Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52008XC0418(05)

    Tagħrif fil-qosor imwassal mill-Istati Membri fir-rigward ta' għajnuna mill-Istat mogħtija skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat KE dwar għajnuna mill-Istat lill-impriżi żgħar u ta' daqs medju attivi fil-produzzjoni ta' prodotti agrikoli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001

    ĠU C 97, 18.4.2008, p. 18–23 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    18.4.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    C 97/18


    Tagħrif fil-qosor imwassal mill-Istati Membri fir-rigward ta' għajnuna mill-Istat mogħtija skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat KE dwar għajnuna mill-Istat lill-impriżi żgħar u ta' daqs medju attivi fil-produzzjoni ta' prodotti agrikoli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001

    (2008/C 97/06)

    Numru XA: XA 319/07

    Stat Membru: Ir-Repubblika tas-Slovenja

    Reġjun: Muniċipalità ta' Sežana

    Titolu ta' l-iskema ta' għajnuna jew isem il-kumpanija li tirċievi għajnuna individwali: Pomoči za ohranjanje in razvoj kmetijstva in podeželja v občini Sežana 2007–2013

    Bażi ġuridika: Pravilnik o dodeljevanju državnih pomoči za ohranjanje in razvoj kmetijstva ter podeželja v občini Sežana (II. Poglavje)

    Nefqa annwali ppjanata taħt l-iskema jew ammont kumplessiv ta' l-għajnuna individwali mogħtija:

     

    2007: EUR 65 390

     

    2008: EUR 64 681

     

    2009: EUR 64 681

     

    2010: EUR 64 681

     

    2011: EUR 66 104

     

    2012: EUR 67 558

     

    2013: EUR 69 045

    Intensità massima ta' l-għajnuna:

    1.   Investiment f'azjendi agrikoli għall-produzzjoni primarja:

    sa 50 % ta' l-ispejjeż eliġibbli f'żoni żvantaġġati u sa 40 % ta' l-ispejjeż eliġibbli għall-investiment f'żoni oħrajn.

    L-appoġġ jingħata fir-rigward ta' investiment għar-restawr tal-karatteristiċi tal-farm u għax-xiri ta' tagħmir biex jintuża għall-produzzjoni agrikola, u għall-investiment f'uċuħ permanenti, għall-titjib fl-art agrikola u għall-ġestjoni tal-mergħat.

    2.   Konservazzjoni ta' bini tradizzjonali:

    għal karatteristiċi mhux produttivi, sa 100 % ta' l-ispejjeż attwali;

    sa 60 % ta' l-ispejjeż reali, jew 75 % f'żoni żvantaġġati, għal faċilitajiet ta' produzzjoni tal-farm, sakemm l-investiment ma jwassalx għal żieda fil-kapaċità produttiva tal-farm;

    għajnuna addizzjonali tista' tingħata bir-rata sa 100 % biex tkopri l-ispejjeż żejda mġarrba bl-użu ta' materjali tradizzjonali meħtieġa biex jinżammu l-karatteristiċi tal-wirt kulturali tal-bini.

    3.   Rilokazzjoni tal-bini tal-farms fl-interess pubbliku:

    sa 100 % ta' l-ispejjeż attwali, sakemm it-trasferiment jinvolvi l-iżmuntar, it-tneħħija u l-bini mill-ġdid tal-bini diġà eżistenti biss;

    fejn ir-rilokazzjoni tirriżulta l-bidwi jgawdi minn aktar faċilitajiet moderni, il-bidwi għandu jikkontribwixxi ta' lanqas 60 %, jew 50 % fiż-żoni żvantaġġati, taż-żieda fil-valur tal-faċilitajiet konċernati wara r-rilokazzjoni. Jekk il-benefiċjarju huwa bidwi żagħżugħ, din il-kontribuzzjoni għandha tkun ta' lanqas 55 %, jew 45 % rispettivament fiż-żoni żvantaġġati;

    meta r-rilokazzjoni tirriżulta f'żieda tal-kapaċità produttiva, il-kontribuzzjoni mill-benefiċjarju għandha tkun ta' lanqas ugwali għal 60 %, jew ta' lanqas 50 % f'żoni żvantaġġati, ta' l-infiq relatat ma' din iż-żieda. Jekk il-benefiċjarju huwa bidwi żagħżugħ, din il-kontribuzzjoni għandha tkun ta' lanqas 55 %, jew 45 % fiż-żoni żvantaġġati.

    4.   Għajnuna għall-ħlas ta' primjums ta' l-assigurazzjoni:

    l-ammont ta' kofinanzjament muniċipali huwa d-differenza bejn l-ammont ta' kofinanzjament tal-primjums ta' l-assigurazzjoni mill-baġit nazzjonali u sa 50 % ta' l-ispejjeż eliġibbli tal-primjums ta' assigurazzjoni għall-uċuħ, frott u kontra l-mard tal-bhejjem.

    5.   Għajnuna għat-tqassim mill-ġdid ta' l-art:

    sa 100 % ta' l-ispejjeż legali u amministrattivi eliġibbli.

    6.   Għajnuna biex tiġi promossa l-produzzjoni ta' prodotti agrikoli ta' kwalità:

    sa 100 % ta' l-ispejjeż fil-forma ta' servizzi ssussidjati; dan ma għandux jinvolvi l-ħlasijiet diretti ta' flus lill-produtturi.

    7.   Appoġġ tekniku fil-qasam agrikolu:

    sa 100 % ta' l-ispejjeż fil-forma ta' servizzi ssussidjati li jirrigwarda l-edukazzjoni u t-taħriġ tal-bdiewa, servizzi ta' konsulenza, l-organizzazzjoni ta' fora, kompetizzjonijiet, wirjiet u fieri, pubblikazzjonijiet, katalgi u sitiweb, u t-tixrid ta' l-għarfien xjentifiku. L-għajnuna għandha tingħata fil-forma ta' servizzi ssussidjati u ma għandhiex tinvolvi ħlasijiet diretti ta' flus lill-produtturi

    Data ta' l-implimentazzjoni: Ottubru 2007 (l-għajnuna ma tingħatax qabel ma tiġi pubblikata is-sinteżi fuq il-websajt tal-Kummissjoni Ewropea)

    Tul ta' żmien ta' l-iskema jew l-għotja ta' għajnuna individwali: Sal-31 ta' Diċembru 2013

    Għan ta' l-għajnuna:

    Appoġġ lill-SMEs

    Referenza għall-Artikoli tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006 u l-ispejjeż eliġibbli: Kapitolu II ta' l-Abbozz tar-Regoli dwar l-għoti ta' l-għajnuna mill-Istat għall-konservazzjoni u l-iżvilupp agrikolu u taż-żoni rurali fil-muniċipalità ta' Sežana li jinkludi miżuri li jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat skond l-Artikoli segwenti tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 tal-15 ta' Diċembru 2006 dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat għall-għajnuna mill-Istat lill-impriżi żgħar u ta' daqs medju attivi fil-produzzjoni ta' prodotti agrikoli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001 (ĠU L 358, 16.12.2006, p. 3):

    Artikolu 4: Investiment f'azjendi agrikoli;

    Artikolu 5: Konservazzjoni tal-pajsaġġi u bini tradizzjonali;

    Artikolu 6: Rilokazzjoni ta' bini ta' farms fl-interess pubbliku;

    Artikolu 12: Għajnuna għall-ħlas ta' primjums ta' l-assigurazzjoni;

    Artikolu 13: Għajnuna għat-tqassim mill-ġdid ta' l-art;

    Artikolu 14: Għajnuna biex tiġi promossa l-produzzjoni ta' prodotti agrikoli ta' kwalità;

    Artikolu 15: Provvediment ta' appoġġ tekniku fis-settur agrikolu

    Is-settur(i) ekonomiku/ċi kkonċernat(i): Agrikoltura

    Isem u indirizz ta' l-awtorità li tagħti l-għajnuna:

    Občina Sežana

    Partizanska cesta 4

    SLO-6210 Sežana

    Indirizz ta' l-internet: http://www.uradni-list.si/1/ulonline.jsp?urlid=200792&dhid=91916

    Tagħrif ieħor: Il-miżura li tikkonċerna l-ħlas tal-primjums ta' assigurazzjoni għall-uċuħ u l-frott tinkludi avvenimenti klimatiċi avversi li jistgħu jiġu assimilati bħala diżastri naturali: ġlata tar-rebbiegħa, silġ, sajjetti, nar ikkawżat mis-sajjetti, tempesti u għargħar.

    Ir-Regoli tal-muniċipalità huma konformi mar-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006 dwar il-miżuri li għandhom jiġu adottati mill-muniċipalità u d-dispożizzjonijiet ġenerali applikabbli (stadji ta' qabel l-għoti ta' l-għajnuna, akkumulazzjoni, trasparenza u monitoraġġ ta' l-għajnuna)

    Firma tal-persuna inkarigata

    Is-Sindku

    Davorin TERČON

    Numru XA: XA 320/07

    Stat Membru: Ir-Repubblika tas-Slovenja

    Reġjun: Il-muniċipalità ta' Šmarješke Toplice

    Titolu ta' l-iskema ta' l-għajnuna u/jew l-isem tal-benefiċjarju: Podpora ohranjanju in spodbujanju razvoja kmetijstva in podeželja v občini Šmarješke Toplice 2007–2013

    Il-bażi ġuridika: Pravilnik o ohranjanju in spodbujanju razvoja kmetijstva in podeželja v občini Šmarješke Toplice za programsko obdobje 2007–2013 (II. Poglavje)

    Nefqa annwali ppjanata skond l-iskema jew ammont globali ta' l-għajnuna individwali mogħtija lill-kumpanija: Il-baġit annwali ppjanat għall-perjodu 2007-2013 huwa ta' EUR 16 000

    Intensità massima ta' l-għajnuna:

    1.   Investiment f'azjendi agrikoli:

    sa 40 % ta' l-ispejjeż eliġibbli għall-investiment.

    Għandha tingħata għajnuna għax-xiri ta' tagħmir u makkinarju għall-produzzjoni primarja u għall-immaniġjar ta' għelejjel multijannwali.

    2.   Konservazzjoni tal-pajżaġġi u l-bini tradizzjonali:

    għall-karatteristiċi mhux produttivi, sa 40 % ta' l-ispejjeż reali, suġġett għal limitu ta' EUR 1 700 kull karatteristika (dan jista' jinkludi kumpens raġonevoli għax-xogħol li jidħol għalih il-bidwi nnifsu, jew il-ħaddiema tiegħu, sa limitu ta' EUR 1 000 fis-sena);

    għall-assi produttivi fil-farms, sa 60 % ta' l-ispejjeż reali, suġġett għal limitu ta' EUR 1 500 kull investiment, sakemm l-investiment ma jsarrafx fi kwalunkwe żieda fil-kapaċità tal-produzzjoni tal-farm;

    tista' tingħata għajnuna addizzjonali sa rata ta' 100 % biex tkopri spejjeż żejda minħabba użu ta' materjali tradizzjonali meħtieġa biex jinżammu l-karatteristiċi patrimonjali tal-bini.

    3.   Rilokazzjoni ta' bini agrikolu fl-interess pubbliku:

    l-għajnuna għandha tingħata f'forma ta' għotja li tkopri sa 25 % ta' l-ispejjeż tat-tneħħija jew il-bini mill-ġdid tal-faċilitajiet eżistenti, suġġett għal limitu ta' EUR 2 500 kull farm;

    meta r-rilokazzjoni fl-interess pubbliku twassal li l-bidwi jgawdi minn faċilitajiet aktar moderni jew minn żieda fil-kapaċità tal-produzzjoni, il-bidwi għandu jikkontribwixxi ta' l-anqas 60 % taż-żieda fil-valur tal-faċilitajiet konċernati wara r-rilokazzjoni. Jekk il-benefiċjarju jkun bidwi żagħżugħ, din il-kontribuzzjoni għandha tkun ta' l-anqas 55 %. Il-livell ta' għajnuna pprovduta mill-muniċipalità titnaqqas sa massimu ta' 15 % ta' l-ispejjeż tar-rilokazzjoni, suġġett għal limitu ta' EUR 1 500 kull farm, jew 20 % jekk il-benefiċjarju jkun bidwi żagħżugħ, suġġett għal limitu ta' EUR 2 000 kull farm.

    4.   Għajnuna għal-ħlasijiet ta' primjums ta' l-assigurazzjoni;

    għajnuna mill-muniċipalità, f'konformità mar-Regolament tal-Gvern tar-Repubblika tas-Slovenja dwar il-kofinanzjament ta' primjums ta' l-assigurazzjoni għall-produzzjoni agrikola għas-sena attwali, ittella' l-bilanċ ta' l-għajnuna għal 50 % ta' l-ispejjeż eliġibbli għall-primjums ta' l-assigurazzjoni għall-għelejjel u l-frott u għall-assigurazzjoni tal-bhejjem kontra l-mard.

    5.   Għajnuna għat-tqassim mill-ġdid ta' l-art:

    għajnuna finanzjarja tiġi pprovduta fil-forma ta' għotja li tkopri sa 100 % ta' l-ispejjeż reali legali u amministrattivi.

    6.   Forniment ta' appoġġ tekniku fis-settur agrikolu:

    sa 100 % ta' l-ispejjeż eliġibbli għall-edukazzjoni u taħriġ tal-bdiewa, għas-servizzi ta' konsulenza, l-organizzazzjoni ta' fora, kompetizzjonijiet, wirjiet, fieri, u pubblikazzjonijiet. L-għajnuna għandha tingħata fil-forma ta' servizzi sussidjati u m'għandhiex tinvolvi ħlasijiet diretti ta' flus lill-produtturi

    Data ta' l-implimentazzjoni: Ottubru 2007 (l-għajnuna ma hijiex se tingħata sakemm is-sinteżi tiġi ppubblikata fuq il-websajt tal-Kummissjoni Ewropea)

    Tul ta' l-iskema jew għoti ta' l-għajnuna individwali:

    L-għan ta' l-għajnuna:

    appoġġ lill-SMEs

    Referenza għall-Artikoli fir-Regolament (KE) Nru 1857/2006 u l-ispejjeż eliġibbli: Il-Kapitolu II ta' l-abbozz ta' Regoli dwar il-konservazzjoni u l-promozzjoni ta' l-iżvilupp ta' l-agrikoltura u ż-żoni rurali fil-muniċipalità ta' Šmarješke Toplice għall-perjodu 2007-13 jinkludi miżuri li jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat skond l-Artikoli li ġejjin mir-Regolament (KE) Nru 1857/2006 dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat għall-għajnuna mill-Istat għal impriżi żgħar u ta' daqs medju attivi fil-produzzjoni ta' prodotti agrikoli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001 (ĠU L 358, 16.12.2006, p. 3-22) (Titlu mhux uffiċjali):

    l-Artikolu 4: Investiment f'azjendi agrikoli;

    l-Artikolu 5: Konservazzjoni tal-pajżaġġi u l-bini tradizzjonali;

    l-Artikolu 6: Rilokazzjoni ta' bini agrikolu fl-interess pubbliku;

    l-Artikolu 12: Għajnuna għal-ħlasijiet ta' primjums ta' l-assigurazzjoni;

    l-Artikolu 13: Għajnuna għat-tqassim ta' l-art mill-ġdid;

    l-Artikolu 15: Forniment ta' appoġġ tekniku fis-settur agrikolu

    Is-settur(i) konċernat(i): L-agrikoltura

    Isem u indirizz ta' l-awtorità li tagħti l-għajnuna:

    Občina Šmarješke Toplice

    Šmarjeta 66

    SLO-8220 Šmarješke Toplice

    Indirizz elettroniku: http://www.uradni-list.si/1/ulonline.jsp?urlid=200791&dhid=91856

    Tagħrif ieħor: Il-miżura li tikkonċerna l-ħlas ta' primjums ta' l-assigurazzjoni biex jiġu assigurati l-għelejjel u l-frott tinkludi l-kundizzonijiet avversi tat-temp li ġejjin li jistgħu jiġu meqjusa bħala diżastri naturali: ġlata tar-Rebbiegħa, silġ, sajjetti, nirien ikkawżati mis-sajjetti, maltempati u għargħar.

    Ir-Regoli tal-muniċipalità jissodisfaw ir-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006 fir-rigward tal-miżuri adottati mill-muniċipalitajiet, u d-dispożizzjonijiet ġenerali applikabbli (proċeduri qabel tingħata l-għajnuna, l-akkumulu, it-trasparenza u s-sorveljanza ta' l-għajnuna)

    Firma tal-persuna inkarigata

    Bernardka KRNC

    Is-Sindku tal-muniċipalità ta' Šmarješke Toplice

    Numru XA: XA 321/07

    Stat Membru: Ir-Repubblika tas-Slovenja

    Reġjun: Il-muniċipalità ta' Šmartno pri Litiji

    Titolu ta' l-iskema ta' l-għajnuna u/jew l-isem tal-benefiċjarju: Podpora programom razvoja podeželja v občini Šmartno pri Litiji 2007–2013

    Il-bażi ġuridika: Pravilnik o dodeljevanju pomoči za ohranjanje in razvoj kmetijstva in podeželja v občini Šmartno pri Litiji za programsko obdobje 2007–2013

    Nefqa annwali ppjanata skond l-iskema jew ammont globali ta' l-għajnuna individwali mogħtija lill-kumpanija:

     

    2007: EUR 43 000

     

    2008: EUR 43 000

     

    2009: EUR 43 000

     

    2010: EUR 44 000

     

    2011: EUR 44 000

     

    2012: EUR 45 000

     

    2013: EUR 45 000

    Intensità massima ta' l-għajnuna:

    1.   Investiment f'azjendi agrikoli għall-produzzjoni primarja:

    sa 50 % ta' l-ispejjeż eliġibbli f'żoni anqas vantaġġati u sa 40 % ta' l-ispejjeż eliġibbli f'żoni oħra;

    sa 60 % ta' l-ispejjeż eliġibbli f'żoni anqas vantaġġati u sa 50 % ta' l-ispejjeż eliġibbli f'żoni oħra fejn l-investiment isir minn bdiewa żgħażagħ fi żmien ħames snin mill-istabbilment tagħhom.

    L-appoġġ jingħata għal investiment fir-restawrar tal-karatteristiċi tal-farm, għax-xiri ta' tagħmir għall-użu fil-produzzjoni agrikola, u għal investiment f'għelejjel permanenti, għat-titjib fl-artijiet tal-farm u għall-immaniġġjar tal-mergħat.

    2.   Konservazzjoni tal-bini tradizzjonali:

    għal karatteristiċi mhux produttivi sa 100 % ta' l-ispejjeż reali;

    għal assi produttivi tal-farms, sa 60 % ta' l-ispejjeż reali, jew 75 % f'żoni anqas vantaġġati, sakemm l-investiment ma jsarrafx fi kwalunkwe żieda fil-kapaċità tal-produzzjoni tal-farm;

    għajnuna addizzjonali tista' tingħata sa rata ta' 100 % biex tkopri spejjeż żejda minħabba użu ta' materjali tradizzjonali meħtieġa biex jinżammu l-karatteristiċi patrimonjali tal-bini.

    3.   Rilokazzjoni ta' bini agrikolu fl-interess pubbliku;

    sa 100 % ta' l-ispejjeż reali, fejn ir-rilokazzjoni sempliċiment tikkonsisti fil-ħatt, it-tneħħija u l-bini mill-ġdid tal-faċilitajiet eżistenti;

    meta r-rilokazzjoni twassal għal faċilitajiet aktar moderni li minnhom igawdi l-bidwi, huwa għandu jikkontribwixxi ta' l-anqas 50 % f'żoni inqas vantaġġati, u ta' l-anqas 60 % f'żoni oħra, taż-żieda fil-valur tal-faċilitajiet ikkonċernati wara r-rilokazzjoni. Jekk il-benefiċjarju jkun bidwi żagħżugħ, din il-kontribuzzjoni għandha tkun ta' l-anqas 55 % jew 45 % f'żoni anqas vantaġġati;

    meta r-rilokazzjoni twassal għal żieda fil-kapaċità produttiva, il-kontribuzzjoni mill-benefiċjarju għandha tkun ta' l-anqas 60 %, jew 50 % f'żoni inqas vantaġġati, ta' l-ispejjeż marbuta ma' din iż-żieda. Jekk il-benefiċjarju jkun bidwi żagħżugħ, din il-kontribuzzjoni għandha tkun ta' l-anqas 55 % jew 45 % f'żoni anqas vantaġġati.

    4.   Għajnuna għal-ħlasijiet ta' primjums ta' l-assigurazzjoni;

    id-differenza bejn l-ammont ta' kofinanzjament tal-primjums ta' l-assigurazzjoni mill-baġit nazzjonali sa 50 % ta' l-ispejjeż eliġibbli għall-primjums ta' l-assigurazzjoni biex jiġu assigurati l-għelejjel u l-frott u biex jiġu assigurati l-bhejjem kontra l-mard.

    5.   Għajnuna għat-tqassim ta' l-art mill-ġdid;

    sa 100 % ta' l-ispejjeż reali legali u amministrattivi.

    6.   Għajnuna għat-trawwim tal-produzzjoni ta' prodotti agrikoli ta' kwalità

    sa 100 % ta' l-ispejjeż reali fil-forma ta' servizzi ssussidjati; dan m'għandux jinvolvi ħlasijiet diretti ta' flus għall-produtturi.

    7.   Forniment ta' appoġġ tekniku fis-settur agrikolu.

    sa 100 % ta' l-ispejjeż għall-edukazzjoni u taħriġ tal-bdiewa, għas-servizzi ta' konsulenza u għall-organizzazzjoni ta' fora, kompetizzjonijiet, wirjiet, fieri, pubblikazzjonijiet, katalgi u websajts, u t-tixrid ta' l-għarfien xjentifiku. L-għajnuna għandha tingħata fil-forma ta' servizzi sussidjati u m'għandhiex tinvolvi ħlasijiet diretti ta' flus lill-produtturi

    Data ta' l-implimentazzjoni: Ottubru 2007 (l-għajnuna ma hijiex se tingħata sakemm is-sinteżi tiġi ppubblikata fuq il-websajt tal-Kummissjoni Ewropea)

    Tul ta' l-iskema jew għoti ta' l-għajnuna individwali: Sal-31 ta' Diċembru 2013

    L-għan ta' l-għajnuna:

    appoġġ lill-SMEs

    Referenza għall-Artikoli fir-Regolament (KE) Nru 1857/2006 u l-ispejjeż eliġibbli: Il-Kapitolu II ta' l-abbozz ta' Regoli dwar l-għoti ta' għajnuna għall-konservazzjoni u l-iżvilupp ta' l-agrikoltura u żoni rurali fil-muniċipalità ta' Šmartno pri Litiji għall-perjodu ta' pprogrammar 2007-13 jinkludi miżuri li jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat skond l-Artikoli li ġejjin mir-Regolament (KE) Nru 1857/2006 dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat għall-għajnuna mill-Istat għal impriżi żgħar u ta' daqs medju attivi fil-produzzjoni ta' prodotti agrikoli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001 (ĠU L 358, 16.12.2006, p. 3) (Traduzzjoni mhux uffiċjali):

    l-Artikolu 4: Investiment f'azjendi agrikoli;

    l-Artikolu 5: Konservazzjoni tal-pajżaġġi u l-bini tradizzjonali;

    l-Artikolu 6: Rilokazzjoni ta' bini agrikolu fl-interess pubbliku;

    l-Artikolu 12: Għajnuna għal-ħlasijiet ta' primjums ta' l-assigurazzjoni;

    l-Artikolu 13: Għajnuna għat-tqassim ta' l-art mill-ġdid;

    l-Artikolu 14: Għajnuna għat-trawwim tal-produzzjoni ta' prodotti agrikoli ta' kwalità;

    l-Artikolu 15: Forniment ta' appoġġ tekniku fis-settur agrikolu

    Is-settur(i) ekonomiku/ċi kkonċernat(i): L-agrikoltura.

    Isem u indirizz ta' l-awtorità li tagħti l-għajnuna:

    Občina Šmartno pri Litiji

    Tomazinova 2

    SLO-1275 Šmartno pri Litiji

    Indirizz elettroniku: http://www.uradni-list.si/1/ulonline.jsp?urlid=200789&dhid=91707

    Tagħrif ieħor: Il-miżura li tikkonċerna l-ħlas ta' primjums biex jiġu assigurati l-għelejjel u l-frott tinkludi l-kundizzonijiet avversi tat-temp li ġejjin li jistgħu jiġu meqjusa bħala diżastri naturali: ġlata tar-Rebbiegħa, silġ, sajjetti, nirien ikkawżati mis-sajjetti, maltempati u għargħar.

    Ir-Regoli tal-muniċipalità jissodisfaw ir-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006 fir-rigward tal-miżuri adottati mill-muniċipalitajiet, u d-dispożizzjonijiet ġenerali applikabbli (proċeduri qabel tingħata l-għajnuna, l-akkumulu, it-trasparenza u s-sorveljanza ta' l-għajnuna)

    Is-Sindku tal-muniċipalità ta' Šmartno pri Litiji

    Milan IZLAKAR

    Numru XA: XA 322/07

    Stat Membru: Ir-Repubblika tas-Slovenja

    Reġjun: Il-muniċipalità ta' Zavrč

    Titolu ta' l-iskema ta' l-għajnuna u/jew l-isem tal-benefiċjarju: Dodeljevanje državnih pomoči za programe razvoja podeželja v občini Zavrč

    Il-bażi ġuridika: Pravilnik o dodeljevanju državnih in drugih pomoči, ter ukrepov za programe razvoja podeželja v občini Zavrč

    Nefqa annwali ppjanata skond l-iskema jew ammont globali ta' l-għajnuna individwali mogħtija lill-kumpanija:

     

    2007: EUR 12 000

     

    2008: EUR 12 000

     

    2009: EUR 12 000

     

    2010: EUR 12 000

     

    2011: EUR 12 000

     

    2012: EUR 12 000

     

    2013: EUR 12 000

    Intensità massima ta' l-għajnuna:

    1.   Investiment f'azjendi agrikoli għall-produzzjoni primarja:

    sa 50 % ta' l-ispejjeż eliġibbli f'żoni anqas vantaġġati;

    sa 40 % ta' l-ispejjeż eliġibbli f'żoni oħra;

    sa 50 % ta' l-ispejjeż eliġibbli f'żoni oħra fil-każ ta' investimenti magħmula minn bdiewa żgħażagħ fi żmien ħames snin mill-istabbilment tagħhom.

    L-appoġġ jingħata għal investiment fir-restawrar tal-karatteristiċi tal-farm, għax-xiri ta' tagħmir għall-użu fil-produzzjoni agrikola, u għal investiment f'għelejjel permanenti, għat-titjib fl-artijiet tal-farm u għall-immaniġġjar tal-mergħat.

    2.   Konservazzjoni tal-bini tradizzjonali:

    għal investiment f'mezzi mhux produttivi sa 100 % ta' l-ispejjeż reali;

    għal investiment f'assi produttivi tal-farms, sa 60 % ta' l-ispejjeż reali, jew 75 % f'żoni anqas vantaġġati, sakemm l-investiment ma jsarrafx fi kwalunkwe żieda fil-kapaċità tal-produzzjoni tal-farm;

    tista' tingħata għajnuna addizzjonali sa rata ta' 100 % biex tkopri spejjeż żejda minħabba użu ta' materjali tradizzjonali meħtieġa biex jinżammu l-karatteristiċi patrimonjali tal-bini.

    3.   Għajnuna għat-tqassim ta' l-art mill-ġdid;

    sa 100 % ta' l-ispejjeż reali legali u amministrattivi;

    4.   Għajnuna għat-trawwim tal-produzzjoni ta' prodotti agrikoli ta' kwalità

    sa 100 % ta' l-ispejjeż eliġibbli għall-investiment f'żoni oħra; dan m'għandux jinvolvi ħlasijiet diretti ta' flus għall-produtturi;

    5.   Forniment ta' appoġġ tekniku fis-settur agrikolu.

    sa 100 % ta' l-ispejjeż għall-edukazzjoni u taħriġ tal-bdiewa, għas-servizzi ta' konsulenza,l-organizzazzjoni ta' fora, kompetizzjonijiet, wirjiet u fieri, pubblikazzjonijiet, katalgi u websajts, u l-ispejjeż tas-servizzi tas-sostituzzjoni tal-bidwi. L-għajnuna għandha tingħata fil-forma ta' servizzi sussidjati u m'għandhiex tinvolvi ħlasijiet diretti ta' flus lill-produtturi

    Data ta' l-implimentazzjoni: Ottubru 2007 (l-għajnuna ma hijiex se tingħata sakemm is-sinteżi tiġi ppubblikata fuq il-websajt tal-Kummissjoni Ewropea)

    Tul ta' l-iskema jew għoti ta' l-għajnuna individwali: Sal-31 ta' Diċembru 2013

    L-għan ta' l-għajnuna:

    Appoġġ lill-SMEs

    Referenza għall-Artikoli fir-Regolament (KE) Nru 1857/2006 u l-ispejjeż eliġibbli: Il-Kapitolu II ta' l-abbozz tar-Regoli dwar l-għoti ta' l-għajununa mill-Istat u għajnuna u miżuri oħra fl-ambitu ta' programmi ta' żvilupp rurali fil-muniċipalità ta' Zavrč jinkludi miżuri li jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat skond l-Artikoli li ġejjin mir-Regolament (KE) Nru 1857/2006 dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat għall-għajnuna mill-Istat għal impriżi żgħar u ta' daqs medju attivi fil-produzzjoni ta' prodotti agrikoli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001 (ĠU L 358, 16 ta' Diċembru 2006, p. 3); (Traduzzjoni mhux uffiċjali)

    l-Artikolu 4: Investiment f'azjendi agrikoli,

    l-Artikolu 5: Konservazzjoni tal-pajżaġġi u l-bini tradizzjonali;

    l-Artikolu 12: Għajnuna għal-ħlasijiet ta' primjums ta' l-assigurazzjoni;

    l-Artikolu 13: Għajnuna għat-tqassim ta' l-art mill-ġdid,

    l-Artikolu 14: Għajnuna għat-trawwim tal-produzzjoni ta' prodotti agrikoli ta' kwalità,

    l-Artikolu 15: Forniment ta' appoġġ tekniku fis-settur agrikolu

    Is-settur(i) ekonomiku/ċi kkonċernat(i): L-agrikoltura

    Isem u indirizz ta' l-awtorità li tagħti l-għajnuna:

    Občina Zavrč

    Zavrč 11

    SLO-2283 Zavrč

    Indirizz elettroniku: http://www.uradni-list.si/1/ulonline.jsp?urlid=200791&dhid=91857

    Tagħrif ieħor: Il-miżura għall-ħlas ta' primjums ta' l-assigurazzjoni biex jiġu assigurati l-għelejjel u l-frott tinkludi l-kundizzonijiet avversi tat-temp li ġejjin li jistgħu jiġu assimilati mad-diżastri naturali: ġlata tar-Rebbiegħa, silġ, sajjetti, nirien ikkawżati mis-sajjetti, maltempati u għargħar.

    Ir-Regoli tal-muniċipalità jissodisfaw ir-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006 fir-rigward tal-miżuri adottati mill-muniċipalitajiet, u d-dispożizzjonijiet ġenerali applikabbli (proċeduri qabel tingħata l-għajnuna, l-akkumulu, it-trasparenza u s-sorveljanza ta' l-għajnuna)

    Firma tal-persuna inkarigata:

    Is-Segretarju ta' l-Amministrazzjoni tal-Muniċipju

    Irena HORVAT–RIMELE

    Numru XA: XA 364/07

    Stat Membru: L-Irlanda

    Reġjun: L-Istat Membru kollu

    Titolu ta' l-iskema: Fallen Animals Scheme

    Bażi ġuridika: The Animal By-Products Regulation (EC) No 1774/2002 controls the collection, transport, storage, handling, processing and use or disposal of animal by-products in EU member states. Regulation (EC) No 999/2001 as amended provides for the testing of fallen cattle, sheep and goats. Statutory Instrument (EC) No 612/2006 provides for the application of both EU Regulations in Ireland

    Nefqa Annwali ppjanata taħt l-Iskema: EUR 25 miljun

    Intensità massima ta' l-għajnuna: 100 %

    Data ta' l-implimentazzjoni:

    Tul ta' żmien ta' l-Iskema:

    L-għan l-Għajnuna: Biex jiġu faċilitati l-eżamijiet ta' l-annimali mejta għat-TSE, biex jiġi żgurat li l-annimali mejta kollha jinġabru għar-rimi kif suppost, biex jiġi mminimizzat id-dfin liċenzjat ta' annimali. L-artikolu relevanti huwa l-Artikolu 16 Paragrafi (d) u (f) Appoġġ għas-settur tat-trobbija tal-bhejjem

    Setturi ekonomiċi kkonċernati: Settur tat-trobbija tal-bhejjem

    Awtorità li tikkonċedi: Department of Agriculture, Fisheries and Food Johnstown Castle Wexford

    Indirizz elettroniku: http://www.agriculture.gov.ie/index.jsp?file=animal_products/fallenanimalscheme/index.xml


    Top