This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52008PC0910
Proposal for a Decision of the European Parliament and of the Council granting a Community guarantee to the European Investment Bank against losses under loans and loan guarantees for projects outside the Community (2009/[•]/EC)
Proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill l-għotja ta’ garanzija Komunitarja lill-Bank Ewropew tal-Investiment kontra telf minn self u garanziji għal self għall-proġetti barra mill-Komunità (2009/[•]/KE)
Proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill l-għotja ta’ garanzija Komunitarja lill-Bank Ewropew tal-Investiment kontra telf minn self u garanziji għal self għall-proġetti barra mill-Komunità (2009/[•]/KE)
/* KUMM/2008/0910 finali - COD 2008/0268 */
Proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill l-għotja ta’ garanzija Komunitarja lill-Bank Ewropew tal-Investiment kontra telf minn self u garanziji għal self għall-proġetti barra mill-Komunità (2009/[•]/KE) /* KUMM/2008/0910 finali - COD 2008/0268 */
[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ | Brussel 14.1.2009 KUMM(2008) 910 finali 2008/0268 (COD) Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL l-għotja ta’ garanzija Komunitarja lill-Bank Ewropew tal-Investiment kontra telf minn self u garanziji għal self għall-proġetti barra mill-Komunità (2009/[•]/KE) (preżentata mill-Kummissjoni) MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI 1. IL-KUNTEST TAL-PROPOSTA | 110 | Ir-raġunijiet għall-proposta u l-għanijiet tagħha Din il-proposta għal Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tittratta t-tiġdid tal-garanzija tal-baġit Komunitarju lill-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) għall-operazzjonijiet ta’ finanzjament mir-riżorsi tiegħu stess f’diversi pajjiżi li mhumiex membri. Il-mandati preċedenti tal-BEI, jiġifieri l-mandat ġenerali ta’ self estern (id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/580/KE) u l-mandat separat għall-proġetti fir-Russja, fl-Ukrajna, fir-Repubblika tal-Moldova u fil-Belarus (id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/48/KE) skadew fl-2007. Fid-19 ta’ Diċembru 2006, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2006/1016/KE li tagħti garanzija Komunitarja lill-Bank Ewropew għall-Investiment kontra telf minn self u garanziji għal self għal proġetti barra mill-Komunità (ĠU L 414, 30.12.2006, p. 95). Id-Deċiżjoni kienet ibbażata fuq l-Artikolu 181a tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea. Il-Parlament Ewropew ressaq rikors għall-annullament tad-Deċiżjoni 2006/1016/KE tal-Kunsill quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej, minħabba li kien tal-fehma li din id-Deċiżjoni kellha tkun adottata fuq il-bażi tal-Artikoli 179 u 181a tat-Trattat tal-KE, minflok fuq l-Artikolu 181a biss. Il-Qorti tal-Ġustizzja tat is-sentenza tagħha fis-6 ta’ Novembru 2008 fil-kawża C-155/07 (il-Parlament vs il-Kunsill) li tat ġustizzja lill-Parlament u annullat id-Deċiżjoni 2006/1016/KE iżda żammet l-effetti tagħha għal 12-il xahar sabiex din tkun sostitwita minn Deċiżjoni adottata abbażi tal-bażi legali doppja (l-Artikoli 179 u 181a flimkien) skont proċedura ta’ kodeċiżjoni. L-għan ta’ din il-proposta huwa li tipprovdi lill-BEI b’garanzija Komunitarja li għandha l-istess karatteristiċi tal-garanzija pprovduta fid-Deċiżjoni annullata, u li tinkorpora l-garanzija li tinsab bħalissa fid-Deċiżjoni 2008/847/KE tal-Kunsill tal-4 ta’ Novembru 2008 dwar l-eliġibbiltà tal-pajjiżi tal-Ażja Ċentrali skont id-Deċiżjoni 2006/1016/KE li tagħti garanzija Komunitarja lill-Bank Ewropew għall-Investiment kontra telf minn self u garanziji għal self għal proġetti barra mill-Komunità (ĠU L 301, 12.11.2008, p. 13). | 120 | Il-kuntest ġenerali L-attivitajiet tal-BEI barra l-UE tradizzjonalment ammontaw għal madwar 10-15 % tal-attivitajiet totali tiegħu (EUR 6.4 biljuni fl-2007, li minnhom EUR 3.7 biljuni taħt il-garanzija Komunitarja). Ir-reġjuni prinċipali tal-attività kurrenti tiegħu huma l-pajjiżi ta’ qabel l-adeżjoni u l-pajjiżi Mediterranji, għalkemm jidħol ukoll għal operazzjonijiet sostanzjali fl-Ażja, fl-Amerika Latina u fl-Afrika t’Isfel, u qiegħed jespandi progressivament l-operazzjonijiet tiegħu fir-Russja, fil-Lvant tal-Ewropa u fil-Kawkasu.t’Isfel L-attivitajiet tal-BEI fil-pajjiżi tal-AKP jitwettqu taħt il-Ftehim ta’ Cotonou bir-riżorsi tal-Fond Ewropew tal-Iżvilupp jew bir-riżorsi tal-BEI b’garanzija mill-Istati Membri, u mhumiex koperti bil-proposta. Tradizzjonalment il-BEI jidħol għal operazzjonijiet barra mill-UE b’sostenn għall-politiki tar-relazzjonijiet esterni tal-UE bbażati fuq mandati formali mill-UE; mandati suċċessivi wessgħu l-ambitu ġeografiku tal-attività tal-BEI. L-operazzjonijiet ta’ finanzjament previsti f’Deċiżjonijiet ta’ dan it-tip huma rikonoxxuti mill-pajjiżi li mhumiex imsieħba fl-UE bħala sostenn viżibbli mill-UE. Barra minn hekk, il-garanzija Komunitarja ma tħallix li operazzjonijiet ta’ dan it-tip, li ta’ spiss ikollhom livell ferm ogħla ta’ riskju mill-operazzjoniet tal-BEI fl-UE, jaffettwaw l-istanding tal-kreditu tal-Bank, u tippermetti li l-BEI jżomm rati ta’ self attraenti barra mill-UE. L-aktar ċifri reċenti dwar l-operazzjonijiet tal-BEI taħt garanzija Komunitarja jistgħu jinstabu fir-Rapport mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-attivitajiet ta’ self u tislif tal-Komunitajiet Ewropej fl-2007 (COM(2008)590 finali) u fid-Dokument ta’ Ħidma tal-Personal tal-Kummissjoni anness miegħu (SEC(2008)2504). Rapport ieħor ta’ rilevanza huwa r-Rapport lill-awtorità baġitarja dwar il-garanziji koperti mill-baġit ġenerali – Is-Sitwazzjoni fil-31 ta’ Diċembru 2007 (COM(2008)451 finali) u d-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni anness miegħu (SEC(2008)2249). Qed issir referenza wkoll għar-Rapport COM (2006)323 u ż-żewġ Dokumenti ta’ Ħidma tal-Personal tal-Kummissjoni (SEC (2006)790 u SEC (2006)789) li ġew ippreżentati lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill b’rabta mal-proposta (COM (2006)324 finali) tal-Kummissjoni li wasslet għall-adozzjoni tad-Deċiżjoni annullata. L-operazzjonijiet tal-BEI f’pajjiżi terzi jirrappreżentaw fattur kruċjali għall-fondi baġitarji limitati tal-UE biex jiżdiedu l-effettività u l-viżibilità tal-azzjoni esterna tal-UE. Filwaqt li l-għajnuna baġitarja esterna tal-Komunità hija ffokata fuq il-pajjiżi bi dħul aktar baxx u s-sostenn għas-setturi soċjali, l-operazzjonijiet tal-BEI huma ta’ rilevanza partikolari f’pajjiżi ta’ dħul medju u fis-setturi infrastrutturali, finanzjarji u kummerċjali. Jekk jitqies li l-BEI oriġinarjament ġie stabbilit u strutturat finanzjarjament biex jopera fl-UE, il-mandati taħt il-kopertura tal-garanzija Komunitarja jirrappreżentaw l-għodod prinċipali li jippermettu lill-BEI jwettaq operazzjonijiet barra l-UE, billi jipprovdu s-sostenn politiku u finanzjarju neċessarju mill-Komunità għal pajjiżi u għal proġetti li normalment ma jidħlux fil-linji gwida u fil-kriterji standard tal-BEI. | 130 | Id-dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam tal-proposta Id-Deċiżjoni proposta għandha tkompli l-proviżjon ta’ garanzija Komunitarja għas-self estern tal-BEI, minflok iżda kompletament konformi mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/1016/KE annullata u mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/847/KE. | 140 | Il-konsistenza mal-politiki u mal-għanijiet l-oħra tal-Unjoni L-operazzjonijiet esterni tal-BEI, u speċjalment dawk li huma koperti mill-proposta kurrenti, se jikkomplementaw l-attivitajiet imwettqa taħt l-istrumenti ta’ għajnuna esterna, jiġifieri l-Istrument għal Qabel l-Adeżjoni, l-Istrument Ewropew għall-Viċinat u s-Sħubija, u l-Istrument tal-Kooperazzjoni għall-Iżvilupp u tal-Kooperazzjoni Ekonomika. L-operazzjonijiet tal-BEI se jsostnu b’mod sħiħ l-azzjoni esterna tal-UE, kif ġie ddeterminat fid-dokumenti ta’ politika differenti li jissemmew fl-att legali propost jew kif ġie stabbilit eventwalment f’dokumenti ta’ politika futura tal-UE. Il-konnessjoni bejn l-attività esterna tal-BEI u l-politiki tal-UE se tissaħħaħ permezz tal-kooperazzjoni msaħħa bejn il-Kummissjoni u l-BEI. Din se tibda b’assoċjazzjoni mtejba fil-proċess tal-ippjanar, speċjalment fil-kuntest tal-pjanijiet ta’ azzjoni jew tad-dokumenti ta’ qabel l-adeżjoni u tad-dokumenti ta’ strateġija tal-pajjiż jew dik reġjonali, u matul l-identifikazzjoni u l-implimentazzjoni ta’ proġetti qrib is-sors. It-tisħiħ tal-kooperazzjoni b’dan il-mod se jgħin biex jiġi żgurat li l-karattru mmexxi mill-politika tal-istrumenti l-ġodda tal-KE jkun rifless bl-istess mod fl-implimentazzjoni tal-mandat. Il-grad ta’ din il-kooperazzjoni se jimxi ’l quddiem fuq bażi ddifferenzjata reġjonalment, billi titqies l-importanza tal-BEI fir-reġjun imma wkoll l-ambitu għal konnessjoni mal-politiki tal-UE, fil-qafas ta’ qabel l-adezjoni, tal-viċinat, tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp u tal-kooperazzjoni ekonomika. Barra minn hekk, il-Kummissjoni tipprevedi konsultazzjoni bikrija fuq proġetti individwali. Operazzjoni ta’ Finanzjament tal-BEI mhux se tkun inkluża taħt il-kopertura tal-garanzija tal-Komunità fil-każ li l-Komunità tagħti opinjoni negattiva fuq operazzjoni bħal din fi ħdan il-qafas tal-proċedura stipulata fl-Artikolu 21 tal-Istatut tal-BEI. L-BEI għandu jħabrek biex itejjeb aktar il-koordinazzjoni u l-kooperazzjoni mal-Istituzzjonijiet Finanzjarji Internazzjonali, bħall-EBRD jew il-Bank Dinji, u ma’ istituzzjonijiet bilaterali Ewropej, fejn ikun rilevanti, fuq il-bażi ta’ Memoranda ta’ Ftehim li jkopru r-reġjuni differenti taħt il-mandat. Fil-qafas tal-mandat il-ġdid, se jiġu stabbiliti proċeduri ta’ rappurtaġġ imtejba biex jiġi żgurat li l-konsistenza mal-politiki esterna u mal-għanijiet tal-Unjoni, kif ukoll il-kooperazzjoni mal-IFIs l-oħra, ikunu mmonitorjati b’mod adegwat. Dawn il-proċeduri huma konformi ma’ dawk previsti skont id-Deċiżjoni 2006/1016/KE annullata. | 2. IL-KONSULTAZZJONI MAL-PARTIJIET INTERESSATI U L-ISTIMA TAL-IMPATT | Il-konsultazzjoni mal-partijiet interessati | 211 | Il-metodi ta’ konsultazzjoni, is-setturi prinċipali mmirati u l-profil ġenerali ta’ min jirrispondi L-BEI ġie kkonsultat. | 212 | Sommarju tar-risposti u kif tqiesu Il-fehmiet tal-BEI huma riflessi fil-proposta kurrenti. | Il-ġbir u l-użu tal-kompetenza | 221 | L-oqsma xjentifiċi/ta’ kompetenza kkonċernati Il-kompetenza finanzjarja u ekonomika. | 222 | Il-metodoloġija użata Mhux applikabbli. | 223 | L-organizzazzjonijiet/esperti prinċipali kkonsultati Il-BEI. | 2249 | Sommarju tal-parir li ngħata u li ntuża | 225 | Il-fehmiet tal-BEI huma riflessi fil-proposta kurrenti. | 226 | Il-mezzi użati biex il-parir espert isir pubblikament disponibbli Mhux applikabbli. | 230 | L-istima tal-impatt Il-pajjiżi terzi li se jkunu koperti minn operazzjonijiet tal-BEI taħt il-garanzija Komunitarja ġeneralment għandhom profil ta’ riskju akbar minn pajjiżi tal-UE, prinċipalment minħabba l-instabbiltà makroekonomika, finanzjarja u/jew politika, kif riflessa fir-rati tal-kreditu esterni ta’ pajjiżi ta’ dan it-tip. Il-BEI jopera fuq prinċipji bankarji sodi u l-istatut tiegħu huwa restrittiv f’termini tar-riskji li jista’ jieħu. Għalhekk, mingħajr garanzija mill-Komunità li tkopri riskji politiċi u sovrani, il-BEI normalment jista’ jassumi r-riskji rilevanti f’pajjiżi ta’ grad ta’ investiment biss. Garanzija Komunitarja għal proġetti barra l-UE tipprovdi lill-BEI bis-sigurtà meħtieġa biex tippermettilu jiffinanzja proġetti li jikkontribbwixxu għall-politiki tar-relazzjonijiet esterni tal-Komunità mingħajr ma tiġi affettwata r-rata ta’ kreditu AAA tal-BEI. Għażla alternattiva li ġiet eżaminata fil-qafas tal-proposta li wasslet għall-adozzjoni tad-Deċiżjoni 2006/1016/KE annullata kienet li ma tiġix ipprovduta garanzija Komunitarja. Madanakollu, dan kien se jwassal għal nuqqas ta’ dħul fil-BEI jew l-irtirar minnu minn numru ta’ pajjiżi u żjieda fl-ispejjeż tal-finanzjament għal proġetti li jinsabu f’pajjiżi oħra. Dan kien meqjus bħala politikament mhux mixtieq, meta jitqies il-bżonn li jkun hemm intervent bilanċjat tal-UE fid-diversi pajjiżi fir-reġjuni differenti. Barra minn hekk, iż-żjieda fl-ispejjeż tal-finanzjament għall-promoturi tal-proġetti f’pajjiżi aċċettabbli kienet se tagħmel l-operazzjonijiet tal-BEI inqas attraenti, biex b’hekk tnaqqas is-saħħa tal-BEI li timponi kondizzjonijiet tal-politika tal-UE (eż. akkwist, ambjent, eċċ). L-istess raġunament għandu japplika wkoll jekk il-Komunità kellha tiċċarġja l-garanzija lill-BEI, għaliex dan ukoll fl-aħħar nett għandu jżid l-ispiża għall-promoturi. B’mod konformi preċiżament mad-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni annullata, il-proposta kurrenti tistabbilixxi bilanċ proporzjonat bejn il-bżonn li l-BEI jitħallielu l-libertà operattiva biex isegwi attivitajiet ta’ finanzjament skont il-modalitajiet tiegħu, filwaqt li jiġu sostnuti l-politiki ta’ relazzjonijiet esterni tal-UE, u jiġi żgurat li l-garanzija Komunitarja tkun limitata, kemm f’termini ta’ espożizzjoni għar-riskju u kemm fin-natura tal-proġetti li se tkopri. Barra minn hekk, l-involviment tal-Kummissjoni bħala responsabbli għall-garanzija Komunitarja jiżgura sostenn politiku b’saħħtu għall-finanzjament ipprovdut mill-BEI. Effett prinċipali ta’ sostenn ta’ dan it-tip huwa li tiżdied b’mod sinifikanti l-probabbiltà ta’ rkupru ta’ ammonti mhux imħallsa minħabba l-pressjoni konġunta eżerċitata mill-BEI u mill-Kummissjoni fuq min jissellef u ma jħallasx. Dan jidher mill-fatt li l-uniċi każijiet fejn il-BEI rrikorra għall-garanzija fil-passat (l-ex-Jugoslavja u l-Arġentina) eventwalment kienu mħallsa lura. | 3. L-ELEMENTI LEGALI TAL-PROPOSTA | 305 | Sommarju tal-azzjoni proposta L-azzjoni se tipprovdi garanzija lill-BEI għall-operazzjonijiet barra l-UE, sa ċerti limiti massimi stabbiliti fil-proposta li tkopri operazzjonijiet iffirmati matul il-perjodu 2007-2013. Fl-2010 se titwettaq reviżjoni ta’ nofs it-terminu tal-mandat, li se tippermetti, fejn ikun neċessarju, l-iffokar mill-ġdid fuq il-prijoritajiet fuq rilaxx possibbli tal-mandat fakultattiv, hekk kif stabbilit fil-bażi legali. | 310 | Il-bażi legali Il-proposta leġiżlattiva se tkun ibbażata fuq l-Artikoli 179 u 181a tat-Trattat skont is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja. | 329 | Il-prinċipju tas-sussidjarjetà Il-proposta taqa’ taħt il-kompetenza esklużiva tal-Komunità. Il-prinċipju tas-sussidjarjetà għalhekk ma japplikax. | Il-prinċipju tal-proporzjonalità Il-proposta tikkonforma mal-prinċipju tal-proporzjonalità għar-raġunijiet li ġejjin: | 331 | L-operazzjonijiet ta’ finanzjament tal-BEI se jkomplu jiġu ġestiti skont ir-regoli u l-proċeduri tal-BEI stess. Il-garanzija Komunitarja tat prova li hija mezz effiċjenti u rħis sabiex ikunu koperti r-riskji politiċi u sovrani relatati mal-operazzjonijiet esterni tal-BEI. Sa mill-1994, ġie stabbilit Fond ta’ Garanzija Komunitarja għal Azzjoni Esterna biex jipprovdi riżerva ta’ likwidità għall-baġit Komunitarju kontra nuqqasijiet ta’ ħlas fuq operazzjonijiet iggarantiti. It-tiġdid ta’ garanzija Komunitarja jippermetti li l-prattika eżistenti effiċjenti u ekonomikament b’saħħitha tkompli. Il-Kummissjoni u l-BEI se jiffirmaw ftehim fuq id-dispożizzjonijiet u l-proċeduri għall-għoti tal-garanzija Komunitarja. Sabiex jarmonizza l-preparazzjoni u l-valutazzjoni tal-proġetti, fejn ikun rilevanti, l-BEI se jtejjeb aktar il-koordinazzjoni u l-kooperazzjoni mal-IFIs l-oħra u ma’ istituzzjonijiet bilaterali Ewropej. | L-għażla tal-istrumenti | 341 | L-istrumenti proposti: oħra. | 342 | Mezzi oħra ma jkunux xierqa għar-raġunijiet li ġejjin: Hija meħtieġa Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill biex tkun stabbilita garanzija fuq il-livell Komunitarju. | 4. L-IMPLIKAZZJONI BAġITARJA | 401 | Il-prospett finanzjarju inkluż fil-proposta leġiżlattiva tiġbor fil-qosor l-implikazzjonijiet baġitarji rilevanti. Dawn l-implikazzjonijiet ġejjin mill-bżonn li jitwarrbu dispożizzjonijiet għall-garanzija Komunitarja fil-Fond ta’ Garanzija għall-Azzjoni Esterna matul il-perjodu tal-Perspettivi Finanzjarji 2007-2013. | 5. L-INFORMAZZJONI ADDIZZJONALI | 520 | Revoka tal-leġiżlazzjoni eżistenti L-adozzjoni tal-proposta twassal għar-revoka tal-leġiżlazzjoni eżistenti. | Klawżola ta’ eżami/reviżjoni/ta’ tmiem awtomatiku wara l-għeluq tal-perjodu ffissat | 531 | Il-proposta tinkludi klawżola ta’ eżami. | 532 | Il-proposta tinkludi klawżola ta’ reviżjoni. | 533 | Il-proposta tinkludi klawżola ta’ tmiem awtomatiku wara l-għeluq tal-perjodu ffissat. | 570 | Spjegazzjoni dettaljata tal-proposta L-Artikolu 1 isemmi li l-garanzija Komunitarja se tkopri l-Operazzjonijiet ta’ Finanzjament tal-BEI sa ammont globali ta’ EUR 27 800 miljun, inkluż mandat fakultattiv ta’ EUR 2 000 miljun, matul il-perjodu 2007-2013. Il-garanzija għandha tkun ristretta għal 65% tal-ammonti aggregati ta’ krediti minfuqa u ta’ garanziji li huma pprovduti taħt l-Operazzjonijiet ta’ Finanzjament tal-BEI, nieqes l-ammonti li għalihom saret rifużjoni, flimkien mal-ammonti kollha relatati. Il-limitu massimu ġenerali għandu jinqasam skont ir-reġjun bil-limiti massimi reġjonali li jorbtu li ġejjin: a) Il-pajjiżi ta’ qabel l-adeżjoni: EUR 8 700 miljun b) Il-pajjiżi tal-Viċinat u tas-Sħubija: EUR 12 400 miljun. Dan jinqasam f’żewġ sottolimiti massimi indikattivi, jiġifieri l-pajjiżi Mediterranji: EUR 8 700 miljun, u l-Ewropa tal-Lvant, il-Kawkasu t’Isfel u r-Russja: EUR 3 700 miljun. c) L-Ażja u l-Amerika Latina: EUR 3 800 miljun, maqsuma f’żewġ sottolimiti massimi indikattivi, jiġifieri l-Amerika Latina: EUR 2 800 miljun, l-Ażja (inkluż l-Ażja Ċentrali): EUR 1 000 miljun. d) Ir-Repubblika tal-Afrika t’Isfel: EUR 900 miljun. e) Mandat Fakultattiv: EUR 2 000 miljun. L-Artikolu 2 jittratta l-lista ta’ pajjiżi kkonċernati mill-att legali u l-eliġibilità tagħhom. Il-lista dettaljata tal-pajjiżi konċernati hija pprovduta fl-Anness 1 tad-Deċiżjoni proposta. L-Artikolu 3 jagħti d-dettalji dwar ir-rekwiżiti li jirrelataw mal-konnessjoni bejn l-attivitajiet esterni tal-BEI u l-politika tal-UE, permezz ta’ kooperazzjoni msaħħa bejn il-Kummissjoni u l-BEI u rappurtaġġ imtejjeb. Barra minn hekk, Operazzjoni ta’ Finanzjament tal-BEI mhux se tkun inkluża taħt il-kopertura tal-garanzija tal-Komunità fil-każ li l-Kummissjoni tagħti opinjoni negattiva fuq operazzjoni bħal din fi ħdan il-qafas tal-proċedura stipulata fl-Artikolu 21 tal-Istatut tal-BEI. L-Artikolu 4 jagħti d-dettalji tal-modalitajiet tal-kooperazzjoni mtejba mal-IFIs l-oħra. L-Artikolu 5 jikkjarifika n-natura tal-garanzija Komunitarja li se tkopri r-riskji ta’ natura politika jew ta’ natura sovrana għall-operazzjonijiet ta’ finanzjament li daħal għalihom il-BEI. L-Artikolu 6 jinkludi rekwiżiti mtejba ta’ rappurtaġġ u informazzjoni ta’ kontabilità kemm għall-BEI kif ukoll għall-Kummissjoni u jagħmel referenza għal ftehim li għandu jiġi konkluż bejn il-Kummissjoni u l-BEI li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet u l-proċeduri dettaljati. L-Artikolu 7 jispeċifika r-responsabbiltà tal-BEI li jsegwi talbiet għall-irkupru possibbli f’isem il-Kummissjoni. L-Artikolu 8 isemmi li d-dispożizzjonijiet u l-proċeduri ddettaljati li jirrelataw mal-garanzija Komunitarja għandhom jiġu stabbiliti fi ftehim ta’ garanzija bejn il-Kummissjoni u l-BEI. L-Artikolu 9 jsemmi li l-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport ta’ nofs it-terminu dwar l-applikazzjoni tad-Deċiżjoni proposta sat-30 ta’ Ġunju 2010, akkumpanjat, kif xieraq, minn proposta għall-emendar tiegħu, li tirreferi għal evalwazzjoni esterna li t-termini ta' referenza tagħha huma speċifikati fl-Anness II tad-Deċiżjoni proposta. L-Artikolu 10 jistipula l-kopertura skont id-Deċiżjoni proposta tal-Operazzjonijiet ta' Finanzjament tal-BEI ffirmati skont id-Deċiżjoni annullata. B’konformità mas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, il-garanzija Komunitarja għandha tibqa’ fis-seħħ intatta għalihom, minkejja l-annullament tad-Deċiżjoni 2006/1016/KE tal-Kunsill. It-taqsima tal-‘Premessi’ tinkludi, fost l-oħrajn, l-isfond politiku għall-proposta u l-ambitu ddettaljat tal-operazzjonijiet tal-BEI fir-reġjuni differenti. | E-13218 | (Memorandum ta’ spjegazzjoni validat – 13 218 karattru – konformi man-norma tad-DĠT.) | 2008/0268 (COD) Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL ta’ [•] l-għotja ta’ garanzija Komunitarja lill-Bank Ewropew tal-Investiment kontra telf minn self u garanziji għal self għall-proġetti barra mill-Komunità (2009/[•]/KE) IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 179 u181a tiegħu, Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni, Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat, Billi: (1) Il-Bank Ewropew tal-Investiment (il-“BEI”) sa mill-1963 daħal għal operazzjonijiet barra l-Komunità Ewropea (il-'Komunità') b’appoġġ għall-politiki esterni tal-Komunità. (2) Il-parti l-kbira minn dawn l-operazzjonijiet twettqu fuq it-talba tal-Kunsill u bbenefikaw minn garanzija baġitarja tal-Komunità li ġiet amministrata mill-Kummissjoni. B’mod mill-iktar reċenti, għall-perjodu 2000-2007, il-garanzija Komunitarja ġiet stabbilita fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/580/KE tat-23 ta’ Ġunju 2008 li tagħti garanzija Komunitarja lill-Bank Ewropew tal-Investiment kontra t-telf minn self għal proġetti barra l-Komunità (il-pajjiżi ġirien tax-Xlokk, il-pajjiżi Mediterranji, l-Amerika Latina u l-Ażja u r-Repubblika tal-Afrika ta’ Isfel)[1] u b’Deċiżjonijiet 2001/777/KE[2] u 2005/48/KE[3] għal azzjonijiet ta’ self speċifiċi fuq livell reġjonali. (3) Bil-ħsieb li jsostni l-azzjoni esterna tal-Komunità mingħajr ma jaffettwa l-istanding tal-kreditu tal-BEI, il-Kunsill jixtieq ikompli jitlob lill-BEI biex iwettaq operazzjonijiet barra mill-Komunità u joffri lill-Bank garanzija baġitarja tal-Komunità għal operazzjonijiet ta’ dan it-tip. Filwaqt li jinkoraġġixxi lill-BEI biex iżid l-operazzjonijiet tiegħu mingħajr ma jirrikorri għall-garanzija Komunitarja, b’mod partikolari fil-pajjiżi ta’ Qabel l-Adeżjoni u fil-pajjiżi Mediterranji kif ukoll f’pajjiżi ta’ grad ta’ investiment f’reġjuni oħra, il-Kunsill jixtieq jikkjarifika n-natura tal-kopertura tal-garanzija Komunitarja bħala li tkopri ċerti riskji ta’ natura politika jew sovrana. (4) Il-garanzija Komunitarja għandha tkopri telf minn self jew garanziji ta’ self għall-proġetti ta’ investimenti eliġibbli tal-BEI li twettqu fil-pajjiżi koperti mill-Istrument għall-Għajnuna ta’ Qabel l-Adeżjoni[4] (l-‘IPA’), l-Istrument Ewropew għall-Viċinat u s-Sħubija[5] (l-‘ENPI’) u l-Istrument tal-Kooperazzjoni għall-Iżvilupp[6] (id-‘DCI’), fejn il-finanzjament jew garanzija ta’ self ingħata skont ftehim iffirmat li la skada u lanqas ġie kkanċellat (‘Operazzjonijiet ta’ Finanzjament tal-BEI’). (5) L-ammonti koperti mill-garanzija tal-Komunità skont din id-Deċiżjoni għandhom jirrappreżentaw l-ogħla limiti għall-finanzjament mill-BEI skont il-garanzija tal-Komunità. Ma għandhomx jiffurmaw miri li l-BEI għandu jissodisfa bilfors. (6) Il-politiki tar-relazzjonijiet esterni tal-Komunità ġew riveduti u mwessa’ fl-aħħar snin. Dan kien speċjalment il-każ għall-Istrateġija ta’ Qabel l-Adeżjoni għall-Politika tal-Viċinat Ewropew, għall-isħubiji l-ġodda mal-Amerika Latina u max-Xlokk tal-Ażja kif ukoll għas-Sħubija Strateġika tal-UE mar-Russja, mal-Ażja Ċentrali, maċ-Ċina u mal-Indja. (7) Ir-relazzjonijiet esterni tal-Komunità ġew sostnuti wkoll mill-istrumenti finanzjarji ġodda mill-2007, jiġifieri, l-IPA, l-ENPI, id-DCI u mill-Istrument għall-Istabbiltà [7]. (8) L-Operazzjonijiet ta’ Finanzjament tal-BEI għandhom ikunu konsistenti ma’ u għandhom isostnu l-politiki esterni tal-Komunità inklużi l-għanijiet reġjonali speċifiċi. Billi jassigura koerenza ġenerali mal-azzjonijiet tal-Komunità, il-finanzjament tal-BEI għandu jkun kumplimentari għal politiki, programmi u strumenti ta’ assistenza Komunitarja korrespondenti fir-reġjuni differenti. Barra minn hekk, il-protezzjoni tal-ambjent u s-sigurtà tal-enerġija tal-Istati Membri għandhom jifformaw parti mill-miri ta’ finanzjament tal-BEI fir-reġjuni eleġibbli kollha. L-Operazzjonijiet ta’ Finanzjament tal-BEI għandhom isiru f’pajjiżi li jikkonformaw ma’ kondizzjonijiet xierqa li huma konsistenti ma’ ftehimiet ta’ livell għoli tal-Komunità dwar aspetti politiċi u makroekonomiċi. (9) Id-djalogu politiku bejn il-Kummissjoni u l-BEI, kif ukoll l-ippjanar strateġiku u l-koerenza bejn il-BEI u l-finanzjament tal-Kummissjoni għandhom jissaħħew. Il-konnessjoni bejn l-attivitajiet tal-BEI barra mill-Komunità u l-politika tal-Komunità għandha tissaħħaħ permezz ta’ kooperazzjoni mtejba bejn il-BEI u l-Kummissjoni fuq livell ċentrali kif ukoll fuq livell lokali. Koordinazzjoni msaħħa għandha tkopri, inter alia, konsultazzjoni bikrija fir-rigward ta’ kwistjonijiet ta’ politika, preparazzjoni ta’ dokumenti ta’ importanza reċiproka u l-pjanijiet għall-proġetti. Se tkun ta’ importanza partikolari l-konsultazzjoni bikrija dwar id-dokumenti ta’ programmazzjoni strateġika ppreparati mill-Kummissjoni, kif ukoll dwar id-dokumenti komparabbli tal-BEI, biex jiġu massimizzati s-sinerġiji bejn l-attivitajiet tal-BEI u tal-Kummissjoni u jitkejjel progress lejn li jkunu sodisfatti l-għanijiet tal-politiki rilevanti tal-Komunità. (10) Fir-rigward tal-pajjiżi ta’ Qabel l-Adeżjoni, il-finanzjament tal-BEI f’dawk il-pajjiżi għandu jirrifletti l-prijoritajiet li ġew stabbiliti fis-Sħubijiet tal-Adeżjoni u dawk Ewropej, fil-ftehimiet ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni u fin-negozjati mal-Komunità. L-attenzjoni ffokata fuq l-azzjoni tal-Komunità fil-Balkani tal-Punent għandha tkompli taqleb progressivament minn sostenn għal rikostruzzjoni għal sostenn ta’ qabel l-adeżjoni. F’dan il-kuntest, l-attività tal-BEI għandha, barra minn hekk, tfittex ukoll li tinkoraġġixxi l-aspett tal-bini tal-istituzzjonijiet, fejn ikun rilevanti, f’kooperazzjoni mal-Istituzzjonijiet Finanzjarji Internazzjonali l-oħra (‘IFIs’) li huma attivi fir-reġjun. Matul il-perjodu 2007-2013, il-finanzjament lill-pajjiżi kandidati (il-Kroazja, it-Turkija u l-ex-Repubblika Jugożlava tal-Maċedonja) għandu jsir dejjem aktar taħt il-Faċilità ta’ Qabel l-Adeżjoni li saret disponibbli mill-BEI, li għandha tiġi estiża maż-żmien biex tkopri l-pajjiżi kandidati potenzjali fil-Balkani tal-Punent skont il-progress tal-proċess ta’ adeżjoni tagħhom. (11) Taħt il-mandat tal-Viċinat Ewropew, il-BEI għandu jkompli u jikkonsolida l-operazzjonijiet tiegħu fir-reġjun tal-Mediterran, iżid il-fokus tiegħu fuq l-iżvilupp tas-settur privat. F’dan ir-rigward, hemm bżonn ta’ kooperazzjoni minn pajjiżi sħab biex ikun iffaċilitat l-iżvilupp tas-settur privat u t-tħeġġiġ ta’ riforma strutturali, b’mod partikolari riforma fis-settur finanzjarju, kif ukoll miżuri oħrajn biex jiffaċilitaw l-attivitajiet tal-BEI, b’mod partikolari biex ikun żgurat li l-BEI jkun jista’ joħroġ bonds fis-swieq lokali. Fir-rigward tal-Ewropa tal-Lvant, tal-Kawkasu t’Isfel u tar-Russja, il-BEI għandu jtejjeb l-attivitajiet tiegħu fil-pajjiżi kkonċernati b’mod konformi mal-kondizzjonalità xierqa li hija konsistenti ma’ ftehimiet ta’ livell għoli tal-Komunità mal-pajjiż ikkonċernat dwar aspetti politiċi u makroekonomiċi. F’dan ir-reġjun, il-BEI għandu jiffinanzja proġetti ta’ interess sinifikanti għall-Komunità fl-infrastruttura tat-trasport, tal-enerġija, tal-mezzi ta’ telekomunikazzjoni u tal-ambjent. Għandha tingħata prijorità lil proġetti fuq l-assi prijoritarja tan-Netwerk Trans-Ewropew, proġetti b’implikazzjonijiet transkonfinali għal Stat Membru wieħed jew aktar u proġetti prinċipali li jiffavorixxu l-integrazzjoni reġjonali permezz ta’ konnettività akbar. Fis-settur tal-enerġija, proġetti strateġiċi għall-provvista tal-enerġija u għat-transport tal-enerġija huma ta’ importanza partikolari. L-operazzjonijiet tal-BEI f’dan ir-reġjun għandhom jitwettqu f’kooperazzjoni mill-qrib mal-Bank Ewropew għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp (‘l-EBRD’), li t-termini tagħha għandhom jiġu stabbiliti f’Memorandum ta’ Ftehim bejn tliet partijiet bejn il-Kummissjoni, il-BEI u l-EBRD. (12) Il-finanzjament tal-BEI fil-pajjiżi Ażjatiċi u tal-Amerika Latina se jkun progressivament allinjat mal-istrateġija ta’ kooperazzjoni tal-UE f’dawn ir-reġjuni u se jkun komplementari għall-istrumenti ffinanzjati minn riżorsi baġitarji tal-Komunità. Il-BEI għandu jagħmel ħiltu biex jespandi progressivament l-attivitajiet tiegħu fuq numru akbar ta’ pajjiżi f’dawn ir-reġjuni, inkluż fil-pajjiżi l-inqas prosperużi. B’appoġġ għall-miri tal-Komunità, il-finanzjament tal-BEI fil-pajjiżi Ażjatiċi u tal-Amerika Latina għandu jiffoka fuq is-sostennibbiltà ambjentali (inkluż it-taffija tal-bidla fil-klima) u fuq proġetti tas-sigurtà tal-enerġija, kif ukoll fuq appoġġ kontinwu għall-preżenza tal-UE fl-Ażja u fl-Amerika Latina permezz ta’ Investiment Barrani Dirett, u t-trasferiment ta’ teknoloġija u għarfien. Wara li jikkunsidra l-effiċjenza fl-infiq, il-BEI għandu jkun jista’ jaħdem direttament ukoll ma’ kumpaniji lokali, b’mod partikolari fil-qasam tas-sostennibbiltà ambjentali u s-sigurtà fl-enerġija. Ir-reviżjoni ta’ nofs it-terminu sejra teżamina mill-ġdid il-miri tal-finanzjament tal-BEI fl-Ażja u fl-Amerika Latina. (13) Fl-Ażja Ċentrali, il-BEI għandu jiffoka fuq proġetti kbar tal-provvista tal-enerġija u tat-trasport tal-enerġija li jaqdu wkoll l-interessi tal-enerġija tal-Komunità u li huma konsistenti ma’ u li jappoġġjaw il-miri tal-politika tal-Komunità tad-diversifikazzjoni tas-sorsi tal-enerġija u r-rekwiżiti ta’ Kyoto, u tat-titjib tal-protezzjoni ambjentali. Il-finanzjament tal-BEI fl-Ażja Ċentrali għandu jitwettaq f’kooperazzjoni mill-qrib mal-EBRD, b’mod partikolari skont it-termini stabbiliti fil-Memorandum ta’ Ftehim Tripartitiku bejn il-Kummissjoni, il-BEI u l-EBRD. (14) Biex ikunu kkomplementati l-attivitajiet tal-BEI taħt il-Ftehim ta’ Cotonou għall-pajjiżi tal-AKP, fl-Afrika t’ Isfel, l-BEI għandu jiffoka fuq proġetti infrastrutturali ta’ interess pubbliku (inklużi infrastruttura muniċipali, provvista tal-enerġija u tal-ilma) u fuq is-sostenn tas-settur privat, inklużi l-SMEs. L-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet dwar il-kooperazzjoni ekonomika taħt il-Ftehim ta’ Kooperazzjoni Kummerċjali u għall-Iżvilupp bejn l-UE u l-Afrika t’Isfel se tippromwovi aktar l-attivitajiet tal-BEI f’dan ir-reġjun. (15) Bil-għan li titjieb il-koerenza tal-appoġġ ġenerali tal-Komunità fir-reġjuni kkonċernati, għandhom jiġu esplorati opportunitajiet biex jiġi kkombinat il-finanzjament tal-BEI mar-riżorsi baġitarji tal-Komunità bix-xieraq, fil-forma ta’ sostenn għall-għotjiet, ta’ kapital ta’ riskju u ta’ sussidju għar-rati tal-interess flimkien ma’ għajnuna teknika għall-preparazzjoni, għall-implimentazzjoni jew għat-titjib tal-proġetti tal-qafas legali u regolatorju, permezz tal-IPA, l-ENPI, l-Istrumenti għall-Istabbilità u, għall-Afrika ta’ Isfel, id-DCI. (16) Il-BEI diġà jikkoopera mill-qrib mal-IFIs u ma’ istituzzjonijiet bilaterali Ewropej. Din il-kooperazzjoni hija ggwidata minn Memoranda ta’ Ftehim speċifiċi għar-reġjuni li għandhom jiġu approvati mill-korpi regolatorji tal-BEI. Fl-operazzjonijiet ta’ finanzjament tiegħu barra l-Komunità li jaqgħu taħt l-ambitu ta’ din id-Deċiżjoni, il-BEI għandu jagħmel ħiltu biex itejjeb aktar il-koordinament u l-kooperazzjoni mal-IFIs u mal-istituzzjonijiet bilaterali Ewropej fejn ikun rilevanti inkluż, fejn xieraq, kooperazzjoni fuq il-kundizzjonalità tas-settur, użu akbar tal-kofinanzjament u parteċipazzjoni ma’ IFIs oħrajn f’inizjattivi globali, bħalma huma dawk li jippromwovu l-koordinament tal-għajnuna u l-effiċjenza. (17) Ir-rappurtaġġ mill-BEI u mill-Kummissjoni dwar l-Operazzjonijijet ta’ Finanzjament tal-BEI għandu jissaħħaħ. Fuq il-bażi tal-informazzjoni li tasal mingħand il-BEI, il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-Operazzjonijiet ta’ Finanzjament tal-BEI mwettqa taħt din id-Deċiżjoni. Ir-rapport għandu, b’mod partikolari, jinkludi taqsima fuq il-valur miżjud b’mod konformi mal-politiki tal-Komunità, u taqsima dwar il-kooperazzjoni mal-Kummissjoni, IFIs oħrajn u donaturi bilaterali, inkluż dwar il-kofinanzjament. (18) Il-garanzija tal-Komunità stabbilita b’din id-Deċiżjoni għandha tkopri Operazzjonijiet ta’ Finanzjament tal-BEI ffirmati matul perjodu li jibda nhar l-1 ta’ Frar 2007 u li jintemm fil-31 ta’ Diċembru 2013. Sabiex ikunu kapaċi jwieżnu l-iżviluppi matul l-ewwel nofs ta’ dak il-perjodu, il-BEI u l-Kummissjoni għandhom jippreparaw reviżjoni ta’ nofs it-terminu ta’ din id-Deċiżjoni. Din ir-reviżjoni għandha tinkludi b’mod partikolari evalwazzjoni esterna li t-termini ta’ referenza tagħha huma speċifikati fl-Anness II. (19) L-Operazzjonijiet ta’ Finanzjament tal-BEI għandhom ikomplu jiġu ġestiti skont ir-regoli u l-proċeduri tal-BEI stess, inklużi l-miżuri ta’ kontroll xierqa, kif ukoll permezz tar-regoli u tal-proċeduri rilevanti li jikkonċernaw il-Qorti tal-Awdituri u l-OLAF. (20) Il-Fond ta’ Garanzija għal Azzjoni Esterna (il-‘Fond ta’ Garanzija’), li ġie stabbilit mir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2728/94 tal-31 ta’ Ottubru 1994 għandu jkompli jipprovdi riserva ta’ likwidità għall-baġit Komunitarju kontra t-telf fuq Operazzjonijiet ta’ Finanzjament tal-BEI[8]. (21) Il-BEI għandu jħejji, f’konsultazzjoni mal-Kummissjoni, programm multiannwali indikattiv tal-ammont ta’ firem tal-Operazzjonijiet ta’ Finanzjament tal-BEI sabiex jiġi żgurat ippjanar baġitarju xieraq għall-proviżjon tal-Fond ta’ Garanzija. Il-Kummissjoni għandha tqis dan il-pjan fil-programmazzjoni tal-baġit regolari tagħha trażmess lill-awtorità baġitarja. (22) Bis-sentenza tagħha tas-6 ta’ Novembru fil-każ C-155/07 (il-Parlament vs il-Kunsill), il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej annullat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/1016/KE tad-19 ta’ Diċembru 2006 li tagħti garanzija Komunitarja lill-Bank Ewropew tal-Investiment kontra telf minn self u garanziji għal self għal proġetti barra mill-Komunità[9]. Id-Deċiżjoni 2006/1016/KEkienet ġiet estiża għal ħames pajjiżi tal-Ażja ċentrali (jiġifieri l-Każakistan, il-Kirgistan, it-Taġikistan, it-Turkmenistan u l-Użbekistan) mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/847/KE tal-4 ta' Novembru 2008 dwar l-eliġibilità tal-pajjiżi tal-Ażja Ċentrali skont id-Deċiżjoni 2006/1016/KE li tagħti garanzija Komunitarja lill-Bank Ewropew tal-Investiment kontra telf minn self u garanziji għal self għal proġetti barra mill-Komunità[10]. (23) Madankollu, il-Qorti ordnat li l-effetti tad-Deċiżjoni 2006/1016/KE jinżammu għall-arranġamenti ta’ finanzjament li jkun sar impenn fuqhom qabel id-dħul fis-seħħ, fi ħdan perjodu ta’ 12-il xahar mid-data tal-ħruġ tal-imsemmija sentenza, ta’ deċiżjoni ġdida adottata fuq il-bażi legali x-xierqa, jiġifieri l-Artikoli 179 KE u 181a KE flimkien. (24) Għaldaqstant għandha tiġi adottata Deċiżjoni ġdida tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill sabiex tistipula garanzija mhux mibdula kontinwa tal-Operazzjonijiet ta’ Finanzjament tal-BEI rilevanti barra mill-Komunità, IDDEĊIDEW KIF ĠEJ: Artikolu 1 Il-garanzija u l-limiti massimi 1. Il-Komunità għandha tagħti lill-Bank Ewropew tal-Investiment (il-‘BEI’) garanzija globali (il-‘Garanzija tal-Komunità’) fir-rigward ta’ ħlasijiet li ma waslux għand il-BEI, imma li huma dovuti lilu, fir-rigward ta’ self u garanziji fuq self għal proġetti ta’ investiment eliġibbli tal-BEI mwettqa f’pajjiżi koperti b’din id-Deċiżjoni, fejn il-finanzjament tas-self jew garanzija ngħataw skont ftehim iffirmat li la jkun skada u lanqas ikun ġie kkanċellat (‘Operazzjonijiet ta’ Finanzjament tal-BEI’) u jkun ingħata skont ir-regoli u l-proċeduri tal-BEI stess u b’sostenn għall-għanijiet rilevanti tal-politika esterna tal-Komunità. 2. Il-garanzija Komunitarja għandha tiġi ristretta għal 65% tal-ammont aggregat tal-krediti maħruġa u l-garanziji pprovduti taħt l-Operazzjonijiet ta’ Finanzjament tal-BEI, bl-ammonti rrimborsati mnaqqsa, flimkien mas-somom relatati kollha. 3. Il-limitu massimu ġenerali tal-Operazzjonijiet ta’ Finanzjament tal-BEI, matul il-perjodu msemmi fil-paragrafu 6, nieqes l-ammonti mħassra, ma għandux jaqbeż EUR 27 800 miljun. Dan il-limitu massimu huwa maqsum f’żewġ partijiet: (a) limitu massimu bażiku ta’ ammont massimu fiss ta’ EUR 25 800 miljun, inkluż id-distribuzzjoni reġjonali tiegħu definita fil-paragrafu 4, sabiex ikopri l-perjodu kollu msemmi fil-paragrafu 6; (b) mandat fakultattiv ta’ EUR 2 000 miljun. Deċiżjonijiet fuq l-attivazzjoni sħiħa jew parzjali ta’ dan l-ammont fakultattiv u d-distribuzzjoni reġjonali tiegħu sejrin jittieħdu mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat. Id-deċiżjoni se tkun ibbażata fuq ir-riżultat tar-reviżjoni ta’ nofs it-terminu stabbilita fl-Artikolu 9. 4. Il-limitu massimu bażiku msemmi fil-paragrafu 3(a) għandu jiġi analizzat skont il-limiti massimi reġjonali vinkolanti li ġejjin: (a) Il-pajjiżi ta’ Qabel l-Adeżjoni: EUR 8 700 miljun; (b) Il-pajjiżi tal-Viċinat u tas-Sħubija: EUR 12 400 miljun; maqsuma fis-sottolimiti massimi indikattivi li ġejjin: (i) Il-pajjiżi Mediterranji: EUR 8 700 miljun; (ii) L-Ewropa tal-Lvant, il-Kawkasu t’ Isfel u r-Russja: EUR 3 700 miljun; (c) L-Ażja u l-Amerika Latina: EUR 3 800 miljun; maqsuma fis-sottolimiti massimi indikattivi li ġejjin: (i) L-Amerika Latina: EUR 2 800 miljun; (ii) L-Ażja (inkluża l-Ażja Ċentrali): EUR 1 000 miljun; (d) Ir-Repubblika tal-Afrika t’Isfel: EUR 900 miljun. 5. Fi ħdan il-limiti massimi reġjonali, il-korpi regolatorji tal-BEI jistgħu jiddeċiedu li jallokaw mill-ġdid sa 10% tal-limitu massimu bejn sottolimiti massimi. 6. Il-garanzija Komunitarja għandha tkopri l-Operazzjonijiet ta’ Finanzjament tal-BEI ffirmati matul perjodu li beda fl-1 ta’ Jannar 2007 u li jintemm fil-31 ta’ Diċembru 2013. L-Operazzjonijiet ta’ Finanzjament tal-BEI ffirmati skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/1016/KE u skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/847/KE għandhom ikomplu jibbenefikaw mill-garanzija Komunitarja skont din id-Deċiżjoni. 7. Jekk, mal-iskadenza tal-perjodu li jissemma fil-paragrafu 6, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ma jkunux adottaw deċiżjoni li tagħti Garanzija Komunitarja ġdida lill-BEI għall-Operazzjonijiet ta’ Finanzjament tiegħu barra l-Komunità, dan il-perjodu għandu awtomatikament jiġi estiż b’sitt xhur. Arti kolu 2 Pajjiżi koperti 1. Il-lista tal-pajjiżi eliġibbli jew eliġibbli potenzjalment għall-finanzjament tal-BEI taħt il-garanzija Komunitarja hija stabbilita fl-Anness I. 2. Għall-pajjiżi elenkati fl-Anness I u mmarkati b’‘*’ u għal pajjiżi oħrajn mhux elenkati fl-Anness I, l-eliġibilità ta’ tali pajjiż għal finanzjament tal-BEI taħt il-garanzija Komunitarja għandha tiġi deċiża mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill fuq il-bażi ta’ każ b’każ skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat. 3. Il-garanzija Komunitarja għandha tkopri biss Operazzjonijiet ta’ Finanzjament tal-BEI mwettqa f’pajjiżi li jkunu kkonkludew ftehim ta’ qafas mal-BEI li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet legali li l-Operazzjonijiet ta’ Finanzjament tal-BEI għandhom jitwettqu skonthom. 4. Fil-każ ta’ tħassib serju fuq is-sitwazzjoni politika jew ekonomika f’pajjiż speċifiku, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jistgħu jiddeċiedu li jissospendu finanzjament ġdid tal-BEI taħt garanzija Komunitarja f’dak il-pajjiż skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat. 5. Il-garanzija Komunitarja ma għandhiex tkopri l-Operazzjonijiet ta’ Finanzjament tal-BEI f’pajjiż speċifiku meta l-ftehim dwar Operazzjonijiet ta’ Finanzjament tal-BEI bħal dawn ikunu ġew iffirmati wara l-adeżjoni tal-pajjiż fl-UE. Arti kolu 3 Konsistenza mal-politiki tal-Komunità 1. Il-konsistenza tal-azzjonijiet esterni tal-BEI mal-politiki u mal-għanijiet politiċi esterni tal-Komunità se jiġu msaħħa bil-ħsieb li jiġu massimizzati s-sinerġiji tal- finanzjament tal-BEI u tar-riżorsi baġitarji tal-Unjoni Ewropea u r-riżorsi baġitarji tal-UE, speċjalment permezz ta’ djalogu regolari u sistematiku u konsultazzjoni bikrija dwar: (a) dokumenti strateġiċi ppreparati mill-Kummissjoni, bħal dokumenti ta’ strateġija tal-pajjiż jew dik reġjonali, pjanijiet ta’ azzjoni u dokumenti ta’ qabel l-adeżjoni; (b) il-pjanijiet għall-proġetti u dokumenti ta’ ppjanar strateġiku tal-BEI; (c) aspetti ta’ politika u operattivi oħra. 2. Din il-kooperazzjoni se titmexxa ’l quddiem fuq bażi reġjonalment iddifferenzjata, fejn jitqiesu r-rwol tal-BEI kif ukoll il-politiki tal-Komunità f’kull reġjun. 3. Operazzjoni ta’ Finanzjament tal-BEI ma tkunx inkluża taħt il-kopertura tal-garanzija Komunitarja fil-każ li l-Kummissjoni tagħti opinjoni negattiva fuq operazzjoni bħal din fi ħdan il-qafas tal-proċedura msemmija fl-Artikolu 21 tal-Istatuti tal-BEI. 4. Il-konsistenza tal-Operazzjonijiet ta’ Finanzjament tal-BEI mal-politiki u l-għanijiet politiki esterni tal-Komunità għandha tiġi mmonitorizzata skont l-Artikolu 6. Arti kolu 4 Il-kooperazzjoni ma’ Istituzzjonijiet Finanzjarji Internazzjonali oħrajn 1. L-Operazzjonijiet ta’ Finanzjament tal-BEI għandhom dejjem iżjed jitwettqu, fejn ikun xieraq, f’kooperazzjoni u/jew f’kofinanzjament bejn il-BEI u l-Istituzzjonijiet Finanzjarji Internazzjonali (l-"IFIs"), jew l-istituzzjonijiet bilaterali Ewropej l-oħra sabiex jiġu massimizzati s-sinerġiji, il-kooperazzjoni u l-effiċjenza u sabiex jiġi żgurat qsim raġonevoli tar-riskji u kondizjonalità tal-proġett u tas-settur koerenti. 2. Il-kooperazzjoni t’aktar ’il fuq għandha tiġi ffaċilitata permezz ta’ koordinazzjoni mwettqa speċjalment fil-kuntest ta’ Memoranda ta’ Ftehim, fejn ikun xieraq, bejn il-Kummissjoni, il-BEI u l-IFIs u l-istituzzjonijiet bilaterali Ewropej prinċipali li joperaw fir-reġjuni differenti. 3. Il-kooperazzjoni mal-IFIs u donaturi oħrajn għandha tiġi evalwata fir-reviżjoni ta’ nofs it-terminu stabbilita fl-Artikolu 9. Arti kolu 5 Il-kopertura u t- termini tal-Garanzija Komunitarja 1. Għall-Operazzjonijiet ta’ Finanzjament tal-BEI li wieħed jidħol għalihom mal-Istat jew li huma ggarantiti mill-Istat, kif ukoll Operazzjonijiet ta’ Finanzjament tal-BEI oħra li wieħed jidħol għalihom mal-awtoritajiet reġjonali jew lokali jew ma’ intrapriżi jew istituzzjonijiet pubbliċi tal-gvern u/jew ikkontrollati mill-gvern, fejn Operazzjonijiet ta’ Finanzjament tal-BEI oħra ta’ dan it-tip għandhom valutazzjoni tar-riskju ta’ kreditu tal-BEI xierqa meta titqies is-sitwazzjoni tar-riskju tal-kreditu tal-pajjiż ikkonċernat: il-ħlasijiet kollha li ma jaslux għand il-BEI imma li huma dovuti lilu (li minn hawn ’il quddiem se jissejħu l-“Garanzija Komprensiva”). Għall-għanijiet ta’ dan l-Artikolu u tal-Artikolu 6(4), in-nozzjoni ta’ Stat tinkludi x-Xatt tal-Punent u l-Medda ta’ Gaża, kif irrappreżentat mill-Awtorità Palestinjana, u l-Kosovo kif rappreżentat mill-Missjoni Amministrattiva Interim tan-NU. 2. Għall-Operazzjonijiet ta’ Finanzjament tal-BEI li wieħed jidħol għalihom ma’ partijiet oħra minn dawk indikati taħt is-sottoparagrafu (a) t’aktar ’il fuq u li mhumiex iggarantiti mill-Istat: il-ħlasijiet kollha li ma jaslux għand il-Bank imma li huma dovuti lilu fejn in-nuqqas ta’ ħlas ġie kkawżat mir-realizzazzjoni ta’ wieħed mir-riskji politiċi li ġejjin (il-“Garanzija tar-Riskju Politiku”): (a) nuqqas ta’ trasferiment tal-munita; (b) esproprjazzjoni; (c) gwerra jew irvellijiet ċivili; (d) ġustizzja miċħuda wara ksur ta’ kuntratt. Arti kolu 6 Ir-rappurtaġġ u l-kontabilità 1. Il-Kummissjoni għandha tirrapporta kull sena lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-Operazzjonijiet ta’ Finanzjament tal-BEI mwettqa taħt din id-Deċiżjoni. Dan ir-rapport għandu jinkludi stima tal-impatt u tal-effikaċja tal-Operazzjonijiet ta’ Finanzjament tal-BEI fuq il-livell ta’ proġett, settur, pajjiż u reġjonali kif ukoll il-kontribuzzjoni tal-Operazzjonijiet ta’ Finanzjament tal-BEI sabiex ikunu sodisfatti l-għanijiet tal-politika esterna tal-Komunità, meta jitqiesu l-għanijiet operattivi tal-BEI u l-kejl xieraq tas-sodisfazzjon tagħhom. Għandu jinkludi wkoll valutazzjoni tal-firxa tal-kooperazzjoni bejn l-BEI u l-Kummissjoni u bejn il-BEI u IFIs oħrajn u donaturi bilaterali. 2. Għall-iskopijiet tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu 7, il-BEI għandu jipprovdi lill-Kummissjoni b’rapporti annwali tal-Operazzjonijiet ta’ Finanzjament tal-BEI mwettqa taħt din id-Deċiżjoni u tas-sodisfazzjon tal-għanijiet tal-politika esterna tal-Komunità, inkluża l-kooperazzjoni mal-IFIs l-oħra. 3. Il-BEI għandu jipprovdi lill-Kummissjoni b’dejta statistika, finanzjarja u ta’ kontabilità dwar kull waħda mill-Operazzjonijiet ta’ Finanzjament tal-BEI skont kif ikun neċessarju biex jiġu sodisfatti d-dmirijiet ta’ rappurtaġġ tagħha jew it-talbiet mill-Qorti Ewropea tal-Awdituri kif ukoll b’ċertifikat ta’ awditur dwar l-Operazzjonijiet ta’ Finanzjament tal-BEI li jkunu għadhom pendenti. 4. Għall-iskopijiet tal-kontabilità u tar-rappurtaġġ tal-Kummissjoni tar-riskji koperti mill-Garanzija Komprensiva, il-BEI għandu jipprovdi lill-Kummissjoni b’valutazzjoni tar-riskju u b’informazzjoni dwar gradazzjoni tal-Bank li jikkonċernaw l-Operazzjonijiet ta’ Finanzjament tal-BEI ma’ min jissellef jew ma’ persuni obbligati b’garanzija għajr għall-Istati. 5. Il-BEI għandu jipprovdi l-informazzjoni taħt il-paragrafi 2,3 u 4 ta’ dan l-Artikolu 7 bi spejjeż tagħha. Arti kolu 7 L-irkupru tal-ħlasijiet magħmula mill-Kummissjoni 1. F’każ ta’ ħlas magħmul mill-Kummissjoni taħt il-garanzija Komunitarja, il-BEI, f’isem u fl-interesss tal-Kummissjoni, għandu jsegwi l-irkupru tal-klejms għall-ammonti mħallsa. 2. Il-BEI u l-Kummissjoni għandhom jidħlu fi ftehim li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet u l-proċeduri ddettaljati li jirrelataw mal-irkupru tal-klejms mhux aktar tard mill-konklużjoni tal-ftehim li jissemma fl-Artikolu 8. Arti kolu 8 Ftehim ta' garanzija Il-BEI u l-Kummissjoni għandhom jidħlu fi ftehim ta’ garanzija li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet u l-proċeduri dettaljati li jirrelataw mal-garanzija Komunitarja. Arti kolu 9 Ir-Reviżjoni tad-Deċiżjoni 1. Il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, rapport ta’ nofs it-terminu dwar l-applikazzjoni ta’ din id-deċiżjoni mhux aktar tard mit-30 ta’ Ġunju 2010, akkompanjat, bix-xieraq, bi proposta għall-emendar tiegħu, filwaqt li tibbaża fuq evalwazzjoni esterna li t-termini ta’ referenza tagħha huma speċifikati fl-Anness II ta’ din id-Deċiżjoni. 2. Il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport finali dwar l-applikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni mhux aktar tard mill-31 ta’ Lulju 2013. Arti kolu 10 Dispożizzjonijiet finali Id-Deċiżjoni 2008/847/KE hija revokata. Arti kolu 11 L-applikazzjoni Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f' Il- Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea . Magħmula fi Brussell, [•] 2009. Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill Il-President Il-President [•] [•] ANNE SS I IR-REġJUNI U L-PAJJIżI KOPERTI MILL-ARTIKOLU 1 U 2 A. IL-PAJJIŻI TA’ QABEL L-ADEŻJONI 1. Il-pajjiżi kandidati Il-Kroazja, it-Turkija, l-ex-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja. 2. Il-pajjiżi kandidati potenzjali L-Albanija, il-Bożnja u Ħerzegovina, il-Montenegro, is-Serbja, il-Kosovo skont ir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti 1244 (1999). B. IL-PAJJIŻI TAL-VIĊINAT U TAS-SĦUBIJA 1. Il-Mediterran L-Alġerija, l-Eġittu, ix-Xatt tal-Punent u l-Medda ta’ Gaża, l-Iżrael, il-Ġordan, il-Libanu, il-Libja(*), il-Marokk, is-Sirja, it-Tuneżija. 2. L-Ewropa tal-Lvant, il-Kawkasu t’Isfel u r-Russja L-Ewropa tal-Lvant: ir-Repubblika tal-Moldova, l-Ukrajna, il-Belarus (*) Il-Kawkasu t’Isfel: l-Armenja, l-Ażerbajġan, il-Ġeorġja; Ir-Russja: ir-Russja. C. L-AŻJA U L-AMERIKA LATINA 1. L-Amerika Latina L-Arġentina, il-Bolivja, il-Brażil, iċ-Ċilì, il-Kolombja, il-Kosta Rika, l-Ekwador, El Salvador, il-Gwatemala, il-Ħonduras, il-Messiku, in-Nikaragwa, il-Panama, il-Paragwaj, il-Perù, l-Urugwaj, il-Venezwela. 2. L-Ażja L-Ażja (mingħajr l-Ażja Ċentrali): L-Afganistan (*), il-Bangladexx, il-Butan(*), il-Brunej, il-Kambodja (*), iċ-Ċina (inkluż Ħong Kong u r-Reġjuni Amministrattivi Speċjali tal-Makaw), l-Indja, l-Indoneżja, l-Iraq (*), il-Korea t’Isfel, il-Laos, il-Malażja, il-Maldivi, il-Mongolja, in-Nepal, il-Pakistan, il-Filippini, Singapor, is-Sri Lanka, it-Tajwan (*), it-Tajlandja, il-Vjetnam, il-Jemen. L-Ażja Ċentrali: Il-Każakistan, il-Kirgistan, it-Taġikistan, it-Turkmenistan, l-Użbekistan. D. L-AFRIKA T’ISFEL L-Afrika t’Isfel. ANNESS II Reviżjoni ta’ nofs it-term INU U TERMINI TA’ REFERENZA GħALL-EVALWAZZJONI TAL-MANDAT ESTERN TAL-BEI REVIżJONI TA’ NOFS IT-TERM Fl-2010 sejra ssir reviżjoni sostantiva ta’ nofs it-terminu tal-finanzjament estern tal-BEI. Din ir-reviżjoni se tkun ibbażata fuq evalwazzjoni esterna indipendenti, li sejra tintbagħat ukoll lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Ir-reviżjoni sejra tipprovdi l-bażi għad-deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, fir-rigward ta’ jekk u f’liema ambitu jingħata kwalunkwe mandat fakultattiv biex jiżdied mal-garanzija stipulata f’din id-Deċiżjoni, għall-perjodu ta’ wara l-2010, fir-rigward ta’ jekk għandhomx isiru emendi oħra għall-mandat, u fir-rigward ta’ kif ikunu żgurati kemm valur miżjud kif ukoll effiċjenza massima fl-operazzjonijiet tal-BEI. Il-Kummissjoni sejra tippreżenta r-reviżjoni ta’ nofs it-terminu lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sat-30 ta’ Ġunju 2010, bħala l-bażi għal kwalunkwe proposta għall-emenda tal-mandat. Il-qafas tal-evalwazzjoni Dan jinkludi: a. evalwazzjoni tal-attivitajiet finanzjarji esterni tal-BEI. Partijiet mill-evalwazzjoni sejrin isiru f’kooperazzjoni mad-dipartimenti tal-evalwazzjoni tal-BEI u tal-Kummissjoni; b. stima tal-impatt usa’ tas-self estern tal-BEI dwar l-interazzjoni ma’ IFIs oħrajn u ma’ sorsi finanzjarji oħrajn. L-evalwazzjoni sejra tiġi mmonitorjata u amministrata minn kumitat ta’ tmexxija magħmul minn bosta ‘persuni għorrief’ maħturin mill-Bord tal-Gvernaturi tal-BEI, rappreżentant tal-BEI u rappreżentant tal-Kummissjoni. Il-kumitat ta’ tmexxija se jkun ippresedut minn ‘persuna għarfa’ waħda. Il-kumitat ta’ tmexxija se jkun appoġġjat mid-dipartimenti ta’ evalwazzjoni tal-BEI u tal-Kummissjoni u minn esperti esterni. Dawn l-esperti esterni sejrin jintgħażlu permezz ta’ proċess ta’ sejħa għall-offerti ġestit mill-Kummissjoni. Il-kumitat ta’ tmexxija se jiġi kkonsultat fuq it-termini ta’ referenza u fuq il-kriterji għall-għażla tal-esperti esterni. L-ispejjeż tal-esperti esterni se jitħallsu mill-Kummissjoni u se jiġu koperti mil-linja baġitarja dedikata għall-provviżjon tal-Fond ta’ Garanzija. Ir-rapport ta’ evalwazzjoni finali se jiġi ppreżentat mill-kumitat ta’ tmexxija, u se jislet konklużjonijiet ċari, abbażi tal-informazzjoni miġbura, sabiex javża bid-deċiżjoni tar-reviżjoni ta’ nofs it-terminu dwar jekk il-parti fakultattiva għall-bqija tal-mandat għandhiex tiġi rilaxxata u fir-rigward tad-distribuzzjoni reġjonali ta’ kwalunkwe finanzjament addizzjonali. L- ambitu tal-evalwazzjoni L-evalwazzjoni se tkopri l-mandati preċedenti (2000-2006) u l-ewwel snin tal-mandat 2007-2013, sal-aħħar tal-2009. Hija se teżamina l-volumi tal-finanzjament u l-infiq tal-proġett skont il-pajjiż kif ukoll l-għajnuna teknika u l-operazzjonijiet li jinvolvu riskju tal-kapital. Wara li tikkunsidra l-effetti fuq livell ta’ proġett, settur, reġjonali u ta’ pajjiż, l-evalwazzjoni se tibbaża l-konklużjonijiet tagħha fuq: a. l-evalwazzjoni bir-reqqa tar-rilevanza, rendiment (effettività, effikaċja u sostenibilità) tal-operazzjonijiet tal-BEI kontra l-għanijiet reġjonali speċifiċi tagħhom kif oriġinarjament stabbiliti fi ħdan il-linji politiċi esterni tal-Komunità rilevanti kif ukoll il-valur miżjud tagħhom (li għandhom jitmexxew f’assoċjazzjoni mal-unità ta’ evalwazzjoni tal-BEI u s-servizzi tal-Kummissjoni); b. il-valutazzjoni tal-konsistenza mal-politiki u strateġiji esterni rilevanti tal-Komunità u tal-addizzjonalità u l-valur miżjud tal-operazzjonijiet tal-BEI fl-ewwel snin tal-mandat 2007-2013 fil-qafas tal-għanijiet reġjonali speċifiċi fil-mandat 2007-2013 u tal-indikaturi tar-rendiment korrespondenti li għandhom jiġu stabbiliti mill-BEI (li għandhom isiru f’assoċjazzjoni mal-unità tal-evalwazzjoni tal-BEI u s-servizzi tal-Kummissjoni). F’dawn il-valutazzjonijiet, il-valur miżjud tal-operazzjonijiet tal-BEI se jitkejjel kontra tliet elementi: appoġġ għall-għanijiet tal-politika tal-Komunità, il-kwalità tal-proġetti nfushom u sorsi alternattivi ta’ finanzjament. a. analiżi tal-ħtiġiet finanzjarji tal-benefiċjarji, il-kapaċità ta’ assorbiment tagħhom u d-disponibbiltà ta’ sorsi oħrajn ta’ finanzjament privat jew pubbliku għall-istrumenti relevanti; b. il-valutazzjoni tal-kooperazzjoni u l-koerenza ta’ azzjonijiet bejn il-BEI u l-Kummissjoni; c. il-valutazzjoni tal-kooperazzjoni u s-sinerġiji bejn il-BEI u l-istituzzjonijiet u l-aġenziji internazzjonali u finanzjarji bilaterali. DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA 1. L-ISEM TAL-PROPOSTA: Proposta għal Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tagħti garanzija Komunitarja lill-Bank Ewropew għall-Investiment kontra telf minn self u garanziji għal self għal proġetti barra mill-Komunità. 2. QAFAS ABM / ABB Il-Qasam/l-Oqsma ta’ Politika kkonċernat(i) u l-Attività/ajiet assoċjata/i: Il-Qasam ta’ Politika: l-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji L-Attività ABB : l-Operazzjonijiet u l-Istrumenti Finanzjarji 3. IL-LINJI BAĠITARJI 3.1. Il-linji baġitarji (linji operattivi u linji ta’ għajnuna teknika u amministrattiva relatati (ex-linji B.A)) inklużi l-intestaturi: 01 04 01 14 | Ħlasijiet lill-Fond ta’ Garanzija fir-rigward tal-operazzjonijiet il-ġodda | 3.2. It-tul tal-azzjoni u tal-impatt finanzjarju: Is-self u l-garanziji għal self tal-BEI taħt il-kopertura tal-garanzija Komunitarja (l-“Operazzjonijiet ta’ Finanzjament tal-BEI”) jistgħu jiġu ffirmati mill-BEI mill-2007 sal-2013. It-tul ta’ żmien totali tal-azzjoni u tal-impatt finanzjarju tagħha se jiġu ddeterminati, madanakollu, mill-maturità tal-Operazzjonijiet ta’ Finanzjament tal-BEI ffirmati. 3.3. Il-karatteristiċi baġitarji: Linja tal-Baġit | Tip ta’ nefqa | Ġdida | Kontribuzzjoni tal-EFTA | Kontribuzzjonijiet minn pajjiżi applikanti | Intestatura fil-perspettiva finanzjarja | 01 04 01 14 | Comp | Mhux diff[11] | LE | LE | LE | 4 | 4. SOMMARJU TAR-RIŻORSI 4.1. Ir-Riżorsi Finanzjarji 4.1.1. Sommarju tal-approprjazzjonijiet għall-impenji (AI) u tal-approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet (AĦ) It-tabella li ġejja tiġbor fil-qosor ir-riżorsi baġitarji stmati meħtieġa għall-finanjament tal-Fond ta’ Garanzija, ikkalkulati skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2728/94 li jistabbilixxi Fond ta' garanzija għall-azzjonijiet esterni[12] u bbażati fuq il-mandat ta’ self tal-BEI propost ta’ EUR 27.8 biljuni bejn l-2007 u l-2013, li minnhom, EUR 2 biljuni għall-mandat fakultattiv. Il-figuri għall-kalkoli tat-teħid akkont “normali” huma mogħtija fid-dettall fit-Tabella 8.1. - • Għall-2007: ma kien hemm ebda teħid akkont. Rimborż f’ammont wieħed ta’ EUR 254 miljun mill-Fond ta’ Garanzija lill-Baġit Ġenerali seħħ wara l-adeżjoni tal-Bulgarija u tar-Rumanija, b’mod konformi mar-Regolament tal-Kunsill Nru 2273/2004. • Għall-2008: ġie ttrasferut bilanċ ta’ EUR 125.75 miljun għall-2008 fi “dħul”. • Għall-2009: il-kalkoli huma bbażati fuq l-ammont fil-mira tal-31.12.2007 u ddaħħal ammont ta’ proviżjon ta’ EUR 91.60 miljun fil-PDB 2009 flimkien ma’ ammont ta’ EUR 0.5 miljun għall-evalwazzjoni esterna skont ir-reviżjoni ta’ nofs it-terminu tal-mandat estern tal-BEI. • Għas-snin 2010-2013, il-kalkoli huma bbażati fuq l-istima tal-volum tal-firem u l-ħruġ ta’ flus tal-BEI skont il-mandat il-ġdid. L-istimi saru abbażi ta’ tagħrif tal-BEI u huma soġġetti għal varjazzjoni minħabba l-progress tal-proġett. Il-pakkett ta’ EUR 1.4 biljun twarrab fil-programmazzjoni finanzjarja tal-Intestatura 4 bi profil li la jogħla u lanqas jitbaxxa ( flat profile ) ta’ EUR 200 miljun fis-sena. Għalkemm l-ammont totali ipprogrammat ta’ EUR 1.4 biljun għandu jinżamm bħala l-bżonnijiet massimi baġitarji, il-profil jista’ jiġi aġġustat matul il-perjodu ta’ programmazzjoni biex iqis żviluppi negattivi bħall-akkumulazzjoni tan-nuqqas ta’ ħlasijiet[13] u valutazzjoni negattiva tal-assi[14], sabiex ilaħħaq ma’ sitwazzjonijiet estremi kif jintwera fil-“Bżonnijiet baġitarji massimi” totali. In-nefqa operattiva[15] | Approprjazzjonijiet għall-Impenji (AI) | 8.1. | a | 0.0 | 0.0 | 92.1 | 294.0 | 301.0 | 536.0 | 1223.1 | Approprjazzjonijiet għall-Ħlasijiet (AĦ) | b | 0.0 | 0.0 | 92.1 | 294.0 | 301.0 | 536.0 | 1223.1 | In-nefqa amministrattiva fl-ammont ta’ referenza[16] | Għajnuna teknika u amministrattiva (NDA) | 8.2.4. | c | - | - | - | - | - | - | - | L-AMMONT TOTALI TA’ REFERENZA | Approprjazzjonijiet għall-Impenji | a+c | 0.0 | 0.0 | 92.1 | 294.0 | 301.0 | 536.0 | 1223.1 | Approprjazzjonijiet għall-Ħlasijiet | b+c | 0.0 | 0.0 | 92.1 | 294.0 | 301.0 | 536.0 | 1223.1 | In-nefqa amministrattiva mhux inkluża fl-ammont ta’ referenza[17] | Riżorsi umani u nefqa assoċjata (NDA) | 8.2.5. | d | 0.9 | 0.9 | 0.9 | 0.9 | 0.9 | 1.7 | 6.2 | Spejjeż amministrattivi, għajr ir-riżorsi umani u spejjeż assoċjati, mhux inklużi fl-ammont ta’ referenza (NDA) | 8.2.6. | e | - | - | - | - | - | - | - | Spiża finanzjarja indikattiva totali tal-intervent | AI TOTALI inkluża l-ispiża tar-Riżorsi Umani | a+c+d+e | 0.9 | 0.9 | 93.0 | 294.9 | 301.9 | 537.7 | 1229.3 | AĦ TOTALI inkluża l-ispiża tar-Riżorsi Umani | b+c+d+e | 0.9 | 0.9 | 93.0 | 294.9 | 301.9 | 537.7 | 1229.3 | Id-dettalji tal-kofinanzjament Mhu previst l-ebda kofinanzjament. 4.1.2. Il-kompatibilità mal-Programmazzjoni Finanzjarja ( Il-proposta hija kompatibbli mal-programmazzjoni finanzjarja eżistenti. ( Il-proposta se tinvolvi programmazzjoni mill-ġdid tal-intestatura rilevanti fil-perspettiva finanzjarja. ( Il-proposta tista’ teħtieġ l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Ftehim Interistituzzjonali[18] (jiġifieri l-istrument ta’ flessibilità jew ir-reviżjoni tal-perspettiva finanzjarja). 4.1.3. L-impatt finanzjarju fuq id-Dħul ( Il-proposta m’għandha l-ebda implikazzjoni finanzjarja fuq id-dħul ( Il-proposta għandha impatt finanzjarju – l-effett fuq id-dħul huwa kif ġej: 4.2. Ir-riżorsi Umani FTE (inklużi l-uffiċjali, l-istaff temporarju u estern) – ara d-dettall taħt il-punt 8.2.1. Rekwiżiti annwali | 2007 | 2008 | 2009 | 2010 | 2011 | 2012-2013 | Numru totali ta’ riżorsi umani | 7 | 7 | 7 | 7 | 7 | 14 | 5. IL-KARATTERISTIĊI U L-GĦANIJIET 5.1. Il-bżonnijiet li għandhom jiġu sodisfatti tul medda qasira jew twila ta’ żmien Kif intqal fid-dettall fil-Memorandum ta’ Spjegazzjoni, id-Deċiżjoni 2006/1016/KE tal-Kunsill ġiet annullata mill-Qorti tal-Ġustizzja fis-6 ta’ Novembru 2008. L-effetti tad-Deċiżjoni annullata huma miżmuma għall-Operazzjonijiet ta’ Finanzjament tal-BEI ffirmati qabel ma tidħol fis-seħħ, f’perjodu ta’ żmien li jintemm fis-6 ta’ Novembru 2009, ta’ deċiżjoni ġdida adottata fuq il-bażi legali x-xierqa, jiġifieri l-Artikoli 179 KE u 181a tat-Trattat tal-KE. Għalhekk, jeħtieġ li tkun proposta Deċiżjoni ġdida jekk il-Komunità għandha tkompli toffri garanzija għall-operazzjonijiet ta’ finanzjament esterni tal-BEI fit-twettiq tal-objettivi tal-politika tal-UE. 5.2. Il-valur miżjud tal-involviment Komunitarju u l-koerenza tal-proposta mal-istrumenti finanzjarji l-oħra u s-sinerġija possibbli L-Operazzjonijiet ta’ Finanzjament tal-BEI barra l-UE jirrappreżentaw għodda ferm viżibbli u effettiva b’sostenn għall-azzjoni esterna tal-UE. Il-benefiċċji prinċipali tal-intervent tal-BEI f’pajjiżi ta’ dan it-tip inkluż li l-kompetenza tingħadda lill-promoturi tal-proġetti u l-applikazzjoni tal-istandards ambjentali u ta’ akkwist tal-UE għall-proġetti ffinanzjati. Flimkien mal-benefiċċji li jissemmew aktar ’il fuq, il-BEI jgħaddi b’mod sħiħ il-vantaġġi finanzjarji li jirriżultaw mill-garanzija Komunitarja u l-ispejjeż attraenti tal-finanzjament tal-BEI lill-benefiċjarji finali fil-forma ta’ rati ta’ interess kompetittivi. Il-mandat taħt il-kopertura tal-garanzija Komunitarja jipprovdi sostenn politiku u finanzjarju neċessarju mill-Komunità għal pajjiżi u għal proġetti li normalment ma joqogħdux fil-linji gwida u fil-kriterji standard tal-BEI. L-Operazzjonijiet ta’ Finanzjament tal-BEI se jikkomplementaw l-attivitajiet imwettqa taħt l-istrumenti ta’ għajnuna esterna l-ġodda. Sabiex jiżdied aktar is-sostenn għall-politiki esterni tal-UE f’kull reġjun speċifiku, il-konnessjoni bejn il-prijoritajiet tal-BEI u l-politiki tal-UE se tiġi msaħħa. Dan se jinkiseb permezz ta’ qafas aktar b’saħħtu għad-djalogu u għall-kooperazzjoni bejn il-BEI u l-Kummissjoni fid-definizzjoni tal-politiki reġjonali, l-istrateġiji tal-pajjiż, u fuq il-livell tal-proġetti. L-Operazzjonijiet ta’ Finanzjament tal-BEI jistgħu jkunu kkombinati b’mod utli mar-riżorsi baġitarji tal-UE fil-forma ta’ sostenn għall-għotja, kapital ta’ riskju u sussidju tar-rati tal-interess flimkien ma’ għajnuna teknika għall-preparazzjoni tal-proġetti u għall-implimentazzjoni jew għat-titjib tal-qafas legali u regolatorju. 5.3. L-għanijiet, ir-riżultati mistennija u l-indikaturi relatati tal-proposta fil-kuntest tal-qafas tal-ABM L-għan prinċipali tal-proposta huwa li titmexxa ’l quddiem il-kontribuzzjoni tal-BEI biex jiġu sodisfatti l-għanijiet tal-politika tal-UE, permezz tal-finanzjament tal-proġetti ta’ investiment. L-għanijiet li għandhom jiġu mfittxija mill-Operazzjonijiet ta’ Finanzjament tal-BEI taħt il-mandat se jvarjaw fir-reġjuni differenti u jingħataw id-dettalji tagħhom fl-att legali propost. Li tiġi inkoraġġita l-kooperazzjoni ma’ Istituzzjonijiet Finanzjarji Internazzjonali oħra (IFIs) huwa wkoll għan importanti tad-Deċiżjoni proposta. Il-kisba tal-għanijiet se jiġi mkejjel primarjament permezz tal-volum tal-Operazzjonijiet ta’ Finanzjament tal-BEI skont ir-reġjuni u skont is-settur, kif ukoll permezz tal-volum tal-Operazzjonijiet ta’ Finanzjament tal-BEI kofinanzjati ma’ IFIs u/jew programmi tal-Kummissjoni oħra. 5.4. Il-Metodu ta' Implimentazzjoni (indikattiv) ( Ġestjoni Ċentralizzata ( direttament mill-Kummissjoni ( indirettament b’delegazzjoni lill-: ( Aġenziji eżekuttivi ( korpi stabbiliti mill-Komunitajiet kif jissemma fl-art. 185 tar-Regolament Finanzjarju ( korpi nazzjonali tas-settur pubbliku/korpi b’missjoni ta’ servizz pubbliku ( Ġestjoni mqassma jew deċentralizzata ( mal-Istati Membri ( ma’ pajjiżi Terzi ( Ġestjoni konġunta ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali (jekk jogħġbok speċifika) Kummenti rilevanti: Skont id-dispożizzjonijiet eżistenti, il-proposta tipprevedi li l-BEI jingħata mandat biex jiffinanzja proġetti ta’ investiment skont ir-regoli u l-proċeduri tiegħu stess. Il-Kummissjoni hija responsabbli għall-ġestjoni tal-garanzija Komunitarja. Il-BEI u l-Kummissjoni għandhom jidħlu fi ftehim li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet u l-proċeduri dettaljati li jirrelataw mal-implimentazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni. 6. IL-MONITORAĠĠ U L-VALUTAZZJONI 6.1. Is-sistema ta’ monitoraġġ L-Operazzjonijiet ta’ Finanzjament tal-BEI taħt il-garanzija Komunitarja se jiġu ġestiti mill-BEI skont ir-regoli u l-proċeduri tal-BEI stess, inklużi miżuri ta’ verifika, kontroll u monitoraġġ xierqa. Kif previst fl-Istatut tal-BEI, il-Kumitat tal-Verifika tal-BEI, li huwa sostnut minn awdituri esterni, huwa responsabbli li jivverifika li l-operazzjonijiet tal-BEI twettqu u l-kotba tiegħu nżammu b’mod xieraq. Il-kontijiet tal-BEI jiġu approvati kull sena mill-Bord tal-Gvernaturi tiegħu. Barra minn hekk, il-Bord tad-Diretturi tal-BEI, fejn il-Kummissjoni hija rrapreżentata minn Direttur u minn Direttur li jalterna, japprova kull Operazzjoni ta’ Finanzjament tal-BEI u jimmonitorizza li l-BEI huwa ġestit skont l-Istatut tiegħu u skont id-direttivi ġenerali stabbiliti mill-Bord tal-Gvernaturi. Il-ftehim bejn it-tliet partijiet eżistenti bejn il-Kummissjoni, il-Qorti tal-Awdituri u l-BEI ta’ Ottubru 2003 jagħti d-dettalji tar-regoli, li skonthom, il-Qorti tal-Awdituri għandha twettaq il-verifiki tagħha fuq l-Operazzjonijiet ta’ Finanzjament tal-BEI taħt il-garanzija Komunitarja. Skont l-Artikolu 6 tal-proposta, il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill kull sena dwar l-Operazzjonijiet ta’ Finanzjament tal-BEI li twettqu taħt din id-Deċiżjoni, fejn tagħmel użu mir-rapporti annwali ppreparati mill-BEI, tipprovdi informazzjoni dwar il-finanzjament mogħti fir-reġjuni jew fis-setturi differenti u dwar il-kooperazzjoni mal-IFIs l-oħra. Barra minn hekk, il-BEI għandu jipprovdi lill-Kummissjoni b’dejta statistika, finanzjarja u ta’ kontabilità dwar kull waħda mill-Operazzjonijiet ta’ Finanzjament tal-BEI kif ikun neċessarju biex jissodisfa d-dmirijiet ta’ rappurtaġġ tiegħu jew it-talbiet mill-Qorti tal-Awdituri Ewropea kif ukoll ċertifikat ta’ awditur dwar l-Operazzjonijiet ta’ Finanzjament tal-BEI li jkunu għadhom pendenti. 6.2. L-evalwazzjoni 6.2.1. L-evalwazzjoni ex-ante Valutazzjoni tal-Garanzija Komunitarja eżistenti għall-operazzjonijiet tal-BEI esterni għall-UE tinsab fir-Rapport mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-attivitajiet ta’ tislif u self tal-Komunitajiet Ewropej fl-2007 (COM(2008)590 finali) u fid-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni anness miegħu (SEC(2008)2504). Rapport ieħor ta’ rilevanza huwa r-Rapport lill-awtorità baġitarja dwar garanziji koperti mill-baġit ġenerali – Is-Sitwazzjoni fil-31 ta’ Diċembru 2007 (COM(2008)451 finali) u d-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni anness miegħu (SEC(2008)2249). Qed issir referenza wkoll għar-Rapport COM (2006)323 u ż-żewġ Dokumenti ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni (SEC (2006)790 u SEC (2006)789) li kienu ppreżentati lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill b’rabta mal-Proposta (COM (2006)324 finali) tal-Kummissjoni li wasslet għall-adozzjoni tad-Deċiżjoni annullata. 6.2.2. Il-miżuri meħuda wara evalwazzjoni intermedja/ex-post (tagħlim miksub minn esperjenzi simili fil-passat) L-għan tal-proposta leġiżlattiva huwa li tipprovdi lill-BEI b’garanzija Komunitarja li għandha l-istess karatteristiċi tal-garanzija pprovduta fid-Deċiżjoni 2006/1016/KE annullata, u li tinkorpora l-garanzija li bħalissa tinsab fid-Deċiżjoni 2008/847/KE. 6.2.3. It-termini u l-frekwenza tal-evalwazzjoni futura Fl-2010 se ssir reviżjoni ta’ nofs it-terminu tal-mandat, li għandha tippermetti, fejn ikun neċessarju, li l-attenzjoni tiġi ffokata mill-ġdid fuq il-prijoritajiet u l-ħruġ possibbli tal-mandat fakultattiv, hekk kif stabbilit fil-bażi legali proposta. F’dan il-qafas, fl-2009 se ssir evalwazzjoni esterna. Il-Kummissjoni se tipprepara rapport finali dwar il-mandat tal-BEI sal-31 ta’ Lulju 2013. 7. IL-MIżURI TA’ KONTRA L-FRODI Il-BEI għandu r-responsabilità ewlenija għall-adozzjoni ta' miżuri ta' prevenzjoni mill-frodi permezz tal-applikazzjoni għall-operazzjonijiet iffinanzjati tal-"Politika tal-BEI dwar il-prevenzjoni u l-iskoraġġiment tal-Korruzzjoni, il-Frodi, il-Kollużjoni, il-Ġegħil, il-Ħasil tal-Flus u l-Finanzjament tat-Terroriżmu fl-attivitajiet tal-Bank Ewropew tal-Investiment" kif adottat f'April 2008. Ir-regoli u l-proċeduri tal-BEI jinkludu, fost l-arranġamenti dettaljati għall-ġlieda kontra l-frodi u l-korruzzjoni, il-kompetenza tal-OLAF li jwettaq investigazzjonijiet interni. B'mod partikolari, f'Lulju 2004, il-Bord tal-Gvernaturi tal-BEI approva deċiżjoni "li tikkonċerna t-termini u l-kundizzjonijiet għal investigazzjonijiet interni b'relazzjoni mal-prevenzjoni tal-frodi, il-korruzzjoni u kwalunkwe attività illegali detrimentali għall-interessi finanzjarji tal-Komunità". 8. ID-DETTALJI TAR-RIŻORSI 8.1. L-għanijiet tal-proposta f’termini tal-ispiża finanzjarja tagħhom (EUR miljun) 2007 | 2008 | 2009 | 2010 | 2011 | 2012-13 | Uffiċjali jew staff temporarju[19] (XX 01 01) | A*/AD | 4 | 4 | 4 | 4 | 4 | 8 | B*, C*/AST | 3 | 3 | 3 | 3 | 3 | 6 | Staff iffinanzjat[20] permezz tal-art. XX 01 02 | Staff ieħor[21] iffinanzjat permezz tal-art. XX 01 04/05 | TOTAL | 7 | 7 | 7 | 7 | 7 | 14 | 8.2.2. Id-deskrizzjoni tal-kompiti li ġejjin mill-azzjoni Il-kompiti prinċipali li ġejjin mill-ġestjoni tal-garanzija Komunitarja huma dawn li ġejjin: - Il-preparazzjoni tal-proposti leġiżlattivi u tal-ftehimiet ta’ garanzija; - Il-ġestjoni tal-proċedura ta’ approvazzjoni; - L-amministrazzjoni tal-proċedura baġitarja annwali; - Ir-rappurtaġġ annwali lill-Kunsill u lill-Parlament; - L-immaniġġjar tat-talbiet; - Il-monitoraġġ tal-ġestjoni tal-Fond ta’ Garanzija; - Il-kontabilità; - Ir-relazzjonijiet mal-Qorti tal-Awdituri, mal-Parlament u mal-Kunsill. 8.2.3. Is-sorsi tar- riżorsi umani (statutorji) ( Postijiet allokati bħalissa għall-ġestjoni tal-programm li għandhom jiġu sostitwiti jew estiżi ( Postijiet allokati minn qabel fi ħdan l-eżerċizzju APS/PDB għas-sena 2009 ( Postijiet li għandhom jintalbu fil-proċedura APS/PDB li jmiss ( Postijiet li għandhom jitqassmu mill-ġdid billi jintużaw riżorsi eżistenti fis-servizz ta’ ġestjoni (trasferimenti interni) ( Postijiet meħtieġa għas-sena n għalkemm mhux previsti fl-eżerċizzju APS/PDB tas-sena kkonċernata Il-ħtiġiet għal riżorsi umani u amministrattivi għandhom ikunu koperti fi ħdan l-allokazzjoni mogħtija lis-servizz amministrattiv fil-qafas tal-proċedura ta’ allokazzjoni annwali. 8.2.4. Nefqa amministrattiva oħra inkluża fl-ammont ta’ referenza (XX 01 04/05 – Nefqa fuq il-ġestjoni amministrattiva) EUR miljun (sa 3 postijiet deċimali) Linja baġitarja (numru u intestatura) | 2007 | 2008 | 2009 | 2010 | 2011 | 2012-2013 | TOTAL | Għajnuna teknika u amministrattiva oħra | - intra muros | - extra muros | Għajnuna Teknika u amministrattiva totali | - | - | - | - | - | - | - | 8.2.5. L-ispiża finanzjarja tar-riżorsi umani u l-ispejjeż assoċjati li mhumiex inklużi fl-ammont ta’ referenza EUR miljun (sa 3 postijiet deċimali) Tip ta’ riżorsi umani | 2007 | 2008 | 2009 | 2010 | 2011 | 2012-2013 | Uffiċjali u staff temporarju (XX 01 01) | 0.854 | 0.854 | 0.854 | 0.854 | 0.854 | 1.708 | Staff iffinanzjat permezz tal-Art XX 01 02 (awżiljarju, END, staff bil-kuntratt, eċċ.) (speċifika l-linja baġitarja) | - | - | - | - | - | - | L-ispiża totali tar-Riżorsi Umani u l-ispejjeż assoċjati (MHUX fl-ammont ta’ referenza) | 0.854 | 0.854 | 0.854 | 0.854 | 0.854 | 1.708 | 8.2.6. Nefqa amministrattiva oħra li mhix inkluża fl-ammont ta’ referenza EUR miljuni (sa 3 postijiet deċimali) | 2007 | 2008 | 2009 | 2010 | 2011 | 2012-2013 | TOTAL | XX 01 02 11 01 – Missjonijiet | XX 01 02 11 02 – Laqgħat u Konferenzi | XX 01 02 11 03 – Kumitati[23] | XX 01 02 11 04 – Studji u konsultazzjonijiet | XX 01 02 11 05 – Sistemi ta’ Informazzjoni | 2 Nefqa Oħra ta’ Ġestjoni Totali (XX 01 02 11) | 3 Nefqa oħra ta’ natura amministrattiva (speċifika inkluża r-referenza għal-linja baġitarja) | In-nefqa Amministrattiva Totali, għajr ir-riżorsi umani u l-ispejjeż assoċjati (MHUX inklużi fl-ammont ta’ referenza) | - | - | - | - | - | - | - | [1] ĠU L 186, 15.7.2008, p. 30 (verżjoni kodifikata). [2] ĠU L 292, 9.11.2001, p. 41. [3] ĠU L 21, 25.1.2005, p. 11. [4] Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1085/2006 tas-17 ta’ Lulju 2006 (ĠU L 210, 31.7.2006, p. 82). [5] Ir-Regolament (KE) Nru 1638/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ottubru 2006 (ĠU L 310, 9.11.2006, p. 1). [6] Ir-Regolament (KE) Nru 1905/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2006 (ĠU L 378, 27.12.2006, p. 41). [7] Ir-Regolament (KE) Nru 1717/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Novembru 2006 (ĠU L 327, 24.11.2006, p. 1). [8] ĠU L 293, 12.11.1994, p. 1. [9] ĠU L 414, 30.12.2006, p. 95. [10] ĠU L 301, 12.11.2008, p.13. [11] Approprjazzjonijiet mhux differenzjati li minn hawn ’il quddiem se jissejħu NDA. [12] L-aħħar emenda tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2728/94 ġiet adottata mill-Kunsill fit-30 ta’ Jannar 2007 (Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 89/2007). [13] EUR 100 miljun/sena joriġinaw mill-attivazzjoni tal-garanzija fil-każ ta’ defaults maġġuri (ara l-“mekkaniżmu ta’ bla xkiel" f'COM(2005) 130 tal- 5.4.2005). [14] Sabiex ikunu jistgħu jiġu evalwati l-implikazzjonijiet għall-provvediment ta’ flutwazzjonijiet possibbli fil-valutazzjoni tal-assi tal-Fond ta’ Garanzija, saru s-suppożizzjonijiet li ġejjin:- portafoll b’terminu perentorju ta’ 3.3 snin;- żieda ta’ 1% fir-rati ta’ imgħax fis-sena;- Evoluzzjoni tal-assi tal-Fond ta’ Garanzija li tirriżulta mill-provvizjon normali stmatMa hemm ebda implikazzjoni għall-2007 u għall-2008 minħabba l-perjodu ta’ tranżizzjoni. [15] Nefqa li ma taqax taħt il-Kapitolu xx O1 tat-Titolu xx ikkonċernat. It-tabella tinkludi għall-2009 l-ammont ta’ EUR 0.5 miljun li għandu jinġibed mill-Fond ta’ Garanzija għall-evalwazzjoni esterna skont ir-reviżjoni ta’ nofs it-terminu. [16] Nefqa fl-Artikolu xx 01 04 tat-Titolu xx. [17] Nefqa fil-Kapitolu xx 01 għajr għall-artikoli xx 01 04 jew xx 01 05. [18] Ara l-punti 19 u 24 tal-ftehim Interistituzzjonali. [19] Li l-ispiża tagħhom MHIX koperta mill-ammont ta’ referenza. [20] Li l-ispiża tiegħu MHIX koperta mill-ammont ta’ referenza. [21] Li l-ispiża tiegħu hija inkluża fl-ammont ta’ referenza. [22] Għandha ssir referenza għad-dikjarazzjoni finanzjarja leġiżlattiva speċifika għall-Aġenzija/i Eżekuttiva/i kkonċernata/i. [23] Speċifika t-tip ta’ kumitat u l-grupp li jappartjeni għalih.