplaj, pannelli miksijin bil-fuljetta u injam laminat simili, li jintużaw bħala pannelli għall-art (ara b’mod partikolari r-raba’ paragrafu tan-Noti ta’ Spjega SA għal dan it-titlu), jkopru biss dawk il-pannelli li għandhom strat ta’ fuq ta’ injam bi ħxuna ta’ inqas minn 2,5 mm (veneer irqiq). Eżempju ta’ prodott tipiku bi tliet strati:
Jekk dawn ikollhom strat ta’ injam ta’ fuq bi ħxuna ta’ 2,5 mm jew aktar dawn huma esklużi minn dan it-titlu (subtitlu 4418 71 00 jew 4418 72 00). |
||||||||
4412 94 10 u 4412 94 90 |
Blokkbord, laminbord u battenboard Għall-interpretazzjoni tat-termini “blokkbord, laminbord u battenboard”, ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 4412, l-ewwel paragrafu, (3), l-ewwel subparagrafu. |
||||||||
4413 00 00 |
Injam densifikat, fi blokki, folji, strixxi jew forom profil L-ispeċi ta’ injam l-iżjed komunement densifikati huma l-fagu, l-karpin, ir-robinja u l-luq. |
||||||||
4415 |
Kontenituri għal ippakkjar, kaxxi, ċestuni, tnabar u kontenituri simili; tnabar ta’ l-injam tal-kejbil; palits, palits tal-kaxxi u twavel oħrajn tat-tagħbija, ta’ injam; għenuq tal-palits ta’ injam |
||||||||
4415 10 10 |
Kontenituri, kaxxi, ċestuni, tnabar u kontenituri simili Dan is-subtitlu jinkludi settijiet kompluti ta’ tavli — mhux immuntati — ta’ injam, issegat, imfellel jew imqaxxar, intiż li jitpoġġa f’kaxxi, ċestuni, eċċ., preżentati f’kunsinna waħda, kemm jekk il-qigħan, ġnub, għotjien jew partijiet li jgħaqqdu jew le huma rranġati f’serje. Settijiet mhux kompluti huma klassifikati kif ġej:
Ara wkoll in-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 4415, (I). |
||||||||
4415 10 90 |
Tnabar għal kejbil Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 4415, (II). |
||||||||
4415 20 20 u 4415 20 90 |
Palits, palits tal-kaxxi u twavel oħrajn għat-tagħbija; għenuq tal-palits Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 4415, (III) u (IV). |
||||||||
4416 00 00 |
Btieti (casks, barrels, vats), tnelli u prodotti oħrajn ta’ buttar u tagħhom, ta’ injam, inklużi l-injam imqawwes (staves) Btieti u tnelli għandhom forma li taqbeż il-barra fiċ-ċentru u għandhom iż-żewġ truf magħluqin. Bittiji u banjijiet is-soltu jkollhom tarf wieħed biss magħluq u jista’ jkollhom għatu li jista’ jitneħħa. L-ispeċi l-aktar komunement użati huma l-qastan u l-ballut. Partijiet li fihom injam imqawwes (staves) u rjus ta’ bramel, u prodotti oħrajn tal-ħaddieda. Staves huma twavel inċanati, ftit jew wisq mgħawwġin, maqtugħin jew iċċanfrinati għallinqas f’tarf wieħed, b’ħofra żgħira magħrufa bħala “croze”, għall-immuntar. L-irjus huma maqtugħin f’forma ta’ ċirku ta’ ċirkumferenza meħtieġa u ċċanfrinati fuq iż-żewġ naħat biex dawn ikunu jistgħu jiddaħħlu fil-croze. |
||||||||
4417 00 00 |
Għodod, il-partijiet prinċipali ta’ għodod, ta’ għodod, xkupi jew xkupilji proprja u l- tagħhom, ta’ injam; forom ta’ bwiez jew żraben, ta’ injam Ara Nota 5 għal dan il-kapitlu. Dan it-titlu jinkludu mankijiet ta’ pnieżel taż-żebgħa u pnieżel tat-tqaxxir. |
||||||||
4418 |
Xogħol ta’ injam għal benneja, inklużi pannelli ta’ injam ċellulari, pannelli mmuntati għall-paviment, shingles u shakes |
||||||||
4418 20 10 sa 4418 20 80 |
Bibien u l-gwarniċi u l-għetiebi tagħhom Dawn is-subtitli jinkludu pannelli ta’ l-injam solidu maqtugħ f’partijiet ħoxnin sakemm dawn ikunu maħdumin aktar sa punt li jidentifikahom esklussivament għal użu bħala bibien (eż., permezz tal-qtiegħ ta’ partijiet għal mankijiet, lukketti jew ċappetti). Dawn is-subtitli ma jinkludux pannelli mhux maħdumin, ġieli magħrufin bħala “pjanċi solidi fiċ-ċentru”, anki jekk it-truf tagħhom huma maqtugħin irqiq (titlu 4412). |
||||||||
4418 40 00 |
Armar għal xogħol ta’ kostruzzjoni tal-konkos Armar ta’ dan is-subtitlu huwa l-immuntar użat għat-tipi kollha ta’ xogħol ta’ kostruzzjoni tal-konkos (pereżempju, għal pedamenti, ħitan, artijiet, kolonni, pilastri, riffieda, taqsimiet ta’ mini, eċċ.). Ġeneralment, armar ikun manifatturat minn injam reżinuż (pjanċi, travi, eċċ.). Madanakollu, pannelli tat-triplaj użati bħala armar (biex jinkisbu uċuħ lixxi) huma esklużi minn dan is-subtitlu anki jekk miksijin fuq naħa jew iż-żewġ naħat u l-użu tagħhom bħala armar tal-konkrit ma jistax ikun żbaljat (titlu 4412). |
||||||||
4418 50 00 |
Shingles u shakes Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 4418, seba’ u tmien paragrafi. |
||||||||
4418 71 00 sa 4418 79 00 |
Pannelli mmuntati għall-paviment Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 4418, sitt paragrafu. |
||||||||
4418 71 00 |
Għal paviment tal-mużajk Dan is-subtitlu jinkludi pannelli ta’ l-art li jikkonsistu fi strat magħruf bħala strat li jittiekel magħmul minn blokki, strixxi, qatgħat, eċċ., immuntati fuq parti li tiflaħ addattata ta’ l-injam, bord tal-frak, karta, plastiks, sufra, eċċ. Ara n-Noti ta’ Spjega għal titlu 4412. Ara wkoll in-Noti ta’ Spjega SA għal subtitlu 4418 71. |
||||||||
4418 72 00 |
Oħrajn, b’ħafna saffi Ara n-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 4418 71 00. |
||||||||
4418 90 10 |
Injam laminat bil-kolla Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 4418, tielet paragrafu. |
||||||||
4418 90 80 |
Oħrajn Dan is-subtitlu jinkludi l-pannelli ta’ l-injam ċellulari deskritti fin-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 4418, raba’ paragrafu. |
||||||||
4420 |
Intarsjar fl-injam u injam intarsjat; kaxxetti u kaxxi għal ġojjelli u pożati, u oġġetti bħalhom, ta’ injam; statwetti u ornamenti oħrajn, ta’ injam; oġġetti ta’ injam ta’ għamara li ma jaqgħux Kapitlu 94 |
||||||||
4420 90 10 |
Intarsjar fl-injam u injam intarsjat Dan is-subtitlu jkopri pannelli ta’ intarsjar fl-injam u ta’ injam intarsjat. Intarsjar is-soltu jikkonsisti f’biċċiet irqaq ta’ injam jew materjali oħrajn (metall bażi, qoxra, avorju, eċċ.) inkullati ma’ bord ta’ wara ta’ l-injam għal għanijiet dekorattivi. |
||||||||
4421 |
Oġġetti oħrajn ta’ injam |
||||||||
4421 90 98 |
Oħrajn Dan is-subtitlu jinkludi:
|
KAPITLU 45
SUFRA U OĠĠETTI TA’ SUFRA
4501 |
Sufra naturali, mhux maħduma jew sempliċi ppreparata; fdal ta’ sufra; sufra misħuqa, imrammla jew mitħuna |
4501 10 00 |
Sufra naturali, mhux maħduma jew sempliċi ppreparata Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 4501, (1). |
4501 90 00 |
Oħrajn Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 4501, (2) u (3). |
4502 00 00 |
Sufra naturali, maqlugħa mis-siġra jew maqtugħa bejn wieħed u ieħor kwadra, jew fi blokki rettangulari (inklużi kwadri), pjanċi, folji jew strixxa (inklużi mhux maħdumin bix-xfar jaqtgħu għas-sufri jew tappijiet) Dan is-subtitlu jinkludi kisi tal-ħajt, f’rombli, li jikkosistu f’sufra naturali rqiqa b’karta fuq wara. |
4503 |
Oġġetti ta’ sufra naturali |
4503 10 10 u 4503 10 90 |
Sufri u tappijiet Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal subtitlu 4503 10. |
4504 |
Sufra magħquda (b’sustanza li tgħaqqad jew le) u oġġetti ta’ sufra magħquda |
4504 10 11 |
Għal inbid ifexfex, inklużi dawk b’diski ta’ sufra naturali Dan is-subtitlu jinkludi sufri u tappijiet ċilindriċi għal flixken ta’ inbid ifexfex. Id-dijametru ta’ dawn is-sufri u tappijiet hija b’mod ċar ikbar mill-għonq tal-flixkun, biex b’hekk huma jkunu kompressati b’mod iebes meta mdaħħlin fil-flixkun. Ladarba użati (meta l-flixkun jitneħħilu t-tapp), dawn jieħdu l-forma murija fin-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 2204 21 10. Il-parti ta’ fuq ta’ dawn is-sufri u tappijiet spiss tikkonsisti f’sufra magħquda u l-parti ta’ taħt (jiġifieri, l-parti li tidħol f’kuntatt ma’ l-inbid ifexfex) f’sufra naturali:
|
4504 10 19 |
Oħrajn Dan is-subtitlu jinkludi sufri u tappijiet ċilindriċi ta’ sufra magħquda għal flixken ħlief dawk intiżi għal inbid ifexfex. Dan is-subtitlu ma jinkludix diski tas-sufra użati bħala siġilli f’sufri kuruni (subtitli 4504 10 91 u 4504 10 99). |
4504 10 91 u 4504 10 99 |
Oħrajn Dan is-subtitlu jinkludi wkoll diski tas-sufra magħquda għal sufri kuruni. |
4504 90 20 |
Sufri u tappijiet Dan is-subtitlu jinkludi sufri u tappijiet magħqudin li m’humiex ċilindriċi. Sufri u tappijiet bħal dawn huma, pereżempju, f’forma ta’ kon u jista’ jkollhom toqba fin-nofs: |
|
|
KAPITLU 46
MANIFATTURI TA’ TIBNA, TA’ SPARTU JEW MATERJALI OĦRAJN TA’ TRIZZA; XOGĦOL TAL-QFIEF U XOGĦOL TAL-QASAB
4601 |
Trizza u prodotti simili ta’ materjali ta’ trizza, immuntati fi strixxi jew le; materjali ta’ trizza, trizza u prodotti simili ta’ materjali ta’ trizza, marbutin flimkien fi swiegli paralleli jew minsuġin, f’forma ta’ folji, kemm jekk huma oġġetti maħdumin lesti jew le (per eżempju, twapet, materjal tal-ħsajjar jew twapet, paraventi) |
||||||||
4601 21 10 sa 4601 29 90 |
Twapet, materjal tal-ħsajjar jew tat-twapet u paraventi ta’ mterjali veġetali Dawn is-subtitli jinkludu:
|
||||||||
4602 |
Xogħol tal-qfief, xogħol tal-qasab u oġġetti oħrajn, magħmulin direttament għall-forma minn materjali ta’ trizza jew magħmulin minn oġġetti ta’ titlu 4601; oġġetti ta’ lufa |
||||||||
4602 11 00 |
Tal-bambu Dan is-subtitlu jinkludi oġġetti msemmijin fin-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 4602, l-ewwel paragrafi, (i) u (ii), pereżempju, twapet ta’ materjal veġetali magħmulin minn twapet żgħar ta’ twapet jew ta’ materjal tal-ħsajjar ta’ subtitlu 4601 21, marbutin flimkien. |
||||||||
4602 19 10 |
Envelops tat-tibna għall-fliexken Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 4602, tieni paragrafu, (8). |
||||||||
4602 19 99 |
Oħrajn Dan is-subtitlu jinkludi:
|
TAQSIMA X
POLPA TA’ L-INJAM JEW TA’ MATERJAL IEĦOR ĊELLULOŻIKU FIBRUŻ; (SKART U FDAL TA’) KARTA JEW KARTUN IRKUPRAT; KARTA U KARTUN U OĠĠETTI MAGĦMULIN MINNHOM
KAPITLU 47
POLPA TA’ L-INJAM JEW TA’ MATERJAL IEĦOR ĊELLULOŻIKU FIBRUŻ; (SKART U FDAL TA’) KARTA JEW KARTUN IRKUPRAT
Ġenerali
Għad-definizzjoni tat-termini “nofsu-bliċjat” u “bliċjat”, ara n-Noti ta’ Spjega Ġenerali SA għal dan il-kapitlu, raba’ paragrafu.
Polpa titqies bħala nofsha bliċjata jew bliċjata jekk, wara l-manifattura, din kienet soġġetta għal trattament ta’ intensità li tvarja intiża li żżid il-bjuda tagħha (dija) permezz ta’ xi tip ta’ proċess, partikolarment permezz tat-tneħħija jew modifikazzjoni għal livelli li jvarjaw tal-materjali li jagħti l-kulur fil-polpa jew sempliċiment permezz ta’ l-inkorporazzjoni ta’ aġenti li jagħmluh jixgħel.
4701 00 |
Polpa ta’ injam mekkanika |
4701 00 10 |
Polpa ta’ injam termo-mekkanika Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 4701, raba’ paragrafu, l-aħħar subparagrafu. |
4701 00 90 |
Oħrajn Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 4701, raba’ paragrafu, l-aħħar tliet subparagrafi. |
4703 |
Polpa ta’ injam kimika, soda jew sulfat, ħlief gradi li jdubu Ara Nota 1 għal dan il-kapitlu. |
4703 11 00 |
Konifera Dan is-subtitlu jkopri partikolarment polpi magħmulin minn arżnu, żnuber jew prinjola salvaġġa. |
4703 19 00 |
Mhux konifera Il-polpi ta’ dan is-subtitlu s-soltu jkunu magħmulin minn luq u aspen kif ukoll minn injam aktar iebes bħal fagu, qastan, ewkaliptu u numru ta’ injam tropikali. Il-fibri jkunu ġeneralment iqsar minn f’polpi koniferi. |
4703 21 00 |
Konifera Ara n-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 4703 11 00. |
4703 29 00 |
Mhux konifera Ara n-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 4703 19 00. |
4704 |
Polpa ta’ injam kimika, sulfit, ħlief gradi li jdubu In-Noti ta’ Spjega għal titlu 4703 u għas-subtitli tiegħu japplikaw, mutatis mutandis, għal dan it-titlu. |
4706 |
Polpi ta’ fibri ġejjin minn (skart u fdal ta’) karta jew kartun irkuprat ta’ materjal ċellulożiku fibruż ieħor Ara n-Noti ta’ Spjega Ġenerali SA għal dan il-kapitlu, tielet paragrafu. |
4706 10 00 |
Polpa ta’ ħjut qosra (linters) tal-qoton Polpa ta’ ħjut qosra (linters) tal-qoton, li ġeneralment ikollha kontenut għoli ta’ ċelluloża alfa (98 sa 99 % mill-piż) u kontenut baxx ħafna ta’ rmied (bejn wieħed u ieħor 0,05 % mill-piż), tista’ tintgħaraf minn ħjut qosra (linters) tal-qoton sempliċiment ikkumpressati fil-forma ta’ folji jew ċangaturi li jaqgħu f’subtiltu 1404 20 00 mill-fatt li l-fibri tagħha, kienu msajrin taħt pressa għal diversi sigħat f’soluzzjoni ta’ soda kawstika, ftit jew wisq iddiġerita, filwaqt li l-fibri ta’ ħjut qosra (linters) ta’ subtitlu 1404 20 00, li ma jkunux għaddew mill-istess proċess, is-soltu jżommu l-istruttura u t-tul oriġinali tagħhom. |
4707 |
(Skart u fdal ta’) karta jew kartun irkuprat Dan it-titlu ma jinkludix rombli ta’ karta, fejn l-istrati ta’ barra kienu parzjalment mgħaddsin f’ilma jew imħassrin b’xi mod ieħor (kapitlu 48). |
4707 10 00 |
Karta b’saħħitha kannella (kraft paper) jew kartun jew karta jew kartun immewġin mhux ibbliċjati Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal subtitli 4707 10, 4707 20 u 4707 30. |
4707 20 00 |
Karta jew kartun ieħor magħmulin prinċipalment minn polpa kimika ibbliċjata, fil-biċċa l-kbira mhux miżbugħin Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal subtitli 4707 10, 4707 20 u 4707 30. Dan is-subtitlu jinkludi skart (eż., qatgħat u trimmjaturi) mill-manifattura jew proċessar ta’ karta jew mix-xogħol ta’ printjar u użati għal karti u tejp imtaqqab. Din il-klassi ta’ karta għal riċiklaġġ tkun is-soltu magħmula kważi kompletament minn karti mingħajr printjar. |
4707 30 10 u 4707 30 90 |
Karta jew kartun magħmulin prinċipalment minn polpa mekkanika (per eżempju, gazzetti, ġurnali u materjal ieħor stampat) Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal subtitli 4707 10, 4707 20 u 4707 30. |
KAPITLU 48
KARTA U KARTUN; OĠĠETTI TA’ POLPA TAL-KARTA, TAL-KARTA JEW TAL-KARTUN
Ġenerali
Rombli ta’ karta, fejn l-istrati ta’ barra kienu parzjalment mgħaddsin f’ilma jew imħassrin b’xi mod ieħor, jibqgħu klassifikati fis-subtitlu xieraq ta’ titli 4801 sa 4811.
4801 00 00 |
Karta tal-gazzetti, f’rombli jew folji Ara Nota 4 għal dan il-kapitlu u n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 4801. |
4802 |
Karta u kartun mhux miksijin, ta’ tip użat għal kitba, stampar jew għanijiet grafiċi oħrajn, u kartun ta’ l-ippanċjar u karta għat-tejp ta’ l-ippanċjar mhux imtaqqbin, f’rombli jew folji rettangulari (inklużi kwadri), ta’ kull qies, ħlief karta ta’ titlu 4801 jew 4803; karta jew kartun magħmulin bl-idejn Ara Nota 5 għal dan il-kapitlu. |
4802 10 00 |
Karta jew kartun magħmulin bl-idejn Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal dan il-kapitlu (B), u n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 4802, tieni u tielet paragrafi. |
4802 40 10 sa 4802 40 90 |
Bażi ta’ karta tal-ħajt Bażi ta’ karta tal-ħajt tista’ tkun ta’ karta bajda jew ikkulurita, mdaqqsa, irfinata permezz ta’ magni, bi struttura ħoxna iżda flessibbli u b’wiċċ aħrax. Din il-karta hija tajba għal kisi u/jew għal printjar fuq naħa waħda, in-naħa l-oħra hija għall-pejst jew adeżiv ieħor. Din il-karta bażi għandha tkun tajba għall-proċessi ta’ manifattura ta’ karta tal-ħajt u dendil ta’ karta. |
4803 00 |
Materjal lest biex minnu jsir tixju tat-tojlit jew tal-wiċċ, materjal lest għax-xugamani jew srievet u karta simili ta’ tip użata għal għanijiet tad-dar jew sanitarji, materjal artab ta’ ċelluloża u nsiġ ta’ fibri ċellulożi, imġegħdin (creped) jew le, imkemmxin, imqabbżin, imtaqqbin, bil-wiċċ miżbugħ, bil-wiċċ imżejjen jew stampat, f’rombli jew folji |
4803 00 10 |
Materjal artab ta’ ċelluloża Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 4803, l-ewwel paragrafu, (2), it-tieni paragrafu. Il-formazzjoni miftuħa ta’ l-għanqbuta turi toqob żgħar meta d-dawl jgħaddi minn ġo fiha. |
4803 00 31 u 4803 00 39 |
Karta imġiegħda u nsiġ ta’ fibri ċellulożi (tixju), jiżnu, kull saff Għad-definizzjoni tat-terminu “karta imġiegħda”, ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 4808, l-ewwel paragrafu, (2). Il-formazzjoni magħluqa ta’ l-għanqbuta tfisser struttura aktar kumpatta u omoġenja minn dik ta’ materjal artab ta’ ċelluloża. |
4804 |
Karta jew kartun kraft mhux miksi, f’rombli jew folji, ħlief dawk ta’ titlu 4802 jew 4803 Għad-definizzjoni tat-terminu “karta jew kartun kraft”, ara Nota 6 għal dan il-kapitlu. Karta kraft u kartun kraft għandhom saħħa mekkanika kbira. Huma s-soltu ma jkun fihom l-ebda materjali li jimlew u huma mdaqqsin għal grad pjuttost għoli, huma kważi dejjem opaki, f’ħafna każi glejżjati b’magna (jiġifieri, illixjati fuq wiċċ wieħed biss) u ġeneralment ikollhom marki tal-wajer li jidhru. Karta kraft u kartun kraft huma materjali għall-ippakkjar u għall-kisi eċċellenti. Huma jintużaw ukoll bħala kisi għal kejbils ta’ l-elettriku, minħabba li l-folja ċatta tal-wiċċ għal kartun mitwi, biex isir ħjut tal-karti u għall-produzzjoni ta’ karta jew kartun bil-qatran jew bl-asfalt. |
4804 11 11 sa 4804 19 90 |
Kraftliner Ara Nota ta’ Subtitlu 1 għal dan il-kapitlu u n-Noti ta’ Spjega SA għas-Subtitlu. |
4804 21 10 sa 4804 29 90 |
Karta kraft għal xkejjer Ara Nota ta’ Subtitlu 2 għal dan il-kapitlu u n-Noti ta’ Spjega SA korrispondenti għas-Subtitlu. |
4804 31 51 |
Karta kraft elettro-teknika li sservi għall-iżolament Dan is-subtitlu jinkludi karta għal capacitors u karta għal kejbils. Karta għal capacitors hija karta irqiqa użata fid-dielettriku ta’ capacitors elettriċi. Il-fibri użati biex issir din il-karta jgħaddu minn irfinar konsiderevoli biex titnaqqas il-porosità tal-folja għal minimu, u l-oġġetti barranin kollha (speċjalment metall) jitneħħew b’attenzjoni. Karta għal kejbil għall-iżolament ta’ kejbils elettriċi u f’kolji ta’ transformers jew bħala iżolament għal użi oħrajn ta’ l-inġinerija elettrika. Din teħtieġ li jkollha proprjetajiet ta’ iżolament tajbin ħafna u għalhekk għandha tkun ħielsa minn kwalunkwe frak metalliku jew aċitiku jew impuritajiet oħrajn li jittrasmettu l-elettriku. |
4804 41 91 |
Kraft għas-saturazzjoni Karta u kartun ta’ dan it-tip jikkonsisti prinċipalment f’fibri ta’ l-injam, li jiżen aktar minn 185 g iżda inqas minn 225 g għal kull m2 u huma ġeneralment mibjugħin f’rombli ta’ wisgħat ta’ aktar minn 125 ċm iżda inqas minn 165 ċm. Dawn għandhom numru ta’ porosita’, mkejjel b’apparat li jkejjel il-porosita’ Gurley skond l-istandard stipulat mill-Assoċjazzjoni Teknika ta’ l-Industrija tal-Polpa u tal-Karta (TAPPI), ta’ inqas minn 13-il sekonda għal 100 ċm3 arja u 40 sekonda għal 300 ċm3 arja. Kraft għas-saturazzjoni jġib ruħu bħal karta xuga. Huwa possibbli li tmexxi saba’ fuq linja ġdida mpenġija fuq il-karta mingħajr ma tiżżelleġ il-linka. Kraft għas-saturazzjoni hija speċjalment disinjata biex tkun imħabbla ma’ rażi sintetiċi għall-manifattura bi pressa għolja ta’ folji laminati. |
4805 |
Karta jew kartun oħrajn mhux miksijin, f’rombli jew folji, mhux maħdumin jew ipproċessati aktar minn kif speċifikat f’nota 3 għal dan il-kapitlu |
4805 11 00 |
Karta semi-kimika għal skanalatura (fluting) Ara Nota ta’ Subtitlu 3 għal dan il-kapitlu. |
4805 12 00 |
Karta tat-tiben għal skanalatura (fluting) Ara Nota ta’ Subtitlu 4 għal dan il-kapitlu. |
4805 19 10 |
Wellenstoff Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal subtitlu 4805 19. |
4805 24 00 u 4805 25 00 |
Testliner (kartun biex jinforra riċiklat) Ara Nota ta’ Subtitlu 5 għal dan il-kapitlu. |
4805 30 10 u 4805 30 90 |
Karta ta’ tqartis tas-sulfit Ara Nota ta’ Subtitlu 6 għal dan il-kapitlu. |
4805 40 00 |
Karta u kartun għal filtru Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal subtitlu 4805 40. |
4805 50 00 |
Karta u kartun għal feltru Ara n-Noti ta’ Spejga SA għal subtitlu 4805 50. |
4805 91 00 |
Jiżnu 150g/m2 jew inqas Dan is-subtitlu jinkludi karta u kartun magħmulin totalment minn karta rkuprata (skart u fdal), mingħajr addittivi u li għandhom indiċi ta’ żbroff ta’ 0,8 kPa jew iżjed iżda mhux aktar minn 1,9 kPa. |
4805 92 00 |
Jiżnu iktar minn 150g/m2 iżda inqas minn 225g/m2 In-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 4805 91 00 japplikaw, mutatis mutandis. |
4805 93 20 |
Magħmulin minn skart ta’ karta In-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 4805 91 00 japplikaw, mutatis mutandis. |
4806 |
Parċmina veġetali, karti oljati, karti għat-traċċar u karti jleqqu (glassine) u karti oħrajn igglejżjati trasparenti jew trasluċidi, f’rombli jew folji |
4806 10 00 |
Parċmina veġetali Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 4806, l-ewwel erba’ paragrafi. |
4806 20 00 |
Karti oljati Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 4806, ħames sa tmien paragrafi. |
4806 30 00 |
Karti għat-traċċar Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 4806, disa’ paragrafu. |
4806 40 10 u 4806 40 90 |
Karti jleqqu (glassine) u karti oħrajn igglejżjati trasparenti jew trasluċidi Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 4806, paragrafi għaxra u ħdax. |
4808 |
Karta u kartun, immewwġin (b’folji ċatti nkullati fil-wiċċ jew mingħajrhom), imġegħdin, imkemmxin, imqabbżin jew imtaqqbin, f’rombli jew folji, ħlief karta tat-tip deskritt f’titlu 4803 |
4808 10 00 |
Karta u kartun immewweġ, imtaqqab jew le Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 4808, (1). |
4808 20 00 |
Karta kraft għal xkejjer, imġiegħda jew imkemmxa, imqabbża jew imtaqqba jew le Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 4808, (2), (3) u (4). |
4808 30 00 |
Karta kraft oħra, imġiegħda jew imkemmxa, imqabbża jew imtaqqba jew le Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 4808, (2), (3) u (4). |
4808 90 00 |
Oħrajn Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 4808, (2), (3) u (4). |
4809 |
Karta saħħara, karta li tikkopja minnha nnfisha u karti oħrajn għal ikkupjar jew trasferiment (inkluża karta miksija jew mimlija kimika (impregnated) għal stensils tad-duplikatur jew pjanċi ta’ l-offset), stampati jew le, f’rombli jew folji |
4809 20 10 u 4809 20 90 |
Karta li tikkopja minnha nnfisha Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 4816, (A), (2). Madanakollu, il-prodotti ta’ dawn is-subtitli għandhom jissodisfaw il-kriterji tal-qisien f’Nota 8 għal dan il-kapitlu. |
4809 90 10 |
Karta saħħara jew karta simili għall-ikkupjar Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 4816, (A), (1). Madanakollu, il-prodotti ta’ dan is-subtitlu għandhom jissodisfaw il-kriterji tal-qisien f’Nota 8 għal dan il-kapitlu. |
4809 90 90 |
Oħrajn Dan is-subtitlu jkopri karti ta’ kkupjar jew ta’ trasferiment oħrajn, bħal karti li jittrasferixxu bis-sħana u karti miksijin jew mimlijin kimika għal stensils tad-duplikar jew pjanċi ta’ l-offset. Madanakollu, il-prodotti ta’ dawn is-subtitli għandhom jissodisfaw il-kriterji tal-qisien f’Nota 8 għal dan il-kapitlu. |
4810 |
Karta u kartun, miksijin min-naħa waħda jew miż-żewġ naħat b’kawlina (tafal taċ-Ċina) jew sustanzi oħrajn inorganiċi, b’materjal li jgħaqqad jew le, u mingħajr ebda kisja oħra, bil-wiċċ miżbugħ, bil-wiċċ imżejjen jew stampat f’rombli jew folji rettangulari (inklużi kwadri) jew le, ta’ kull qies |
4810 13 20 sa 4810 19 90 |
Karta u kartun ta’ tip użati għal kitba, stampar jew għanijiet grafiċi oħrajn, mingħajr fibri magħmulin minn proċess mekkaniku jew kemi-mekkaniku jew li minnhom mhux aktar minn 10 % tal-piż tal-kontenut totali ta’ fibra huwa minn dawn il-fibri Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal subtitli 4810 13, 4810 14, 4810 19, 4810 22 u 4810 29. |
4810 22 10 sa 4810 29 80 |
Karta u kartun ta’ tip użati għal kitba, stampar jew għanijiet grafiċi oħrajn, li minnhom mhux aktar minn 10 % tal-piż tal-kontenut totali ta’ fibra huwa minn fibri magħmulin minn proċess mekkaniku jew kemi-mekkaniku Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal subtitli 4810 13, 4810 14, 4810 19, 4810 22 u 4810 29. |
4810 22 10 u 4810 22 90 |
Karta miksija ħafifa Ara Nota ta’ Subtitlu 7 għal dan il-kapitlu. |
4810 92 10 sa 4810 92 90 |
B’ħafna saffi Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 4805, it-tieni paragrafu, (2). |
4811 |
Karta, kartun, materjal artab ta’ ċelluloża u nsiġ ta’ fibri ċellulożi, miksijin, mimlijin kimika (impregnated), mgħottijin, bil-wiċċ miżbugħ, bil-wiċċ imżejjen jew stampat, f’rombli jew folji rettangulari (inklużi kwadri), ta’ kull qies, ħlief oġġetti tat-tip deskritt f’titlu 4803, 4809 jew 4810 Dan it-titlu jinkludi ċerti għata ta’ l-art, li mhumiex tajbin bħala għata tal-ħitan, fuq bażi ta’ karti jew kartun. Dan it-titlu jeskludi prodotti tajbin kemm bħala għata ta’ l-art kif ukoll tal-ħitan (titlu 4823). |
4811 10 00 |
Karta u kartun biż-żift, bil-qatran jew asfaltati Dan is-subtitlu jinkludi folji kontra l-umdita’ li jikkonsistu f’żewġ folji ta’ karta għat-tiżjin mħalltin bl-asfalt b’folja rqiqa ta’ aluminju mgħaffġa bejniethom. Dan is-subtitlu jeskludi tavli għal tisqif li jikkonsistu f’substrate ta’ kartun kompletament mdaħħla ġo, jew miksijin fuq iż-żewġ naħat, b’saff ta’ asfalt jew materjal simili (titlu 6807). |
4811 51 00 u 4811 59 00 |
Karta u kartun, miksijin, mimlijin kimika (impregnated) jew miksijin bi plastiks (ħlief dawk li jeħlu) Karta u kartun miksijin jew mgħottijin bi plastiks jaqgħu f’dawn is-subtitli biss jekk il-ħxuna tal-plastiks hija aktar minn nofs il-ħxuna totali (ara Nota 2 (g) għal dan il-kapitlu). |
4811 60 00 |
Karta u kartun, miksijin, mimlijin kimika (impregnated) jew miksijin b’xema’, xama’ bajda, stearina, żejt jew gliċerol Dan is-subtitlu jinkludi karta u kartun paraffinati li huma intiżi għall-manifattura ta’ kontenituri tal-ħalib jew għal meraq tal-frott jew għal karti li fihom jitpoġġew diski, eċċ., u li għandhom fuq naħa waħda print jew stampi li jirrelataw ma’ l-oġġetti li għandhom jitqiegħdu fihom. |
4811 90 00 |
Karta, kartun, materjal artab ta’ ċelluloża u nsiġ ta’ fibri ċellulożi oħrajn Dan is-subtitlu jinkludi forom kontinwi. Dawn il-forom jikkonsistu f’folji, ġeneralment mitnijin, jew f’rombli, imtaqqbin b’mod trasversali f’intervalli regolari, li jagħtihom suċċessjoni ta’ forom li jistgħu jkunu separati mit-toqob. Huma fihom materjal printjat li jeħtieġ tlestija. Dawn l-oġġetti jista’ jkollhom ukoll toqob laterali gwida li jippermetti l-użu tagħhom partikolarment fi printers li jgħaġġlu jew f’magni li jżommu l-kontijiet. Dan is-subtitlu ma jinkludix forom kontinwi ta’ negozju b’diversi partijiet oħra (subtitlu 4820 40 10). |
4814 |
Karta tal-ħajt u kisi simili tal-ħajt; trasparenzi tal-karta għal twieqi |
4814 10 00 |
Karta ivvinata (“ingrain”) Ara Nota 9 (a) (ii) għal dan il-kapitlu u n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 4814, (A), (a), (2). |
4816 |
Karta saħħara, karta li tikkopja minnha nnfisha u karti oħrajn għal ikkupjar jew trasferiment (ħlief dawk ta’ titlu 4809), stensils tad-duplikatur u pjanċi ta’ l-offset, ta’ karta, ippreżentati fil-kaxxi jew le |
4816 20 00 |
Karta li tikkopja minnha nnfisha Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 4816, (A), (2). Prodotti ta’ dan is-subtitlu ma jistgħux ikunu tal-qisien stipulati f’Nota 8 għal dan il-kapitlu (titlu 4809). |
4816 90 00 |
Oħrajn Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 4816, (A), (1) u (3) u (B), (1). Prodotti ta’ dan is-subtitlu ma jistgħux ikunu tal-qisien stipulati f’Nota 8 għal dan il-kapitlu (titlu 4809). Dan is-subtitlu jinkludi wkoll pjanċi offset (ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 4816, (B), (2), tieni sentenza). Dawn il-prodotti m’huma soġġetti għal ebda kundizzjonijiet ta’ qisien. |
4818 |
Karta tat-tojlit u karta simili, materjal artab taċ-ċelluloża jew insiġ ta’ fibri ċellulożi, ta’ tip użati għal għanijiet tad-dar jew sanitarji, f’rombli mhux usa’ minn 36 ċm, jew maqtugħin għal qies jew għamla; imkatar, tixjus għat-tindif, xugamani, tvalji, srievet, srievet għat-trabi, tampuni, lożor u oġġetti simili tad-dar, sanitarji jew ta’ l-isptar, oġġetti ta’ ilbies u aċċessorji tal-ħwejjeġ, ta’ polpa tal-karta, ta’ karta, ta’ materjal artab ta’ ċelluloża jew ta’ insiġ ta’ fibri ċellulożi |
4818 40 19 |
Oħrajn Dan is-subtitlu jinkludi protezzjonijiet ta’ qliezet ta’ taħt ta’ l-irġiel. |
4818 40 90 |
Ħrieqi u qliebi għat-trabi u oġġetti simili sanitarji Dan is-subtitlu jinkludi oġġetti għal inkontinenza u liners tas-sodda għall-invalidi. |
4819 |
Kartun, kaxxi, kontenituri, boroż u kontenituri oħrajn għal ippakkjar, ta’ karta, kartun, materjal artab ta’ ċelluloża jew insiġ ta’ fibri ċellulożi; fajls kaxxa, trejs ta’ l-ittri, u oġġetti simili, ta’ karta jew kartun ta’ tip użati f’uffiċċji, ħwienet jew bħalhom |
4819 20 00 |
Kartun, kaxxi u kontenituri, ta’ karta jew kartun mhux immewwġin, li jintnew Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 4819, (A), tieni paragrafu. |
4819 60 00 |
Fajls kaxxa, trejs ta’ l-ittri, kaxxi għal ħażna u oġġetti simili, ta’ tip użati f’uffiċċji, ħwienet jew bħalhom Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 4819, (B). |
4820 |
Reġistri, kotba tal-kontijiet, kotba għan-noti, kotba għall-ordnijiet, kotba ta’ l-irċevuti, mazzi folji ta’ l-ittri, mazzi tal-memorandum, djarji u oġġetti simili, pitazzi, mazzi tal-karta xuga, fajls (għal folji sfużi jew oħrajn), fowlders, qxur tal-fajls, formoli tal-kummerċ ta’ tipi differenti, settijiet bil-karti sħaħar bejn il-folji u oġġetti oħrajn ta’ kartolerija, ta’ karta jew kartun; albums għal kampjuni jew għal kollezzjonijiet u qxur tal-kotba, tal-karta jew kartun |
4820 40 10 u 4820 40 90 |
Formoli tal-kummerċ ta’ tipi differenti u settijiet bil-karti sħaħar bejn il-folji Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 4820, l-ewwel paragrafu, (4) u (5). |
4820 40 10 |
Formoli kontinwi Dan is-subtitlu jkopri settijiet ta’ formoli kontinwi magħmulin minn strixxi ta’ karta fuq xulxin, stampati, stejpiljati jew inkollati flimkien, ta’ karta li tikkopja lilha nnifisha jew b’folji ta’ karta saħħara bejniethom. Ara wkoll in-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 4811 90 00. |
4823 |
Karta oħra, kartun, materjal artab taċ-ċelluloża u insiġ ta’ fibri ċellulożi, maqtugħin għal qies jew għamla; oġġetti oħrajn ta’ polpa tal-karta, karta, kartun, materjal artab ta’ ċelluloża jew insiġ ta’ fibri cellulożi |
4823 20 00 |
Karta u kartun għal filtru Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 4823, tieni paragrafu, (1). |
4823 90 85 |
Oħrajn Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 4823, tieni paragrafu, (3) u (6) sa (17). Dan it-titlu jinkludi prodotti tajbin kemm bħala għata ta’ l-art kif ukoll tal-ħitan. Dan is-subtitlu jinkludi wkoll karta li tikkondensa li hija karta li tiżola l-elettriku użata f’kondensaturi bħala dielettriku. Hija estremament irqiqa (ġeneralment 0,006 sa 0,02 mm), ta’ ħxuna regolari ħafna u kompletament mingħajr pori. Hija ġeneralment magħmula minn polpa tas-soda jew tas-sulfat, u ġieli minn polpa taċ-ċraret. Karta li tikkondensa hija kimikament newtra, hija ħielsa anki mill-iċken frak tal-ħadid u għandha saħħa mekkanika u dijelettrika għolja (l-ebda telf dielettriku). |
KAPITLU 49
KOTBA STAMPATI, GAZZETTI, STAMPI U PRODOTTI OĦRAJN TA’ L-INDUSTRIJA TA’ L-ISTAMPAR; MANUSKRITTI, TESTI TTAJPJATI U PJANTI
4901 |
Kotba stampati, brochures, fuljetti u materjal stampat simili, f’folji waħdiet sfużi jew le |
4901 99 00 |
Oħrajn Ara Nota 3 għal dan il-kapitlu. |
4905 |
Mapep, inklużi dawk idrografiċi jew simili ta’ kull tip, fosthom atlasijiet, mapep għall-ħajt, pjanti topografiċi u globi, stampati |
4905 10 00 |
Globi Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 4905, l-aħħar paragrafu qabel l-esklużjonijiet, u esklużjoni (f). |
4905 91 00 u 4905 99 00 |
Oħrajn Dawn is-subtitli jinkludu mapep akkurati b’mod topografiku ppublikati għal għanijiet ta’ reklamar, kemm jekk dawn fihom materjal għal reklamar jew le (pereżempju, mapep ta’ toroq ippublikati minn kumpaniji li jimmanifatturaw tajers jew karozzi, kumpaniji taż-żejt minerali, eċċ.). |
4907 00 |
Bolol postali, ta’ taxxa jew oħrajn simili mhux użati ta’ ħruġ kurrenti jew ġdid fil-pajjiż li fih huma għandhom, jew ser ikollhom, il-valur stampat rikonoxxut; karta bbollata; karti ta’ flus; formoli taċ-ċekkijiet; ċertifikati ta’ stokks, ishma jew bonds u dokumenti simili ta’ jedd |
4907 00 10 |
Bolol postali, ta’ taxxa u oħrajn simili Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 4907, (A). |
4908 |
Trasferimenti ta’ disinji (dekalkomaniji) |
4908 10 00 |
Trasferimenti ta’ disinji (dekalkomaniji), vitrifikabbli Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 4908, tielet paragrafu. |
4911 |
Materjal ieħor stampat, inklużi stampi u ritratti stampati |
4911 10 10 u 4911 10 90 |
Materjal ta’ reklamar kummerċjali, katalgi kummerċjali u bħalhom Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 4911, ħames paragrafu, (1). |
4911 10 10 |
Katalgi kummerċjali Dan is-subtitlu jkopri publikazzjonijiet li jiddeskrivu jew juru prodotti u jindikaw il-prezz u n-numru ta’ l-ordni. |
4911 91 00 |
Stampi, disinji u ritratti Dan is-subtitlu jinkludi prodotti ta’ titlu 3703 li kienu esposti u żviluppati. Dan is-subtitlu jinkludi wkoll stampi għal skrinijiet artistiċi (serigrafija ta’ l-arti), anki jekk iffirmati u nnumerati mill-artist. |
4911 99 00 |
Oħrajn Dan is-subtitlu ma jinkludix materjal stampat, bħal biljetti għall-ivvjaġġar u passijiet għat-tlugħ abbord, li jinkorporaw strixxa manjetika waħda jew aktar (subtitlu 8523 21 00). |
TAQSIMA XI
TESSUTI U OĠĠETTI TA’ TESSUTI
Ġenerali
1. |
Kif stipulat fin-Noti ta’ Spjega SA (ara n-Noti ta’ Spjega Ġenerali għal din it-taqsima, l-aħħar paragrafu ta’ l-introduzzjoni), taqsima XI hija maqsuma f’żewġ partijiet:
|
2. |
Nota 2 tan-Noti għas-Subtitlu għal din it-taqsima fiha r-regoli għad-determinazzjoni tal-klassifikazzjoni ta’ prodotti tat-tessut li fihom żewġ materjali tat-tessut jew aktar fit-titli ta’ kapitli 56 sa 63. Dawn l-oġġetti għandhom ikunu klassifikati fis-subtitlu xieraq għall-oġġetti ta’ dak il-materjal ta’ tessut wieħed li jippredomina f’piż, meta jitqiesu, fejn hu xieraq, il-provvedimenti ta’ Nota 2 (B) għal din it-taqsima. Fl-applikazzjoni ta’ dawn ir-regoli, madanakollu, provvedimenti (a) sa (ċ) għal Nota 2 (B) tan-Noti għas-Subtitlu għal din it-taqsima għandhom jitqiesu. |
3. |
Gwidi għall-interpretazzjoni ta’ Nota 2 għal din it-taqsima jistgħu jinsabu fin-Noti ta’ Spjega SA (ara, pereżempju, parti (I) (A) tan-Noti ta’ Spjega Ġenerali għal din it-taqsima). Fl-applikazzjoni ta’ Nota 2, l-ebda każ m’għandu jingħata għal dawn li ġejjin:
|
4. |
Ara Noti 1 (a) sa (h) tan-Noti għas-Subtitlu għal din it-taqsima għat-tifsira tat-termini “mhux bliċjat”, “bliċjat” u “ikkulurit” meta applikati għal ħjut u għat-termini “mhux bliċjat”, “bliċjat”, “ikkuluriti”, “ta’ ħjut ta’ kuluri differenti” u “stampati” meta applikati għal drapp meħjut. |
5. |
Għal deskrizzjoni ta’ diversi nisġiet, ara n-Noti ta’ Spjega ta’ Subtitlu f’parti (I) (Ċ) tan-Noti ta’ Spjega Ġenerali SA għal din it-taqsima. |
KAPITLU 50
ĦARIR
5004 00 |
Ħjut tal-ħarir (ħlief ħjut mibrumin minn skart tal-ħarir) mhux ippreżentati għal bejgħ bl-imnut |
||||||||
5004 00 10 |
Mhux ibbliċjati, megħrukin jew ibbliċjati Ħjut tal-ħarir mhux ibbliċjati jikkonsistu f’ħajta mgħawwġa grége waħda jew aktar; huma jkunu għadhom ma kinux imnixxin (tneħħitilhom il-gomma). Il-ħjut tal-ħarir mhux bliċjati jista’ jkollhom sa 30 % ta’ seriċina (gomma naturali), u f’ħafna mill-każi jkun għad għandhom il-kulur daqsxejn safrani naturali tagħhom. Ħjut tal-ħarir mhux bliċjati s-soltu jkunu trattati aktar, iżda jistgħu jinħadmu b’mod dirett fi drapp. It-tneħħija tal-ħjut tal-ħarir mhux bliċjati jnixxihom (tneħħija ta’ gomma), il-ħjut waħdiet jinħelsu mis-seriċina li biha kienu miksijin. Dan ġeneralment isir b’ilma jaħraq bis-sapun jew b’soluzzjoni alkalina ta’ potassa mħallta bl-ilma. Il-kuluri naturali li jkunu għadhom preżenti jitħassru bl-ibbliċjar. |
||||||||
5005 00 |
Ħjut mibrumin minn skart tal-ħarir, mhux ippreżentati għal bejgħ bl-imnut |
||||||||
5005 00 10 |
Mhux ibbliċjati, megħrukin jew ibbliċjati In-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 5004 00 10 japplikaw, mutatis mutandis. |
||||||||
5007 |
Drappijiet minsuġin ta’ ħarir jew ta’ skart ta’ ħarir |
||||||||
5007 20 11 sa 5007 20 71 |
Mhux ibbliċjati, megħrukin jew ibbliċjati Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal subtitlu 5007 20. |
||||||||
5007 20 11 u 5007 20 19 |
Kripp Dawn is-subtitli jkopru drappijiet li s-soltu jkunu ċari u li l-apparenza bil-vina jew imkemmxa tagħhom fl-istat irfinut tirriżulta mill-użu ta’ ħjut kripp, jiġifieri, ħjut imremblin ħafna (is-soltu 2 000 sa 3 600 dawra għal kull metru), li għandhom tendenza naturali li jiġu forma ta’ ħolqa. Dawn il-ħjut jistgħu jintużaw fil-medd jew fl-insiġ jew fit-tnejn, kemm jekk waħedhom jew magħqudin ma’ ħajt li ma tantx jitrembel. Ħjut ta’ trembil oppost spiss ikun alternat jiġifieri., ħjut b’tidwira “S” jkun ikompli bi ħjut b’tidwira “Z” sabiex dan jorjenta f’direzzjoni opposta għat-tendenza li jitrembel il-ħajt li jkun ikompli miegħu, u b’hekk jiżgura l-bilanċ tat-tikmix. Dawn is-subtitli jkopru kripp ta’ veru, jiġifieri, dawk fejn għallinqas il-medd jew l-insiġ huwa għall-aktar parti ta’ ħjut kripp. L-iktar magħrufin huma l-kripp magħmul minn ħarir fin, marocain, ġorġett, kripp tas-satin, kripp charmeuse u kripp xifon. Drappijiet li huma magħmulin minn krip fuq naħa waħda biss jew fuq parti mill-wiċċ tagħhom biss (strixxi jew disinji) huma ukoll klassifikati f’dawn is-subtitli. Dawn is-subtitli ma jkoprux drappijiet fejn l-effett tal-kripp huwa miksub b’xi mod għajr bl-użu ta’ ħjut tal-kripp, pereżempju, dawk li fihom l-apparenza tal-kripp tirriżulta mill-użu magħqud ta’ nisġiet speċjali (eż., “stabbli”) u ta’ ħjut ta’ qisien u trembil differenti. |
||||||||
5007 20 21 sa 5007 20 39 |
Pongee, habutai, honan, shantung, corah u drappijiet simili mil-lvant imbiegħed, kompletament mill-ħarir (mhux imħallat ma’ skart ta’ ħarir li jibqa’ fil-moxt (noil) jew skart ieħor tal-ħarir jew ma’ materjali tessili oħrajn) Id-drappijiet ta’ dawn is-subtitli għandhom diversi karatteristiċi individwali fin-natura, nisġa u apparenza tagħhom. Huma jkunu spiss minsuġin jew magħmulin lokalment fuq newl bl-id f’nisġiet sempliċi (lixx, djagunali, satin) minn filamenti tal-ħarir mhux maħdumin (mhux mitfugħin) immuntati mingħajr tidwir. Iċ-ċmis tagħhom is-soltu jkunu difettużi. Huma mitwijin f’forma ta’ kartieri: iż-żewġt itruf tat-tul huma mqiegħdin flimkien fit-tul li mbagħad ikun mitni madwarhom. Ma’ ċertu tipi (partikolarment miċ-Ċina), metodu differenti ta’ tiwi ġieli jintuża; tarf taħt, tarf fuq, it-tul jintewa lura fuqu nnifsu b’erba’ tiwjiet għal kull jarda (0,91 m). Madanakollu, dawn jistgħu jkunu preżentati b’mod differenti, eż., imremblin. Dawn id-drappijiet jinkludu:
|
||||||||
5007 20 41 |
Drappijiet djafani (nisġa miftuħa) Drappijiet djafani (nisġa miftuħa) huma dawk fejn l-ispazji kemm bejn il-ħajt tal-medd individwali u l-ħajt ta’ l-insiġ individwali huma għallinqas kbar daqs id-dijametru tal-ħjut (yarns) użati. |
||||||||
5007 20 61 |
Usa’ minn 57 ċm iżda mhux usa’ minn 75 ċm Dan is-subtitlu jkopri, partikolarment, ħxuniet ta’ drapp użati biex isiru ingravajjet. |
KAPITLU 51
SUF, XAGĦAR FIN JEW AĦRAX TA’ ANNIMALI; ĦJUT U DRAPP MINSUĠ MINN KRIN
5102 |
Xagħar fin jew aħrax ta’ annimali, mhux mimxut jew imqardex |
5102 11 00 |
Ta’ mogħoż Kaxmer (Każimiri) Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal subtitlu 5102 11. |
5103 |
Skart tas-suf jew ta’ xagħar fin jew aħrax ta’ annimali, inkluż skart tal-ħjut iżda eskluż materjal “garnetted” |
5103 10 10 |
Mhux ikkarbonizzati Għall-interpretazzjoni tat-terminu “mhux ikkarbonizzati” ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 5101, tielet paragrafu, (B). |
5103 10 90 |
Ikkarbonizzati Għall-interpretazzjoni tat-terminu “ikkarbonizzati” ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 5101, tielet paragrafu, (Ċ). |
5103 20 91 |
Mhux ikkarbonizzati Għall-interpretazzjoni tat-terminu “mhux ikkarbonizzati” ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 5101, tielet paragrafu, (B). |
5103 20 99 |
Ikkarbonizzati Għall-interpretazzjoni tat-terminu “ikkarbonizzati” ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 5101, tielet paragrafu, (Ċ). |
5105 |
Suf u xagħar fin jew aħrax ta’ annimali; mimxut jew imqardex (inkluż suf mimxut f’biċċiet) |
5105 21 00 |
Suf mimxut f’biċċiet Għad-definizzjoni tat-terminu “suf mimxut f’biċċiet”, ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 5105, seba’ paragrafu. |
5105 31 00 |
Ta’ mogħoż Kaxmer (Każimiri) Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal subtitlu 5102 11. |
5106 |
Ħjut ta’ suf mimxut, mhux ippreżentat għal bejgħ bl-imnut |
5106 10 10 |
Mhux ibbliċjat Ħjut ta’ suf mhux ibbliċjati huma ħjut magħmulin minn suf li kien imnaddaf sew permezz ta’ diversi proċessi. Dawn m’humiex ibbliċjati, ikkuluriti jew stampati, u għalhekk għad għandhom il-kulur naturali tas-suf. Ara ukoll Nota ta’ Subtitlu 1 (b) għal din it-taqsima. |
5106 20 10 |
Fih 85 % jew aktar tal-piż suf u xagħar fin ta’ annimali Dan is-subtitlu jkopri biss ħajt li fih 85 % jew aktar tal-piż taħlita ta’ suf u xagħar fin ta’ annimali, fejn is-suf jippredomina fil-piż fuq ix-xagħar fin ta’ annimali; fil-każ kuntrarju, il-ħajt ikun klassifikat f’titlu 5108. |
5106 20 91 |
Mhux ibbliċjat In-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 5106 10 10 japplikaw, mutatis mutandis. |
5107 |
Ħjut ta’ suf imqardex, mhux ippreżentat għal bejgħ bl-imnut |
5107 10 10 |
Mhux ibbliċjat Ara n-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 5106 10 10. |
5107 20 10 u 5107 20 30 |
Fih 85 % jew aktar tal-piż suf u xagħar fin ta’ annimali Dan is-subtitlu jkopri biss ħajt li fih 85 % jew aktar tal-piż taħlita ta’ suf u xagħar fin ta’ annimali, fejn is-suf jippredomina fil-piż fuq ix-xagħar fin ta’ annimali; fil-każ kuntrarju, il-ħajt ikun klassifikat f’titlu 5108. |
5107 20 10 |
Mhux ibbliċjat In-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 5106 10 10 japplikaw, mutatis mutandis. |
5107 20 51 |
Mhux ibbliċjat In-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 5106 10 10 japplikaw, mutatis mutandis. |
5107 20 91 |
Mhux ibbliċjat In-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 5106 10 10 japplikaw, mutatis mutandis. |
5108 |
Ħjut ta’ xagħar fin (mimxut jew imqardex) ta’ annimali, mhux ippreżentati għal bejgħ bl-imnut |
5108 10 10 |
Mhux ibbliċjat In-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 5106 10 10 japplikaw, mutatis mutandis. |
5108 20 10 |
Mhux ibbliċjat In-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 5106 10 10 japplikaw, mutatis mutandis. |
KAPITLU 52
QOTON (TAJJAR)
5201 00 |
Qoton, mhux mimxut jew imqardex |
5201 00 10 |
Magħmul assorbenti jew ibbliċjat Qoton magħmul assorbenti jista’ jassorbi volum relattivament għoli ta’ likwidu. Qoton ibbliċjat huwa qoton li minnu s-sustanzi barranin ikkuluriti li ma jistgħux jitneħħew b’ebda mod ieħor jitneħħew permezz ta’ ossidazzjoni jew tnaqqis bl-użu ta’ diversi kimiċi. |
5208 |
Drappijiet minsuġin tal-qoton, fihom 85 % jew aktar tal-piż qoton, jiżnu mhux aktar minn 200 g/m2 |
5208 11 10 |
Drappijiet għal manifattura ta’ faxex, materjali għal feriti u garżi mediċi Dawn huma drappijiet fini, qishom garżi b’nisġa diehera, ġeneralment suġġetti għal żliq. Huma magħmulin minn diversi ħjut u għandhom inqas minn 28 ħajta għal kull ċm2. |
5208 21 10 |
Drappijiet għal manifattura ta’ faxex, materjali għal feriti u garżi mediċi Ara n-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 5208 11 10. |
5209 |
Drappijiet minsuġin tal-qoton, fihom 85 % jew aktar tal-piż qoton, jiżnu aktar minn 200 g/m2 |
5209 42 00 |
Denim Ara Nota 1 tan-Noti għas-Subtitlu għal dan il-kapitlu u n-Noti ta’ Spjega SA għal din it-taqsima, parti (I), (Ċ), Noti ta’ Spjega għas-Subtitlu. |
5211 |
Drappijiet minsuġin tal-qoton, fihom anqas minn 85 % tal-piż qoton, imħalltin prinċipalment jew biss ma’ fibri magħmulin mill-bniedem, jiżnu aktar minn 200 g/m2 |
5211 42 00 |
Denim Ara Nota 1 tan-Noti għas-Subtitlu għal dan il-kapitlu u n-Noti ta’ Spjega SA għal din it-taqsima, parti (I), (Ċ), Noti ta’ Spjega għas-Subtitlu. |
5211 49 10 |
Drappijiet “Jacquard” Drappijiet “Jacquard” huma drappijiet b’disinn tat-tessut magħmul billi jitgħollew il-ħjut tal-medd individwali. B’dan il-mod, jinkisbu, b’mod fin, disinni mtebbgħin impenġijin. Drappijiet “Jacquard” jintużaw prinċipalment bħala drappijiet għal tappizzeriji, kisi ta’ saqqijiet u materjal għal purtieri. |
KAPITLU 53
FIBRI OĦRAJN TA’ TESSUTI VEĠETALI; ĦJUT TAL-KARTA U DRAPPIJIET MINSUĠIN MINN ĦJUT TAL-KARTA
5308 |
Ħjut ta’ fibri tessili veġetali oħrajn; ħjut tal-karta |
5308 10 00 |
Ħjut ta’ kajjar Ħjut ta’ kajjar li jikkonsistu fi ħxuna waħda jew tnejn biss huma klassifikati f’dan is-subtitlu. Ħjut ta’ kajjar li jikkonsistu fi tliet ħxuniet jew aktar jaqgħu f’titlu 5607, skond Nota 3 (A) (d) għal din it-taqsima. |
KAPITLU 54
FILAMENTI MAGĦMULIN MILL-BNIEDEM; STRIXXI U OĠĠETTI SIMILI TA’ MATERJALI TESSILI MAGĦMULIN MILL-BNIEDEM
Ġenerali
Għad-definizzjoni tat-terminu “ħjut ta’ tenaċià għolja” ara Nota 6 għal din it-taqsima.
Ħajt elastomeriku huwa definit fin-Nota 13 għal din it-taqsima.
5401 |
Ħjut tal-ħjata ta’ filamenti magħmulin mill-bniedem, ippreżentati għal bejgħ bl-imnut jew le |
5401 10 12 u 5401 10 14 |
Ħjut tal-qalba Il-ħjut tal-qalba ta’ dawn is-subtitli huwa ħjut għal ħjata magħmul minn ħafna ħajt mdawwar flimkien; kull ħajta tikkonsisti f’filament sintetiku miksi b’fibri tat-tessut mhux kontinwi naturali, sintetiċi jew artifiċjali. Waqt li żżom f’moħħok l-użu tagħhom, dawn il-ħjut huma ħjut mdawrin tal-qalba “sodi”, jiġifieri, huma ħjut b’qalba mhux elastika. Minħabba li dawn il-ħjut huma ħjut imħalltin, huma għandhom ikunu klassifikati biss hawn meta l-“filament” komponenti jippredomina fil-piż (ara Nota 2 għal din it-taqsima). Dan is-soltu jkun il-każ ma’ ħjut tal-qalba. Fuq in-naħa l-oħra dawn is-subtitli ma jkoprux ħjut tal-qalba ratba li l-qalba tagħhom hija ta’ ħjut elastomeriku li l-kontenut tal-piż tagħha s-soltu ma jaqbiżx 20 % (klassifikazzjoni skond Nota 2 għal din it-taqsima). Minbarra dan, dawn is-subtitli ma jkoprux prodotti li jikkonsistu f’qalba ta’ ħjut elastomeriċi li madwarha jitkebbu ħjut ġa lesti b’mod spirali (subtitlu 5606 00 91). |
5401 10 16 |
Ħjut b’nisġa Ara n-Nota ta’ Spjega SA għal subtitlu 5402 31 u 5402 39. |
5402 |
Ħjut ta’ filament sintetiku (ħlief ħjut tal-ħjata), mhux ippreżentati għal bejgħ bl-imnut, inkluż monofilament sintetiku inqas minn 67 deċiteks |
5402 31 00 sa 5402 39 00 |
Ħjut b’nisġa Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal subtitli 5402 31 sa 5402 39. |
5402 46 00 |
Oħrajn, ta’ poliesteri, orjentati parzjalment Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal subtitlu 5402 46. |
5404 |
Monofilament sintetiku ta’ 67 deċiteks jew aktar li tiegħu ebda qies ta’ wiċċ mill-qtugħ ma huwa ikbar minn 1 mm; strixxa u bħalha (per eżempju, tiben artifiċjali) ta’ materjali tessili sintetiċi ta’ wisgħa li tidher mhux aktar minn 5 mm Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 5404 għad-deskrizzjoni ta’ monofilament u prodotti oħrajn f’dan it-titlu. |
5404 11 00 sa 5404 19 00 |
Monofilament Monofilament sintetiku maqtugħ f’tulijiet konvenjenti bit-truf maqsumin (“fleurees”) intiż għal użu fil-produzzjoni ta’ pniezel jibqa’ klassifikat f’dawn is-subtitli. “Ħjut” (yarn) multiplu jew ikkejbiljat iffurmat bl-immuntar u t-tidwir flimkien ta’ monofilamenti sintetiċi ta’ dan is-subtitlu m’huwiex klassifikat f’dan is-subtitlu u jaqa’ f’titlu 5401, 5402, 5406 jew 5607 kif xieraq. Madanakollu, jkun xi jkun il-qies tal-wiċċ ta’ qatgħa tiegħu, il-monofilamenti waħdiet ta’ dan is-subtitlu qatt ma jitqiesu bħala “ħajt, ċwiemi, ħbula u kejbils” ta’ titlu 5607. Elenku li jiġbor fil-qosor il-klassifikazzjoni ta’ monofilament sintetiku, strixxi u affarijiet simili skond il-qies tal-wiċċ ta’ qatgħa (jew wisgħa) huwa mgħoti hawn taħt:
|
5404 90 11 |
Strixxa dekorattiva tat-tip użata għal ippakkjar In-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 3920 20 71 japplikaw, mutatis mutandis, iżda l-istrixxa dekorattiva ta’ dan is-subtitlu għandha wisgħa apparenti li ma taqbiżx 5 mm. |
5405 00 00 |
Monofilament artifiċjali ta’ 67 deċiteks jew aktar li tiegħu ebda qies ta’ wiċċ mill-qtugħ ma huwa ikbar minn 1 mm; strixxa u bħalha (per eżempju, tiben artifiċjali) ta’ materjali tessili artifiċjali ta’ wisgħa li tidher mhux aktar minn 5 mm In-Noti ta’ Spjega għal titlu 5404 japplikaw, mutatis mutandis. |
5408 |
Drappijiet minsuġin ta’ ħjut ta’ filament artifiċjali, inklużi drappijiet minsuġin magħmulin minn materjali ta’ titlu 5405 |
5408 22 10 |
Usa’ minn 135 ċm iżda mhux usa’ minn 155 ċm, nisġa lixxa, nisġa djagunali, nisġa djagunali salib jew nisġa satin Għad-deskrizzjoni tat-termini “nisġa lixxa”, “nisġa djagunali” u “nisġa djagunali salib” ara n-Noti ta’ Spjega għas- Subtitlu f’parti (I) (Ċ) tan-Noti ta’ Spjega Ġenerali SA għal din it-taqsima. Bin-nisġa satin (atlas), il-punti li jissallbu huma mferrxin b’tali mod li ma jmissux lil xulxin. Ir-riżultat għalhekk huwa wiċċ lixx, illustrat. Satin għandu jkun djagunali b’għallinqas ħames ħjut. Dan id-disinn tan-nisġa huwa muri f’dijagramma hawn taħt: |
|
|
5408 23 10 |
Drappijiet b’rakkmu kumplikat (Jacquard) usa’ minn 115 ċm iżda idjeq minn 140 ċm, ta’ piż iktar minn 250 g/m2 In-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 5211 49 10 japplikaw, mutatis mutandis. |
KAPITLU 55
FIBRI MAGĦMULIN MILL-BNIEDEM TA’ QISIEN TA’ QOSOR PREDETERMINAT (STAPLE)
5516 |
Drappijiet minsuġin oħrajn ta’ fibri artifiċjali ta’ qisien ta’ qosor predeterminat (staple) |
5516 23 10 |
Drappijiet b’rakkmu kumplikat (Jacquard) ta’ 140 ċm wisgħa jew aktar (materjal użat biex jgħatti l-imtieraħ) In-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 5211 49 10 japplikaw, mutatis mutandis. |
KAPITLU 56
MATERJAL TESSILI ARTAB, FELTRU U MATERJALI MHUX MINSUĠIN; ĦJUT SPEĊJALI; SPAG, ĊWIEMI, ĦBULA U KEJBILS U OĠĠETTI MINNHOM
Ġenerali
Għall-klassifikazzjoni, fit-titli, ta’ oġġetti magħmulin minn materjali ta’ tessut wieħed jew tnejn, ara n-Noti ta’ Spjega Ġenerali għal din it-taqsima.
5601 |
Materjal tessili artab u oġġetti minnu; fibri tessili, mhux itwal minn 5 mm (trofof), trab tessili u biċċiet tal-fibri mill-mitħna (mill neps) |
5601 10 10 u 5601 10 90 |
Assorbenti iġjeniċi u tampuni, ħrieqi u qliebi għat-trabi u oġġetti iġjeniċi simili, ta’ materjal artab Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 5601, (A), (2). |
5601 21 10 sa 5601 29 00 |
Materjal artab; oġġetti oħrajn ta’ materjal artab Dawn is-subtitli jinkludu “cotton buds”, stikek ta’ l-injam, tal-plastik jew ta’ karta mrembla li għandhom f’tarf minnhom jew fiż-żewġt itruf “bud” ta’ materjal artab għat-tindif tal-widnejn, dwiefer, eċċ., għall-applikazzjoni ta’ antisettiċi jew kremiet tal-ġilda u fi tħaris tas-sbuħija. |
5601 21 10 |
Assorbenti Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 5601, (B) u (Ċ). |
5601 30 00 |
Truf u trab tat-tessut u biċċiet tal-fibri mill-mitħna (mill reps) Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 5601, (B) u (Ċ). |
5602 |
Feltru, kemm jekk mimli b’sustanza oħra, miksi, mgħotti jew laminat inkella le |
5602 10 11 u 5602 10 19 |
Feltru tan-newl tal-labar Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 5602, raba’ paragrafu. |
5602 10 31 sa 5602 10 39 |
Drappijiet ta’ fibra marbutin bil-ponti Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 5602, seba’ paragrafu. |
5606 00 |
Ħjut b’wajer ġo fihom u strixxa u bħalha ta’ titlu 5404 jew 5405, b’wajer ġo fihom (ħlief dawk ta’ titlu 5605 u ħjut ta’ krin b’wajer ġo fih); ħjut ta’ xinilja (inklużi trofof ta’ ħjut ta’ xinilja); u loop wale-yarn |
5606 00 91 |
Ħjut b’wajer ġo fihom Il-qalba ta’ ħjut b’wajer ġo fihom tista’ tikkonsisti ukoll fi ħjut elastomeriċi (ara Nota ta’ Subtitlu 1 (a) għal din it-taqsima). |
KAPITLU 57
TWAPET U KISI TA’ L-ART IEĦOR TA’ TESSUTI
Ġenerali
Għall-klassifikazzjoni, fit-titli, ta’ oġġetti magħmulin minn żewġ materjali ta’ tessut jew aktar, ara n-Noti ta’ Spjega Ġenerali għal din it-taqsima.
5701 |
Twapet u kisi ta’ l-art ieħor ta’ tessuti, bl-għoqiedi, manifatturati jew le L-istadju preliminarju u finali fil-manifattura ta’ twapet, materjal tat-twapet u bċejjeċ bl-għoqiedi kif deskritt fin-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 5701 huwa l-insiġ sempliċi ta’ ftit ħjut tal-medd mal-ħjut ta’ l-insiġ sabiex it-truf jew “rjus” tat-tapit jinżammu f’posthom. Dawn it-truf minsuġin jistgħu ġieli jinkisbu permezz ta’ borduri miżjudin. Meta l-istadju finali tal-manifattura tat-tapit jintlaħaq in-nisġa tinqata’ b’daqsxejn distanza mill-“irjus”. It-troffa li b’hekk tinkiseb tkun tikkonsisti fi truf ħielsa tan-nisġa. Fi twapet ta’ kwalita’ tajba t-troffa ġieli tinqasam f’diversi gruppi li jkunu mgħaqqdin billi l-għoqiedi jitmexxew lura viċin kemm jista’ jkun għall-parti minsuġa sabiex ikun evitat li l-ħjut tal-medd jiżolqu barra mit-troffa. Twapet jistgħu jinstabu ukoll bi troffa li kienet miżjuda u li għalhekk ma kinitx miksuba min-nisġa tat-tapit innifsu. F’ħafna twapet id-disinn jippermetti li s-sottofond jintgħaraf mill-bordura. Il-bordura fil-fatt tipprovdi struttura għas-sottofond u tgħaqqadha maċ-ċmis u ma’ l-irjus tat-tapit. Twapet magħmulin bl-idejn ta’ forma rettangolari rari jkollhom ċmis li jkun parallel eżatt. Jekk ir-rata ta’ kompost għalhekk tista’ tkun applikata, il-qisien tat-tapit għandhom jittieħdu minn linji medjani, li huma, linji dritti li jgħaddu miċ-ċentru tan-naħat opposti. Fil-kalkolazzjoni ta’ l-erja ta’ kull tapit, frazzjonijiet ta’ deċimetru kwadru għandhom ikunu injorati. |
5702 |
Twapet u kisi ta’ l-art ieħor ta’ tessuti, minsuġin, mingħajr bżiebeż jew trofof, manifatturati jew le, inklużi “Kelem”, “Schumacks”, “Karamanie” u twapet simili minsuġin bl-idejn |
5702 10 00 |
“Kelem”, “Schumacks”, “Karamanie” u twapet simili minsuġin bl-idejn Dan is-subtitlu jinkludi drappijiet tqal minsuġin bl-idejn. Huma s-soltu jkollhom ħafna kuluri, b’wiċċ ċatt mingħajr ħoloq jew pil tal-wiċċ. Xi wħud għandhom toqob matul it-tul tagħhom bejn ħjut ta’ l-insiġ li jifforma kisra bejn ħjut tal-medd ta’ kuluri differenti. Huma tajbin għal użu bħala kisi ta’ l-art jew ta’ divani, dendil tal-ħajt jew purtieri. Huma drappijiet eżotiċi, li joriġinaw prinċipalment fil-Lvant Nofsani u jistgħu jkunu fil-biċċa, jew aktar spiss f’qisien għal użu, bil-keffa, bi troffi jew b’borduri meħjutin, jew inkella magħmulin. |
KAPITLU 58
DRAPPIJIET MINSUĠIN SPEĊJALI; DRAPPIJIET TA’ TESSUTI BIL-BŻIEBEŻ; BIZZILLA; TAPIZZERIJI; AĊĊESSORJI; RAKKMU
Ġenerali
Għall-klassifikazzjoni fit-titli, ta’ artikli magħmulin minn żewġ materjali tat-tessut jew aktar, ara n-Noti ta’ Spjega Ġenerali għal din it-taqsima.
5801 |
Drappijiet bil-pil minsuġin u drappijiet ta’ xinilja, ħlief drappijiet ta’ titlu 5802 jew 5806 Mingħajr preġudizzju għall-provvedimenti stipulati f’din it-taqsima li jikkonċernaw il-klassifikazzjoni ta’ oġġetti magħmulin minn żewġ materjali tat-tessut jew aktar, għandu jkun innutat li fil-każ ta’ drappijiet chenille, il-materjali tat-tessut li jagħmlu l-pil tal-ħajt taċ-chenille biss għandhom jitqiesu. Imitazzjonijiet ta’ bellus jew filpi magħmulin fuq magni tal-ħjata jaqgħu f’titlu 5907 00 jew f’kapitlu 60, skond il-każ. |
5801 21 00 sa 5801 26 00 |
Tal-qoton Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal subtitlu 5801 22 u 5801 32. |
5804 |
Tullijiet u drappijiet oħrajn ta’ xibka, mhux inklużi drappijiet minsuġin, maħdumin bil-labar jew bil-ganċ; bizzilla bil-biċċa, fi strixxi jew f’motifi, ħlief drappijiet ta’ titli 6002 sa 6006 |
5804 10 11 sa 5804 10 90 |
Tullijiet u drappijiet oħrajn ta’ xibka Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 5804, (I). Tullijiet artifiċjali magħmulin fuq magni tal-ħjata (il-magna Raschel, pereżempju) jaqgħu f’kapitlu 60. |
5804 10 11 u 5804 10 19 |
Lixxi Għall-għan ta’ dawn is-subtitli, tullijiet lixxi u drappijiet oħrajn ta’ xibka huma dawk li għandhom serje waħda ta’ toqob regolari ta’ l-istess forma u daqs tul is-superfiċje kollha tagħhom, bl-ebda disinn jew mili tat-toqob. Fl-applikazzjoni ta’ din id-definizzjoni l-ebda każ m’għandu jingħata għal spazji miftuħin minuri li jseħħu matul il-formazzjoni tat-toqob. |
5804 21 10 sa 5804 29 90 |
Bizzilla maħduma b’mezzi mekkaniċi Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 5804, (II). Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal subtitli 5804 21, 5804 29 u 5804 30 għad-distinzjoni bejn bizzilla maħduma bl-idejn u bizzilla maħduma b’mezzi mekkaniċi. Għandha tingħata attenzjoni biex tiżgura li d-drapp meħjut li jixbaħ ħafna lil bizzillla, li huwa fil-fatt mibjugħ bħala bizzilla fin-negozju, ma jkunx klassifikat f’titlu 5804. Drapp bħal dan ikun manifatturat fuq magni Raschel u jista’ jintgħaraf mill-fatt li x-xogħol miftuħ huwa ffurmat bl-intersezzjoni ta’ toqob li jixbħu ħjata ta’ l-insiġ u mhux bi ħjut tal-medd (dritti) u ħjut ta’ l-insiġ (mgħawwġin). Għall-mili ta’ l-ispazji opâki tad-disinn, il-ħajta użata tiddaħħal fit-toqob li jiffurmaw il-ġnub ta’ l-eżagoni żgħar tax-xogħol miftuħ fejn din tinżamm f’postha permezz ta’ tip ta’ punt katina. Is-sufra miftuħa ma tieqafx għalhekk fejn jibda d-disinn; bil-kontra hija tifforma s-support għalih (li mhux dejjem ikun il-każ għal bizilla magħmula b’mezzi mekkaniċi). L-indikazzjonijiet mgħotijin fin-Noti ta’ Spjega SA għal subtitli 5804 21, 5804 29 u 5804 30 li jippermettu li bizzilla magħmula b’mezzi mekkaniċi tintgħaraf huma validi ukoll għal “bizzilla” Raschel: toqob jew partijiet minn toqob jibqgħu wara qtugħ fi strixxi, il-mixja tal-ħjut tal-linja ta’ barra u tal-ħjut tad-disinn, u r-regolarità mekkanika ta’ kwalunkwe difetti, eċċ. Madanakollu, għall-għanijiet tan-Nomenklatura Magħquda, bizzilla miksuba minn magna Raschel titqies bħala meħjuta u għalhekk għandha tkun klassifikata f’kapitlu 60. Drapp li jimita bizzilla tal-punt (gipur) li kien magħmul bl-istess mod bħal rakkmu b’kimika m’huwiex klassifikat bħala bizzilla magħmula b’mod mekkaniku u taqa’ f’titlu 5810. |
5806 |
Drappijiet minsuġin dojoq, ħlief oġġetti ta’ titlu 5807; drappijiet dojoq magħmulin minn medd mingħajr tgħama immuntati permezz ta’ kolla (bolducs) |
5806 20 00 |
Drappijiet minsuġin oħrajn, li fihom piż 5 % jew aktar ta’ ħjut elastomeriċi jew ħjut ta’ lastiku Ara Nota ta’ Subtitlu 1 (a) għal din it-taqsima għad-definizzjoni tat-terminu “ħjut elastomeriku”. |
5806 32 10 |
B’ħâxjiet ta’ veru Drappijiet minsuġin b’mod irqiq b’ħâxjiet ta’ veru huma dawk magħmulin minn medd u insiġ, li ż-żewġt itruf lonġitudinali tagħhom ikunu ffurmati permezz tat-tidwir tal-ħajta ta’ l-insiġ. Minħabba li l-ħajta titmexxa mingħajr interruzzjoni, ħall ikun imfixkel. |
5806 40 00 |
Drappijiet magħmulin minn medd mingħajr tgħama mmuntati permezz ta’ kolla (bolducs) Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 5806, (B). |
5810 |
Rakkmu bil-biċċa, fi strixxi jew f’motifi |
5810 10 10 u 5810 10 90 |
Rakkmu mingħajr bażi tidher Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal subtitlu 5810 10. |
KAPITLU 59
DRAPPIJIET TA’ TESSUTI MIMLIJIN B’SUSTANZA OĦRA (IMPREGNATED), MIKSIJIN, MGĦOTTIJIN JEW LAMINATI; OĠĠETTI TA’ TESSUTI TA’ TIP TAJJEB GĦAL UŻU INDUSTRIJALI
Ġenerali
Għall-klassifikazzjoni f’dawn it-titli, ta’ oġġetti magħmulin minn żewġ materjali tat-tessut jew aktar, ara n-Noti ta’ Spjega Ġenerali għal din it-taqsima.
5911 |
Prodotti u oġġetti ta’ tessuti, għal użi tekniċi, speċifikati f’nota 7 għal dan il-kapitlu Dan it-titlu jkopri prodotti ta’ tessuti, kif definiti fin-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 5911, kemm jekk fil-biċċa jew maqtugħ, kif imniżżel speċifikament f’Nota 7 (a) għal dan il-kapitlu, kif ukoll oġġetti ta’ tessuti (ħlief dawk ta’ titli 5908 00 00 sa 5910 00 00) maqtugħin f’forma, ħlief rettangolari, immuntati jew inkella magħmulin, għal użi tekniċi, miksubin minn prodotti fil-biċċa msemmijin hawn fuq jew minn prodotti tat-tessut oħrajn. Għall-iskop tat-terminu “drapp ta’ tessuti” ara Nota 1 għal dan il-kapitlu. |
||||
5911 10 00 |
Drappijiet ta’ tessuti, feltru u drappijiet minsuġin inforrati bil-feltru, miksijin, mgħottijin jew laminati bil-gomma, ġilda jew materjal ieħor, ta’ tip użat għal drapp tal-magni tat-tqardix, u drappijiet simili ta’ tip użat għal għanijiet tekniċi oħrajn, inklużi drappijiet dojoq magħmulin minn bellus mimli bil-gomma, biex jinksew magħżel ta’ l-insiġ (qasab tan-newl) Il-prodotti ta’ dan is-subtitlu għandhom ikunu fil-biċċa, jew sempliċiment maqtugħin għal tul jew f’forma rettangolari; jekk fi kwalunkwe forma oħra, huma jaqgħu f’subtitlu 5911 90 10 jew 5911 90 90. L-espressjoni “drapp simili ta’ tip użat għal għanijiet tekniċi oħrajn” tfisser biss drappijiet ta’ tessut, feltru u drappijiet minsuġin inforrati bil-feltru, flimkien ma’ materjali oħrajn (eż., gomma, ġilda) kif indikat fit-titlu tas-subtitlu. Drappijiet bħal dawn jinkludu kutri għall-istampar, flimkien ma’ gomma, li jintużaw biex ikopru ċilindri li jduru u li għandhom piż ta’ 1 500 g/m2 jew inqas (irrispettivament mill-proporzjonijiet rispettivi ta’ materjal ta’ tessut u gomma) jew ta’ piż ikbar minn 1 500 g/m2 u li fihom għallinqas 50 % mill-piż ta’ gomma li jaqgħu f’titlu 4008. Dan is-subtitlu jkopri ukoll ċineg ta’ trasmissjoni jew ta’ trasportazzjoni, li jikkonsistu f’għallinqas strixxa waħda jew aktar ta’ folji meħjutin ta’ materjal tal-piegi mgħaffeġ bejn żewġ strixxi ta’ tessut poliamidu, l-istrixxi tal-materjal ta’ l-ipplejtjar jaġixxi sempliċiment bħala element li jsaħħaħ, fejn l-istrixxi kollha jkunu magħqudin bis-sħana permezz ta’ adeżiv, bi ħxuna ta’ inqas minn 3 mm, ta’ tul indeterminat jew maqtugħ għal tul. Ċineg ta’ dan it-tip, jew ta’ ħxuna ta’ 3 mm jew aktar, jew bla tmiem jew imwaħħlin permezz ta’ materjali li jgħaqqdu, jaqgħu f’titlu 5910 00 00. Dan is-subtitlu ma jkoprix drappijiet ta’ tessut tal-medd u l-insiġ wieħed (titlu 5903) jew bil-gomma (titlu 4008 jew 5906). |
||||
5911 20 00 |
Drapp tal-pezza, manifatturat jew le Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 5911, (A), (2). Dan it-tessut jista’ jkun fil-biċċa jew manifatturat skond l-użu intiż (pereżempju, maqtugħ f’forma, trimmjat bit-tejpijiet, mgħammar b’toqob żgħar tal-metall). Meta preżentat fil-biċċa, drapp tal-pezza, mhux manifatturat, għandu jkun immarkat b’mod li ma jitħassarx, li bla dubju jidentifika l-oġġetti bħala intiżi għal ippezzar jew għanijiet industrijali simili:
|
||||
|
Kull marka għandha tkun hekk pożizzjonata sabiex in-naħat it-twal tar-rettangolu jkunu paralleli mal-medd tad-drapp (ara dijagramma hawn taħt):
L-awtoritajiet tad-dwana jistgħu jaċċettaw marki oħrajn fejn dawn il-marki bla dubju jidentifikaw l-oġġetti bħala intiżi għal għanijiet industrijali bħal ippezzar, filterjar eċċ. u mhux għal ilbies jew għanijiet simili. Dan is-subtitlu ma jinkludix kwadri ta’ stampar bl-iskrin, li jikkonsisti fi drapp immuntat fuq support (subtitlu 5911 90 90), għarbiel ta’ l-idejn u għarbiel tan-naqal ta’ l-idejn (titlu 9604 00 00). |
||||
5911 90 10 u 5911 90 90 |
Oħrajn Dawn is-subtitli jkopru l-prodotti tat-tessut imniżżlin fin-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 5911, (A), bl-eċċezzjoni tad-drappijiet tat-tessut speċifikati f’subtitli 5911 10 00, 5911 20 00 u 5911 40 00, flimkien ma’ l-oġġetti mniżżlin fin-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 5911, (B), bl-eċċezzjoni ta’ drapp tal-pezza manifatturat li jaqa’ f’subtitlu 5911 20 00 u oġġetti li jaqgħu f’subtitli 5911 31 11 sa 5911 32 90. Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal subtitlu 5911 90 għall-klassifikazzjoni ta’ oġġetti magħmulin minn spirali ta’ monofilamenti magħqudin, li għandhom użi simili għal drappijiet tat-tessut u feltri ta’ tip użat fil-manifattura ta’ karta jew magni simili. |
KAPITLU 60
DRAPPIJIET MAĦDUMIN BIL-LABAR (KNITTED) JEW BIL-GANĊ (CROCHETED)
Ġenerali
Għall-klassifikazzjoni f’dawn il-kapitli, ta’ oġġetti magħmulin minn żewġ materjali ta’ tessut jew aktar, ara n-Noti ta’ Spjega Ġenerali għal din it-taqsima.
6002 |
Drappijiet maħdumin bil-labar jew bil-ganċ mhux usa’ minn 30 ċm, li fihom bil-piż 5 % jew aktar ħjut elastometriċi jew ħjut tal-lastiku, ħlief dawk ta’ titlu 6001 Ara Nota 13 għal din it-taqsima għad-definizzjoni tat-terminu “ħjut elastometriċi”. |
6003 |
Drappijiet maħdumin bil-labar jew bil-ganċ mhux usa’ minn 30 ċm, ħlief dawk ta’ titlu 6001 jew 6002 |
6003 30 10 |
Bizzilla Raschel Bizzilla Raschel hija drapp meħjut b’disinn li jixbaħ il-bizzilla magħmula fuq magna jacquard raschel. Il-figuri disinjati u s-sottofond jista’ jkollhom densitajiet ta’ drapp varjati. Marki fid-densita’ tad-drapp jistgħu jippermettu effett ta’ skuratura u li struttura ffurmata tkun magħmula fid-disinn. |
6004 |
Drappijiet maħdumin bil-labar jew bil-ganċ usa’ minn 30 ċm, li fihom bil-piż 5 % jew aktar ħjut elastometriċi jew ħjut tal-lastiku, ħlief dawk ta’ titlu 6001 Ara Nota 13 għal din it-taqsima għad-definizzjoni tat-terminu “ħjut elastometriċi”. |
6005 |
Drappijiet maħdumin malja mal-medd (inklużi dawk magħmulin fuq magni tas-suf tal-gallun), ħlief dawk ta’ titli 6001 sa 6004 Drappijiet maħdumin malja mal-medd huma drappijiet magħmulin fuq magni li jaħdmu malji mal-medd, magni raschel jew magni tas-suf tal-gallun. Bil-kontra ta’ ħjut ta’ l-insiġ, huma jkunu magħmulin bħala riżultat ta’ ħjut tal-medd li jingħaqdu ma’ xulxin permezz ta’ għoqod. Ħjut tal-medd jikkonsistu f’sistema waħda jew aktar ta’ ħjut li jimxu tul id-drapp. Ħjut maġenb xulxin jingħaqdu u fl-istess ħin jiffurmaw għoqod (teknika ta’ multi-insiġ) (ara ukoll in-Noti ta’ Spjega SA għal dan il-kapitlu, Ġenerali A, (II)). Il-magna tas-suf tal-gallun tagħmel parti mill-grupp ta’ magni li jaħdmu malji tal-medd. Hija taħdem b’sistema tal-medd li timxi tul il-ħjut u bi ħjut tal-medd orizzontali. Magni tas-suf tal-gallun spiss jintużaw biex isiru strixxi meħjutin għall-manifattura ta’ lbies (strixxi li jagħmlu bordura elastika għall-qadd u s-sieq, tejpijiet ta’ l-isem, strixxi għall-ispallejn, strixxi għal bordura, strixxi ta’ l-irjus, tejpijiet għaż-żipp) u biex isiru ċfuf għall-ittrimjar ta’ purtieri u kuxxini. |
6005 31 50 |
Bizzilla Raschel, ħlief għal purtieri jew drapp tal-purtieri tax-xibka Ara n-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 6003 30 10. |
6005 32 50 |
Bizzilla Raschel, ħlief għal purtieri jew drapp tal-purtieri tax-xibka Ara n-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 6003 30 10. |
6005 33 50 |
Bizzilla Raschel, ħlief għal purtieri jew drapp tal-purtieri tax-xibka Ara n-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 6003 30 10. |
6005 34 50 |
Bizzilla Raschel, ħlief għal purtieri jew drapp tal-purtieri tax-xibka Ara n-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 6003 30 10. |
KAPITLU 61
OĠĠETTI TA’ LBIES U AĊĊESSORJI TAL-ĦWEJJEĠ, MAĦDUMIN BIL-LABAR (KNITTED) JEW BIL-GANĊ (CROCHETED)
Ġenerali
1. |
Għall-klassifikazzjoni, fit-titli, ta’ oġġetti magħmulin minn żewġ materjali tat-tessut jew aktar, ara n-Noti ta’ Spjega Ġenerali għal din it-taqsima. |
2. |
Għall-klassifikazzjoni ta’ ħwejjeġ magħmulin f’settijiet għal bejgħ bl-imnut, ara Nota 14 għal din it-taqsima. |
3. |
Meta parti ta’ libsa jew taħlita ta’ titlu 6103 jew 6104 għandhom trimmjaturi jew dekorazzjonijiet applikati li ma jinstabux fuq il-parti jew partijiet l-oħra, dawn il-ħwejjeġ kollha jibqgħu klassifikati bħala lbies jew taħlit sakemm dawn it-trimmjaturi jew dekorazzjonijiet ikunu ta’ importanza minuri u jkunu limitati għal post wieħed jew tnejn fuq il-ħwejjeġ (eż., fuq l-għonq u fuq it-truf tal-kmiem jew fuq il-pavru u l-bwiet). |
4. |
Ħwejjeġ li jgħattu l-parti ta’ fuq tal-ġisem f’distinzjoni ma’ ħwejjeġ li jgħattu n-naħa t’isfel tal-ġisem u ma’ ħwejjeġ li jgħattu l-ġisem (eż. sraten, ilbiesi) huma ħwejjeġ li:
|
6101 |
Surtù, car coats, kapep, imnatar, anoraks (inklużi ġkieket ta’ l-iskijar), windcheaters, ġkieket għar-riħ u oġġetti simili ta’ l-irġiel jew tas-subien, maħdumin bil-labar jew bil-ganċ, ħlief dawk ta’ titlu 6103 In-Noti ta’ Spjega għal subtitli 6201 91 00 sa 6201 99 00 japplikaw, mutatis mutandis. |
||||||||||||||||
6101 20 10 |
Surtù, car coats, kapep, imnatar u oġġetti simili Karatteristika ta’ dawn is-“surtù u oġġetti simili” hija li, meta milbusin, dawn għandhom jgħattu l-ġisem għallinqas sa’ nofs il-koxxa. |
||||||||||||||||
|
Ġeneralment, fil-każ ta’ qisien standard (qisien normali) ta’ ilbies ta’ l-irġiel (ħlief subien) dan il-qies minimu, imkejjel mill-ħjata ta’ l-għonq mar-raqba (seba’ vertebra) mat-tarf tal-qiegħ, bl-ilbies mqiegħed ċatt, jikkorrispondi mal-qisien f’ċentimetri fl-iskeda t’hawn taħt (ara dijagramma hawn taħt).
Il-qisien murijin fl-iskeda jirrapreżentaw medji meħudin minn diversita’ ta’ lbies fil-qisien standard (qisien normali) għall-irġiel (ħlief subien) — S (żgħir, qisien żgħar) u L (kbar, qisien kbar). Tul f’ċentimetri mkejjel l-isfel minn wara ta’ l-ilbies mill-għonq mar-raqba sat-tarf tal-qiegħ ta’ l-ilbies — qisien standard ta’ l-irġiel (ħlief subien)
Ilbies mhux twil biżżejjed biex ikun klassifikat bħala surtú jew simili, bl-eċċezzjoni ta’ car coats (car coats u simili — ara definizzjoni hawn taħt) li jagħmlu parti minn hawn, għandhom ikunu klassifikati f’subtitlu 6101 20 90, 6101 30 90 jew 6101 90 80. Car coats Car coats huma lbies ta’ barra li joqgħodu wisgħin bi kmiem twal u li jkunu milbusin fuq il-ħwejjeġ l-oħrajn kollha għal protezzjoni kontra t-temp. Huma jkunu ġeneralment magħmulin minn drappijiet tat-tessut mhux ħfief ħlief dawk imsemmijin f’titlu 5903, 5906 jew 5907 00. Car coats ivarjaw fit-tul minn taħt il-ferq għal nofs il-koxxa. Huma jista’ jkollhom sider wieħed jew doppju. Car coats ġeneralment ikollhom il-karatteristiċi li ġejjin:
Karatteristiċi mhux obbligatorji:
Car coats ma jkollhomx il-karatteristiċi li ġejjin:
L-espressjoni “u simili”, safejn din tikkonċerna car coats, tinkludi ukoll ilbies li għandhom l-istess karatteristiċi ta’ car coats iżda li għandhom barnuża. |
||||||||||||||||
6101 30 10 |
Surtù, car coats, kapep, imnatar u oġġetti simili Ara n-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 6101 20 10. |
||||||||||||||||
6101 90 20 |
Surtù, car coats, kapep, imnatar u oġġetti simili Ara n-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 6101 20 10. |
||||||||||||||||
6102 |
Surtù, car coats, kapep, imnatar, anoraks (inklużi ġkieket ta’ l-iskijar), windcheaters, ġkieket għar-riħ u oġġetti simili tan-nisa jew tal-bniet, maħdumin bil-labar jew bil-ganċ, ħlief dawk ta’ titlu 6104 In-Noti ta’ Spjega għal subtitli 6201 91 00 sa 6201 99 00 japplikaw, mutatis mutandis. |
||||||||||||||||
6102 10 10 |
Surtù, car coats, kapep, imnatar u oġġetti simili In-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 6101 20 10 japplikaw, mutatis mutandis, fejn il-qisien li jikkorrispondu għall-ilbies tan-nisa (ħlief tfajliet) huma kif ġejjin: Tul f’ċentimetri mkejjel l-isfel minn wara ta’ l-ilbies mill-għonq mar-raqba sat-tarf tal-qiegħ ta’ l-ilbies — qisien standard tan-nisa (ħlief tfajliet) |
||||||||||||||||
|
|
||||||||||||||||
6102 20 10 |
Surtù, car coats, kapep, imnatar u oġġetti simili Ara n-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 6102 10 10. |
||||||||||||||||
6102 30 10 |
Surtù, car coats, kapep, imnatar u oġġetti simili Ara n-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 6102 10 10. |
||||||||||||||||
6102 90 10 |
Surtù, car coats, kapep, imnatar u oġġetti simili Ara n-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 6102 10 10. |
||||||||||||||||
6104 |
Ilbiesi sħaħ, ensembles, ġkieket, blejżers, ilbiesi, dbielet, dbielet mifrudin, qliezet, owverolls b’vavalor u ċineġ, qliezet li jaslu u jintrabtu taħt l-irkoppa (breeches) u xorzijiet (ħlief malji ta’ l-għawm) tan-nisa jew tal-bniet, maħdumin bil-labar jew bil-ganċ |
||||||||||||||||
6104 41 00 sa 6104 49 00 |
Ilbiesi It-terminu “ilbiesi” tfisser ħwejjeġ intiżi li jgħattu l-ġisem, li normalment jibdew mill-ispallejn u possibilment jestendu sa’ l-għarqub jew taħtu, fil-kmiem jew mingħajrhom. Għandu jkun possibli li tilbishom mingħajr ma jkollok għalfejn tilbes kwalunkwe ħwejjeġ oħrajn fl-istess ħin. L-ilbis ta’ ħwejjeġ ta’ taħt ma jeskludix il-klassifikazzjoni ta’ dawn il-ħwejjeġ bħala libsa. Dan it-terminu jinkorpora ukoll lbiesi trasparenti. Fejn il-parti ta’ fuq ta’ ħwejjeġ bħal dawn tikkonsisti f’ċingi flimkien ma vavalori fuq quddiem jew fuq quddiem u fuq wara, huma jitqiesu bħala lbies biss jekk il-qisien, il-qatgħa u l-pożizzjoni tal-vavalori msemmijin jippermettilhom li jintlibsu kif ingħad hawn fuq. Jekk dan ma jkunx il-każ, dawn l-ilbies għandhom ikunu klassifikati bħala dbielet f’subtitli 6104 51 00 sa 6104 59 00. |
||||||||||||||||
6104 51 00 sa 6104 59 00 |
Dbielet u dbielet mifrudin It-terminu “dbielet” jfisser ilbies intiż li jgħatti l-parti ta’ taħt tal-ġisem, li normalment jibdew mal-qadd u possibilment jinżlu sa l-għarqub jew aktar l-isfel. Dbielet huma lbies li għandhom jintlibsu għallinqas ma’ biċċa ħwejjeġ oħra bħal flokk, qmis, bluża, qmis-bluża, ġêrsi jew kwalunkwe ilbies simili intiż li jkopri l-parti ta’ fuq tal-ġisem. Fejn ilbies bħal dan ikollu ċingi, dan ma jieqafx milli essenzjalment li jkunu dbielet. Fejn, bħala żieda ma’ ċineg, dawn ikollhom vavalori fuq quddiem u/jew fuq id-dahar, dawn l-ilbiesi jibqgħu klassifikati bħala dbielet f’dawn is-subtitli jekk il-qisien, il-qatgħa u l-pożizzjoni tal-vavalori msemmijin ma jkunux biżżejjed biex jippermettu li l-ilbiesi jkunu milbusin mingħajr ħwejjeġ tat-tipi msemmijin hawn fuq. Dbielet mifrudin huma lbies bil-karatteristiċi t’hawn fuq iżda li jkopru s-saqajn b’mod separat. Huma jkollhom qatgħa u wisa’ li tagħmilhom jintgħarfu minn xorz jew qliezet. |
||||||||||||||||
6106 |
Blawżijiet, qomos u qomos-blawżijiet tan-nisa jew tal-bniet, maħdumin bil-labar jew bil-ganċ Blawżijiet Blawżijiet għal nisa jew tfajliet huma lbies ħfief fil-piż intiżi li jkopru l-parti ta’ fuq tal-ġisem, ta’ disinn allegru u li s-soltu jkollhom qatgħa li toqgħod laxka, b’kullar jew mingħajru, bi kmiem jew mingħajrhom, bi kwalunkwe tip ta’ linja ta’ l-għonq jew għallinqas strixxi ta’ l-għonq, b’buttuni jew mezzi oħrajn biex tissikka, in-nuqqas ta’ buttuni jew mezzi biex tissikka jkun permess biss fil-każ ta’ lbies maqtugħ qasir ħafna, bi trimmjaturi dekorattivi jew mingħajrhom bħal ingravajjet, ġabotti, bizzilla jew rakkmu. Qomos u qomos-blawżijiet Qomos u qomos-blawżijiet għal nisa jew tfajliet huma lbiesi intiżi li jkopru l-parti ta’ fuq tal-ġisem bi ftuħ komplut jew parzjali mil-linja ta’ l-għonq, bi kmiem, ġeneralment b’kullar, bi bwiet jew mingħajrhom, iżda mingħajr bwiet taħt il-qadd. Il-qatgħa ta’ dawn l-ilbies hija bbażata fuq dik ta’ qomos għall-irġiel jew għas-subien u għalhekk il-ftuħ ikun ġeneralment jinsab fuq quddiem. Iż-żewġ partijiet tal-ftuħ jingħalqu jew jgħaddu fuq xulxin mil-lemin għal fuq ix-xellug. Bl-applikazzjoni ta’ Nota 9 għal dan il-kapitlu, qomos u qomos-blawżijiet ta’ dan it-titlu jista’ jkollhom ftuħ li t-truf tiegħu ma jgħaddux fuq xulxin. Ilbies ta’ dan it-titlu jgħaddi taħt il-qadd, blawżijiet ġeneralment ikunu iqsar mill-ilbies l-ieħor imsemmi hawn fuq. Dan it-titlu ma jinkludix ħwejjeġ li, minħabba t-tul tiegħu, jingħaraf għal ilbies bħala libsa. |
||||||||||||||||
6107 |
Qliezet ta’ taħt, briefs, qomos tas-sodda, piġami, ġagagi tal-banju, blużi ta’ ġewwa u oġġetti simili ta’ l-irġiel jew tas-subien, maħdumin bil-labar jew bil-ganċ |
||||||||||||||||
6107 21 00 sa 6107 29 00 |
Qomos tas-sodda u piġami Dawn is-subtitli jinkludu piġami ta’ l-irġiel jew tas-subien, maħdumin bil-labar jew bil-ganċ, li — minħabba l-apparenza u n-natura ġenerali tad-drapp — jintgħarfu bħala intiżi għal ilbies esklussivament jew prinċipalment bħala lbies tas-sodda. Piġami jikkonsistu f’żewġ partijiet ta’ ħwejjeġ, li huma:
Il-komponenti ta’ dawn il-piġami għandhom ikunu ta’ qies li jikkorrispondi jew li jaqbel u ta’ qatgħa li taqbel, drapp kostitwenti, kuluri, dekorazzjonijiet u grad ta’ irfinar biex juri b’mod ċar li huma disinjati li jintlibsu flimkien minn persuna waħda. Piġami għandhom ikunu jintgħarfu bħala komdi għall-ilbies bħala ħwejjeġ għas-sodda:
Ħwejjeġ għas-sodda f’biċċa waħda tat-tip ta’ owverol li jgħattu kemm il-parti ta’ fuq u l-parti ta’ taħt tal-ġisem u li jgħattu kull sieq b’mod separat huma klassifikati f’subtitli 6107 91 00 jew 6107 99 00. |
||||||||||||||||
6108 |
Ilbiesi ta’ taħt, dbielet ta’ taħt, briefs, qliezet ta’ taħt, ilbiesi tas-sodda, piġami, négligés, ġagagi tal-banju, blużi ta’ ġewwa u oġġetti simili tan-nisa jew tal-bniet, maħdumin bil-labar jew bil-ganċ |
||||||||||||||||
6108 31 00 sa 6108 39 00 |
Ilbiesi tas-sodda u piġami Dawn is-subtitli jinkludu piġami tan-nisa jew tat-tfajliet, maħdumin bil-labar jew bil-ganċ, li — mill-apparenza u n-natura ġenerali tad-drapp — jintgħarfu bħala intiżi għal ilbies esklussivament jew prinċipalment bħala lbies tas-sodda. Piġami jikkonsistu f’żewġ partijiet ta’ ħwejjeġ, li huma:
Il-komponenti ta’ dawn il-piġami għandhom ikunu ta’ qies li jikkorrispondi jew li jaqbel u ta’ qatgħa li taqbel, drapp kostitwenti, kuluri, dekorazzjonijiet u grad ta’ irfinar biex juri b’mod ċar li huma disinjati li jintlibsu flimkien minn persuna waħda. Piġami għandhom ikunu jintgħarfu bħala komdi għall-ilbies bħala ħwejjeġ għas-sodda:
Settijiet ta’ ħwejjeġ magħrufin bħala 'babydolls’ li jikkonsistu f’libsa tas-sodda qasira ħafna u “brief” li jaqbel magħha huma kkunsidrati bħala piġami wkoll. Ħwejjeġ għas-sodda f’biċċa waħda tat-tip ta’ owverol li jgħattu kemm il-parti ta’ fuq u l-parti ta’ taħt tal-ġisem u li jgħattu kull sieq b’mod separat huma klassifikati f’subtitli 6108 91 00 sa 6108 99 00. |
||||||||||||||||
6109 |
T-shirts, flokkijiet ta’ taħt taċ-ċingi u flokkijiet ta’ taħt oħrajn, maħdumin bil-labar jew bil-ganċ Ilbiesi ta’ dan it-tip imsemmijin f’Nota Addizzjonali 2 għal dan il-kapitlu, li għandhom ftuħ parzjali fuq quddiem mal-linja ta’ l-għonq, issikkat jew sempliċiment daqsxejn mqabbeż, huma esklużi minn dan is-subtitlu. Dawn ġeneralment jaqgħu f’titlu 6105 jew 6106, kif xieraq, skond il-provvedimenti ta’ Noti 4 u 9 għal dan il-kapitlu, jew għal ilbies ta’ l-irġiel jew tas-subien bla kmiem, titlu 6114, skond il-provvedimenti tat-tieni sentenza ta’ Nota 4 għal dan il-kapitlu. |
||||||||||||||||
6110 |
Ġersijiet, pulowvers, kardigans, sdieri u oġġetti simili, maħdumin bil-labar jew bil-ganċ Dan it-titlu jkopri lbies intiż li jgħatti l-parti ta’ fuq tal-ġisem, bi kmiem jew mingħajrhom, bi kwalunkwe tip ta’ linja ta’ l-għonq, b’kullar jew le, bi bwiet jew mingħajrhom. Dawn l-ilbiesi ġeneralment ikollhom gwardjuni jew qasmiet fil-qiegħ, madwar il-ftuħ, it-truf tal-kmiem jew it-toqob ta’ l-idejn. Huma jistgħu jkunu magħmulin minn kwalunkwe tip ta’ materjal maħdum bil-labar jew bil-ganċ, inklużi drappijiet ħfief jew meħjutin b’mod fin, ta’ kwalunkwe fibra tat-tessut. Huma jista’ jkollhom kwalunkwe forma ta’ dekorazzjoni, inkluża bizzilla jew rakkmu. Dawn li ġejjin huma eżempji ta’ ilbies li jaqgħu f’dan it-titlu:
|
||||||||||||||||
6110 12 10 u 6110 12 90 |
Ta’ mogħoż ta’ Kaxmer (Każimiri) Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal subtitlu 5102 11. |
||||||||||||||||
6110 20 10 |
Flokkijiet tas-suf (jumpers) u pulowvers ħfief maħdumin fin bil-labar bl-għonq jinqaleb fuqu innifsu, polo jew fekruna (turtle) Il-ħwejjeġ li ġejjin jitqiesu bħala flokkijiet tas-suf (jumpers) u pulowvers ħfief b’għonq jinqaleb fuqu innifsu, polo jew fekruna (turtle): ħwejjeġ maħdumin bil-labar ħfief, issikkati li jgħattu l-parti ta’ fuq tal-ġisem, f’kulur wieħed jew aktar, bi kmiem jew mingħajr kmiem u li għandhom għonq li jinqaleb fuqu innifsu, polo jew fekruna (turtle) mingħajr ftuħ. It-terminu “maħdumin bil-labar b’mod fin” ifisser ħidma bil-labar li tikkonsisti f’għallinqas 12-il ħjata għal kull ċm kemm orizzontalment kif ukoll vertikalment mgħadudin fuq naħa waħda ta’ kampjun ta’ qies ta’ 10 ċm b’ 10 ċm. Flokkijiet tas-suf (jumpers) u ġersijiet ħfief b’għonq li jinqaleb fuqu innifsu, polo jew fekruna (turtle) li s-soltu jkunu maħdumin bil-labar fuq ġersi singlu (ħjata sempliċi), ħjata bil-qatgħat (1 × 1) jew b’ponti rqaq ħafna. Ġersi singlu (ħjata sempliċi) hija l-eħfef forma ta’ ħjata ta’ l-insiġ (Figura 1), il-ħjatat fuq il-wiċċ jidhru bħala V’s żgħar jew V’s maqlubin (Figura 2) u dawk fuq in-naħa l-oħra huma għoqod magħqudin (Figura 3).
|
||||||||||||||||
|
Ħjata fina tat-tip 1 punt sewwa × 1 pont maqlub (Figura 4), jkollha b’mod alternat f’kull ringiela punt sewwa u punt maqlub (Figura 5); sabiex b’mod lonġitudinali fuq naħa waħda tad-drapp ikun hemm qatgħat li jikkorrispondu mal-ħofor fuq in-naħa l-oħra. Iż-żewġ uċuħ tad-drapp maħdum bil-labar ikollhom l-istess apparenza (Figuri 6 u 7).
Interlock hija ħjata b’żewġ biċċiet, li huma identiċi fl-apparenza fuq iż-żewġ naħat. Dan l-effett jinkiseb permezz ta’ punti li jingħaqdu minn żewġ partijiet 1 × 1 (Figura 8), biex b’hekk fuq kull naħa tad-drapp ħjata minn parti waħda talterna ma’ ħjata mill-parti li tikkorrispondi fuq in-naħa l-oħra tad-drapp (Figura 9). Il-partijiet fuq naħa waħda tad-drapp, għalhekk, jikkorrispondu mal-partijiet fuq in-naħa l-oħra (Figuri 10 u 11). |
||||||||||||||||
|
|
||||||||||||||||
|
|
||||||||||||||||
|
|
||||||||||||||||
6110 30 10 |
Flokkijiet tas-suf (jumpers) u pulowvers ħfief maħdumin fin bil-labar bl-għonq jinqaleb fuqu innifsu, polo jew fekruna (turtle) Ara n-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 6110 20 10. |
||||||||||||||||
6111 |
Ħwejjeġ u aċċessorji ta’ ħwejjeġ ta’ trabi, maħdumin bil-labar jew bil-ganċ Ara Nota 6 (a) għal dan il-kapitlu. Dan it-titlu jkopri varjetà ta’ lbies maħsuba għat-tfal żgħar ta’ tul ta’ mhux aktar minn 86 ċm (ġeneralment tfal żgħar ta’ madwar 18-il xahar). Dawn jinkludu: kowtijiet, kappotti, xalel ikkuttunati, pixie suits, blużi ta’ ġewwa, lbies magħmul minn żewġ biċċiet, rompers, qliezet, qliezet ta’ fuq, knickerbockers, lbies għal-logħob, kowtijiet tal-qadd, ġkieket għar-riħ, lbiesi, dbielet, boleros, ġkieket, inċirati, mantelli, tuniċi, blawżijiet, qomos-blawżijiet, xortsijiet, eċċ. X’uħud minn dawn il-ħwejjeġ huma oġġetti layette. Fost dawk l-oġġetti layette hemm xi uħud li d-daqs tagħhom ma jistax jiġi ddefinit, iżda huma klassifikati f’dan it-titlu, jekk ikunu jistgħu jiġu identifikati b’mod ċar bħala lbiesi maħsuba għat-trabi. Dan it-titlu għalhekk jinkludi:
|
||||||||||||||||
6112 |
Tracksuits, ilbiesi ta’ skijar u malji ta’ l-għawm, maħdumin bil-labar jew bil-ganċ |
||||||||||||||||
6112 11 00 sa 6112 19 00 |
Tracksuits Ara n-Noti ta’ Spjega għal titlu 6112, (A). |
||||||||||||||||
6112 31 10 sa 6112 39 90 |
Malji ta’ l-għawm ta’ l-irġiel jew tas-subien Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 6112, (Ċ), fejn jissemma li titlu 6112 jinkludi inter alia xorz u qliezet ta’ l-għawm, kemm jekk elastiċi jew le. Xorzijiet ta’ l-għawm huma ħwejjeġ li, minħabba d-dehra ġenerali tagħhom, il-qatgħa u n-natura tat-tessut tagħhom, huma intiżi li jintlibsu biss jew prinċipalment bħala malji ta’ l-għawm u mhux bħala “xorz” ta’ titlu 6103 jew 6104. Ġeneralment dawn ikunu magħmulin kompletament jew prinċipalment minn fibri magħmulin mill-bniedem. Xorzijiet ta’ l-għawm kollha għandhom ikollhom il-karatteristiċi li ġejjin:
Xorzijiet ta’ l-għawm jistgħu jkollhom bwiet sakemm
Xorzijiet ta’ l-għawm ma jista’ ikollhom ebda minn dawn il-karatteristiċi:
|
||||||||||||||||
6112 41 10 sa 6112 49 90 |
Malji ta’ l-għawm tan-nisa jew tal-bniet In-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 6112 31 10 sa 6112 39 90 japplikaw, mutatis mutandis. |
||||||||||||||||
6115 |
Panty hose, tajts, kalzetti, kalzetti qosra u maljerija oħra, inkluża maljerija b’kompressjoni ggradwata (per eżempju, kalzetti għal vini varikużi) u ilbies għar-riġlejn maħdumin bil-labar jew bil-ganċ mingħajr qigħan imwaħħlin |
||||||||||||||||
6115 10 10 u 6115 10 90 |
Maljerija b’kompressjoni ggradwata (per eżempju, kalzetti għal vini varikużi) Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal subtitlu 6115 10. |
||||||||||||||||
6117 |
Aċċessorji oħrajn ta’ lbies manifatturati, maħdumin bil-labar jew bil-ganċ; biċċiet ta’ ħwejjeġ jew ta’ aċċessorji tal-ħwejjeġ maħdumin bil-labar jew bil-ganċ |
||||||||||||||||
6117 80 10 u 6117 80 80 |
Aċċessorji oħrajn Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 6117, tieni paragrafu (12). Dawn is-subtitli jinkludu strixxi tar-ras maħdumin bil-labar u strixxi ta’ l-idejn tat-tip użat minn irġiel u nisa li jipprattikaw l-isports biex jassorbu l-għaraq u earmuffs maħdumin bil-labar, kemm jekk magħqudin jew le. |
KAPITLU 62
OĠĠETTI TA’ LBIES U AĊĊESSORJI TAL-ĦWEJJEĠ, MHUX MAĦDUMIN BIL-LABAR (KNITTED) JEW BIL-GANĊ (CROCHETED)
Ġenerali
1. |
Għall-klassifikazzjoni, fit-titli, ta’ oġġetti magħmulin minn żewġ materjali tat-tessut jew aktar, ara n-Noti ta’ Spjega Ġenerali għal din it-taqsima. |
2. |
Għall-klassifikazzjoni ta’ ħwejjeġ magħmulin f’settijiet għal bejgħ bl-imnut, ara Nota 14 għal din it-taqsima. |
3. |
Meta parti minn libsa jew taħlita ta’ titlu 6203 jew 6204 ikollha trimmjaturi jew dekorazzjonijiet applikati li ma jinsabux fuq il-parti jew partijiet l-oħrajn, dawn il-ħwejjeġ kollha jibqgħu klassifikati bħala lbies jew taħlit sakemm dawn it-trimmjaturi jew dekorazzjonijiet ikunu ta’ importanza minuri u huma limitati għal post wieħed jew tnejn fuq il-ħwejjeġ (eż., fuq l-għonq u t-truf tal-kmiem jew fuq il-pavri u fuq il-bwiet). Madanakollu, meta dawn id-dekorazzjonijiet ikunu magħmulin matul l-insiġ tal-ħwejjeġ, klassifikazzjoni bħala lbies jew taħlit huwa eskluż, ħlief meta d-dekorazzjoni tkun lowgo jew simbolu simili ieħor. |
4. |
Dan il-kapitlu jinkludi oġġetti ta’ lbies industrijali u tax-xogħol li huma msemmijin f’subtitli tan-Nomenklatura Magħquda u li minħabba d-dehra ġenerali tagħhom (sempliċi jew qatgħa speċjali jew disinn relatat mal-funzjoni ta’ l-ilbies) u n-natura tat-tessut tagħhom, li tkun ġeneralment iebsa u ma tinxtorobx, jidhru b’mod ċar li huma disinjati biex jintlibsu biss jew prinċipalment biex jagħtu protezzjoni (fiżika jew għas-saħħa) għal ħwejjeġ u/jew għal nies matul attivitajiet industrijali, professjonali jew domestiċi. Ġeneralment, ilbies ta’ dan it-tip ma jinkludix dekorazzjoni. Għal dan il-għan deskrizzjonijiet u simboli li jirreferu għall-attivita’ li ssir ma jitqisux bħala dekorazzjoni. Ilbies ta’ dan it-tip huwa magħmul minn qoton, fibri sintetiċi jew artifiċjali, jew minn taħlita ta’ dawn il-materjali ta’ tessut. Sabiex tiżdied is-saħħa tagħhom, iż-żewġ tipi ta’ ħjatiet l-iktar użati spiss meta huma jkunu magħmulin huma l-ħjata “sigurta” u l-ħjata doppja. Ilbies industrijali jew tax-xogħol spiss ħafna ikun ssikkat permezz ta’ żippijiet, buttuni li jintgħafsu, strixxi tal-“velkro” jew għeluq imsallab jew mgħaqqad permezz ta’ lazz jew simili. Ilbies ta’ dan it-tip jista’ jinkludi bwiet li ġeneralment ikunu meħjutin fuqhom. Projets maqsumin ikunu ġeneralment magħmulin mill-istess drapp bħal dak ta’ l-ilbies u ma jkunux allinjati bl-istess mod bħal oġġetti oħrajn ta’ l-ilbies. Jistgħu jissemmew fost ilbies industrijali u tax-xogħol ta’ ilbies użat minn mekkaniks, ħaddiema ta’ fabriki, bennejja, bdiewa, eċċ., li ġeneralment ikunu ħwejjeġ magħmulin minn żewġ partijiet, owverols, vavalori u owverols biċ-ċingi u qliezet. Għal attivitajiet oħrajn dawn jistgħu jkunu fradal, kowtijiet għat-trab, eċċ. (għal tobba, infermieri, sefturi, barbiera, furnara, biċċiera, eċċ.) Ilbies ta’ daqs kummerċjali ta’ 158 (tul ta’ ġisem = 158 ċm) jew aktar biss għandhom jitqiesu bħala lbies industrijali jew tax-xogħol. Uniformi u lbies uffiċjali simili ieħor (lbies ta’ l-imħallfin, lbies tal-knisja, pereżempju) ma jitqisux bħala lbies industrijali jew tax-xogħol. |
5. |
In-Noti ta’ Spjega għal Kapitlu 61, Ġenerali, punt 4 japplikaw, mutatis mutandis. |
6201 |
Surtù, car coats, kapep, imnatar, anoraks (inklużi ġkieket ta’ l-iskijar), wind-cheaters, ġkieket għar-riħ u oġġetti simili ta’ l-irġiel jew tas-subien, ħlief dawk ta’ titlu 6203 |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
6201 11 00 sa 6201 19 00 |
Surtù, kapotti għax-xita, car coats, kapep, imnatar u oġġetti simili Karatteristika ta’ dawn is-“surtù u oġġetti simili” hija li, meta milbusin, dawn għandhom jgħattu l-ġisem għallinqas sa nofs il-koxxa. Ġeneralment, fil-każ ta’ qisien standard (qisien normali) ta’ ħwejjeġ ta’ l-irġiel (ħlief subien) dan it-tul minimu, mkejjel mil-ħjata ta’ l-għonq mar-raqba (seba’ vertebra) sat-tarf tal-qiegħ, bl-ilbies imqiegħed ċatt, jikkorrispondi mal-qisien f’ċentimetri fl-iskeda t’hawn taħt (ara dijagramma t’hawn taħt).
Il-qisien murijin fl-iskeda jirrapreżentaw il-medji meħudin minn varjeta’ ta’ lbies fil-qisien standard (qisien normali) għal irġiel (ħlief subien) — S (żgħir, qisien żgħar), M (medju, qisien medji) u L (kbir, qisien kbar). Tul f’ċentimetri mkejjel l-isfel minn wara ta’ l-ilbies mill-għonq mar-raqba sat-tarf tal-qiegħ ta’ l-ilbies — qisien standard ta’ l-irġiel (ħlief subien)
Ilbies mhux twil biżżejjed biex ikun klassifikat bħala surtù jew simili, bl-eċċezzjoni ta’ car coats (car coats u simili — ara definizzjoni hawn taħt) li jagħmlu parti minn hawn ukoll, għandhom ikunu klassifikati f’subtitli 6201 91 00 sa 6201 99 00. Car coats Car coats huma lbies ta’ barra li joqgħodu wisgħin bi kmiem twal u li jkunu milbusin fuq il-ħwejjeġ l-oħrajn kollha għal protezzjoni kontra t-temp. Huma aktar formali fl-apparenza minn parkas u huma jkunu ġeneralment magħmulin minn drappijiet tat-tessut mhux ħfief (eż. twid, drapp tas-suf oħxon) għajr dawk imsemmijin f’titlu 5602, 5603, 5903, 5906 jew 5907 00. Car coats ivarjaw fit-tul minn taħt il-ferq għal nofs il-koxxa. Huma jista’ jkollhom sider wieħed jew doppju. Car coats ġeneralment ikollhom il-karatteristiċi li ġejjin:
Karatteristiċi mhux obbligatorji:
Car coats ma jkollhomx il-karatteristiċi li ġejjin:
L-espressjoni “u simili”, safejn din tikkonċerna car coats, tinkludi ukoll ilbies li għandhom l-istess karatteristiċi ta’ car coats iżda li għandhom barnuża. Dawn is-subtitli jinkludu lbies magħrufin bħala “parkas” li huma lbies bi stil li jintgħaraf disinjat biex jipprovdi protezzjoni kontra l-kesħa, riħ u xita. Dawn huma lbies ta’ barra li joqgħodu wesgħin bi kmiem twal. Parkas ta’ dawn is-subtitli huma magħmulin minn tessut mhux ħafif, meħjut viċin għajr dawk imsemmijin f’titlu 5903, 5906 jew 5907 00. Parkas ivarjaw fit-tul minn nofs il-koxxa sa l-irkoppa. Parkas għandhom ikollhom ukoll il-karatteristiċi li ġejjin:
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
6201 91 00 sa 6201 99 00 |
Oħrajn Dawn is-subtitli jinkludu inċirati, windcheaters, ġkieket għar-riħ u oġġetti simili kif deskritt hawn taħt:
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
6202 |
Surtù, car coats, kapep, imnatar, anoraks (inklużi ġkieket ta’ l-iskijar), wind-cheaters, ġkieket għar-riħ u oġġetti simili tan-nisa jew tal-bniet, ħlief dawk ta’ titlu 6204 |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
6202 11 00 sa 6202 19 00 |
Surtù, kapotti għax-xita, car coats, kapep, imnatar u oġġetti simili In-Noti ta’ Spjega għal subtitli 6201 11 00 sa 6201 19 00 japplikaw, mutatis mutandis, fejn il-qisien li jikkorrispondu għal ħwejjeġ tan-nisa (ħlief bniet) huma kif ġejjin: Tul f’ċentimetri mkejjel l-isfel minn wara ta’ l-ilbies mill-għonq mar-raqba sat-tarf tal-qiegħ ta’ l-ilbies — qisien standard tan-nisa (ħlief bniet) |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
6202 91 00 sa 6202 99 00 |
Oħrajn In-Noti ta’ Spjega għal subtitli 6201 91 00 sa 6201 99 00 japplikaw, mutatis mutandis. |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
6204 |
Ilbiesi sħaħ, ensembles, ġkieket, blejżers, ilbiesi, dbielet, dbielet mifrudin, qliezet, owverols b’vavalor u ċineġ, qliezet li jaslu u jintrabtu taħt l-irkoppa (breeches) u xorzijiet (ħlief malji ta’ l-għawm) tan-nisa jew tal-bniet |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
6204 41 00 sa 6204 49 90 |
Ilbiesi In-Noti ta’ Spjega għal subtitli 6104 41 00 sa 6104 49 00 japplikaw mutatis mutandis. |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
6204 51 00 sa 6204 59 90 |
Dbielet u dbielet mifrudin In-Noti ta’ Spjega għal subtitli 6104 51 00 sa 6104 59 00 japplikaw mutatis mutandis. |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
6206 |
Blawżijiet, qomos u qomos-blawżijiet tan-nisa jew tal-bniet Blawżijiet Blawżijiet għal nisa jew bniet huma ħwejjeġ ħfief intiżi li jgħattu l-parti ta’ fuq tal-ġisem, ta’ disinn fancy u s-soltu ta’ qatgħa li toqgħod laxka, b’għonq jew mingħajru, bi kmiem jew mingħajrhom, bi kwalunkwe tip ta’ linja ta’ l-għonq jew għallinqas strixxi ta’ l-ispallejn, bi ftuħ jew mingħajr ftuħ. Huma jista’ jkollhom ukoll trimmjaturi bħal ingravati, ġabotti, bizzilla jew rakkmu. Qomos u qomos-blawżijiet Il-provvedimenti tan-Noti ta’ Spjega għal titlu 6106 għal qomos jew qomos-blawżijiet tan-nisa jew tal-bniet, maħdumin bil-labar jew bil-kroxe’ japplikaw, mutatis mutandis, għall-qomos u qomos-blawżijiet ta’ dan it-titlu. Il-ħwejjeġ ta’ dan it-titlu jinżlu sa taħt il-qadd, blawżijiet ġeneralment ikunu iqsar mill-ħwejjeġ l-oħra msemmijin hawn fuq. Dan it-titlu ma jinkludix ilbies li, minħabba t-tul tiegħu, jitqies għal lbies bħala lbiesi. |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
6207 |
Flokkijiet ta’ taħt taċ-ċingi u flokkijiet ta’ taħt oħrajn, qliezet ta’ taħt, briefs, qomos tas-sodda, piġami, ġagagi tal-banju, blużi ta’ ġewwa u oġġetti simili ta’ l-irġiel jew tas-subien |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
6207 21 00 sa 6207 29 00 |
Qomos tas-sodda u piġami Dawn is-subtitli jinkludu piġami ta’ l-irġiel u tas-subien, ħlief dawk maħdumin bil-labar jew bil-ganċ, li — mill-apparenza ġenerali tagħhom u min-natura tad-drapp tagħhom — jintgħarfu bħala għal ilbies esklussivament jew prinċipalment bħala ħwejjeġ għas-sodda. Piġami jikkonsistu f’żewġ partijiet, li huma:
Il-partijiet ta’ dawn il-piġami għandhom ikunu ta’ daqs li jikkorrispondi jew li jaqbel u ta’ qatgħa, drapp kostitwenti, kuluri, dekorazzjonijiet u grad ta’ irfinar li jaqblu biex juru b’mod ċar li huma disinjati li jintlibsu flimkien minn persuna waħda. Piġami għandhom jintgħarfu li huma komdi għal ilbies bħala ħwejjeġ għas-sodda:
Ħwejjeġ tas-sodda f’biċċa waħda tat-tip ta’ owverol li jkopru kemm il-parti ta’ fuq u l-parti ta’ isfel tal-ġisem u li jgħattu kull sieq b’mod separat huma klassifikati f’subtitli 6207 91 00 sa 6207 99 90. |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
6208 |
Flokkijiet ta’ taħt taċ-ċingi u flokkijiet ta’ taħt oħrajn, ilbiesi ta’ taħt, dbielet ta’ taħt, briefs, qliezet ta’ taħt, ilbiesi tas-sodda, piġami, négligés, ġagagi tal-banju, blużi ta’ ġewwa u oġġetti simili tan-nisa jew tal-bniet |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
6208 21 00 sa 6208 29 00 |
Ilbiesi tas-sodda u piġami Dawn is-subtitli jinkludu piġami tan-nisa jew tal-bniet, ħlief maħdumin bil-labra jew bil-ganċ, li — mill-apparenza ġenerali tagħhom u n-natura tad-drapp — huma jintgħarfu bħala intiżi esklussivament jew prinċipalment bħala lbiesi tas-sodda. Piġami jikkonsistu f’żewġ partijiet, li huma:
Il-partijiet ta’ dawn il-piġami għandhom ikunu ta’ daqs li jikkorrispondi jew li jaqbel u ta’ qatgħa, drapp kostitwenti, kuluri, dekorazzjonijiet u grad ta’ irfinar li jaqblu biex juru b’mod ċar li huma disinjati li jintlibsu flimkien minn persuna waħda. Piġami għandhom jintgħarfu li huma komdi għal ilbies bħala ħwejjeġ għas-sodda:
Settijiet ta’ ħwejjeġ magħrufin bħala “babydolls” li jikkonsistu f’libsa tas-sodda qasira ħafna u briefs li jaqblu huma meqjusin ukoll bħala piġami. Ħwejjeġ tas-sodda f’parti waħda tat-tip ta’ owverol li jgħattu kemm il-parti ta’ fuq u l-parti ta’ isfel tal-ġisem u li jgħattu kull sieq b’mod separat huma klassifikati f’subtitli 6208 91 00 sa 6208 99 00. |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
6209 |
Ħwejjeġ u aċċessorji ta’ ħwejjeġ ta’ trabi In-Noti ta’ Spjega għal titlu 6111 japplikaw, mutatis mutandis. |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
6210 |
Ħwejjeġ, magħmulin minn drappijiet ta’ titlu 5602, 5603, 5903, 5906, jew 5907 In-Noti ta’ Spjega għal subtitli 6201 11 00 sa 6201 19 00 u għal subtitli 6202 11 00 sa 6202 19 00 japplikaw mutatis mutandis. |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
6210 10 90 |
Ta’ drappijiet ta’ titlu 5603 Dan is-subtitlu jinkludi mhux-minsuġin għal għanijiet kliniċi f’pakki sterili, li jintremew wara li jkunu intużaw darba. |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
6211 |
Tracksuits, ilbiesi ta’ skijar u malji ta’ l-għawm; ħwejjeġ oħrajn |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
6211 11 00 u 6211 12 00 |
Malji ta’ l-għawm Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 6211, l-ewwel paragrafu. In-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 6112 31 10 sa 6112 39 90 japplikaw, mutatis mutandis. |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
6211 32 31 |
B’qoxra ta’ barra minn drapp wieħed identiku Għall-applikazzjoni ta’ dan is-subtitlu l-komponenti ta’ tracksuit għandhom ikunu ta’ l-istess kostruzzjoni, stil, kulur u komposizzjoni ta’ drapp; huma għandhom ukoll ikunu ta’ daqs li jikkorrispondi jew li jaqbel. Meta parti ta’ tracksuit bħal din ikollha trimmjaturi jew dekorazzjonijiet applikati li ma jinsabux fuq il-parti l-oħra, dawn il-ħwejjeġ jibqgħu klassifikati f’dan is-subtitlu sakemm dawn it-trimmjaturi jew dekorazzjonijiet ikunu ta’ importanza minuri u jkunu limitati għal post wieħed jew tnejn fuq il-ħwejjeġ (eż., fuq l-għonq u fuq it-truf tal-kmiem). Madanakollu, meta dawn it-trimmjaturi jew dekorazzjonijiet ikunu magħmulin matul l-insiġ tal-ħwejjeġ, klassifikazzjoni f’dan is-subtitlu hija eskluża, ħlief meta d-dekorazzjoni tkun lowgo jew simbolu simili. |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
6211 32 41 u 6211 32 42 |
Oħrajn Għall-għanijiet ta’ dawn is-subtitli, il-partijiet komponenti ta’ fuq u ta’ isfel ta’ tracksuit għandhom ikunu mibjugħin flimkien. |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
6211 33 31 |
B’qoxra ta’ barra minn drapp wieħed identiku Ara n-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 6211 32 31. |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
6211 33 41 u 6211 33 42 |
Oħrajn Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal subtitli 6211 32 41 u 6211 32 42. |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
6211 42 31 |
B’qoxra ta’ barra minn drapp wieħed identiku Ara n-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 6211 32 31. |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
6211 42 41 u 6211 42 42 |
Oħrajn Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal subtitli 6211 32 41 u 6211 32 42. |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
6211 43 31 |
B’qoxra ta’ barra minn drapp wieħed identiku Ara n-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 6211 32 31. |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
6211 43 41 u 6211 43 42 |
Oħrajn Ara n-Noti ta’ Spjega għal subtitli 6211 32 41 u 6211 32 42. |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
6212 |
Riċipettijiet, ċinet, kurpetti, ċineg, suspenders, takkalji u oġġetti simili u partijiet tagħhom, maħdumin bil-labar jew bil-ganċ jew le |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
6212 20 00 |
Ċinet u ċinet tal-qliezet ta’ taħt Dan is-subtitlu jkopri ċinet ta’ qliezet ta’ taħt, kemm jekk maħdumin bil-labar jew bil-ganċ, maqtugħin fil-forma ta’ briefs bis-saqajn jew le jew briefs tal-qadd għoli bis-saqajn jew le. Huma għandhom ikollhom il-karatteristiċi li ġejjin:
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
6217 |
Aċċessorji oħrajn tal-ħwejjeġ manifatturati; biċċiet ta’ ilbies jew ta’ aċċessorji ta’ ilbies, ħlief dawk ta’ titlu 6212 |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
6217 10 00 |
Aċċessorji In-Noti ta’ Spjega għal subtitli 6117 80 10 u 6117 80 80 japplikaw, mutatis mutandis. |
KAPITLU 63
OĠĠETTI OĦRAJN MANIFATTURATI TA’ TESSUTI; SETTIJIET; ĦWEJJEĠ LI JINTLIBSU U OĠĠETTI TA’ TESSUTI LI JINTLIBSU; ĊRARET
Ġenerali
Għall-klassifikazzjoni, fit-titli, ta’ oġġetti magħmulin minn żewġ materjali ta’ tessut jew aktar, ara n-Noti ta’ Spjega Ġenerali għal din it-taqsima.
I. OĠĠETTI OĦRAJN MANIFATTURATI TA’ TESSUTI |
|||||
6305 |
Xkejjer u boroż, ta’ tip użati għall-ippakkjar ta’ oġġetti Ftit mill-ixkejjer u l-boroż ta’ materjal ta’ tessut huma klassifikati, pereżempju, f’titli 4202 u 6307. Xkejjer u boroż li jaqgħu f’titlu 4819 meta magħmulin minn karta jaqgħu f’dan it-titlu meta magħmulin minn ħjut tal-karta minsuġin. Boroż ta’ materjal tat-tessut miksi b’karta jkunu ġeneralment klassifikati f’dan it-titlu, filwaqt li boroż tal-karti miksijin b’materjal tat-tessut jaqgħu f’subtitlu 4819 40 00. |
||||
6305 10 10 |
Użati Dan is-subtitlu jkopri biss oġġetti li intużaw għallinqas darba għat-trasport ta’ oġġetti u li kellhom traċċi ċari ta’ dan l-użu, pereżempju, traċċi tal-prodott li kellhom fihom, ħmieġ, tbajja’, toqob, tqattigħ, marki ta’ tiswija, ħjut miġbudin wisq, traċċi ta’ tgħaqqid jew ħjut mal-ftuħ. |
||||
6307 |
Oġġetti oħrajn manifatturati, inklużi mudelli ta’ ilbies |
||||
6307 90 99 |
Oħrajn Dan is-subtitlu jinkludi:
|
TAQSIMA XII
ILBIES GĦAR-RIĠLEJN, ILBIES GĦAR-RAS, UMBRELEL, UMBRELEL TAX-XEMX, BSATEN GĦALL-MIXI, BSATEN-SIĠĠU, SWAT, FROSTI U PARTIJIET TAGĦHOM; RIX IPPREPARAT U OĠĠETTI MAGĦMULIN MINNU; FJURI ARTIFIĊJALI; OĠĠETTI TA’ XAGĦAR UMAN
KAPITLU 64
ILBIES GĦAR-RIĠLEJN, GETTI U BĦALHOM; PARTIJIET TA’ DAWN L-OĠĠETTI
Ġenerali
1. |
Għad-definizzjoni tat-termini “pett ta’ barra” u “partijiet ta’ fuq” ara n-Noti ta’ Spjega Ġenerali SA għal dan il-kapitlu, paragrafi (Ċ) u (D). Barra dan, għal “partijiet ta’ fuq” li jikkonsistu f’żewġ materjali jew aktar (Nota 4 (a) u Nota Addizzjonali 1 għal kapitlu 64), dan li ġej japplika:
Fid-determinazzjoni tal-materjal tal-“parti ta’ fuq”, l-ilsien li jkun parzjalment jew kompletament mgħotti (ilsien ta’ ġewwa) ma jitqisx. Ara d-dijagramma t’hawn taħt, bil-linji miksurin juru l-ilsien ta’ ġewwa. Id-dijagrammi u t-test t’hawn taħt jagħtu eżempju ta’ kif ikunu deċiżi l-materjal tal-parti ta’ fuq: Iż-żarbun fid-dijagrammi t’hawn fuq huwa żarbun ta’ ġild u tessut. Sabiex ikun deċiż il-materjal tal-“parti ta’ fuq” skond it-tifsira ta’ kapitlu 64 u biex ikunu eliminati “aċċessorji” u “rinforzi”, jittieħdu l-kunsiderazzjonijiet li ġejjin:
|
2. |
It-terminu “gomma” huwa definit f’Nota 1 għal kapitlu 40 għall-għan matul in-Nomenklatura Magħquda; Nota 3 (a) għal dan il-kapitlu twessa’ l-iskop għall-għan ta’ dan il-kapitlu. |
3. |
It-terminu “plastiks” huwa definit f’Nota 1 għal kapitlu 39 għall-għan matul in-Nomenkatura Magħquda; Nota 3 (a) għal dan il-kapitlu twessa’ l-iskop għall-għan ta’ dan il-kapitlu. |
4. |
It-terminu “ġild” huwa spjegat f’Nota 3 (b) għal kapitlu 64 għall-għanijiet ta’ dan il-kapitlu. |
5. |
It-terminu “materjali tat-tessut” huwa definit fin-Nota ta’ Spjega Ġenerali SA għal dan il-kapitlu, (E) u (F). Għalhekk, il-fibri (eż. drapp tat-tessut), ħjut tas-suf, tessut, feltri, mhux meħjutin, spag, ċwiemi, ħbula, kejbils, eċċ., kif imsemmijin f’kapitli 50 sa 60 huma “materjali tat-tessut” skond it-tifsira ta’ kapitlu 64. Sa fejn jidħol tessut ta’ kapitlu 59, in-noti ta’ kapitlu 59 huma applikabbli biss soġġetti għall-provvedimenti ta’ Nota 3 (a) għal kapitlu 64. |
6402 |
Ilbies ieħor għar-riġlejn b’qigħan ta’ barra u uċuħ tal-lastiku jew tal-plastiks Dan it-titlu jinkludu “ilbies għar-riġlejn li jinvolvi teknoloġija speċjali” u disinjat għal attività sportiva, b’qiegħ iffurmat bi strat wieħed jew doppju, mhux injettat, manifatturat minn materjali sintetiċi disinjati speċjalment biex jassorbu daqqiet minħabba movimenti vertikali jew laterali, u b’karatteristiċi tekniċi bħal kuttunar ermetiku li jkun fih gass jew likwidu, partijiet mekkaniċi li jassorbu jew jinnewtralizzaw daqqa, jew materjali speċjali bħal polimeri ta’ densita’ baxxa. Il-“karatteristiċi tekniċi” imsemmijin m’għandhomx jitqiesu bħala kumulattivi tal-“materjali sintetiċi”, iżda għandhom jitqiesu bħala deskrittivi tal-“materjali sintetiċi” imsemmijin hawn fuq. “Ilbies għar-riġlejn disinjat għal attivita’ sportiva” għandu jitqies li jfisser żraben tat-tenis, żraben tal-baskitbol, żraben tal-ġimm, żraben għat-taħriġ u simili, bl-eċċezzjoni ta’, pereżempju, ilbies għar-riġlejn milbus prinċipalment jew esklussivament għall-qdif bil-kenura għal ilma abjad, mixi, vjaġġar fit-tul, iħħajkjar, u tlugħ tal-muntanji. Żraben li minħabba d-daqs tagħhom huma maħsubin li jintlibsu minn tfal u nies żgħażagħ jistgħu wkoll ikunu “ilbies għar-riġlejn disinjat għal attivita’ sportiva”. F’dan il-kuntest id-definizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw:
|
||||||||||||||
6402 12 10 sa 6402 19 00 |
Ilbies ta’ l-isport għar-riġlejn Ara Nota 1 għas-Subtitlu għal dan il-kapitlu. |
||||||||||||||
6402 12 10 u 6402 12 90 |
Stvali għall-iskijar, ilbies tar-riġlejn għal skijar fil-kampanja u stvali tal-bords tas-silġ Dawn is-subtitli jkopru stvali u lbies għar-riġlejn użati għal kull tip ta’ skijar |
||||||||||||||
6402 19 00 |
Oħrajn Nota ta’ subtitlu 1(a) għal dan il-kapitlu tkopri biss ilbies għar-riġlejn disinjat għal attivita sportiva speċifika u li t-twaħħil fiss miegħu jew li jitneħħa kif imsemmi fin-nota tas-subtitlu jagħmluha diffiċli biex dawn iż-żraben jintużaw għal kwalunkwe għan ieħor, partikolarment għal mixi fuq toroq bl-asfalt, minħabba l-għoli jew l-għebusija jew żliq eċċ. tat-twaħħil magħhom. |
||||||||||||||
6402 20 00 |
Ilbies għar-riġlejn b’uċuħ ta’ ċineg jew strixxi mmuntati mal-qiegħ permezz ta’ tappijiet Għall-applikazzjoni ta’ dan is-subtitlu m’huwiex meħtieġ li t-tappijiet ikunu jidhru mill-pett ta’ barra, li jkun f’kuntatt ma’ l-art; dawn jistgħu jkunu mwaħħlin mal-pett ta’ ġewwa u/jew tan-nofs. Biċċiet tal-ġnub li jitilgħu mill-qiegħ ma jitqisux bħala parti mill-qiegħ. |
||||||||||||||
6402 99 31 u 6402 99 39 |
Ilbies għar-riġlejn b’quddiem tal-wiċċ magħmul minn ċineg jew li għandu biċċa jew bosta biċċiet maqtugħin barra Il-quddiem tal-wiċċ għandu jitqies bħala dik il-parti ta’ fuq li tkopri l-parti ta’ quddiem tas-sieq. |
||||||||||||||
6402 99 31 |
Bil-qiegħ u l-għarqub flimkien ogħla minn 3 ċm Għall-finijiet ta’ dan is-subtitlu, huwa irrelevanti jekk it-takkuna tistax tingħaraf mill-pett jew jekk it-takkuna hijiex parti mill-pett (eż. żarbun tal-weġis, pjattaformi). Id-dijagrammi hawn taħt jagħtu eżempju ta’ kif għandu jsir il-kejl: A = il-wiċċ B = > 3 ċm. |
||||||||||||||
|
|
||||||||||||||
|
|
||||||||||||||
6403 |
Ilbies għar-riġlejn b’qigħan ta’ barra tal-lastiku, plastiks, ġilda jew imitazzjoni ta’ ġilda u b’uċuħ tal-ġilda “Ġilda” titqies li tfisser biss ġlud ta’ titli 4107 u 4112 sa 4114 (ara Nota 3 (b) għal dan il-kapitlu). Għalhekk, ilbies għar-riġlejn b’partijiet ta’ fuq ta’ ġilda tal-fer jew b’partijiet ta’ fuq ta’ ġilda komposta, pereżempju, hija eskluża minn dan it-titlu u hija klassifikata f’titlu 6405. In-Noti ta’ Spjega għal titlu 6402 fejn “ilbies għar-riġlejn li jinvolvi teknoloġija speċjali” hija konċernata, japplikaw mutatis mutandis. |
||||||||||||||
6403 12 00 u 6403 19 00 |
Ilbies ta’ l-isport għar-riġlejn Ara Nota 1 għas-Subtitlu għal dan il-kapitlu. |
||||||||||||||
6403 12 00 |
Stvali għall-iskijar, ilbies tar-riġlejn għal skijar fil-kampanja u stvali tal-bords tas-silġ Ara n-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 6402 12 10 u 6402 12 90. |
||||||||||||||
6403 19 00 |
Oħrajn Ara n-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 6402 19 00. |
||||||||||||||
6403 59 11 sa 6403 59 39 |
Ilbies għar-riġlejn b’quddiem tal-wiċċ magħmul minn ċineg jew li għandu biċċa jew bosta biċċiet maqtugħin barra Ara n-Noti ta’ Spjega għal subtitli 6402 99 31 u 6402 99 39. |
||||||||||||||
6403 59 11 |
Bil-qiegħ u l-għarqub flimkien ogħla minn 3 ċm In-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 6402 99 31 japplikaw, mutatis mutandis. |
||||||||||||||
6403 99 11 sa 6403 99 38 |
Ilbies għar-riġlejn b’quddiem tal-wiċċ magħmul minn ċineg jew li għandu biċċa jew bosta biċċiet maqtugħin barra Ara n-Noti ta’ Spjega għal subtitli 6402 99 31 u 6402 99 39. |
||||||||||||||
6403 99 11 |
Bil-qiegħ u l-għarqub flimkien ogħla minn 3 ċm In-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 6402 99 31 japplikaw, mutatis mutandis. |
||||||||||||||
6404 |
Ilbies għar-riġlejn b’qigħan ta’ barra tal-lastiku, plastiks, ġilda jew imitazzjoni ta’ ġilda u b’uċuħ ta’ materjali ta’ tessuti Dan it-titlu jinkludi “ilbies għar-riġlejn li jinvolvi teknoloġija speċjali” u disinjat għal attività sportiva, b’qiegħ iffurmat bi strat wieħed jew b’multi-strati, mhux injettat, manifatturat minn materjali sintetiċi speċjalment disinjati biex jassorbu skossi minħabba movimenti vertikali jew laterali, u b’karatteristiċi tekniċi bħal tappijiet ermetiċi li fihom gass jew likwidu, partijiet mekkaniċi li jassorbu jew jinnewtralizzaw impatt, jew materjali speċjali bħal polimeri ta’ densita’ baxxa Il-“karatteristiċi tekniċi” imniżżlin m’għandhomx jitqiesu bħala kumulattivi tal-“materjali sintetiċi”, iżda għandhom jitqiesu li huma deskrittivi tal-“materjali sintetiċi” msemmijin hawn fuq. “Ilbies għar-riġlejn disinjat għal attivita’ sportiva” għandu jitqies li jfisser iż-żraben imsemmijin f’Nota ta’ Subtitlu 1 għal dan il-kapitlu u żraben tat-tenis, żraben tal-baskitbol, żraben tal-ġimm, żraben għat-taħriġ u simili, bl-eċċezzjoni ta’, pereżempju, ilbies għar-riġlejn milbus prinċipalment jew esklussivament għall-qdif bil-kenura għal ilma abjad, mixi, vjaġġar fit-tul, iħħajkjar, u tlugħ tal-muntanji. Żraben li minħabba d-daqs tagħhom huma maħsubin li jintlibsu minn tfal u nies żgħażagħ jistgħu wkoll ikunu “ilbies għar-riġlejn disinjat għal attività sportiva”. F’dan il-kuntest id-definizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw:
|
||||||||||||||
6404 11 00 |
Ilbies ta’ l-isport għar-riġlejn; żraben tat-tenis, żraben tal-baskitbol, żraben tal-ġinnasju, żraben tat-taħriġ u bħalhom Għall-għanijiet ta’ dan is-subtitlu, it-terminu “ilbies għar-riġlejn ta’ l-isports” għandu jitqies li jfisser kull ilbies għar-riġlejn li jissodisfa l-kundizzjonijiet stipulati f’Nota 1 għas-Subtitlu għal dan il-kapitlu. Nota 1 (a) tas-subtitlu għal dan il-kapitlu tkopri biss ilbies għar-riġlejn disinjat għal attivita’ sportiva speċifika u li t-twaħħil miegħu fiss jew li jitneħħa, kif imsemmi fin-nota ta’ subtitlu, jagħmluha diffiċli biex dawn iż-żraben jintużaw għal kwalunkwe għan ieħor, partikolarment għal mixi fuq toroq bl-asfalt, minħabba li l-għoli jew l-għebusija jew żliq eċċ. tat-twaħħil miegħu. “Żraben simili għal żraben tat-tenis, żraben tal-baskitbol, żraben tal-ġimm u żraben tat-taħriġ” ta’ dan is-subtitlu jkopru żraben li, minħabba l-forma tagħhom, qatgħa u dehra, juru li huma disinjati għal attivita’ sportiva, pereżempju qdif, skwoxx, tejbiltenis, volibol. Dawn iż-żraben kollha għandhom pett ta’ barra li ma jiżloqx u mezz ta’ ssikkar li jagħti stabbiltà lis-sieq fiż-żarbun (eż., lazzijiet, mekkaniżmi li jissikkaw fuqhom infushom). Kostitwenti minuri, pereżempju strixxi dekorattivi jew ponti, lejbils (anki jew meħjutin fuqhom), rakkmu, lazzijiet printjati jew ikkuluriti, ma jeskludux klassifikazzjoni ta’ dawn iż-żraben minn dan is-subtitlu. |
||||||||||||||
6406 |
Partijiet ta’ ilbies ieħor għar-riġlejn (inklużi uċuħ imwaħħlin jew le mal-qigħan ħlief qigħan ta’ barra); qigħan ta’ ġewwa li jistgħu jinqalgħu, kuxxini ta’ l-għerieqeb u oġġetti simili; getti, għata għall-protezzjoni tar-riġlejn (leggings) u oġġetti bħalhom, u partijiet tagħhom Ħafna partijiet ta’ lbies tar-riġlejn f’dan it-titlu huma msemmijin fin-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 6406. Dan it-titlu jinkludi qigħan ta’ l-injam għal sandli (“sandli tas-saħħa” u oħrajn), mingħajr uċuħ u mingħajr strixxi, lazzijiet jew ċineg. Ara Nota 2 għal dan il-kapitlu għal lista ta’ l-oġġetti li ma jitqisux bħala partijiet ta’ lbies għar-riġlejn skond it-tifsira ta’ dan it-titlu. Partijiet ta’ lbies għar-riġlejn jistgħu jkunu ta’ kwalunkwe materjal ħlief asbestos, u jistgħu jinkludu metall. |
||||||||||||||
6406 99 30 |
Immuntaturi ta’ uċuħ imwaħħlin ma’ qigħan ta’ ġewwa jew ma’ komponenti ta’ qigħan ta’ barra, iżda mingħajr qigħan ta’ barra Dan is-subtitlu jkopri oġġetti li għadhom ma jagħmlux parti minn ilbies għar-riġlejn, li jikkonsistu f’uċuħ ta’ ilbies għar-riġlejn u wieħed jew aktar komponenti tal-qiegħ (speċjalment il-qiegħ ta’ ġewwa), iżda li għad m’għandhomx (tieni) qiegħ ta’ barra. |
KAPITLU 65
ILBIES GĦAR-RAS U PARTIJIET TIEGĦU
6504 00 00 |
Kpiepel u ilbies ieħor tar-ras, tat-tibna jew magħmulin bl-immuntar ta’ strixxi ta’ xi materjal, inforrati jew mirqumin jew le It-terminu “kpiepel u ilbies tar-ras ieħor, inforrati jew mirqumin” għandu jitqies li jfisser dawk li huma kompletament jew parzjalment inforrati, kemm jekk dawn l-inforri jew l-irqim huma ta’ l-istess materjal bħall-ilbies tar-ras. Dawn li ġejjin, pereżempju, jitqiesu bħala trimmjaturi: inforri, strixxi tar-ras (ta’ ġilda jew ta’ kwalunkwe materjal ieħor), strixxi tax-xifer, strixxi tal-kpiepel, ċinġi, bokkli, buttuni, cabochons, beġġijiet, rix, ponti ornamentali, fjuri artifiċjali, lazzijiet, ċfuf ta’ drapp minsuġ jew ta’ żigarella, eċċ. |
6505 |
Kpiepel u ilbies ieħor għar-ras, maħdumin bil-labar (knitted) jew bil-ganċ (crocheted), jew magħmulin minn bizzilla, feltru jew drapp ieħor ta’ tessuti, bil-biċċa (iżda mhux fi strixxi), inforrati jew mirqumin jew le; xbieki għax-xagħar ta’ kull materjal, inforrati jew mirqumin jew le Għall-klassifikazzjoni ta’ turbani ara n-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 6307 90 99. |
6505 90 05 |
Tal-feltru tal-fer jew tal-feltru tas-suf u fer, magħmul mill-qofsa tal-kpiepel, barnużi jew plateaux ta’ titlu 6501 “Feltru tal-fer” tfisser feltru magħmul mill-fer ta’ fenek, liebru, far tal-misk ta’ l-ilma, kastur ta’ l-għadajjar, kastur, lontra u ferijiet simili ta’ tul qasir. “Feltru ta’ suf u fer” jista’ jkun magħmul minn taħlita qrib ta’ suf u fer, fi kwalunkwe proporzjoni, jew ta’ taħlita oħra ta’ dawn iż-żewġ prodotti (eż., feltru tas-suf miksi bi strat ta’ fer). Feltri ta’ fer u feltri ta’ suf u fer jista’ jkun fihom ukoll fibri oħrajn (eż., fibri tat-tessut sintetiċi jew riġenerati). |
6505 90 10 sa 6505 90 80 |
Oħrajn Dawn is-subtitli jinkludu oġġetti ta’ feltru ta’ injam, kemm jekk fibri oħrajn ikunu miżjudin jew le (eż., fibri tat-tessut sintetiċi jew riġenerati), billi jkun miftiehem li oġġetti magħmulin minn feltru ta’ injam jew fer jaqgħu f’subtitlu 6505 90 05. Feltru ta’ suf ifisser feltru magħmul minn suf jew fer li għandu ċertu similarità ma’ suf (eż., xagħar ta’ vikunja, ġemel, għoġol, baqra, eċċ.). |
6506 |
Ilbies ieħor għar-ras, inforrat jew mirqum jew le |
6506 99 10 |
Tal-feltru tal-fer jew tal-feltru tas-suf u fer, magħmul mill-qofsa tal-kpiepel, barnużi jew plateaux ta’ titlu 6501 In-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 6505 90 05 japplikaw, mutatis mutandis. |
6506 99 90 |
Oħrajn Ara n-Noti ta’ Spjega għal subtitli 6505 90 10 sa 6505 90 80. |
6507 00 00 |
Strixxi għar-ras (headbands), inforor, għata, bażijiet ta’ kpiepel, frejms ta’ kpiepel, pizzijiet u ċineġ ta’ l-ilħit, għal ilbies għar-ras Dan it-titlu ma jinkludix strixxi għar-ras (head-bands) tat-tip użat minn nies sportivi biex jassorbu għaraq (subtitli 6117 80 10 u 6117 80 80). |
KAPITLU 66
UMBRELEL, UMBRELEL TAX-XEMX, BSATEN GĦALL-MIXI, BSATEN-SIĠĠU, SWAT, FROSTI U PARTIJIET TAGĦHOM
Nota 1 (ċ) |
Umbrelel u umbrelel tax-xemx intiżi bħala ġugarelli s-soltu jintgħarfu mill-umbrelel u l-umbrelel tax-xemx ta’ dan il-kapitlu mill-materjal li minnhom huma magħmulin, mill-ħidma tagħhhom, li s-soltu tkun aktar bażika, mid-daqs żgħir tagħhom u mill-fatt li huma ma jistgħux jintużaw b’mod effettiv biex jipproteġu kontra x-xita jew ix-xemx (ara wkoll in-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 9503, (D), l-aħħar paragrafu). Mingħajr preġudizzju għal dawn il-kriterji, it-tul tal-vireg ta’ umbrelel u umbrelel tax-xemx intiżi bħala ġugarelli rari jaqbżu il-25 ċm. |
6601 |
Umbrelel u umbrelel tax-xemx (inklużi bsaten umbrelel, umbrelel għal ġonna u umbrelel simili) Safejn id-distinzjoni bejn l-oġġetti ta’ dan is-subtitlu u dawk li huma intiżi bħala ġugarelli hija kkonċernata, ara n-Noti ta’ Spjega għal Nota 1 (ċ) għal dan il-kapitlu. Dan it-titlu jinkludi wkoll:
Umbrelel u umbrelel tax-xemx li, min-natura tal-materjali użati fil-manifattura tagħhhom, jistgħu jintużaw biss bħala oġġetti tal-karnival huma esklużi minn dan it-titlu u huma klassifikati f’titlu 9505. |
||||
6601 10 00 |
Umbrelel għal ġonna jew umbrelel simili Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal subtitlu 6601 10. |
||||
6603 |
Partijiet, ornamenti u aċċessorji ta’ oġġetti ta’ titlu 6601 jew 6602 |
||||
6603 20 00 |
Qofsa ta’ umbrelel, inklużi qofsa mmuntati fuq qasab (bsaten) Dan is-subtitlu jinkludi:
Madanakollu, qosfa sempliċi ta’ ribs u bsaten (spokes) li ma jikkostitwixxux is-sistema kompluta ta’ ribs u bsaten (spokes) huma esklużi minn dan is-subtitlu u huma klassifikati f’subtitlu 6603 90 90 |
||||
6603 90 10 |
Mankijiet u pumi Dan is-subtitlu jkopri mankijiet (inklużi kutri bħala mankijiet li jistgħu jintgħarfu bħala dan) u pumi li jeħlu mat-tarf li jinżamm fl-id, ta’ vireg ta’ umbrelel jew umbrelel tax-xemx, jew stikek għall-mixi, stikek għas-siġġijiet, frosti, frosti ta’ l-irkib u oġġetti simili. |
||||
6603 90 90 |
Oħrajn Bħala żieda mal-qosfa msemmijin fl-aħħar paragrafu tan-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 6603 20 00, dan is-subtitlu jkopri ribs u bsaten (spokes) mhux immuntati kif ukoll l-oġġetti msemmijin fin-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 6603, tieni paragrafu, (3) sa (5). |
KAPITLU 67
RIX U L-EWWEL RIX (DOWN) IPPREPARATI U OĠĠETTI MAGĦMULIN MINN RIX JEW MILL-EWWEL RIX; FJURI ARTIFIĊJALI; OĠĠETTI TA’ XAGĦAR UMAN
6702 |
Fjuri, weraq u frott artifiċjali u partijiet tagħhom; oġġetti magħmulin minn fjuri, weraq jew frott artifiċjali Ara Nota 3 għal dan il-kapitlu. Immuntar permezz tat-tisħin tal-materjal biex dan isir iwaħħal waħdu jew bl-użu ta’ mezzi ta’ żliq li jeħlu mal-fergħa permezz ta’ frizzjoni jitqiesu bħala “metodi simili” fis-sens ta’ Nota 3 għal dan il-kapitlu. |
6703 00 00 |
Xagħar uman, imħejji, imnoqqi, ibbliċjat jew maħdum mod ieħor; suf jew xagħar ieħor ta’ annimali jew materjali oħrajn ta’ tessuti, ippreparati għal użu biex isiru parrokki jew bħalhom Nokkli naturali ta’ xagħar uman mhux maħdum, kemm jekk maħsul jew megħruk jew le, li kienu sempliċiment maqtugħin u li ma għaddew minn ebda proċess ieħor huma esklużi minn dan it-titlu (titlu 0501 00 00). |
TAQSIMA XIII
OĠĠETTI TAL-ĠEBEL, ĠIBS, SIMENT, ASBESTOS, MIKA JEW MATERJALI SIMILI; PRODOTTI TA’ ĊERAMIKA; ĦĠIEĠ U OĠĠETTI TAL-ĦĠIEĠ
KAPITLU 68
OĠĠETTI TAL-ĠEBEL, ĠIBS, SIMENT, ASBESTOS, MIKA JEW MATERJALI SIMILI
Ġenerali
Dan il-kapitlu jkopri mhux biss oġġetti lesti għal użu iżda wkoll, f’uħud mit-titli, semi-manifatturati li jistgħu jeħtieġu aktar proċessar qabel dawn ikunu jistgħu jintużaw għall-għan intiż (pereżempju, taħlit b’bażi ta’ asbestos jew b’bażi ta’ asbestos u karbonat tal-manjesja ta’ titlu 6812).
6802 |
Ġebla monumentali jew għall-bini maħduma (ħlief lavanja) u oġġetti tagħha, ħlief oġġetti ta’ titlu 6801; kubi tal-mużajk u bħalhom, ta’ ġebla naturali (inkluża lavanja), fuq dahar ta’ rinforz jew le; ħbub, laqx u trab, ta’ ġebla naturali, b’kuluri artifiċjali (inkluża lavanja) Għad-definizzjoni tat-terminu “ġebla monumentali jew tal-bini maħduma”, ara Nota 2 għal dan il-kapitlu. |
||||||||||
6802 10 00 |
Ċangaturi, kubi u oġġetti simili, rettangulari jew le (inkluż kwadri), li l-akbar erja ta’ wiċċ tagħhom tista’ tkun magħluqa fi kwadru li l-ġenb tiegħu huwa inqas minn 7 ċm; ħbub, laqx u trab b’kuluri artifiċjali Għal dettalji dwar l-oġġetti koperti minn dan is-subtitlu, ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 6802, seba’ paragrafu. |
||||||||||
6802 21 00 sa 6802 29 00 |
Ġebla oħra monumentali jew għall-bini u oġġetti tagħha, b’wiċċ ċatt jew lixx Dawn is-subtitli jkopru ġebla u oġġetti tal-ġebla (inklużi oġġetti mhux irfinati), sempliċiment maqtugħin jew issegati, li għandhom wiċċ wieħed jew aktar ċatt jew lixx. Dawn ta’ l-aħħar jistgħu jkunu mnaqqxin bi skarpell, baqqun jew bush hammer. |
||||||||||
6802 91 10 |
Alabastru illustrat, imżejjen jew maħdum mod ieħor, iżda mhux imnaqqax In-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 6802 93 10 japplikaw, mutatis mutandis. |
||||||||||
6802 92 10 |
Illustrata, imżejna jew maħduma mod ieħor, iżda mhux imnaqqxa In-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 6802 93 10 japplikaw, mutatis mutandis. |
||||||||||
6802 93 10 |
Illustrat, imżejjen jew maħdum mod ieħor, iżda mhux imnaqqax, ta’ piż nett ta’ 10 kg jew aktar Bħala żieda ma’ l-oġġetti tal-ġebel li l-wiċċ kollu tagħhom jew parti minnu kien illustrat, dan is-subtitlu jinkludi:
|
||||||||||
6802 93 90 |
Oħrajn Dan is-subtitlu jinkludi oġġetti tal-granit imnaqqxin miksijin b’motifi ornamentali, jew imnaqqxin jew imqabbżin, bħal weraq, girlandi u kimeri, magħmulin b’mod aktar elaborat mid-dekorazzjonijiet koperti mis-subtitli ta’ qabel. Statwi, high-reliefs u bas-reliefs (ħlief xogħlijiet ta’ skultura u statwarji oriġinali) huma klassifikati f’dan is-subtitlu wkoll. |
||||||||||
6802 99 10 |
Illustrat, imżejjen jew maħdum mod ieħor, iżda mhux imnaqqax, ta’ piż nett ta’ 10 kg jew aktar Ara n-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 6802 93 10. |
||||||||||
6802 99 90 |
Oħrajn In-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 6802 93 90 japplikaw, mutatis mutandis. |
||||||||||
6803 00 |
Lavanja maħduma u oġġetti ta’ lavanja jew ta’ lavanja miġmuma |
||||||||||
6803 00 10 |
Folji ta’ lavanja għall-bjut jew għall-ħitan Il-prodotti ta’ dan is-subtitlu jistgħu jkunu rettangolari (inkluż il-kwadru), poligonali, tondi jew kwalunkwe forma oħra. Huma jkunu ta’ ħxuna uniformi li s-soltu ma taqbiżx 6 mm. |
||||||||||
6804 |
Ġebel tal-mitħna, ġebel tat-tħin, roti tat-tħin u bħalhom, mingħajr qofsa, għat-tħin, sann, illustrar, aġġustar jew qtugħ, ġebel ta’ sann jew illustrar bl-idejn, u partijiet tagħhom, ta’ ġebla naturali, ta’ barraxi naturali jew artifiċjali miġmumin, jew ta’ ċeramika, b’partijiet ta’ materjali oħrajn jew mingħajrhom Skart u bċejjeċ ta’ ġebel għall-ippolixjar bl-idejn, msenni, ġebel taż-żejt, ġebel tal-mitħna, ġebel tat-tħin, roti għat-tħin u simili magħmulin minn barraxi artifiċjali miġmumin u li m’humiex koperti minn dan it-titlu (subtitlu 2530 90 98). |
||||||||||
6804 10 00 |
Ġebel tal-mitħna u ġebel tat-tħin għat-tħin, tfarrik jew issir polpa Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal subtitlu 6804 10. |
||||||||||
6804 21 00 sa 6804 23 00 |
Ġebel tal-mitħna, ġebel tat-tħin, roti tat-tħin oħrajn u bħalhom Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 6804, l-ewwel paragrafu, (2) u (3). |
||||||||||
6804 21 00 |
Ta’ djamant miġmum sintetiku jew naturali Dan is-subtitlu jkopri oġġetti ta’ djamant sintetiku jew naturali miġmum b’xi mod. Il-proċess jista’ jinvolvi aġenti minerali li jgħaqqdu li jwebbsu (eż. siment) jew sustanzi li jgħaqqdu inqas iebsin (eż., gomma jew plastiks) jew firing taċ-ċeramika. |
||||||||||
6804 22 12 sa 6804 22 90 |
Ta’ barraxi oħrajn miġmumin jew ta’ ċeramika In-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 6804 21 00 japplikaw, mutatis mutandis. |
||||||||||
6804 22 12 sa 6804 22 50 |
Ta’ barraxi artifiċjali, b’materjal li jgħaqqad Eżempji ta’ barraxi artifiċjali huma korundum, karbur tas-silikon (karborundum) u karbur tal-boron. |
||||||||||
6804 30 00 |
Ġebel għas-sann u illustrar bl-idejn Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 6804, l-ewwel paragrafu, (4). |
||||||||||
6806 |
Gagazza minerali (slag-wool), gagazza tal-blat u gagazzi minerali simili; vermikulat sfuljat, tafal espandut, gagazza bil-fowm u materjali minerali simili espanduti; taħlit u oġġetti ta’ materjali minerali li jiżolaw is-sħana, li jiżolaw il-ħoss jew li jassorbu l-ħoss, ħlief dawk ta’ titlu 6811 jew 6812 jew ta’ Kapitlu 69 |
||||||||||
6806 10 00 |
Gagazza minerali (slag-wool), gagazza tal-blat u gagazzi minerali simili (inklużi taħlitiet tagħhom bejniethom), bil-gozz, folji jew rombli Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 6806, l-ewwel tliet paragrafi. “Gagazzi minerali simili” jinkludu dawk miksubin minn taħlit ta’ blat jew gagazza li għaddew mill-proċessi stipulati fin-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 6806, l-ewwel paragrafu. |
||||||||||
6806 20 10 |
Tafal espandut Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 6806, sitt paragrafu. |
||||||||||
6806 20 90 |
Oħrajn Dan is-subtitlu jinkludi:
|
||||||||||
6806 90 00 |
Oħrajn Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 6806, kitba wara l-asteriks. |
||||||||||
6807 |
Oġġetti ta’ l-asfalt jew ta’ materjal simili (per eżempju, qatran minerali jew żift tal-qatran tal-faħam) |
||||||||||
6807 10 10 |
Prodotti għal tisqif u lqugħ Il-prodotti għal tisqif u lqugħ inklużi f’dan is-subtitlu jikkonsistu f’għallinqas tliet saffi; saff tan-nofs ta’ karta jew kartun jew ta’ materjali oħrajn eż., suf tal-ħġieġ, tessut tal-ġuta, fojl ta’ l-aluminju, feltru, tessut mhux meħjut mgħaffeġ bejn żewġ saffi ta’ asfalt jew materjali simili. Dawn is-saffi li jiksu jistgħu wkoll ikollhom jew ikunu miksijin b’materjali oħrajn (eż., ramel). |
||||||||||
6809 |
Oġġetti ta’ ġibs jew ta’ kompożizzjonijiet ibbażati fuq il-ġibs |
||||||||||
6809 11 00 u 6809 19 00 |
Twavel, folji, pannelli, ċangaturi u oġġetti simili, mhux imżejnin Dawn is-subtitli jkopru prodotti ċatti ta’ kull tip użati prinċipalment għal taqsimiet (partitions) u soqfa. Oġġetti li huma sempliċiment imtaqqbin jew miksijin bi strat irqiq ta’ karta jew ta’ materjal ieħor fuq naħa waħda jew fuq iż-żewġ naħat ma jitqisux bħala imżejnin. Dawn jista’ jkollhom ukoll kisja sempliċi ta’ żebgħa jew verniċ.. Kwalunkwe tiżjin, li jikkonsisti, pereżempju f’motifi jew mgħafusin il-ġewwa jew imqabbżin jew ta’ tiżjin tal-wiċċ jew tiżjin tal-massa, jinvolvi l-klassifikazzjoni ta’ twavel, pannelli, eċċ. bħal dawn f’subtitlu 6809 90 00. Dawn is-subtitli jinkludu wkoll pannelli kwadri li jikkonsistu fi kwadru b’toqob żgħar tal-ġibs fuq il-wiċċ ta’ barra tal-pannell, b’żewġ ħofor rettangolari sal-fond tal-ġibs mimli bi strixxi ta’ suf minerali u miżmumin, fuq is-superfiċje interjuri, b’karta mgħottija f’fojl ta’ l-aluminju; dawn il-pannelli huma għall-kisi ta’ ħitan u soqfa biex jagħtihom iżolament minn sħana u ħsejjes. |
||||||||||
6810 |
Oġġetti ta’ siment, tal-konkos jew ta’ ġebel artifiċjali, rinfurzati jew le Konkos huwa magħmul minn taħlita ta’ siment, taħlit (ramel, grevil) u ilma, li jsir iebes immens meta joqgħod. Konkos rinfurzat fih ukoll vireg tal-metall (bars rinfurzati) jew mexx tal-ħadid. Meta jintuża taħlit eħfef (eż., tafal espans, ħaffiefa misħuqa, vermikulat, gagazza magħmula frak) jinkiseb “konkos ħafif”. |
||||||||||
6810 11 10 |
Ta’ konkos ħafif (b’bażi ta’ ħaffiefa misħuqa, gagazza mfarrka, eċċ.) Dan is-subtitlu jinkludi blokki u briks ta’ konkos poruż b’densita’ fil-forma mwebbsa li ma taqbiżx 1,7 kg/dm3. Konkos ħafif huwa iżolatur tajjeb tas-sħana iżda m’huwiex iebes daqs konkos ta’ densita’ ogħla. |
||||||||||
6810 91 10 u 6810 91 90 |
Komponenti strutturali prefabbrikati għal bini jew inġinerija ċivili Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal subtitlu 6810 91. |
||||||||||
6812 |
Fibri fabbrikati ta’ asbestos; taħlit b’bażi ta’ asbestos jew b’bażi ta’ asbestos u karbonat ta’ manjesju; oġġetti ta’ dawn it-taħlitiet jew ta’ asbestos (per eżempju, ħajt, drapp minsuġ, ħwejjeġ, ilbies għar-ras, ilbies għar-riġlejn, gaskits), rinfurzati jew le, ħlief oġġetti ta’ titlu 6811 jew 6813 |
||||||||||
6812 80 10 u 6812 80 90 |
Ta’ kroċidolit Ara n-Noti ta’ Spjega għal titlu 2524, tieni paragrafu. |
||||||||||
6812 80 10 |
Fibri fabbrikati; taħlit b’bażi ta’ asbestos jew b’bażi ta’ asbestos u karbonat ta’ manjesju Għad-definizzjoni tat-terminu 'fibri fabbrikati' ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 6812, l-ewwel paragrafu. Madankollu, skart ta’ oġġetti magħmula mill-krokidolite huwa klassifikat f’subtitlu 2524 10 00. It-taħlit ta’ dan is-subtitlu huwa deskritt fin-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 6812, tieni paragrafu. Skart fil-forma ta’ frak jew trab minn oġġetti b’bażi ta’ asbestos jew asbestos u karbonat tal-manjesju jaqgħu wkoll f’dan is-subtitlu. |
||||||||||
6812 80 90 |
Oħrajn Dan it-titlu jinkludi l-karta, kartun qawwi u feltru maħduma minn fibri tal-krokodilite, polpa tal-karta, u jista jkun ukoll xi xorta ta’ mili jekk ikollhom 35 % jew aktar ta’ krokodilite f’piż. Inkella, dawn ikunu klassifikati f’kapitlu 48. Ara wkoll in-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 6812. |
||||||||||
6812 92 00 |
Karta, kartun qawwi u feltru Karta, kartun qawwi u feltru magħmulin minn fibra ta’ l-asbestos, polpa tal-karta u possibilment materjal li jimla, jaqgħu f’dan is-subtitlu jekk huma jkun fihom 35 % jew aktar asbestos mill-piż. Inkella, huma klassifikati f’kapitlu 48. Ara wkoll in-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 6812. |
||||||||||
6812 99 10 |
Fibri ta’ asbestos fabbrikati; taħlit b’bażi ta’ asbestos jew b’bażi ta’ asbestos u karbonat ta’ manjesju Għad-definizzjoni tat-terminu “asbestos fabrikat” ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 6812, l-ewwel paragrafu. Madanakollu, skart minn oġġetti ta’ l-asbestos huma klassifikati f’subtitlu 2524 90 00. It-taħlit ta’ dan is-subtitlu huwa deskritt fin-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 6812, tieni paragrafu. Skart fil-forma ta’ frak jew trab minn oġġetti b’bażi ta’ asbestos jew asbestos u karbonat tal-manjesju jaqgħu wkoll f’dan is-subtitlu. |
||||||||||
6814 |
Mika maħduma jew oġġetti tagħha, inkluża mika miġmuma jew rikostitwita, kemm jekk fuq irfid ta’ karta kif jekk le, kartun jew materjali oħrajn |
||||||||||
6814 10 00 |
Pjanċi, folji u strixxi ta’ mika miġmuma jew rikostitwita, fuq irfid jew le Il-pjanċi, folji u strixxi ta’ dan is-subtitlu huma magħmulin f’rombli ta’ tul indeterminat jew ikunu sempliċiment maqtugħin fi kwadri jew rettangoli. Oġġetti maqtugħin fi kwalunkwe forma oħra huma klassifikati f’subtitlu 6814 90 00 |
||||||||||
6814 90 00 |
Oħrajn Dan is-subtitlu jinkludi folji jew frid ta’ mika maqtugħin f’forma għal użu speċifiku. Huma jvarjaw mill-folji u l-frid li jaqgħu f’titlu 2525 skond il-karatteristiċi varji imniżżlin fin-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 2525. Dan is-subtitlu jinkludi wkoll folji u frid ta’ mika, anki jekk mhux maqtugħin f’forma kif deskritta hawn fuq, iżda li għaddew minn proċess li jeskludihom minn titlu 2525, bħal polixjatura jew tgħaqqid ma’ support. |
KAPITLU 69
PRODOTTI TA’ ĊERAMIKA
I. OĠĠETTI TA’ PASTI TA’ FOSSILI SILIĊIKI JEW FUĦĦAR SILIĊIKU SIMILI, U OĠĠETTI REFRATTARJI |
|||||||||||||||||
6901 00 00 |
Briks, blokki, madum u oġġetti oħrajn taċ-ċeramika ta’ pasti ta’ fossili siliċiki (per eżempju, kieselguhr, tripolit jew dijatomit) jew ta’ fuħħar siliċiku simili Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal dan il-kapitlu, Ġenerali sa subkapitlu 1, paragrafu (A). Dan is-subtitlu jinkludi briks għal iżolament miksubin permezz ta’ ffurmar u firing moler earth. |
||||||||||||||||
6902 |
Briks, blokki, madum refrattarji u oġġetti simili refrattarji ta’ ċeramika għal kostruzzjoni, ħlief dawk ta’ pasti ta’ fossili siliċiki jew ta’ fuħħar siliċiku simili Iż-żewġ karatteristiċi prinċipali tal-prodotti refrattarji koperti minn dan it-titlu huma li għandhom ikollhom kon pirometru ekwivalenti għal għallinqas 1 500 °Ċ (determinat skond ir-Rakkomandazzjoni ISO R 528-1966 u R 1146-1969) u li huma attwalment disinjati għal użi li jeħtieġu għallinqas dak il-grad ta’ refrazzjoni. Ara wkoll in-Noti ta’ Spjega SA għal dan il-kapitlu, Ġenerali sa subkapitlu I, paragrafu (B). |
||||||||||||||||
6902 10 00 |
Li fihom, bil-piż, waħdiet jew flimkien, iktar minn 50 % ta’ l-elementi Mg, Ca jew Cr, murijin bħala MgO, CaO jew Cr2O3 Ara wkoll in-Noti ta’ Spjega SA għal subtitlu 6902 10. |
||||||||||||||||
6903 |
Oġġetti oħrajn refrattarji ta’ ċeramika (per eżempju, reċipjenti għat-tisħin, griġjoli, borom żgħar, żnienen, tappijiet, irfid, kuppetti, tubi, pajpijiet, għantijiet u vireg), ħlief dawk ta’ pasti ta’ fossili siliċiki jew ta’ fuħħar siliċiku simili L-ewwel paragrafu tan-Noti ta’ Spjega għal titlu 6902 japplikaw kompletament għal dan it-titlu. Għalhekk, dan it-titlu jeskludi gwidi mmarkati ta’ alumina kalkarja għal newl, għodda u mankijiet ta’ għodda bl-istess materjali refrattarji jew oħrajn, żibeġ ta’ alumino-silikat refrattarju bħala mezz ta’ support għal porzjon kimika bħala katalisti f’varji proċessi tal-manifattura, eċċ. |
||||||||||||||||
II. PRODOTTI OĦRAJN TA’ ĊERAMIKA |
|||||||||||||||||
|
Ġenerali Għad-definizzjonijiet tat-termini “porċellana” jew “kina”, fuħħar jew “xogħol tal-ġebel” kif użati fit-titli u s-subtitli ta’ dan is-subkapitlu, ara n-Noti ta’ Spjega SA għal dan il-kapitlu, Ġenerali sa subkapitlu II. |
||||||||||||||||
6904 |
Briks taċ-ċeramika għal bini, blokki, irfid jew madum għall-mili għall-art u bħalhom Il-kriterji għad-distinzjoni ta’ briks għal bini minn ċangaturi u madum għall-art jew għall-faċċati, huma stipulati fin-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 6907. |
||||||||||||||||
6905 |
Madum għat-tisqif, irjus taċ-ċmieni, għotien taċ-ċmieni (cowls), tiżjin arkitettoniku u oġġetti oħrajn taċ-ċeramika għall-kostruzzjoni |
||||||||||||||||
6905 10 00 |
Madum għat-tisqif Ara n-Noti ta’ Spjega għal titlu 6905, tieni paragrafu, (1). Madum għat-tisqif jista’ jintgħaraf minn madum għall-art jew għall-faċċati mill-fatt li dan ġeneralment ikollu lsien, brekits jew mezzi oħrajn li bihom dawn jistgħu jingħaqdu flimkien. |
||||||||||||||||
6905 90 00 |
Oħrajn Dan is-subtitlu jkopri l-oġġetti msemmijin fin-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 6905, tieni paragrafu, (2), (3) u (4). |
||||||||||||||||
6907 |
Ċangaturi u paviment, madum għal qigħan taċ-ċmieni jew għal ħitan ta’ ċeramika mhux igglejżjata; kubi tal-mużajk ta’ ċeramika mhux igglejżjata u bħalhom, fuq dahar ta’ rfid jew le |
||||||||||||||||
6907 90 10 |
Madum doppju tat-tip “Spaltplatten” Għall-manifattura ta’ madum “Spaltplatten”, pressa ta’ l-estrużjoni tintuża biex tifforma l-parti tal-plastik preparata f’madum doppju, li jinqatgħu f’tulijiet stipulati, jitnixxfu u jitqiegħdu fin-nar. Wara li jitqiegħdu fin-nar, il-madum doppju jinqasmu f’madum individwali. Il-partijiet imqabbżin fuq wara huma karatteristiċi ta’ madum tat-tip “Spaltplatten”. Għal raġunijiet ta’ produzzjoni, madum doppju tat-tip “Spaltplatten” ikollu tarf qisu taraġ fuq iż-żewġ naħat it-twal. Matul il-manifattura, dan it-tarf jipproteġi l-parti ta’ quddiem tal-maduma minn ħsara. Id-distanza bejn it-tarf ta’ ġewwa u t-tarf protettiv ta’ barra f’forma ta’ taraġ hija massimu ta’ 2 mm. Madum doppju tat-tip “Spaltplatten” huma prodotti f’kuluri, forom u qisien varji. Il-wiċċ tagħhom jista’ jkun ċatt, bi profil, immewweġ jew b’xi disinn mod ieħor. Madum doppju tat-tip “spaltplatten” tipikament ikollu d-dehra li ġejja:
|
||||||||||||||||
6907 90 91 |
Oġġetti magħmulin mill-ġebla Ara n-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 6912 00 30. |
||||||||||||||||
6907 90 93 |
Fuħħar jew fajjenza fina Ara n-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 6912 00 50. |
||||||||||||||||
6908 |
Ċangaturi u paviment, madum għal qigħan taċ-ċmieni jew għal ħitan ta’ ċeramika igglejżjata; kubi tal-mużajk ta’ ċeramika igglejżjata u bħalhom, fuq dahar ta’ rfid jew le |
||||||||||||||||
6908 10 10 |
Ta’ fuħħar komuni Ara n-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 6912 00 10. |
||||||||||||||||
6908 90 11 sa 6908 90 29 |
Ta’ fuħħar komuni Ara n-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 6912 00 10. |
||||||||||||||||
6908 90 11 |
Madum doppju tat-tip “Spaltplatten” Ara n-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 6907 90 10. |
||||||||||||||||
6908 90 31 |
Madum doppju tat-tip “Spaltplatten” Ara n-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 6907 90 10. |
||||||||||||||||
6908 90 91 |
Oġġetti magħmulin mill-ġebla Ara n-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 6912 00 30. |
||||||||||||||||
6908 90 93 |
Fuħħar jew fajjenza fina Ara n-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 6912 00 50. |
||||||||||||||||
6909 |
Oġġetti taċ-ċeramika għal użi ta’ laboratorju, użi kimiċi jew tekniċi oħrajn; ħwat, banjijiet u reċipjenti simili taċ-ċeramika ta’ tip użati fl-agrikultura; kontenituri (pots), ġarar u oġġetti simili taċ-ċeramika ta’ tip użati għal ġarr jew ippakkjar ta’ merkanzija |
||||||||||||||||
6909 11 00 sa 6909 19 00 |
Oġġetti taċ-ċeramika għal użi ta’ laboratorju, użi kimiċi jew tekniċi oħrajn Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 6909, tieni paragrafu, (1) u (2). |
||||||||||||||||
6909 12 00 |
Oġġetti b’ebusija ta’ 9 jew aktar fuq l-iskala Mohs Ara n-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 6909 12. |
||||||||||||||||
6909 90 00 |
Oħrajn Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 6909, tieni paragrafu, (3) u (4). |
||||||||||||||||
6912 00 |
Oġġetti tal-mejda, oġġetti tal-kċina, oġġetti oħrajn tad-dar u oġġetti tat-twaletta taċ-ċeramika, ħlief ta’ porċellana jew tal-kina Għall-klassifikazzjoni fil-varji subtitli ta’ dan it-titlu, ara wkoll in-Noti ta’ Spjega SA għal dan il-kapitlu u partikolarment in-Noti Ġenerali għal subkapitlu II “Prodotti oħrajn taċ-ċeramika”. Għall-klassifikazzjoni ta’ oġġetti tal-mejda, oġġetti tal-kċina u oġġetti oħrajn tad-dar ta’ natura dekorattiva u partikolarment dawk li fihom disinni dekorattivi bħal imqabbżin jew simili, ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 6913, (B).
|
||||||||||||||||
6912 00 10 |
Ta’ fuħħar komuni Dan is-subtitlu jkopri prodotti miksubin minn fuħħar ferruġinu u kalkarju (art briks) li, meta jinqasam, jippreżenta dehra ta’ l-art, matta u kkulurita (ġeneralment kannella, aħmar jew isfar). Il-frak huwa eteroġenju; id-dijametru ta’ l-element mhux omoġenju (frak, dħul, porijiet) rapreżentattiv ta’ l-istruttura tal-massa ġenerali għandu jkun akbar minn 0,15 mm. Dawn l-elementi għalhekk huma viżibbli għall-għajn waħedha. Bħala żieda l-porosita’ tagħhom (ko-effiċjent ta’ l-assorbiment ta’ l-ilma) huwa ta’ mhux inqas minn 5 % mill-piż. Porosità għandha titkejjel permezz ta’ metodu li ġej: Determinazzjoni tal-ko-effiċjent ta’ l-assorbiment ta’ l-ilma
L-iskop tat-test huwa li jkun determinat il-ko-effiċjent ta’ l-assorbiment ta’ l-ilma tal-materjal taċ-ċeramika. Dan il-ko-effiċjent jirrapreżenta perċentwal kalkulat f’relazzjoni mal-piż tal-bidu tal-materjal taċ-ċeramika.
Għandu jkun hemm għallinqas tliet biċċiet għall-ittestjar għal kull oġġett li għandu jkun ittestjat. Huma ghandhom jittieħdu minn partijiet miksijin bl-enemel ta’ l-istess oġġett u m’għandhomx ikollhom aktar minn superfiċje waħda miksija bl-enemel. L-erja tas-superfiċje tal-biċċa għall-ittestjar għandha tkun madwar 30 ċm2 u l-wisa’ massima tagħha ta’ madwar 8 mm, inkluż l-enemel. Nixxef il-biċċiet għall-ittestjar f’kalkara ta’ 105 °Ċ għal 3 sigħat u, wara li tkessaħhom f’magna li tnixxef, ikkalkula l-piż tagħhom (Wd) sa l-eqreb 0,05 g. Imbagħad għarraq il-biċċiet għall-ittestjar immedjatament f’ilma distillat b’tali mod li huma ma jmissux mal-qiegħ tal-kontenitur. Għalli fl-ilma għal sagħtejn, u imbagħad ħalli l-biċċiet għall-ittestjar fl-ilma għal 20 siegħa. Neħħihom u imsaħ l-ilma tas-superfiċje b’biċċa nadifa u daqsxejn umda. Nixxef kwalunkwe kavitajiet u toqob bi xkupilja irqiqa daqsxejn umda. Iċċekkja l-piż “imxarrab” Ww. Il-koeffiċjenti ta’ l-assorbiment ta’ ilma tal-biċċiet għall-ittestjar jinkisbu billi timmultiplika iż-żieda fil-piż b’100 u tiddividih bil-piż niexef:
Il-medja tal-koeffiċjenti ta’ l-assorbiment ta’ ilma tal-biċċiet għall-ittestjar differenti, espressa bħala perċentwal, hija l-koeffiċjent ta’ l-assorbiment ta’ ilma tal-materjal taċ-ċeramika. |
||||||||||||||||
6912 00 30 |
Oġġetti magħmulin mill-ġebla Dan is-subtitlu jinkludi prodotti miksubin minn tafal is-soltu kkulurit f’ammonti kbar; huma karatterizzati minn framment kumpatt opak li huma kkalkarizzati f’temperatura għolja biżżejjed biex isseħħ vitrifikazzjoni. Trasluċenza għandha tkun determinata fuq framment li jkollu ħxuna ta’ għallinqas 3 mm permezz tat-test li ġej: Test ta’ trasluċenza
Il-kontorn ta’ oġġett għandu jkun jidher minn ġo biċċa għall-ittestjar ħoxna bejn 2 u 4 mm mqiegħda f’kamra mudlama 50 ċm il-bogħod minn lampa ġdida magħluqa f’kaxxa li tagħti raġġ ta’ dawl ta’ madwar 1 350 u 1 500 lumens. Il-lampa għandha tinbidel wara 50 siegħa ta’ użu.
L-apparat jikkonsisti f’kaxxa miżbugħa minn ġewwa b’irfinatura bajda matta. F’wieħed mit-truf titqiegħed lampa (A). Issir toqba fuq in-naħa l-oħra sabiex il-kontorn ta’ l-oġġett (B) jkun jista’ jidher minn ġol-biċċa għall-ittestjar (Ċ). |
||||||||||||||||
|
Id-dimensjonijiet tal-kaxxa huma kif ġejjin:
Id-dijametru tat-toqba huwa ta’ madwar 10 ċm.
Minbarra dan, il-porożita’ tagħhom (koeffiċjent ta’ l-assorbimnet ta’ ilma) huwa 3 % jew inqas mill-piż. Porożità għandha titkejjel permezz tal-metodu stipulat fin-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 6912 00 10. |
||||||||||||||||
6912 00 50 |
Fuħħar jew fajjenza fina Dan is-subtitlu jkopri prodotti magħmulin permezz ta’ firing ta’ taħlita ta’ tafal magħżul (“fuħħar fin”), ġieli mħallat ma’ felspar u b’ammonti li jvarjaw ta’ ġibs (fuħħar iebes, fuħħar imħallat, fuħħar artab). Prodotti tal-fuħħar huma karatterizzati minn framment abjad jew ta’ kulur ċar (daqsxejn fil-griż, krema jew avorju) u prodotti ta’ fuħħar fin bi framment ikkulurit li jvarja minn isfar għal kannella għal kannella-ħamrani. Il-framment tagħhom, li għandu vina fina, huwa omoġenju; id-dijametru ta’ l-elementi mhux omoġenji (partiċelli, inklużjonijiet, pori) li jirrapreżentaw l-istruttura tal-massa ġenerali għandu jkun inqas minn 0,15 mm; dawn l-elementi għalhekk m’humiex viżibbli għall-għajn. Minbarra dan, il-porożità tagħhom (koeffiċjenti ta’ l-assorbiment ta’ ilma) hija ta’ 5 % jew aktar mill-piż. Porożità għandha titkejjel permezz tal-metodu stipulat fin-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 6912 00 10. |
||||||||||||||||
6912 00 90 |
Oħrajn Dan is-subtitlu jkopri prodotti li la jikkorrispondu mal-kriterji stipulati għall-prodotti li jaqgħu fis-subtitli l-oħrajn ta’ dan it-titlu u lanqas ma’ dawk li japplikaw għal porċellana (titlu 6911). |
||||||||||||||||
6913 |
Statwetti u oġġetti ornamentali oħrajn taċ-ċeramika Dan it-titlu jinkludi platti ornamentali. Platt jitqies bħala ornamentali meta, fl-istess ħin:
|
||||||||||||||||
6913 90 10 |
Ta’ fuħħar komuni Ara n-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 6912 00 10. |
||||||||||||||||
6913 90 91 |
Oġġetti magħmulin mill-ġebla Ara n-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 6912 00 30. |
||||||||||||||||
6913 90 93 |
Fuħħar jew fajjenza fina Ara n-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 6912 00 50. |
||||||||||||||||
6913 90 99 |
Oħrajn Ara n-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 6912 00 90. |
KAPITLU 70
ĦĠIEĠ U OĠĠETTI TAL-ĦĠIEĠ
Ġenerali
It-terminu “ħġieġ ottiku” jkopri tipi varji ta’ ħġieġ speċjali użati fil-manifattura ta’ strumenti ottiċi, speċjalment għal użu, eż., f’fotografija, astronomija, mikroskopija, navigazzjoni, sistemi ta’ armi (vista teleskopika eċċ.), apparat tal-laboratorju u biex isiru ċertu tipi ta’ lentijiet oftalmiċi biex jissewwew diffetti tal-vista. Hemm varjetà kbira ta’ ħġieġ ottiku iżda l-karatteristika komuni tas-soltu tagħhom hija t-trasparenza u ċarezza estrema, għalkemm dawn ġieli jkunu sfumati biex jassorbu ċertu frekwenzi ta’ dawl għal grad żgħir. Huma perfettament omoġenji, jiġifieri, s-soltu mingħajr bżieżaq jew partijiet mhux uniformi, u għandhom indiċi ta’ refrazzjoni u proprjetajiet ta’ tixrid mhux tas-soltu f’tipi oħra ta’ ħġieġ.
Folji ta’ ħġieġ issettjati fi frejmijiet ta’ l-injam, metall, eċċ., jitqiesu li tilfu l-karattru essenzjali ta’ ħġieġ u jaqgħu f’diversi titli, eż.:
1. |
għall-iffrejmjar ta’ stampi (titli 4414 00, 8306, eċċ.); |
2. |
għall-makkinarju jew vetturi (taqsima XVI jew XVII); |
3. |
għal bibien, twieqi ta’ bini, eċċ. (titli 4418, 7610, eċċ.) |
7001 00 |
Tkissir u skart u fdal ieħor tal-ħġieġ; ħġieġ bil-gozz |
||||||||
7001 00 10 |
Tkissir u skart u fdal ieħor tal-ħġieġ Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 7001, l-ewwel paragrafu, (A). It-terminu “tkissir” jirreferi għal ħġieġ imkisser għal użu mill-ġdid biex isir il-ħġieġ. |
||||||||
7001 00 91 u 7001 00 99 |
Ħġieġ bil-gozz Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 7001, l-ewwel paragrafu, (B), u t-tieni u t-tielet paragrafi. |
||||||||
7002 |
Ħġieġ f’boċċi (ħlief mikrosferi ta’ titlu 7018), vireg jew tubi, mhux maħdumin Dan it-titlu jkopri biss semi-manifatturati fl-istat mhux maħdum, jiġifieri, mhux maħdumin wara l-iffurmar, ġbid jew nfiħ ħlief għal qtugħ fil-każ ta’ vireg u tubi jew tgħaqqid/iffurmar ta’ estremitajiet biex dawn isiru lixxi jew bejn wieħed u ieħor livell u biex l-oġġetti jkunu inqas perikolużi għal maniġġjar, kemm jekk il-prodotti ffurmati b’dan il-mod jistgħu jintużaw mingħajr aktar ħdim. |
||||||||
7002 10 00 |
Boċċi Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 7002, l-ewwel paragrafu, (1), u l-paragrafi ta’ qabel ta’ l-aħħar. |
||||||||
7002 32 00 |
Ta’ ħġieġ ieħor b’koeffiċjent lineari ta’ espansjoni mhux iktar minn 5 × 10–6 kull Kelvin f’medda ta’ temperatura minn 0 °Ċ sa 300 °Ċ Il-karatteristiċi bażiċi ta’ dan il-ħġieġ huma n-nuqqas ta’ ċomb, ammont estremament żgħir ta’ potassju u ossidi ta’ l-art alkalini u ammont konsiderevoli ta’ ossidu boriku. Ħġieġ bħal dan ikollu konduttività termali għolja u elastiċita’ notevoli, li jagħmluh resistenti għal kambjament f’daqqa fit-temperatura; bħala riżultat dan huwa partikolarment tajjeb għall-manifattura ta’ affarijiet tal-kċina, għal pużati tal-mejda, oġġetti tal-ħġieġ tal-laboratorju, ħġieġ għall-iffittjar ta’ dawl, eċċ. |
||||||||
7003 |
Ħġieġ magħmul bil-forma u ħġieġ mibrum, f’folji jew fi profili, b’saff assorbenti, riflettenti jew mhux-riflettenti jew mingħajru, iżda mhux maħdum mod ieħor Dan it-titlu ma jinkludix ħġieġ float (titlu 7005). Għad-definizzjoni tat-terminu “maħdum” ara Nota 2 (a) għal dan il-kapitlu. |
||||||||
7003 12 10 sa 7003 19 90 |
Folji mingħajr wajer Għad-definizzjoni tat-terminu “bil-wajer”, ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 7003, il-paragrafu ta’ qabel ta’ l-aħħar qabel l-esklużjonijiet. |
||||||||
7003 12 10 sa 7003 12 99 |
Miżbugħ fil-massa kollha (body tinted), opaċifikat, mifrux (flashed) jew b’saff assorbenti, riflettenti jew mhux-riflettenti Għad-definizzjoni tat-terminu “saff assorbenti jew riflettenti”, ara Nota 2 (ċ) għal dan il-kapitlu. Għad-definizzjoni tat-terminu “opaċifikat” ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 7003, tieni paragrafu, (B). Ħġieġ mifrux (flashed) huwa ħġieġ trasluċenti normalment magħmul minn strat opalin abjad u strat sfumat; iż-żewġ strati jkunu pressati kontra xulxin meta jkunu għadhom rotob biex jingħaqdu. |
||||||||
7003 20 00 |
Folji bil-wajer Ara n-Noti ta’ Spjega għal subtitli 7003 12 10 sa 7003 19 90. |
||||||||
7003 30 00 |
Profili Profili tal-ħġieġ huma magħmulin permezz ta’ proċess kontinwu fejn il-ħġieġ ikun iffurmat immedjatament mat-tluq mill-forn u matul il-bqija tal-proċess kontinwu. Il-ħġieġ sussegwentement jinqata’ għall-qisien mixtieqa iżda ma jinħadimx aktar wara l-manifattura. |
||||||||
7004 |
Ħġieġ miġbud u ħġieġ minfuħ, f’folji, b’saff assorbenti, riflettenti jew mhux-riflettenti jew mingħajru, iżda mhux maħdum mod ieħor Għad-definizzjoni tat-terminu “maħdum”, ara Nota 2 (a) għal dan il-kapitlu. |
||||||||
7004 20 10 sa 7004 20 99 |
Ħġieġ miżbugħ fil-massa kollha (body tinted), opaċifikat, mifrux (flashed) jew b’saff assorbenti, riflettenti jew mhux-riflettenti Ara n-Noti ta’ Spjega għal subtitli 7003 12 10 sa 7003 12 99. |
||||||||
7005 |
Ħġieġ “float”, u ħġieġ bil-wiċċ immattjat jew illustrat, f’folji, b’saff assorbenti, riflettenti jew mhux-riflettenti jew mingħajru, iżda mhux maħdum mod ieħor Għad-definizzjoni tat-terminu “maħdum”, ara Nota 2 (a) għal dan il-kapitlu. |
||||||||
7005 10 05 sa 7005 10 80 |
Ħġieġ mhux bil-wajer, b’saff assorbenti, riflettenti jew mhux-riflettenti Ara n-Noti ta’ Spjega għal subtitli 7003 12 10 sa 7003 19 90 u għal subtitli 7003 12 10 sa 7003 12 99, l-ewwel paragrafu, l-ewwel sentenza. |
||||||||
7005 21 25 sa 7005 21 80 |
Ħġieġ miżbugħ fil-massa kollha (body tinted), opaċifikat, mifrux (flashed) jew bil-wiċċ ftit immattjat Għad-definizzjoni tat-terminu “opaċifikat”, ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 7003, tieni paragrafu, (B). |
||||||||
7010 |
Damiġġani, fliexken, karaffi, vażetti, borom, fjali, impulluzzi u kontenituri oħrajn, ta’ ħġieġ, ta’ tip użati għall-ġarr jew ippakkjar ta’ merkanzija; vażetti tal-ħġieġ għal ippreservar; tappijiet, għotien u għeluq ieħor, ta’ ħġieġ |
||||||||
7010 90 21 |
Magħmulin minn tubi tal-ħġieġ Dawn il-kontenituri huma ta’ taqsima (cross-section) ċirkulari u għandhom ħajt bi ħxuna regolari, uniformi ġeneralment taħt 2 mm. Dawn m’għandhom l-ebda marki ta’ għafis, bħal numri, lowgos, linji jew raffjaturi. L-eżaminazzjoni bil-għajn ma turi kważi l-ebda distorzjoni ottika fil-ħġieġ. Il-kapaċita’ volumetrika ta’ dawn il-kontenituri ġeneralment tvarja minn 1 sa 100 millilitru. Huma jintużaw primarjament għall-ippakkjar ta’ prodotti farmaċewtiċi jew dijanjostiċi. |
||||||||
7013 |
Oġġetti tal-ħġieġ tat-tip użati għal mejda, kċina, twaletta, uffiċċju, tiżjin ta’ ġewwa jew għanijiet simili (ħlief dawk ta’ titlu 7010 jew 7018) |
||||||||
7013 10 00 |
Ta’ ċeramika tal-ħġieg Għad-definizzjoni ta’ “ċeramiki-ħġieġ”, ara n-Noti ta’ Spjega Ġenerali SA għal dan il-kapitlu, l-aħħar paragrafu, (2). |
||||||||
7013 22 10 u 7013 22 90 |
Ta’ kristall taċ-ċomb Għad-definizzjoni tat-terminu “kristall taċ-ċomb”, ara n-Nota tas-Subtitlu 1 għal dan il-kapitlu. |
||||||||
7013 33 11 sa 7013 33 99 |
Ta’ kristall taċ-ċomb Għad-definizzjoni tat-terminu “kristall taċ-ċomb”, ara n-Nota tas-Subtitlu 1 għal dan il-kapitlu. |
||||||||
7013 41 10 u 7013 41 90 |
Ta’ kristall taċ-ċomb Għad-definizzjoni tat-terminu “kristall taċ-ċomb”, ara n-Nota tas-Subtitlu 1 għal dan il-kapitlu. |
||||||||
7013 42 00 |
Ta’ ħġieġ b’koeffiċjent lineari ta’ espansjoni mhux iktar minn 5 × 10–6 kull Kelvin f’medda ta’ temperatura minn 0 °Ċ sa 300 °Ċ Ara N-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 7002 32 00. |
||||||||
7013 91 10 u 7013 91 90 |
Ta’ kristall taċ-ċomb Għad-definizzjoni tat-terminu “kristall taċ-ċomb”, ara n-Nota tas-Subtitlu 1 għal dan il-kapitlu. |
||||||||
7015 |
Ħġieġ ta’ arloġġi jew ta’ arloġġi ta’ l-idejn u ħġieġ bħalhom, ħġieġ għan-nuċċalijiet mhux-korrettivi jew korrettivi, ikkurvati, mgħawġin, imħaffrin jew bħalhom, mhux maħdumin ottikament; sferi ta’ ħġieġ imħaffrin u segmenti tagħhom, għall-manifattura ta’ dal-ħġieġ |
||||||||
7015 10 00 |
Ħġieġ għal nuċċalijiet korrettivi Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 7015, (Ċ). |
||||||||
7015 90 00 |
Oħrajn Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 7015, (A) u (B). |
||||||||
7016 |
Blokki, ċangaturi, briks, kwadri, madum u oġġetti oħrajn għal pavimentar ta’ ħġieġ ippressat jew bil-forma, bil-wajer jew le, ta’ tip użati għal għanijiet ta’ bini jew kostruzzjoni; kubi tal-ħġieġ u oġġetti żgħar oħrajn ta’ ħġieġ, mirfudin b’dahar jew le, għal mużajki jew għanijiet dekorattivi simili; dwal biċ-ċomb jew bħalhom; ħġieġ multiċellulari jew fowm fi blokki, pannelli, pjanċi, qxur jew għamliet simili Kwadri tal-ħġieġ imremblin (pereżempju, ħġieġ opal jew ħġieġ li jixbaħ l-irħam) ma jaqgħux f’dan it-titlu iżda huma klassifikati f’titlu 7003 jew 7005 kif xieraq. |
||||||||
7017 |
Oġġetti ta’ ħġieġ għal laboratorju, iġjeniċi jew farmaċewtiċi, immarkati b’qisien jew kalibrati |
||||||||
7017 10 00 |
Ta’ kwarzu mgħaqqad bis-sħana jew ta’ silika oħra mgħaqqda bis-sħana Il-prodotti koperti minn dan is-subtitlu għandhom kontenut ta’ silika ta’ mhux inqas minn 99 % mill-piż. Kristall mill-ġebla tar-ramel kwarzu pur ħafna jew komposti ta’ silikon volatili jintużaw bħala materjal mhux proċessat għal prodotti ta’ dan it-tip. Oġġetti tal-ħġieġ magħmulin minn ramel kwarzu huma opâki jew l-aktar forsi trasluċenti. Madanakollu, oġġetti tal-ħġieġ magħmulin minn kristall ġebla jew silikon volatilu huma perfettament ċari u trasparenti. |
||||||||
7017 20 00 |
Ta’ ħġieġ ieħor b’koeffiċjent lineari ta’ espansjoni mhux iktar minn 5 × 10–6 kull Kelvin f’medda ta’ temperatura minn 0 °Ċ sa 300 °Ċ Ara n-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 7002 32 00. |
||||||||
7018 |
Żibeġ tal-ħġieġ, perli artifiċjali, ħaġar prezzjuż jew semi-prezzjuż artifiċjali u oġġetti żgħar tal-ħġieġ simili, u oġġetti tagħhom ħlief ġojjelli artifiċjali; għajnejn tal-ħġieġ ħlief oġġetti prostetiċi; statwetti u ornamenti oħrajn ta’ ħġieġ maħdum bil-lampa, ħlief ġojjelli artifiċjali; mikrosferi ta’ ħġieġ b’dijametru mhux ikbar minn 1 mm |
||||||||
7018 10 11 u 7018 10 19 |
Żibeġ tal-ħġieġ Dawn is-subtitli jinkludu:
Tubi żgħar jitqiesu bħala żibeġ tal-ħġieġ għall-għanijiet ta’ dawn is-subtitli jekk id-dijametru estern u t-tul ma jaqbiżx 4 mm u 24 mm rispettivament. Huma m’għandhomx ikunu mħawwdin mat-tubi speċjali standardizzati ta’ ħġieġ taċ-ċomb għat-tip użat għall-manifattura ta’ lampi li jarmu n-nar u lampi tat-tungstenu; tubi ta’ dan it-tip is-soltu jkunu mingħajr kulur u jaqgħu f’titlu 7002. L-oġġetti li jaqgħu f’dawn is-subtitli jkunu normalment magħmulin f’massa, f’boroż, f’kaxex, eċċ. Dawn is-subtitli jinkludu wkoll żibeġ tal-ħġieġ ta’ daqs u kulur identiku mdendlin flimkien mingħajr għoqod li jifirdu u mingħajr mezzi ta’ ssikkar, għal konvenjenza ta’ trasport u għal għanijiet ta’ ppakkjar. Spag bħal dan is-soltu jkun marbut f’munzelli mit-truf ħielsa jew mill-ħajt tagħhom u għalhekk, ma jagħmlux muntaturi lesti għal użu. Dawn li ġejjin huma esklużi minn dawn is-subtitli:
|
||||||||
7018 10 11 |
Maqtugħin u illustrati b’mezzi mekkaniċi Żibeġ maqtugħin u illustrati b’mezzi mekkaniċi li jaqgħu f’dan is-subtitlu jintgħarfu minn żibeġ illustrati bis-sħana ta’ subtitlu 7018 10 19 mill-uċuħ perfettament lixxi u t-truf jaqtgħu tagħhom. Barra dan, it-truf tat-toqob ikunu spiss b’ħafna uċuħ (ġieli wkoll illustrati) u għandhom truf maqtugħin li jaqtgħu li jikkorrispondu ma’ l-uċuħ ta’ maġenbhom, filwaqt li t-truf tat-toqob fiż-żibeġ “illustrati bis-sħana” spiss ikunu ttundjati u ma jiltaqgħux ma’ l-uċuħ b’tarf jaqta’. Huma prinċipalment l-oġġetti msemmijin fl-ewwel paragrafu, oġġett 2 għan-Noti ta’ Spjega għal subtitli 7018 10 11 u 7018 10 19 li s-soltu jkunu l-aktar maqtugħin u llustrati b’mezzi mekkaniċi. |
||||||||
7018 10 30 |
Perli artifiċjali Dan is-subtitlu jkopri l-oġġetti deskritti fin-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 7018, tieni paragrafu, (B). Rigward spag ta’ perli artifiċjali, n-Noti ta’ Spjega għal subtitli 7018 10 11 u 7018 10 19 japplikaw, mutatis mutandis. |
||||||||
7018 10 51 u 7018 10 59 |
Ħaġar prezzjuż jew semi-prezzjuż artifiċjali Dawn is-subtitli jkopru l-oġġetti deskritti fin-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 7018, tieni paragrafu, (Ċ). |
||||||||
7018 10 51 |
Maqtugħin u illustrati b’mezzi mekkaniċi Il-ħaġar prezzjuż jew semi-prezzjuż artifiċjali maqtugħin u illustrati b’mezzi mekkaniċi ta’ dan is-subtitlu jintgħarfu minn oġġetti simili “illustrati bis-sħana” ta’ subtitlu 7018 10 59 mill-faċċati perfettament lixxi u t-truf jaqtgħu tagħhom. |
||||||||
7018 10 90 |
Oħrajn Dan is-subtitlu jinkludi korall, żibeġ u cabochons artifiċjali (ħlief perli artifiċjali jew ħaġar prezzjuż jew semi-prezzjuż) għall-irjus ta’ labar għall-kpiepel, qtar għal klipep tal-widnejn u tubi żgħar tal-ħġieġ biex isiru frilli. Rigward id-distinzjoni bejn it-tubi żgħar tal-ħġieġ li jaqgħu f’dan is-subtitlu u dawk meqjusin bħala żibeġ tal-ħġieġ għall-għanijiet ta’ subtitli 7018 10 11 u 7018 10 19, ara t-tieni paragrafu tan-Noti ta’ Spjega għal dawk is-subtitli. |
||||||||
7018 20 00 |
Mikrosferi ta’ ħġieġ b’dijametru mhux ikbar minn 1 mm Dan is-subtitlu jkopri l-oġġetti deskritti fin-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 7018, tieni paragrafu, (H). |
||||||||
7018 90 10 |
Għajnejn tal-ħġieġ; oġġetti żgħar tal-ħġieġ Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 7018, tieni paragrafu, (E) u (F). |
||||||||
7018 90 90 |
Oħrajn Dan is-subtitlu jkopri l-oġġetti deskritti fin-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 7018, tieni paragrafu, (G). |
||||||||
7019 |
Fibri ta’ ħġieġ (inkluż suf minerali) u oġġetti tiegħu (per eżempju, ħjut, fibri minsuġin) Il-fibri tal-ħġieġ li jaqgħu f’dan it-titlu huma magħmulin minn ħġieġ tat-tessut, jiġifieri, prodotti tal-ħġieġ fejn il-filamenti jkunu prinċipalment bi dritt xulxin. Hemm żewġ tipi ta’ tessuti tal-ħġieġ:
|
||||||||
7019 11 00 |
Trofof imqattgħin, mhux itwal minn 50 mm Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal subtitlu 7019 11. |
||||||||
7019 12 00 |
Ftietel Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal subtitlu 7019 12. |
||||||||
7019 19 90 |
Ta’ fibri ta’ kwalità Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal subtitlu 7019 19. Dan is-subtitlu jinkludi ħjut magħmulin minn fibri ta’ kwalità. |
||||||||
7019 31 00 |
Twapet Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal subtitlu 7019 31. |
||||||||
7019 32 00 |
Folji rqaq (voiles) Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal subtitlu 7019 32. |
||||||||
7019 90 10 |
Fibri mhux tessili bil-gozz jew trofof Fibri bil-gozz huma massa ta’ filamenti individwali ta’ tulijiet differenti mħawwdin flimkien (wadding tal-ħġieġ u suf tal-ħġieġ) użati għal iżolament mis-sħana jew għal iżolament minn ħsejjes u s-soltu preżentati f’ balel jew xkejjer tal-karti. |
||||||||
7020 |
Oġġetti oħrajn ta’ ħġieġ |
||||||||
7020 00 07 u 7020 00 08 |
Ġewwieni tal-ħġieġ għal fliexken bil-vakwu jew għal reċipjenti oħrajn bil-vakwu Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 7020, tieni paragrafu, (4). |
||||||||
7020 00 08 |
Lesti It-terminu “lesti” japplika biss għal ġewwieni ta’ ħġieġ lest għal kisi (cladding) jew biex ikun miksi mod ieħor. |
TAQSIMA XIV
PERLI NATURALI JEW KULTIVATI, ĦAĠAR PREZZJUŻ JEW SEMI-PREZZJUŻ, METALLI PREZZJUŻI, METALLI MIKSIJIN B’METALL PREZZJUŻ, U OĠĠETTI TAGĦHOM, ĠOJJELLI ARTIFIĊJALI; MUNITA
KAPITLU 71
PERLI NATURALI JEW KULTIVATI, ĦAĠAR PREZZJUŻ JEW SEMI-PREZZJUŻ, METALLI PREZZJUŻI, METALLI MIKSIJIN B’METALL PREZZJUŻ, U OĠĠETTI TAGĦHOM, ĠOJJELLI ARTIFIĊJALI; MUNITA
I. PERLI NATURALI JEW KULTIVATI U ĦAĠAR PREZZJUŻ JEW SEMI-PREZZJUŻ |
|||||||||
7101 |
Perli, naturali jew kultivati, maħdumin jew le jew iggradati iżda mhux midmumin, immuntati jew ingastati; perli, naturali jew kultivati, midmumin temporanjament għal konvenjenza fil-ġarr |
||||||||
7101 10 00 |
Perli naturali Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 7101, l-ewwel erba’ paragrafi. |
||||||||
7101 21 00 u 7101 22 00 |
Perli kultivati Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 7101, ħames paragrafu. |
||||||||
7101 21 00 |
Mhux maħdumin Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 7101, sitt paragrafu. |
||||||||
7101 22 00 |
Maħdumin Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 7101, sitt paragrafu. |
||||||||
7102 |
Djamanti, maħdumin jew le, iżda mhux immuntati jew ingastati |
||||||||
7102 10 00 |
Mhux magħżulin Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal subtitlu 7102 10. |
||||||||
7102 21 00 u 7102 29 00 |
Industrijali Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal subtitli 7102 21 u 7102 29. |
||||||||
7102 21 00 |
Mhux maħdumin jew sempliċiment issegati, xpakkati jew maqtugħin Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal subtitli 7102 21 u 7102 29, tielet paragrafu. Qtiegħ (bruting) huwa l-proċess ta’ tħin tal-blank kontra djamant ieħor biex dan jiċċekken għad-daqs meħtieġ. |
||||||||
7102 31 00 u 7102 39 00 |
Mhux industrijali Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal subtitli 7102 31 u 7102 39. |
||||||||
7102 31 00 |
Mhux maħdumin jew sempliċiment issegati, xpakkati jew maqtugħin Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal subtitlu 7102 31 u 7102 39, tieni paragrafu. Qtiegħ (bruting) huwa l-proċess tat-tħin tal-blank kontra djamant ieħor biex dan jiċċekken għad-daqs meħtieġ. |
||||||||
7103 |
Ħaġar prezzjuż (ħlief djamanti) u ħaġar semi-prezzjuż, maħdum jew iggradat jew le iżda mhux midmum, immuntat jew ingastat; ħaġar prezzjuż (ħlief djamanti) u ħaġar semi-prezzjuż mhux iggradat, midmum temporanjament għal konvenjenza fil-ġarr |
||||||||
7103 10 00 |
Mhux maħdumin jew sempliċement issegati jew iffurmati ħorox Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal subtitlu 7103 10. Dan is-subtitlu ma jinkludix ġawhar preparati bħala doppjetti jew tripletti (subtitlu 7103 91 00 jew 7103 99 00). |
||||||||
7103 91 00 u 7103 99 00 |
Maħdumin mod ieħor Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal subtitli 7103 91 u 7103 99. Ġawhar ippreparati bħala doppjetti jew tripletti għandhom jitqiesu li jfissru ġawhar miksubin permezz tat-tqegħid ta’ ġawhra waħda (parti ta’ fuq tad-doppjetta jew tripletta) u jew waħda jew żewġ ġawhar oħra (ġeneralment ta’ kwalità inferjuri) fuq sustanza oħra (ġawhar rikostitwiti jew ħġieġ, pereżempju). Rigward il-ġawhar li ma jitqisux bħala maħdumin mod ieħor għall-għanijiet ta’ dawn is-subtitli, kif ukoll ġawhar li, anki jekk mhux issettjati jew immuntati, jaqgħu f’kapitlu 90 jew 91, ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 7103, tielet u ħames paragrafi. Ġawhar mhux raffinati (magħrufin komunement bħala “blanks”) jaqgħu f’subtitlu 7103 10 00. |
||||||||
7103 91 00 |
Rubini, żaffiri u żmeraldi Rubini huma tip ta’ korundum li l-kulur aħmar tiegħu huwa minħabba traċċi ta’ melħ tal-kromju. Iż-żaffir huwa wkoll tip ta’ kurundun li l-kulur blu skur tiegħu huwa minħabba l-preżenza ta’ traċċi ta’ melħ tal-kobalt. L-iżmerald huwa tip ta’ beril. Huwa ġeneralment jinsab fil-forma ta’ priżma u l-kulur aħdar tiegħu ġej minn traċċi ta’ ossidu tal-kromju. Daqsxejn aktar iebes mill-kromju iżda inqas minn kurundun u djamant, l-iżmerald għandu valur għoli minħabba l-kulur u t-trasparenza tiegħu. Huwa frekwentement jinqata’ f’rettangoli jew kwadri. |
||||||||
7104 |
Ħaġar prezzjuż jew semi-prezzjuż artifiċjali jew rikostrutt, maħdum jew iggradat jew le iżda mhux midmum, immuntat jew ingastat; ħaġar prezzjuż jew semi-prezzjuż artifiċjali jew rikostrutt mhux iggradat, midmum temporanjament għal konvenjenza fil-ġarr |
||||||||
7104 10 00 |
Kwarzu pjeżoelettriku Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal subtitlu 7104 10. Dan is-subtitlu ma jinkludix:
|
||||||||
7104 20 00 |
Oħrajn, mhux maħdumin jew sempliċiment issegati jew iffurmati ħorox In-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 7103 10 00 japplikaw, mutatis mutandis. |
||||||||
7104 90 00 |
Oħrajn In-Noti ta’ Spjega SA għal subtitli 7103 91 u 7103 99 japplikaw, mutatis mutandis. |
||||||||
7105 |
Għabra u trab ta’ ħaġar prezzjuż jew semi-prezzjuż naturali jew artifiċjali |
||||||||
7105 10 00 |
Ta’ djamanti Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 7105, tieni, tielet u raba’ paragrafi. |
||||||||
7105 90 00 |
Oħrajn Dan is-subtitlu jinkludi għabra u trab miksubin minn ħaġar prezzjuż tat-tip granata. |
||||||||
II. METALLI PREZZJUŻI U METALLI MIKSIJIN B’METALL PREZZJUŻ |
|||||||||
7106 |
Fidda (inkluża fidda miksija bid-deheb jew platinu), mhux maħduma jew f’għamliet semi-manifatturati, jew f’għamla ta’ trab |
||||||||
7106 10 00 |
Trab Għad-definizzjoni tat-terminu “trab”, ara Nota 1 tas-Subtitlu għal dan il-kapitlu. Prodotti tat-trab li ma jikkorrispondux mad-daqs tal-grain stipulata fin-Nota 1 tas-Subtitlu għal dan il-kapitlu jitqiesu bħala ħbub ta’ subtitlu 7106 91 10 jew 7106 91 90. Skart mill-ħidma ta’ fidda jew il-ligi tagħha, joqgħodu biss għall-irkuprar tal-metall jew għal użu fil-manifattura ta’ kimiċi, bħal bċejjeċ, kinsiet u trab, ma jitqiesx bħala frak. Dan l-iskart huwa klassifikat f’titlu 7112. Madanakollu, bċejjeċ li kienu separati minn materjal barrani u magħmul omoġenju fid-daqs tal-grain (eż., permezz ta’ għarbil) jitqiesu bħala frak ta’ dan is-subtitlu, sakemm dawn jilħqu l-ħtiġijiet imsemmijin hawn fuq. |
||||||||
7106 91 10 u 7106 91 90 |
Mhux maħdumin Dawn is-subtitli jinkludu l-prodotti deskritti fin-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 7106, raba’ paragrafu, (II). Vireg li għall-għanijiet ta’ negozju għandhom wiċċ lixx u boll ta’ garanzija jibqgħu klassifikati f’dawn is-subtitli. Grains ta’ fidda u l-ligi tagħha huma klassifikati f’dawn is-subtitli sakemm dawn ma jilħqux il-ħtiġijiet tan-Nota 1 tas-Subtitlu għal dan il-kapitlu. Dawn is-subtitli jeskludu vireg miksubin permezz ta’ ġbid jew trembil (subtitlu 7106 92 20 jew 7106 92 80). |
||||||||
7108 |
Deheb (inkluż deheb miksi bi platinu), mhux maħdum jew f’għamla semi-manifatturata, jew f’għamla ta’ trab |
||||||||
7108 11 00 |
Trab In-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 7106 10 00 japplikaw, mutatis mutandis. |
||||||||
7108 12 00 |
Għamliet oħrajn mhux maħdumin In-Noti ta’ Spjega għal subtitli 7106 91 10 u 7106 91 90 japplikaw, mutatis mutandis. |
||||||||
7108 20 00 |
Monetarju Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal subtitlu 7108 20. |
||||||||
7110 |
Platinu, f’għamliet mhux maħdumin jew semi-manifatturati, jew f’għamla ta’ trab Għall-għanijiet tal-klassifikazzjoni ta’ ligi fis-subtitli ta’ dan it-titlu ara Nota 3 tas-Subtitlu għal dan il-kapitlu. |
||||||||
7110 11 00 sa 7110 19 80 |
Platinu Għad-definizzjoni tat-terminu “platinu” fil-kuntest ta’ dawn is-subtitli, ara Nota 2 tas-Subtitlu għal dan il-kapitlu. |
||||||||
7110 11 00 |
Mhux maħdum jew f’għamla ta’ trab In-Noti ta’ Spjega għal subtitli 7106 10 00 u 7106 91 10 u 7106 91 90 japplikaw, mutatis mutandis. |
||||||||
7110 21 00 |
Mhux maħdum jew f’għamla ta’ trab In-Noti ta’ Spjega għal subtitli 7106 10 00 u 7106 91 10 u 7106 91 90 japplikaw, mutatis mutandis. |
||||||||
7110 31 00 |
Mhux maħdum jew f’għamla ta’ trab In-Noti ta’ Spjega għal subtitli 7106 10 00 u 7106 91 10 u 7106 91 90 japplikaw, mutatis mutandis. |
||||||||
7110 41 00 |
Mhux maħdum jew f’għamla ta’ trab In-Noti ta’ Spjega għal subtitli 7106 10 00 u 7106 91 10 u 7106 91 90 japplikaw, mutatis mutandis. |
||||||||
7112 |
Skart u fdal ta’ metall prezzjuż jew ta’ metall miksi b’metall prezzjuż; skart u fdal ieħor li fihom metall prezzjuż jew komposti ta’ metall prezzjuż, ta’ tip użat l-aktar għall-irkupru ta’ metall prezzjuż Skart u residwi ta’ metall prezzjuż jew ta’ metall miksi b’metall prezzjuż li kienu mdewbin u magħmulin ingotti, blokki jew forom simili huma klassifikati bħala metall mhux maħdum u m’humiex ta’ dan it-titlu. |
||||||||
III. ĠOJJELLI, OĠĠETTI TA’ L-ARĠENTIERA U TA’ MIN JAĦDEM IL-FIDDA U OĠĠETTI OĦRAJN |
|||||||||
7113 |
Oġġetti ta’ ġojjelli u partijiet tagħhom, ta’ metall prezzjuż jew ta’ metall miksi b’metall prezzjuż Ara Noti 2 (A) u 9 għal dan il-kapitlu. |
||||||||
7114 |
Oġġetti ta’ arġentiera jew ta’ min jaħdem il-fidda u partijiet tagħhom, ta’ metall prezzjuż jew ta’ metall miksi b’metall prezzjuż Ara Noti 2 (A) u 10 għal dan il-kapitlu. |
||||||||
7116 |
Oġġetti ta’ perli naturali jew kultivati, ħaġar prezzjuż jew semi-prezzjuż (naturali, artifiċjali jew rikostrutt) Ara Nota 2 (B) għal dan il-kapitlu. |
||||||||
7117 |
Ġojjelli artifiċjali Ara Nota 11 għal dan il-kapitlu. |
||||||||
7117 11 00 sa 7117 19 99 |
Ta’ metall ta’ valur baxx, miksi jew le b’metall prezzjuż Dawn is-subtitli jinkludu:
|
||||||||
7118 |
Munita |
||||||||
7118 10 10 u 7118 10 90 |
Munita (ħlief munita tad-deheb), li mhix valuta legali Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal subtitlu 7118 10. |
TAQSIMA XV
METALLI TA’ VALUR BAXX U OĠĠETTI TA’ METALLI TA’ VALUR BAXX
Ġenerali
Fdal u skart minn metalli li ma fihomx ħadid li kienu mdewwbin u ffurmati f’ingotti, pigs, blokki jew forom simili huma klassifikati bħala metall mhux maħdum u mhux bħala fdal jew skart. Huwa jkun ġeneralment klassifikat, pereżempju, f’titlu 7601 (aluminju), 7801 (ċomb), 7901 (żingu) jew f’subtitlu 8104 11 00 jew 8104 19 00 (manjesju).
L-espressjoni “metall” titqies li tinkludi wkoll metall li għandu struttura amorfa (mhux kristallina), bħal ħġieġ metalliku u prodotti minn trab metallurġiku.
KAPITLU 72
ĦADID U AZZAR
Ġenerali
A. |
Hemm numru ta’ modi kif jintgħarfu prodotti mikwijin fil-forġa jew imremblin fejn din id-distinzjoni għandha ssir (titli 7207, 7214, 7216, 7218, 7224 u 7228). Jekk il-biċċa sħiħa tista’ tinkiseb, din l-ewwel għandha tkun eżaminata għall-mod li biha tvarja l-qasma tagħha.
|
B. |
Għad-definizzjoni ta’ ċertu tipi ta’ deformazzjoni plastika (bħal trembil, kiwi, stampar), ara n-Noti ta’ Spjega Ġenerali SA għal kapitlu 72, parti (IV), (A) u (B). |
Ċ. |
Għad-differenza bejn prodotti mremblin-jaħarqu jew prodotti miġbudin-jaħarqu u prodotti miksubin jew raffinati fl-istat kiesaħ, ara n-Noti ta’ Spjega Ġenerali SA għal kapitlu 72, parti (IV), (B), l-aħħar paragrafu. X’uħud mid-differenzi t’hawn fuq bejn prodotti mremblin-jaħarqu u prodotti mremblin-kesħin jistgħu jitnaqqsu jew jitneħħew meta prodotti mremblin-kesħin ikunu ttemprati; b’mod ugwali, fil-każ ta’ prodotti mremblin-jaħarqu li għandhom daqsxejn irfinar-kiesaħ, id-differenzi huma limitati għal ebusija u apparenza tal-wiċċ. Staneg, vireg, forom, angoli u taqsimiet imremblin-jaħarqu jew miġbudin-jaħarqu jistgħu jkunu raffinati-kesħin permezz ta’ ġbid u proċessi oħra — rettifikazzjoni jew kalibrazzjoni notevoli — li jagħtu lill-prodott irfinatura aħjar. Din l-operazzjoni tagħmilhom klassifikabbli bħala “iffurmati-kesħin jew irfinati-kesħin”. Madanakollu, kisi kiesaħ u ffurmar ta’ qoxra raffa ma jitqisux bħala proċessi ta’ rettifikazzjoni jew kalibrazzjoni, u għalhekk ma jaffetwawx il-klassifikazzjoni ta’ staneg, vireg, angoli, forom u taqsimiet, mhux maħdumin aktar milli mremblin bis-sħana jew miġbudin. B’mod simili, staneg u vireg, meta mdawrin, ma jitqisux bħala raffinati-kesħin. |
D. |
Għad-definizzjoni ta’ kisi, ara n-Noti ta’ Spjega Ġenerali SA għal dan il-kapitlu, parti (IV), (Ċ), (2), (e). Metalli ta’ valur baxx miksijin b’metalli prezzjużi, tkun xi tkun il-ħxuna tal-kisi, jaqgħu f’kapitlu 71 (ara n-Noti ta’ Spjega SA għal kapitlu 71). |
E. |
Għal kummenti fuq trattament tal-wiċċ ara n-Noti ta’ Spjega Ġenerali SA għal kapitlu 72, parti (IV), (Ċ), (2), (d). |
F. |
Kiwjiet mhux raffinati li m’għandhomx aktar l-apparenza raffa ta’ biċċiet iffurmati b’mod raff permezz ta’ kiwi ta’ titlu 7207, 7218 jew 7224 għandhom ikunu klassifikati fit-titli xierqa għall-oġġetti raffinati, li jkunu ġeneralment f’kapitli 82, 84, 85 u 87. Għalhekk, kiwjiet tal-ħadid jew ta’ l-azzar għall-manifattura ta’ krankxafts huma tajbin għal titlu 8483. |
I. MATERJALI PRIMARJI; PRODOTTI F’GĦAMLA TA’ QMUĦ JEW TA’ TRAB |
|||||||||||
7201 |
Ħadid mhux maħdum għadu ħiereġ mill-kalkara (pig iron) u spiegeleisen f’biċċiet tawwalin, blokok jew forom oħrajn primarji Ħadid mhux maħdum ħiereġ mill-kalkara (pig iron) u spiegeleisen huma definiti f’Noti 1 (a) u 1 (b) għal dan il-kapitlu. Ħadid mhux maħdum ħiereġ mill-kalkara (pig iron) huwa definit f’Nota 1 (a) għal dan il-kapitlu li fih aktar minn 6 % iżda mhux aktar minn 30 % ta’ manganiż għandu jkun klassifikat bħala spiegeleisen (subtitlu 7201 50 90). Jekk liga li għandha dan il-perċentwal ta’ manganiż jkun fiha element ieħor fi proporzjoni ogħla minn dawk imniżżlin f’Nota 1(a), eż., kontenut ta’ silikon ta’ aktar minn 8 %, huwa għandu jkun klassifikat ma’ ligi tal-ħadid; fil-każ mgħoti bħala eżempju, din tkun klassifikata f’subtitli 7202 21 00 sa 7202 29 90 (ferro-silikon). (Jekk din ikun fiha aktar minn 30 % manganiż u 8 % silikon, din għandha titqies bħala manjejsu-ferro-silikon li jaqa’ f’subtitlu 7202 30 00, u jekk din ikun fiha element addizzjonali ta’ liga fil-proporzjonijiet stipulati f’Nota 1 (ċ), din għandha tkun klassifikata f’subtitlu 7202 99 80). Ħadid mhux maħdum ħiereġ mill-kalkara (pig iron) huwa definit f’Nota 1 (a) għal dan il-kapitlu li m’huwiex spiegeleisen, u li għalhekk għandu jkun klassifikat f’subtitli 7201 10 11 sa 7201 50 90, huwa dak li fih 6 % jew inqas ta’ manganiż. F’dan it-tip ta’ ħadid mhux maħdum ħiereġ mill-kalkara (pig iron) distinzjoni ssir bejn ħadid mhux maħdum ħiereġ mill-kalkara (pig iron) mhux liga (subtitli 7201 10 11 sa 7201 20 00), u liga ta’ ħadid mhux maħdum ħiereġ mill-kalkara (pig iron) (subtitlu 7201 50 10 jew 7201 50 90), skond il-kontenut ta’ l-element tal-liga. Liga tal-ħadid mhux maħdum ħiereġ mill-kalkara (pig iron) hija definita f’Nota ta’ Subtitlu 1 (a) għal dan il-kapitlu; ħadid mhux maħdum ħiereġ mill-kalkara (pig iron) mhux liga ma jistax ikollu bil-piż, meħudin b’mod separat jew flimkien, aktar minn:
|
||||||||||
7201 50 10 |
Liga ta’ ħadid mhux maħdum għadu ħiereġ mill-kalkara (pig iron) li fih bil-piż mhux inqas minn 0,3 % iżda mhux aktar minn 1 % ta’ titanju u mhux inqas minn 0,5 % iżda mhux aktar minn 1 % ta’ vanadju Il-prodotti ta’ dan is-subtitlu jintużaw prinċipalment għall-produzzjoni ta’ komponenti li jeħtieġ li jkunu partikolarment jifilħu għal użu kontwinwu, bħal krankxafts, drammijiet tal-brejkijiet, pistuni tal-pompi, ċilindri li jduru, forom li jiffurmaw bid-daqqa, piping elbows, forom ta’ l-ingotti. |
||||||||||
7201 50 90 |
Oħrajn Dan is-subtitlu jinkludi ħadid mhux maħdum ħiereġ mill-kalkara (pig iron) tat-tipi li ġejjin:
|
||||||||||
7202 |
Ligi tal-ħadid Nota 1 (ċ) tagħti t-tifsira ta’ “ligi tal-ħadid”, fejn tispeċifika partikolarment il-limiti ta’ kontenuti ta’ elementi mhux tal-ħadid tal-liga u ta’ l-element ħadid. Għall-klassifikazzjoni ta’ ligi tal-ħadid fis-subtitli ta’ titlu 7202, ara Nota 2 tas-Subtitlu għal dan il-kapitlu. Għalhekk, pereżempju, liga tal-ħadid li fiha aktar minn 30 % ta’ manganiż u 8 % jew anqas ta’ silikon, hija klassifikata f’subtitli 7202 11 20 sa 7202 19 00; jekk madankollu, jkun fiha aktar minn 30 % manganiż u iktar minn 8 % silikon, hija klassifikata f’subtitlu 7202 30 00. B’mod simili, liga tal-ħadid aluminju-mangano-silika għandha jkollha mhux aktar minn 8 % silikon, aktar minn 30 % manganiż u aktar minn 10 % aluminju biex tkun klassifikata f’subtitlu 7202 99 80. Jekk liga tal-ħadid b’żewġ elementi (binary), tliet elemeti (ternary) jew erba’ elementi (quaternary) m’hijiex imsemmija speċifikament, hija għandha tkun klassifikata f’subtitlu 7202 99 80. Prodotti skart ta’ l-industrija tal-ħadid u ta’ l-azzar li jkunu mdewbin u ffurmati mill-ġdid b’mod raff fil-forom ta’ ingotti (skart miġbur) u li għandhom kompożizzjoni ta’ liga tal-ħadid u li jintużaw bħala prodotti addizzjonali fil-manifattura ta’ azzar speċjali, huma klassifikati fis-subtitli ta’ titlu 7202 skond il-materjal kostitwenti. Dan it-titlu ma jkoprix fdal mill-fużjoni ta’ metalli mhux tal-ħadid, li, minħabba l-preżenza ta’ kubrit u fosfru jew ftit impuritajiet oħra, ma jistgħux jintużaw bħala ligi tal-ħadid (ġeneralment titlu 2620). |
||||||||||
7202 11 20 sa 7202 19 00 |
Ferro-manganiż Ferro-manganiż jieħu l-forma ta’ bċejjeċ raffi b’qasma li tleqq bajdanija. Dan jitmermer malajr u iebes ħafna. Huwa jintuża għal de-ossiġinazzjoni, għat-tneħħija ta’ kubrit u għaż-żieda mill-ġdid ta’ karbonju fl-azzar u, biż-żieda ta’ manganiż, bħala element għall-iffurmar ta’ ligi. |
||||||||||
7202 11 20 u 7202 11 80 |
Li fih bil-piż iktar minn 2 % ta’ karbonju Dawn is-subtitli jinkludu dawk it-tipi ta’ ferro-manganiż magħrufin bħala karbonu għoli (ferro-manganiż b’karbonju għoli). L-aktar kwalitajiet komunement użati fihom 6 sa 7 % ta’ karbonju; il-kontenut ta’ manganiż għandu jkun aktar minn 30 % iżda ġeneralment ikun bejn 70 u 80 %. |
||||||||||
7202 19 00 |
Oħrajn Dan is-subtitlu jkopri ferro-manganiż b’kontenut ta’ karbonju medju (1,25 sa 1,5 %) jew baxx (inqas minn 0,75 %); il-kontenut ta’ manganiż jista’ jvarja minn 80 sa 90 %. Prodotti bħal dawn jintużaw fil-manifattura ta’ ligi ta’ l-azzar ta’ manganiż li jeħtieġu kontenut baxx ta’ karbonju. |
||||||||||
7202 21 00 sa 7202 29 90 |
Ferro-silikon Ferro-silikon għandu qasma griża tleqq u jitmermer faċilment. Fin-negozju hemm tipi li fihom minn 10 % sa kważi 96 % ta’ silikon, b’kontenut ta’ karbonju baxx (0,1 sa 0,2 %). Dan jintuża għall-irfinar ta’ azzar jew għall-manifattura ta’ folji li fihom silikon (partikolarment “folja u platt elettriċi”), jew (minflok silikon, li jiswa’ aktar) bħala materjal li jnaqqas (proċess silikon-termali) fi proċessi oħrajn metallurġiċi, eż., f’metallurġija tal-manjesju. |
||||||||||
7202 30 00 |
Manganiż-ferro-silikon Manganiż-ferro-silikon, magħruf ukoll sempliċiment bħala siliko-manganiż, jintuża f’forom varji li fihom aktar minn 8 % u sa 35 % ta’ silikon, aktar minn 30 % u sa 75 % ta’ manjesju u sa 3 % ta’ karbonju. L-użi tiegħu huma simili għal dawk ta’ ferro-silikon, iżda l-effett magħqud ta’ silikon u manganiż inaqqas l-inklużjoni ta’ sustanzi mhux metalliċi u finalment inaqqas il-kontenut ta’ ossiġnu. |
||||||||||
7202 41 10 sa 7202 49 90 |
Ferro-kromju Ferro-kromju jieħu l-forma ta’ gzuz ta’ kristallini iebsin ħafna, fejn il-kristalli ġieli jkunu żviluppati ħafna. Dan ġeneralment ikun fih 60 % sa 75 % ta’ kromju; il-kontenut ta’ karbonju huwa 4 sa 10 % f’ferro-kromju komuni u jista’ jkun baxx daqs 0,01 % b’riduzzjoni li tikkorrispondi fit-tmermir. Dan jintuża għall-produzzjoni ta’ azzarijiet kromji. |
||||||||||
7202 50 00 |
Kromju-ferro-siliko Kromju-ferro-siliko ġeneralment ikun fih 30 % ta’ silikon u 50 % ta’ kromju u l-kontenut ta’ karbonju jista’ jkun għoli jew baxx ħafna bħal fil-każ ta’ ferro-kromju. Dan jintuża għall-istess għan bħal ferro-kromju; il-preżenza ta’ silikon tiffaċilita d-deossidazzjoni ta’ l-azzar. |
||||||||||
7202 60 00 |
Ferro-nikil Ferro-nikil li jaqa’ f’dan is-subtitlu fih inqas minn 0,5 % ta’ kubrit u ġeneralment jintuża bħala element għal ligi fil-manifattura ta’ azzarnikil. Ferro-nikil b’kontenut ta’ kubrit ta’ 0,5 % jew aktar ma jistax jintuża f’dak l-istat għall-manifattura ta’ staneg tan-nikil; huwa jitqies bħala prodott intermedju ta’ metalluġija tan-nikil u huwa, għalhekk, klassifikat f’titlu 7501. Madanakollu, ċertu ligi magħrufin fin-negozju bħala nikil iffurmat u użat għall-ikkastjar ta’ oġġetti partikolari biex jirreżistu korrużjoni jew temperaturi għoljin huma klassifikati f’dan is-subtitlu. Dan huwa l-każ meta, pereżempju, ċertu tipi ta’ ħadid iffurmat austenitic, kummerċjalment magħrufin taħt diversi ismijiet tan-negozju reġistrati, li fihom sa 36 % ta’ nikil, 6 % ta’ kromju, 6 % ta’ silikon, aktar minn 2 % ta’ karbonju u ġieli kwantitajiet żgħar ta’ elementi oħra (aluminju, manganiż, ram, eċċ.). Għall-għanijiet tan-Nomenklatura Magħquda, dawn il-prodotti m’għandhomx jitqiesu bħala ħadid mhux maħdum għadu ħiereġ mill-kalkara (pig iron) minħabba l-kontenut ta’ nikil tagħhom, li huwa aktar minn 10 %, u lanqas bħala azzar, minħabba li l-kontenut ta’ karbonju tagħhom huwa aktar minn 2 %. |
||||||||||
7202 99 80 |
Oħrajn Dan is-subtitlu jinkludi kalċju-ferro-siliku, titanju-ferro-manganu, nikil-ferro-siliku, kalċju-ferro-siliko-aluminu, ferro-aluminju, ferro-siliko-aluminju u ferro-siliko-mangano-aluminju. Ferro-aluminju ġeneralment ikun fih bejn 12 u 30 % ta’ aluminju. Ċertu tipi ta’ ferro-aluminju ġieli jintużaw direttament għall-iffurmar ta’ partijiet speċjali minħabba r-reżistenza għolja tagħhom għal korrużjoni anki f’temperatura għolja u minħabba l-proprjetajiet manjetiċi u termali tagħhom. Ferro-siliko-aluminju jintuża f’varji tipi ta’ ligi, pereżempju:
Ferro-siliko-mangano-aluminju ġeneralment jkun fih 20 % silikon, 35 % manjesju u 10 sa 12 % aluminju. |
||||||||||
7203 |
Prodotti ta’ ħadid magħmulin bit-tnaqqis dirett ta’ minerali tal-ħadid u prodotti oħrajn ta’ ħadid b’ħafna ħofor (spongy), f’għoqod, gerbub jew forom simili; ħadid b’purità minima bil-piż ta’ 99,94 %, f’għoqod, gerbub jew forom simili |
||||||||||
7203 90 00 |
Oħrajn Bħala żieda mal-prodotti msemmijin fit-tieni parti ta’ titlu 7203, li huma koperti mill-paragrafu ta’ qabel ta’ l-aħħar tan-Noti ta’ Spjega SA għal dan it-titlu, dan is-subtitlu jinkludi prodotti tal-ħadid qishom sponża miksubin b’mezzi oħrajn għajr milli bir-riduzzjoni diretta ta’ ħadid mhux maħdum, jiġifieri, dawk miksubin minn ħadid mhux maħdum għadu ħiereġ mill-kalkara (pig iron) imdewweb bit-teknika ta’ l-atomizzazzjoni. |
||||||||||
7204 |
Skart u fdal ta’ ħadid; tidwib mill-ġdid ta’ ingotti ta’ ħadid jew azzar Bħala żieda ma’ l-iskart u l-laqx deskritti fin-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 7204, (A), dan it-titlu jinkludi wkoll vireg użati maqtugħin inqas minn 1,5 m f’tul (ara n-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 7302 10 90). |
||||||||||
7204 41 10 |
Rbaba tat-torn, qxur, frak, skart tal-qtugħ, serratura u trab ta’ l-illimar Dan is-subtitlu ma jinkludix skart tal-qtugħ u trab ta’ l-illimar mifrudin minn oġġetti barranin (pereżempju, permezz ta’ proċessi manjetiċi) u li huma magħmulin omoġenji fid-daqs tal-qamħa (pereżempju, permezz ta’ skrinjar). Skond id-daqs tal-qamħa tagħhom (ara Nota 8 (b) għal taqsima XV u Nota 1 (h) għal dan il-kapitlu) dawn il-prodotti jaqgħu f’subtitlu 7205 10 00, 7205 21 00 jew 7205 29 00. |
||||||||||
7204 49 10 |
Frammentati (imqattgħin biċċiet) Skart u laqx frammentati (imqattgħin biċċiet) ikopru prodotti li minnhom 95 % mill-piż m’għandhom l-ebda qies akbar minn 200 mm. |
||||||||||
7204 49 90 |
Oħrajn Dan is-subtitlu jinkludi skart u laqx fi gzuz li fihom, pereżempju, taħlita ta’ ħadid iffurmat, ħadid landa u tipi differenti ta’ azzar. |
||||||||||
7204 50 00 |
Tidwib mill-ġdid ta’ ingotti ta’ skart Tidwib mill-ġdid ta’ ingotti ta’ skart bil-kompożizzjoni kimika ta’ liga tal-ħadid użati bħala addizzjonijiet fil-produzzjoni ta’ azzar speċjali huma klassifikati fis-subtitli xierqa ta’ titlu 7202. |
||||||||||
7205 |
Qmuħ u trabijiet, ta’ ħadid mhux maħdum għadu ħiereġ mill-kalkara (pig iron), ta’ spiegeleisen, ta’ ħadid jew ta’ azzar |
||||||||||
7205 21 00 u 7205 29 00 |
Trabijiet Il-prodotti ta’ dawn is-subtitli jistgħu jkunu mħalltin jew ma elementi għal ligi għal uħud mill-għanijiet imsemmijin fin-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 7205, (B), jew b’elementi protettivi (eż. żingu) biex jipprevenu r-riskju ta’ qbid spontanju tal-ħadid. |
||||||||||
II. ĦADID U AZZAR MHUX-LIGA |
|||||||||||
7208 |
Prodotti ta’ ħadid jew ta’ azzar mhux-liga rrumblati ċatt, wisgħin 600 mm jew aktar, irrumblati bis-sħana, mhux miksijin, indurati jew mgħottijin It-terminu “rrumblati mill-ġdid” għall-għanijiet tas-subtitli ta’ dan it-titlu huwa limitat għal proċess li minnu l-ħadid jgħaddi bejn rombli li jduru bil-maqlub u għalhekk jiċkien fil-ħxuna. Dan il-proċess jista’ wkoll ikollu l-effett li jtejjeb is-superfiċje tal-metall jew il-proprjetajiet mekkaniċi tiegħu. It-terminu “rrumblati mill-ġdid” madanakollu ma jkoprix il-proċess “skin-pass” li jikkawża daqsxejn tnaqqis fil-ħxuna jew proċessi oħrajn li taħthom il-metall ikun iffurmat iżda ma titnaqqasx il-ħxuna tiegħu. |
||||||||||
7208 90 20 u 7208 90 80 |
Oħrajn Dawn is-subtitli jkopru prodotti rrumblati bis-sħana ċatti li għaddew minn wieħed jew aktar mit-trattamenti tal-wiċċ imsemmijin fin-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 7208, tieni paragrafu, (3) sa (5) u/jew maqtugħin f’forma ħlief kwadra jew rettangolari. Dawn is-subtitli jkopru wkoll prodotti rrumblati bis-sħana ċatti, li wara li kienu rrumblati, għaddew minn xogħol bħal tmewwiġ, perforazzjoni, ċanfrinar jew ittundjar tat-truf. Madanakollu, prodotti b’disinji mqabbżin li jirriżultaw direttament minn trembil, ma jitqisux li għaddew minn ħidma fis-sens ta’ dawn it-subtitli. |
||||||||||
7209 |
Prodotti ta’ ħadid jew ta’ azzar mhux-liga rrumblati ċatt, wisgħin 600 mm jew aktar, irrumblati fil-kiesaħ (imnaqqsin bla sħana), mhux miksijin, indurati jew mgħottijin |
||||||||||
7209 90 20 u 7209 90 80 |
Oħrajn In-Noti ta’ Spjega għal subtitli 7208 90 20 u 7208 90 80 japplikaw, mutatis mutandis. |
||||||||||
7210 |
Prodotti ta’ ħadid jew ta’ azzar mhux-liga rrumblati ċatt, wisgħin 600 mm jew aktar, miksijin, indurati jew mgħottijin Għall-għanijiet ta’ dan it-titlu, prodotti miksijin kif definit fin-Noti ta’ Spjega SA għal dan il-kapitlu, parti (IV), (Ċ), (2), (e), u prodotti indurati jew mgħottijin huma dawk li għaddew minn wieħed mit-trattamenti inklużi fil-parti msemmija hawn fuq tan-Noti ta’ Spjega Ġenerali, (d), (iv) u (v). |
||||||||||
7210 12 20 |
Pjanċa tal-landa Dan is-subtitlu ma jinkludix pjanċa tal-landa bil-verniċ (subtitlu 7210 70 10). |
||||||||||
7210 20 00 |
Indurati jew mgħottijin biċ-ċomb, inkluż terne-plate (folja tal-ħadid miksija bl-istann u ċ-ċomb) Għall-għanijiet ta’ dan is-subtitlu, “terne-plate” għandha tinftiehem li tfisser prodotti rrumblati ċatti bi ħxuna ta’ inqas minn 0,5 mm li huma mgħottijin, permezz ta’ elettroliżi jew permezz ta’ tgħaddis f’banju ta’ metall imdewweb, bi strat magħmul minn liga ta’ landa-ċomb. L-ammont ta’ ċomb fuq iż-żewġ superfiċje ma jistax jaqbeż 120 g/m2 tal-prodott. |
||||||||||
7210 30 00 |
Miksijin jew mgħottijin b’mod elettrolitiku biż-żingu Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal subtitli 7210 30, 7210 41 u 7210 49. |
||||||||||
7210 41 00 |
Immewwġin Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 7208, sitt paragrafu. |
||||||||||
7210 61 00 |
Miksijin jew mgħottijin b’ligi ta’ aluminju-żingu Dan is-subtitlu jinkludi prodotti rrumblati ċatti indurati jew miksijin b’ligi fejn l-aluminju jippredomina mill-piż fuq iż-żingu. Elementi tal-ligi oħrajn huma permessi. |
||||||||||
7210 90 80 |
Oħrajn Bħala żieda ma’ folji jew platti żmaltati dan is-subtitlu jinkludi folji u platti miksijin bil-fidda, indurati jew miksijin bil-platinum, jiġifieri, miksijin b’metalli prezzjużi fuq naħa waħda jew it-tnejn, bi proċessi ħlief bil-kisi (cladding). Il-proċessi involuti huma prinċipalment depożitar, sprejjaturi u evaporazzjoni elettrolitiċi taħt vakwu (ara n-Noti ta’ Spjega Ġenerali SA għal dan il-kapitlu, parti (IV), (Ċ), 2, (d), (iv)). |
||||||||||
7211 |
Prodotti ta’ ħadid jew ta’ azzar mhux-liga rrumblati ċatt, wisgħin inqas minn 600 mm, mhux miksijin, indurati jew mgħottijin Dan it-titlu ma jkoprix prodotti rrumblati ċatti ta’ forma ħlief kwadri jew rettangolari, anki jekk il-ħxuna tagħhom hija inqas minn 600 mm (titlu 7208). |
||||||||||
7212 |
Prodotti ta’ ħadid jew ta’ azzar mhux-liga rrumblati ċatt, wisgħin inqas minn 600 mm, miksijin, indurati jew mgħottijin In-Noti ta’ Spjega għal titlu 7210 u s-subtitli tiegħu japplikaw, mutatis mutandis. |
||||||||||
7212 10 10 |
Pjanċa tal-landa, mhux maħduma aktar ħlief bil-wiċċ ittrattat Dan is-subtitlu ma jinkludix pjanċa tal-landa, mhux maħduma aktar minn verniċjata (subtitlu 7212 40 20). |
||||||||||
7212 50 61 |
Miksijin jew mgħottijin b’ligi ta’ żingu-aluminju In-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 7210 61 00 japplikaw, mutatis mutandis. |
||||||||||
7214 |
Biċċiet (bars) u vireg oħrajn ta’ ħadid jew azzar mhux-liga, mhux maħdum aktar ħlief mikwi fil-forġa, irrumblati bis-sħana, miġbudin bis-sħana jew maħruġin bis-sħana, iżda inklużi dawk mibrumin wara l-irrumblar |
||||||||||
7214 10 00 |
Mikwijin fil-forġa Għad-differenza bejn prodotti mikwijin fil-forġa jew irrumblati ara n-Noti ta’ Spjega Ġenerali għal dan it-titlu, (A). |
||||||||||
7215 |
Biċċiet (bars) u vireg oħrajn ta’ ħadid jew azzar mhux-liga |
||||||||||
7215 50 11 sa 7215 50 80 |
Oħrajn, mhux maħdumin aktar ħlief iffurmati fil-kiesaħ jew lesti fil-kiesaħ Biċċiet (bars) irrumblati bis-sħana jistgħu jitlestew fil-kiesaħ bil-ġbid jew proċess ieħor — notevolment rettifikazzjoni jew kalibrar — sabiex il-prodott jitlesta b’mod aħjar. It-titjib fil-prodott lest jirriżulta mit-tnaqqis tat-tolleranzi fuq id-dijametru u fuq l-ovalizzazzjoni u l-eliminazzjoni mill-wiċċ ta’ kull difett bħal mikro-xquq jew żoni dekarburizzati. Din l-operazzjoni tagħmilhom klassifikabbli bħala “iffurmati fil-kiesaħ jew lesti fil-kiesaħ”. Ġeneralment dawn ikollhom wiċċ lixx u kemmxejn omoġenju. Ikunu ħielsa minn brix u difetti superfiċjali oħra, għalkemm il-biċċiet imdaqqsa jista’ jkollhom ħruxija minn baxxa sa medja, skond il-grad tar-rettifikazzjoni. Trattamenti tal-wiċċ b’żieda ma’ dak imsemmi hawn fuq, bħalma hu l-ippolixjar, huma esklużi (Ara n-Noti ta’ Spjega għas-subtitlu 7215 90 00). |
||||||||||
7215 90 00 |
Oħrajn Dan is-subtitlu jkopri staneg u vireg mikwijin fil-forġa, rrumblati jaħarqu jew miġbudin jaħarqu u dawk miksubin permezz ta’ ħidma kiesħa, li għaddew minn:
|
||||||||||
7216 |
Angoli, forom u qatgħat ta’ ħadid jew azzar mhux-liga Dan is-subtitlu ma jinkludix angoli mtaqqbin u angoli “Halfen”, forom u qatgħat li jaqgħu f’titlu 7308 u li huma deskritti fin-Noti ta’ Spjega għal dak it-titlu. |
||||||||||
7216 32 11 |
B’uċuħ ta’ flanġi paralleli Dan is-subtitlu jkopri biss qatgħat fejn kemm il-flanġi ta’ ġewwa u ta’ barra huma paralleli. It-taqsimiet għandhom il-forma li ġejja: |
||||||||||
|
|
||||||||||
7216 32 91 |
B’uċuħ ta’ flanġi paralleli Ara n-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 7216 32 11. |
||||||||||
7216 50 91 |
Pjanċi tal-bozza (bulb flats) Dan is-subtitlu jkopri prodotti li għandhom qatgħa uniformi tul it-tul tagħhom kollu kif muri hawn taħt, il-wisa’ tagħhom hija ġeneralment taħt 430 mm. It-tul “a” tal-bozza s-soltu jkun ta’ wieħed minn seba’ mill-wisa’ “b” tal-pjanċi tal-bozza. |
||||||||||
|
|
||||||||||
7216 69 00 |
Oħrajn Dan is-subtitlu jkopri angoli, forom u qatgħat li kienu maħdumin fil-kiesaħ jew raffinati fil-kiesaħ permezz ta’ ġbid bi tnaqqis fil-ħxuna. |
||||||||||
7216 91 10 u 7216 91 80 |
Iffurmati fil-kiesaħ jew lesti fil-kiesaħ minn prodotti rrumblati ċatt In-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 7215 90 00 japplikaw, mutatis mutandis. |
||||||||||
7216 91 10 |
Folji ddisinjati (irrigati) Folji ddisinjati (irrigati) huma prinċipalment użati għal kisi ta’ faċċati. Huma tipikament iffurmati kif muri hawn taħt:
|
||||||||||
|
Dan is-subtitlu ma jinkludix folji ddisinjati b’apparat ta’ mmuntar (subtitlu 7308 90 59). |
||||||||||
7216 99 00 |
Oħrajn In-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 7215 90 00 japplikaw, mutatis mutandis. |
||||||||||
III. STAINLESS STEEL |
|||||||||||
7219 |
Prodotti ta’ stainless steel irrumblati ċatt, wesgħin 600 mm jew aktar |
||||||||||
7219 90 20 u 7219 90 80 |
Oħrajn Dawn is-subtitli jkopru prodotti ċatti rrumblati jaħarqu jew irrumblati fil-kiesaħ li għaddew minn wieħed jew aktar mit-trattamenti tal-wiċċ imsemmijin fin-Noti ta’ Spjega Ġenerali SA għal dan il-kapitlu, parti (IV), (Ċ), (2), (d) u (e); jew maqtugħin għal kull forma għajr kwadra jew rettangolari. Dawn is-subtitli jkopru wkoll prodotti ċatti rrumblati jaħarqu jew irrumblati fil-kiesaħ li għaddew, wara t-trembil, minn operazzjonijiet bħal perforazzjoni, tmewwiġ jew ttundjar tat-truf. |
||||||||||
7220 |
Prodotti ta’ stainless steel irrumblati ċatt, wesgħin inqas minn 600 mm Dan it-titlu ma jkoprix prodotti rrumblati ċatti ta’ forma ħlief kwadra jew rettangolari, anki jekk il-ħxuna tagħhom hija inqas minn 600 mm (titlu 7219). |
||||||||||
IV. AZZAR LIGA IEĦOR; BIĊĊIET (BARS) U VIREG TAT-TRAPAN VOJTA, TA’ AZZAR LIGA JEW MHUX-LIGA |
|||||||||||
7225 |
Prodotti rrumblati ċatt ta’ azzar liga ieħor, b’wisgħa ta’ 600 mm jew aktar |
||||||||||
7225 11 00 |
B’vina parallela (grain-oriented) Prodotti rrumblati ċatti b’vina parallela huma dawk li l-proprjetajiet manjetiċi tagħhom huma aktar paralleli b’mod sinifikanti mad-direzzjoni tat-trembil milli perpendikolari għad-direzzjoni tat-trembil (“disinn Goss”). Prodotti bħal dawn ġeneralment ikunu miksijin bi strat ta’ iżolament li s-soltu jikkonsisti fi strat irqiq qisu ħġieġ (prinċipalment ta’ silikati tal-manjesju). |
||||||||||
7226 |
Prodotti rrumblati ċatt ta’ azzar liga ieħor, b’wisgħa ta’ inqas minn 600 mm |
||||||||||
7226 11 00 |
B’vina parallela (grain-oriented) Ara n-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 7225 11 00. |
||||||||||
7226 99 10 |
Miksijin jew mgħottijin b’mod elettrolitiku biż-żingu Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal subtitli 7210 30, 7210 41 u 7210 49. |
||||||||||
7226 99 30 |
Miksijin jew mgħottijin mod ieħor biż-żingu Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal subtitli 7210 30, 7210 41 u 7210 49. |
||||||||||
7227 |
Biċċiet (bars) u vireg, irrumblati bis-sħana, f’koljaturi mkebbin bl-addoċċ, ta’ azzar liga ieħor |
||||||||||
7227 90 95 |
Oħrajn Dan is-subtitlu jinkludi wajer għall-issaldjar, ħlief dak ta’ titlu 8311. |
||||||||||
7228 |
Biċċiet (bars) u vireg oħrajn ta’ azzar liga ieħor; angoli, forom u qatgħat, ta’ azzar liga ieħor; biċċiet (bars) u vireg tat-trapan vojta, ta’ azzar liga jew mhux-liga |
||||||||||
7228 40 10 u 7228 40 90 |
Biċċiet (bars) u vireg oħrajn, mhux maħdumin aktar ħlief mikwijin fil-forġa Għad-distinzjoni bejn prodotti mikwijin fil-forġa u rrumblati ara n-Noti ta’ Spjega Ġenerali għal dan il-kapitlu, (A). |
KAPITLU 73
OĠĠETTI TA’ ĦADID JEW AZZAR
7301 |
Gzuz ta’ pjanċi (sheet piling) ta’ ħadid jew azzar, imtaqqbin, imħaffrin jew magħmulin minn elementi mmuntati jew le; angoli, forom u qatgħat iwweldjati, ta’ ħadid jew azzar Dan it-titlu jkopri gzuz ta’ pjanċi ta’ ħadid u angoli, forom u qatgħat issaldjati li għaddew minn ħidma bħal drilljar, tgħawwiġ, eċċ., sakemm ħidma bħal din ma tefgħetx fuqhom il-karattru ta’ prodotti msemmijin x’imkien ieħor. |
||||||||
7301 20 00 |
Angoli, forom u qatgħat Dan is-subtitlu ma jkoprix angoli mtaqqbin u angoli, forom u qatgħat “Halfen” (7308). |
||||||||
7302 |
Materjal tal-ħadid jew ta’ l-azzar għall-kostruzzjoni ta’ linji tat-tren jew tat-tramm, dawn li ġejjin: linji, “check rails” u “rack rails”, “switch blades”, “crossing frogs”, “point rods” u bċejjeċ oħrajn tal-qsim, rfid tal-linji (sleepers/cross-ties), “fish-plates”, siġġijiet, ifilsa għas-siġġijiet, pjanċi bażi (sole plates), klips tal-linji, pjanċi tal-qiegħ, irfid u materjal ieħor speċjalizzat għall-għaqda jew armar ta’ linji |
||||||||
7302 10 10 |
Li jitrasmettu kurrent, bi bċejjeċ ta’ metall mhux ta’ ħadid Dan is-subtitlu jkopri biss linji tal-ferrovija, ħlief running rails, li s-superfiċje li tagħmel kuntatt tagħhom hija ta’ metall mhux ta’ ħadid (aluminju, ram) jew li huma mgħammra bi bċejjeċ li jgħaqqdu magħmulin minn metalli mhux ta’ ħadid. Linji li jitrasmettu kurrent li jaqgħu f’dan is-subtitlu magħrufin ukoll komunement bħala “tielet (jew raba’) linji tal-ferroviji”, li għandhom l-istess taqsima bħal running rail jew li għandhom taqsima T doppja jew rettangolari jew trapeżojdali eċċ. u li huma magħmulin minn azzar li jkun ġeneralment aktar artab minn dak ta’ running rails, minħabba li l-proprjetajiet mekkaniċi tagħhom jistgħu jkunu sagrifikati għall-kwalitajiet elettriċi: ir-resistivita’ elettrika, li fl-azzar tar-running rails hija ta’ madwar 0,19 × 10–6 ohm.m għal ħadid Armco (ħadid prattikament pur: 99,9 %). Linji li jitrasmettu jista’ jkollhom kuntatt ta’ fuq, laterali jew ta’ taħt u spiss ikunu protetti permezz ta’ kisja ta’ reżina li tħalli mikxufa n-naħa li fuqha tiġri l-“iskid”. |
||||||||
7302 10 21 sa 7302 10 29 |
Linji Vignole Il-linja Vignole, imsemmija wara l-inventur tagħha, hija t-tip ta’ linja li tintuża komunement għal linji tal-ferroviji ġenerali u ta’ veloċita’ għolja jew linji tal-ferroviji f’muntanji jew netwerks reġjonali. Huma jkollhom il-forma li ġejja: |
||||||||
|
|
||||||||
7302 10 40 |
Linji gruvjati Linji gruvjati huma linji b’għan speċjali għal linji tat-tramms u għal użi industrijali bħal krejnijiet u transporters over-head. Il-profil tal-linja huwa disinjat b’tali mod li l-flanġ tar-rota joqgħod fl-ispazju vojt tal-gruvjatura. Huma jkollhom il-forma li ġejja: |
||||||||
|
|
||||||||
7302 10 90 |
Użati Dan is-subtitlu ma jinkludix linji użati meqjusin bħala skart ta’ titlu 7204, pereżempju, linji mgħawwġin u linji maqtugħin inqas minn 1,5 m f’tul. |
||||||||
7303 00 |
Tubi, pajpijiet u profili vojta, ta’ ħadid fondut |
||||||||
7303 00 10 |
Tubi u pajpijiet ta’ tip użati f’sistemi ta’ pressjoni Dan is-subtitlu jinkludi tubi u pajpijiet ta’ ħadid fondut komunement użati bħala linji ta’ forniment (spiss mirdumin) għal gass u ilma u li jifilħu pressa ta’ għallinqas 10,13 bar. Tubi u pajpijiet bħal dawn huma manifatturati kważi esklussivament minn ħadid fondut duttili ta’ saħħa partikolarment għolja (saħħa ta’ tensjoni minima: 420 MPa) u għandhom ikollhom proprjetajiet mekkaniċi partikolarment tajbin (partikolarment deformazzjoni plastika) jekk huma m’għandhomx jinqasmu bħala riżultat ta’ ċaqliq gradwali fil-ħamrija. Huma għalhekk għandhom punt ta’ ċediment ta’ għallinqas 300MPa. |
||||||||
7304 |
Tubi, pajpijiet u profili vojta, biċċa waħda, ta’ ħadid (ħlief ħadid fondut) jew azzar Oġġetti ta’ dan it-titlu ta’ tul li ma jaqbiżx id-doppju ta’ l-akbar qies estern tat-taqsima ma jitqiesux bħala tubi jew pajpijiet. Huma jitqiesu li huma partijiet għat-tqegħid ta’ tubi jew partijiet (titlu 7303) jew woxers (titlu 7318). |
||||||||
7304 31 20 |
Tubi ta’ preċiżjoni Il-prodotti ta’ dan is-subtitlu huma karatterizzati mis-superfiċje ta’ ġewwa u ta’ barra tagħhom lixxi, jleqqu jew illustrati u mill-fatt li t-tolleranzi tagħhom huma aktar stretti minn dawk għal tubi raffinati fil-jaħraq. Tubi li jilħqu l-ħtiġijiet ta’ l-iStandard ISO 3304 u ta’ l-istandards nazzjonali relatati jintużaw għal applikazzjonijiet bħal ċirkuwiti idrawliċi jew pnewmatiċi, shock-absorbers, viti idrawliċi jew pnewmatiċi, u ġeneralment għall-fabrikazzjoni ta’ partijiet għal vetturi li jaħdmu b’mutur, muturi jew magni. Madanakollu, tubi li jilħqu l-provvedimenti ta’ l-iStandards ISO 2604 u 6759 u l-istandards nazzjonali rilevanti jintużaw bħala katusi f’kontenituri ta’ pressa: kaldaruni, superhiters, heat-exchangers u feedwater heaters għal bini għall-ġenerazzjoni ta’ l-elettriku (power stations), fejn it-tolleranzi imposti fuq tubi ta’ preċiżjoni huma meħtieġa. |
||||||||
7304 39 10 |
Mhux maħdumin, dritti u ta’ ħxuna ta’ ħitan uniformi, għal użu biss fil-manifattura ta’ tubi u pajpijiet b’uċuħ ta’ qatgħa u ħxuniet ta’ ħitan oħrajn Dan is-subtitlu jinkludi tubi ta’ l-azzar mingħajr tgħaqqid is-soltu miksubin permezz ta’ toqob u trembil bil-jaħraq jew permezz ta’ toqob u ġbid bil-jaħraq; huma s-soltu jissejħu “blanks”. Huma intiżi biex ikunu trasformati f’tubi ta’ forom u ħxuniet ta’ ħitan oħrajn b’tolleranzi ta’ qisien imnaqsin iktar. Huma preżentati bit-truf maqtugħin b’mod raff u b’xi partijiet imxewkin imneħħijin iżda li l-bqija m’humiex raffinati. Is-superfiċje ta’ barra u ta’ ġewwa tagħhom huma raffi u mhux inċanati. Huma ma jkollhomx żejt miżjud, ma jkunux miksijin biż-żingu jew miżbugħin. |
||||||||
7304 39 52 u 7304 39 58 |
Tubi (pajp tal-gass) bil-kamin jew li jista’ jingħaddilhom kamin Dawn it-tubi huma miksubin permezz ta’ trembil fil-jaħraq u kalibrazzjoni. Huma għandhom dijametri ta’ barra ta’ 13,5 sa 165,1 mm, u huma jkunu manifatturati bit-truf lixxi jew bit-truf bil-kamin b’partijiet fejn jistgħu jiffitjaw vireg oħra. Huma għandhom jew superfiċje mhux raffinati jew superfiċje bi strat ta’ żingu jew prodott protettiv ieħor, eż., plastik jew bitum. Raffinar bil-jaħraq jagħtihom il-proprjetajiet mekkaniċi li jippermettilhom li jinqatgħu għat-tul li bih għandhom jintużaw, mgħawwġin u fejn meħtieġ bil-kamin mgħoddi fil-post. Huma jintużaw prinċipalment għad-distribuzzjoni ta’ fwar, ilma jew gass f’bini. Huma jilħqu l-ħtiġijiet ta’ l-iStandard ISO 65 u ta’ l-istandards nazzjonali rilevanti. |
||||||||
7304 49 10 |
Mhux maħdumin, dritti u ta’ ħxuna ta’ ħitan uniformi, għal użu biss fil-manifattura ta’ tubi u pajpijiet b’uċuħ ta’ qatgħa u ħxuniet ta’ ħitan oħrajn Ara n-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 7304 39 10. |
||||||||
7304 51 81 |
Tubi ta’ preċiżjoni Ara n-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 7304 31 20. |
||||||||
7304 59 10 |
Mhux maħdumin, dritti u ta’ ħxuna ta’ ħitan uniformi, għal użu biss fil-manifattura ta’ tubi u pajpijiet b’uċuħ ta’ qatgħa u ħxuniet ta’ ħitan oħrajn Ara n-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 7304 39 10. |
||||||||
7305 |
Tubi u pajpijiet oħrajn (per eżempju, iwweldjati, irbattuti jew magħluqin hekk), b’uċuħ ta’ qatgħa tonda, bid-dijametru ta’ barra ikbar minn 404,4 mm, ta’ ħadid jew azzar In-Noti ta’ Spjega għal titlu 7304 japplikaw, mutatis mutandis. |
||||||||
7306 |
Tubi, pajpijiet u profili vojta oħrajn (per eżempju, mhux magħluqin (open seam) jew iwweldjati, irbattuti jew hekk magħluqin), ta’ ħadid jew azzar In-Noti ta’ Spjega għal titlu 7304 japplikaw, mutatis mutandis. |
||||||||
7306 30 11 u 7306 30 19 |
Tubi ta’ preċiżjoni, bi ħxuna ta’ ħitan Dawn is-subtitli jkopru kemm tubi ta’ preċiżjoni mhux aktar maħdumin milli kalibrati u tubi ta’ preċiżjoni wweldjati u miġbudin fil-kiesaħ.
|
||||||||
7306 30 41 u 7306 30 49 |
Miksijin jew mgħottijin biż-żingu Dawn it-tubi huma magħmulin mill-proċess ta’ kiwi bil-weld wara ħidma bil-jaħraq. Għall-karatteristiċi u l-użi oħra ara n-Noti ta’ Spjega għal subtitli 7304 39 52 u 7304 39 58. |
||||||||
7306 50 20 |
Tubi ta’ preċiżjoni Ara n-Noti ta’ Spjega għal subtitli 7306 30 11 u 7306 30 19. |
||||||||
7307 |
Tagħmir ta’ tubi u pajpijiet (per eżempju, couplings, liwjiet minkeb, sleeves), ta’ ħadid jew azzar |
||||||||
7307 11 10 u 7307 11 90 |
Ta’ ħadid fondut mhux-malleabbli L-espressjoni “mhux malleabbli” tinkludi ħadid fondut tal-grafit lamellari. Dawn is-subtitli jkopru fitjaturi tal-ħadid fondut, bħal liwjiet minkeb, liwjiet, sleeves, ties, collars u tees. Huma magħqudin ma’ tubi jew pajpijiet ta’ ħadid fondut jew azzar permezz ta’ kamin, kuntatt jew permezz ta’ mmuntar mekkaniku. |
||||||||
7307 19 10 |
Ta’ ħadid fondut malleabbli Ħadid fondut malleabbli huwa prodott intermedju bejn ħadid tal-grafit lamellari (ħadid griż) u azzar fondut. Dan jista’ jkun fondut faċilment u jsir iebes u malleabbli wara trattament xieraq bis-sħana. Matul it-trattament bis-sħana, il-karbonju jisparixxi parzjalment jew jibdel il-kompożizzjoni tiegħu; huwa fl-aħħar jiddepożita fil-forom ta’ noduli li ma joħolqux koeżjoni metallika sa tali punt li l-grafit jitqaxxar fil-ħadid fondut griż. Fejn il-kontenut ta’ karbonju ikun 2 % jew inqas mill-piż, il-prodotti jitqiesu li huma ta’ azzar fondut u jaqgħu f’subtitlu 7307 19 90 (ara Nota 1 għal dan il-kapitlu). L-espressjoni malleabbli tinkludi grafit ta’ ħadid fondut sferojdali. Ara wkoll in-Noti ta’ Spjega għal subtitli 7307 11 10 u 7307 11 90, tieni paragrafu. |
||||||||
7307 23 10 |
Liwjiet minkeb u liwjiet Dan is-subtitlu jinkludi liwjiet minkeb u liwjiet ta’ ħxuna kostanti matul il-linji li jiġġeneraw tagħhom, kif deskritt fl-iStandard ISO 3419-1981 u fl-istandards nazzjonali rilevanti. It-truf tagħhom huma maqtugħin kaxxa u, fi prodotti b’ħitan usa, huma ċċanfrinati biex jiffaċilitaw weldjar mat-tubi. Il-fitjaturi huma magħmulin b’liwjiet ta’ 45° jew 90° (magħrufin bħala liwjiet minkeb) jew b’liwjiet ta’ 180° (magħrufin bħala liwjiet). Dan is-subtitlu jkopri wkoll liwjiet minkeb u liwjiet li l-ħxuna tagħhom m’hijiex kostanti. |
||||||||
7307 23 90 |
Oħrajn Dan is-subtitlu jkopri prinċipalment tees u slaleb, sleeves, plaggijiet u reducers konċentriċi jew eċċentriċi deskritti fl-iStandard ISO 3419-1981 u fl-istandards nazzjonali rilevanti. Rigward l-irfinar tat-truf ara n-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 7307 23 10. |
||||||||
7307 93 11 |
Liwjiet minkeb u liwjiet Ara n-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 7307 23 10. |
||||||||
7307 93 19 |
Oħrajn Ara n-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 7307 23 90. |
||||||||
7307 93 91 |
Liwjiet minkeb u liwjiet Ara n-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 7307 23 10. |
||||||||
7307 93 99 |
Oħrajn Ara n-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 7307 23 90. |
||||||||
7308 |
Strutturi (ħlief bini prefabbrikat ta’ titlu 9406) u bċejjeċ ta’ strutturi (per eżempju, pontijiet u qatgħat ta’ pontijiet, xtabi ta’ magħluq (lock-gates), torrijiet, arbli kannizzata, soqfa, qofsa għal tisqif, bibien u twieqi u l-qofsa tagħhom u għetiebi għal bibien, xaters, balavostrar, pilastri u kolonni), ta’ ħadid jew azzar; pjanċi, vireg, angoli, forom, qatgħat, tubi u bħalhom, imħejjijin għal użu fi strutturi, ta’ ħadid jew azzar Bħala żieda mal-prodotti msemmijin fin-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 7308, dan it-titlu jinkludi:
|
||||||||
7308 90 59 |
Oħrajn Dan is-subtitlu jinkludi pannelli b’qalba li tiżola bejn ħajt ta’ folja b’disinn (ikkustiljata) kif klassifikati f’subtitlu 7216 91 10 u ħajt ta’ folja oħra ħlief b’disinn (ikkustiljata). |
||||||||
7310 |
Tankijiet, btieti, ċilindri, bottijiet, kaxxi u kontenituri simili, għal kull materjal (ħlief gass kompressat jew imdewweb), ta’ ħadid jew azzar, li jesgħu mhux aktar minn 300 l, inforrati jew iżolati għas-sħana jew le, iżda mhux mgħammrin b’tagħmir mekkaniku jew termali |
||||||||
7310 21 11 |
Bottijiet ta’ tip użati għal ippreservar ta’ ikel Dan is-subtitlu jkopri laned li għandhom il-karatteristiċi li ġejjin:
Il-parti ta’ fuq, madanakollu, tista’ tkun fornuta separatament. |
||||||||
7310 21 19 |
Bottijiet ta’ tip użati għal ippreservar ta’ xorb Dan is-subtitlu jkopri laned li għandhom il-karatteristiċi li ġejjin:
Il-parti ta’ fuq, madanakollu, tista’ tkun fornuta separatament. |
||||||||
7311 00 |
Kontenituri għal gass kompressat jew imdewweb, ta’ ħadid jew azzar Dan it-titlu ma jkoprix inflators ta’ tajers li jinġarru li jinkludu, bħala żieda ma’ provvista ta’ arja kompressata, apparat biex tkejjel il-pressa, tubu għall-mili, żennuna li taddatta u valvli għad-dħul u għall-ħruġ, u li fih l-apparat li jkejjel il-pressa jintuża biex titkejjel il-pressa tat-tajer u mhux il-pressa ġewwa l-provvista (subtitlu 9026 20 40 jew 9026 20 80). |
||||||||
7312 |
Wajer bis-swiegli, ħbula, kejbils, ċineg immaljati, bragi u bħalhom, ta’ ħadid jew azzar, mhux iżolat għall-elettriku |
||||||||
7312 10 61 sa 7312 10 69 |
Wajer bis-swiegli Wajer bis-swiegli jikkonsisti f’wajers ta’ qasma ċirkulari mdawwrin fi strat wieħed jew aktar madwar fosdqa. Wajer bis-swiegli jista’ jkollu swiegli tondi, swiegli ċatti jew swiegli triangolari, skond il-qasma tiegħu. |
||||||||
7312 10 81 sa 7312 10 98 |
Ħbula u kejbils (inklużi ħbula koljaturi maqfulin) Ħbula ġeneralment jikkonsistu f’numru ta’ swiegli mdawrin f’wieħed jew aktar strati madwar fosdqa. Ħbula ta’ kolji llokkjati għandhom strat ta’ barra wieħed jew aktar li jikkonsisti kompletament jew parzjalment f’wajers li jissikkaw lil xulxin, b’hekk jipprovdu superfiċje li ma jgħaddix ilma jew oġġetti barranin minnha. Huma dejjem ikollhom forma ta’ qasma ċirkulari. |
||||||||
7318 |
Viti, boltijiet, skorfini, coach screws (viti b’ras eżagonali biex jiddawwru bi spanner), ganċijiet bil-kamin, rivits, kavilji, ċavi, woxers (inklużi woxers molla) u oġġetti simili, ta’ ħadid jew azzar |
||||||||
7318 11 00 |
Coach screws Il-coach screws huma tip speċjali ta’ vit bla slott għall-injam li għandhom ras eżagonali jew kwadra u jista’ jkollhom kappa fissa. Hemm żewġ tipi ta’ coach screws:
Eżempju A
Eżempju B |
||||||||
7318 14 91 |
Viti b’kamin spazjat Dan is-subtitlu jkopri viti mwebbsin b’ras u kamin għal twaħħil (kamin-V) biex jitmexxa ġo folja tal-metall. Il-kamin, li m’huwiex metriku, jestendi mit-tarf tal-parti dritta sar-ras. It-tarf tal-parti dritta huwa ppuntat jew journal. Huma tipikament ikollhom id-dehra li ġejja: |
||||||||
|
|
||||||||
7318 15 10 |
Viti, imdawwrin minn biċċiet (bars), vireg, profili, jew wajer, ta’ qatgħa solida, bil-parti dritta mhux eħxen minn 6 mm Oġġetti “magħmulin permezz ta’ magna li tinvita” jitqiesu li huma dawk imdawrin fuq magna li tinvita minn vireg, taqsimiet jew wajer, bil-qasma kompluta tagħhom. Dawn l-oġġetti mhux neċessarjament għandhom ikunu mdawrin matul it-tul sħiħ tagħhom. Bħala żieda ma’ li jkunu mdawrin huma jistgħu jkunu għaddew minn operazzjonijiet oħra għat-tneħħija tal-metall eż., tħin, drilljar, titqib, jew xkatlar. Huma jistgħu wkoll ikollhom qasmiet jew għafsiet. Ħidma tal-wiċċ li ma taffettwax il-forma tagħhom u li ssir wara tidwir tista’ wkoll tkun permessa sakemm l-oġġetti jkunu għadhom jintgħarfu li nkisbu permezz ta’ tidwir. |
||||||||
7318 15 20 |
Biex jitwaħħal materjal tal-kostruzzjoni ta’ linji tat-tren Dan is-subtitlu jinkludi:
|
||||||||
7318 15 30 sa 7318 15 49 |
Bla rjus Dawn is-subtitli jinkludu oġġetti li tipikament ikollhom id-dehra li ġejja: |
||||||||
|
|
||||||||
7318 15 90 |
Oħrajn Dan is-subtitlu jinkludi viti u boltijiet b’irjus sokit kwadri, kwadri ottagonali jew triangolari,
viti b’irjus tondi u boltijiet ta’ tipi varji, eż.: |
||||||||
|
|
||||||||
7318 16 10 |
Imdawwrin minn biċċiet, vireg, profili, jew wajer, ta’ qatgħa solida, ta’ dijametru ta’ toqba mhux aktar minn 6 mm Ara n-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 7318 15 10. |
||||||||
7318 16 91 u 7318 16 99 |
Oħrajn, b’dijametru ta’ ġewwa Id-dijametru ta’ ġewwa għandu jkun imkejjel mill-għerq tal-kamin. Id-dijametru tal-boltijiet, min-naħa l-oħra, għandu jkun imkejjel mill-kresta (crest) tal-kamin. |
||||||||
7320 |
Molol u strixxi għal molol, ta’ ħadid jew azzar |
||||||||
7320 10 11 |
Molol laminati u strixxi għalihom Molol laminati huma strixxi ta’ molol maħdumin bis-sħana b’taqsima imdejqa miċ-ċentru għal estremità. |
||||||||
7320 20 81 |
Molol spirali ta’ kompressjoni Molol spirali ta’ kompressjoni huma disinjati biex jirreaġixxu għal pressa u għalhekk huma għandhom spirali miftuħ. |
||||||||
7320 20 85 |
Molol spirali ta’ tensjoni Molol spirali ta’ tensjoni huma disinjati biex jirreagixxu għal tensjoni u għalhekk huma għandhom spirali magħluq. |
||||||||
7320 20 89 |
Oħrajn Dan is-subtitlu jinkludi molol spirali ta’ brim u molol ta’ voluta. Molol ta’ brim spirali tipikament ikollhom l-apparenza li ġejja:
Molol ta’ voluta tipikament ikollhom l-apparenza li ġejja: |
||||||||
|
|
||||||||
7320 90 30 |
Molol diski Molol diski tipikament ikollhom l-apparenza li ġejja: |
||||||||
|
|
||||||||
7324 |
Oġġetti għall-kamra tal-banju u partijiet tagħhom, ta’ ħadid jew azzar |
||||||||
7324 10 00 |
Sinkijiet u friskaturi, ta’ l-istainless steel Stainless steel huwa definit f’Nota 1 (e) għal kapitlu 72. L-oġġetti ta’ dan is-subtitlu s-soltu jkunu magħmulin minn stainless steel tat-tip austentic li fih madwar 18 % kromju u 8 % nikil. Huma magħmulin jew permezz tal-ġbid fil-fond ta’ folja ta’ l-istainless steel biex jagħtu sink f’biċċa waħda jew permezz tat-tgħaqqid ta’ wieħed jew aktar sinkijiet b’bord lixxa jew bil-kanali għal drenjar. |
||||||||
7326 |
Oġġetti oħrajn ta’ ħadid jew azzar |
||||||||
7326 20 80 |
Oħrajn Dan is-subtitlu jinkludi prodotti li jikkonsistu f’wajer wieħed jew aktar ta’ l-azzar mgħaffġin bejn żewġ strixxi ta’ karta jew plastik, mhux maqtugħin għal tul. Dawn l-oġġetti ġeneralment ikunu fornuti fuq rukkell għal użu ma’ magni li jagħlqu boroż b’mod awtomatiku. Meta maqtugħin f’tulijiet qosra (tajbin għall-issiġillar ta’ boroż, sachets, eċċ.) dawn il-prodotti jkunu klassifikati f;titlu 8309 (ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 8309, tieni paragrafu, (9)). |
KAPITLU 74
RAM U OĠĠETTI TIEGĦU
7406 |
Trabijiet u qxur ta’ ram |
7406 20 00 |
Trabijiet ta’ struttura lamellari; qxur Trabijiet ta’ struttura lamellari jistgħu jintgħarfu taħt mikroskopju. Huma estremament ta’ qamħa fina, is-soltu jleqqu, daqsxejn żejtnin u ġeneralment jintużaw bħala kuluri għal żebgħat. Qxur għandhom ikunu jintgħarfu bil-għajn waħidha jew minn ġo ħġieġa li tkabbar. Huma jidhru bħala qxur żgħar, fini, irregolari u ġeneralment jintużaw bħala materjal għal kisi. |
7407 |
Biċċiet (bars), vireg u profili tar-ram Dan it-titlu jinkludi profili b’kontorn magħluq (profili vojta) sakemm dawn ma jaqgħux taħt id-definizzjoni ta’ tubi u pajpijiet. |
7411 |
Tubi u pajpijiet ta’ ram In-Noti ta’ Spjega għal titlu 7304 japplikaw, mutatis mutandis. |
KAPITLU 75
NIKIL U OĠĠETTI TIEGĦU
7507 |
Tubi, pajpijiet u tagħmir ta’ tubi jew pajpijiet (per eżempju, igganċjar, liwjiet minkeb, sleeves) ta’ nikil |
7507 11 00 u 7507 12 00 |
Tubi u pajpijiet In-Noti ta’ Spjega għal titlu 7304 japplikaw, mutatis mutandis. |
KAPITLU 76
ALUMINJU U OĠĠETTI TIEGĦU
7601 |
Aluminju mhux maħdum Dan it-titlu jkopri aluminju fil-forom imsemmijin fin-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 7601. Huwa jkopri wkoll biċċiet li jirriżultaw mit-tqattigħ jew tkissir ta’ dawn il-prodotti. |
7601 20 91 u 7601 20 99 |
Sekondarji Aluminju sekondarju jinkiseb permezz tat-tidwib mill-ġdid ta’ skart jew fdal ta’ l-aluminju. |
7602 00 |
Skart u fdal ta’ aluminju Dan it-titlu ma jkoprix skart u fdal mhux maħdum li kien imdewweb mill-ġdid (titlu 7601). |
7602 00 11 |
Irbaba tat-torn, ċana, laqx, skart taċ-ċana, trab tas-segar u l-illimar; skart ta’ folji u fojl ikkuluriti, miksijin jew inkullati, ta’ ħxuna (mingħajr kull rinforz) mhux aktar minn 0,2 mm Dan is-subtitlu jkopri irbaba, ċana, laqx, skart tas-segar, skart taċ-ċana u skart ta’ l-illimar li jikkostitwixxu l-iskart minn prodotti li kienu maħdumin fuq it-torn, magna tat-tħin, ċana, magna li ttaqqab, sega, magna li ssin jew lima. Dan is-subtitlu jkopri wkoll skart ta’ folji u fojl ikkuluriti, miksijin jew magħqudin, ta’ ħxuna (bl-esklużjoni ta’ kwalunkwe kisi ta’ wara) li ma jaqbiżx 0,2 mm. Dan l-iskart għandu jgħaddi minn trattament speċjali, qabel l-irkuprar tal-metall, għat-tneħħija ta’ sustanzi estranji (grass, żejt, kisi, karta, eċċ.). |
7602 00 19 |
Oħrajn (inklużi twarrib tal-fabbrika) Dan is-subtitlu jinkludi kull skart ta’ l-aluminju mhux kopert minn subtitlu 7602 00 11. “Twarrib tal-fabbrika” għandu jitqies li jfisser oġġetti ġodda, raffinati jew mhux raffinati, li minħabba żball fil-manifattura (eż., difett fl-istruttura tal-metall jew difett li jirriżulta mill-ipproċessar) jistgħu jintużaw biss għal irkupru tal-metall. |
7602 00 90 |
Fdal Fdal ta’ l-aluminju għandu jitqies li jfisser oġġetti ta’ l-aluminju qodma li m’għadhomx tajbin għall-użu oriġinali tagħhom minħabba li nkisru, tqattgħu jew ittieklu biż-żmien, flimkien ma’ fdal minn dawn l-oġġetti. |
7603 |
Trabijiet u qxur ta’ aluminju |
7603 20 00 |
Trabijiet ta’ struttura lamellari; qxur Ara n-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 7406 20 00. |
7608 |
Tubi u pajpijiet ta’ aluminju In-Noti ta’ Spjega għal titlu 7304 japplikaw, mutatis mutandis. |
7612 |
Btieti, bramel, bottijiet, kaxxi u kontenituri simili ta’ aluminju (inklużi kontenituri tubulari riġidi jew li jingħalqu fuqhom infushom), għal kull materjal (ħlief gass kompressat jew imdewweb), li ma jesgħux aktar minn 300 litru, inforrati jew insulati għas-sħana jew le, iżda mhux mgħammrin b’apparat mekkaniku jew termiku |
7612 90 10 |
Kontenituri tubulari riġidi Dan is-subtitlu jinkludi kontenituri tubulari riġidi li d-dijametru estern massimu tagħhom ġeneralment ma jaqbiżx 40 mm u huwa iżgħar minn nofs it-tul tal-kontenitur mingħajr tapp. Kontenituri tubulari riġidi bħal dawn jintużaw partikolarment għal prodotti farmaċewtiċi (pilloli). |
KAPITLU 78
ĊOMB U OĠĠETTI TIEGĦU
7801 |
Ċomb mhux maħdum |
||||||||
7801 91 00 |
Li fihom bil-piż antimonju bħala l-element l-ieħor prinċipali Dan is-subtitlu jinkludi ligi ta’ ċomb-antimonju użati prinċipalment għall-manifattura ta’ platti akkumulaturi (Pb 92 sa 94 %, Sb 6 sa 8 %) u ligi magħmulin minn tliet metalli mħalltin (ċomb-antimonju-landa) fejn il-piż ta’ l-antimonju jaqbeż dak tal-landa, tip użat għall-istampar (Pb 55 sa 88 %, Sb 10 sa 30 %, Sn 2 sa 25 %). Antimonju jagħmel iċ-ċomb aktar iebes u aktar fraġli. |
||||||||
7801 99 91 |
Ligi ta’ ċomb Dan is-subtitlu jinkludi:
|
||||||||
7806 00 |
Oġġetti oħrajn ta’ ċomb |
||||||||
7806 00 10 |
Kontenituri b’kisja ċomb kontra r-radjazzjoni, għall-ġarr jew ħażna ta’ materjali radjuattivi (Euratom) Bl-eċċezzjoni ta’ kontenituri msemmijin f’subtitlu 8609 00 10 dan is-subtitlu jkopri kull tip ta’ reċipjenti magħmulin minn jew armati b’ċomb, għall-ġarr jew ħażna ta’ materjali radjuattivi, biex ir-radjazzjoni li toħroġ ma tagħmilx ħsara lil oġġetti jew persuni fil-viċinanza immedjata. Dawn ir-reċipjenti jvarjaw minn drammijiet ta’ forma ċilindrika sempliċi b’kappa jew kaxex żgħar sempliċi b’għatu, kompletament taċ-ċomb, għal kontenituri kbar, kemm jekk miksijin minn ġewwa bi stainless steel u miksijin jew rinfurzati fuq barra minn strixxi ta’ l-azzar u mgħammrin bi granpuni, supportijiet, ħitan doppji, flanġijiet, valvli speċjali, ċirkulaturi ta’ ilma għal tkessiħ, xkafef, kemm jekk impernjati jew le, eċċ. F’ċertu każi huma jistgħu jkunu magħmulin minn żewġ kisjiet konċentriċi jew aktar jew numru ta’ komponenti li jistgħu jkunu separati. Huma disinjati biex ikunu jifilħu s-sħana, jifilħu l-iskossi u jifilħu l-ilma, li jirresistu korrużjoni mill-kontenuti tagħhom u, aktar minn dan, li jkunu faċilment dekontaminati ġewwa u barra. Dan is-subtitlu ma jinkludix kontenituri ċilindriċi żgħar taċ-ċomb intiżi bħala pulse counters għal materjali radjuattivi (subtitlu 7806 00 90). |
||||||||
7806 00 50 |
Tubi, pajpijiet u tagħmir ta’ tubi jew pajpijiet ta’ ċomb (per eżempju, igganċjar, liwjiet minkeb, sleeves) Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 7806, tielet paragrafu. Tubi u pajpijiet taċ-ċomb huma fil-biċċa l-kbira magħmula permezz ta’ l-estrużjoni. Tubi, pajpijiet u tagħmir ieħor taċ-ċomb, (fosthom pajpijiet forma ta’ S għas-serpentini tad-drenaġġ) jintużaw l-aktar għall-kondjuwits ta’ l-ilma, tal-gass jew ta’ l-aċtu (eż, aċtu sulfuriku jew kloridu ta’ l-idroġenu) bħall-għata tal-kejbils ta’ l-elettriku, eċċ. |
||||||||
7806 00 90 |
Oħrajn Bħala żieda ma’ l-oġġetti msemmijin fin-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 7806, tieni paragrafu, dan is-subtitlu jinkludi:
|
KAPITLU 81
METALLI OĦRAJN TA’ VALUR BAXX; ĊERMITI; OĠĠETTI TAGĦHOM
8101 |
Tungstenu (wolfram) u oġġetti tiegħu, inklużi skart u fdal |
||||
8101 10 00 |
Trabijiet Dan is-subtitlu jkopri trabijiet ta’ tungstenu kif miksubin mir-riduzzjoni bl-idroġenu ta’ triossidu tat-tungstenu (jew anidride tat-tungstenu). |
||||
8101 94 00 |
Tungstenu mhux maħdum, inklużi biċċiet (bars) u vireg magħmulin sempliċiment minn tgħaqqid bis-sħana Dan is-subtitlu jinkludi:
|
||||
8102 |
Molibdenu u oġġetti tiegħu, inklużi skart u fdal |
||||
8102 10 00 |
Trabijiet Dan is-subtitlu jkopri trab tal-molibdenu miksub permezz tar-riduzzjoni ta’ ossidu tal-molibdenu pur jew molibdat ta’ l-ammonju. |
||||
8102 94 00 |
Molibdenu mhux maħdum, inklużi biċċiet (bars) u vireg magħmulin sempliċiment minn tgħaqqid bis-sħana In-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 8101 94 00 japplikaw, mutatis mutandis. |
||||
8103 |
Tantalu u oġġetti tiegħu, inklużi skart u fdal |
||||
8103 20 00 |
Tantalu mhux maħdum, inklużi biċċiet (bars) u vireg magħmulin sempliċiment minn tgħaqqid bis-sħana; trabijiet Rigward tantalu mhux maħdum, in-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 8101 94 00 japplikaw, mutatis mutandis. Trab tat-tantalu jinkiseb mir-riduzzjoni ta’ ossidu tat-tantalu jew permez ta’ elettroliżi ta’ flworidu ta’ tantalu-potassju mgħaqqad bis-sħana. |
KAPITLU 82
GĦODOD, TAGĦMIR, POŻATI, MGĦAREF U FRIEKET, TA’ METALL TA’ VALUR BAXX; PARTIJIET TAGĦHOM TA’ METALL TA’ VALUR BAXX
8202 |
Srieraq ta’ l-idejn; xfafar għal srieraq ta’ kull tip (inklużi xfafar ta’ srieraq għat-tiċrit, għat-tixqiq jew bla snien) |
||||
8202 20 00 |
Xfafar tal-magna tas-serrar Dan is-subtitlu jkopri xfafar lesti għal użu (srieraq mingħajr truf) u xfafar magħmulin għal magna tas-serrar ta’ tul indeterminat (sakemm huma jkunu intiżi b’mod ċar għal użu bħala xfafar tal-magna tas-serrar). Xfafar tal-magna tas-serrar għal ħidma ta’ metall huma xfafar tas-serrar bi snien fini bi snien issettjati b’mod regolari. Xfafar tal-magna tas-serrar għal ħidma ta’ materjali oħra għajr metall huma xfafar tas-serrar bi snien raffi bis-snien off-set (jiġifieri, s-snien individwali jkunu daqsxejn inklinati, f’sekwenza alternata, mil-lemin għax-xellug ta’ l-assi lonġitudinali tax-xafra). Dan is-subtitlu ma jinkludix xfafar bla snien li l-azzjoni ta’ qtugħ tagħhom tinkiseb permezz tal-preżenza ta’ abrasivi (eż., trab tad-djamant, kurundun artifiċjali) fuq ix-xafra (titlu 6804). |
||||
8202 31 00 |
Bil-parti tax-xogħol ta’ l-azzar Dan is-subtitlu ma jinkludix:
|
||||
8207 |
Għodod li jistgħu jinbidlu bejniethom għal għodod ta’ l-idejn, li jaħdmu permezz ta’ muturi jew le, jew għal għodod ta’ magni (per eżempju, ta’ l-ippressar, ta’ l-istampar (stamping), jagħmlu toqob, jaqtgħu kamini minn ġewwa u minn barra, għal titqib, tħaffir, tisfid, irfinar ta’ uċuħ (milling), inturnar jew invitar), inklużi dadi għal ġbid jew ħruġ ta’ metalli, u għodod għal tħaffir ta’ blat jew toqob fl-art |
||||
8207 13 00 sa 8207 19 90 |
Għodod għal tħaffir ta’ blat jew toqob fl-art Ġeneralment, għodod koperti minn dawn is-subtitli jkollhom platti, ponot, eċċ. li jaqgħu f’titlu 8209 00, bħala l-parti li taħdem tagħhom. Madanakollu, għodod, li jkollhom bħala l-parti li taħdem tagħhom, platti, vireg, ponot, eċċ., mhux immuntati, li jikkonsistu fi strat ta’ djamant sintetiku fuq support ta’ ċermiti, huma klassifikati f’subtitlu 8207 19 10. |
||||
8207 40 10 |
Għodod li jaqtgħu kamini fuq ġewwa Għodod li jaqtgħu kamini fuq ġewwa jintuzaw biex jiffurmaw kamini interni. Dan is-subtitlu jinkludi wkoll għodod għall-iffurmar ta’ kamini mingħajr it-tneħħija ta’ materjal. |
||||
8207 40 30 |
Għodod li jaqtgħu kamini fuq barra Għodod li jaqtgħu kamini fuq barra jintużaw biex jiffurmaw kamini esterni. Dan is-subtitlu jinkludi wkoll għodod għal iffurmar ta’ kamini mingħajr it-tneħħija ta’ materjal. |
||||
8207 70 31 |
Tip ta’ marloċċ (shank type) Għodod tip ta’ marloċċ għandhom marloċċ forma ta’ ċilindru jew kon li jippermettilhom li jaqbdu fil ħowlder tal-għodda Huma tipikament ikollhom id-dehra li ġejja: |
||||
|
|
||||
8212 |
Għodod għat-tqaxxir tal-leħja u xfafar tal-leħja (inklużi xfafar tal-leħja vojta (blanks) fi strixxi) |
||||
8212 20 00 |
Xfafar tal-leħja, inklużi xfafar tal-leħja vojta (blanks) fi strixxi Bħala żieda ma’ vojta fi strixxi, dan is-subtitlu jinkludi:
|
||||
8215 |
Mgħaref, frieket, kuċċaruni, xkumaturi, cake servers, skieken tal-ħut, skieken tal-butir, pinzetti taz-zokkor u oġġetti simili tal-kċina jew tal-mejda |
||||
8215 10 20 |
Li fihom biss oġġetti miksijin b’metall prezzjuż Dan is-subtitlu ma jinkludix oġġetti b’ornamentazzjoni minuri ta’ metalli prezzjużi (eż., mottif ta’ petali riprodott fuq manku ta’ biċċa pożata). |
||||
8215 10 30 |
Ta’ stainless steel Stainless steel huwa definit f’Nota 1 (e) għal kapitlu 72. |
||||
8215 10 80 |
Oħrajn In-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 8215 10 20 japplikaw, mutatis mutandis. |
||||
8215 20 10 |
Ta’ stainless steel Stainless steel huwa definit f’Nota 1 (e) għal kapitlu 72. |
||||
8215 91 00 |
Miksijin b’metall prezzjuż In-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 8215 10 20 japplikaw, mutatis mutandis. |
||||
8215 99 10 |
Ta’ stainless steel Stainless steel huwa definit f’nota 1 (e) għal kapitlu 72. |
KAPITLU 83
TAĦLITA TA’ OĠĠETTI TA’ METALL TA’ VALUR BAXX
8302 |
Fornituri, tagħmir u oġġetti simili ta’ metall ta’ valur baxx tajbin għal għamara, bibien, turġien, twieqi, persjani, qofsa ta’ vetturi, sruġ, bagolli, sniedaq, kaxxetti jew bħalhom; dniedel tal-kpiepel, witet tal-kpiepel, brazzi u apparat ta’ metall ta’ valur baxx; castors bl-immuntar ta’ metall ta’ valur baxx; għeluq awtomatiċi ta’ metall ta’ valur baxx għal bibien |
8302 20 00 |
Castors Castors b’annell jistgħu jkollhom ħafna użi: tagħmir għal għamara, pjanijiet, sodod ta’ l-isptarijiet, imwejjed li jitmexxew, eċċ., u f’roti għal trolis, vetturi għall-ġarr ta’ persuni b’diżabbilta’, eċċ. Castors b’annell li ma jissodisfawx il-kundizzjonijiet ta’ Nota 2 għal dan il-kapitlu ġeneralment ikunu klassifikati f’subtitlu 8716 90 90. |
8311 |
Wajer, vireg, tubi, pjanċi, elettrodi u prodotti simili, ta’ metall ta’ valur baxx jew ta’ karburi ta’ metall, miksijin jew bil-qalba b’materjal li jgħin fit-tidwib (flux), ta’ tip użat għall-istannjar, ibbrejżjar, iwweldjar jew depożizzjoni ta’ metall jew ta’ karburi ta’ metall; wajer u vireg, ta’ trab agglomerat ta’ metall ta’ valur baxx, użat għal sprejjar ta’ metall |
8311 10 10 |
Elettrodi ta’ l-iwweldjar bil-qalba ta’ ħadid jew azzar u miksijin b’materjal refrattorju Il-kelma “refrattorju” f’dan is-subtitlu tindika li l-materjal li jiksi l-elettroda huwa simili għal fluss għal fornijiet tal-metall u jġib ruħu daqs li kieku kien refrattorju. Il-kisja tintuża biex tiddiriġi l-arka u tifforma skorja li tipproteġi l-biċċa li għandha tkun iwweldjata. |
TAQSIMA XVI
MAKKINARJU U GĦODOD MEKKANIĊI; APPARAT ELETTRIKU; PARTIJIET TAGĦHOM; STRUMENTI LI JIRREKORDJAW U STRUMENTI LI JIRRIPRODUĊU L-ĦOSS; STRUMENTI LI JIRREKORDJAW U STRUMENTI LI JIRRIPRODUĊU STAMPA U ĦOSS TELEVIŻIVI U PARTIJIET U AĊĊESSORJI TA’ DAWN L-OĠĠETTI
Nota 4 |
Sakemm ma jingħadx mod ieħor, trasmissjoni tista’ ssir permezz ta’ mezzi (kemm jekk mibnijin f’komponenti individwali jew le) li jużaw raġġi infra-ħomor, radio waves jew raġġi minn lejżer eċċ. għal distanzi qosra. |
||||||||||||||||||||
Nota Addizzjonali 1 |
|
||||||||||||||||||||
Nota Addizzjonali 3 |
Magna fi stat żmuntat jew mhux immuntata tista’ tkun importata f’diversi kunsinni fuq tul ta’ żmien jekk dan huwa meħtieġ għall-konvenjenza tan-negozju jew trasport. Sabiex ikun possibbli li jkunu dikjarati l-partijiet kostitwenti differenti fl-istess titlu jew subtitlu tat-tariffa bħal magna mmuntata, id-dikjarant għandu jagħmel talba bil-kitba lill-posta tad-dwana mhux aktar tard mill-ewwel kunsinna u magħha jkun hemm:
L-applikazzjoni tista’ tkun aċċettata biss bi twettiq ta’ kuntratt għall-forniment jew għal magna li tista’ titqies bħala kompluta għall-għanijiet tan-Nomenklatura Magħquda. Il-partijiet kostitwenti kollha għandhom ikunu impurtati minn ġo l-istess post ta’ dħul tul iż-żmien permess. Madanakollu, f’każijiet speċjali, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jawtorizzaw l-importazzjoni minn ġo diversi postijiet ta’ dħul. Dan il-limitu ta’ żmien ma jistax jinqabeż sakemm ma ssirx talba raġonevoli u ġustifikata lill-awtoritajiet kompetenti għal estensjoni. Ma’ kull importazzjoni parzjali, lista tal-partijiet li jagħmlu l-kunsinna b’referenzi għall-inventarju ġenerali msemmi hawn fuq għandha tkun provduta. Id-dikjarazzjoni tad-dwana għal kull kunsinna għandu jkollha deskrizzjonijiet tal-parti jew partijiet li jagħmlu l-kunsinna kif ukoll tal-magna kompluta. |
KAPITLU 84
REATTURI NUKLEARI, KALDARUNI (BOILERS), MAKKINARJU U GĦODOD MEKKANIĊI; PARTIJIET TAGĦHOM
Ġenerali
Għall-għanijiet ta’ subtitli 8407 33 10, 8407 34 10, 8407 90 50 u 8408 20 10“għal immuntar industrijali” japplikaw biss għall-immuntar b’serje ta’ vetturi ġodda f’fabbriki li jimmanifatturaw jew jimmuntaw vetturi li jaħdmu b’mutur (inklużi subkuntratturi).
Is-subtitlu jista’ jkun applikat biss għal magni attwalment użati fil-produzzjoni ta’ vetturi ġodda tat-tipi msemmijin fis-subtitli. Konsegwentement, dan ma jkoprix magni simili użati bħala partijiet żejda.
8402 |
Kaldaruni li jiġġeneraw stim jew fwar ieħor (ħlief kaldaruni ta’ misħun ta’ tisħin ċentrali li jistgħu jipproduċu ukoll stim ta’ pressjoni baxxa); kaldaruni ta’ ilma sopra-msaħħnin |
||||||||||||||||||||
8402 19 90 |
Oħrajn Dan is-subtitlu jkopri kaldaruni b’tubi ta’ l-ilma firetube ibridi kif ukoll varjanti ta’ kaldaruni-tankijiet speċjali, bħal kaldaruni ta’ l-istim imsaħħnin bl-elettriku mgħammrin b’kartriġis li jisħnu bl-elettriku minflok b’impjant tas-sħana. |
||||||||||||||||||||
8405 |
Ġeneraturi ta’ gass produttur (producer gas) jew gass ta’ l-ilma, bil-purifikaturi tagħhom jew le; ġeneraturi ta’ gass ta’ aċitilena u ġeneraturi simili ta’ gass bi proċess ta’ ilma, bil-purifikaturi tagħhom jew le |
||||||||||||||||||||
8405 10 00 |
Ġeneraturi ta’ gass produttur (producer gas) jew gass ta’ l-ilma, bil-purifikaturi tagħhom jew le; ġeneraturi ta’ gass ta’ aċitilena u ġeneraturi simili ta’ gass bi proċess ta’ ilma, bil-purifikaturi tagħhom jew le Dan is-subtitlu ma jinkludix:
|
||||||||||||||||||||
8407 |
Magni li jaqbdu bi xrara bil-moviment alternat jew magni rotatorji bil-pistuni b’kombustjoni interna |
||||||||||||||||||||
8407 21 10 sa 8407 29 80 |
Magni tal-baħar bi propulsjoni Dawn is-subtitli ma jkoprux magni użati fuq vetturi board water għal għanijiet oħra ħlief propulsjoni. |
||||||||||||||||||||
8408 |
Magni li jaqbdu b’kompressjoni bil-pistuni b’kombustjoni interna (magni diżil jew semi-diżil) |
||||||||||||||||||||
8408 10 11 sa 8408 10 99 |
Magni tal-baħar bi propulsjoni Ara n-Noti ta’ Spjega għal subtitli 8407 21 10 sa 8407 29 80. |
||||||||||||||||||||
8409 |
Partijiet tajbin għal użu biss jew prinċipalment mal-magni ta’ titlu 8407 jew 8408 Bħala żieda ma’ l-esklużjonijiet imsemmijin fin-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 8409, dawn li ġejjin huma esklużi minn dan it-titlu:
|
||||||||||||||||||||
8409 99 00 |
Oħrajn Dan is-subtitlu ma jinkludix turbochargers tal-gassijiet ta’ l-egżost użati biex jikkompressaw l-arja atmosferika meħtieġa għall-kombustjoni sabiex titqawwa s-saħħa ta’ magni bil-pistuni b’kombustjoni interna. Bħala kumpressuri ta’ l-arja li jaħdmu b’turbina mħaddmin b’turbina tal-gassijiet ta’ l-egżost huma jaqgħu f’titlu 8414. |
||||||||||||||||||||
8411 |
Turbo ġettijiet, turbo skrejjen u turbini oħrajn ta’ gass |
||||||||||||||||||||
8411 11 00 sa 8411 12 80 |
Turbo-ġettijiet Dawn is-subtitli ma jkoprux hekk imsejjaħ apparat awżiljarju ta’ wara l-ħruq, preżentati b’mod separat (subtitlu 8411 91 00). |
||||||||||||||||||||
8411 99 00 |
Oħrajn Dawn is-subtitli jinkludu xfafar rotor (fann) għal turbini tal-gass kemm jekk it-turbini tal-gass jiffunzjonaw bħala prime mover flimkien ma’ ġeneratur ta’ l-elettriku jew le. |
||||||||||||||||||||
8412 |
Magni u muturi oħrajn |
||||||||||||||||||||
8412 21 20 sa 8412 29 89 |
Magni u muturi ta’ qawwa idrawlika Dawn is-subtitli jinkludu muturi għal trasmissjoni idrawlika. |
||||||||||||||||||||
8412 21 20 u 8412 21 80 |
Jaħdmu lineari (ċilindri) Dawn is-subtitli jkopru actuators idrawliċi għall-ippożizzjonar u għall-illokkjar użati biex ikunu rranġati l-pożizzjonijiet ta’ sits għall-membri ta’ l-ekwipaġġ tal-vettura ta’ l-ajru. |
||||||||||||||||||||
8413 |
Pompi għal likwidi, mgħammrin b’apparat għal kejl jew le; magni ta’ rfigħ għal likwidi |
||||||||||||||||||||
8413 50 20 |
Unitajiet idrawliċi Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 8412, (B), (6). |
||||||||||||||||||||
8413 60 20 |
Unitajiet idrawliċi Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 8412, (B), (6). |
||||||||||||||||||||
8413 70 51 sa 8413 70 75 |
Pompi bi fluss miċ-ċentru F’pompi bi fluss miċ-ċentru l-likwidu jkun imbuttat f’angli kwadri għall-assi jew għad-disk tal-pali (impeller). |
||||||||||||||||||||
8413 70 81 u 8413 70 89 |
Pompi oħrajn ċentrifugi Dawn is-subtitli jinkludu, partikolarment, pompi ċentrifugi bi fluss lejn l-assi, fejn il-likwidu jkun imbuttat tul l-assi tad-disk tal-pali. Huma jinkludu wkoll tipi ibridi ta’ pompi bi fluss miċ-ċentru u fluss tul l-assi (eż., dħul miċ-ċentru u ħruġ tul l-assi jew dħul tul l-assi u ħruġ miċ-ċentru). |
||||||||||||||||||||
8413 81 00 u 8413 82 00 |
Pompi oħrajn; magni ta’ rfigħ għal likwidi Dawn is-subtitli ma jinkludux:
|
||||||||||||||||||||
8414 |
Pompi bl-arja jew bil-vakwu, kompressuri u fannijiet ta’ arja jew gass ieħor; għata għal ventilazzjoni jew għal riċiklaġġ li fihom fann, mgħammar bil-filtri jew le Għall-għanijiet ta’ dan it-titlu, pompi u kompressuri jinkludu wkoll pompi li jaħdmu b’mutur, pompi turbo, kompressuri li jaħdmu b’mutur u kompressuri turbo. |
||||||||||||||||||||
8414 10 89 |
Oħrajn Dan is-subtitlu jinkludi pompi b’vakwu b’ċirku likwidu u pompi vakwu b’membrana. |
||||||||||||||||||||
8414 20 20 u 8414 20 80 |
Pompi ta’ l-arja mħaddmin bl-idejn jew bis-saqajn Dawk il-pompi li huma mħaddmin bl-idejn jew bis-saqajn biss, jiġifieri, mħaddmin biss permezz ta’ sforz ta’ bniedem, kif deskritt fin-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 8414, (A), jaqgħu f’dawn is-subtitli. Huma għandhom ikunu disinjati, partikolarment, għall-infiħ ta’ tajers pnewmatiċi (eż. għal roti, vetturi li jaħdmu b’mutur, eċċ.) u oġġetti simili, pereżempju, saqqijiet ta’ l-arja, kuxxini ta’ l-arja u dgħajjes li jintefħu. |
||||||||||||||||||||
8414 51 00 sa 8414 59 80 |
Fannijiet Dawk l-oġġetti li juru l-karatteristiċi msemmijin fin-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 8414, (B), u li jissodisfaw il-kundizzjonijiet li ġejjin biss jitqiesu bħala fannijiet għall-għanijiet ta’ dawn is-subtitli:
Kompressuri ta’ l-arja li ma jissodisfawx il-kundizzjonijiet imsemmijin hawn fuq huma klassifikati f’subtitli 8414 80 11 sa 8414 80 80. |
||||||||||||||||||||
8414 59 40 |
Fannijiet ċentrifugi Fannijiet ċentrifugi huma dawk fejn l-arja jew gass ieħor li għandhom jitmexxew, jiddaħħlu ġewwa tul l-assi u jintremew miċ-ċentru. |
||||||||||||||||||||
8414 80 11 u 8414 80 19 |
Turbo-kompressuri F’turbo-kompressuri x-xaft tar-rota tal-qala’ jitmexxa minn mutur estern u l-arja jew il-gass l-ieħor li għandu jkun ippumpjat jibda jitmexxa permezz tar-rota tal-qala’. Turbo-kompressuri jistgħu jkunu bi stadju wieħed jew b’multi-stadju, tul l-assi jew miċ-ċentru. Kompressuri sempliċi b’żewġ stadji jintużaw, pereżempju, f’vacuum cleaners. |
||||||||||||||||||||
8414 80 11 |
Stadju wieħed Dan is-subtitlu jinkludi wkoll turbochargers tal-gassijiet ta’ l-egżost għal magni tal-pistuni b’kombustjoni interna, fejn huma jintużaw biex jikkompressaw l-arja atmosferika meħtieġa għall-kombustjoni sabiex jiżdied il-ħruġ ta’ saħħa. Huma jkunu turbo-kompressuri ta’ l-arja bi stadju wieħed (blowers) użati biex jiġġeneraw pressa żejda ta’ aktar minn 2 bar u jitħaddmu permezz ta’ turbini tal-gass ta’ l-egżost installati maġenb il-casing tal-kompressur. It-turbina tal-gass ta’ l-egżost hija fornuta b’gassijiet ta’ l-egżost mill-magna tal-pistuni b’kombustjoni interna fuq liema din tkun immuntata. |
||||||||||||||||||||
8414 90 00 |
Partijiet Dawn is-subtitli jinkludu wkoll partijiet ta’ turbochargers ta’ gass ta’ l-egżost għal magni b’kombustjoni interna. Madanakollu, partijiet tat-turbina tal-gass ta’ l-egżost użati ma’ turbochargers ta’ gass ta’ l-egżost huma klassifikati f’titlu 8411 bħala partijiet ta’ turbina tal-gass mingħajr kompartiment għal kombustjoni. |
||||||||||||||||||||
8418 |
Refriġerejters, friżers u tagħmir ieħor għat-tkessiħ jew iffriżar, ta’ l-elettriku jew oħrajn; pompi tas-sħana ħlief magni ta’ l-arja kundizzjonata ta’ titlu 8415 |
||||||||||||||||||||
8418 69 00 |
Oħrajn Dan is-subtitlu jinkludi “chill dryers”, li huma apparati użati għat-tnixxif ta’ l-arja f’bini fejn ikun hemm pixxini jew postijiet umdi oħra. Bażikament dawn jikkonsistu f’parti refriġeranti u fann imħaddem permezz ta’ mutur. Il-fann jiġbed l-arja umda, li imbagħad titmexxa għall-evaporatur tal-parti refriġeranti, fejn din tikkondensa fuq il-ħitan kesħin. L-ilma kondensat li jirriżulta jinqabad f’parti baxxa. L-arja mnixxfa titmexxa għal tisħin mill-ġdid tul il-parti refriġeranti msaħħna u tintbagħat lura fil-kamra. Fil-każ taċ-chill dryers użati biex inixxfu l-arja kompressata fis-sistemi ta’ l-arja kompressata koperti wkoll minn dan is-subtitlu, l-arja kompressata mnixxfa tkun normalment imsaħħna mill-ġdid permezz ta’ exchanger tas-sħana mill-arja għall-arja installat żejjed. Dan l-exchanger tas-sħana jmexxi s-sħana mill-arja kompressata umda li tidħol min-naħa tad-dħul taċ-chill dryer minn ġo ħitan lejn l-arja niexfa kompressata. Dan l-apparat ma jkunx provdut ma’ mezzi għat-tibdil tat-temperatura ta’ l-arja. Madanakollu, dan is-subtitlu ma jkoprix mezzi li jipproduċu silġ niexef (slab ice) permezz tar-riduzzjoni ta’ malajr tal-pressa ta’ dijossidu tal-karbonju bi pressa għolja b’supercooling li jirriżulta (titlu 8479). |
||||||||||||||||||||
8419 |
Makkinarju, apparat għal impjant jew laboratorju, jissaħħan bl-elettriku jew le (ħlief fran, fuklari tal-bajla u apparat ieħor ta’ titlu 8514), għat-trattament ta’ materjali bi proċess li jinvolvi bidla ta’ temperatura bħal tisħin, tisjir, xiwi, iddistillar, rettifikar, sterelizzar, pastorizzar, tifwir, tnixxif, evaporar, vaporizzar, ikkondensar jew tibrid, ħlief makkinarju jew impjant ta’ tip użat għal għanijiet domestiċi; hiters ta’ l-ilma istantanji jew ta’ ħażna, mhux ta’ l-elettriku |
||||||||||||||||||||
8419 20 00 |
Sterelizzaturi mediċi, kirurġiċi jew ta’ laboratorju L-apparat kopert minn dan is-subtitlu, intiż bħala apparat għal kliniċi, swali ta’ l-operazzjonijiet, ċentri mediċi, eċċ., jikkonsisti f’reċipjenti fejn strumenti mediċi jew kirurġiċi kif ukoll tajjar, garża assorbenti u kisjiet oħra jkunu suġġetti għal temperatura ta’ 100° Ċ jew aktar sabiex jinqerdu l-mikro-organiżmi li dawn jistgħu jkunu qed iġorru. Huma s-soltu jkunu fil-forma ta’ paralleliped jew ċilindru wieqaf fuq pedestall u jkun fihom xbieki li jitneħħew. Ġeneralment, il-kontenitur jkun ta’ l-azzar jew aluminju u miksi b’materjal li jiżola. Il-bieb jista’ jkun igglejżjat biex jippermetti li l-istrumenti mqiegħdin fuq ġewwa jidhru. X’uħud mill-apparati huma fil-forma ta’ kabinetti jew għamara oħra. F’dan il-każ, sterelizzatur proprju jista’ jinkludi xtilliera għall-ħażna ta’ l-istrumenti jew l-oġġetti oħra li għandhom ikunu sterilizzati; dan m’għandux jaffettwa l-klassifikazzjoni f’dan is-subtitlu. Dan l-apparat jissaħħan bi spirtu, pitrolju, gass jew elettriku u sterilizzazzjoni ssir permezz ta’ ilma jagħli (vats), fwar taħt pressa (awtoklavi) jew arja sħuna niexfa (fran), skond id-disinn ta’ l-apparat. |
||||||||||||||||||||
8419 50 00 |
Unitajiet ta’ trasferiment ta’ sħana Unitajiet ta’ trasferiment ta’ sħana jintużaw:
Dawn is-subtitli jinkludu:
Dawn is-subtitli ma jkoprux:
|
||||||||||||||||||||
8419 89 10 |
Torrijiet għat-tkessiħ u impjant simili għat-tkessiħ dirett (mingħajr ħajt jifred) permezz ta’ ilma riċiklat Dan is-subtitlu jkopri torrijiet għat-tkessiħ fejn l-ilma li għandu jitkessaħ jerħi s-sħana tiegħu direttament fl-arja permezz ta’ evaporazzjoni. L-ilma msaħħan ikun ippumpjat, imbagħad iqattar l-isfel bla tfixkil ġot-torri għat-tkessiħ u waqt li jagħmel hekk jitkessaħ permezz ta’ l-arja tiela’ (effett taċ-ċumnija). |
||||||||||||||||||||
8419 89 98 |
Oħrajn Dan is-subtitlu jkopri apparat għall-affumikar ta’ zalzetti nejjin, anki meta z-zalzett jgħaddi minn trattament tas-sħana matul l-affumikar, li jirriżulta fit-tisjir parzjali jew totali taz-zalzett. Huma jikkonsistu f’kamra kbira msaħħna permezz ta’ kojlijiet ta’ l-istim; duħħan jaħraq jew kiesaħ jintefa’ fil-kamra minn barra permezz ta’ fann. Huma mgħammrin b’installazzjonijiet li jumidifikaw u kojlijiet li jkun fihom ilma kiesaħ għat-tkessiħ. Il-zalzetti nejjin jitmexxew fil-kamra imdendlin fuq frejmijiet li jiċċaqalqu. Oġġetti ta’ tagħmir magħrufin bħala “dispensaturi ta’ l-affarijiet tal-mejda” għaż-żamm u r-rimi ta’ affarijiet tal-mejda għal nies li jieklu f’kantini jew ristoranti self-service huma esklużi minn dan is-subtitlu, anki fejn huma mgħammrin b’apparat li jsaħħan bl-elettriku jew li jsaħħan permezz ta’ banju ta’ l-ilma għat-tisħin ta’ l-affarijiet tal-mejda (titlu 9403). |
||||||||||||||||||||
8421 |
Magni ċentrifugi, inklużi magni ċentrifugi li jnixxfu; makkinarju u tagħmir li jiffiltraw jew isaffu, likwidi jew gassijiet |
||||||||||||||||||||
8421 39 60 |
Bi proċess katalitiku Dan is-subtitlu jinkludi purifikanti ta’ gassijiet ta’ l-egżost katalitiċi għat-tqegħid fis-sistema ta’ l-egżost ta’ vetturi li jaħdmu b’mutur jew f’linji tal-gass li jintrema ta’ impjant industrijali, biex jitneħħa l-ossidu nitroġenu u, possibilment, sustanzi li jniġġsu oħrajn (eż., monossidu tal-karbonju u idrokarbonji) mill-egżost jew gassijiet żejda permezz ta’ reazzjoni kimika sabiex jitnaqqas it-tniġġis ta’ l-arja. Konvertituri katalitiċi mqiegħdin f’vetturi li jaħdmu b’mutur jikkonsistu f’kisja li fiha honeycomb taċ-ċeramika (support monolitiku) magħmul minn kanali miksijin minn materjal katalitiku attivat. F’impjant industrijali, purifikanti ta’ gassijiet żejda jikkonsistu fi frejm ta’ support li fih numru kbir ta’ komponenti katalitiċi. Supporti monolitiċi u komponenti katalitiċi preżentati separatament, madanakollu, huma klassifikati bħala katalisti f’titlu 3815. |
||||||||||||||||||||
8421 39 90 |
Oħrajn Bħala żieda ma’ l-apparat imħaddem permezz ta’ proċess elettrostatiku jew termiku, dan is-subtitlu jinkludi apparat li jippurifika l-gass li jifred t-taħlita tal-gass fil-komponenti individwali permezz ta’ proċess ta’ żamm. |
||||||||||||||||||||
8422 |
Magni għal ħasil tal-platti; makkinarju għal tindif jew tnixxif ta’ fliexken jew kontenituri oħrajn; makkinarju għal mili, għeluq, issiġillar jew twaħħil ta’ tikketti ma’ fliexken, bottijiet, kaxex, boroż jew kontenituri oħrajn; makkinarju għal tqegħid ta’ għotien ta’ fliexken, vażetti, tubi u kontenituri simili; makkinarju ieħor għal ippakkjar jew tgeżwir (inkluż makkinarju ta’ tgeżwir li jiqsar u jintrass bis-sħana (heat-shrink)); makkinarju li jissupplixxi l-arja fix-xorb |
||||||||||||||||||||
8422 90 10 |
Ta’ magni għal ħasil tal-platti Swiċċijiet programmati tal-ħin ta’ magni għal ħasil tal-platti preżentati separatament huma klassifikati skond il-karatteristiċi tagħhom (eż., titlu 9107 00 00). |
||||||||||||||||||||
8423 |
Makkinarju għal użin (ħlief imwieżen b’sensittivita’ ta’ 5 ċg jew aħjar), inklużi magni li jgħoddu jew jivverifikaw regolati bl-użin; wżien ta’ kull tip għal magni ta’ użin |
||||||||||||||||||||
8423 20 00 |
Mwieżen għal użin kontinwu ta’ oġġetti fuq trasportaturi Dan is-subtitlu jinkludi mwieżen elettromekkaniċi għal trasportaturi. Id-disinn u l-metodu ta’ operazzjoni ta’ mwieżen bħal dawn jikkorrispondu għal dawk ta’ mwieżen elettromekkaniċi deskritti fin-Noti ta’ Spjega għal subtitli 8423 81 10 sa 8423 89 00. |
||||||||||||||||||||
8423 30 00 |
Mwieżen għal piż kostanti u mwieżen biex joħorġu piż predeterminat ta’ materjal f’borża jew f’kontenitur, inklużi mwieżen tad-delu Dan is-subtitlu jinkludi mwieżen elettromekkaniċi tat-tip deskritt hawn fuq. Id-disinn u l-metodu ta’ operazzjoni ta’ dawn l-imwieżen jikkorrispondu għal dawk ta’ l-imwieżen elettromekkaniċi deskritti fin-Noti ta’ Spjega għal subtitli 8423 81 10 sa 8423 89 00. |
||||||||||||||||||||
8423 81 10 sa 8423 89 00 |
Makkinarju ieħor ta’ użin Dawn is-subtitli jinkludu mwieżen elettromekkaniċi fejn il-piż ta’ l-oġġetti jkun konvertit f’sinjal elettriku (kurrent) permezz ta’ transducer imqiegħed fl-imwieżen, fejn il-kurrent imbagħad jitkejjel permezz ta’ apparat li jkejjel inkorporat fl-imwieżen. Bħala regola it-transducers li jkejlu fi mwieżen bħal dawn jikkonsistu f’ċelluli tal-piż jew vireg bi strain gauges (resistenzi elettriċi) imwaħħlin biex jiffurmaw bridge elettriku. Il-forza eżerċitata mill-massa li għandha titkejjel tgħawweġ iċ-ċelluli tal-piż, tikkawża bidla fit-tul ta’ l-istrain gauge (kontrazzjoni jew elongazzjoni) u għalhekk bidla fir-resistenza li hija proporzjonali għall-massa li għandha titkejjel u li tgħaddi fil-forma ta’ bidla ta’ kurrent lill-apparat li jkejjel fuq l-iskala mill-bridge li jkejjel ir-resistenza. Bħala żieda ma’ l-istrument li jkejjel, magħruf bħala unita’ li tkejjel il-piż, apparat li juri l-użin jew indikatur tal-piż, li normalment ikun ġo kisja waħda, mwieżen elettromekkaniċi jistgħu wkoll ikollhom unitajiet oħra li jkunu wwajerjati flimkien (eż., tastiera, unita tal-memorja, printer, VDU, kontrollur uqarrej tal-kards biex jikkontrolla l-aċċess għall-imwieżen). F’sistemi ta’ mwieżen ta’ dan it-tip diversi mwieżen jistgħu jkunu magħqudin ma’ strument komuni ta’ kejl (magħruf ukoll bħala “terminali remoti għal użin”). L-imwieżen t’hawn fuq jistgħu wkoll ikunu mgħammrin b’interface li minn ġo fih l-imwieżen jistgħu jkunu konnessi ma’ unita’ ta’ proċessar ta’ data awtomatika. Imwieżen elettromekkaniċi jitqiesu bħala “imwieżen elettroniċi” jekk mikroproċessuri jkunu mibnijin fl-istrument ta’ kejl fl-imwieżen, pereżempju, sabiex ikun kalkulat il-prezz ta’ l-ammont li jkun qed jintiżen bl-użu tal-prezz bil-waħda (eż., prezz għal kull kilogramma) imdaħħal fil-miżien. |
||||||||||||||||||||
8424 |
Tagħmir mekkaniku (ta’ l-idejn jew le) għal xħit, tixrid jew traxxix ta’ likwidi jew trabijiet; apparat għat-tifi tan-nar, ikkargat jew le; apparat għat-traxxix u tagħmir simili; magni ta’ stim jew tindif bit-tfigħ tar-ramel (sandblasting) u magni li jixħtu ġettijiet simili |
||||||||||||||||||||
8424 30 10 |
Mħaddmin b’arja kompressata Dan is-subtitlu jinkludi magni li jitfgħu r-ramel (sandblasting) li jkun fihom kompressur ta’ l-arja użat għat-tindif ta’ plaggijiet li jisparkjaw (spark plugs) jew għall-ittrimjar ta’ kondensaturi elettriċi monolitiċi. Trimmjar ifisser it-tneħħija tal-materjal kondensaturi li jikkonduċi permezz ta’ l-applikazzjoni ta’ ġett ta’ ramel sabiex tinkiseb il-capacitance mixtieqa fil-kondensatur. |
||||||||||||||||||||
8424 89 00 |
Oħrajn Dan is-subtitlu jinkludi “magni tal-ħasil” għat-tindif ta’ karozzi, partijiet tal-metall jew oġġetti oħrajn permezz tat-traxxix ta’ ilma, petrol jew fluwidi oħra; huma jkunu ffitjati b’pompa, pajpijiet b’żennuni kif ukoll, fejn xieraq, apparat li jmexxi, apparat li jsaħħan, eċċ., biex jiffurmaw unita’ kompluta. Madanakollu, dan is-subtitlu ma jinkludix apparat li jnaddaf bi pressa għolja ta’ l-ilma (subtitli 8424 30 01 sa 8424 30 09). |
||||||||||||||||||||
8426 |
Deriks ta’ vapuri; krejnijiet, inklużi krejnijiet bil-kejbil; qofsa ta’ rfigħ mobbli, straddle carriers u trakkijiet tax-xogħol mgħammrin bi krejn |
||||||||||||||||||||
8426 41 00 u 8426 49 00 |
Makkinarju ieħor, jaħdem awtomatikament minnu nnifsu Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 8426, “magni li jaħdmu minnhom infushom u magni oħra mobbli”, (b), (2). Sabiex ikun hemm distinzjoni bejn il-makkinarju li jaħdem minnu nnifsu ta’ dawn is-subtitli, fuq in-naħa waħda, u vetturi li għandhom bżonn forniment ta’ enerġija għall-għanijiet speċjali ta’ titlu 8705, fuq in-naħa l-oħra, l-magni li jaħdmu minnhom infushom li jaqgħu f’ dawn is-subtitli ġeneralment ikollhom il-karatteristiċi li ġejjin:
|
||||||||||||||||||||
8428 |
Makkinarju ieħor għal irfigħ, immaniġġar, tagħbija u ħatt (per eżempju, liftijiet, skalaturi, trasportaturi, teleferiki) Dan is-subtitlu ma jinkludix liftijiet caterpillar b’sistemi ta’ trekkjar caterpillar li jintużaw biex imexxu siġġijiet bir-roti bl-okkupanti tagħhom il-fuq jew l-isfel it-taraġ, dawn jaqgħu f’titlu 8714 bħala aċċessorji għal siġġijiet bir-roti. |
||||||||||||||||||||
8428 90 30 |
Magni bir-rombli għal manifattura ta’ pjanċi; imwejjed bir-rombli għal provvediment u tneħħija ta’ prodotti; forġjaturi u manipulaturi ta’ ingotti, boċċi, bċejjeċ (bars) sħaħ u ċangaturi Dan is-subtitlu jkopri żewġ gruppi ta’ makkinarju użat bħala tagħmir anċillari f’magni bir-rombli, prinċipalment:
Dawn il-magni jinkludu:
Dan is-subtitlu ma jinkludix:
|
||||||||||||||||||||
8429 |
Buldowżers, raspi, grejders, magni li jinvellaw, barraxi, pali mekkaniċi, gafef, magni għat-tagħbija ta’ pali, magni għat-tbattim (tamping machines) u rombli tat-triq li jaħdmu awtomatikament minnhom infushom |
||||||||||||||||||||
8429 30 00 |
Barraxi Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 8429, tieni paragrafu, (Ċ). Dan is-subtitlu ma jkoprix kombinazzjoni ta’ barraxi, li jikkonsistu fi trakter (anki b’assi waħda biss) u barrax proprju. Kull element għandu, b’applikazzjoni ta’ Nota 2 għal kapitlu 87, ikun klassifikat fit-titlu xieraq tiegħu (titlu 8701 għat-trakter u subtitlu 8430 69 00 għall-barrax). |
||||||||||||||||||||
8432 |
Makkinarju agrikoli, ortikulturali jew ta’ l-imsaġar għal preparazzjoni jew kultivazzjoni tal-ħamrija; rombli għal lon jew għal terran ta’ l-isports |
||||||||||||||||||||
8432 30 11 |
Magni taż-żrigħ misjuqin ċentralment bi spazjar eżatt Dan is-subtitlu jkopri magni li jqiegħdu ż-żerriegħa jew iż-żrieragħ individwali fil-ħamrija f’ringieli bi spazjar uniformi kkontrollat. Dawn il-magni jistgħu wkoll iqiegħdu żrieragħ fl-istess ħin f’diversi ringieli. |
||||||||||||||||||||
8433 |
Makkinarju tal-ħsad u d-dris, inklużi magni li jinballaw tiben u magħlef; magni tal-ħsad (mowers) tal-ħaxix jew ħuxlief; magni li jaħslu, jagħżlu u jiggradaw bajd, frott jew prodotti agrikoli oħrajn, ħlief makkinarju ta’ titlu 8437 |
||||||||||||||||||||
8433 11 10 sa 8433 19 90 |
Magni tal-ħsad għal-lonijiet, ġonna pubbliċi jew grawnds ta’ l-isports Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 8433, parti (A), paragrafu ta’ qabel ta’ l-aħħar, b’referenza għal magni tal-ħsad li jintrikbu għal lonijiet. |
||||||||||||||||||||
8438 |
Makkinarju, mhux speċifikat jew inkluż band’oħra f’dan il-kapitlu, għall-preparazzjoni jew manifattura industrijali ta’ ikel jew xorb, ħlief makkinarju għall-estrazzjoni jew preparazzjoni ta’ xaħmijiet jew żjut ta’ annimali jew veġetali fissi |
||||||||||||||||||||
8438 80 10 |
Għall-preparazzjoni ta' te' jew kafe Dan is-subtitlu jinkludi magni għat-taħlit ta’ diversi tejiet u magni li jitħnu l-kafe. Dan is-subtitlu ma jinkludix magni għall-preparazzjonijiet industrijali ta’ te' jew kafe lest (subtitlu 8419 81 20), magni li jinkaljaw il-kafe (subtitlu 8419 89 98), magni għall-manifattura ta’ trab tal-kafe (kafe istanti) (subtitlu 8419 39 90). |
||||||||||||||||||||
8439 |
Makkinarju biex jagħmel polpa minn materjal ċellulożiku fibruż jew makkinarju li jagħmel jew jorqom karta jew kartun |
||||||||||||||||||||
8439 30 00 |
Makkinarju li jorqom karta jew kartun Bħala żieda mal-makkinarju msemmi fin-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 8439, parti III, dan is-subtitlu jkopri wkoll magni li jagħtu raffinatura ta’ parċmina. Dan is-subtitlu ma jkoprix:
|
||||||||||||||||||||
8441 |
Makkinarju ieħor biex issir il-polpa tal-karta, karta jew kartun, inklużi magni ta’ qtugħ ta’ kull għamla |
||||||||||||||||||||
8441 10 20 |
Magni oħrajn biex iċartu u jaqtgħu travers Dan is-subtitlu jkopri magni li jipproduċu folji ta’ format speċifiku minn għanqbut kontinwu ta’ karta jew permezz ta’ qtugħ travers biss jew permezz ta’ tixqiq u qtugħ travers flimkien. |
||||||||||||||||||||
8441 10 30 |
Giljottini Dan is-subtitlu jkopri magni li jaqtgħu mazzi ta’ karti b’xafra waħda, waqt li travu mqiegħed fuq il-mejda għall-qtugħ iżomm il-karta soda f’postha tul il-qatgħa. Dan is-subtitlu jkopri wkoll magni b’xafra waħda u mejda li taqta’ li ddur għall-ittrimmjar ta’ blokki ta’ kotba, fejn il-blokki tal-kotba jkunu mdawrin 90° wara l-ewwel u t-tieni qatgħa. |
||||||||||||||||||||
8441 10 40 |
Magni li jittrimmjaw bi tliet xfafar Dan is-subtitlu jinkludi magni bi tlitt ixfafar imqiegħdin 90° lejn xulxin li jintużaw għall-ittrimmjar ta’ blokki ta’ kotba. Żewġt ixfafar jittrimmjaw it-truf ta’ fuq u t’isfel tal-blokki tal-kotba fl-istess ħin u imbagħad it-tielet xafra tittrimmja t-tarf ta’ quddiem jew viċeversa. |
||||||||||||||||||||
8441 10 80 |
Oħrajn Dan is-subtitlu jinkludi magni li jitħaddmu bl-idejn jew b’pedala. |
||||||||||||||||||||
8442 |
Makkinarju, apparat u tagħmir (ħlief l-għodod tal-magni ta’ titli 8456 sa 8465) għat-tħejjija jew il-manifattura ta’ pjanċi, ċilindri jew komponenti oħra ta’ stampar; pjanċi, ċilindri u komponenti oħra ta’ stampar; pjanċi, ċilindri u ġebel litografiku, imħejjija għal għanijiet ta’ stampar (per eżempju, illixxjati, ivvinati jew illustrati) |
||||||||||||||||||||
8442 30 10 |
Magni għal issettjar għall-istampa u kompożitriċi Dan is-subtitlu jkopri magni għall-issettjar għall-istampa u kompożitriċi, li jikkomponu billi jieħdu ritratt wara l-ieħor ta’ tipi mmuntati fuq diski li jduru jew tal-wiċċ ta’ matriċi speċjali jew ta’ tipi maħluqa fuq tubu katodiku b’matriċi ta’ tikek żgħar ħafna mrikkba fuq xulxin.. Dan is-subtitlu jinkludi wkoll magni kompożitriċi li jużaw raġġ ta’ lejżer ipproġettat fuq film fotografiku. Dan is-subtitlu, madanakollu, ma jkoprix:
|
||||||||||||||||||||
8442 30 91 |
Għall-funderija u l-kompożizzjoni/issettjar tat-tipi għall-istampar (per eżempju, linotipi, monotipi, intertipi), bi jew mingħajr mezzi tal-funderija It-twaħħil tat-tipa jista’ jsir bl-idejn, jew jista’ jsir b’mod mekkaniku b’magni xi ftit jew wisq kumplessi. L-apparat u l-magni koperti jinkludu:
Minbarra l-apparat u l-magni ta’ l-ikkastjar u ta’ l-issettjar imsemmija hawn fuq, hemm grupp sħiħ ieħor ta’ magni li mekkanikament jikkastjaw u jissettjaw it-tipa. Dan isir jew permezz ta’ żewġ operazzjonijiet distinti fuq żewġ magni differenti iżda kumplimentari (l-ewwel magna tipproduċi strixxa ta’ karta mtaqqba li tikkontrolla t-tieni magna li l-funzjoni tagħha hi li tikkastja t-tipa separatament jew f’linja ta’ blokki), jew bħala operazzjoni waħda fuq l-istess magna. Dawn il-magni, li ħafna drabi huma kumplessi ferm, jinkludu:
|
||||||||||||||||||||
8442 30 99 |
Makkinarju, apparat u tagħmir ieħor Dan is-subtitlu jkopri makkinarju, apparat u tagħmir sabiex jipprepara jew jagħmel plattini, ċilindri jew komponenti għall-istampar kif deskritti fin-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 8442, (A), (1) sa (3). |
||||||||||||||||||||
8442 50 21 sa 8442 50 80 |
Pjanċi, ċilindri u komponenti oħra ta’ stampar; blokki, pjanċi, ċilindri u ġebel litografiku, imħejjija għal għanijiet ta’ stampar (per eżempju, illixxjati, ivvinati jew illustrati) Ġebla litografika naturali tikkonsisti f’tip ta’ ġebla tal-ġir b’vini omoġenji fini. Ġebla litografika artifiċjali s-soltu tkun magħmula minn siment u karbonat tal-kalċju li kien mitħun u kompressat. Ġebel litografiku ta’ dawn is-subtitli huma:
Ġebla tal-ġir (magħrufa wkoll bħala “ġebla litografika”) hija l-istat mhux raffinat eskluż minn dawn is-subtitli u li jaqgħu f’subtitlu 2530 90 98. |
||||||||||||||||||||
8443 |
Makkinarju għal stampar użat biex jistampa permezz ta’ pjanċi, ċilindri u komponenti oħra ta’ stampar ta’ titlu 8442; printers, fotokopjaturi u magni tal-faksimile oħra, kemm jekk magħqudin u kemm jekk mhumiex; partijiet u aċċessorji tagħhom |
||||||||||||||||||||
8443 31 10 |
Makkinarju li jwettaq il-funzjonijiet ta’ ikkuppjar u t-trasmissjoni faksimile u li ma jistax jikkopja aktar minn 12-il paġna b’kulur wieħed kull minuta, bi jew mingħajr funzjoni ta’ stampar Sabiex tkun iddeterminata l-veloċità ta’ l-ikkupjar, għandha titqies biss il-velocità massima għal paġni mimlija test ta’ l-anqas riżoluzzjoni (dpi). |
||||||||||||||||||||
8443 31 91 |
Makkinarju li jwettaq il-funzjoni ta’ ikkuppjar billi jiskennja l-oriġinali u jistampa l-kopji permzz ta’ magna ta’ stampar elettrostatiku Ara n-Noti ta’ Spjega SA għat-titlu 8443, parti (II), (A) (1). Il-proċess ta’ skennjar jista’ jsir permezz ta’ sistemi diġitali jew ottiċi. Magna ta’ l-istampar elettrostatika taħdem bl-istess mod ta’ printer elettrostatiku. Minbarra l-funzjoni ta’ l-ikkuppjar, il-magni ta’ dan is-subtitlu jagħmlu wkoll trasmissjonijiet faksimile jew jistampaw. Dan is-subtitlu jeskludi magni li jistampaw kopji permezz ta’ ġett ta’ linka jew b’magna li tistampa billi tuża s-sħana (subtitlu 8443 31 99). |
||||||||||||||||||||
8443 32 30 |
Magni tal-faksimile Ara n-Noti ta' Spjega SA għal titlu 8443, parti (II), (C). |
||||||||||||||||||||
8443 39 10 |
Makkinarju li jwettaq il-funzjoni ta’ kkuppjar billi jiskennja l-oriġinali u jistampa l-kopji permzz ta’ magna ta’ stampar elettrostatiku Ara n-Noti ta' Spjega għal subtitlu 8443 31 91. |
||||||||||||||||||||
8443 39 31 |
Li fih sistema ottika Magni ta’ dan is-subtitlu jinkorporaw sistemi ottiċi (li jikkonsistu l-aktar f’kondensatur, lentijiet, mirja, priżmi jew skjerament ta’ fibri ottiċi jew strumenti simili) għall-iskennjar ta’ l-oriġinali. |
||||||||||||||||||||
8443 39 39 |
Oħrajn Dan is-subtitlu jinkludi blueprinters u djażokopijers li jintużaw għall-ikkuppjar ta' oriġinali trasluċenti fuq karta fotosensittiva. Minħabba li d-dawl jgħaddi mill-oriġinal trasluċidi, il-kompost djażo jew l-imluħ tal-ħadid fotosensittiv fil-karta ta' l-ikkupjar jinkisru fiż-żoni mdawlin. Iż-żoni mhux imdawlin jsiru viżibbli permezz taż-żviluppar. Dan l-apparat is-soltu jipprovdi kopji li jagħtu fil-blu li fihom il-linji individwali ma jkunux ċari daqs l-oriġinal. Dan is-subtitlu jinkludi wkoll magni tat-tip li jwaħħlu u apparat ta’ termokkuppjar. |
||||||||||||||||||||
8443 39 90 |
Oħrajn Dan is-subtitlu jinkludi printers bla impatt sakemm dawn mhumiex kapaċi jaqbdu ma’ magna awtomatika li tipproċessa d-data jew ma’ netwerk, bħal:
Il-printers elenkati hawn fuq huma kkontrollati b’data media (per eżempju, CD ROM, diskettes, tejps manjetiċi jew semiconductor media) jew b’magni għajr magni awtomatiċi li jipproċessaw id-data (per eżempju, kameras diġitali, vidjowkameras jew telefowns għal netwerks ċellulari). |
||||||||||||||||||||
8443 91 10 sa 8443 99 90 |
Partijiet u aċċessorji Minbarra l-partijiet u l-aċċessorji msemmija fin-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 8443, dawn is-subtitli jinkludu:
|
||||||||||||||||||||
8443 99 10 |
Immuntar elettroniku Immuntar elettroniku li jikkonsisti f’ċirkuwit stampat jew aktar mgħammar b’ċirkuwiti elettroniċi integrati tat-titlu 8542. Dawn jistgħu jkollhom ukoll elementi diskreti attivi, elementi diskreti passivi, oġġetti ta' titlu 8536 jew apparat ieħor elettroniku jew elettromekkaniku, sakemm dawn ma jitilfux il-karatteristika tagħhom bħala immuntar elettroniku. Dawn is-subtitli ma jinkludux:
|
||||||||||||||||||||
8445 |
Magni biex jippreparaw fibri ta’ tessuti; magni ta’ l-għażil, magni li jirduppjaw jew magni li jobormu u makkinarju ieħor għal produzzjoni ta’ ħjut ta’ tessuti; magni għal irrumblar jew tkebbib (inkluż tkebbib fuq it-tagħma) u magni biex jippreparaw ħjut tessili għal użu fuq il-magni ta’ titlu 8446 jew 8447 |
||||||||||||||||||||
8445 90 00 |
Oħrajn Bħala żieda mal-magni msemmijin fin-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 8445, (E), dan is-subtitlu jinkludi wkoll magni għall-immuntar ta’ ħjut tal-medd fuq it-travu minn drammijiet għall-medd, magni għall-insiġ u li jfornu il-ħajta matul l-insiġ u magni għall-ħjata għall-irrakmar. “Hand knotters”, min-naħa l-oħra, li huma għodod żgħar li jinżammu fl-id għat-tgħaqqid ta’ ħajt maqsum, jaqgħu f’titlu 8205. |
||||||||||||||||||||
8446 |
Magni ta’ l-insiġ (nwiel) Dan it-titlu jkopri l-magni ta’ l-insiġ imsemmijin fin-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 8446, inkluż newl għal tapit Axminster, newl tax-xinilja, newl għal tessut gozz, newl għal tessut terri, newl għal tessut kripp, newl għall-għażel, newl għal qlugħ, newl għal ċinturin ta’ trasmissjoni u newl strixxa. |
||||||||||||||||||||
8447 |
Magni tas-suf ċatti, magni li jgħaqqdu l-ponti u magni biex jagħmlu ħjut mibrumin (gimped), tull, bizzilla, rakkmu, tirqim, malji jew xibka u magni tat-trapuntar |
||||||||||||||||||||
8447 20 20 u 8447 20 80 |
Magni tas-suf ċatti; magni li jgħaqqdu l-ponti Dawn is-subtitli jkopru magni tal-kroxe' li huma, fil-fatt, magni li jħitu l-ktajjen użati biex jagħmlu trimmjaturi ornamentali, frilli, purtieri, xibka, bizzilla, eċċ. (bħal newl għall-immaljar ta’ żigarella, frejmijiet tal-bizzilla, magni għal purtieri u newl għal ċfuf). |
||||||||||||||||||||
8447 90 00 |
Oħrajn Bħala żieda mal-magni msemmijin fin-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 8447, (Ċ), dan is-subtitlu jinkludi:
|
||||||||||||||||||||
8448 |
Makkinarju awżiljarju għal użu ma’ magni ta’ titlu 8444, 8445, 8446 jew 8447 (per eżempju, apparat għan-newl dobbiesu jacquards, twaqqif ta’ moviment awtomatiku, mekkaniżmi biex jibdlu l-mekkuk); partijiet u aċċessorji tajbin għal użu biss jew prinċipalment mal-magni ta’ dan it-titlu jew ta’ titlu 8444, 8445, 8446 jew 8447 (per eżempju, mgħażel u flajers ta’ l-imgħażel, strixxi bil-wajer ippuntat għal magni tat-tqardix (card clothing), imxat, bżieżel tal-ħruġ, imkiekek, nirien tan-newl u gwarniċi ta’ nirien, labar tal-kalzetti) |
||||||||||||||||||||
8448 11 00 u 8448 19 00 |
Makkinarju awżiljarju għal magni ta’ titlu 8444, 8445, 8446 jew 8447 Dawn is-subtitli ma jinkludux:
|
||||||||||||||||||||
8450 |
Magni tal-ħasil għad-dar jew tip tal-londri, inklużi magni li jaħslu kif ukoll inixxfu |
||||||||||||||||||||
8450 11 11 sa 8450 19 00 |
Magni, kull waħda tesa’ mhux aktar minn 10 kg ħwejjeġ xotti Dawn is-subtitli jinkludu: magni tal-ħasil tip-banju b’imqadef, aġitaturi, pulsaturi, eċċ., jew b’sistema ta’ sprejjar; magni tal-ħasil tip-dramm, inklużi dawk li fihom id-dramm tal-ħasil jaġixxi wkoll bħala spin-drier; magni tal-ħasil li jikkombinaw fejn id-dramm jew apparat tal-ħasil tip-banju jkunu magħqudin f’housing wieħed bi spin-drier ta’ titlu 8421. Dawn il-magni tal-ħasil jitqiesu li għandhom kapaċita’ ta’ ħwejjeġ xotti ta’ mhux aktar minn 10kg jekk il-volum ta’ tgħobija tad-dramm jew banju huwa:
Fid-determinar tal-volum, għandu jkun innutat li:
|
||||||||||||||||||||
8451 |
Makkinarju (ħlief magni ta’ titlu 8450) għal ħasil, tindif, għasir, tnixxif, mgħodija, ippressar (inklużi preses li jġonġu), ibbliċjar, żbigħ, tiżjin, irfinar, kisi jew mili b’sustanza oħra ta’ ħjut ta’ tessuti, drappijiet jew oġġetti tessili magħmulin u magni biex tiġi applikata il-pasta lid-drapp bażi jew lil irfid ieħor użati fil-manifattura ta’ kisi ta’ l-art bħal linoleum; magni għal tkebbib, ħall, tini, qtugħ jew kemm kemm titqib ta’ drappijiet ta’ tessuti |
||||||||||||||||||||
8451 90 00 |
Partijiet Dan is-subtitlu ma jinkludix:
|
||||||||||||||||||||
8452 |
Magni tal-ħjata, ħlief magni tal-ħjata għall-kotba ta’ titlu 8440; għamara, bażijiet u għata magħmulin apposta għal magni tal-ħjata; labar tal-magni tal-ħjata |
||||||||||||||||||||
8452 10 11 u 8452 10 19 |
Magni tal-ħjata (lock-stitch biss), bir-ras tal-magna mhux itqal minn 16-il kg mingħajr mutur jew 17-il kg bil-mutur; irjus tal-magni tal-ħjata (lock-stitch biss), li ma jiżnux iktar minn 16-il kg mingħajr mutur jew 17-il kg bil-mutur
|
||||||||||||||||||||
8452 30 10 |
B’lasta waħda ċatta Dawn il-labar jintużaw b’magni tal-ħjata tad-dar. Huma għandhom id-dehra li ġejja: |
||||||||||||||||||||
|
|
||||||||||||||||||||
8456 |
Għodod tal-magni għax-xogħol fuq kull materjal bit-tneħħija ta’ materjal, bil-lejżer jew raġġ ieħor ta’ dawl jew foton, raġġ ultrasoniku, ta’ skarg elettriku, elettrokimiku, ta’ elettron, raġġ joniku jew proċessi ta’ ark ta’ plażma |
||||||||||||||||||||
8456 10 00 |
Imħaddmin bil-lejżer jew bi proċessi oħrajn ta’ raġġ ta’ dawl jew foton Bħala żieda mal-magni msemmijin fin-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 8456, (A), dan is-subtitlu jinkludi wkoll magni għall-ittrimmjar ta’ resistenzi elettriċi fuq ċirkuwiti stampati permezz ta’ raġġ ta’ lejżer. Il-materjal li jikkonduċi li jikkostitwixxi r-resistenzi fuq is-sottostrat li jiżola taċ-ċirkuwti stampati jitneħħa permezz ta’ raġġ ta’ lejżer sakemm tinkiseb ir-resistenza mixtieqa. |
||||||||||||||||||||
8456 30 11 |
Qtugħ ta’ wajer Dawn il-magni huma mgħammrin b’elettrodu li jikkonsisti f’wajer ta’ dijametru żgħir li jkun imdawwar bejn żewġ settijiet ta’ nwiel fuq naħat opposti tal-mejda tax-xogħol. |
||||||||||||||||||||
8457 |
Ċentri ta’ xogħol bil-magni, magni għal kostruzzjoni unità waħda (stazzjon wieħed) u magni ta’ trasferiment b’numru ta’ stazzjonijiet, għal xogħol tal-metall |
||||||||||||||||||||
8457 10 10 |
Orizzontali Dan is-subtitlu jkopri ċentri ta’ xogħol bil-magni fejn l-għodda huma esklussivament issettjati fuq magħżel orizzontali u jaqtgħu l-biċċa tax-xogħol mill-ġenb. |
||||||||||||||||||||
8457 10 90 |
Oħrajn Dan is-subtitlu jinkludi ċentri ta’ xogħol bil-magni fejn l-għodda tkun applikata mal-biċċa tax-xogħol minn fuq (ċentri ta’ xogħol b’magħżel vertikali), dawk li jużaw kemm magħżel vertikali u orizzontali (ċentri ta’ xogħol bil-magni magħqudin) jew dawk li jaħdmu bl-użu ta’ ras li tibbilanċja (ċentri ta’ xogħol bil-magni universali). |
||||||||||||||||||||
8458 |
Tornijiet (inklużi ċentri ta’ inturnar) għat-tneħħija ta’ metall Dan it-titlu jkopri tornijiet disinjati speċjalment għal ħidma ta’ metalli u li joperaw billi jneħħu l-materjal bl-għajnuna ta’ għodda li jduru. Ġeneralment, l-artiklu li għandu jkun iffurmat jitmexxa b’moviment rotarju madwar l-assi tiegħu stess. Madanakollu, tornijiet fejn l-għodda nnifisha jew l-għodda u l-oġġett jkunu mdawrin huma koperti minn dan it-titlu wkoll. Bħala żieda mat-tornijiet imsemmijin fin-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 8458, tielet paragrafu, dan it-titlu jinkludu tornijiet relieving speċjali għal assi, tornijiet bark-stripping u magni li jduru madwar magħżel jew assi, kif ukoll tornijiet universali. Dawn it-tornijiet universali jixbħu tornijiet żurzieqa iżda huma differenzjati permezz ta’ mekkaniżmu partikolari li jippermettilhom li jagħmlu funzjonijiet oħra bħal drilljar, tħin u qtugħ f’tulijiet, bħala żieda ma’ tidwir. |
||||||||||||||||||||
8459 |
Għodod tal-magni (inklużi magni way-type b’ras waħda) għal titqib, tħaffir, qtugħ, qtugħ ta’ kamini fuq barra jew fuq ġewwa bi tneħħija ta’ metall, ħlief tornijiet (inklużi ċentri ta’ inturnar) ta’ titlu 8458 |
||||||||||||||||||||
8459 10 00 |
Magni way-type b’ras waħda Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 8459, tielet paragrafu, (1). |
||||||||||||||||||||
8459 31 00 u 8459 39 00 |
Magni oħrajn għal qtugħ-tħaffir Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 8459, tielet paragrafu, (3), tielet subparagrafu. |
||||||||||||||||||||
8460 |
Għodod tal-magni biex ineħħu x-xfar, iraqqu, iħokku, isinnu, jirbattu, jillustraw jew jirfinaw mod ieħor metall jew ċermiti permezz ta’ ħaġar tal-mola, sustanzi li joborxu jew prodotti tal-lostru, ħlief magni li jaqtgħu gerijiet, iħokku gerijiet jew jirfinaw gerijiet ta’ titlu 8461 |
||||||||||||||||||||
8460 11 00 u 8460 19 00 |
Magni tal-ħakk, fejn il-pożizzjoni f’xi assi minnhom tista’ titqiegħed għal preċiżjoni ta’ mill-inqas 0,01 mm Dawn is-subtitli jinkludu magni tal-ħakk imsemmijin fin-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 8460, tielet paragrafu, (3). Dawn il-magni huma mgħammrin b’apparat ta’ kejl jew issettjar. Dan l-apparat jinkludi:
|
||||||||||||||||||||
8460 21 11 sa 8460 29 90 |
Magni oħrajn tal-ħakk, fejn il-pożizzjoni f’xi assi minnhom tista’ titqiegħed għal preċiżjoni ta’ mill-inqas 0,01 mm Ara n-Noti ta’ Spjega għal subtitli 8460 11 00 u 8460 19 00. |
||||||||||||||||||||
8460 21 11 |
Magni tal-ħakk ċilindriċi minn ġewwa Magni tal-ħakk ċilindriċi minn ġewwa jintużaw għal ħakk ta’ dijametri interni ta’ biċċiet tax-xogħol vojta (eż., it-toqba). Il-biċċa tax-xogħol tinżamm f’biċċa waħda u tinħadem b’rota għat-tħin żgħira biżżejjed biex tidħol fit-toqba vojta tal-biċċa tax-xogħol. |
||||||||||||||||||||
8460 21 15 |
Magni tal-ħakk bla ċentru Magni tal-ħakk bla ċentru jintużaw għat-tħin tad-dijametri esterni ta’ biċċiet tax-xogħol. Fil-proċess bla ċentru, l-biċċa tax-xogħol ma tkunx fissa iżda sserraħ bejn id-diska li tħokk li ddur u diska gwida (mmexxija wkoll). Id-dijametru meħtieġ jkun determinat mid-distanza bejn id-diska li tħokk u d-diska gwida. |
||||||||||||||||||||
8460 21 19 |
Oħrajn Dan is-subtitlu jinkludi magni tal-ħakk universali. Dawn huma taħlita ta’ magni tal-ħakk esterni u interni u għalhekk jistgħu jaħdmu kemm fuq id-dijametri ta’ barra kif ukoll ta’ ġewwa ta’ biċċa tax-xogħol fl-istess ħin. |
||||||||||||||||||||
8460 29 11 |
Magni tal-ħakk ċilindriċi minn ġewwa In-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 8460 21 11 japplikaw, mutatis mutandis. |
||||||||||||||||||||
8460 29 19 |
Oħrajn In-Noti ta’ Spjega għal subtitli 8460 21 15 u 8460 21 19 japplikaw, mutatis mutandis. |
||||||||||||||||||||
8461 |
Għodod tal-magni għal inċanar, iffurmar, qtugħ ta’ xquq, tifsid, qtugħ ta’ gerijiet, ħakk ta’ gerijiet jew irfinar ta’ gerijiet, isserrar, qtugħ barra u għodod ta’ magni oħrajn li jaħdmu billi jneħħu metall jew ċermiti, li mhumiex speċifikati jew inklużi band’ oħra |
||||||||||||||||||||
8461 30 10 u 8461 30 90 |
Magni li jofsdu Dawn is-subtitli jkopru magni li jofsdu (ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 8461, tielet paragrafu, (4)); dawn huma magni-għodod li jikkonsistu f’għodda li taqta’ b’diversi snien, imsejħa skalpell, li tintuża għall-ħidma ta’ l-uċuħ interjuri jew esterjuri ta’ oġġett. F’dawn il-magni, l-oġġetti jkunu fissi u l-iskalpell, imwaħħal ma’ żurżieqa, jinġibed jew ikun imbuttat tul il-biċċa tax-xogħol b’moviment ta’ qtugħ uniformi linjari. L-iskalpell intern jaħdem u jikkalibra l-uċuħ interni ta’ oġġett raff jew maħdum minn qabel traversat mill-għodda. L-iskalpell estern jipproduċi uċuħ tal-pjan jew tal-profil. |
||||||||||||||||||||
8461 40 11 u 8461 40 19 |
Biex jaqtgħu gerijiet ċilindriċi Gerijiet li jinkisbu minn blanks ċilindriċi u li jżommu dik il-forma wara l-qtugħ jitqiesu bħala gerijiet ċilindriċi għall-għanijiet ta’ dawn is-subtitli. Dawn is-subtitli jinkludu magni biex jagħmlu roti ta’gerijiet bi snien dritti, roti ta’ worm gears, worm gears, roti ratchet u roti sprokit. |
||||||||||||||||||||
8461 40 31 u 8461 40 39 |
Biex jaqtgħu gerijiet oħrajn Dawn is-subtitli jinkludu magni biex jagħmlu ingranaġġi, gerijiet spirali u worm gears ħlief gerijiet ċilindriċi. |
||||||||||||||||||||
8461 40 71 u 8461 40 79 |
Mgħammrin b’sistema ta’ aġġustar mikrometrika, li fiha l-pożizzjoni f’xi assi minnhom tista’ titqiegħed għal preċiżjoni ta’ mill-inqas 0,01 mm Ara n-Noti ta’ Spjega għal subtitli 8460 11 00 u 8460 19 00 għal kejl u ssettjar ta’ apparat. |
||||||||||||||||||||
8470 |
Magni li jikkalkulaw u magni qies tal-but b’funzjonijiet li jikkalkulaw biex jirrekordjaw, jirriproduċu u juru data; magni għal kontabilità, magni ta’ l-iffrankar ta’ l-ittri, magni li jagħtu l-biljetti u magni simili, li fihom mezz li jikkalkula; cash registers |
||||||||||||||||||||
8470 10 00 |
Magni li jikkalkulaw elettroniċi li jistgħu jaħdmu mingħajr sors ta’ enerġija elettrika estern u magni qies tal-but b’funzjonijiet li jikkalkulaw biex jirrekordjaw, jirriproduċu u juru data Dan is-subtitlu jinkludi, pereżempju:
Dan is-subtitlu ma jkoprix:
|
||||||||||||||||||||
8470 30 00 |
Magni oħrajn li jikkalkulaw Dan is-subtitlu jinkludi magni li jikkalkulaw mhux elettroniċi msemmijin fin-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 8470, parti (A), li għall-għanijiet ta’ kalkulazzjoni jużaw mezzi mekkaniċi, ġeneralment gerijiet għal ingranaġġi, irrispettivament minn jekk huma jkunux jaħdmu bl-idejn, b’mutur jew elettromanjetikament. |
||||||||||||||||||||
8470 90 00 |
Oħrajn Bħala żieda mal-magni msemmijin fin-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 8470, parti (B) u (D), dan is-subtitlu jinkludi magni għall-ħruġ ta’ tikketti li juru l-prezz ta’ bejgħ kalkulat mill-piż u l-prezz bil-wieħed, u magni użati biex joħorġu biljetti ta’ motorway toll li fl-istess ħin juru l-ammonti totali involuti. Dan is-subtitlu ma jinkludix printers preżentati b’mod separat (titlu 8443). |
||||||||||||||||||||
8471 |
Magni awtomatiċi għall-ipproċessar tad-data u unitajiet tagħhom; apparat li jaqra b’sistema manjetika jew ottika, magni biex jittraskrivu data fuq mezzi ta’ data f’għamla kkowdjata u magni biex jipproċessaw din id-data, li mhumiex speċifikati jew inklużi band’oħra |
||||||||||||||||||||
8471 70 30 |
Ottiċi, inklużi manjetoottiċi Ara Nota Addizzjonali 2 għal dan il-kapitlu. |
||||||||||||||||||||
8472 |
Magni oħrajn ta’ l-uffiċċju (per eżempju, duplikaturi bl-ettograf jew stensil, magni ta’ l-indirizzi, distributuri awtomatiċi tal-karti tal-flus, magni li jagħżlu l-muniti, magni li jgħoddu jew igeżwru l-muniti, magni li jittempraw lapsijiet, magni li jtaqqbu jew li jistejpiljaw) Dan is-subtitlu ma jinkludix tajprajters mgħammrin b'apparat speċjali għall-ittajpjar ta' pjanċi ta' l-indirizzi fuq stensil (titlu 8469). |
||||||||||||||||||||
8472 90 70 |
Oħrajn Bħala żieda mal-magni deskritti fin-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 8472, ħames paragrafu, (2) (3), (5), (7) sa (11) u (16) sa (22), dan is-subtitlu jinkludi:
Dan is-subtitlu ma jinkludix:
|
||||||||||||||||||||
8473 |
Partijiet u aċċessorji (ħlief għata, bagalji biex jinġarru fihom u bħal dawn) tajbin biss u prinċipalment għal użu ma’ magni ta’ titli 8469 sa 8472 Bħala żieda mal-partijiet, mmuntar u aċċessorji msemmijin fin-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 8473, dan it-titlu jinkludi:
|
||||||||||||||||||||
8473 10 11 u 8473 10 19 |
Immuntar elettroniku Ara n-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 8443 99 10. |
||||||||||||||||||||
8473 21 10 |
Immuntar elettroniku Ara n-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 8443 99 10. |
||||||||||||||||||||
8473 29 10 |
Immuntar elettroniku Ara n-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 8443 99 10. |
||||||||||||||||||||
8473 30 20 u 8473 30 80 |
Partijiet u aċċessorji tal-magni ta’ titlu 8471 Dawn is-subtitli ma jkoprux tastieri għal magni ta’ proċessar ta’ data awtomatiċi, fil-housing tagħhom stess (subtitlu 8471 60 60). |
||||||||||||||||||||
8473 30 20 |
Immuntar elettroniku Ara n-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 8443 99 10. |
||||||||||||||||||||
8473 40 11 u 8473 40 18 |
Immuntar elettroniku Ara n-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 8443 99 10. |
||||||||||||||||||||
8473 40 80 |
Oħrajn It-tipi ta’ pjanċi ta’ l-indirizzi koperti minn dan is-subtitlu huma dawk li jintużaw f’magni ta’ l-indirizzar u li fihom l-indirizzi li għandhom ikunu duplikati, prinċipalment permezz ta’ intaljar, tajpjar jew stampar. Għalhekk, il-pjanċi msemmijin jistgħu jkunu tal-metall jew ta’ materjal sintetiku jew jistgħu jieħdu l-forma ta’ pjanċi żgħar immuntati (karti, stensils) magħmulin minn kartun, eċċ. Dan is-subtitlu jkopri pjanċi ta’ l-indirizzi li għadhom ma kinux intaljati, ittajpjati jew stampati, sakemm dawn jintgħarfu bħala pjanċi ta’ l-indirizzi għal magni ta’ l-indirizzar. Madanakollu, oġġetti ta’ dan it-tip magħmulin minn karta jew kartun, jiġifieri, stensils żgħar li jkunu mmuntati fuq frejmijiet tal-kartun u li għalhekk jistgħu jiddaħħlu fil-magni ta’ l-indirizzar, huma koperti minn titlu 4816. |
||||||||||||||||||||
8473 50 20 |
Immuntar elettroniku Ara n-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 8443 99 10. |
||||||||||||||||||||
8477 |
Makkinarju għal xogħol tal-lastku jew plastiks jew għall-manifattura ta’ prodotti minn dawn il-materjali, mhux speċifikat jew inkluż band’oħra f’dan il-kapitlu Bħala żieda mal-magni msemmijin fin-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 8477, dan it-titlu jinkludi:
|
||||||||||||||||||||
8479 |
Magni u apparat mekkaniku b’funzjonijiet individwali, mhux speċifikati jew inklużi band’oħra f’dan il-kapitlu |
||||||||||||||||||||
8479 40 00 |
Magni li jagħmlu ħbula jew kejbil Dan is-subtitlu jinkludi:
|
||||||||||||||||||||
8479 89 97 |
Oħrajn Dan is-subtitlu jinkludi:
Dan is-subtitlu ma jinkludix magni u apparat li jaħdem bl-elettriku tat-tip użat biss jew l-aktar għall-manifattura ta’ ingotti jew wejfers ta’ semikondutturi, strumenti semikondutturi, ċirkuwiti integrati elettroniċi jew strumenti għal viżwalizzazzjoni fuq skrin ċatt (titlu 8486). |
||||||||||||||||||||
8481 |
Viti, cocks, valvi u tagħmir simili għal pajpijiet, qxur ta’ kaldaruni, tankijiet, btieti jew bħalhom, inklużi valvi biex inaqqsu l-pressa u valvi kkontrollati b’mod termostatiku |
||||||||||||||||||||
8481 10 05 |
Kombinati ma’ filtri jew lubrikaturi Dan is-subtitlu jkopri oġġetti li jikkonsistu f’diversi komponenti li jagħmlu l-funzjonijiet meħtieġa biex jirregolaw sistemi ta’ l-arja kompressata; filtrazzjoni ta’ l-arja (biex ineħħu impuritajiet, eż., ilma, sadid, ħmieġ, eċċ.), regolazzjoni għall-pressa għal ħidma tajba, lubrikazzjoni (biex tiżgura operazzjoni lixxa tal-komponenti pnewmatiċi). Dawn tipikament ikollhom l-apparenza li ġejja: |
||||||||||||||||||||
|
|
||||||||||||||||||||
8486 |
Magni u tagħmir tat-tip użat biss jew prinċipalment għall-manifattura ta’ boules jew wejfers semikondutturi, mezzi semikondutturi, ċirkuwiti integrati elettroniċi jew displays pannelli ċatti; magni u tagħmir speċifikati f’Nota 9 (Ċ) għal dan il-Kapitlu; partijiet u aċċessorji Dan it-titlu jeskludi, inter alia:
|
||||||||||||||||||||
8486 20 10 |
Għodod tal-magni imħaddmin bi proċessi ultrasoniċi Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 8456, tieni paragrafu. |
||||||||||||||||||||
8486 20 90 |
Other Bħala żieda mal-magni msemmijin fin-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 8486, parti (B), dan is-subtitlu jinkludi:
|
||||||||||||||||||||
8486 40 00 |
Magni u tagħmir speċifikat f’Nota 9 (Ċ) ta’ dan il-Kapitlu Bħala żieda mal-magni msemmijin fin-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 8486, parti (B), dan is-subtitlu jinkludi:
|
KAPITLU 85
MAKKINARJU U TAGĦMIR ELETTRIKU U PARTIJIET TAGĦHOM; STRUMENTI LI JIRREKORDJAW U JIRRIPRODUĊU L-ĦOSS, STRUMENTI LI JIRREKORDJAW U JIRRIPRODUĊU STAMPA U ĦOSS TAT-TELEVIŻJONI, U PARTIJIET U AĊĊESSORJI TA’ DAWN L-OĠĠETTI
8501 |
Muturi u ġeneraturi elettriċi (ħlief settijiet ta’ ġenerazzjoni) Dan it-titlu jinkludi muturi rotarji ta’ l-elettriku ta’ wajpers tal-windskrin, mingħajr dirgħajn jew xfafar li jimsħu iżda b’mekkaniżmi ta’ trasmissjoni xierqa (rota ta’ l-ingranaġġ bi snien radjali u virga li tgħaqqad li toxxilla) li jaqilbu l-moviment rotarju f’wieħed li joxxilla. |
||||||||||||||||||||||||||||||||
8502 |
Settijiet ta’ ġenerazzjoni u trasformaturi (converters) rotarji ta’ l-elettriku Bħala żieda mal-makkinarju elettriku msemmi fin-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 8502, partijiet (I) u (II), dan it-titlu jinkludi konvertituri magħqudin wara xulxin, settijiet Ward-Leonard u dephasers rotarji. |
||||||||||||||||||||||||||||||||
8502 39 20 |
Turbo-ġeneraturi Turbo-ġeneraturi jitmexxew direttament permezz ta’ turbini ta’ gass jew stim. Huma għandhom rotor ċilindriku solidu bi xquq lonġitudinali fejn ikunu mmuntati kojlijiet ta’ induzzjoni. Ir-rotor jista’ jkun f’biċċa waħda jew jikkonsisti f’numru ta’ sezzjonijiet solidi. Turbo-ġeneraturi jkunu ġeneralment imkessħin bl-arja, iżda tipi ta’ kapaċità għolja jkunu mkessħin b’idroġenu. |
||||||||||||||||||||||||||||||||
8503 00 |
Partijiet tajbin biss jew prinċipalment għal użu mal-magni ta’ titlu 8501 jew 8502 Dan it-titlu ma jinkludix platti għal ċirkuwiti friegħi għal muturi elettriċi (titlu 8536). |
||||||||||||||||||||||||||||||||
8504 |
Transformers ta’ l-elettriku, converters statiċi (per eżempju, rectifiers) u inductors Bħala żieda mal-prodotti msemmijin fin-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 8504, dan it-titlu jinkludi:
Dan it-titlu jinkludi wkoll elementi rettifikanti ta’ selenju, kemm jekk waħedhom (platti tas-selenju, partikolarment) jew multipli. Madanakollu, dan it-titlu ma jinkludix rettifikaturi ta’ kristall wieħed tas-silikon jew tal-ġermanju li jikkostitwixxu komponenti diskreti (pereżempju, dajowds rettifikanti) jew rettifikanti li jikkostitwixxu ċirkuwiti integrati, speċjalment mikroċirkuwiti, kemm jekk mgħammrin b’apparat għal tkessiħ jew iżolament eċċ. jew le. Nota 8 għal dan il-kapitlu tagħti dawn il-komponenti lil titlu 8541 jew lil titlu 8542 (ara wkoll Nota 2 għal dan il-kapitlu). Barra dan, dan it-titlu ma jinkludix:
|
||||||||||||||||||||||||||||||||
8504 40 30 |
Ta’ tip użat ma’ apparat ta’ telekomunikazzjoni, magni awtomatiċi għal ipproċessar ta’ data u unitajiet tagħhom Dan is-subtitlu jinkludi konvertituri statiċi għal apparat ta’ telekomunikazzjoni jew għal magni għal proċessar ta’ data awtomatiċi u unitajiet tagħhom, li:
Konvertituri statiċi għal apparat ta’ telekomunikazzjoni jew għal magni ta’ proċessar ta’ data awtomatiċi u unitajiet tagħhom jservu biex jikkonvertu l-kurrent li jalterna (AC) miġbud mill-forniment prinċipali fil-kurrent dirett meħtieġ (DC). Użat ma’ magni ta’ proċessar ta’ data awtomatiċi, hekk imsejjaħ Uninterruptable Power Supply (UPS) jiżgura “back-up” ta’ enerġija (b’sinjal ta’ “saħħa tajba”) fil-każ ta’ qtugħ ta’ enerġija, b’hekk jippreveni telf ta’ data. |
||||||||||||||||||||||||||||||||
8504 90 05 |
Immuntar elettroniku ta’ magni ta’ subtitlu 8504 50 20 Għad-definizzjoni ta’ l-espressjoni “immuntar elettroniku” ara n-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 8443 99 10. |
||||||||||||||||||||||||||||||||
8504 90 91 |
Immuntar elettroniku ta’ magni ta’ subtitlu 8504 40 30 Għad-definizzjoni ta’ l-espressjoni “immuntar elettroniku” ara n-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 8443 99 10. |
||||||||||||||||||||||||||||||||
8505 |
Elettrokalamiti; kalamiti permanenti u oġġetti maħsubin li jsiru kalamiti permanenti wara manjetizzazzjoni; ċokks, klampijiet u mezzi oħrajn li jaqbdu elettromanjetiċi jew kalamiti permanenti; igganċjar, klaċċijiet u brejkijiet elettromanjetiċi; irjus ta’ magni ta’ rfigħ elettromanjetiċi |
||||||||||||||||||||||||||||||||
8505 90 10 |
Elettrokalamiti Dan is-subtitlu jinkludi kalamiti elettriċi li joperaw imwaħħlin mal-bibien ta’ karozzi privati u li jiffurmaw parti minn sistema ċentrali ta’ llokkjar ta’ bibien. Sistemi bħal dawn ikunu konnessi mal-forniment ta’ l-enerġija tal-vettura u jkunu attwati permezz ta’ sinjali ta’ kontroll minn mezz ta’ kontroll elettriku li jagħmel parti mis-sistema. Jekk wieħed mill-bibien jinfetaħ jew jingħalaq manwalment, il-bibien l-oħra tal-vettura jissakkru jew jinfetħu elettromanjetikament fl-istess ħin. Madanakollu, dan is-subtitlu ma jinkludix valvli ta’ injezzjoni mħaddmin permezz ta’ solenojd għal magni li jaħdmu b’pistuni b’kombustjoni interna mqabbdin bi xrara jew mqabbdin b’kompressjoni, fejn il-bodis tal-valvli u l-labar tal-valvli tagħhom ikunu mgħammrin b’kojl kalamita u b’keeper tal-kalamita rispettivament (subtitlu 8409 91 00 jew 8409 99 00). |
||||||||||||||||||||||||||||||||
8506 |
Ċelluli primarji u batteriji primarji |
||||||||||||||||||||||||||||||||
8506 10 11 |
Ċelluli ċilindriċi Ċelluli ċilindriċi ikollhom taqsima ċirkulari. Polijiet pożittivi u negattivi jkunu fuq truf opposti. It-tul taċ-ċelluli ċilindriċi jkun ikbar mid-dijametru tagħhom. |
||||||||||||||||||||||||||||||||
|
|
||||||||||||||||||||||||||||||||
8506 10 15 |
Ċelluli buttuna It-tul taċ-ċelluli buttuna huwa inqas jew ugwali għad-dijametru. |
||||||||||||||||||||||||||||||||
|
|
||||||||||||||||||||||||||||||||
8506 10 91 |
Ċelluli ċilindriċi Ara n-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 8506 10 11. |
||||||||||||||||||||||||||||||||
8506 10 95 |
Ċelluli buttuna Ara n-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 8506 10 15. |
||||||||||||||||||||||||||||||||
8506 30 10 |
Ċelluli ċilindriċi Ara n-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 8506 10 11. |
||||||||||||||||||||||||||||||||
8506 30 30 |
Ċelluli buttuna Ara n-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 8506 10 15. |
||||||||||||||||||||||||||||||||
8506 40 10 |
Ċelluli ċilindriċi Ara n-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 8506 10 11. |
||||||||||||||||||||||||||||||||
8506 40 30 |
Ċelluli buttuna Ara n-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 8506 10 15. |
||||||||||||||||||||||||||||||||
8506 50 10 |
Ċelluli ċilindriċi Ara n-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 8506 10 11. |
||||||||||||||||||||||||||||||||
8506 50 30 |
Ċelluli buttuna Ara n-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 8506 10 15. |
||||||||||||||||||||||||||||||||
8506 60 10 |
Ċelluli ċilindriċi Ara n-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 8506 10 11. |
||||||||||||||||||||||||||||||||
8506 60 30 |
Ċelluli buttuna Ara n-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 8506 10 15. |
||||||||||||||||||||||||||||||||
8506 80 11 |
Ċelluli ċilindriċi Ara n-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 8506 10 11. |
||||||||||||||||||||||||||||||||
8506 80 15 |
Ċelluli buttuna Ara n-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 8506 10 15. |
||||||||||||||||||||||||||||||||
8507 |
Akkumulaturi elettriċi, inklużi separaturi għalihom, rettangulari (inklużi kwadri) jew le |
||||||||||||||||||||||||||||||||
8507 20 41 sa 8507 20 98 |
Akkumulaturi oħrajn ta’ aċtu taċ-ċomb Bl-eċċezzjoni ta’ akkumulaturi ta’ tip użat biex iqabbdu magni b’pistuni (ara subtitli 8507 10 41 sa 8507 10 98), dawn is-subtitli jkopru l-akkumulaturi elettriċi ta’ aċtu taċ-ċomb imsemmijin fin-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 8507, tielet paragrafu, (1). Dawn l-akkumulaturi jintużaw, pereżempju, biex jitmexxew vetturi elettriċi u għal forniment ta’ enerġija għal installazzjonijiet ta’ telekomunikazzjoni. |
||||||||||||||||||||||||||||||||
8507 30 20 sa 8507 30 89 |
Kadmju-nikil L-akkumulaturi ta’ dawn is-subtitli jintużaw partikolarment f’lampi ta’ sigurta’ għal nies li jaħdmu f’minjieri u spiss bħala sostituti għal batteriji nexfin f’apparat bħal radjijiet, settijiet tat-televixin, xfafar tal-leħja u apparat elettriku ieħor li jistgħu jinġarru. |
||||||||||||||||||||||||||||||||
8507 80 20 sa 8507 80 80 |
Akkumulaturi oħrajn Dawn is-subtitli jinkludi akkumulaturi ta’ fidda-żingu u fidda-kadmju. |
||||||||||||||||||||||||||||||||
8507 90 20 sa 8507 90 90 |
Partijiet Dawn is-subtitli ma jinkludux partijiet li jgħaqqdu ta’ elementi ta’ akkumulaturi (subtitlu 8536 90 85). |
||||||||||||||||||||||||||||||||
8509 |
Tagħmir elettromekkaniku għad-dar, li għandu inkorporat fih mutur elettriku, minbarra vacuum cleaners ta’ titlu 8508 |
||||||||||||||||||||||||||||||||
8509 80 00 |
Għodod oħrajn Dan is-subtitlu jinkludi settijiet għall-kura ta’ l-idejn u tas-saqajn b’mutur elettriku fihom infushom, konness vija kejbil ma’ l-unita’ tal-forniment ta’ l-enerġija (unita’ prinċipali) li tagħmel parti mill-għodda. |
||||||||||||||||||||||||||||||||
8510 |
Magni li jqaxxru l-leħja/s-suf, magni li jaqtgħu x-xagħar u għodod li jneħħu x-xagħar, b’mutur ta’ l-elettriku fihom infushom |
||||||||||||||||||||||||||||||||
8510 10 00 |
Magni li jqaxxru l-leħja/s-suf Magni li jqaxxru l-leħja/s-suf li jinkorporaw magni li jaqtgħu x-xagħar jaqgħu f’dan is-subtitlu. |
||||||||||||||||||||||||||||||||
8511 |
Tagħmir ta’ l-elettriku biex iqabbad jew jistartja ta’ tip użat għal magni b’kombustjoni interna bi tqabbid bix-xrara jew tqabbid bil-kompressjoni (pereżempju, manjeti għat-tqabbid, dinamos bil-manjete, koljaturi tat-tqabbid, sparking plugs u xemgħat inkandexxenti, muturi għall-istartjar); ġeneraturi (per eżempju, dinamos, alternaturi) u cut-outs ta’ tip użat flimkien ma’ dawn il-magni |
||||||||||||||||||||||||||||||||
8511 40 00 |
Muturi għall-istartjar u ġeneraturi għall-istartjar b’għan doppju (dual purpose) It-tagħmir ta’ dan is-subtitlu ġeneralment jopera b’6, 12 jew 24 V u għandu strumenti speċjali għat-twaħħil ma’ muturi. Dan is-subtitlu jikludi:
|
||||||||||||||||||||||||||||||||
8512 |
Tagħmir tad-dawl jew tas-sinjalar ta’ l-elettriku (ħlief oġġetti ta’ titlu 8539), wajpers tal-windskrins, defrostaturi u demisters, ta’ tip użati għal roti jew għal vetturi bil-muturi |
||||||||||||||||||||||||||||||||
8512 30 10 |
Allarmi tas-serq ta’ tip użat għal vetturi bil-mutur Ara n-Noti ta' Spjega SA għal titlu 8512, it-tieni paragrafu, (11). |
||||||||||||||||||||||||||||||||
8512 90 90 |
Oħrajn Dan is-subtitlu jinkludi frejmijiet u rifletturi għall-bozoz ta’ quddiem, dirgħajn tal-wajpers, bix-xfafar tal-wajpers jew mingħajrhom, għal wajpers tal-windskrins ta’ l-elettriku. Madanakollu, is-subtitlu ma jinkludix ħowlders tal-bozoz (subtitlu 8536 61 10 jew 8536 61 90). |
||||||||||||||||||||||||||||||||
8514 |
Fuklari u fran ta’ l-elettriku industrijali jew tal-laboratorju (inklużi dawk li jaħdmu b’induzzjoni jew telf dielettriku); tagħmir ieħor industrijali jew tal-laboratorju għat-trattament bis-sħana ta’ materjali b’induzzjoni jew telf dielettriku |
||||||||||||||||||||||||||||||||
8514 20 80 |
Fuklari u fran dielettriċi Fran bil-majkrowejv ta’ tip disinjat biex jintużaw f’ristoranti, kantini, eċċ., ivarjaw minn apparat domestiku ta’ titlu 8516 mis-saħħa output u mill-kapaċita’ tal-forn tagħhom. Fran bħal dawn li jkollhom saħħa output ta’ aktar minn 1 000 W jew kapaċita’ tal-forn ta’ aktar minn 34 litri jitqiesu li huma għal użu industrijali. Għal fran bil-majkrowejv magħmulin ġo kisja waħda flimkien ma’ grill jew tip ieħor ta’ forn, is-saħħa output imsemmi hawn fuq japplika biss għal forn bil-majkrowejv. Il-klassifikazzjoni ta’ taħlit bħal dan m’huwiex influwenzat mill-kriterju tal-kapaċita’ tal-forn. Fran bil-majkrowejv li għandhom saħħa output ta’ mhux aktar minn 1 000 W u b’kapaċita’ ta’ forn ta’ mhux aktar minn 34 litri jitqiesu li huma għal użu domestiku (titlu 8516). |
||||||||||||||||||||||||||||||||
8516 |
Ħiters ta’ l-ilma ta’ l-elettriku istantanji jew b’ħażna u ħiters li jingħaddsu; apparat ta’ l-elettriku għat-tisħin ta’ spazji u apparat għat-tisħin tal-ħamrija; apparat elettrotermiku għall-irranġar tax-xagħar (per eżempju, nixxiefa tax-xagħar, apparat li jobrom ix-xagħar, ħdejjed ħiter għall-brim tax-xagħar) u nixxiefa ta’ l-idejn; ħdejjed tal-mogħdija ta’ l-elettriku; tagħmir ieħor elettrotermiku ta’ tip użat għal għanijiet tad-dar; resistors elettriċi għat-tisħin, ħlief dawk ta’ titlu 8545 |
||||||||||||||||||||||||||||||||
8516 10 11 sa 8516 10 90 |
Ħiters ta’ l-ilma ta’ l-elettriku istantanji jew b’ħażna u ħiters li jingħaddsu Dawn is-subtitli jinkludu:
Dawn is-subtitli ma jinkludux bojlers ta’ l-istim imsaħħnin bl-elettriku u bojlers ta’ “ilma superimsaħħna” (titlu 8402) u bojlers ta’ l-elettriku msaħħnin bl-elettriku għat-tisħin ċentrali (titlu 8403). |
||||||||||||||||||||||||||||||||
8516 21 00 sa 8516 29 99 |
Apparat ta’ l-elettriku għat-tisħin ta’ spazji u apparat ta’ l-elettriku għat-tisħin tal-ħamrija Dawn is-subtitli jinkludu:
|
||||||||||||||||||||||||||||||||
8516 50 00 |
Fran bil-majkrowejv Ara n-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 8514 20 80. |
||||||||||||||||||||||||||||||||
8516 60 10 |
Kukers (li fihom għallinqas forn u hob) Kukers jikkonsistu f’għallinqas hob u forn (li jista’ jinkludi wkoll sett tal-majkrowejv jew grill). |
||||||||||||||||||||||||||||||||
8516 79 70 |
Oħrajn Bħala żieda ma’ l-apparat imsemmi fin-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 8516, parti (E), (5) sa (20), dan is-subtitlu jinkludi:
|
||||||||||||||||||||||||||||||||
8516 80 20 u 8516 80 80 |
Resistorsgħat-tisħin bl-elettriku Dawn is-subtitli jinkludu wajer, kejbils, tejpijiet u affarijiet simili, li jkunu iżolati u li jipprovdu sħana għat-tisħin ta’ soqfa, ħitan, pajpijiet, kontenituri, eċċ. Madanakollu, dawn is-subtitli ma jinkludux resistenza li jsaħħnu mqabbdin ma’ partijiet ta’ apparat, pereżempju, platti bażi għal ħadid li jillixxa u platti għal kukers ta’ l-elettriku (subtitlu 8516 90 00). |
||||||||||||||||||||||||||||||||
8517 |
Settijiet tat-telefown, inklużi telefowns għan-netwerks ċellulari jew għal netwerks oħra bla wajers; tagħmir ieħor għat-trasmissjoni jew riċezzjoni ta’ vuċi, immaġni jew data oħra, inkluż tagħmir għal komunikazzjoni f’netwerk ikkollegat bil-wajer jew bla wajers (bħal netwerk ta’ żona lokali jew ta’ żona wiesgħa), minbarra tagħmir ta’ trasmissjoni jew ta’ riċezzjoni ta’ titlu 8443, 8525, 8527 jew 8528 |
||||||||||||||||||||||||||||||||
8517 12 00 |
Telefowns għal netwerks ċellulari jew netwerks oħra bla wajer Ara n-Noti ta' Spjega SA għal titlu 8517, parti (I), (B). |
||||||||||||||||||||||||||||||||
8517 18 00 |
Oħrajn Bħala żieda mas-settijiet tat-telefown imsemmijin fin-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 8517, parti (I), (A), dan is-subtitlu jinkludi buttuna li tingħafas, settijiet tat-telefown li jinkorporaw qarrej ta’ karti manjetiċi, display ta’ data, bord taċ-ċirkuwiti elettronika b’mikroproċessur, diversi ħażniet ta’ data, arloġġ u modulatur-demodulatur (mowdem). Dan l-apparat jista’ jintuża mhux biss bħala settijiet tat-telefown iżda wkoll (pereżempju, f’supermarkit) bħala terminali ta’ data, eż., għall-verifikar ta’ karti ta’ kreditu manjetiċi jew ċekkijiet jew għat-trasmissjoni ta’ data dwar bejgħ fuq linji tat-telefown għal magni ta’ proċessar ta’ data awtomatiċi. |
||||||||||||||||||||||||||||||||
8517 62 00 |
Magni għar-riċezzjoni, konverżjoni u trasmissjoni jew riġenerazzjoni ta’ vuċi, immaġini jew data oħra, inkluż tagħmir għall-qlib tal-linji u routing Dan is-subtitlu jkopri żewg gruppi ta’ magni:
Dan is-subtitlu jinkludi:
Dawn is-subtitli jinkludu apparat li jikkonsisti fl-elementi kollha meħtieġa għal trasmissjoni u riċezzjoni, f'kabinett jew struttura waħda. Hekk huwa l-każ, pereżempju, għal walkie-talkies, li fihom il-batteriji jew l-akkumulaturi meħtieġa għat-tħaddim tagħhom, jew għal apparat trasmettitur-riċevitur, l-unità tal-provvista ta' l-elettriku tagħha tkun separata u konnessa ma' l-apparat permezz ta' kejbil biss. Dan is-subtitlu jinkludi wkoll unitajiet li fihom l-elementi li jittrasmettu u li jirċievu jkunu jinsabu f'unitajiet ta' l-għamara jew strutturi differenti, sakemm huma jikkostitwixxu unità funzjonali. Sabiex jitqiesu li jikkostitwixxu unità li taħdem, apparati trasmettituri-riċevituri għandhom ikunu nstallati ħdejn xulxin (pereżempju, fl-istess bini jew fuq l-istess vettura) u jkollhom ċerti elementi komuni, bħall-antenna. Dan is-subtitlu jinkludi wkoll l-hekk imsejħa “wireless headsets’ iddisinjati sabiex jintużaw biss u prinċipalment ma” telefowns għal netwerks ċellulari (mowbajls), maħsuba li jiddendlu mal-widna sabiex jipprovdu għażla li ma jintużawx l-idejn. Jippermettu lill-utent jikkontrolla l-funzjonijiet tat-telefown, bħal, jirrispondi, jaqta’ u jċempel in-numru (pereżempju, jerġa’ jċempel l-aħħar numru), f’distanza ta’ bejn wieħed u ieħor 10m mill-mobajl u li jkollhom mezz biex jaġġustaw il-volum tal-ħoss ta’ l-apparat tal-widna. Dawn il-headsets jinkorporaw trasmettitur/riċevitur tar-radju biex jikkomunikaw ma’ mowbajl permezz tat-teknoloġija bla wajers, pereżempju, “Bluetooth”. |
||||||||||||||||||||||||||||||||
8517 69 10 |
Vidjofoni Ara n-Noti ta' Spjega SA għal titlu 8517, parti (II), (Ċ). Dan is subtitlu jinkludi wkoll sistemi ta’ televiżjoni b’ċirkuwitu magħluq li jikkonsistu f’kamera waħda, pannell b’diversi buttuni għal sejħien, u moniter wieħed jew aktar konnessi ma’ post ta’ komunikazzjoni u kejbils koassjali għat-tgħaqqid ta’ l-elementi differenti, preżentati fil-forma ta’ sett imtella’ għal bejgħ. Prodotti ta’ dan is-subtitlu jistgħu wkoll ikunu magħqudin ma’ opener ta’ bibien ta’ l-elettriku, apparat għal sinjalar jew sors ta’ dawl. |
||||||||||||||||||||||||||||||||
8517 69 39 |
Oħrajn Dan is-subtitlu jinkludi:
|
||||||||||||||||||||||||||||||||
8517 69 90 |
Oħrajn Dan is-subtitlu jinkludi:
|
||||||||||||||||||||||||||||||||
8518 |
Mikrofoni u standsgħalihom; lawdspikers, immuntati fil-kaxex tagħhom jew le; headphonesu earphones, kombinati ma’ mikrofonu jew le, u settijiet magħmulin minn mikrofonu u lawdspiker wieħed jew aktar; amplifikaturi ta’ awdjofrekwenza ta’ l-elettriku; settijiet ta’ amplifikaturi ta’ ħoss-elettriku Dan it-titlu jinkludi mikrofoni, kuffji (headphones), earphones u lawdspikers bla wajers ippreżentati b’mod separat, kemm jekk kumbinati jew le. Dan is-subtitlu ma jinkludix:
|
||||||||||||||||||||||||||||||||
8518 40 81 |
B’kanal wieħed biss L-amplifikaturi ta’ dan is-subtitlu jistgħu jipproċessaw biss sinjal input wieħed, li huma jibgħatu tul outlet wieħed jew aktar (eż., lejn lawdspikers). |
||||||||||||||||||||||||||||||||
8519 |
Tagħmir ta’ rrekordjar jew riproduzzjoni tal-ħoss |
||||||||||||||||||||||||||||||||
8519 81 15 |
Plejers tal-kasetts qies tal-but Għad-determinazzjoni tal-qisien ta’ apparat bħal dan, Nota ta’ Subtitlu 1 għal kapitlu 85 tapplika u l-qisien tal-kabinett għandhom jitqiesu; protuberanzi bħal buttuni ta’ kontroll, mezzi li jagħlqu u klipep li jsakkru għandhom ikunu injorati. |
||||||||||||||||||||||||||||||||
8519 81 35 |
Oħrajn Dan is-subtitlu ma jinkludix apparat li jirriproduċi l-ħoss, hekk imsejħa “plejers ta’ l-MP3”, li jużaw midja ottika u jinkorporaw strumenti li jistgħu sussegwentement ikunu attivati għar riċezzjoni ta’ sinjali ta’ xandir bir-radju permezz ta’ xi softwer (titlu 8527). |
||||||||||||||||||||||||||||||||
8519 81 45 |
Oħrajn In-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 8519 81 35 japplikaw, mutatis mutandis. |
||||||||||||||||||||||||||||||||
8519 81 65 |
Rikorders qies tal-but In-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 8519 81 15 japplikaw, mutatis mutandis. |
||||||||||||||||||||||||||||||||
8519 81 95 |
Oħrajn In-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 8519 81 35 japplikaw, mutatis mutandis. |
||||||||||||||||||||||||||||||||
8522 |
Partijiet u aċċessorji tajbin għal użu biss jew prinċipalment ma’ l-apparat ta’ titli 8519 sa 8521 |
||||||||||||||||||||||||||||||||
8522 90 41 u 8522 90 49 |
Immuntar elettroniku Ara n-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 8443 99 10. |
||||||||||||||||||||||||||||||||
8523 |
Diski, tejps, strumenti li jaħżnu l-memorja li mhumiex volatili u li huma fi stat solidu, “kards smart” u mezzi oħra għall-irrekordjar tal-ħoss jew ta’ fenomeni oħra, kemm jekk irrekordjati u kemm jekk mhumiex, inklużi matriċi u oriġinali għall-produzzjoni tad-diski, iżda esklużi l-prodotti ta’ Kapitlu 37 Jekk midja ta’ dan it-titlu jkunu ppreżentati flimkien ma’ oġġetti oħra, il-prinċipji ta’ klassifikazzjoni li ġejjin għandhom japplikaw:
|
||||||||||||||||||||||||||||||||
8523 21 00 |
Kards li fihom strixxa manjetika Dan is-subtitlu jinkludi wkoll materjal stampat, bħal biljetti ta’ l-ivjaġġar u karti ta’ l-imbark, li jinkorporaw strixxa manjetika jew aktar. |
||||||||||||||||||||||||||||||||
8523 29 15 |
Mhux irrekordjati Dan is-subtitlu jkopri wkoll tejps li għandhom jinqatgħu għad-daqs qabel jintużaw. |
||||||||||||||||||||||||||||||||
8523 40 11 |
Diski għal sistemi ta’ qari bil-lejżer b’kapaċità ta’ rekordjar li ma taqbiżx 900 megabytes, ħlief dawk li jitħassru Dan is-subtitlu jkopri compact discs li jistgħu jkunu rrekordjati (CD-Rs). Normalment, is-CD-Rs huma magħmulin minn polikarbonat trasparenti mingħajr kulur bi ħxuna ta' 1.2 mm. In-naħa ta' fuq hija miksija b'saff riflettenti lewn id-deheb jew il-fidda u jista' jkun stampat. In-naħa ta' isfel hija miksija b'saff ta' żebgħa u saff protettiv. Għandhom dijametru ta' 8 jew 12 ċm u jista' jkollhom il-forma ta' kard. Il-kapaċità ta' rekordjar tista' tkun ivverifikata b'magni tal-qari/kitba u softwer korrispondenti għar-rekordjar. Minkejja li r-rekordjar fuq dawn id-diski jista' jsir f'fażi waħda jew ħafna, l-informazzjoni rrekodjata ma tistax titħassar. |
||||||||||||||||||||||||||||||||
8523 40 13 |
Diski għal sistemi ta’ qari bil-lejżer b’kapaċità ta’ rekordjar li ma taqbiżx 900 megabytes, iżda ma taqbiżx 18 gigabytes, ħlief dawk li jitħassru Dan is-subtitlu jkopri diski versatili diġitali li jistgħu jkunu rrekordjati (DVD-/+Rs). B’kuntrast għas-CD-Rs ta’ subtitlu 8523 40 11, DVD-/+Rs jikkonsistu f'żewġ saffi polikarbonat oħxon ta' 0,6 mm mwaħħlin flimkien bil-kolla. Din id-differenza fiżika tista' tkun identifikata billi t-tarf estern tad-diska jkun eżaminat. Huma jkollhom dijametru ta' 8 jew 12 ċm. Il-kapaċità ta' rekordjar tista' tkun ivverifikata b'magni tal-qari/kitba u softwer għal rekordjar korrispondenti. Minkejja li r-rekordjar fuq dawn id-diski jista' jsir f'fażi waħda jew ħafna, l-informazzjoni rrekodjata ma tistax titħassar. |
||||||||||||||||||||||||||||||||
8523 40 19 |
Oħrajn Dan is-subtitlu jinkludi:
|
||||||||||||||||||||||||||||||||
8523 52 10 u 8523 52 90 |
“Kards smart” Ara n-Noti ta' Spjega SA għal titlu 8523, (C), (2). Dawn is-subtitli jinkludu wkoll proximity cards/tags elettroniċi li ġeneralment jikkonsistu f’kojl li jattiva ruħu b’sinjal mill-apparat li jaqrah u jipproduċi vultaġġ li jenerġizza mikroċirkuwit, ġeneratur ta’ kodiċi li kif jirċievi s-sinjal mill-kojl jiġġenera d-data, u antenna li tittrasmetti s-sinjali. |
||||||||||||||||||||||||||||||||
8525 |
Tagħmir ta’ trasmissjoni għax-xandir bir-radju jew bit-televiżjoni, kemm jekk fih u kemm jekk ma fihx tagħmir ta’ riċezzjoni jew tagħmir ta’ rrekordjar jew riproduzzjoni; kameras tat-televiżjoni, kameras diġitali u vidjowkameras li jirrekordjaw Dan it-titlu jinkludi kameras għal imaging termali b’imagers infra-ħomor li jaqbdu radjazzjoni ta’ sħana u jibdluha f’immagini li jirrapreżentaw it-temperaturi ta’ superfiċji jew oġġetti individwali f’intensitajiet differenti ta’ griż jew f’kuluri differenti iżda li ma jistgħux ikejlu temperaturi jew jirrapreżentaw il-valuri mkejlin f’figuri. |
||||||||||||||||||||||||||||||||
8525 60 00 |
Tagħmir ta’ trasmissjoni li fih tagħmir ta’ riċezzjoni Dawn is-subtitli jinkludu wkoll unitajiet fejn l-elementi li jittrasmettu u li jirċievu jkunu jinsabu f’unitajiet ta’ l-għamara jew housing differenti, sakemm huma jikkostitwixxu unita’ li taħdem. Sabiex jitqiesu li jikkostitwixxu unita’ li taħdem, apparat trasmettitur-riċevitur għandhom ikunu installati ħdejn xulxin (pereżempju, fl-istess bini jew fuq l-istess vettura) u jkollhom ċertu elementi komuni, bħal antenna. |
||||||||||||||||||||||||||||||||
8525 80 11 sa 8525 80 99 |
Kameras tat-televiżjoni, kameras diġitali u vidjowkameras li jirrekordjaw Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 8525, (B). Dawn is-subtitli ma jkoprux mezzi għal qari elettroniku għal nies viżivament diżabilitati (ara n-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 8543 70 90). |
||||||||||||||||||||||||||||||||
8525 80 30 |
Kameras diġitali Kameras diġitali ta’ dan is-subtitlu huma dejjem kapaċi li jirrekordjaw immaġni fissa, kemm jekk fuq memorja interna kif ukoll fuq midja li tinqala’ u tinbidel. Ħafna mill-kameras ta’ dan is-subtitlu għandhom ix-xeħta ta’ kamera fotografika tradizzjonali u m’għandhomx viewfinder li jintewa. Dawn il-kameras jistgħu wkoll ikunu kapaċi jieħdu vidjow biex jirrekordjaw sekwenzi ta’ vidjow. Kameras jibqgħu kklassifikati f’dan is-subtitlu għajr meta, meta tintuża l-kapaċita’ ta’ ħażna massima, huma kapaċi jirrekordjaw bi kwalita’ ta’ 800 × 600 pixels (jew ogħla) bi 23 frejm kull sekonda (jew ogħla), għallinqas 30 minuta f’sekwenza waħda ta’ vidjow. Imqabbla mal-vidjowkameras li jirrekordjaw ta’ subtitli 8525 80 91 u 8525 80 99, ħafna kameras diġitali (meta jintużaw bħala vidjowkameras) m’għandhomx il-funzjoni ta’ żum ottiku waqt li jkunu qed jirrekordjaw il-vidjow. Il-kapaċità ta’ ħażna ma taffettwax hekk kif xi kameras, wara ċertu perijodu ta’ ħin, iwaqqfu l-irrekordjar tal-vidjow awtomatikament. |
||||||||||||||||||||||||||||||||
8525 80 91 u 8525 80 99 |
Vidjowkameras li jirrekordjaw Il-vidjowkameras li jirrekordjaw ta’ dawn is-subtitli huma dejjem kapaċi li jirrekordjaw sekwenzi ta’ vidjow, kemm fuq memorja interna kif ukoll fuq midja li tinqala’ u tinbidel. Ġeneralment, il-vidjowkameras li jirrekordjaw ta’ dawn is-subtitli għandhom id-disinn li jvarja mill-kameras diġitali ta’ subtitlu 8525 80 30. Ġeneralment ikollhom viewfinder li jintewa u ta’ spiss ikunu ppreżentati flimkien ma’ apparat għall-kontroll mill-bogħod. Dejjem joffru l-funzjoni ta’ żum ottiku matul l-irrekordjar tal-vidjow. Dawn il-vidjowkameras diġitali jistgħu wkoll jirrekordjaw immaġni fissa. Kameras diġitali huma esklużi minn dawn is-subtitli jekk mhumiex kapaċi, meta tintuża l-kapaċità ta’ ħażna massima, jirrekordjaw bi kwalita’ ta’ 800 × 600 pixels (jew ogħla) bi 23 frejm kull sekonda (jew ogħla), għallinqas 30 minuta f’sekwenza waħda ta’ vidjow. |
||||||||||||||||||||||||||||||||
8525 80 99 |
Oħrajn Dan is-subtitlu jkopri vidjowkameras (imsejħa “camcorders”) għall-irrekordjar mhux biss tal-ħoss u xbihat meħuda mill-kamera iżda wkoll ta’ sinjali minn sorsi esterni, per eżempjuplejers tad-DVD, magni awtomatiċi li jipproċessaw id-data, jew riċevituri tat-televixin. Immaġni rrekordjati hekk, jistgħu jkunu riprodotti permezz ta’ riċevitur tat-televixin estern jew moniter. Dan is-subtitlu jinkludi wkoll “camcorders” fejn l-input vidjow ikun imfixkel permezz ta’ platt, jew b’xi mod ieħor, jew li fih l-interface vidjow jista’ jkun sussegwentement attivat bħala input vidjow permezz ta’ softwer. L-apparat madanakollu jkun disinjat biex jirrekordja programmi televiżivi jew sinjali vidjow oħrajn li jkunu ġejjin mill-estern. Madankollu, “camcorders” li bihom tista’ tirrekordja biss l-immaġni meħuda bil-kamera u jistgħu jkunu riprodotti permezz ta’ riċevitur tat-televixin estern jew moniter jaqgħu f’subtitlu 8525 80 91. |
||||||||||||||||||||||||||||||||
8527 |
Tagħmir ta’ riċezzjoni għax-xandir bir-radju, kemm jekk huwa kkumbinat u kemm jekk mhuwiex, fl-istess kaxxa (housing), ma’ tagħmir għar-rekordjar jew riproduzzjoni jew arloġġ Għal apparat ta’ trasmissjoni li jinkorpora apparat li jirċievi, ara n-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 8525 60 00. |
||||||||||||||||||||||||||||||||
8527 12 10 u 8527 12 90 |
Plejers tal-kasettsbir-radju qies tal-but Ara n-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 8519 81 15. |
||||||||||||||||||||||||||||||||
8527 13 10 |
B’sistema ta’ qari bil-lejżer Dan is-subtitlu jkopri r-riċevituri tax-xandir tar-radju, magħqudin ma’ apparat ieħor li jirrekordja u jirriproduċi l-ħoss b’sistema ta’ qari ottiku permezz tal-lejżer, kemm jekk magħqud kif ukoll jekk m’huwiex ma apparat ieħor li jirrekordja u jirriproduċi l-ħoss (pereżempju, ta’ tip tal-kasett), jew ma arloġġ. Dan is-subtitlu jinkludi wkoll apparat li jirriproduċi l-ħoss, hekk imsejħa “plejers ta' l-MP3”, li jużaw midja ottika u jinkorporaw strumenti li jistgħu sussegwentement ikunu attivati għar-riċezzjoni ta' sinjali ta' xandir bir-radju permezz ta' softwer. |
||||||||||||||||||||||||||||||||
8527 13 99 |
Oħrajn In-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 8527 13 10 japplikaw, mutatis mutandis. |
||||||||||||||||||||||||||||||||
8527 21 20 |
B’sistema ta’ qari bil-lejżer In-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 8527 13 10 japplikaw, mutatis mutandis. |
||||||||||||||||||||||||||||||||
8527 21 70 |
B’sistema ta’ qari bil-lejżer In-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 8527 13 10 japplikaw, mutatis mutandis. |
||||||||||||||||||||||||||||||||
8527 91 11 sa 8527 91 99 |
Ikkumbinati ma’ tagħmir li jirrekordja jew jirriproduċi l-ħoss Sistemi sterjo (sistemi hi-fi) li fihom riċevitur tar-radju, mtellgħin f’settijiet għal bejgħ, jikkonsistu f’unitajiet modulari fil-kaxex (housings) separati tagħhom, eż., flimkien ma plejer tas-CDs, rikorder ta’ kasetts, amplifikatur b’ekwilizzatur, dejjem jaqgħu f’dawn is-subtitli għax ir-riċevitur tar-radju jagħtihom il-karattru essenzjali tagħhom. |
||||||||||||||||||||||||||||||||
8527 91 11 u 8527 91 19 |
B’lawdspiker wieħed jew aktar fl-istess kaxxa (housing) Dawn is-subtitli jkopru apparat fejn il-lawdspikers ma jistgħux jinfirdu. Madanakollu, dawn is-subtitli ma jkoprux apparat b’lawdspikers li jinqalgħu, anki jekk il-lawdspikers jistgħu jkunu mqabbdin b’mezzi li jorbtu (subtitlu 8527 91 35, 8527 91 91 jew 8527 91 99). |
||||||||||||||||||||||||||||||||
8527 91 35 sa 8527 91 99 |
Oħrajn Jekk lawdspikers għal sistemi ta’ radju (sistemi hi-fi) ikunu disinjati speċjalment għal u ppakkjati flimkien mal-komponenti l-oħra tas-settijiet, dawn ikunu inklużi f’dawn is-subtitli. |
||||||||||||||||||||||||||||||||
8527 91 35 |
B’sistema ta’ qari bil-lejżer In-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 8527 13 10 japplikaw, mutatis mutandis. |
||||||||||||||||||||||||||||||||
8528 |
Moniters u proġekters, li ma jinkorporawx apparat ta’ riċezzjoni għat-televiżjoni; tagħmir ta’ riċezzjoni għat-televiżjoni, kemm jekk jinkorpora u kemm jekk ma jinkorporax fih tagħmir ta’ riċezzjoni tax-xandir bir-radju jew tagħmir għar-rekordjar jew riproduzzjoni tal-ħoss jew tal-vidjow Skond ir-Regola Ġenerali Interpretattiva 3(ċ) tan-Nomenklatura Magħquda, is-sistemi ta' vidjowsorveljanza, li jikkonsistu f'għadd limitat ta' kameras tat-televiżjoni u moniter, jaqgħu f’dan it-titlu meta ppreżentati f'sett għall-bejgħ bl-imnut. Il-partijiet ta' dawn is-sistemi tal-vidjowsorveljanza għandhom ikunu kklassifikati separatament meta sistema tat-tip ma titqigħedx f'sett għall-bejgħ bl-imnut (Ara n-Noti Ġenerali ta' Spjega SA għal Sezzjoni XVI (VII)). Dan it-titlu ma jkoprix apparat għal qari elettroniku għal nies viżwalment diżabbli (ara n-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 8543 70 90). |
||||||||||||||||||||||||||||||||
8528 41 00 |
Ta’ tip użat biss jew prinċipalment ma’ sistema awtomatika ta’ l-ipproċessar ta’ data ta’ titlu 8471 Moniters ta’ dan is-subtitlu jaħdmu b’teknoloġija ta’ l-iskrin, tat-tubu katodiku (CRT). Il-karatteristiċi tal-moniters ta' dan is-subtitlu ġeneralment jiffaċilitaw li wieħed jara u jħares lejn l-iskrin mill-qrib għal perijodi twal. Il-moniters ta' dan is-subtitlu għandhom il-karatteristiċi li ġejjin:
Il-moniters tat-tip CRT għandhom il-karatteristiċi speċifiċi li ġejjin:
Il-moniters ta' dan is-subtitlu ma jistgħux:
Dan is-subtitlu ma jinkludix pannelli ta’ indikazzjoni tat-titlu 8531. |
||||||||||||||||||||||||||||||||
8528 49 10 |
Iswed u abjad jew monokrom ieħor In-Noti ta’ Spjega għas-subtitli 8528 49 35 sa 8528 49 99 japplikaw, mutatis mutandis. |
||||||||||||||||||||||||||||||||
8528 49 35 sa 8528 49 99 |
Kulur Il-moniters jaqgħu f’dan is-subtitlu sakemm ma jintweriex li huma ta’ tip użati biss u prinċipalment f’sistema awtomatika ta’ proċessar tad-data. Il-karatteristiċi tal-moniters ta' dawn is-subtitli ġeneralment jiffaċilitaw li wieħed jara u jħares lejn l-iskrin mill-qrib għal perijodi twal, pereżempju f'wirjiet jew f'sistemi taċ-ċinema fid-dar, studjows televiżivi u sistemi għall-vidjowsorveljanza. Xi moniters jiffaċilitaw li wieħed jara u jħares lejn l-iskrin mill-qrib, per eżempju, għal apparat ta’ kejl, ta’ iċċekkjar jew applikazzjonijiet mediċi, kameras għas-sorveljanza minn wara għall-vetturi, jew apparat tar-radju għal għajnuna għan-navigazzjoni. Ċerti moniters huma mgħammra b'konnekters jew interfaces bħal Cinch/RCA, BNC, SCART, Mini DIN 4-pin/Hosiden, DVI-D, DVI-I u High-Definition Multi-media Interface (HDMI). Dawn il-konnekters jew interfaces jippermettu li jinqabad sinjal minn sors vidjow bħal rikorder jew riproduttur tad-DVDs, kamera jew vidjowkamera, riċevitur tas-satellita jew magna għal-logħob tal-kompjuter. Dawn il-moniters jistgħu jkunu wkoll mgħammra b'interfaces għal magni awtomatiċi għall-ipproċessar tad-data ta' titlu 8471. Xi moniters jista' jkollhom interfaces li jippermettu li jinqabdu sinjali minn sorsi bħal cash register, magna għall-ġbid tal-flus (ATM), apparat tar-radju għal għajnuna għan-navigazzjoni, pannell għall-kontroll numeriku jew apparat ta' kontroll b'memorja programmabbli, apparat ta’ kejl, ta’ iċċekkjar jew applikazzjonijiet mediċi ta’ kapitlu 90. Dawn jistgħu jkunu mqabbda bi tliet kejbils separati għall-aħmar (R (red)) aħdar (G (green)) u Blu (B), jew jistgħu jinkorporaw komponenti (eż. chroma decoder, separatur Y/C) li bihom il-moniter jista' juri l-istampa minn sinjal vidjow kompożitu fuq baseband (CVBS) jew sinjal tal-vidjow kompost (li l-forma tal-mewġa tal-frekwenza tiegħu tikkonforma ma' standards tax-xandir bħal NTSC, SECAM, PAL, D-MAC) jew sinjal S-Video jew meta jkunu kapaċi jirriproduċu l-istampa billi jaċċettaw sinjali bħal vidjow komponent (eż., YUV, YCBCR, YPBPR), Serial Digital Interface (SDI), High-Definition-SDI (HD-SDI) u vidjow diġitali “DV” (eż. MPEG1, MPEG2, MPEG4). Jistgħu jkunu mgħammra b'konnekters biex jaqbdu s-sinjali awdjo. Dawn is-subtitli ma jinkludux:
|
||||||||||||||||||||||||||||||||
8528 51 00 sa 8528 59 90 |
Moniters oħrajn Moniters ta’ dawn is-subtitli jaħdmu wkoll fuq skrins ta’ teknoloġiji bħal display ta’ kristalli likwidi (LCD), dajowds organiċi li jarmu d-dawl (OLED) jew plażma. Dawn is-subtitli jinkludu moniters li jikkonsistu fi proġekter u skrin bħala oġġett wieħed. |
||||||||||||||||||||||||||||||||
8528 51 00 |
Ta’ tip użat biss jew prinċipalment ma’ sistema awtomatika ta’ l-ipproċessar ta’ data ta’ titlu 8471 In-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 8528 41 00 japplikaw, mutatis mutandis. Il-moniters koperti minn dan is-subtitlu għandhom il-karatteristiċi speċifiċi li ġejjin, jiġifieri li jkollhom qies djagonali ta’ l-iskrin ta’ 48,5 ċm (19-il pulzier) jew anqas. |
||||||||||||||||||||||||||||||||
8528 59 10 u 8528 59 90 |
Oħrajn In-Noti ta’ Spjega għas-subtitli 8528 49 35 sa 8528 49 99 japplikaw, mutatis mutandis. Għall-moniters ta’ dawn is-subtitli l-aspect ratio spiss huwa ta’ 16:9 jew 16:10. |
||||||||||||||||||||||||||||||||
8528 61 00 sa 8528 69 99 |
Proġekters Dawn is-subtitli ma jinkludux prodotti li jikkonsistu fiproġekter u skrin bħala oġġett wieħed (subtitli 8528 51 00 sa 8528 59 90 jew meta jinkorporaw apparat ta’ riċezzjoni għat-televiżjoni ta’ subtitlu 8528 72 10). |
||||||||||||||||||||||||||||||||
8528 69 10 |
Jaħdmu permezz ta’ displaypannella ċatta (per eżempju, mezz kristall likwidu), li turi informazzjoni diġitali ġġenerata minn magna ta’ ipproċessar ta’ data awtomatika Minbarra apparat li jaħdem permezz ta' tagħmir ta' kristalli likwidi (LCD), dan is-subtitlu jinkludi wkoll apparat li jaħdem permezz ta' teknoloġija diġitali għall-ipproċessar ta' dawl Dan jaħdem permezz ta' tagħmir ta' mikro-mera mekkanika kkontrollata minn semikonduttur. |
||||||||||||||||||||||||||||||||
8528 71 11 sa 8528 71 19 |
Tunerstal-vidjow Dawn is-subtitli jkopru apparat li jinkorpora tuner tal-vidjow li jaqleb is-sinjali televiżivi bi frekwenza għolja f'sinjali li jintużaw minn apparat għar-rekordjar u riproduzzjoni jew moniters tal-vidjow. Dan l-apparat jinkorpora ċirkuwiti seletturi, li jippermettu li jinqabad kanal speċjali jew frekwenza ta' trasmissjoni, u ċirkuwiti ta' demodulazzjoni. Huma ġeneralment iddisinjati sabiex joperaw b'antenna individwali jew maqsuma bejn ħafna (distribuzzjoni bil-kejbil ta' frekwenza għolja). Is-sinjal ta' l-output jista' jintuża bħala sinjal ta' l-input għal moniters tal-vidjow jew għall-apparat għar-rekordjar jew riproduzzjoni tal-vidjow. Jikkonsisti mis-sinjal oriġinali tal-kamera (jiġifieri, mhux immodulat għal skop ta' trasmissjoni). Xi drabi, l-apparat huwa wkoll mgħammar b'tagħmir dekodifikanti (kulur) jew ċirkuwit separatur għas-sinkronizzazzjoni. |
||||||||||||||||||||||||||||||||
8528 71 11 |
Immuntar elettroniku biex ikun inkorporat f’magni ta’ ipproċessar ta’ data awtomatiċi Għad-definizzjoni ta’ l-espressjoni “immuntar elettroniku” ara n-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 8443 99 10. |
||||||||||||||||||||||||||||||||
8528 72 10 sa 8528 72 99 |
Oħrajn, tal-kulur Dawn is-subtitli jinkludu apparat bi skrin ta' kristalli likwidi (skrins LCD). |
||||||||||||||||||||||||||||||||
8528 72 10 |
Tagħmir għal projezzjoni ta’ televiżjoni Dan is-subtitlu jinkludi apparat ta’ projezzjoni li jinkorpora apparat ta’ riċezzjoni għat-televiżjoni. Dan l-apparat jipprojetta x-xbiha minn sistema ottika għal fuq skrin. Jista’ jkun ibbażat fuq teknoloġija tat-tubu katodiku jew ta’ skrin ċatt (per eżempju, DMD, LCD, plażma). L-iskrin ta’ projezzjoni jista’ jkun inkorporat jew fl-istess kaxxa (housing) bħar-riċevitur tat-televixin jew jista’ jkun separat. |
||||||||||||||||||||||||||||||||
8528 72 31 sa 8528 72 75 |
B’tubu integrali Dawn is-subtitli jinkludu apparat li jgħaqqad funzjonijiet ta’ tuner u ta’ moniter fl-istess kaxxa (housing), possibilment bl-użu simultanju ta’ ċertu elementi ta’ kull wieħed. Riċevituri ta’ televixin domestiku ġeneralment jagħmel parti minn din il-kategorija. Il-qies dijagonali ta’ l-iskrin ifisser il-parti attiva tat-tubu għall-istampa mkejjel f’linja dritta. |
||||||||||||||||||||||||||||||||
8529 |
Partijiet tajbin għal użu biss jew prinċipalment ma’ l-apparat ta’ titli 8525 sa 8528 Dan it-titlu ma jinkludix trepiedi għall-użu ma' kameras ta' titlu 8525 jew Kapitlu 90 (klassifikazzjoni skond il-materjal kostitwenti). |
||||||||||||||||||||||||||||||||
8529 90 20 sa 8529 90 97 |
Oħrajn Dan is-subtitlu jinkludi:
Dawn is-subtitli ma jinkludux waveguides (klassifikazzjoni tat-tubi skond il-materjal kostitwenti). |
||||||||||||||||||||||||||||||||
8529 90 65 |
Immuntar elettroniku Ara n-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 8443 99 10. |
||||||||||||||||||||||||||||||||
8531 |
Apparat tas-sinjalar ta’ l-elettriku ta’ ħoss jew viżwali (per eżempju, qniepen, sireni, pannelli indikaturi, allarmi tas-serq jew tan-nar), ħlief dawk ta’ titlu 8512 jew 8530 |
||||||||||||||||||||||||||||||||
8531 10 30 u 8531 10 95 |
Allarmi tas-serq jew tan-nar u apparat simili Ara n-Noti ta' Spjega SA għal titlu 8531, it-tieni paragrafu, (E). Dawn is-subtitli ma jinkludux allarmi tas-serq użati fuq vetturi b’mutur (subtitlu 8512 30 10). |
||||||||||||||||||||||||||||||||
8531 20 20 sa 8531 20 95 |
Pannelli indikaturi li fihom mezzi kristall likwidu (LCD) jew dajowds li jarmu d-dawl (LED) Dawn is-subtitli jinkludu readouts minn dajowds elettroluminexxenti li jvarjaw li jintużaw prinċipalment bħala sinjali numeriċi u/jew alfanumeriċi jew pannell għal display, pereżempju, magħmul minn ċelluli jew diversi dajowds li jarmu d-dawl. Kull sinjal fih ċertu numru ta’ dajowds li jarmu d-dawl fil-forma ta’ komponenti li jkunu jew diskreti jew mwaħħlin ma’ mikroċipp waħda. Dan it-tagħmir ikun immuntat fuq ċirkuwitu stampat bi driver/dekowder. Kull numru jew immuntar ta’ numri jkun mgħotti b’materjal trasluċenti li jamplifika l-intensità tal-punti tad-dawl prodotti mid-dajowds sabiex jipproduċu figuri jew ittri bħala funzjoni tal-polz applikat maċ-ċirkuwitu minn sinjal input. |
||||||||||||||||||||||||||||||||
8531 90 85 |
Oħrajn Dan is-subtitlu jinkludi tikketti kontra serq imwaħħlin ma’ oġġetti li, meta jkunu fiż-żona tas-sinjal ta’ sistema ta’ l-alarm kontra s-serq installata mal-ħruġ ta’ ħanut, ta’ tip li jaqa’ f’subtitlu 8531 10 30, jinfluwenzaw l-elettronika li tirċievi tas-sistema u b’hekk jittrigerjaw allarm. Dan is-subtitlu, madanakollu, ma jkoprix tikketti tal-karta fil-forma ta’ ċirkuwitu stampat (titlu 8534 00). |
||||||||||||||||||||||||||||||||
8534 00 |
Ċirkuwiti stampati Dan it-titlu jinkludi tikketta tal-karta fil-forma ta’ ċirkuwitu stampat sabiex jipprevenu serq, eż. ta’ kotba tal-librerija. |
||||||||||||||||||||||||||||||||
8536 |
Apparat elettriku biex jixgħel (switching) jew jipproteġi ċirkuwiti elettriċi, jew sabiex jagħmlu konnessjonijiet ma’ jew ġewwa ċirkuwiti elettriċi (pereżempju, swiċċijiet, rilejs, fjusijiet, apparat li jrażżan it-tlugħ f’daqqa tal-kurrent, plaggs, sokits, ħowlders tal-bozoz u konnekters oħrajn, kaxxi fejn jingħaqdu l-kejbils), għal vultaġġ mhux ogħla minn 1 000 V; konnekters użati għal fibra ottika, mazzi jew kejbils ta’ fibra ottika Bħala żieda ma’ l-apparat imsemmi fin-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 8536, dan it-titlu jinkludi:
Madanakollu, dan it-titlu ma jinkludix:
|
||||||||||||||||||||||||||||||||
8536 50 11 |
Swiċċijiet push-button Dan is-subtitlu ma jkoprix swiċċijiet sensittivi għall-mess (subtitlu 8536 50 19). |
||||||||||||||||||||||||||||||||
8536 69 10 sa 8536 69 90 |
Oħrajn Dawn is-subtitli jinkludu plaggijiet elettromekkaniċi u sokits li jippermettu konnessjoni b'diversi direzzjonijiet ta' komunikazzjoni, pereżempju bejn it-tagħmir, il-kejbils, u l-bords ta' konnessjoni, sempliċiment billi jkunu pplaggjati l-plaggijiet l-imwaħħla fis-sokits l-imwaħħla mingħajr l-ebda xogħol ta' muntaġġ. Il-konnetturi jista' jkollhom plagg jew sokit fuq kwalunkwe naħa jew plagg jew sokit fuq naħa waħda u tagħmir ta' kuntatt ieħor fin-naħa l-oħra (eż, pressa (crimp), klamp, issaldjat jew tip ta' skrun). Dawn is-subtitli jinkludu wkoll igganċjar plug-in li jinkludu plagg u par sokits (żewġ biċċiet). Il-partijiet tal-plagg u tas-sokit għandhom kull wieħed sokit wieħed u tagħmir ta' kuntatt ieħor. Dawn is-subtitli ma jinkludux l-elementi ta' konnessjoni jew kuntatt li magħhom konnessjoni elettrika tkun stabbilita b'mezzi oħrajn (eż. pressa (crimp), tip ta' skrun, issaldjati jew terminals bil-pressa). Dawn huma koperti minn subtitlu 8536 90. |
||||||||||||||||||||||||||||||||
8536 69 10 |
Għal kejbils koassjali Dan is-subtitlu jkopri biss plaggijiet u sokits użati għal konnessjonijiet koassjali fejn il-kejbils koassjali jistgħu jingħaqdu b'mod permanenti mal-kuntatti fin-naħa l-oħra (ara l-eżempji tal-grafika 1 sa 4). |
||||||||||||||||||||||||||||||||
|
|
||||||||||||||||||||||||||||||||
8536 69 30 |
Għal ċirkuwiti stampati Dan is-subtitlu jkopri l-konnekters kollha tal-plagg u s-sokit li magħhom jistgħu jkunu konnessi direttament fuq naħa waħda jew fuq iż-żewġ naħat ċirkuwiti stampati (konnekters diretti; ara l-eżempji tal-grafika 5 sa 9). 1. Konnekters tal-plagg u sokit għall-immuntar vertikali dirett ta' ċirkuwiti stampati: |
||||||||||||||||||||||||||||||||
|
|
||||||||||||||||||||||||||||||||
|
2. Konnekters tal-plagg u sokit b'naħa waħda jew doppja għall-immuntar orizzontali ta' ċirkuwiti stampati: |
||||||||||||||||||||||||||||||||
|
|
||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Dan is-subtitlu ma jinkludix komponenti maskili jew femminili ta' konnessjoni tal-plagg u sokit (eż. strixxi tat-terminal tal-plagg jew tas-sokit) li huma mehmuża b'mod permanenti mal-bord taċ-ċirkuwitu jew jistgħu jkunu pplaggjati fi jew ma' konnekter (subtitlu 8536 69 90). |
||||||||||||||||||||||||||||||||
8536 69 90 |
Oħrajn Dan it-titlu jkopri wkoll kull konnekter tal-plagg u sokit ieħor u l-konnessjonijiet murija hawn taħt: |
||||||||||||||||||||||||||||||||
|
|
||||||||||||||||||||||||||||||||
8536 70 00 |
Konnekters użati għal fibra ottika, mazzi jew kejbils ta’ fibra ottika Ara n-Nota 6 (a) ta’ dan il-kapitlu. Ara n-Noti ta' Spjega SA għal titlu 8536, (IV). |
||||||||||||||||||||||||||||||||
8536 90 01 |
Elementi prefabbrikati għal ċirkuwiti elettriċi Dan is-subtitlu jinkludi elementi lesti biex ikunu mmuntati għat-trasmissjoni ta’ l-elettriku. Elementi bħal dawn jipprovdu grad ta’ flessibilita’ fil-forniment ta’ enerġija għal lampi u magni u apparat imħaddmin bl-elettriku. Il-punti ta’ kuntatt li matulhom jitmexxa l-kurrent huma tal-varjeta’ li tikklampja jew li titmexxa. Applikazzjonijiet tipiċi huma murijin fid-dijagramma t’hawn taħt: |
||||||||||||||||||||||||||||||||
|
|
||||||||||||||||||||||||||||||||
|
|
||||||||||||||||||||||||||||||||
8536 90 10 |
Konnessjonijiet u elementi kuntatt għal wajer u kejbils Dan is-subtitlu jkopri l-apparat kollu mgħammar ma' truf il-wajers jew il-kejbils biex ikun hemm konnessjoni elettrika permezz ta' modi li mhumiex l-ipplaggjar (eż. pressa (crimp), tip ta' skrun, issaldati jew terminals bil-pressa). |
||||||||||||||||||||||||||||||||
8537 |
Bords, pannelli, pannelli għall-kontroll (consoles), skrivaniji, armarji u bażijiet oħrajn, armati b’biċċtejn apparat jew aktar ta’ titlu 8535 jew 8536, għal kontroll elettriku jew għad-distribuzzjoni ta’ l-elettriku, inklużi dawk li fihom strumenti jew apparat ta’ Kapitlu 90, u apparat ta’ kontroll numeriku, ħlief apparat ta’ swiċċjar ta’ titlu 8517 Dan it-titlu jinkludi mmuntar fuq support (eż., pannell, kaxxa) ta’ oġġetti identiċi ta’ apparat għal dawk ta’ titlu 8536 (pereżempju, swiċċijiet tad-dawl). |
||||||||||||||||||||||||||||||||
8537 10 91 |
Kontrolluri tal-memorja li jistgħu jkunu pprogrammati Dan is-subtitlu jinkludi kabinetti pannelli li jinkorporaw memorja ta’ applikazzjoni għall-kontroll elettriku ta’ magni. Huma jkunu mgħammrin mhux biss b’apparat ta’ titlu 8535 jew 8536 (eż. rilejs) iżda wkoll, pereżempju, bi transisters jew triacs ta’ titlu 8541 bħala mezzi li jiswiċċjaw u li, bħala żieda ma’ dawn l-elementi li jiswiċċjaw, jinkludu wkoll mikroproċessuri (eż., għall-proċessar ta’ loġika u għall-immaniġġar ta’ inputs u outputs), interfaces u unità ta’ forniment ta’ enerġija (pakkett ta’ enerġija). |
||||||||||||||||||||||||||||||||
8537 10 99 |
Oħrajn Dan is-subtitlu jinkludi:
Dan is-subtitlu ma jinkludix:
|
||||||||||||||||||||||||||||||||
8538 |
Partijiet tajbin għal użu biss jew prinċipalment ma’ l-apparat ta’ titlu 8535, 8536 jew 8537 |
||||||||||||||||||||||||||||||||
8538 90 11 |
Immuntar elettroniku Ara n-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 8443 99 10. |
||||||||||||||||||||||||||||||||
8538 90 91 |
Immuntar elettroniku Ara n-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 8443 99 10. |
||||||||||||||||||||||||||||||||
8539 |
Bozoz ta’ l-elettriku ta’ filament jew disċarġ, inklużi unitajiet ta’ bozoz raġġ-issiġillat u lampi ultravjola u infra-ħomor; bozoz b’arka Bl-eċċezzjoni ta’ ċertu bozoz b’arka (ara n-Noti ta’ Spjega għal subtitli 8539 41 00 sa 8539 49 30) li huma mgħammrin jew immuntati b’mod speċjali, lampi u tubi biss u partijiet tagħhom li jistgħu jintgħarfu skond Nota 2 (b) ta’ taqsima XVI, jaqgħu f’dan it-titlu. Apparat mgħammar b’lampi bħal dawn (li jikkonsistu, pereżempju, f’riflettur sempliċi b’appoġġ jew bażi) huwa klassifikat fit-titlu xieraq, bħala apparat għal dawl (titlu 9405), apparat għal tisħin (titlu 7321, pereżempju) jew apparat mediku (titlu 9018), eċċ. |
||||||||||||||||||||||||||||||||
8539 21 30 sa 8539 29 98 |
Bozoz oħrajn ta’ filament, ħlief lampi ultravjola jew infra-ħomor Dawn is-subtitli ma jinkludux:
|
||||||||||||||||||||||||||||||||
8539 31 10 sa 8539 39 00 |
Bozoz ta’ disċarġ, ħlief lampi ultravjola Dawn is-subtitli jinkludu:
|
||||||||||||||||||||||||||||||||
8539 41 00 sa 8539 49 30 |
Lampi ultravjola jew infra-ħomor; bozoz b’arka Dawn is-subtitli jinkludu:
Subtitlu 8539 41 00 jinkludi lampi bl-arka elettriċi mgħammrin b’appoġġ speċjali kif ukoll bħala apparat tad-dawl li jiggwida li jikkonsisti f’bozza bl-arka waħda jew aktar immuntati fuq appoġġ li jitmexxa, intiżi għal użu partikolarment fi studji fotografiċi jew ċinematografiċi. Dawn is-subtitli ma jinkludux:
|
||||||||||||||||||||||||||||||||
8539 90 10 u 8539 90 90 |
Partijiet Dawn is-subtitli jinkludu:
|
||||||||||||||||||||||||||||||||
8540 |
Valvi u tubi termjoniċi, katodu kiesaħ jew fotokatodu (per eżempju, valvi u tubi vakwi jew mimlijin fwar jew gass, valvi u tubi tal-merkurju li jirrettifikaw l-arka, tubi vakwu (cathode ray tubes), tubi tat-telekamera) |
||||||||||||||||||||||||||||||||
8540 11 11 sa 8540 11 99 |
Kulur Dawn is-subtitli jkopru t-tubi vakwu msemmijin fin-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 8540, raba’ paragrafu, (2), u li huma konformi mal-kundizzjonijiet stipulati hawn taħt:
|
||||||||||||||||||||||||||||||||
8540 60 00 |
Tubi vakwu (cathode ray tubes) oħrajn Dan is-subtitlu jkopri t-tubi vakwu msemmijin fin-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 8540, raba’ paragrafu, (2), (d), ħlief dawk koperti minn subtitli 8540 11 u 8540 12. |
||||||||||||||||||||||||||||||||
8540 71 00 sa 8540 79 00 |
Tubi majkrowejv (per eżempju, magnetrons, klystrons, tubi b’mewġa mobbli, carcinotrons), ħlief tubi bi grilja għall-kontroll Dawn is-subtitli jkopru t-tubi msemmijin fin-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 8540, raba’ paragrafu, (4). Dawn is-subtitli ma jinkludux tubi li jgħoddu Geiger-Müller (subtitlu 9030 90 85). |
||||||||||||||||||||||||||||||||
8540 81 00 u 8540 89 00 |
Valvi u tubi oħrajn Bħala żieda mal-lampi, tubi u valvi għar-rettifikar ta’ kurrent elettriku msemmijin fin-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 8540, raba’ paragrafu, (1), dawn is-subtitli jinkludu fanotroni, tiratroni, injitroni u tubi li jirrettifikaw vultaġġ għoli għal apparat ta’ raġġi-X. |
||||||||||||||||||||||||||||||||
8541 |
Dajowds, transistersu mezzi simili semikondutturi; mezzi semikondutturi fotosensittivi, inklużi ċelluli fotovoltajki mmuntati f’moduli jew magħmulin f’pannelli jew le; dajowds jarmu d-dawl; kristalli pjeżoelettriċi ingastati |
||||||||||||||||||||||||||||||||
8541 40 90 |
Oħrajn Dan is-subtitlu jinkludi ċelloli fotovoltajċi mmuntati f'moduli jew magħmulin f'pannelli li jinkorporaw dajowds tal-bajpas (iżda mhux dajowds li jimblukkaw). Id-dajowds tal-bajpas mhumiex elementi li jfornu l-enerġija direttament, lil, pereżempju, mutur (ara n-Noti ta' Spjega SA għal titli 8501 u 8541). |
||||||||||||||||||||||||||||||||
8541 90 00 |
Partijiet Bħala żieda mal-partijiet imsemmijin fin-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 8541, dan is-subtitlu jinkludi:
Dan is-subtitli ma jinkludix:
|
||||||||||||||||||||||||||||||||
8542 |
Ċirkuwiti elettroniċi integrati Dan it-titlu jinkludi moduli ta’ memorja pre-programmati fil-forma ta’ ċirkuwiti integrati monolitiċi għal apparat ta’ traduzzjoni elettroniċi li jaqgħu f’titli 8470 10 00 u 8543 70 10. Dan it-titlu ma jinkludix diski (ġieli msejħin wejfers) li, għall-iskopijiet ta' l-applikazzjonijiet tagħhom fil-qasam ta' l-elettronika, jikkonsistu f'elementi kimiċi żviluppati (doped), anki jekk illustrati u anki jekk miksija b'saff epitessjali sakemm dawn ma kinux żviluppati (doped) b'mod selettiv jew diffużi biex joħolqu reġjuni diskreti (titlu 3818 00). |
||||||||||||||||||||||||||||||||
8542 31 10 u 8542 31 90 |
Proċessuri u kontrolluri, kemm jekk ikkumbinati ma’ memorji, konvertituri, ċirkuwiti loġiċi, amplifikaturi, ċirkuwiti bl-arloġġ jew bil-ħin, jew ċirukwiti oħrajn, u kemm jekk mhumiex Dawn it-titli jinkludu:
|
||||||||||||||||||||||||||||||||
8542 31 10 |
Oġġetti speċifikati fin-nota 8 (b) (3) għal dan il-kapitlu Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 8542, (III). |
||||||||||||||||||||||||||||||||
8542 32 10 |
Oġġetti speċifikati fin-nota 8 (b) (3) għal dan il-kapitlu Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 8542, (III). |
||||||||||||||||||||||||||||||||
8542 32 45 |
Memorji statiċi ta’ aċċess bl-addoċċ (random) (S-RAMs), inklużi memorji cache ta’ aċċess bl-addoċċ (random) (cache-RAMs) Memorji cache ta’ aċċess bl-addoċċ (cache-RAMs) huma memorji statiċi ta’ aċċess bl-addoċċ b’ħin ta’ aċċess itwal minn dak tal-memorja prinċipali. Cache-RAMs ġeneralment jintużaw bħala memorji buffer temporanji biex jakkomodaw id-differenza fil-veloċita bejn unita’ ta’ proċessar ċentrali u l-memorja prinċipali. |
||||||||||||||||||||||||||||||||
8542 32 61 sa 8542 32 75 |
Memorji li jitħassru bl-elettriku, jkunu pprogrammati, jinqraw biss (E2PROMs), inklużi flash E2PROMs E2PROMs ġeneralment ikunu memorji li jistgħu jitħassru minn bytes (byte erasable). Flash E2PROMs huma memorji magħrufin ukoll bħala “memorji FLASH”, “flash EPROMs” jew “flash EEPROMs”. Memorji flash jistgħu jkunu bbażati fuq teknoloġija EPROM jew E2PROM u jistgħu jitħassru bl-elettriku, jew totalment (bulk wise) jew skond is-settur (paġna jew blokka sħiħa). Programmar, qari u tħassir ta’ dawn il-memorji jistgħu jsiru b’forniment ta’ enerġija doppja jew b’forniment ta’ enerġija waħda. Memorji flash ibbażati fuq teknoloġija EPROM għandhom struttura ta’ xibka magħmula minn ċellula ta’ transister waħda. Memorji flash ibbażati fuq teknoloġija E2PROM għandhom struttura ta’ xibka magħmula minn żewġ ċelluli tat-transister jew aktar jew minn ċellula tat-transister waħda magħquda flimkien ma’ transister ieħor għal kull settur (paġna jew blokka). It-tip ta’ l-aħħar għandu aktar differenzi bejn memorji bbażati fuq teknoloġija EPROM minħabba li dawn fihom numru ta’ elementi E2PROM karatteristiċi (eż., sett ta’ kmandi E2PROM). |
||||||||||||||||||||||||||||||||
8542 32 90 |
Memorji oħrajn Dan is-subtitlu jinkludi memorji li jistgħu jkunu indirizzati skond il-kontenut (CAMs) u memorji ferroelettriċi. Memorji li jistgħu jkunu indirizzati skond il-kontenut (CAMs) huma mezzi ta’ ħażna għal kontenut assoċjattiv. Postijiet ta’ ħażna ta’ dawn il-mezzi jistgħu jkunu identifikati mill-kontenuti tagħhom jew minn parti mill-kontenuti tagħhom, aktar milli mill-ismijiet jew pożizzjonijiet (indirizzi) tagħhom. Memorji ferroelettriċi huma memorji li ma jistgħux jitħassru miksubin permezz tat-tgħaqqid ta’ materjali ferroelettriċi u semikondutturi. Il-materjal ferroelettriku jista’ jżomm polarizzazzjoni elettrika fin-nuqqas ta’ field elettrika applikata. Dawn il-mezzi huma kemm programmabbli u jistgħu jitħassru bl-elettriku. |
||||||||||||||||||||||||||||||||
8542 39 10 u 8542 39 90 |
Oħrajn Dan is-subtitlu jinkludi:
Dan is-subtitlu ma jinkludix memorji programmabbli li jistgħu jinqraw biss (PROMs) (subtitlu 8542 32 90). |
||||||||||||||||||||||||||||||||
8542 39 10 |
Oġġetti speċifikati fin-nota 8 (b) (3) għal dan il-kapitlu Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 8542, (III). |
||||||||||||||||||||||||||||||||
8543 |
Magni u apparat elettriċi, b’funzjonijiet individwali, mhux speċifikati jew inklużi band’oħra f’dan il-kapitlu |
||||||||||||||||||||||||||||||||
8543 70 90 |
Oħrajn Dan is-subtitlu jinkludi:
Dan is-subtitlu jkopri wkoll apparat elettroniku żgħir mhux immuntat fuq platt-bażi (li jinkludi hekk imsejħin “mikrokompjuters”), li jistgħu jintużaw biex jiffurmaw kliem u sentenzi li jkunu tradotti f’lingwa barranija magħżula skond il-moduli tal-memorja użati f’dawn il-mezzi. Huma jkollhom tastiera alfanumerika u display rettangolari. Madanakollu, dawn is-subtitli ma jkoprux apparat simili b’funzjonijiet ta’ kalkoli (titlu 8470). Dan is-subtitlu ma jinkludix:
|
||||||||||||||||||||||||||||||||
8544 |
Wajer iżolat (inkluż żmaltat jew anodizzat), kejbil (inkluż kejbil koassjali) u kondutturi elettriċi iżolati oħrajn, mgħammrin b’konnekters jew le; kejbils ta’ fibra ottika, magħmulin minn fibri miksijin individwalment, immuntati b’kondutturi elettriċi jew mgħammrin b’konnekters jew le Dan it-titlu ma jinkludix konnekters u adapters għal kejbils preżentati b’mod separat. Konnekters u adapters għal kondutturi elettriċi għandhom ikunu klassifikati f’titli 8535 jew 8536. Konnetturi għal kejbils tal-fibri ottiċi għandhom ikunu klassifikati fis-subtitlu 8536 70 00. |
||||||||||||||||||||||||||||||||
8544 70 00 |
Kejbils ta’ fibri ottiċi Dan is-subtitlu jinkludi wkoll il-kejbils ta’ fibri ottiċi, iddisinjati per eżempju, għall-użu fit-telekomunikazzjoni, u magħmulin minn fibri ottiċi miksija individwalment permezz ta’ saff dupliċi ta’ polimeru ta’ l-akrilat imqiegħed f’kejsing protettiv. Il-kisi huwa magħmul minn għant ta’ akrilat artab fuq ġewwa u għant ieħor ta’ akrilat iebes fuq barra, b’dan ta’ l-aħħar miksi b’saff ta’ diversi kuluri. Il-kisi tal-fibri ottiċi individwali jipprovdi protezzjoni u integrità strutturali, per eżempju, billi jipproteġi l-fibri individwali milli jinqasmu. |
||||||||||||||||||||||||||||||||
|
|
||||||||||||||||||||||||||||||||
8545 |
Elettrodi tal-karbonju, brushes tal-karbonju, karbonji tal-bozoz, karbonji tal-batteriji u oġġetti oħrajn ta’ grafita jew karbonju ieħor, b’metall jew mingħajru, ta’ tip użat għal għanijiet elettriċi |
||||||||||||||||||||||||||||||||
8545 90 90 |
Oħrajn Dan is-subtitlu jinkludi:
Dan is-subtitlu ma jinkludix kompożizzjonijiet ta’ pasta għal elettrodi b’bażi ta’ materjal karbonizzat (titlu 3824). |
||||||||||||||||||||||||||||||||
8547 |
Tagħmir li jiżola għal magni, għodod jew tagħmir elettriku, li huwa tagħmir kompletament ta’ materjal iżolatur ħlief xi komponenti minuri ta’ metall (per eżempju, sokits bil-kamin) imdaħħlin waqt id-dħul fil-forma sempliċiment għal għanijiet ta’ immuntar, ħlief iżolaturi ta’ titlu 8546; tubi u ġonot ta’ kondjuwit ta’ l-elettriku għalihom, ta’ metall ta’ valur baxx miksi b’materjal iżolatur |
||||||||||||||||||||||||||||||||
8547 20 00 |
Tagħmir iżolatur ta’ plastiks Dan is-subtitlu jinkludi partijiet li jiżolaw miksubin permezz tal-kompressar ta’ fibri tal-ħġieġ mgħaddsin f’reżina jew permezz tat-tqiegħid fuq xulxin jew l-ikkompressar ta’ karti jew materjali meħjutin li qabel kienu mgħaddsin f’reżini artifiċjali, sakemm il-prodotti msemmijin huma iebsin u riġidi (ara n-Noti ta’ Spjega Ġenerali SA għal kapitlu 39, “kombinazzjonijiet ta’ plastiks u materjali oħrajn ħlief tessut”, (d)). |
||||||||||||||||||||||||||||||||
8547 90 00 |
Oħrajn Dan is-subtitlu jinkludi tagħmir li jiżola ta’ karti jew kartun, siment ta’ l-asbestos u mika kif ukoll it-tubi u l-ġonot tal-kondjuwit tagħhom imsemmijin fin-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 8547, (B). |
||||||||||||||||||||||||||||||||
8548 |
Skart u fdal ta’ celluli primarji, batteriji primarji u akkumulaturi elettriċi; ċelluli primarji maħruqin, batteriji primarji maħruqin u akkumulaturi ta’ l-elettriku maħruqin; partijiet ta’ elettriku ta’ magni jew apparat, mhux speċifikati jew inklużi band’ oħra f’dan il-kapitlu |
||||||||||||||||||||||||||||||||
8548 90 90 |
Oħrajn Dan it-titlu jinkludi:
|
TAQSIMA XVII
VETTURI, BIĊĊIET TA’ L-AJRU, BASTIMENTI U TAGĦMIR TAT-TRASPORT ASSOĊJAT
Nota Addizzjonali 2 |
In-Noti ta’ Spjega għal Nota Addizzjonali 3 għal taqsima XVI japplikaw, mutatis mutandis |
KAPITLU 86
LOKOMOTTIVI, MAGNI U VAGUNI (ROLLING STOCK) U PARTIJIET TAGĦHOM TA’ FERROVIJI JEW TA’ TRAMM; TAGĦMIR U ARMAR U PARTIJIET TAGĦHOM GĦAL-LINJI TA’ FERROVIJI JEW TA’ TRAMM; TAGĦMIR TA’ SINJALAR TAT-TRAFFIKU MEKKANIKU (INKLUŻ ELETTRO-MEKKANIKU) TA’ KULL TIP
8602 |
Lokomottivi oħrajn ta’ ferroviji; trakkijiet imqabbdin ma’ (tenders) lokomottivi |
||||||||
8602 10 00 |
Lokomottivi dijżil-elettriċi Ħafna magni dijżil li jintużaw għal ġbid huma magni dijżil-elettriċi. |
||||||||
8603 |
Kowċijiet, vannijiet u trakkijiet li jitħarrku minnhom infushom (self-propelled) ta’ ferroviji jew linji tat-tramm, ħlief dawk ta’ titlu 8604 |
||||||||
8603 10 00 |
B’enerġija minn sors estern ta’ elettriku Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 8603, tielet paragrafu, (A). |
||||||||
8606 |
Vannijiet u vaguni tal-merkanzija tal-ferrovija jew tal-linja tat-tramm, ma jitħarrkux minnhom infushom (not self-propelled) |
||||||||
8606 91 10 |
Maħsubin apposta għat-trasport ta’ materjali radjuattivi fi grad għoli (Euratom) Biex ikunu klassifikati f’dan is-subtitlu l-vannijiet li jġorru oġġetti tal-ferroviji u linji tat-tramm, vaguni u trakkijiet ta’ l-oġġetti għandhom ikollhom, bħala parti integrali, kisi protettiv li jiżgura l-protezzjoni effettiva kontra r-radjazzjoni. |
||||||||
8606 91 80 |
Oħrajn Dan is-subtitlu jinkludi vannijiet u vaguni iżolati jew imkessħa minbarra dawk ta’ subtitlu 8606 10. Vannijiet u vaguni iżolati huma vetturi li jkollhom sors għal tkessiħ (silġ, silġ niexef, platti ewtettiċi, gass likwifikat, eċċ.) ħlief apparat għat-tkessiħ. Vannijiet u vaguni mkessħin huma vetturi iżolati b’apparat għal tkessiħ (li jaħdmu b’kompressjoni, b’assorbiment jew b’xi mezzi oħrajn). |
||||||||
8607 |
Partijiet ta’ lokomottivi jew magni u vaguni (rolling stock) ta’ ferroviji jew linji tat-tramm |
||||||||
8607 11 00 sa 8607 19 99 |
Bogies u bissel-bogies, fusijiet u roti, u partijiet tagħhom Dawn is-subtitli jinkludu:
Dawn is-subtitli jinkludu wkoll partijiet ta’ bogies u bissel-bogies bħal shock absorbers idrawliċi għal bogies. Madanakollu, molol huma esklużi minn dawn is-subtitli (titlu 7320). Dawn is-subtitli jinkludu wkoll fusijiet, mgħammrin jew le, u r-roti u partijiet tagħhom imsemmijin fin-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 8607, tieni paragrafu, (2) u (3). Tajers tal-gomma u cases ta’ tajers m’humiex klassifikati bħala partijiet ta’ roti f’dawn is-subtitli (titlu 4011 jew 4012, kif xieraq). |
||||||||
8607 21 10 sa 8607 29 90 |
Brejkijiet ta’ l-arja u partijiet tagħhom Dawn is-subtitli ma jinkludux apparat imsejjaħ “brejkijiet tal-linji tal-ferrovija” (titlu 8608 00). Ċertu partijiet ta’ brejkijiet huma esklużi wkoll minn dawn is-subtitli, eż., tappijiet, cocks u valvi, bħall-valv ta’ kontroll tal-brejk ta’ l-arja kompressat tas-sewwieq tal-magna (subtitlu 8481 20 90). |
||||||||
8607 91 10 sa 8607 99 90 |
Oħrajn Bħala żieda mal-partijiet imsemmijin fin-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 8607, tieni paragrafu, (4) u (8) sa (11), dawn is-subtitli jinkludu wkoll vireg tas-sewqan u ta’ l-igganċjar għal lokomottivi. |
KAPITLU 87
VETTURI ĦLIEF MAGNI U VAGUNI (ROLLING STOCK) TA’ FERROVIJI JEW LINJI TAT-TRAMM; U PARTIJIET U AĊĊESSORJI TAGĦHOM
Ġenerali
1. |
Kullimkien fin-Nomenklatura Magħquda, “vetturi ġodda” tfisser vetturi li qatt ma kienu reġistrati. |
2. |
Kullimkien fin-Nomenklatura Magħquda, “vetturi użati” tfisser vetturi li kienu reġistrati għallinqas darba. |
8701 |
Trakters (ħlief trakters ta’ titlu 8709): |
||||||||||||||||||||
8701 10 00 |
Trakters ikkontrollati minn xi ħadd bil-mixi (pedestrian-controlled) Dan is-subtitlu jkopri l-oġġetti ta’ tagħmir imsemmijin fin-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 8701, sitt u seba’ paragrafi, inklużi trakters ikkontrollati minn xi ħadd bil-mixi trekkjati. Trakters ta’ dan it-tip jintużaw prinċipalment fl-ortikultura. Implimenti li jistgħu jinbidlu li huma intiżi għal użu ma’ trakters ikkontrollati minn xi ħadd bil-mixi (xtabi, mħaret, eċċ) huma xorta waħda klassifikati b’mod separat, anki jekk huma mmuntati fuq trakter ikkontrollat minn xi ħadd bil-mixi. Madanakollu, jekk l-implimenti jew l-għodda huma mgħammrin b’mod permanenti ma’ xażi ma’ magna u, flimkien ma’ din ta’ l-aħħar, jiffurmaw unita’ mekkanika waħda, dik l-unita’ tkun klassifikata fit-titlu li jkopri l-unità li taħdem. Dan japplika għal mħaret motorizzati u kultivaturi motorizzati (titlu 8432). |
||||||||||||||||||||
8701 30 10 |
Li jnaddfu s-silġ (snowgroomers) Dan is-subtitlu jinkludi vetturi tip-trakters bi tracks wiesgħa ħafna għal livellar u llixjar ta’ silġ fuq telgħat għall-iski eċċ. Magni u għodda li jaħdmu disinjati għal fittjar fuq din it-tip ta’ vettura, bħala tagħmir li jista’ jinbidel (xfafar li jimbuttaw, imħaret tas-silġ li jduru, eċċ.) jibqgħu klassifikati fit-titli rispettivi tagħhom (titli 8430, 8479, eċċ.) anki jekk preżentati mal-vettura, u kemm jekk immuntati fuqha jew le. |
||||||||||||||||||||
8701 90 11 sa 8701 90 90 |
Oħrajn Dawn is- subtitli jinkludu l-hekk imsejħa “vetturi allterrain”, maħsuba għall-użu bħala trakters bil-karatteristiċi li ġejjin:
Jekk jissodisfaw il-karatteristiċi kollha ta’ hawn fuq u huma skond in-Noti ta’ Spjega tassubtitli 8701 90 11 sa 8701 90 50, il-vetturi għandhom ikunu kklassifikati bħala trakters agrikoli jew tal-foresta. Inkella jaqgħu f’subtitlu 8701 90 90. Jekk ma jissodisfawx il-karatteristiċi kollha ta’ hawn fuq, l-hekk imsejħa “vetturi allterrain” għandhom ikunu kklassifikati f’titlu 8703. Dawn is-subtitli jeskludu wkoll il-“Quads” (titlu 8703 jew subtitlu 9503 00 10 (ara n-Noti ta’ Spjega għal dan is-subtitlu)) |
||||||||||||||||||||
8701 90 11 sa 8701 90 50 |
Trakters agrikoli (ħlief trakters ikkontrollati minn xi ħadd bil-mixi) u trakters għal xogħol fil-foresti, fuq ir-roti Dawn is-subtitli jkopru trakters għall-agrikoltura jew għaż-żriegħ f’foresti li għandhom għallinqas tliet roti u li huma ovvjament intiżi, mill-kostruzzjoni u tagħmir tagħhom, li jintużaw għal għanijiet agrikoli, ortikulturali jew għal foresti. Vetturi ta’ dan it-tip ikollhom biss veloċita’ massima limitata (ġeneralment mhux aktar minn 25 km fis-siegħa fuq triq prinċipali). Trakters agrikoli ġeneralment ikunu mgħammrin b’mezz idrawliku li jippermetti li makkinarju agrikolu (xtabi, mħaret, eċċ.) ikun mgħolli jew imniżżel, b’take off bis-saħħa li jippermetti s-saħħa lill-magna li jintuża biex jopera magni jew għodda oħra, u mezz ta’ igganċjar għal trejlers. Huma jistgħu jkunu ffittjati b’mezz idrawliku intiż li jopera tagħmir li jimmaniġġa (li jerfa’ ħuxlief, li jerfa’ demel, eċċ.) meta dawn jistgħu jitqiesu bħala aċċessorji. Dan is-subtitlu jkopri wkoll trakters agrikoli mibnijin speċjalment bħal trakters b’xàżi mgħolli (straddle tractors) li jintużaw f’għelieqi tad-dwieli u mxietel, u trakters ta’ l-għoljiet u trakters li jerfgħu l-għodda. Anki jekk immuntati fuq it-trakter fil-ħin ta’ preżentazzjoni, tagħmir agrikolu li jista’ jinbidel jibqa’ klassifikat fit-titlu rispettiv tiegħu (titlu 8432, 8433, eċċ.). Fattur ieħor ta’ trakters għal foresti huwa l-preżenza ta’ winċ imwaħħal b’mod permanenti li jippermetti li jintrefa’ injam. Skond Nota 2 għal dan il-kapitlu, trakters li jaqgħu f’dawn is-subtitli jistgħu jinkorporaw ukoll ċertu modifikazzjonijiet li jippermettilhom, skond l-għan prinċipali tagħhom, li jġorru makkinarju għal agrikoltura jew foresti, għodod, fertilizzanti, żrieragħ, eċċ. Dawn is-subtitli ma jinkludux magni li jaqtgħu l-ħaxix (lawnmowers) (imsemmijin bħala magni li jaqtgħu l-ħaxix li jintrikbu jew trakters tal-ġnien), mgħammrin b’apparat li jaqta’ permanenti u mhux aktar minn take-off bis-saħħa wieħed, bil-għan waħdani li jsuq it-tagħmir li jaqta’ (ara n-Noti ta’ Spjega għal titlu 8433). |
||||||||||||||||||||
8701 90 90 |
Oħrajn Dan is-subtitlu jinkludi:
|
||||||||||||||||||||
8703 |
Karozzi bil-mutur u vetturi oħrajn bil-mutur prinċipalment maħsubin għat-trasport ta’ persuni (ħlief dawk ta’ titlu 8702), inklużi station wagons u karozzi tat-tlielaq Dan it-titlu jinkludi “vetturi għal ħafna użi”, bħal vetturi bil-mutur li jistgħu jittrasportaw kemm persuni kif ukoll oġġetti:
|
||||||||||||||||||||
8703 21 10 sa 8703 24 90 |
Vetturi oħrajn, b’magna li titqabbad bi xrara b’pistuni b’kombustjoni interna bil-moviment alternat Għad-definizzjoni ta’ kapaċita’ ta’ ċilindrata, ara n-Noti ta’ Spjega SA għal subtitli 8407 31, 8407 32, 8407 33 u 8407 34. Dawn is-subtitli jinkludu “station wagons” u“vetturi għal ħafna użi”, li hemm riferenza għalihom fin-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 8703, ħames u sitt paragrafi. Dawn is-subtitli jinkludu wkoll karozzi tat-tlielaq żgħar (imsejħin “skelters” jew “go-cars”) mingħajr bodi, ffittjati b’magna ta’ kombustjoni interna li titqabbad bi xrara b’pistuni li jirreċiprokaw u li kapaċi jilħqu veloċitajiet relattivament għoljin. |
||||||||||||||||||||
8703 31 10 sa 8703 33 90 |
Vetturi oħrajn, b’magna li titqabbad b’kompressjoni b’pistuni b’kombustjoni interna (dijżil jew semi-dijżil) Dawn is-subtitli jinkludu “station wagons” u “vetturi għal ħafna użi”, li hemm riferenza għalihom fin-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 8703, ħames u sitt paragrafi. |
||||||||||||||||||||
8704 |
Vetturi bil-mutur għat-trasport ta’ oġġetti In-Noti ta’ Spjega għal titlu 8703 japplikaw, mutatis mutandis. Għad-definizzjoni ta’ kapaċita’ ta’ ċilindrata, ara n-Noti ta’ Spjega SA għal subtitli 8407 31, 8407 32, 8407 33 u 8407 34. Dawn is-subtitli jinkludu four-wheel drive, xáżi artikolat, vetturi għal kull art fejn it-taqsima ta’ quddiem ikollha magna dijżil u kabina mgħammra b’kontrolli. It-taqsima ta’ wara tikkonsisti f’xáżi b’żewġ roti, mingħajr tagħmir, iżda disinjata biex tintrama’ b’varjeta’ ta’ apparat. Dan it-titlu madanakollu ma jinkludix vetturi bħal dawn meta dawn ikunu mgħammrin b’apparat agrikolu jew apparat ieħor għal għanijiet speċjali (titlu 8705). |
||||||||||||||||||||
8704 10 10 sa 8704 10 90 |
Vetturi li jferrgħu l-materjal ta’ ġo fihom (dumpers) biex jintużaw ’il hinn mit-triq prinċipali (ġo l-imħarbat)
|
||||||||||||||||||||
|
|
||||||||||||||||||||
|
|
||||||||||||||||||||
|
|
||||||||||||||||||||
8704 21 10 |
Maħsubin apposta għat-trasport ta’ materjali radjoattivi ħafna (Euratom) In-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 8606 91 10 japplikaw, mutatis mutandis. |
||||||||||||||||||||
8704 21 31 sa 8704 21 99 |
Oħrajn Dawn is-subtitli jinkludu “vetturi għal ħafna użi”, li hemm riferenza għalihom fin-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 8704, tieni paragrafu. |
||||||||||||||||||||
8704 22 10 |
Maħsubin apposta għat-trasport ta’ materjali radjoattivi ħafna (Euratom) In-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 8606 91 10 japplikaw, mutatis mutandis. |
||||||||||||||||||||
8704 23 10 |
Maħsubin apposta għat-trasport ta’ materjali radjoattivi ħafna (Euratom) In-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 8606 91 10 japplikaw, mutatis mutandis. |
||||||||||||||||||||
8704 31 10 |
Maħsubin apposta għat-trasport ta’ materjali radjoattivi ħafna (Euratom) In-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 8606 91 10 japplikaw, mutatis mutandis. |
||||||||||||||||||||
8704 31 31 sa 8704 31 99 |
Oħrajn Dawn is-subtitli jinkludu “vetturi għal ħafna użi”, li hemm riferenza għalihom fin-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 8704, tieni paragrafu. |
||||||||||||||||||||
8704 32 10 |
Maħsubin apposta għat-trasport ta’ materjali radjoattivi ħafna (Euratom) In-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 8606 91 10 japplikaw, mutatis mutandis |
||||||||||||||||||||
8707 |
Bodis (inklużi kabini), għall-vetturi bil-mutur ta’ titli 8701 sa 8705 |
||||||||||||||||||||
8707 10 10 |
Għal għanijiet ta’ immuntar industrijali Għall-għanijiet ta’ dan is-subtitlu, l-espressjoni “għal immuntar industrijali” japplika biss għal bodis użati fil-post ta’ immuntar jew manifattura ta’ vetturi li jaħdmu b’mutur (jew bodis li jintużaw minn subkuntratturi f’dismuntar) għall-produzzjoni ta’ vetturi ġodda. Dan is-subtitlu jista’ jkun applikat biss għal bodis attwalment użati fil-produzzjoni ta’ vetturi ġodda koperti mis-subtitlu nnifsu. Konsegwentement, dan ma japplikax għal bodis simili għal użu bħala partijiet żejda. |
||||||||||||||||||||
8707 90 10 |
Għal immuntar industrijali ta’: Trakters ikkontrollati minn xi ħadd bil-mixi (pedestrian-controlled) ta’ subtitlu 8701 10; Vetturi ta’ titlu 8704 b’magna li titqabbad b’kompressjoni b’pistuni b’kombustjoni interna (dijżil jew semi-dijżil) ta’ ċilindrata mhux akbar minn 2 500 ċm3 jew b’magna li titqabbad bi xrara b’pistuni b’kombustjoni interna ta’ ċilindrata mhux akbar minn 2 800 ċm3; Vetturi bil-mutur b’għanijiet speċjali ta’ titlu 8705 Ara n-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 8707 10 10. Għad-definizzjoni ta’ “kapaċita’ ta’ ċilindrata” ara n-Noti ta’ Spjega għal subtitli 8407 31, 8407 32, 8407 33 u 8407 34. |
||||||||||||||||||||
8708 |
Partijiet u aċċessorji tal-vetturi bil-mutur ta’ titli 8701 sa 8705 In-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 8707 10 10 japplikaw, mutatis mutandis, għal partijiet u aċċessorji intiżi għal immuntar industrijali. |
||||||||||||||||||||
8708 70 91 |
Ċentri ta’ roti f’forma ta’ stilla, iffurmati biċċa waħda, ta’ ħadid jew azzar Iċ-ċentri tar-roti ta’ dan is-subtitlu ġeneralment jintużaw fuq karozzi tal-linja jew fuq vetturi għat-trasport ta’ oġġetti. Huma jkunu forma ta’ stilla, s-soltu b’ħames jew sitt fergħat, u huma disinjati għal użu b’rimmijiet li jistgħu jinqalgħu. |
||||||||||||||||||||
8708 70 99 |
Oħrajn Bħala żieda mal-partijiet u aċċessorji msemmijin fin-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 8708, tieni paragrafu, (K), dan is-subtitlu jinkludi piżijiet għall-bilanċ ta’ roti. |
||||||||||||||||||||
8708 80 55 |
Vireg kontra l-irrolljar; torsion bars oħrajn Vireg kontra l-irrolljar huma molol għal vetturi għat-trasmissjoni ta’ forzi ta’ sospensjoni minn naħa waħda għall-oħra tal-vettura. Huma s-soltu jkunu jikkonsistu f’vireg ta’ l-istil b’taqsima ċirkulari, ġeneralment mgħawwġin biex jiffurmaw forma ta’ U bejn wieħed u ieħor. Huma tipikament ikollhom id-dehra li ġejja: |
||||||||||||||||||||
|
Torsion bars huma bars ta’ l-istil li ġeneralment ikunu tondi iżda li ġieli jistgħu jkunu kwadri jew munzelli ta’ numru ta’ bars rettangolari. Torsion bars huma linjari, jiġifieri, t-torque applikata f’tarf wieħed tal-bar tkun proporzjonali għall-anglu ta’ torsjoni li din tipproduċi. Dawn is-soltu jkollhom id-dehra li ġejja:
|
||||||||||||||||||||
8708 99 10 sa 8708 99 97 |
Oħrajn Dawn is-subtitli ma jinkludux:
|
||||||||||||||||||||
8709 |
Trakkijiet tax-xogħol, li jimxu minnhom infushom (self-propelled), mhux armati b’tagħmir ta’ rfigħ jew maniġġar, tat-tip użat f’fabbriki, mħażen, madwar baċiri jew ajruporti għal trasport fil-qosor ta’ oġġetti; trakters tat-tip użat fuq pjattaformi ta’ stazzjonijiet tal-ferrovija; partijiet minn dawn il-vetturi t’hawn fuq |
||||||||||||||||||||
8709 11 10 |
Maħsubin apposta għat-trasport ta’ materjali radjuattivi ħafna (Euratom) In-Noti ta’ Spjega għal subtitli 8606 91 10 japplikaw, mutatis mutandis. |
||||||||||||||||||||
8709 19 10 |
Maħsubin apposta għat-trasport ta’ materjali radjuattivi ħafna (Euratom) In-Noti ta’ Spjega għal subtitli 8606 91 10 japplikaw, mutatis mutandis. |
||||||||||||||||||||
8712 00 |
Bajsikils u roti oħrajn (inklużi triċikletti għat-tqassim), mhux immotorizzati Dan it-titlu jinkludi bajsikils mhux lesti li għandhom il-karatteristiċi essenzjali ta’ bajsikils sħaħ (Regola Ġenerali 2(a) għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda). Bajsikil mhux sħiħa, kemm jekk immuntata jew le, għandha tkun klassifikata f’titlu 8712 jekk tikkonsisti mill-frejm, il-furketta u għallinqas tnejn minn dawn il-komponenti:
|
||||||||||||||||||||
8712 00 10 |
Mingħajr bolberings Dan is-subtitlu jkopri biss bajsikils u roti oħrajn mingħajr ebda bolberings. |
||||||||||||||||||||
8713 |
Vetturi għall-ġarr ta’ persuni b’diżabilita’, immotorizzati jew le jew immexxijin b’mod ieħor mekkaniku |
||||||||||||||||||||
8713 90 00 |
Oħrajn Vetturi motorizzati ddisinjati għal persuni b’diżabbilita’ jintgħarfu minn vetturi ta’ titlu 8703 prinċipalment minħabba li huma għandhom:
Vetturi bħal dawn jistgħu jkollhom:
|
||||||||||||||||||||
|
Dan is-subtitlu jinkludi vetturi misjuqin b’mod elettriku simili għal siġġijiet bir-roti (wheelchairs) li huma biss għat-trasport ta’ persuni b’diżabbilità. Dawn jistgħu jkollhom id-dehra li ġejja:
Madanakollu, skuters misjuqin b’mutur (skuters għal mobilità) mgħammrin b’kolonna ta’ l-istering aġġustabbli huma esklużi minn dan is-subtitlu. Huma jistgħu jkollhom id-dehra li ġejja u huma klassifikati f’titlu 8703. |
||||||||||||||||||||
|
|
||||||||||||||||||||
8714 |
Partijiet u aċċessorji ta’ vetturi ta’ titli 8711 sa 8713 |
||||||||||||||||||||
8714 91 10 sa 8714 99 90 |
Oħrajn Dan is-subtitlu jinkludi partijiet u aċċessorji intiżi għall-manifattura, immuntar jew tiswija ta’:
|
||||||||||||||||||||
8714 94 10 |
Btieten coaster-braking u brejkijiet ta’ btieten Btieten għall-ibbrejkjar huma tat-tip pedala fuq wara. Madanakollu, fi brejkijiet ta’ btieten dramm l-azzjoni ta’ brejkjar issir manwalment vija kejbil jew virga. Huma tipikament ikollhom l-apparenza li ġejja: |
||||||||||||||||||||
|
|
||||||||||||||||||||
8714 94 90 |
Partijiet Dan is-subtitli jinkludu lievi għal brejkijiet. Madanakollu, dan is-subtitlu ma jinkludix blokok għal brejkijiet tal-gomma (subtitlu 4016 99 99) jew gwidi għal brejkijiet (ġenerlament subtitlu 8307 10 00 jew 8307 90 00). |
||||||||||||||||||||
8716 |
Trejlers u semi-trejlers; vetturi oħrajn, mhux immexxijin b’mod mekkaniku; partijiet tagħhom |
||||||||||||||||||||
8716 10 91 sa 8716 10 99 |
Oħrajn, ta’ piż “Piż” għandu jitqies li jfisser il-piż tal-vettura bit-twaħħil u l-iffittjar permanenti kollu. |
||||||||||||||||||||
8716 39 10 |
Maħsubin apposta għat-trasport ta’ materjali radjuattivi ħafna (Euratom) In-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 8606 91 10 japplikaw, mutatis mutandis. |
KAPITLU 88
INĠENJI TA’ L-AJRU, INĠENJI TA’ L-ISPAZJU, U PARTIJIET TAGĦHOM
Nota għal subtitlu 1 |
Partijiet ta’ tagħmir imqegħdin b’mod permanenti ma jinkludux, pereżempju, tagħmir ta’ emerġenza (eż., xaluppi ta’ salvataġġ, paraxuts jew paraxuts għal ħarba) u tagħmir li jista’ jinbidel għal sistemi ta’armi. Fejn magna mhiex kompluta jew mhiex mitmuma tkun klassifikata bħala oġġett komplut taħt ir-Regola Interpretattiva Ġenerali 2 (a) tan-Nomenklatura Magħquda, il-piż normali li bih topera għandu jintuża biex ikun deċiż is-subtitlu xieraq. |
8802 |
Inġenji ta’ l-ajru oħrajn (per eżempju, ħelikopters, ajruplani); inġenji ta’ l-ispazju (inklużi satelliti) u vetturi suborbitali u biex jillanċjaw inġenji ta’ l-ispazju. |
8802 11 00 sa 8802 12 00 |
Ħelikopters Dawn is-subtitli jkopru biss magni fejn it-tlugħ u l-propulsjoni jinkisbu permezz ta’ rotor wieħed jew aktar immexxijin permezz ta’ magna. |
KAPITLU 89
BASTIMENTI, DGĦAJJES U STRUTTURI OĦRA LI JŻOMMU F’WIĊĊ L-ILMA
Nota Addizzjonali 1 |
L-espressjoni “vetturi, iddisinjati bħala għall-baħar” tfisser vetturi li, minħabba l-kostruzzjoni u t-tagħmir tagħhom, huma kapaċi jaħdmu fil-baħar anki f’temp ħażin (irjieħat ta’ madwar qawwa 7 fuq l-iskala Beaufort). Vetturi bħal dawn ġeneralment ikunu mgħammrin bi gverti li jifilħu l-ilma u superstrutturi għal kull tip ta’ temp. L-espressjoni “buq ta’ tul totali” tfisser it-tul tal-buq imkejla mill-punt l-aktar ta’ quddiem tal-pruva u l-punt l-aktar lejn l-aħħar tal-poppa, iżda ma tinkludix partijiet sporġuti ’il barra kemm jekk parti waħda mal-buq jew le (eż., tmien, pupressi, pjattaformi għal sajd jew tavli minn fejn jaqbżu biex jgħoddsu). L-espressjoni “vetturi għall-baħar” tfisser vapuri jew hovercraft li jżommu mal-kundizzjonijiet t’hawn fuq, kemm jekk dawn jintużaw prinċipalment f’ilmijiet tal-kosta, f’estwarji jew f’għadajjar, eċċ. Għandu jitqies ukoll li:
|
8901 |
Bastimenti tal-kruċiera, dgħajjes għal eskursjonijiet, laneċ, bastimenti tat-tagħbija, braken u bastimenti simili għat-trasport ta’ persuni jew oġġetti Nofs buqijiet u terz ta’ buqijiet ma jaqgħux f’dan it-titlu iżda huma klassifikati b’referenza għall-materjal li jkunu magħmulin minnu (eż. titlu 7308). |
8901 90 10 |
Li jaqsmu l-ibħra Vetturi ddisinjati għall-ġarr ta’ barġis jew puntuni jaqgħu wkoll f’dan is-subtitlu. It-tip tradizzjonali ta’ kontenituri jinbidlu, f’dawn il-vapuri b’barġis jew puntuni li jiġu mill-ilma għall-ġarr dirett fuq il-bastiment omm, li huwa nnifsu jkun maqsum f’kompartamenti fejn jistgħu jkunu miżmumin tlieta jew erba’ puntuni jew barġis. Bastimenti bħal dawn ikunu mgħammrin bi krejnijiet gantry li jiċċaqalqu, pjattaformi għal rfigħ sommersibli jew mezzi oħra ta’ ġarr, maniġġar u ħatt ta’ barġis. Il-bastiment omm biss jista’ jitqies bħala klassifikabbli f’dan is-subtitlu, il-barġis jintużaw suċċessivament bħala dgħajjes għal navigazzjoni fl-intern ta’ pajjiż, bħala “kontenituri” għall-vjaġġi ta’ fuq il-baħar u għal darb’oħra bħala dgħajjes għal navigazzjoni fl-intern ta’ pajjiżi, u għandhom ikunu klassifikati f’subtitlu 8901 90 91 jew 8901 90 99. |
8904 00 |
Laneċ tar-rmonk jew mezzi li jimbuttaw Għall-klassifikazzjoni ta’ nofs-buqijiet u terz ta’ buqijiet, ara n-Noti ta’ Spjega għal titlu 8901. |
8904 00 91 u 8904 00 99 |
Mezzi li jimbuttaw Mezzi ddisinjati biex jintużaw kemm bħala mezzi li jimbuttaw kif ukoll bħala laneċ tar-rmonk, kif deskritti fin-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 8904, tieni paragrafu, huma klassifikabbli f’dawn is-subtitli fil-każi kollha. |
8905 |
Bastimenti ħfief, fire-floats, dreġers, krejnijiet li jżommu f’wiċċ l-ilma u bastimenti oħrajn li l-kundizzjoni ta’ tbaħħir tagħhom hija sussidjarja għall-funzjoni prinċipali tagħhom; baċiri li jżommu f’wiċċ l-ilma; pjattaformi għat-tħaffir jew għall-produzzjoni li jżommu f’wiċċ l-ilma jew li jinżlu taħt l-ilma Għall-klassifikazzjoni ta’ nofs-buqijiet u terz ta’ buqijiet, ara n-Noti ta’ Spjega għal titlu 8901. |
8906 |
Bastimenti oħrajn, inklużi bastimenti tal-gwerra u dgħajjes tas-salvataġġ ħlief dgħajjes tal-qdif Għall-klassifikazzjoni ta’ nofs-buqijiet u terz ta’ buqijiet, ara n-Noti ta’ Spjega għal titlu 8901. |
TAQSIMA XVIII
STRUMENTI U APPARAT OTTIKU, FOTOGRAFIKU, ĊINEMATOGRAFIKU, GĦAL KEJL, GĦAL IĊĊEKKJAR, GĦAL PREĊIŻJONI, MEDIKU JEW KIRURĠIKU; ARLOĠĠI U ARLOĠĠI TA’ L-IDEJN, STRUMENTI MUŻIKALI; PARTIJIET U AĊĊESSORJI TAGĦHOM
KAPITLU 90
STRUMENTI U APPARAT OTTIKU, FOTOGRAFIKU, ĊINEMATOGRAFIKU, GĦAL KEJL, GĦAL IĊĊEKKJAR, TA’ PREĊIŻJONI, MEDIKU JEW KIRURĠIKU; PARTIJIET U AĊĊESSORJI TAGĦHOM
Ġenerali
Dan il-Kapitlu jinkludi biss trepiedi li jintużaw biss jew prinċipalment ma' apparat ta' dan il-kapitlu (ara n-Noti ta' Spjega SA għal dan il-Kapitlu (III).
Trepiedi għall-użu ma’ kameras ta’ dan il-Kapitlu u ta’ titlu 8525 għandhom ikunu kklassifikati skond il-materjal kostitwenti
Il-partijiet ta' trepiedi msemmija f'dan il-kapitolu għandhom jiġu kklassifikati skond il-materjal li huma magħmulin minnu.
9001 |
Fibri ottiċi u mazzi ta’ fibri ottiċi; kejbils ta’ fibri ottiċi ħlief dawk ta’ titlu 8544, folji u pjanċi ta’ materjal li jippolarizza; lentijiet (inklużi lentijiet tal-kuntatt), priżmi, mirja u elementi ottiċi oħrajn, ta’ kull materjal, mhux immuntati, ħlief dawk l-elementi tal-ħġieġ mhux maħdumin ottikament Dan it-titlu jinkludi oġġetti li jintużaw ma’ dawl viżibbli u oġġetti li jintużaw mal-parti inviżibbli ta’ l-ispettru (infra-aħmar u ultravjola). It-titlu ma jinkludix, madanakollu, elementi “ottiċi” elettroniċi, pereżempju, lentijiet elettrostatiċi, lentijiet elettromanjetiċi u hekk imsejħin field lenses (ġeneralment kapitlu 85). |
||||||||
9001 10 10 sa 9001 10 90 |
Fibri ottiċi, mazzi u kejbils ta’ fibri ottiċi Dawn is-subtitli ma jinkludux konnekters u adapters għall-ikkonnettjar ta’ fibri ottiċi, mazzi ta’ fibri ottiċi u kejbils ta’ fibri ottiċi. Ara wkoll in-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 8536 70 00. |
||||||||
9001 20 00 |
Folji u pjanċi ta’ materjal polarizzanti Dan is-subtitlu jinkludi folji ta' materjal polarizzanti f'rombli, pereżempju għall-użu fil-manufattura ta' moduli ta' LCD.
|
||||||||
9001 90 00 |
Oħrajn Dan is-subtitlu jinkludi:
|
||||||||
9005 |
Binokkji, monokuli, teleskopji ottiċi oħrajn, u immuntar għalihom; strumenti astronomiċi oħrajn u immuntar għalihom, iżda ma jinkludux strumenti għal radjo-astronomija Dan it-titlu jinkludi apparat li juża intensifikaturi ta’ l-istampa għal viżjoni ta’ bil-lejl. |
||||||||
9006 |
Kameras fotografiċi (ħlief ċinematografiċi); apparat tad-dawl flaxx u bozoz tal-flaxx fotografiċi ħlief bozoz ta’ disċarġ ta’ titlu 8539 |
||||||||
9006 10 00 |
Kameras ta’ tip użat għat-tħejjija ta’ pjanċi jew ċilindri ta’ l-istampar Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 9006, parti (I), tielet paragrafu, (17). |
||||||||
9010 |
Apparat u tagħmir għal laboratorji fotografiċi (inklużi ċinematografiċi), mhux speċifikati jew inklużi band’ oħra f’dan il-kapitlu; negatoscopes; skrins għall-projezzjoni |
||||||||
9010 50 00 |
Apparat u tagħmir ieħor għal laboratorji fotografiċi (inklużi ċinematografiċi); negatoscopes Dan is-subtitlu jinkludi apparat għall-espożizzjoni ta’ bords ta’ ċirkuwiti stampati li jikkopja n-negattivi tad-disinji taċ-ċirkuwiti ta’ ċirkuwiti stampati permezz ta’ l-espożizzjoni fuq bords ta’ materjal li jiżola li minnu jsiru l-bords ta’ ċirkuwiti stampati. L-apparat bażikament jikkonsisti f’kamra għall-espożizzjoni mgħammra b’lampi ultravjola, li fiha n-negattiva fotografika u l-bord tal-materjal li jiżola jitqiegħdu u li fiha l-bord tkun esposta għal kuntatt man-negattiva f’vakwu. |
||||||||
9013 |
Mezzi ta’ kristalli likwidi li ma fihomx oġġetti msemmijin b’mod iktar speċifiku f’titli oħrajn; lejżers, ħlief dajowds tal-lejżer; apparat u strumenti ottiċi oħrajn, mhux imsemmijin jew inklużi band’oħra f’ dan il-kapitlu. |
||||||||
9013 80 90 |
Oħrajn Dan is-subtitlu jinkludi skrins għal manjifikazzjoni għal settijiet tat-televixin li jikkonsistu f’element ottiku (lenti Fresnel) ta’ plastiks, frejm u sistema ta’ vireg tal-metall speċjalment iddisinjati biex jitwaħħal l-iskrin mal-faċċata tas-sett tat-televixin. |
||||||||
9017 |
Strumenti għat-tpinġija, għall-immarkar ta’ linji jew li jagħmlu kalkulazzjonijiet matematiċi (pereżempju magni għall-abbozzar, pantografi, kwadranti, settijiet ta’ l-iddisinjar, rigi li jislajdjaw (slide rules), kalkolaturi tad-diska); strumenti għat-tkejjil ta’ tul, għal użu fl-idejn (pereżempju vireg u rutelli għat-tkejjil, mikrometri, kalipers), mhux imsemmijin jew inklużi band’oħra f’dan il-kapitlu |
||||||||
9017 10 90 |
Oħrajn Dan is-subtitlu jinkludi mwejjed għal draftjar mgħammrin b’pantografi jew simili. |
||||||||
9017 20 05 sa 9017 20 90 |
Strumenti oħrajn għat-tpinġija, għall-immarkar ta’ linji jew li jagħmlu kalkulazzjonijiet matematiċi Dawn is-subtitli jinkludu:
|
||||||||
9018 |
Strumenti u apparat użati fi xjenzi mediċi, kirurġiċi, dentali jew veterinarji, inkluż apparat xintigrafiku, apparat elettromediku ieħor u strumenti għal eżamijiet tal-vista |
||||||||
9018 50 10 |
Mhux ottiċi Minbarra t-tagħmir dijanjostiku ultrasoniku għal użu ġenerali, dan is-subtitlu jinkludi apparat speċjali għall-eżaminazzjoni ultrasonika ta’ l-għajnejn (bħal dawk għad-determinar tal-ħxuna tal-korneja u lenti ta’ l-għajn jew tat-tul tal-boċċa ta’ l-għajn). |
||||||||
9018 90 85 |
Oħrajn Dan is-subtitlu jinkludi:
|
||||||||
9021 |
Apparat ortopediku, inklużi krozzi, ċinturini u ċinturini tar-rfid kirurġiċi, qassab u apparat ieħor għal ksur; partijiet artifiċjali tal-ġisem; apparat akustiku (hearing aids) u tagħmir ieħor li jintlibes jew jinġarr, jew jiddaħħal fil-ġisem biex jagħmel tajjeb għal difett jew diżabilita’. Għall-għanijiet ta’ dan it-titlu, l-espressjoni “biex jagħmel tajjeb għal difett jew diżabilità” tfisser biss apparat li attwalment jagħmel jew jissostitwixxi l-funzjoni tal-parti difettuża jew diżabbli tal-ġisem. Dan it-titlu ma jinkludix apparat, li sempliċiment itaffi l-effetti tad-difett jew diżabilità. Dan it-titlu ma jinkludix apparat jaħdem bl-elettriku identifikat għall-użu ta' l-osteotomija (titlu 3006 91 00). |
||||||||
9021 39 90 |
Oħrajn Dan is-subtitlu jinkludi:
|
||||||||
9021 40 00 |
Apparat akustiku (hearing aids), ħlief partijiet u aċċessorji Dan is-subtitlu jinkludi apparat kopert min-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 9021, parti (IV), anki jekk fil-forma ta’ nuċċalijiet. |
||||||||
9021 50 00 |
Pacemakers biex jistimulaw il-muskoli tal-qalb, ħlief partijiet u aċċessorji Dan is-subtitlu jinkludi biss pacemakers tal-qalb proprja. Skond Noti 1 u 2 għal dan il-kapitlu, partijiet u aċċessorji għal pacemakers bħal dawn, bħal kaxex, nofs kaxex, kisi għal kaxex u elettrodi jaqgħu f’ subtitlu 9021 90 90. Batteriji primarji u akkumulaturi elettriċi għal pacemakers preżentati separatament huma klassifikati f’titlu 8506 jew 8507. Ċarġijiet bi primarju ta’ transformer għall-iċċarġjar ta’ l-akkumulatur fil-pacemaker imdaħħal permezz ta’ l-induzzjoni ta’ kurrent fis-sekondarju fil-pacemaker jaqgħu f’titlu 8504. |
||||||||
9021 90 90 |
Oħrajn Dan is-subtitlu jinkludi l-apparat li ġej li jikkumpensa għal difett jew diżabilità;
|
||||||||
9022 |
Apparat ibbażat fuq l-użu ta’ raġġi-X jew fuq radjazzjonijiet alfa, beta jew gamma, kemm jekk għal użi mediċi, kirurġiċi, dentali jew veterinarji jew le, inkluż apparat għal radjografija jew radjoterapija, tubi għal raġġi-X u ġeneraturi oħrajn għal raġġi-X, ġeneraturi ta’ tensjoni għolja, pannelli u deskijiet ta’ kontroll, skrins, imwejjed, siġġijiet u affarijiet simili għal eżami jew trattament |
||||||||
9022 12 00 |
Apparat għal tomografija komputata Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal subtitlu 9022 12. Madanakollu, sistemi għal irrekordjar tal-vidjow, li m’humiex inkorporati f’apparat ta’ raġġi-X u li jiddiġitizza, jeditja u jżomm sinjali vidjow analogi fornuti minn vidjowkamera esterna jaqgħu f’titlu 8543. Dawn essenzjalment jinvolvu konvertitur minn analog għal diġitali, kompjuter għal proċessar, moniters u tejp manjetiku jew memorja f’diska. |
||||||||
9022 90 90 |
Oħrajn Dan is-subtitlu jinkludi twieqi tal-berillju għal tubi ta’ raġġi-X |
||||||||
9025 |
Idrometri u strumenti simili li jżommu f’wiċċ l-ilma, termometri, pirometri, barometri, igrometri u psikrometri, li jirrekordjaw jew le, u kwalunkwe taħlita ta’ dawn l-istrumenti |
||||||||
9025 11 20 u 9025 11 80 |
Mimlijin b’likwidu, għal qari dirett Termometri “għal qari dirett” huma ta’ tip fejn it-temperatura tkun indikata fuq skala permezz tal-livell ta’ fluwidu fit-termometru. |
||||||||
9026 |
Strumenti u apparat għal kejl jew iċċekkjar ta’ ħruġ, livell, pressjoni jew kwantitajiet varjabbli oħra ta’ likwidi jew gassijiet (pereżempju, miters għall-ħruġ (flow meters), gejġisgħal-livell, manometri, miters għas-sħana), ħlief strumenti u apparat ta’ titlu 9014, 9015, 9028 jew 9032 |
||||||||
9026 20 20 sa 9026 20 80 |
Għall-kejl jew iċċekkjar ta’ pressjoni Dawn is-subtitli jinkludi pompi ta’ tajers li jinkorporaw gejġ għall-pressjoni u jitqiesu bħala gejġ għall-pressjoni anki jekk huma ddisinjati biex jitqabbdu ma sors estern ta’ forniment iżda jinkorporaw ir-riserva tagħhom stess ta’ arja kompressata. |
||||||||
9027 |
Strumenti u apparat għal analiżi fiżika jew kimika (pereżempju, polarimetri, rifrattometri, spettrometri, apparat għall-analiżi ta’ gass jew duħħan); strumenti u apparat għall-kejl jew iċċekkjar ta’ viskożita’, porożita’, espansjoni, tensjoni tal-wiċċ jew bħalhom; strumenti u apparat għal kejl jew iċċekkjar ta’ kwantitajiet ta’ sħana, ħoss jew dawl (inklużi miters ta’ espożizzjoni (exposure meters)); mikrotomi |
||||||||
9027 10 10 |
Elettroniċi Dan is-subtitlu jinkludi counters ta’ partiċelli ta’ l-arja bil-lejżer. Dawn huma mezzi elettroniċi li jiddeterminaw jew jimmonitorjaw il-kontenut ta’ trab ta’ arja ffiltrata, pereżempju, f’impjanti industrijali jew fil-qasam mediku. Il-partiċelli ta’ trab li jkun hemm f’kampjun ta’ l-arja jikkawżaw raġġ ta’ lejżer biex joħloq dawl imferrex fil-kamra ta’ kejl ta’ l-apparat li, wara li jkun konċentrat f’raġġ permezz ta’ sistema ta’ lentijiet, jinqabad minn fotodajowd u jinqaleb f’sinjal elettriku. Bl-għajnuna ta’ data ta’ referenza programmata minn qabel il-proporzjon ta’ partiċelli ta’ trab ikun determinat u r-riżultat tal-kalkolu jintwera fuq id-display diġitali ta’ l-istrument jew ikun stampat fuq printer bit-tejp estern. Permezz ta’ interface, ir-riżultat tal-kalkolu fil-forma ta’ sinjal elettriku jista’ wkoll jintbagħat permezz ta’ kejbil f’magna ta’ proċessar ta’ data awtomatika. |
||||||||
9027 30 00 |
Spettrometri, spettrofotometri u spettrografi li jużaw radjazzjonijiet ottiċi (UV, viżibbli, IR) Dan is-subtitlu jinkludi apparat elettroniku kkontrollat minn mikroproċessuri (analizzaturi ottiċi multikanal) għall-kejl u l-analiżi tat-tulijiet tar-raġġi ta’ sinjali ottiċi għal analiżi spettrali. It-tulijiet tar-raġġ tas-sinjali ottiċi mkejlin mid-ditekters, jinqalbu f’sinjali elettriċi diġitali u jkunu mqabblin ma’ valuri ta’ referenza (analizzati). Ir-riżultat tat-tqabbil ikun evalwat mill-kompjuter u jintwera fuq moniters esterni li jistgħu jitqabbdu mat-tagħmir. |
||||||||
9027 50 00 |
Strumenti u apparat ieħor li jużaw radjazzjonijiet ottiċi (UV, viżibbli, IR) Dan is-subtitlu jinkludi mezzi elettroniċi li jintużaw f’laboratorji kimiċi fi sptarijiet għall-analiżi kompletament awtomatika tas-sera tad-demm. Dawn essenzjalment jikkonsistu fl-analizzatur proprju (b’mezz biex jkunu preparati kampjuni, mekkaniżmu għal tkejjil ta’ reaġent u sistema ta’ kejl fotometriku bl-użu ta’ bozza aloġena bħala s-sors ta’ dawl u fotodajowds bħala ditekters), mezz ta’ kontroll u evalwazzjoni (b’mikroproċessuri u skrin biex jintwerew ir-riżultati tat-tkejjil) u printer għall-irrekordjar tar-riżultati. Dawn it-tliet biċċiet ta’ apparat ikunu mqabbdin ma’ xulxin permezz ta’ kejbils ta’ l-elettriku. |
||||||||
9027 80 97 |
Oħrajn Dan is-subtitlu jinkludi armarji għall-ittestjar tal-klima mgħammrin b’kamra ta’ pressjoni, ħiter ta’ l-elettriku, umdatur ta’ l-arja u unita’ elettrika, fejn il-komponenti elettroniċi jkunu esposti għal kundizzjonijiet speċifiċi ta’ pressjoni, temperatura u umdità, li jissimulaw l-influwenzi u l-kundizzjonijiet ambjentali li jinqalgħu mill-użu sussegwenti tagħhom, sabiex jkun ittestjat iż-żmien ta’ użu tagħhom, l-iżolament, eċċ. |
||||||||
9030 |
Oxxilloskopi, analizzaturi ta’ l-ispettru u strumenti u apparat ieħor għal kejl jew iċċekkjar ta’ kwantitajiet elettriċi, ħlief miters ta’ titlu 9028; strumenti u apparat għal kejl jew qbid ta’ radjazzjonijiet ta’ raġġi alfa, beta, gamma, raġġi-X, kosmiċi jew oħrajn li jonizzaw Skond ir-Regola Ġenerali Interpretattiva 3 (b) tan-Nomenklatura Magħquda, strumenti u apparat li jistgħu jintużaw għall-kejl u ċċekkjar kemm ta’ kwantitajiet elettriċi kif ukoll mhux elettriċi xorta jaqgħu f’titlu 9030 jekk in-natura tagħhom tiddetermina li dawn jintużaw prinċipalment għall-kejl jew iċċekkjar ta’ kwantitajiet elettriċi. Dan huwa l-każ pereżmpju, għal oxxilloskopji u oxxillografi b’raġġ mill-katodu u oxxillografi bir-raġġ tad-dawl u bir-raġġ UV (subtitli 9030 20 10 sa 9030 20 99). Madanakollu, strumenti u apparat li l-karattru essenzjali tagħhom ma jistax ikun deċiż minħabba li jintużaw għall-kejl u ċċekkjar kemm ta’ kwantitajiet elettriċi kif ukoll mhux elettriċi bl-istess ammont ma jaqgħux f’dan it-titlu. Bl-istess mod, skond ir-Regola Interpretattiva Ġenerali 3 (ċ) tan-Nomenklatura Magħquda, strumenti għall-ittestjar ta’ magni ta’ vetturi b’mutur u sistemi ta’ tqabbid li jkejlu l-kwantitajiet elettriċi bħal vultaġġ u resistenza u kwantitajiet mhux elettriċi bħal veloċita’ ta’ rotazzjoni, angolu ta’ kuntatt u l-istat ta’ punti tal-qtugħ tal-kuntatt (contact breaker points) jaqgħu f’titlu 9031. |
||||||||
9030 20 30 |
Oħrajn, b’mezz ta’ rrekordjar Dan is-subtitlu jinkludi oxxillografi b’raġġ tad-dawl u b’raġġ UV għat-tkejjil u l-irrekordjar ta’ varjazzjonijiet rapidi ta’ kwantitajiet elettriċi. Dawn l-istrumenti magħrufin ukoll bħala reġistraturi ta’ raġġi ta’dawl, reġistraturi UV jew oxxillografi loop, li jirrekordjaw is-sinjali li jirriżultaw mill-fenomena perijodiċi taħt studju permezz ta’ raġġ tad-dawl jew tal-UV jew karta fotosensittiva; |
||||||||
9030 39 00 |
Oħrajn, b’mezz ta’ rrekordjar Dan is-subtitlu jinkludi apparat jew sistemi għall-ittestjar ta’ l-elettriku li jiddeterminaw is-servizzabilita’ ta’ ċirkuwiti stampati jew komponenti elettroniċi oħra u juru kwalunkwe difetti bħal xortijiet jew qsim permezz tat-tkejjil jew iċċekkjar ta’ kwantitajiet elettriċi bħal capacitance, inductance, impedance, reżistenza u vultaġġ. Dawn il-mezzi jew sistemi s-soltu jinvolvu unita’ għal kejl jew iċċekkjar (b’tastiera għall-input, memorja għall-programm u terminal CRT), li tagħmel il-kejl u tikkumpara r-riżultati ma’ valuri ta’ referenza u turihom, unita’ ta’ kontroll (b’magna ta’ proċessar ta’ data awtomatika jew mikroproċessuri), printer output għall-istampar tar-riżultati tat-testijiet u mezz għat-tqassim ta’ komponenti ttestjati skond il-valuri attwali speċifiċi u li jissepara l-waħdiet difettużi. Is-subtitlu ma jinkludix, madanakollu, apparat elettriku għall-iċċekkjar ta’ jekk il-pakketti ta’ ċirkuwiti integrati jew komponenti elettroniċi oħrajn humiex ermetikament issiġillati (titlu 9031). |
||||||||
9030 82 00 |
Għall-kejl jew iċċekkjar ta’ wejfers jew mezzi semikondutturi Dan is-subtitlu jkopri mezzi ta’ l-elettriku għall-ittestjar jew sistemi li jkejlu jew jiċċekkjaw kwantitajiet elettriċi bħal vultaġġ, frekwenza, eċċ., biex jiddeterminaw is-servizzabilita’ ta’ wejfers, ċipep u mezzi semikondutturi oħra u biex juru kwalunkwe difetti bħal devjazzjonijiet minn valuri ssettjati minn qabel. Il-mezzi jew sistemi s-soltu jinvolvu unita’ għal kejl jew iċċekkjar (b’tastiera għall-input, memorja għall-programm u terminal CRT), li tagħmel il-kejl u tikkumpara r-riżultati ma’ valuri ta’ referenza u turihom, unita’ ta’ kontroll (b’magna ta’ proċessar ta’ data awtomatika jew mikroproċessuri), printer output għall-istampar tar-riżultati tat-testijiet u mezz għat-tqassim ta’ komponenti ttestjati skond il-valuri attwali speċifiċi u li jissepara l-waħdiet difettużi. Is-subtitlu ma jinkludix, madanakollu, apparat elettriku għall-iċċekkjar ta’ jekk il-pakketti ta’ ċirkuwiti integrati jew komponenti elettroniċi oħrajn humiex ermetikament issiġillati (titlu 9031). |
||||||||
9031 |
Strumenti, tagħmir u magni għal kejl jew iċċekkjar, mhux imsemmijin jew inklużi band’oħra f’dan il-kapitlu; proġekters għal profili |
||||||||
9031 20 00 |
Bankijiet għal eżaminar (test benches) Bankijiet għal eżaminar (test benches) għall-iċċekkjar ta’ pompi b’injezzjoni ta’ karburant ta’ magni tad-diżil għandhom bħala komponenti essenzjali, li huma kollha mwaħħlin ma’ l-istess sustenn, mutur ta’ l-elettriku u mezz li jinkludi injetturi u tubi ta’ ħġieġ immarkat bi gradi għall-iċċekkjar ta’ l-output mill-elementi tal-pompa ta’ l-injezzjoni; dawn jistgħu ikunu mgħammrin ukoll b’apparat awżiljarju (stroboskopju) għall-iċċekkjar tat-timing eżatt ta’ l-injezzjonijiet ta’ karburant. |
||||||||
9031 80 32 u 9031 80 34 |
Għal kejl jew iċċekkjar ta’ kwantitajiet ġeometriċi Eżempji ta' kwantitajiet ġeometriċi huma: tul, distanza, dijametru, radjus, kurvatura, angolu, mejl, volum u kemm ikun aħrax il-wiċċ. Dawn is-subtitli ma jinkludux interferometri biex jivverifikaw uċuħ lixxi użati f'laboratorji (subtitlu 9027 50 00). |
||||||||
9031 80 91 |
Għal kejl jew iċċekkjar ta’ kwantitajiet ġeometriċi Ara n-Noti ta’ Spjega għal subtitli 9031 80 32 u 9031 80 34 Dan is-subtitlu jinkludi wkoll livelli ta’ spirtu. |
KAPITLU 91
ARLOĠĠI U ARLOĠĠI TA’ L-IDEJN JEW TAL-BUT U PARTIJIET TAGĦHOM
9102 |
Arloġġi ta’ l-idejn, arloġġi tal-but u arloġġi oħrajn, inklużi stopwatches, ħlief dawk ta’ titlu 9101 Dan it-titlu jinvolvi taħlita ta’ arloġġi b’magna li tikkalkula b’mod elettroniku li flimkien għandhom id-dehra ta’ arloġġ ta’ l-idejn jew arloġġ tal-but. Dan ma jinkludix kalkolatriċi elettroniċi b’display ta’ ħin u data u b’allarm (subtitlu 8470 10 00, 8470 21 00 jew 8470 29 00). |
||||||||
9111 |
Kaxex ta’ arloġġi ta’ l-idejn u tal-but u partijiet tagħhom Strixxi, ċineġ u brazzuletti ta’ arloġġi mwaħħlin ma’ kaxxi ta’ arloġġi jitqiesu bħala parti mill-kaxxa ta’ l-arloġġ. Madanakollu meta preżentati ma’ kaxex ta’ l-arloġġ iżda mhux imwaħħlin magħhom, huma jkunu klassifikati fit-titlu rispettiv tagħhom bl-istess mod bħal strixxi, ċineg u brazzuletti ta’ arloġġi preżentati separatament (titlu 9113). |
||||||||
9114 |
Partijiet oħra ta’ arloġġi jew arloġġi ta’ l-idejn u tal-but |
||||||||
9114 10 00 |
Molol, inklużi molol irqaq (hair-springs) Dan is-subtitlu jkopri l-molol kollha li jintużaw għal moviment f’arloġġi jew f’arloġġi tal-polz. Pereżempju, barra molol prinċipali (main-springs) u molol irqaq, (hair-springs) hemm:
Dan is-subtitlu ma jinkludix molol għal kaxex ta’ arloġġi u għal kaxex ta’ tip simili li jikkostitwixxi partijiet għal użu ġenerali skond it-tifsira ta’ Nota 2 għal taqsima XV. Molol prinċipali (main-springs) mmuntati fil-barrels tagħhom jaqgħu f’subtitlu 9114 90 00. |
||||||||
9114 90 00 |
Oħrajn Dan is-subtitlu jinkludi:
|
KAPITLU 92
STRUMENTI MUŻIKALI; PARTIJIET U AĊĊESSORJI TA’ OĠĠETTI BĦAL DAWN
9207 |
Strumenti mużikali, li l-ħoss tagħhom huwa magħmul, jew għandu jkun amplifikat, bl-elettriku (pereżempju orgnijiet, kitarri, akkordjins) |
9207 10 30 |
Pjanijiet diġitali B’kuntrast ma’ sintesajżers u tastieri, d-diversita’ u l-wisa’ tat-tast ta’ pjanijiet diġitali jikkorrispondu b’mod eżatt ma’ dawk ta’ pjanu akustiku (titlu 9201). Dawn jużaw sempiljar ta’ ħsejjes biex jirriproduċu l-ħoss ta’ pjanu akustiku kemm jista’ jkun preċiż. L-azzjoni, inkluża dik tal-pedali, tikkorrispondi ma’ dik ta’ pjanijiet akustiċi. Bħala regola, dawn ikollhom amplifikaturi u lawdspikers mibnijin fihom. |
9207 10 50 |
Sintesajżers Sintesajżers ivarjaw minn strumenti mużikali oħra ta’ subtitlu 9207 10 minħabba, li minbarra li jkollhom ħsejjes programmati minn qabel (jew “issettjati minn qabel”), li jistgħu wkoll ikunu modulati, dawn jippermettu lil min idoqq biex jipprogramma l-ħsejjes tiegħu. Sintesajżers jistgħu wkoll ikollhom komponenti elettroniċi oħra mibnijin fihom bħal samplers, amplifikaturi, lawdspikers, sequencers, eku, flanġjar, tagħwiġ (distortion) u unitajiet għal effetti oħrajn, u perkussjoni elettronika. |
9207 10 80 |
Oħrajn Dan is-subtitlu jinkludi tastieri li huma strumenti li jippermettu lil min idoqq juża ħsejjes programmati minn qabel (jew “issettjati minn qabel”) biss. Min idoqq ma jistax jiġġenera u jipprogramma l-ħsejjes tiegħu stess. Tastieri jistgħu wkoll ikollhom amplifikaturi u lawdspikers mibnijin fihom. |
TAQSIMA XIX
ARMI U MUNIZZJON; PARTIJIET U AĊĊESSORJI TAGĦHOM
KAPITLU 93
ARMI U MUNIZZJON; PARTIJIET U AĊĊESSORJI TAGĦHOM
9305 |
Partijiet u aċċessorji ta’ oġġetti ta’ titli 9301 sa 9304 |
9305 91 00 |
Ta’ armi militari ta’ titlu 9301 Dan is-subtitlu jkopri l-partijiet imsemmijin fin-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 9305, (1) sa (7), sakemm, skond it-tip u l-manifattura, huma m’humiex xierqa b’mod evidenti għal ikkaċċjar, sports, sparar lejn bersall jew armi oħrajn ta’ titli 9302 00 00, 9303 u 9304 00 00. |
9306 |
Bombi, granati, torpidows, mini, missili u munizzjonijiet simili tal-gwerra u partijiet tagħhom; skrataċ u munizzjon u projettili oħrajn u partijiet tagħhom, inklużi stopop tat-tiri u ta’ l-iskrataċ |
9306 21 00 |
Skrataċ Skrataċ jikkostitwixxi ħaġa sħiħa magħmula minn projettilu (tir jew bulit) li jkun sparat minn arma tan-nar, fejn il-kisja jkun fiha ċ-ċarġ esplożiv, u l-bażi tal-metall ikun fiha l-kappa li tisplodi. |
9306 30 10 |
Għal rivolvers u pistoli ta’ titlu 9302 u għal maxinganns ħfief ta’ titlu 9301 Skrataċ li jaqgħu f’dan is-subtitlu u intiżi għal użu f’armi tan-nar għandhom il-karatteristika komuni li jkunu qosra u kumpatti. Eżempji ta’ partijiet huma: kisjiet, kemm jekk jinkorporaw kappa ta’ perkussjoni jew le; bażijiet, tar-ram; bulits. Partijiet mhux maħdumin jew maħdumin biss b’mod raff jaqgħu wkoll f’dan is-subtitlu. |
9306 30 30 |
Għal armi militari Dan is-subtitlu jinkludi skrataċ għal xkubetti u karabina (ħlief sparaturi għall-prattika (practice rounds) u simili, mingħajr ċarġ ta’ porvli (subtitlu 9306 30 97)), bulittjati, mingħajr balla, magħmulin biex jaħarqu, biex iniffdu kurazzi, eċċ. |
TAQSIMA XX
OĠĠETTI MANIFATTURATI VARJI
KAPITLU 94
GĦAMARA; FRIEX, IMTIERAĦ, IRFID GĦAL IMTIERAĦ, KUXXINI U TAGĦMIR (FURNISHING) SIMILI MIMLI; LAMPI U TAGĦMIR (FITTINGS) TAD-DAWL, MHUX SPEĊIFIKATI JEW INKLUŻI BAND’OĦRA; SINJALI MDAWLIN, PJANĊI TA’ L-ISMIJIET IMDAWLIN U SIMILI; BINI PREFABBRIKAT
9401 |
Sits (seats) (ħlief dawk ta’ titlu 9402), kemm jekk jinbidlu f’sodod jew le, u partijiet tagħhom |
||||||||||||
9401 10 00 |
Sits (seats) ta’ tip użati fuq inġenji ta’ l-ajru Sits ta’ dan is-subtitlu s-soltu jkunu manifatturati minn materjali ħfief iżda li jifilħu ħafna (eż. duralumin). F’ħafna każijiet dawn jistgħu jintgħarfu minn sits intiżi għall-mezzi oħra ta’ trasport mid-differenzi fil-kostruzzjoni tagħhom (pożizzjoni li tista’ titranġa, mezzi speċjali biex jitwaħħlu ma’ soqfa jew ħitan, ċinturini ta’ sigurtà jew postijiet maħsubin għall-installazzjoni tagħhom, eċċ.). Sits li jisparaw ’il barra (ejector seats) għal inġenji ta’ l-ajru ma jitqisux bħala sits ta’ titlu 9401 u huma klassifikati bħala partijiet ta’ inġenji ta’ l-ajru (titlu 8803). |
||||||||||||
9401 30 10 |
Miksijin bit-tappizzerija, b’serħan għad-dahar u armati bir-rotijew glajds Għad-definizzjoni tat-terminu “sits bit-tappizzerija”, ara n-Noti ta’ Spjega SA għal subtitli 9401 61 u 9401 71. |
||||||||||||
9401 90 10 |
Ta’ sits (seats) ta’ tip użati fuq inġenji ta’ l-ajru Dan is-subtitlu ma jkoprix attwaturi b’pożizzjonar u llokkjar idrawliku li jintuża għall-aġġustament tal-pożizzjoni ta’ sits għall-ekwipaġġ ta’ l-inġenji ta’ l-ajru (subtitlu 8412 21 20 jew 8412 21 80). |
||||||||||||
9403 |
Għamara oħra u partijiet tagħha Imwejjed magħmula minn materjali differenti huma klassifikati skond il-materjal li minnu hu magħmul is-sapport (saqajn u qafas), għajr meta, b’applikazzjoni tar-Regola Ġenerali 3 (b) għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, il-materjal li minnu hu magħmul il-wiċċ jagħti l-karattru meħtieġ lill-mejda, pereżempju billi jkun ta’ valur ogħla (dan jista’ jkun il-każ jekk il-wiċċ ikun magħmul minn metall prezzjuż, ħġieġ, irħam, injam rari.). |
||||||||||||
9404 |
Irfid għal imtieraħ; oġġetti ta’ friex u tagħmir (furnishing) simili (pereżempju, imtieraħ, kwilts, kutri mimlijin bir-rix ta’ l-edredun, kuxxini, pouffesu mħaded) iffittjati b’molol jew mimlijin jew iffittjati minn ġewwa bi kwalunkwe materjal jew ta’ lastiku jew plastiks ċellulari, kemm jekk miksijin jew le |
||||||||||||
9404 10 00 |
Irfid għal imtieraħ Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 9404, (A). |
||||||||||||
9404 90 10 u 9404 90 90 |
Oħrajn Dawn is-subtitli jinkludu l-oġġetti mniżżlin fin-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 9404, (B), (2). Dawn is-subtitli jkopru wkoll kuxxini interni msaħħnin b’mod elettriku mgħammrin bi plastiks espansi jew fowm, gomom sponża, suf tat-tajjar, feltru jew flanella. |
||||||||||||
9405 |
Lampi u tagħmir (fittings) ta’ dawl inklużi serċlajtsu spotlajtsu partijiet tagħhom, mhux speċifikati jew inklużi band’oħra; sinjali mdawwlin, pjanċi ta’ l-ismijiet imdawwlin u simili, li għandhom sors ta’ dawl imwaħħal b’mod fiss, u partijiet tagħhom mhux speċifikati jew inklużi band’oħra |
||||||||||||
9405 40 10 |
Serċlajtsu spotlajts Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 9405, (I), tielet u raba’ paragrafi. |
||||||||||||
9405 91 11 |
Ħġieġ facetted, folji, blalen, qtar forma ta’ lanġas, biċċiet forma ta’ fjuri, pendenti u oġġetti simili għat-tiżjin tal-linef Ħġieġ ta’ dan is-subtitlu, li jintuża prinċipalment għad-dekorazzjoni ta’ linef, ġeneralment ma jintużax f’partijiet individwali, iżda bħala mmuntar ta’ diversi elementi għal kull sors ta’ dawl. L-għan prinċipali ta’ dawn huwa li jirrifletti u jinxtered id-dawl sabiex jinkiseb ċertu effett ta’ dawl. Dawn iservu wkoll bħala dekorazzjoni u ornamenti għall-apparat li miegħu jkunu mwaħħlin. |
||||||||||||
9405 91 19 |
Oħrajn (pereżempju, apparat għat-tixrid tad-dawl (diffusers), dwal tas-soqfa, skutelli, koppi, lampxejds, globi, biċċiet forma ta’ tulipan) L-oġġetti ta’ dan is-subtitlu jintużaw biex jikkontrollaw u jxerrdu d-dawl, b’hekk jiksbu l-effett ta’ dawl mixtieq jew itejbu l-effett naturali. Bħall-oġġetti f’subtitlu 9405 91 11, dawn is-soltu jgħaqqdu l-funzjoni utilitarja normali tagħhom bħala aċċessorji bi ftit jew wisq karattru ornamentali evidenti, iżda bil-kontra ta’ dawn l-oġġetti, wieħed biss jintuża għal kull sors ta’ dawl. |
||||||||||||
9406 |
Bini prefabbrikat |
||||||||||||
9406 00 11 |
Djar mobbli Djar mobbli jkollhom, pereżempju, l-karatteristiċi li ġejjin:
|
KAPITLU 95
ĠUGARELLI, LOGĦOB U REKWIŻITI TA’ L-SPORTS; PARTIJIET U AĊĊESSORJI TAGĦHOM
9503 00 |
Triċikletti, skuters, karozzi tal-pedali u ġugarelli bir-roti simili; karozzelli tal-pupi; pupi; ġugarelli oħra; mudelli f’qies imċekken (“skala”) u mudelli ta’ rikreazzjoni simili, jaħdmu jew le; logħob ta’ taħbil il-moħħ ta’ kull tip Dan it-titlu jinkludi:
Dan it-titlu ma jinkludix:
|
||||||||||||||||||||||||||||||||
9503 00 10 |
Triċikletti, skuters, karozzi tal-pedali u ġugarelli bir-roti simili; karozzelli tal-pupi Dan is-subtitlu jinkludi ġugarelli bir-roti li jaħdmu b’magni ta’ pistuni b’kombustjoni interna ddisinjati biex jintrikbu minn tfal, hekk imsejħin “Vetturi quad”, sakemm il-limiti li ġejjin ma jinqabżux:
Bil-kontra ta’ ħafna mill-ġugarelli bir-roti klassifikati f’dan is-subtitlu “Vettura quad” hija disinjata biex tintuża fuq art imħarbta. Kull meta wieħed minn dawn il-kriterji ma jintlaħaqx, il-“Vetturi quad” għandhom ikunu klassifikati f’ titlu 8703. |
||||||||||||||||||||||||||||||||
9503 00 21 |
Pupi Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 9503, (Ċ) l-ewwel żewġ paragrafi. Ara wkoll in-Noti ta’ Spjega għal subtitli 9503 00 81 sa 9503 00 99. Dan is-subtitlu jinkludi, bl-applikazzjoni tar-Regola Ġenerali Interpretattiva 2 (a) tan-Nomenklatura Magħquda, pupi mhux immuntati jew żarmati. |
||||||||||||||||||||||||||||||||
9503 00 29 |
Partijiet u aċċessorji Ara n-Noti ta’ Spjega għal titlu 9503, (Ċ) tielet paragrafu. |
||||||||||||||||||||||||||||||||
9503 00 35 u 9503 00 39 |
Settijiet oħrajn ta’ kostruzzjoni u ġugarelli ta’ kostruzzjoni Dawn is-subtitli jinkludi settijiet ta’ kostruzzjoni u ġugarelli ta’ kostruzzjoni ħlief kittijiet għal immuntar ta’ mudelli ta’ daqs imnaqqas (“skala”), li għandhom il-karattru ta’ ġugarelli. Oġġetti bħal dawn għandhom il-karatteristiċi li ġejjin:
|
||||||||||||||||||||||||||||||||
9503 00 41 u 9503 00 49 |
Ġugarelli li jirrapreżentaw annimali jew ħlejjaq mhux-umani Dawn is-subtitli jinkludu, bl-applikazzjoni tar-Regola Ġenerali Interpretattiva 2 (a) tan-Nomenklatura Magħquda, ġugarelli mhux immuntati jew żarmati li jirrapreżentaw annimali jew ħlejjaq mhux umani. |
||||||||||||||||||||||||||||||||
9503 00 75 u 9503 00 79 |
Ġugarelli u mudelli oħrajn, li fihom mutur Għall-għanijiet ta’ dawn is-subtitli, it-terminu “mutur” jfisser kwalunkwe mutur jew magna ta’ titlu 8406 sa 8408, 8410 sa 8412 jew 8501, pereżempju, magni u muturi b’saħħa pnewmatika, flajwils, magni li jaħdmu permezz ta’ molla jew li jaħdmu permezz ta’ piż. |
||||||||||||||||||||||||||||||||
9503 00 81 sa 9503 00 99 |
Oħrajn Dawn is-subtitli jinkludu figurini umanojdi, eż., fil-forma ta’ film, ħrafa, karattri minn kotba tal-komiks, Indjani, astronawti jew suldati, li m’għandhomx partijiet jiċċaqalqu u li m’għandhomx ħwejjeġ jinqalgħu, fissi fuq pjanċa bażi, pedestall jew bażi simili, li tippermetti l-figurini jżommu l-pożizzjoni tagħhom mingħajr ebda support. Figurini bħal dawn spiss jiffurmaw parti minn serje ta’ kollezzjoni. Minħabba li huma żgħar, ħfief u magħmulin b’mod robust, huma, madanakollu, s-soltu jintużaw bħala ġugarelli minn tfal. Il-funzjoni rikrejattiva tagħhom għalhekk taqbeż il-valur ornamentali tagħhom. Dawn is-subtitli jinkludu, bl-applikazzjoni tar-Regola Interpretattiva Ġenerali 2 (a) tan-Nomenklatura Magħquda, figurini umanojdi mhux immuntati jew żarmati (suldati tal-landa u simili). |
||||||||||||||||||||||||||||||||
9504 |
Oġġetti tad-divertiment għal fieri, logħob tal-mejda jew tas-salott, inklużi mwejjed tal-pinball, biljards, imwejjed speċjali għal logħob tal-każino u tagħmir awtomatikutal-korsija tal-brilli (bowling) |
||||||||||||||||||||||||||||||||
9504 20 90 |
Oħrajn Dan is-subtitlu jinkludi aċċessorji għal mwejjed tal-biljards bħal stikek, restijiet għal stikek, blalen, ġibs tal-biljards u markaturi tip ta’ ballun jew li jiżżerżqu |
||||||||||||||||||||||||||||||||
9504 90 10 |
Settijiet ta’ karozzi tat-tlielaq ta’ l-elettriku, li għandhom ix-xeħta ta’ logħob kompetittiv Il-prodotti ta’ dan is-subtitlu jinkludu trekkijiet li fihom tnejn jew aktar linji għal tlielaq simultanji ta’ żewġ karozzi jew aktar. |
||||||||||||||||||||||||||||||||
9505 |
Oġġetti festivi, tal-karnival jew divertiment ieħor, inklużi logħob tal-bużullottisti u ċajt ta’ innovazzjoni (novelty jokes) B’żieda għan-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 9505, (A), biex ikunu kklassifikati bħala oġġetti festivi, il-prodotti jridu jkunu ta’ valur dekorattiv (disinn u ornament) u ddisinjati, manifatturati u rikonoxxuti esklussivament bħala oġġetti festivi. Dawn il-prodotti jintużaw matul ġurnata jew perijodu speċfiku matul is-sena. Dawn il-prodotti, huma intenzjonati biex jintużaw għal festività speċifika skond il-kostruzzjoni u d-disinn tagħhom (l-istampar, l-ornamenti, is-simboli jew l-iskrizzjonijiet). “Festività” hija ġurnata jew perijodu speċfiku matul is-sena li tkun distinta minn komunità permezz ta’ simboli karatteristiċi u użanzi assoċjati. Xi wħud minn dawn il-festi bdew fl-antikità bl-osservanza ritwali ta’ avvenimenti reliġjużi speċifiċi; oħrajn ikunu ċċelebrati bil-kbir u huma importanti fil-ħajja nazzjonali. Eżempji ta’ avvenimenti bħal dawn huma l-Milied, l-Għid, Halloween (Lejlet il-Qaddisin kollha), San Valentinu, għeluq is-snin u tiġijiet. Il-prodotti li ġejjin jitqiesu bħala oġġetti festivi wkoll:
Oġġetti b’funzjonijiet utilitarji huma esklużi, anke jekk għandhom id-disinn jew it-tiżjin ornamentali xieraq għal festività speċifika. Dan it-titlu ma jinkludix:
|
||||||||||||||||||||||||||||||||
9506 |
Oġġetti u tagħmir għal eżerċizzju fiżiku ġenerali, ġinnastika, atletika, sports ieħor (inkluż tejbiltenis) jew logħob ta’ barra, mhux speċifikati jew inklużi band’oħra f’dan il-kapitlu; pixxini għall-għawm u pixxini għall-għawm mhux fondi (paddling pools) |
||||||||||||||||||||||||||||||||
9506 11 10 |
Skis għall-cross-country Il-prodotti ta’ dan is-subtitlu huma ħfief ħafna u idjeq minn skis għal niżliet. |
||||||||||||||||||||||||||||||||
9506 11 80 |
Skis oħrajn Dan is-subtitlu jinkludi skis għal ski-jumpers. Dawn huma skis itwal b’mod konsiderevoli. u usa minn skis tas-silġ ordinarji. Il-wiċċ li m’għandu l-ebda truf, għandu diversi gruvjaturi maqtugħin fih. |
||||||||||||||||||||||||||||||||
9506 29 00 |
Oħrajn Dan is-subtitlu jinkludi ċrieki għal ma’ l-idejn, ċintorini jew oġġetti simili li jintefħu, mhux mibnija għal skop ta’ sigurtà jew salvataġġ, li jżommu persuna f’wiċċ l-ilma waqt li tkun qed titgħallem tgħum. Dan is-subtitlu ma jinkludix:
|
||||||||||||||||||||||||||||||||
9506 31 00 |
Stikek, kompluti Stikek tal-golf għandhom xaft ta’ l-azzar, ta’ l-aluminju jew tal-fibra tal-karbonju, bi gripp tal-ġilda jew gomma fuq tarf wieħed u, fuq l-ieħor, ir-ras ta’ l-azzar jew ta’ l-injam. L-irjus varji għandhom loft differenti biex jipproduċu trajettorja differenti. |
||||||||||||||||||||||||||||||||
9506 32 00 |
Blalen Blalen tal-golf għandhom gruvijiet emisferiċi biex jippermettu lill-ballun fly true. Blalen ta’ kompetizzjoni jkollhom piż massimu ta’ 45,93 g u dijametru ta’ mill-inqas 42,67 mm. |
||||||||||||||||||||||||||||||||
9506 40 10 |
Paletti, blalen u xbieki Blalen tat-tejbiltenis, li huma sferiċi, huma magħmulin minn ċellulojde jew materjal simili, jiżnu 2,7 g u għandhom dijametru ta’ 40 mm u ċirkonferenza ta’ madwar 12,6 ċm. Xbieki tat-tejbiltenis ikunu 15,25 ċm għoljin u 183 ċm wiesgħa. |
||||||||||||||||||||||||||||||||
9506 59 00 |
Oħrajn Dan is-subtitlu jinkludi rakketti tal-badmintin li huma iżgħar u eħfef minn rakketti tat-tenis; huma għandhom xaftijiet irqaq, flessibli ħafna. Dan is-subtitlu jinkludi wkoll rakketti ta’ l-iskwoxx. |
||||||||||||||||||||||||||||||||
9506 61 00 |
Blalen tal-lawn-tennis Blalen ta’ lawn-tennis, li huma ta’ gomma miksija bil-felt, huma bla ħjata. Huma għandhom dijametru ta’ bejn 6,35 ċm u 7,30 ċm. Għandhom piż minimu ta’ 56,00 g u piż massimu ta’ 59,40 g. |
||||||||||||||||||||||||||||||||
9506 69 10 |
Blalen tal-krikit u tal-pulu Blalen tal-krikit jikkonsistu f’kisja tal-ġilda li fiha stoppa, ċana u sufra kompressata. Huma għandhom ċirkonferenza minn 20,50 sa 22,90 ċm. Huma jiżnu bejn 133 sa 163 g. Blalen tal-pulu huma magħmulin minn injam, bambu’ jew plastiks; huma għandhom dijametru ta’ bejn 76 u 89 ċm u jiżnu bejn 120 u 135 g. |
||||||||||||||||||||||||||||||||
9506 69 90 |
Oħrajn Dan is-subtitlu jinkludi “blalen tal-ħeffa ta’ l-id (juggling balls)” ta’ kull daqs, disinn u piż, sew għat-tfal kif ukoll għall-adulti. |
||||||||||||||||||||||||||||||||
9506 70 10 |
Pattini tas-silġ Dan is-subtitlu jinkludi stvali għal pattinaġġ fejn il-pattini jkunu mwaħlin magħhom. |
||||||||||||||||||||||||||||||||
9506 70 30 |
Skejz bir-roti Dan is-subtitlu jinkludi stvali għal skezjar fejn l-iskejz ikunu mwaħħlin magħhom. |
||||||||||||||||||||||||||||||||
9506 91 10 |
Apparat ta’ eżerċizzju b’mekkaniżmi ta’ reżistenza aġġustibbli Dan is-subtitlu jkopri apparat għall-eżerċizzju bħal, pereżempju, magni għall-qdif, roti ergometriċi, stepper u threadmills, li jistgħu jkunu aġġustati permezz ta’ mekkaniżmu skond l-isforz li min ser jużaha jixtieq jagħmel. |
||||||||||||||||||||||||||||||||
9506 99 10 |
Tagħmir ta’ krikit u pulu, ħlief blalen Dan is-subtitlu jinkludi pali tal-krikitt (ta’ injam iebes, b’wisa’ massima ta’ 10,8 ċm u tul massimu ta’ 96,5 ċm) u mallets tal-pulu. |
||||||||||||||||||||||||||||||||
9506 99 90 |
Oħrajn Dan is-subtitlu jinkludi “frisbees” kemm jekk għal użu minn tfal kif ukoll minn adulti. |
||||||||||||||||||||||||||||||||
9507 |
Qasab tas-sajd, snanar u tagħmir ieħor tas-sajd bil-lenza; xbieki biex jittella’ l-ħut, xbieki għall-friefet u xbieki simili; “għasafar” tan-nasba (ħlief dawk ta’ titlu 9208 jew 9705) u rekwiżiti simili tal-kaċċa jew ta’ l-isparar. |
||||||||||||||||||||||||||||||||
9507 10 00 |
Qasab tas-sajd Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 9507, (3). |
||||||||||||||||||||||||||||||||
9507 90 00 |
Oħrajn Dan is-subtitlu jinkludi:
|
KAPITLU 96
OĠĠETTI MANIFATTURATI VARJI
9601 |
Avorju, għadam, qoxra tal-fekruna, qrun, qrun imsaġġrin, qroll, madreperla u materjal ieħor ta’ annimali għall-intaljar maħdum, u oġġetti ta’ dawn il-materjali (inklużi oġġetti magħmulin bil-forma) Għad-definizzjoni tat-terminu “maħdum” ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 9601, tieni paragrafu. |
9602 00 00 |
Materjal veġetali jew minerali għall-intaljar maħdum u oġġetti ta’ dawn il-materjali; oġġetti ffurmati jew intaljati, ta’ xemgħa ta’ stearina, ta’ gomom naturali jew reżini naturali jew ta’ pasti ta’ l-immudellar, u oġġetti ffurmati jew intaljati oħrajn, mhux speċifikati jew inklużi band’oħra; ġelatina maħduma, mhux imwebbsa (ħlief ġelatina ta’ titlu 3503) u oġġetti ta’ ġelatina mhux imwebbsa Għad-definizzjoni tat-terminu “maħdum” ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 9601, tieni paragrafu, li japplikaw, mutatis mutandis. Meerschaum agglomerat u ambra agglomerata ppreżentata fil-forma ta’ pjanċi, qasab, stikek u forom simili, mhux maħduma aktar milli sempliċiment iffurmata, taqa’ f’titlu 2530. |
9603 |
Xkupi, xkupilji/pniezel (inklużi xkupilji li jagħmlu partijiet minn magni, tagħmir jew vetturi), tagħmir mekkaniku biex jiknes l-art imħaddem bl-idejn, mhux motorizzat, moppijiet u xkupilji tar-rix għat-tfarfir; għoqod u trofof tax-xagħar ippreparati għall-manifattura ta’ xkupi jew xkupilji/pniezel; kuxxinetti u rombli għaż-żebgħa, squeegees (ħlief squeegees bir-romblu) |
9603 10 00 |
Xkupi u xkupilji, magħmulin minn friegħi żgħar jew minn materjali veġetali oħrajn marbutin flimkien, b’manki jew mingħajrhom Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 9603, (A). |
9603 21 00 sa 9603 29 80 |
Xkupilji tas-snien, pniezel tal-leħja, xkupilji tax-xagħar, xkupilji tad-dwiefer, pniezel tax-xagħar ta’ l-għajnejn u xkupilji oħrajn tat-twaletta għal użu fuq il-persuna, inklużi dawk l-ixkupilji li jagħmlu parti minn tagħmir Pniezel tax-xagħar ta’ l-għajnejn ġeneralment jikkonsistu f’diversi trofof ta’ xagħar imqabbdin f’right angles mal-manku. Xkupilji tal-ħwejjeġ u xkupilji taż-żraben m’humiex inklużi f’dawn is-subtitli (subtitlu 9603 90 91). |
9603 40 90 |
Kuxxinetti u rombli għaż-żebgħa Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 9603, (F), l-ewwel żewġ paragrafi. |
9603 90 10 |
Tagħmir mekkaniku biex jiknes l-art imħaddem bl-idejn, mhux motorizzat Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 9603, (Ċ). |
9606 |
Buttuni, molol bil-pressa, molol jingħafsuu buttuni bil-pressa, forom tal-buttuni u partijiet oħrajn ta’ dawn l-oġġetti; buttuni mhux maħdumin (blanks) |
9606 30 00 |
Forom tal-buttuni u partijiet oħrajn ta’ buttuni; buttuni mhux maħdumin (blanks) Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 9606, raba’ paragrafu, (1), (2) u (3). |
9608 |
Bajrows; pinen bil-ponta tal-feltru u pinen markers oħrajnbil-ponta poruża; pinen funtana (fountain pens), pinen stilografiċi u pinen oħrajn; pinen stilografiċi li jidduplikaw; lapsijiet li tista’ tinbidlilhom il-ponta jew bil-ponta tiżżerżaq (sliding);tokok tal-pinen, tokok tal-lapsijiet u tokok simili; partijiet (inklużi kapep u klipep) ta’ l-oġġetti msemmijin hawn fuq, ħlief dawk ta’ titlu 9609 |
9608 10 10 sa 9608 10 99 |
Bajrows Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 9608, (1). Oġġetti li jaqgħu f’dawn is-subtitli jistgħu jinkorporaw biċċa tal-ħin elettronika (is-soltu b’display diġitali). |
9608 31 00 sa 9608 39 90 |
Pinen funtana (fountain pens), pinen stilografiċi u pinen oħrajn Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 9608, (3). |
9608 40 00 |
Lapsijiet li tista’ tinbidlilhom il-ponta jew bil-ponta tiżżerżaq (sliding) Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 9608, (5). |
9608 91 00 |
Ponot tal-pinen u truf tal-ponot Dan is-subtitlu jkopri wkoll rjus għal pinen speċjali li jintużaw ma’ stensils. |
9608 99 20 u 9608 99 80 |
Oħrajn Dawn is-subtitli jinkludu blalen għal bajrows; huma s-soltu jkunu magħmulin minn karbidju ta’ tungstenu iżda minn metalli oħrajn ukoll (ħlief dawk ta’ l-azzar, titlu 7326 u 8482) u jvarjaw minn 0,6 sa 1,25 mm f’dijametru. Madanakollu, blalen għal ponot ta’ pinen u truf tal-ponot jaqgħu f’subtitlu 9608 91 00 irrispettivament mill-materjal tagħhom (ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 9608, partijiet). |
9609 |
Lapsijiet (ħlief lapsijiet ta’ titlu 9608), krejons, faħam tal-lapes, pastelli, faħam tal-kannol għat-tpinġija, ġibs għall-kitba jew għat-tpinġija u ġibs tal-ħajjata |
9609 10 10 u 9609 10 90 |
Lapsijiet u krejons, bil-faħam magħluq f’kisja riġida Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 9609, l-ewwel paragrafu, (1). |
9609 20 00 |
Faħam tal-lapis, iswed jew ikkulurit Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 9609, tielet paragrafu, (7). |
9612 |
Żigarelli tat-tajprajter jew bħalhom, bil-linka jew imħejjijin mod ieħor biex jistampaw, kemm fuq irkiekel jew f’kartriġis kif ukoll jekk le; kuxxinetti tal-linka, bil-linka jew le, bil-kaxex jew le: |
9612 10 10 sa 9612 10 80 |
Żigarelli Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 9612, l-ewwel paragrafu, (1). |
9612 20 00 |
Kuxxinetti tal-linka Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 9612, l-ewwel paragrafu, (2). |
9613 |
Lajters tas-sigarretti u lajters oħrajn, kemm jekk mekkaniċi jew elettriċi, u partijiet tagħhom ħlief żnied u ftejjel Dan it-titlu jinkludi lajters li fihom mini-kalkolattriċi elettronika u/jew biċċa tal-ħin elettronika. |
9614 00 |
Pipi tat-tipjip (inklużi bwieqi tal-pipi) u bokkini għal sigarri jew sigarretti, u partijiet tagħhom |
9614 00 10 |
Blokki ta’ injam jew għeruq mhux raffinati, għall-manifattura ta’ pipi Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 9614, l-ewwel paragrafu, (4). |
TAQSIMA XXI
XOGĦLIJIET TA’ L-ARTI, BĊEJJEĊ TAL-KOLLEZZJONI U ANTIKITAJIET
KAPITLU 97
XOGĦLIJIET TAL-ARTI, BĊEJJEĊ TAL-KOLLEZZJONI U ANTIKITAJIET
9705 00 00 |
Kollezzjonijiet u bċejjeċ tal-kollezzjoni ta’ interess żooloġiku, botaniku, mineraloġiku, anatomiku, storiku, arkeoloġiku, paleontoloġiku, etnografiku jew numismatiku
|
(1) ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 275/2008 (ĠU L 085, 27.3.2008, p. 3).
(3) ĠU L 198, 20.7.1987, p. 1.
(5) ĠU L 286, 31.10.2007, p. 1.
(6) ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1.
(8) Fejn prodott jinsab li huwa iebes wisq għat-test tal-Penetrazzjoni ta’ Kon Maħdum bil-metodu ASTM D 217, it-test tal-Penetrazzjoni ta’ Kon għandu jkun applikat bil-metodu ASTM D 937.
(9) L-istat gass huwa osservat fi 15 Ċ u taħt pressa ta’ 1 013 millibar.
(10) Termini korrispondenti: — Negattivi dupe: contretype négatif (Franċiż) — Dup Negativ (Ġermaniż) — controtipi negativi (Taljan) — duplicaat — negatief (Olandiż). — Negattivi intermedji, internegattivi: internégatif (Franċiż) — Zwischennegativ ({ermani) — internegativi (Taljan) — internegatief (Olandiż).