This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52008PC0869
Proposal for a Council Decision on guidelines for the employment policies of the Member States
Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-linji gwida għal politika dwar l-impjiegi tal-Istati Membri
Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-linji gwida għal politika dwar l-impjiegi tal-Istati Membri
/* KUMM/2008/0869 finali - CNS 2008/0252 */
Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-linji gwida għal politika dwar l-impjiegi tal-Istati Membri /* KUMM/2008/0869 finali - CNS 2008/0252 */
[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ | Brussel 28.1.2009 KUMM(2008) 869 finali 2008/0252 (CNS) Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar il-linji gwida għal politika dwar l-impjiegi tal-Istati Membri (preżentata mill-Kummissjoni) MEMORANDUM TA' SPJEGAZZJONI L-istrateġija ta' Liżbona mġedda li tnediet fl-2005 hija bbażata fuq ċiklu ta' tliet snin ta' tmexxija b'pakkett ta' linji gwida integrati li jinkludi dimensjonijiet ekonomiċi, soċjali u ambjentali. Skont il-bażi ta' linji gwida integrati li ġew adottati bħala parti mit-tieni ċiklu ta' tliet snin tal-Istrateġija ta' Liżbona mġedda fl-2008[1] u li jibqgħu validi sal-2010, l-Istati Membri jfasslu Programmi ta' Riforma Nazzjonali (PRN) li jistabbilixxu l-istrateġiji tagħhom biex joħolqu t-tkabbir u l-impjiegi. Il-valutazzjoni mill-Kummissjoni tal-implimentazzjoni tal-isfidi tal-impjiegi fil-PRN tinsab fl-abbozz tar-Rapport Konġunt dwar l-Impjiegi u fil-proposta għar-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż, li hi adottata mill-Kummissjoni skont l-artikolu 128(1) tat-Trattat KE. Il-valutazzjoni turi li qegħdin isiru riformi strutturali fl-Istati Membri, u dan ikkontribwixxa għal tnaqqis fil-qagħad u żieda fl-impjiegi fl-UE fl-2007. Madankollu, ix-xena ekonomika nbidlet drammatikament matul it-tieni nofs tal-2008, minħabba l-kriżijiet finanzjarji u tas-self bankarju. Skont it-tbassir hemm indikat tnaqqis jew anke tkabbir negattiv fl-impjiegi, kif ukoll żieda fil-qgħad fl-UE għall-2009. Il-Linji Gwida tal-Impjiegi jippreżentaw qafas li jipprovdi gwida politika u għanijiet ġenerali għall-Istati Membri u l-UE. Permezz tal-linji gwida l-Istati Membri jistgħu jiffukaw fuq il-ħtiġijiet speċifiċi tagħhom li jistgħu jkunu differenti bejn il-pajjiżi u jinbidlu maċ-ċiklu ekonomiku. Għalhekk il-prijoritajiet għaż-żmien medju fil-linji gwida jibqgħu validi: - jiġu attirati u jinżammu aktar nies fl-impjieg, jiżdiedu nies li lesti jaħdmu u jiġu modernizzati s-sistemi għall-ħarsien soċjali; - titjieb l-addattabilità tal-ħaddiema u tal-intrapriżi; - jiżdied l-investiment fil-kapital uman permezz ta’ edukazzjoni u ta’ ħiliet aħjar Skont il-Pjan Ewropew ta' Rilanċ Ekonomiku[2], il-kriżijiet ekonomiċi u finanzjarji riċenti jimplikaw il-ħtieġa għal azzjoni immedjata filwaqt li titkompla l-aġenda ta' riforma strutturali u jinżammu l-għanijiet għaż-żmien medju u dak fit-tul. Żewġ miżuri ta' politika għandhom jiġu enfażizzati għal azzjoni immedjata: it-titjib tal-abilità ta' impjieg permezz tal-flessigurtà, inklużi għal dawk l-aktar vulnerabbli; u t-titjib tal-livelli tal-ħilijiet u l-qbil tagħhom mal-ħtiġijiet tas-suq tax-xogħol. Ir-risposti tal-politika jinsabu fil-Linji Gwida tal-Impjiegi kurrenti. - Il-flessigurtà hija approċċ politiku integrat bil-għan li jiffaċilita l-adattabbilità tal-ħaddiema u l-intrapriżi, u jiżgura li l-UE tista' tisfrutta l-benefiċċji mill-globalizzazzjoni. Ċerti aspetti tal-flessigurtà terġa’ huma aktar essenzjali fiż-żmien qasir: jiġu infurzati skemi ta' attivazzjoni b'mod partikolari għal-dawk bi ftit kompetenzi professjonali; jitjiebu s-sussidji tax-xogħol u l-korsijiet ta' taħriġ qosra għal gruppijiet vulnerabbli u dawk l-aktar f'riskju li jkunu bla xogħol għal-żmien twil; jiġi pprovdut aktar taħriġ u ħiliet ġodda meħtieġa f'ċerti setturi; protezzjoni soċjali adekwata li tipprovdi sigurtà tad-dħul, inċentivi għax-xogħol u jitħaddan il-poter li bih wieħed jista' jikseb aktar; kuntratti ta' xogħol aktar f'armonija li jnaqqsu s-segmentazzjoni filwaqt li tkun evitata t-tentazzjoni li jinħolqu kuntratti 'flessibbli'. Fl-istess ħin, id-djalogu soċjali – element neċessarju ta' kwalunkwe politika ta' flessigurtà – hu wkoll kruċjali fiċ-ċirkustanzi ekonomiċi preżenti. - Sforz kbir biex jitjiebu l-ħtiġijiet f'kull livell ta' kwalifikazzjoni se tkun essenzjali biex tkun affaċċjata l-bidla demografika u teknoloġika u biex it-transizzjoni għal ekonomija b'inqas użu tal-karbonju tkun ta' benefiċju, iżda wkoll biex l-UE terġa tkompli t-triq ta' tkabbir ekonomiku f'żminijiet ta' kriżi. Fit-terminu qasir, it-tqabbil tal-abbilitajiet tan-nies u x-xogħlijiet disponibbli hu wkoll importanti hekk kif il-prospetti ta' xogħol sejrin għall-agħar. Dawn mingħajr xogħol, inkluż gruppi vulnerabbli, iridu jiġu mgħammra b'ħiliet li huma meħtieġa fis-suq tax-xogħol tal-lum. L-antiċipazzjoni tal-ħtiġijiet futuri hi kruċjali f'dan ir-rispett, biex inkunu nistgħu nilqgħu għall-bidla ekonomika. Is-Servizzi Pubbliċi għall-Impjieg , l-imsieħba soċjali u l-universitajiet għandhom rwol importanti kemm biex jantiċipaw il-kapaċitajiet meħtieġa u jtejbu t-tqabbil u kemm biex jiżguraw li l-individwi jkollhom il-kapaċitajiet it-tajba. L-inizjattiva dwar il-Ħiliet Ġodda għal Impjiegi Ġodda[3] se tikkontribwixxi għal dan. - F'dan ir-rigward, il-konnessjoni bejn il-Linji Gwida dwar l-Impjiegi u l-Fond Soċjali Ewropew (FSE) trid tiġi rinfurzata aktar. Il-FSE jista' jiffinanzja azzjoni immedjata meħuda minn Stati Membri fir-rigward tal-flessigurtà, il-ħiliet u s-sostenn immirat għall-aktar gruppi vulnerabbli f'risposta għall-kriżi ekonomika. Il-Fond Ewropew tal-Globalizzazzjoni se jkompli jgħin lill-Istati Membri biex jappoġġjaw il-ħaddiema bla xogħol u biex il-ħaddiema mħarrġa jinżammu fix-xogħol għal meta l-ekonomija tibda tirkupra. L-għanijiet u l-prijoritajiet ġenerali espressi fil-Linji Gwida dwar l-Impjiegi attwali jibqgħu validi fir-rigward tal-kriżijiet attwali u kif ukoll tar-relevanza tal-politika u l-aġenda ta' riforma. Għal raġunijiet ta' proċedura stipulati fl-Artikolu 128(2), il-validità tagħhom għall-2009 teħtieġ li tiġi kkonfermata b'Deċiżjoni tal-Kunsill, wara konsultazzjoni tal-Parlament Ewropew, tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali, tal-Kumitat tar-Reġjuni u tal-Kumitat tal-Impjiegi. 2008/0252 (CNS) Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar il-linji gwida għal politika dwar l-impjiegi tal-Istati Membri IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea u b’mod partikulari l-Artikolu 128(2) tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni[4], Wara li kkunsidra l-Opinjoni tal-Parlament Ewropew[5], Wara li kkunsidra l-Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew[6], Wara li kkunsidra l-Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni[7], Wara li kkunsidra l-Opinjoni tal-Kumitat dwar l-Impjiegi, Billi: 1. L-Istrateġija ta' Liżbona mġedda fl-2005 enfasizzat it-tkabbir ekonomiku u l-impjiegi. Il-Linji Gwida dwar l-Impjiegi tal-Istrateġija Ewropea tal-Impjiegi u l-Linji Gwida għall-Politika Ekonomika Wiesgħa kienu adottati bħala pakkett integrat, fejn l-Istrateġija Ewropea għall-Impjiegi għandha r-rwol prinċipali fl-implimentazzjoni tal-objettivi tas-suq tal-impjiegi u x-xogħol tal-Istrateġija ta’ Liżbona. 2. L-eżami tal-Programmi Nazzjonali ta' Riforma tal-Istati Membri li jinsab fl-abbozz tar-Rapport Konġunt dwar l-Impjiegi juri li l-Istati Membri għandhom ikomplu jagħmlu kull sforz biex jindirizzaw l-oqsma ta' prijorità li huma: jiġu attirati u jinżammu aktar nies fl-impjieg; jiżdiedu nies li lesti jaħdmu u jiġu modernizzati s-sistemi għall-ħarsien soċjali; titjieb l-addattabilità tal-ħaddiema u tal-intrapriżi; u jiżdied l-investiment fil-kapital uman permezz ta' edukazzjoni u ħiliet aħjar. 3. Fid-dawl tal-kriżijiet ekonomiċi attwali, il-Linji Gwida għandhom iservu wkoll bħala għodda biex jintlaħqu l-isfidi immedjati ta' żieda fin-nuqqas ta' xogħol u l-esklużjoni soċjali. Politika f'terminu immedjat tinkludi politika ta' flessigurtà integrata biex tiġi iffaċilitatà t-transizzjoni għax-xogħol, it-tqabbil tan-nies bla xogħol ma’ impjiegi disponibbli, u titjib tal-ħilijiet. 4. Fir-rigward tal-eżaminazzjoni tal-Kummissjoni tal-Programmi Nazzjonali ta' Riforma, l-attenzjoni trid tkun fuq implimentazzjoni effettiva u f'waqtha, filwaqt li tingħata attenzjoni speċjali lil-għanijiet maqbula u l-livelli ta' referenza, u l-involviment tal-imsieħba soċjali. 5. Il-Linji Gwida dwar l-Impjiegi li ġew adottati fl-2008 huma validi għal tliet snin, filwaqt li fis-snin intermedji, sa l-aħħar tal-2010, l-aġġornament tagħhom għandu jibqa' limitat b’mod strett. 6. L-Istati Membri għandhom jistudjaw l-użu tal-Fond Soċjali Ewropew meta jiġu biex jimplimentaw il-Linji Gwida tal-Impjiegi. 7. Minħabba n-natura integrata tal-pakkett tal-linji gwida, l-Istati Membri għandhom jimplimentaw b’mod sħiħ il-Linji Gwida għall-Politika Ekonomika Wiesgħa. ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI: Artikolu 1 Il-linji gwida għall-politiki tal-impjiegi tal-Istati Membri kif stabbiliti fl-Anness tad-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-15 ta’ Lulju 2008 dwar il-linji gwida għall-politiki tal-impjiegi tal-Istati Membri[8] għandhom jinżammu għall-2009 u għandhom ikunu kkunsidrati mill-Istati Membri fil-politiki tal-impjiegi tagħhom . Artikolu 2 Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmula fi Brussell, Għall-Kunsill Il-President [pic][pic][pic] [1] Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/618/KE tal-15 ta’ Lulju 2008 dwar linji gwida għall-politika dwar l-impjiegi tal-Istati Membri ĠU L 198, 26.7.2008, p. 47-54 [2] COM(2008) 800 [3] COM(2008) XXX [4] OJ C …, …, p. [5] OJ C …, …, p. [6] OJ C …, …, p. [7] OJ C …, …, p. [8] Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/618/KE tal-15 ta’ Lulju 2008 dwar linji gwida għall-politika dwar l-impjiegi tal-Istati Membri ĠU L 198, 26.7.2008, p. 47-54