Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52008PC0784

    Proposta għal regolament tal-Kunsill li jistabbilixxi, għas-sena tas-sajd 2009, il-prezz ta' gwida u l-prezzijiet Komunitarji tal-produtturi għal ċerti prodotti tas-sajd skont ir-Regolament (KE) Nru 104/2000

    /* KUMM/2008/0784 finali */

    52008PC0784

    Proposta għal regolament tal-Kunsill li jistabbilixxi, għas-sena tas-sajd 2009, il-prezz ta' gwida u l-prezzijiet Komunitarji tal-produtturi għal ċerti prodotti tas-sajd skont ir-Regolament (KE) Nru 104/2000 /* KUMM/2008/0784 finali */


    [pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ |

    Brussel 24.11.2008

    KUMM(2008) 784 finali

    Proposta għal

    REGOLAMENT TAL-KUNSILL

    li jistabbilixxi, għas-sena tas-sajd 2009, il-prezz ta' gwida u l-prezzijiet Komunitarji tal-produtturi għal ċerti prodotti tas-sajd skont ir-Regolament (KE) Nru 104/2000

    (preżentata mill-Kummissjoni)

    Proposta għal

    REGOLAMENT TAL-KUNSILL

    li jistabbilixxi, għas-sena tas-sajd 2009, il-prezz ta' gwida u l-prezzijiet Komunitarji tal-produtturi għal ċerti prodotti tas-sajd skont ir-Regolament (KE) Nru 104/2000

    IL-KUNSILL tal-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 104/2000 tas-17 ta' Diċembru 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fil-prodotti tas-sajd u l-akkwakultura[1], b'mod partikolari l-Artikolu 18(3) u l-Artikolu 26(1) tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni ,

    Billi:

    (1) L-Artikolu 18(1) u l-Artikolu 26(1) tar-Regolament (KE) Nru 104/2000 jipprovdu li għandu jiġi ffissat prezz ta' gwida u prezz tal-produzzjoni tal-Komunità għal kull sena ta' sajd biex jkunu stabbiliti l-livelli tal-prezzijiet għall-intervent sabiex jitqegħdu fis-suq ċertu prodotti tas-sajd.

    (2) L-Artikolu 18(1) tar-Regolament (KE) Nru 104/2000 jesiġi li l-prezz ta' gwida jiġi ffissat għal kull wieħed mill-prodotti u gruppi ta' prodotti mniżżla fil-lista fl-Anness I u II ta' dak ir-Regolament.

    (3) Fuq il-bażi tad-dejta kurrenti disponibbli fuq il-prezzijiet tal-prodotti konċernati u fuq il-kriterji msemmija fl-Artikolu 18(2) tar-Regolament (KE) Nru 104/2000, il-prezz ta' gwida għandu jiżdied, jinżamm, jew jitnaqqas għas-sena tas-sajd 2009, skont l-ispeċijiet.

    (4) L-Artikolu 26(1) tar-Regolament (KE) Nru 104/2000 jeħtieġ li l-prezz Komunitarju tal-produtturi għal kull wieħed mill-prodotti mniżżla fil-lista fl-Anness III ma' dak ir-Regolament. Huwa xieraq li jiġi stabbilit prezz Komunitarju tal-produtturi għal wieħed minn dawk il-prodotti u li jiġi kkalkolat il-prezz Komunitarju tal-produtturi għall-oħrajn permezz tal-fatturi ta' konverżjoni stabbiliti bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 802/2006 tat-30 ta' Mejju 2006 li jiffissa l-fatturi ta' konverżjoni applikabbli għall-ħut tal-ġenera Thunnus u Euthynnus [2].

    (5) Abbażi tal-kriterji stabbiliti fl-ewwel u fit-tieni inċiż tal-Artikolu 18(2) u fl-Artikolu 26(1) tar-Regolament (KE) Nru 104/2000, il-prezz Komunitarju tal-produtturi għas-sena tas-sajd 2009 għandu jiġi aġġustat,

    ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Għas-sena ta' sajd mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru 2009, il-prezz ta' gwida kif provdut fl-Artikolu 18(1) tar-Regolament (KE) Nru 104/2000 għandu jiġi stabbilit kif imniżżel fl-Anness I ta' dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Għas-sena tas-sajd mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru 2009, il-prezz Komunitarju tal-produtturi kif provdut fl-Artikolu 26(1) tar-Regolament (KE) Nru 104/2000 għandu jiġi stabbilit kif imniżżel fl-Anness II għal dan ir-Regolament.

    Artikolu 3

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2009.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u hu applikabbli direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell,

    Għall-Kunsill

    Il-President

    ANNESS I

    Annexes | Speċijiet Il-Prodotti msemmija fl-Annessi I u II tar-Regolament (KE) Nru 104/2000 | Preżentazzjoni Kummerċjali | Prezz ta' gwida (EUR/tunnellata) |

    I | 1. Aringi tal-ispeċi Clupea harengus | Ħut sħiħ | 281 |

    2. Sardin tal-ispeċi Sardina pilchardus | Ħut sħiħ | 574 |

    3. Mazzola Griża (Squalus acanthias) | Ħut sħiħ jew Ħut imnaddaf bir-ras | 1112 |

    4. Gattarell (Scyliorhinus spp.) | Ħut sħiħ jew Ħut imnaddaf bir-ras | 725 |

    5. Redfish (Sebastes spp.) | Ħut sħiħ | 1200 |

    6. Merluzz tal-ispeċi Gadus morhua | Ħut sħiħ jew ħut imnaddaf bir-ras | 1647 |

    7. Pollakkju (Pollachius virens) | Ħut sħiħ jew ħut imnaddaf bir-ras | 776 |

    8. Haddock (Melanogrammus aeglefinus) | Ħut sħiħ jew ħut imnaddaf bir-ras | 1038 |

    9. Merlangu (Merlangius merlangus) | Ħut sħiħ jew ħut imnaddaf bir-ras | 955 |

    10. Linarda (Molva spp) | Ħut sħiħ jew ħut imnaddaf bir-ras | 1214 |

    11. Kavall tal-ispeċi Scomber scombrus | Ħut sħiħ | 319 |

    12. Kavall tal-ispeċi Scomber japonicus | Ħut sħiħ | 290 |

    13. Inċova (Engraulis spp.) | Ħut sħiħ | 1300 |

    14. Barbun tat-tbajja' (Pleuronectes platessa) | Ħut sħiħ jew ħut imnaddaf bir-ras mill-1.1.2009 sat-30.4.2009 | 1074 |

    Ħut sħiħ jew ħut imnaddaf bir-ras mill-1.5.2009 sal-31.12.2009 | 1492 |

    15. Marlozz tal-ispeċi Merluccius merluccius | Ħut sħiħ jew ħut imnaddaf bir-ras | 3620 |

    16. Lingwata (Lepidorhombus spp.) | Ħut sħiħ jew ħut imnaddaf bir-ras | 2528 |

    17. Barbun (Limanda limanda) | Ħut sħiħ jew ħut imnaddaf bir-ras | 854 |

    18. Barbun komuni (Platichthys flesus) | Ħut sħiħ jew ħut imnaddaf bir-ras | 522 |

    19. Alonga jew tonn tax-xewka twila (Thunnus alalunga) | Ħut sħiħ | 2197 |

    Ħut imnaddaf bir-ras | 2415 |

    20. Siċċa (Sepia officinalis u Rossia macrosoma) | Sħiħ | 1729 |

    21. Petriċa (Lophius spp.) | Ħut sħiħ jew ħut imnaddaf bir-ras | 2968 |

    Bla ras | 6107 |

    22. Gambli tal-ispeċi Crangon crangon | Sempliċement mgħollijin fl-ilma | 2498 |

    23. Gambli tat-tramuntana (Pandalus borealis) | Sempliċement mgħollijin fl-ilma | 6539 |

    Frisk jew imkessaħ | 1622 |

    24. Granċ jittiekel (Cancer pagurus) | Sħiħ | 1783 |

    25. Awwista tan-Norveġja (Nephrops norvegicus) | Sħiħ | 5470 |

    Dnub | 4364 |

    26. Lingwata (Solea spp.) | Ħut sħiħ jew ħut imnaddaf bir-ras | 6845 |

    II | 1. Ħalibatt ta' Greenland (Reinhardtius hippoglossoides) | Iffriżat, fil-pakketti oriġinali li jkun fihom l-istess prodott | 1955 |

    2. Marlozzi tal-ispeċi Merluccius spp. | Iffriżat, fil-pakketti oriġinali li jkun fihom l-istess prodott | 1196 |

    Iffriżat, iffilitjat, fil-pakketti oriġinali li jkun fihom l-istess prodott | 1483 |

    3. Pagri (Dentex dentex and Pagellus spp.) | Iffriżat, fi kwantitajiet jew fil-pakketti oriġinali li jkun fihom l-istess prodott | 1546 |

    4. Pixxispad (Xiphias gladius) | Iffriżat, fil-pakketti oriġinali li jkun fihom l-istess prodott | 3977 |

    5. Siċċa (Sepia officinalis) (Rossia macrosoma) (Sepiola rondeletti) | Iffriżat, fil-pakketti oriġinali li jkun fihom l-istess prodott | 1954 |

    6. Qarnit (Octopus spp.) | Iffriżat, fil-pakketti oriġinali li jkun fihom l-istess prodott | 2183 |

    7. Klamari (Loligo spp.) | Iffriżat, fil-pakketti oriġinali li jkun fihom l-istess prodott | 1203 |

    8. Klamar (Ommastrephes sagittatus) | Iffriżat, fil-pakketti oriġinali li jkun fihom l-istess prodott | 961 |

    9. | Iffriżat, fil-pakketti oriġinali li jkun fihom l-istess prodott | 869 |

    10. Gambli tal-familja Penaeidae Gambli tal-ispeċi Parapenaeus longirostris | Iffriżat, fil-pakketti oriġinali li jkun fihom l-istess prodott | 4032 |

    Speċijiet oħra tal-familja Penaeidae | Iffriżat, fil-pakketti oriġinali li jkun fihom l-istess prodott | 7897 |

    ANNESS II

    Speċijiet Il-Prodotti elenkati fl-Anness III mar-Regolament (KEE) Nru 104/2000 | Piż | L-ispeċifikazzjonijiet kummerċjali | Il-prezz Komunitarju tal-produttur (EUR/tunnellata) |

    Tonn tax-xewka safra (Thunnus albacares) | li jkun jiżen aktar minn 10 kg kull wieħed | Sħiħ | 1275 |

    Bla garġi u mnaddaf |

    Oħra |

    li ma jkunx jiżen aktar minn 10 kg kull wieħed | Sħiħ |

    Bla garġi u mnaddaf |

    Oħra |

    Alonga (Thunnus alalunga) | li jkun jiżen aktar minn 10 kg kull wieħed | Sħiħ |

    Bla garġi u mnaddaf |

    Oħra |

    li ma jkunx jiżen aktar minn 10 kg kull wieħed | Sħiħ |

    Bla garġi u mnaddaf |

    Oħra |

    Palamit (I) | Sħiħ |

    Bla garġi u mnaddaf |

    Oħra |

    Tonn (Thunnus thynnus) | Sħiħ |

    Bla garġi u mnaddaf |

    Oħra |

    Speċijiet oħra tal-ġenera Thunnus u Euthynnus | Sħiħ |

    Bla garġi u mnaddaf |

    Oħra |

    ID-DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA

    1. L-ISEM TAL-PROPOSTA:

    Proposta għal Regolament tal-Kunsill li jistabbilixxi, għas-sena tas-sajd 2009, il-prezzijiet ta' gwida u l-prezzijiet Komunitarji tal-produtturi għal ċerti prodotti tas-sajd skont ir-Regolament (KE) Nru 104/2000

    2. IL-QAFAS TAL-ABM/ABB

    Qasam (Oqsma) Politiki kkonċernati u Attività/ajiet assoċjati:

    Il-qasam tal-politika 11: Sajd u Affarijiet Marittimi

    Attività ABB 11 02: Swieq tas-sajd

    3. LINJI TAL-BAĠIT

    3.1. Il-linji tal-baġit (linji operattivi u linji relatati tekniċi u ta’ assistenza amministrattiva (linji ex- B.A)) inklużi l-intestaturi:

    11 02 01 01: Interventi fil-prodotti tas-sajd:

    Analiżi indikattiva:

    - Programmi operattivi: EUR 1.230 miljun [3]

    - Irtirar mis-suq Komunitarju: EUR 3.300 miljun

    - Irtirar indipendenti mis-suq u t-trasferiment għall-eżerċizzju sussegwenti: EUR 2.200 miljun

    - Għajnuna għall-ħżin privat: EUR 1.000 miljun

    - Benefiċċju kumpensatorju għat-tonn: EUR 1.700 miljun

    - Trasferiment Komunitarju: EUR 5.000 miljun

    - Għajnuna teknika: EUR 0.150 miljun

    - Studji: EUR 0.220 miljun

    3.2. It-tul taż-żmien tal-azzjoni u tal-impatt finanzjarju:

    Miżuri ristretti għas-sena tas-sajd 2009 (16.10.2008 – 15.10.2009)

    Ladarba dan huwa eżerċizzju li jiffissa l-prezzijiet, l-impatt fuq in-nefqa huwa indirett. In-nefqa involuta tiddependi l-aktar fuq l-iżviluppi fis-sitwazzjoni tas-suq u fuq il-kwantitajiet li jinħattu l-art.

    3.3. Il-karatteristiċi baġitarji (żid il-linji jekk meħtieġ):

    Il-linja tal-Baġit | It-tip ta’ nfiq | Ġdid | Il-kontribuzzjoni tal-EFTA | Il-kontribuzzjonijiet mill-pajjiżi applikanti | Intestatura fil-perspettiva finanzjarja |

    11 02 0101 | Obblig./ Mhux obblig. | Diff[4] Mhux diff.[5] | IVA/LE | IVA/LE | IVA/LE | 2 |

    4. SOMMARJU TAR-RIŻORSI

    4.1. Ir-Riżorsi Finanzjarji

    4.1.1. Sommarju tal-approprjazzjonijiet tal-impenn (AI) u tal-approprjazzjonijiet tal-ħlas (AĦ)

    miljuni ta' EUR (sa 3 ċifri wara l-punt deċimali

    It-tip ta’ Nefqa | Taqsima nru . | Sena 2009 | n + 1 | n + 2 | n + 3 | n + 4 | N + 5 u aktar tard | It-total |

    Operational expenditure[6] |

    L-approprazzjonijiet tal-impenn (AI) | 8.1 | a | 13.050 | 13.050 |

    L-approprazzjonijiet tal-ħlas (AĦ) | b | 13.050 | 13.050 |

    L-infiq amministrattiv fl-ammont ta' referenza[7] |

    Assistenza teknika u amministrattiva (AMD) | 8.2.4 | c | - | - | - | - | - | - | - |

    L-AMMONT TOTALI TA’ REFERENZA |

    Approprjazzjonijiet | a+c | 13.050 | 13.050 |

    L-infiq amministrattiv li mhux inkluż fl-ammont ta’ referenza[8] |

    Ir-riżorsi umani u n-nefqa li għandha x’taqsam magħhom (AMD) | 8.2.5 | d | 0.244 | 0.244 |

    Nefqa amministrattiva, minbarra r-riżorsi umani u l-ispejjeż li għandhom x’jaqsmu magħhom, mhux inklużi fl-ammont ta’ referenza (AMD) | 8.2.6 | e | 0.036 | 0.036 |

    L-ispża finanzjarja totali indikattiva tal-intervent

    L-AI TOTALI inkluża l-ispiża tar-Riżorsi Umani | a+c+d+e | 13.330 | - | - | - | - | - | 13.330 |

    IT-TOTAL TA’ AĦ inkluż l-ispiża tar-Riżorsi Umani | b+c+d+e | 13.330 | - | - | - | - | - | 13.330 |

    Dettalji tal-kofinanzjament

    F’każ li l-proposta tinvolvi kofinanzjament mill-Istati Membri, jew minn korpi oħrajn (jekk jogħġbok speċifika liema), għandha tiġi indikata stima tal-livell ta’ dan il-kofinanzjament fit-tabella ta' hawn taħt (jistgħu jiżdiedu aktar linji f’każ li korpi differenti huma previsti għall-għoti tal-kofinanzjament):

    miljuni ta' EUR (sa 3 ċifri wara l-punt deċimali

    Il-Korp tal-kofinanzjament | Sena 2009 | n + 1 | n + 2 | n + 3 | n + 4 | N + 5 u aktar tard | It-total |

    L-ebda kofinanzjament mill-Istati Membri jew entitajiet oħra | f | - | - | - | - | - | - | - |

    IT-TOTAL TAL-AI inkluż il-kofinanzjament | a+c+d+e+f | - | - | - | - | - | - | - |

    4.1.2. Il-kompatibbiltà mal-Ipprogrammar Finanzjarju

    ( Il-proposta hija kompatibbli mal-ipprogrammar finanzjarju eżistenti.

    ( Il-proposta se tikkonsisti fl-ipprogrammar mill-ġdid tal-intestatura rilevanti fil-perspettiva finanzjarja.

    ( Il-proposta tista’ titlob l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Ftehim Interistituzzjonali[9] (jiġifieri strument ta’ flessibbiltà jew reviżjoni tal-perspettiva finanzjarja).

    4.1.3. L-impatt finanzjarju fuq id-dħul

    ( Il-proposta ma għandha l-ebda implikazzjoni finanzjarja fuq id-dħul.

    ( Il-proposta għandha impatt finanzjarju – l-effett fuq id-dħul huwa kif ġej:

    NB: Id-dettalji u l-osservazzjonijiet kollha relatati mal-metodu kif jiġi kkalkulat l-effett fuq id-dħul għandhom jintwerew f’anness separat.

    EUR miljuni (sa ċifra waħda wara l-punt deċimali)

    Qabel l-azzjoni [Sena n-1] | Is-sitwazzjoni wara l-azzjoni |

    L-għadd totali ta’ riżorsi umani | 2 | - | - | - | - | - |

    5. IL-KARATTERISTIĊI U L-GĦANIJIET

    5.1. Iridu jintlaħqu fi żmien qasir jew fit-tul

    L-interventi li huma dwar prodotti tas-sajd isiru skont il-Politika Komuni tas-Sajd (PKS) b'konformità mal-Artikolu 34 tat-Trattat. Għandhom l-għan li jipprovdu stabbiltà lis-swieq tal-Komunità billi jipprevjenu riskji possibbli ta' kriżijiet. F'dan il-kuntest, politiki dwar il-prezz xieraq u ta' forniment huma tal-akbar importanza. L-interess tal-katina tal-produzzjoni u tat-tqegħid fis-suq u l-bżonn li tissaħħaħ il-kompetittività tas-settur f'kuntest ta' globalizzazzjoni għandhom jiġu kkunsidrati. L-għan tal-istabbiltà tas-suq flimkien mal-appoġġ lejn id-dħul tal-produtturi jistgħu jintlaħqu essenzjalment permezz tal-mekkaniżmi differenti ta' interventi fis-swieq, eż. irtirar, tressiq f'perjodi sussegwenti, benefiċċju kumpensatorju . Għandu jiġi kkunsidrat ukoll l-interess tal-konsumaturi.

    5.2. Il-valur miżjud tal-involviment tal-Komunità u l-koerenza tal-proposta ma' strumenti finanzjarji oħrajn u s-sinerġija possibbli

    Il-kwistjoni tas-sussidjarjetà mhijiex relevanti għal din il-proposta għax l-intervent Komunitarju jaqa' taħt il-kompetenza esklussiva tal-Komunità. Il-valur miżjud tal-intervent Komunitarju huwa relatat direttament mal-argumenti wara l-eżistenza ta' organizzazzjoni komuni tas-swieq fil-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura.

    5.3. L-għanijiet, ir-riżultati mistennija u l-indikaturi relatati mal-proposta fil-kuntest tal-qafas tal-ABM

    Il-proposta għandha l-għan li tistabbilixxi l-prezz ta' gwida u l-prezz Komunitarju tal-produttur permezz tal-Kunsill skont Artikoli 18 u 26 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 104/2000. Il-prezz ta' gwida, permezz tar-Regolamenti tal-Kummissjoni, jipprovdu l-bażi għall-iffissar sussegwenti ta' parametri differenti li huma meħtieġa għat-tħaddim tal-mekkaniżmi ta' intervent għas-sena ta' sajd ikkonċernata. Bl-istess mod, il-prezz Komunitarju tal-produtturi jifforma l-bażi biex jingħata l-benefiċċju kumpensatorju għat-tonn li jista' jiġi kkawżat skont l-iżvilupp tal-prezzijiet fis-swieq dinjin.

    Sabiex jiġi żgurat it-tħaddim proprju tal-organizzazzjoni komuni tas-swieq fl-2009, ir-regolamenti kollha għandhom jiġu adottati qabel l-aħħar tal-2008.

    5.4. Il-metodu tal-implimentazzjoni (indikattiv)

    Hawn taħt uri l-metodu/i[11] magħżul(a) għall-implimentazzjoni tal-azzjoni.

    Ġestjoni Ċentralizzata

    ( direttament mill-Kummissjoni

    Indirettament b’delega lil: Aġenziji Eżekuttivi

    Aġenziji Ezekuttivi

    Entitajiet stabbiliti mill-Kummissjoni kif imsmemi fl-Artikolu 185 tar-Regolament Finanzjarju

    Korpi nazzjonali tas-settur pubbliku/korpi b’missjonita’ servizz pubbliku

    Ġestjoni konġunta jew deċentralizzata

    Mal-Istati Membri

    Ma’ Pajjiżi terzi

    Ġestjoni konġunta ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali (jekk jogħġbok speċifika)

    Kummenti rilevanti:

    Mis-16 ta' Ottubru 2006, il-miżuri ffinanzjati taħt l-intestatura tal-baġit 11.02.01 ġew implimentati b'mod ċentralizzat skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 dwar l-iffinanzjar tal-politika agrikola komuni. Barra minn hekk, il-ġestjoni ta' dejta notifikata mill-Istati Membri skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 80/2001 hija r-responsabbilità tal-Kummissjoni biss.

    6. IL-MONITORAĠĠ U L-EVALWAZZJONI

    6.1. Sistema ta’ monitoraġġ

    Il-monitoraġġ tal-miżuri ppjanati huwa żgurat permezz tal-ġbir u l-analiżi tad-data nnotifikata mill-Istati Membri permezz tas-sistema FIDES skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 80/2001.

    6.2. Valutazzjoni

    6.2.1. Evalwazzjoni ex ante

    Jekk tiġi meqjusa n-natura speċifika tal-proposta, jiġifieri l-iffissar annwali ta' ċerti prezzijiet Komunitarji fi ħdan il-qafas tal-organizzazzjoni komuni preżenti tas-swieq għal prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura, mhux meħtieġ li jkun hemm evalwazzjoni ex-ante kif deskritta f'Artikolu 21 (1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2342/2002 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament Finanzjarju. Madankollu, il-proposta tal-Kummissjoni hija bbażata fuq monitoraġġ regolari ta' interventi fis-snin tas-sajd preċedenti u analiżi profonda tas-sitwazzjoni tas-swieq għall-prodotti rilevanti.

    6.2.2. Miżuri meħuda wara evalwazzjoni intermedjarja/ex-post (tagħlimiet minn esperjenzi simili fl-imgħoddi):

    Mhux rilevanti peress li l-miżuri ta' intervent għal prodotti tas-sajd għandhom ma kienux soġġetti għal evalwazzjoni intermedjarja jew ex-post.

    6.2.3. It-termini u l-frekwenza tal-evalwazzjoni fil-ġejjieni

    Waqt li rapport dwar l-implimentazzjoni tal-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq ġie ppreżentat skont Artikolu 41 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 104/2000 (ara COM(2006) 558 finali u d-dokument li jakkumpanja SEC(2006) 1218), evalwazzjoni ġenerali tal-mekkaniżmi differenti previsti fl-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq fil-verżjoni preżenti tagħha, qed issir skont ir-Regolament Finanzjarju.

    7. MIŻURI KONTRA L-FRODI

    Il-miżuri kontra l-frodi huma konformi mad-dispożizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 104/2000 u, b'mod partikolari, mad-dispożizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament (KEE) Nru 595/91 dwar l-irregolaritajiet u l-irkupru ta' somom ta' fondi mħallsa b'mod inkorrett.

    8. ID-DETTALJI TAR-RIŻORSI

    8.1. L-għanijiet tal-proposta skont kemm iqumu

    Approprjazzjonijiet għall-impenji f’miljuni ta’ EUR (sa 3 punti deċimali)

    Sena 2009 | Sena n+1 | Sena n+2 | Sena n+3 | Sena n+4 | Sena n+5 |

    Uffiċjali jew persunal temporanju[12] (XX 01 01) | A*/AD | [13] |

    B*, C*/AST | 2 |

    Persunal iffinanzjat[14] mill-art. XX 01 02 |

    Persunal ieħor[15] iffinanzjat mill-Art. XX 01 04/05 |

    TOTAL |

    8.2.2. Deskrizzjoni tax-xogħlijiet li jirriżultaw mill-azzjoni

    Kontrolli dwar il-ġestjoni finanzjarja tan-nefqa, dawk ta' segwitu u ex post.

    8.2.3. Sorsi tar-riżorsi umani (statutorji)

    (Fejn ikun iddikjarat aktar minn sors wieħed, indika l-għadd ta’ karigi li joriġinaw minn kull sors).

    ( Karigi li bħalissa huma allokati għall-ġestjoni tal-programm li għandu jinbidel jew jiġi estiż

    ( Karigi allokati minn qabel fil-qafas tal-eżerċizzju tal-APS/PDB għas-sena 2009

    ( Karigi li għandhom jintalbu fil-proċedura tal-APS/PDB li jmiss

    ( Karigi li għandhom jitqassmu mill-ġdid billi jintużaw riżorsi eżistenti fi ħdan is-servizzi ta’ ġestjoni (tqassim intern mill-ġdid)

    ( Karigi meħtieġa għas-sena n għalkemm mhumiex previsti fl-eżerċizzju tal-APS/PDB tas-sena kkonċernata

    8.2.4. Infiq amministrattiv ieħor inkluż fl-ammont ta’ referenza (XX 01 04/05 – Infiq fuq it-tmexxija amministrattiva)

    miljuni ta' EUR (sa 3 ċifri wara l-punt deċimali

    Il-linja tal-Baġit (numru u intestatura) | Sena 2009 | Sena n+1 | Sena n+2 | Sena n+3 | Sena n+4 | Sena n+5 u s-snin ta’ wara | TOTAL |

    Għajnuna teknika u amminsitrattiva oħra |

    - intra muros |

    - extra muros |

    Total Għajnuna teknika u amministrattiva |

    8.2.5. L-ispiża finanzjarja għar-riżorsi umani u l-ispejjeż assoċjati mhux inklużi fl-ammont ta’ referenza

    miljuni ta' EUR (sa 3 ċifri wara l-punt deċimali

    It-tip ta’ riżorsi umani | Sena 2009 | Sena n+1 | Sena n+2 | Sena n+3 | Sena n+4 | Sena n+5 u s-snin ta’ wara |

    Uffiċjali u persunal temporanju (XX 01 01) | 0.244 |

    Uffiċjali u persunal temporanju (XX 01 01) Persunal iffinanzjat skont l-Art XX 01 02 (awżiljarji, END, persunal b’kuntratt, eċċ.) (speċifika l-linja baġitarja) |

    Spiża totali għar-Riżorsi Umani u spejjeż assoċjati (MHUX fl-ammont ta’ referenza) |

    Kalkolu – Uffiċjali u Aġenti temporanji

    Jekk ikun applikabbli, għandha ssir referenza għall-Punt 8 2 1

    2 AST x EUR 0.122 miljun = EUR 0.244 miljun

    .

    Kalkolu– Persunal iffinanzjat taħt l-art. XX 01 02

    Jekk ikun applikabbli, għandha ssir referenza għall-Punt 8 2 1

    8.2.6. Infiq amministrattiv ieħor mhux inkluż fl-ammont ta’ referenza

    miljuni ta' EUR (sa 3 ċifri wara l-punt deċimali |

    Sena 2009 | Sena n+1 | Sena n+2 | Sena n+3 | Sena n+4 | Sena n+5 u s-snin ta’ wara | TOTAL |

    XX 01 02 11 01 – Missjonijiet | 2 | 0.017 |

    XX 01 02 11 02 – Laqgħat u konferenzi |

    XX 01 02 11 03 – Kumitati[17] | 1 | 0.019 |

    XX 01 02 11 04 – Studji & konsultazzjonijiet |

    XX 01 02 11 05 – Sistemi ta’ informazzjoni |

    2 It-Total ta’ Nefqa Oħra ta’ Ġestjoni (XX 01 02 11) |

    3 Infiq ieħor ta’ natura amministrattiva (ippreċiża billi tindika l-linja tal-baġit) |

    L-infiq amministrattiv totali, għajr għar-riżorsi umani u l-ispejjeż relatati (MHUX inkluż fl-ammont ta’ referenza) | 0.036 |

    Kalkolu – Infiq amministrattiv ieħor li mhuwie x inkluż fl-ammont ta' referenza

    [1] ĠU L 17, 21.1.2000, p. 22.

    [2] ĠU L 144, 31.5.2006, p. 15.

    [3] L-għajnuna mhijiex effettwata mill-iffissar tal-prezzijiet gwida

    [4] Approprjazzjonijiet differenzjati.

    [5] Minn hawn ‘il quddiem l-approprjazzjonijiet mhux differenzjati jissejħu NDA.

    [6] Nefqa li ma tidħolx taħt il-Kapitolu xx 01 tat-Titolu xx ikkonċernat.

    [7] Infiq li ma jaqax taħt il-Kapitolu xx 01 04 tat-Titolu xx.

    [8] Infiq fil-kapitolu xx 01 għajr l-Artikoli xx 01 04 jew xx 01 05.

    [9] Ara l-punti 19 u 24 tal-ftehim Interistituzzjonali.

    [10] Jistgħu jiżdiedu kolonni addizzjonali jekk ikun hemm bżonn, jiġifieri jekk it-tul taż-żmien tal-azzjoni jaqbeż is-sitt snin.

    [11] Jekk jiġi indikat iktar minn metodu wieħed jekk jogħġbok ipprovdi dettalji addizzjonali fit-taqsima "Kummenti Relevanti" ta' dan il-punt.

    [12] Li l-ispiża għalih MHIJIEX koperta mill-ammont ta’ referenza.

    [13] Ma jaffetwax l-ispiża amministrattiva jew tal-persunal.

    [14] Li l-ispiża tiegħu MHIJIEX koperta mill-ammont ta’ referenza.

    [15] Li l-spiża tiegħu hija inkluża fl-ammont ta’ referenza.

    [16] Għandha ssir referenza għad-dikjarazzjoni finanzjarja leġiżlattiva speċifika għall-Aġenzija/i Eżekuttiva/i speċifika/ċi.

    [17] Speċifika t-tip ta’ kumitat u l-grupp li jagħmel parti minnu.

    Top