Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52008PC0704

    Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar Aġenziji tal-Klassifikazzjoni tal-Kreditu {SEG(2008) 2745} {SEG(2008) 2746}

    /* KUMM/2008/0704 finali - COD 2008/0217 */

    52008PC0704

    Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar Aġenziji tal-Klassifikazzjoni tal-Kreditu {SEG(2008) 2745} {SEG(2008) 2746} /* KUMM/2008/0704 finali - COD 2008/0217 */


    [pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ |

    Brussel 12.11.2008

    KUMM(2008) 704 finali

    2008/0217 (COD)

    Proposta għal

    REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

    dwar Aġenziji tal-Klassifikazzjoni tal-Kreditu

    {SEG(2008) 2745}{SEG(2008) 2746}

    MEMORANDUM TA' SPJEGAZZJONI

    1. KUNTEST TAL-PROPOSTA

    1.1. Kuntest ġenerali, raġunijiet għal u għanijiet tal-proposta

    L-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu jipprovdu opinjonijiet indipendenti dwar il-probabbiltà tan-nuqqas ta’ ħlas lura jew it-telf mistenni ta’ kumpaniji, gvernijiet u medda wiesgħa ta’ strumenti finanzjarji. Dawn ‘il-klassifikazzjonijiet tal-kreditu’ jintużaw mill-investituri, minn min jissellef, emittenti u gvernijiet, u għalhekk għandhom rwol importanti fis-swieq finanzjarji.

    Fl-2006 il-Kummissjoni stabbilixxiet il-metodu regolatorju tagħha lill-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu[1] u ddikjarat li se tissorvelja bir-reqqa l-iżviluppi f’dan il-qasam. Aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu attivi fl-UE huma rregolati l-aktar mill-kodiċi tal-kondotta[2], Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Kummissjonijiet tat-Titoli (IOSCO), li hija bbażata fuq konformità volontarja, u huma suġġetti għal valutazzjoni kull sena mill-Kumitat tar-Regulaturi tat-Titoli Ewropej (CESR)[3]. Il-Kummissjoni ddikjarat li se tikkunsidra proposti ġodda jekk il-konformità mar-regoli eżistenti tal-UE jew il-Kodiċi tal-IOSCO kienu biċ-ċar mhux sodisfaċenti jew jekk kellhom jinħolqu ċirkostanzi ġodda – inklużi problemi serji ta’ falliment fis-suq.

    Hemm ftehim komuni li l-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu kkontribwixxew b’mod sinifikanti għat-taqlib riċenti fis-suq billi stmaw anqas ir-riskju tal-kreditu ta’ prodotti tal-kreditu strutturati. Il-maġġoranza l-kbira tal-prodotti tas- subprime ngħatat l-ogħla klassifikazzjoni, b’hekk biċ-ċar stmaw anqas ir-riskji ewlenin inerenti f’dawk l-istrumenti. Barra minn hekk, meta l-kundizzjonijiet tas-suq marru għall-agħar, l-aġenziji naqsu li jadattaw il-klassifikazzjonijiet mill-ewwel.

    Il-kriżi kurrenti żvelat dgħufija fil-metodi u l-mudelli wżati mill-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu. Raġuni waħda tista’ tkun li l-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu joperaw f’suq oligopolistiku li joffri inċentivi limitati biex jikkompetu fuq il-kwalità tal-klassifikazzjonijiet prodotti. Il-kwalità kultant fqira tal-klassifikazzjonijiet ta’ strumenti finanzjarji strutturati kkontribwiet b’mod konsiderevoli għall-kriżi kurrenti. Barra minn hekk, nuqqasijiet fil-komunikazzjoni tal-aġenziji mal-utenti tal-klassifikazzjonijiet tal-kreditu saru evidenti. Bħala riżultat, il-kunfidenza tal-parteċipanti tas-suq fil-prestazzjoni tal-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu u fil-kredibbiltà tal-klassifikazzjonijiet sofriet.

    F’Ottubru 2007 il-Ministri tal-Finanzi tal-UE ftehmu fuq sett ta’ konklużjonijiet fuq il-kriżi (il-‘Mappa tat-Triq ta’ Ecofin’)[4] li inkluda proposta għal valutazzjoni tar-rwol li għandhom l-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu u biex tkun indirizzata kull defiċjenza relevanti. B’mod speċifiku, il-Kummissjoni ntalbet teżamina konflitti ta’ interess possibbli fil-proċess tal-għoti tal-klassifikazzjonijiet, it-trasparenza tal-metodi tal-għoti tal-klassifikazzjonijiet, dewmien ta’ żmien għall-valutazzjonijiet mill-ġdid tal-klassifikazzjonijiet u proċessi ta’ approvazzjoni regolatorja.

    Biex tiċċara l-irwol tal-aġenziji u biex tivvaluta l-bżonn għal miżuri regolatorji, fil-Ħarifa tal-2007, il-Kummissjoni talbet il-parir tas-CESR u tal-Grupp ta’ Esperti dwar is-Swieq tat-Titoli Ewropej (ESME)[5]. Madwar l-istess żmien, pajjiżi oħrajn ukoll bdew ir-riformi f'dan il-qasam (l-US, il-Ġappun), u minn dakinhar, rapporti importanti mill-IOSCO[6], il-Forum tal-Istabbiltà Finanzjarja[7] u l-Kumitat dwar is-Sistema Finanzjarja Globali[8] indirizzaw il-kwistjoni. Sadanittant, l-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu nnifishom ippreżentaw xi riformi li bi ħsiebhom jibdew.[9]

    Awtoregolazzjoni bbażata fuq konformità volontarja mal-kodiċi tal-IOSCO ma tidhirx li toffri soluzzjoni kredibbli adegwata għad-defiċjenzi strutturali tan-negozju. Filwaqt li l-industrija ppreżentat bosta skema għal awtoregolazzjoni, ħafna minn dawn ma kinux sodi u jew stretti biżżejjed biex ilaħħqu mal-problemi serji u jġibu lura l-kunfidenza fis-swieq. Barra minn hekk, metodi individwali minn xi aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu ma jkollhomx l-effett fuq is-suq kollu meħtieġ biex jistabbilixxi bażi ndaqs tul l-UE u preferibbilment madwar id-dinja. Fuq termini tal-ħtiġijiet sostantivi, il-Kummissjoni tikkunsidra l-kodiċi tal-kondotta riveduta tal-IOSCO bħala l-livell stabbilit globali. Madankollu, il-kodiċi għandu xi limitazzjonijiet li hemm bżonn jingħelbu biex ir-regoli tiegħu jkunu kompletament operazzjonali. Xi regoli tal-IOSCO huma kemxejn astratti u ġeneriċi; hemm bżonn ikunu kkonkretizzati, u kkonsolidati f’xi ċerti każijiet, biex ikunu aktar faċli biex ikunu applikati fil-prattika u aktar effiċjenti. Aktar importanti, il-kodiċi ma jipprovdi l-ebda mekkaniżmu tar-raffurzar iżda jistieden biss lill-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu jagħtu r-raġunijiet jekk ma jikkonformawx miegħu (il-metodu ‘konformità jew spjegazzjoni’). Il-kodiċi nnifsu huwa miftuħ biex ikun ikkumplimentat minn regoli li jistgħu jkunu nfurzati. B’mod espliċitu jiddikjara li l-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandhom jobdu l-liġijiet u r-regolament tal-ġurisdizzjonijiet li joperaw fihom u li dawn il-liġijiet jistgħu jinkludu regolamenti diretti tal-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu li jistgħu jinkludu elementi tal-kodiċi.

    Fl-US, fejn ħafna mill-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu b’attivitajiet sinifikanti fl-UE għandhom il-kumpaniji ewlenin tagħhom, l-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu kienu suġġetti għar-regolazzjoni u s-sorveljanza sa mis-Sajf 2007[10]. Minħabba n-natura globali tan-negozju tal-klassifikazzjonijiet, huwa importanti li b-bażi bejn l-UE u l-US tkun livellata permezz tal-istabbiliment ta’ qafas regolatorju fl-UE paragonabbli ma’ dak applikat fl-US u bbażat fuq l-istess prinċipji.

    Fuq il-bażi ta’ dawn il-kunsiderazzjonijiet, din il-proposta għal regolazzjoni għandha erba’ għanijiet ewlenin immirati biex itejbu l-proċess tal-ħruġ tal-klassifikazzjonijiet tal-kreditu:

    - l-ewwel, li jkun żgurat li l-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu jevitaw il-konflitti ta’ interess fl-ipproċessar tal-klassifikazzjonijiet jew għall-anqas jamministrawhom b’mod adegwat;

    - it-tieni, li tittejjeb il-kwalità tal-metodoloġiji użati mill-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu u l-kwalità tal-klassifikazzjonijiet, u

    - it-tielet, li tiżdied it-trasparenza billi obbligi għall-iżvelar ikunu stabbiliti għall-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu.

    - ir-raba’ li jkun żgurat qafas effiċjenti tar-reġistrazzjoni u sorveljanza, li jevita ‘ix-xiri tal-forum’ u arbitraġġ regolatorju bejn il-ġurisdizzjonijiet tal-UE;

    Il-Kummissjoni bi ħsiebha tiżvilupp qafas regolatorju għall-ħruġ tal-klassifikazzjonijiet tal-kreditu biex tiżgura livell għoli ta’ kunfidenza mill-investitur u protezzjoni għall-konsumatur. .

    1.2. Dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam tal-proposta

    Il-liġi tal-komunità tindirizza żewġ aspetti biss tal-klassifikazzjonijiet tal-kreditu:

    - Filwaqt lil-klassifikazzjonijiet tal-kreditu m’humiex rakkomandazzjonijiet fis-sens tad-Direttiva 2003/125/KE[11] li timplimenta d-Direttiva tal-Abbuż tas-Suq[12], il-paragrafu 10 tad-Direttiva 2003/125/KE jiddikjara li l-aġenziji għandhom jikkunsidraw jadottaw il-politiki u l-proċeduri interni ddisinjati biex jiżguraw li l-klassifikazzjonijiet tal-kreditu tagħhom ikunu ppreżentati b’mod ġust u li jiżvelaw b’mod xieraq kull interess jew konflitt ta’ interess sinifikanti dwar l-istrumenti finanzjarji jew l-emittenti li dwarhom jirrelataw il-klassifikazzjonijiet tal-kreditu.

    - Id-Direttiva tal-Ħtiġiet tal-Kapital[13] (2006/48/KE) tipprovdi għall-użu ta’ valutazzjonijiet tal-kreditu esterni biex jistabbilixxu t-toqol tar-riskju u l-ħtiġiet tal-kapital li jirriżultaw applikati għall-espożizzjoni ta’ bank jew ditta tal-investiment. Valutazzjoni tal-kreditu esterna tista’ tintuża biss għal dan l-iskop jekk l-Istituzzjoni tal-Valutazzjoni tal-Kreditu Estern (‘ECAI’) li tipprovdi l-valutazzjoni tar-riskju tkun rikonoxxuta mill-awtoritajiet kompetenti. Mekkaniżmu tar-rikonoxximent huwa ppreżentat fl-Anness VI it-Tieni Parti tad-Direttiva tal-Ħtiġiet tal-Kapital. L-awtoritajiet kompetenti nazzjonali jistgħu jirrikonoxxu ECAI biss jekk din tal-aħħar tkun konformi mal-ħtiġiet bħall-oġġettività, indipendenza, analiżi kontinwa, kredibbiltà u trasparenza. Sabiex jippromwovi l-konverġenza, il-Kumitat tas-Superviżuri Bankarji Ewropej (CEBS) ħareġ linjigwida dwar ir-rikonoxximent tal-ECAIs[14].

    1.3. Konsulenza ta' partijiet interessati u valutazzjoni tal-impatt

    Kif issemma’ fit-taqsima 1.1., fil-Ħarifa tal-2007 il-Kummissjoni tablet lill-Kumitat tar-Regulaturi tat- Titoli Ewropej (CESR) u l-Grupp ta’ Esperti tas-Swieq Ewropej tat-Titoli (ESME) biex jipprovdu pariri dwar aspetti varji tal-attività u r-rwol tal-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu fis-swieq finanzjarji, b’mod speċjali fil-finanzi strutturati. Iż-żewġ gruppi kkonsultaw b’mod wiesgħa lill-persuni li għandhom interess, u taw lill-Kummissjoni veduta usa u aktar evidenza għar-rwol tal-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu fil-finanzi strutturati fil-kuntest tat-taqlib tas- subprime .

    Minbarra li segwiet il-progress tax-xogħol tas-CESR u tal-ESME mill-viċin, il-Kummissjoni kellha diskussjonijiet mal-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu, u talbet kummenti minn persuni oħrajn li għandhom interess inklużi assoċjazzjonijiet tal-industrija mis-setturi tal-assigurazzjoni, is-settur tat-titoli u s-settur bankarju u fornituri tal-informazzjoni. Konsultazzjoni miftuħa tmexxiet fuq l-Internet bejn il-31 ta’ Lulju 2008 u l-5 ta’ Settembru 2008[15]. Aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu, banek, ditti tal-investiment, kumpaniji tal-assigurazzjoni, maniġers tal-fondi, awtoritajiet tas-sorveljanza u regolatorji, ministeri tal-finanzi, banek ċentrali u partijiet interessati oħrajn kienu rrappreżentati fit-tweġibiet tal-istħarriġ, jew permezz ta’ risposti individwali jew flimkien[16].

    1.41 Valutazzjoni tal-impatt

    B’konformità mal-politika tar-‘Regolazzjoni Aħjar’ tagħhom, il-Kummissjoni mexxiet valutazzjoni tal-impatt tal-alternattivi tal-politika. Erba’ opzjonijiet kienu kkunsidrati:

    - L-1 Opzjoni: jinżamm l-istatus quo (metodu ta’ awtoregolazzjoni bbażat fuq il-kodiċi tal-IOSCO flimkien mal-inizjattivi individwali minn aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu);

    - It-2 Opzjoni: abbozzar ta’ kodiċi tal-kondotta Ewropea u l-istabbiliment ta’ korp tal-monitoraġġ tal-konformità tal-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu mal-kodiċi, għalkemm mingħajr ebda setgħat ta’ nfurzar;

    - It-3 Opzjoni: ħruġ ta’ rakkomandazzjoni (li ma torbotx) tal-Kummissjoni;

    - Ir-4 Opzjoni: leġislazzjoni għall-istabbiliment ta’ qafas tar-reġistrazzjoni u tas-sorveljanza għall-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu.

    Kull waħda minn dawn l-erba’ opzjonijiet kienet ivvalutata kontra erba’ kriterji: effettività[17], ċertezza[18], qafas komuni[19] u flessibbiltà[20]. L-opzjoni leġislattiva kellha vantaġġi ċari fuq l-opzjonijiet l-oħrajn tal-politika b’mod speċjali dwar l-effettività u ċ-ċertezza tagħha, għax l-opzjonijiet l-oħrajn (metodi awtoregolatorji jew rakkomandazzjoni) ma jistgħux jipproduċu regoli legalment vinkolanti u mekkaniżmu tal-infurzar. Barra minn hekk, il-leġislazzjoni hija l-aħjar opzjoni biex tiżgura qafas komuni madwar l-UE kollha u kontrobilanċ effiċjenti għal ġurisdizzjonijiet importanti oħrajn, l-aktar l-US.

    2. ELEMENTI LEGALI TAL-PROPOSTA

    2.1. Bażi legali

    Il-proposta hija bbażata fuq l-Artikolu 95 tat-Trattat tal-KE.

    2.2. Sussidjarjità u proporzjonalità

    Il-proposta tal-Kummissjoni biex l-Aġenziji tal-Klassifikazzjoni tal-Kreditu jkunu rregolati skond il-prinċipju ta’ sussidjarja ppreżentata fl-Artikli 5(2) tat-Trattat tal-KE, li titlob lill-Komunità li tieħu azzjoni biss jekk u sakemm l-għanijiet tal-azzjoni proposta ma tistax tinkiseb biżżejjed mill-Istati Membri u tista’ għalhekk, minħabba l-iskala tal-effetti tal-azzjoni proposta, tinkiseb aħjar mill-Komunità. In-negozju tal-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu hija globali. Il-klassifikazzjonijiet maħruġin minn aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu bbażata fi Stat Membru wieħed jintużaw u joqogħdu fuqhom parteċipanti tas-suq madwar l-UE kollha. Fallimenti jew nuqqas ta’ qafas regolatorju għall-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu fi Stat Membri wieħed speċifiku jistgħu jaffettwaw ħażin lil parteċipanti tas-suq u s-swieq finanzjarji madwar l-UE kollha. Għalhekk, regoli regolatorji sodi applikabbli tul l-UE kollha huma meħtieġa biex jipproteġu l-investituri u s-swieq minn nuqqasijiet possibbli.

    Hemm bżonn li qafas komuni ta’ regoli dwar il-kwalità tal-klassifikazzjonijiet tal-kreditu jkun stabbilit biex jintuża mill-istituzzjonijiet finanzjarji rregolati minn regoli armonizzati fil-Komunità. Inkella, ikun hemm ir-riskju li l-Istati Membri jadottaw miżuri diverġenti fuq livell nazzjonali. Dan ikollu impatt dirett u negattiv fuq u joħloq ostakli għall-funzjoni sew tas-suq intern, peress li l-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu li joħorġu l-klassifikazzjonijiet tal-kreditu għall-użu tal-istituzzjonijiet finanzjarji fil-Komunità, ikunu suġġetti għal regoli differenti fi Stati Membri differenti.

    Finalment, minħabba n-natura globali u l-effetti dinjija tan-negozju tal-klassifikazzjonijiet, konverġenza tar-regoli li jirregolaw il-ħruġ tal-klassifikazzjonijiet tal-kreditu fuq skala globali li tiżgura livell għoli ekwivalenti ta’ kunfidenza tal-investitur u protezzjoni tal-konsumatur hija importanti. Regolamenti nazzjonali differenti fl-UE tikkomplika dan il-proċess ta’ konverġenza u tista’ ddgħajjef il-pożizzjoni tal-UE mqabbla ma’ reġimi importanti x’imkien ieħor.

    Ir-regolament propost huwa wkoll proporzjonali, kif meħtieġ mill-Artikolu 5(3) tat-Trattat tal-KE. Mhux immirat lejn l-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu kollha iżda dawk biss li l-klassifikazzjonijiet tagħhom jintużaw għal skopijiet regolatorju minn istituzzjonijiet finanzjarji, jiġifieri dawk b’impatt potenzjali għoli fuq is-sistema finanzjarja. Ħafna mid-dispożizzjonijiet sostantivi tiegħu huma ispirati mill-kodiċi tal-IOSCO. Din tillimita l-ispejjeż tal-adattament b’mod konsiderevoli, peress li ħafna aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu diġà kkonformaw b’mod volontarju mal-kodiċi. Il-proposta tikkunsidra l-regolament li hemm fil-pajjiżi ewlenin mhux tal-UE, biex takkomoda l-mudell tan-negozju ta’ aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu li joperaw globalment, iżda wkoll tikkunsidra aġenziji iżgħar li li jsegwu mudell tal-negozju anqas kumpless[21].

    2.3. Għażla tal-istrument

    Il-leġislazzjoni tal-UE tidher li hija l-unika għażla li tista’ tipproteġu biżżejjed l-investituri u s-swieq finanzjarji Ewropej kontra r-riskju ta' prattika ħażina minn aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu. Metodu uniformi huwa meħtieġ sabiex jinħoloq qafas fejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jistgħu jiżguraw li l-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu japplikaw is-sett il-ġdid tal-ħtiġiet b’mod konsistenti madwar il-Komunità. Regolament huwa l-aħjar strument biex jiżgura metodu konsistenti u uniformi madwar l-Unjoni Ewropea minħabba l-effett dirett tiegħu.

    Bħalissa ma jeżisti l-ebda reġim tar-reġistrazzjoni u tas-sorveljanza għall-ħruġ ta’ klassifikazzjonijiet tal-kreditu f’xi Stat Membru. Direttiva, li tippermetti livell ta’ flessibbiltà lill-Istati Membri biex jiddeċiedu kif jadattaw l-ordnijiet legali u nazzjonali tagħhom għall-qafas il-ġdida, hija għalhekk mhux effiċjenti.

    Peress li m’għandux bżonn traspożizzjoni mill-Istati Membri, Regolament jista’ jdaħħal fis-seħħ immedjatament il-qafas uniformi meħtieġ biex malajr iġib lura l-kunfidenza tas-suq fl-attività tal-klassifikazzjonijiet tal-kreditu. Huwa wkoll anqas kumplikat għall-industrija, peress li sett wieħed tar-regoli tal-Komunità japplikaw tul l-Unjoni Ewropea.

    2.4. Komitoloġija

    Il-proposta hija bbażata fuq il-proċess tal-Lamfalussy għar-regolazzjoni ta’ servizzi finanzjarji. Il-parti ewlenija tar-regolament propost tintroduċi prinċipji sabiex jiżguraw li (i) il-ħruġ tal-klassifikazzjonijiet tal-kreditu ma jkunx affettwar minn konflitti ta’ interess, (ii) u l-klassifikazzjonijiet tal-kreditu maħruġin ikunu ta’ kwalità għolja, u (iii) li l-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu jaġixxu b’mod trasparenti.

    Id-dettalji tekniċi meħtieġa biex jispeċifikaw il-prinċipji tar-Regolament huma ppreżentati fl-I u t-II Anness tar-Regolament. Sabiex ikun permezz adattament veloċi tar-Regolament għal kull żvilupp ġdid li jaffettwa l-attività tal-klassifikazzjonijiet d-dispożizzjonijiet tekniċi li jinsabu fl-Annessi jistgħu jkunu emendati mill-Kummissjoni skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999[22]. Peress li dawn il-miżuri huma ta’ skop ġenerali u huma ddisinjati biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, għandhom ikunu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju pprovdut fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

    2.5. Kontenut tal-Proposta

    2.5.1. Ambitu (Artikolu 2)

    Il-proposta tintroduċi reġim tar-reġistrazzjoni u tas-sorveljanza legalment vinkolanti għall-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu li joħorġu l-klassifikazzjonijiet tal-kreditu maħsuba għall-użu għal skopijiet regolatorji minn istituzzjonijiet tal-kreditu, ditti tal-investiment, impriżi tal-assigurazzjoni u tal-assigurazzjoni tal-ħajja, skemi ta’ investiment kollettiv u fondi tal-pensjoni.

    2.5.2. Indipendenza u skansament ta’ konflitti ta’ interess (Artikolu 5-6 u l-I Anness Taqsima A, B, C)

    Aktar titjib fit-trattament ta’ ħtiġiet tal-organizzazzjoni u konflitti ta’ interess huwa kruċjali jekk l-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu jixtiequ jerġgħu jiksbu l-kunfidenza tas-suq. Dan jeħtieġ riformi għall-istruttura tar-regolazzjoni interna tagħhom, l-introduzzjoni ta’ kontrolli interni tajbin u linji tar-rappurtaġġ tajbin, b’separazzjoni ċara bejn il-funzjoni tal-għoti tal-klassifikazzjonijiet minn inċentivi tan-negozju. Sorveljanza esterna hija msaħħa minn dixxiplina interna billi jingħataw kompiti speċifiċi lill-membri indipendenti u mhux eżekuttivi tal-bord tal-amministrazzjoni jew tas-sorveljanza tal-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu biex ikun żgurat kontroll effiċjenti (Artikolu 5 u l-I Anness, Taqsima A, it-2 Punt).

    Biex jiżguraw l-indipendenza tal-klassifikazzjonijiet, l-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu meħtieġa jipprevenu konflitti ta’ interess u/jew li jieħdu ħsieb dawk il-konflitti b’mod adegwat meta ma jistgħux ikunu evitati. Iridu jiżvelaw il-konflitti ta’ interess f’manjiera kompluta, fil-ħin, ċara, konċiża, speċifika u prominenti u jirreġistraw it-theddid sinifikanti kollu għall-indipendenza tal-aġenzija tal-klassifikazzjonijiet jew ta’ l-impjegati tagħha involuti fil-proċess tal-klassifikazzjonijiet tal-kreditu, flimkien mas-salvagwardji applikati għall-mitigazzjoni ta' dak it-theddid. Iridu jillimitaw l-attività tagħhom għall-għoti tal-klassifikazzjonijiet tal-kreditu u operazzjonijiet relatati, minbarra servizzi ta' konsulenza u ta’ pariri (Artikolu 5 u l-I Anness, Taqsima B).

    L-aġenziji jridu jkollhom politika u proċeduri interni adegwati biex jiżolaw l-impjegati involuti fl-għoti tal-klassifikazzjonijiet tal-kreditu minn konflitti ta’ interess u jiżguraw il-kwalità, integrità u l-akkuratezza tal-għoti tal-klassifikazzjonijiet u tal-proċess tal-analiżi f’kull ħin. Marbuta ma’ din, l-aġenziji jridu jallokaw impjegati biżżejjed bit-tagħrif u l-esperjenza xierqa għall-attività tal-klassifikazzjonijiet tal-kreditu tagħhom u jagħmlu arranġament għal rotazzjoni xierqa għall-analisti u l-persuni li japprovaw il-klassifikazzjonijiet tal-kreditu. (Artikolu 6 u l-I Anness, Taqsima C).

    L-arranġament tal-kumpens tal-impjegati involuti fil-proċess tal-għoti tal-klassifikazzjonijiet jrid ikun stabbilit primarjament mill-kwalità, preċiżjoni, akkuratezza u integrità tax-xogħol tagħhom (Artikolu 6(6)).

    2.5.3. Kwalità tal-klassifikazzjonijiet (Artikolu 7)

    L-iskop tal-klassifikazzjonijiet tal-kreditu huwa li jipprovdu analii kredibbli u sod tar-riskju tal-kreditu ta’ min jissellef jew emittent ibbażat fuq l-informazzjoni disponibbli u analiżi ekonomika. Ħafna investituri jiddipendu fuq l-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għax m’humiex esperti u/jew m'għandhomx riżorsi (f'ħin u flus) biex jagħmlu l-analiżi tagħhom stess tar-riskju tal-kreditu. Barra minn hekk, l-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu kultant ikollhom informazzjoni li mhux disponibbli b’mod wiesgħa lill-parteċipanti tas-suq. Għalhekk, fit-teorija, il-klassifikazzjonijiet maħruġin mill-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu huma mezzi effiċjenti għall-investituri għall-kejl u l-ġestjoni tar-riskju tal-kreditu, iżda biss jekk huma sodi u ta’ kwalità tajba. Ir-Regolament propost jimmira għal titjib fil-kwalità tal-klassifikazzjonijiet tal-kreditu, iżda ma jnaqqasx il-bżonn li l-investituri jeżerċitaw ġudizzju u diliġenza dovuta biex joqogħdu fuq il-klassifikazzjonijiet meta jieħdu deċiżjonijiet tal-investiment; u lanqas ma jipperikola l-indipendenza tal-proċess tal-klassifikazzjonijiet jew tal-klassifikazzjonijiet nnifishom, li tagħhom l-aġenzija tal-klassifikazzjonijiet tal-kreditu żżomm ir-responsabbiltà kollha.

    Biex jippermettu parteċipanti sofistikati tas-suq (banek u investituri istituzzjonali oħrajn) jiċċekkja l-kredibbiltà tal-metodoloġiji użati u jivverifikaw il-klassifikazzjonijiet maħruġa mill-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu, iżda wkoll biex ikabbru d-dixxiplina tas-suq, l-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu jridu jiżvelaw il-metodoloġiji, mudelli u suppożizzjonijiet ewlenin li jużaw fil-proċess tal-għoti tal-klassifikazzjonijiet. Il-metodi jridu jinżammu aġġornati u suġġetti għal analiżi. Jekk l-aġenziji jbiddlu l-metodoloġija tal-klassifikazzjonijiet trid tiżvela minnufih dawk il-klassifikazzjonijiet li x’aktarx ikunu effettwati b’din il-bidla u terġa’ tagħtihom rati mill-ġdid fil-ħin. L-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu jridu wkoll jirrevedu l-klassifikazzjonijiet kontinwament. Dan importanti biex il-klassifikazzjonijiet jinżammu aġġornati u risponsivi għal bidliet fil-kundizzjonijiet finanzjarji. Din id-diposizzjoni għandha twaqqaf l-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu milli jikkonċentraw l-isforzi tagħhom fuq il-klassifikazzjonijiet inizjali u jittraskuraw il-monitoraġġ ta’ wara, li jista’ jkun detrimentali għall-kwalità kontinwa tal-klassifikazzjonijiet.

    2.5.4. Obbligi għall-iżvelar u għat-trasparenza (Artikoli 8-11 u l-I Anness, Taqsimiet B, D, u E)

    Il-kriżi kurrenti żvelat dgħufija fil-metodi u l-mudelli użati mill-aġenziji biex jagħtu klasifikazzjonijiet lil strumenti finanzjarji strutturali li kienu maħdumin finanzjarjament biex jagħtu kunfidenza għolja lill-investituri, u fil-komunikazzjoni tal-aġenziji lis-swieq u l-investituri kemm dwar il-karatteristiċi kif ukoll dwar il-limitazzjoni tal-klassifikazzjonijiet tal-istrumenti finanzjarji strutturati u dwar is-suppożizzjonijiet kritiċi tal-mudelli.

    Il-proposta tobbliga l-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu tiżvela l-klassifikazzjonijiet fuq bażi mhux selettiva u fil-ħin, sakemm il-klassifikazzjonijiet ma jitqassmux biss b’abbonament. Tipprova tippermetti l-investituri jagħżlu bejn klassifikazzjonijiet għal prodotti strutturati u għal prodotti tradizzjonali (tal-kumpanija, tal-istat) billi titlob l-użu ta’ kategorija differenti tal-klassifikazzjonijiet għal strumenti finanzjarji strutturati jew għall-provvista ta’ aktar informazzjoni dwar il-karatteristiċi tar-riskju tagħhom. Ħtiġiet speċifiċi tal-iżvelar japplikaw għal klassifikazzjonijiet tal-kreditu mhux mitluba (Artikolu 8).

    Biex jassiguraw li l-proċessi u l-proċeduri interni huma trasparenti biżżejjed, l-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu jridu jiżvelaw pubblikament xi informazzjoni importanti, eż. dwar konflitti ta’ interess, metodoloġiji u suppożizzjonijiet tal-klassifikazzjonijiet ewlenin u n-natura ġenerali tal-politika tal-kumpens tagħhom. Iridu wkoll perjodikament jiżvelaw dejta dwar il-klassifikazzjonijiet difolt storiċi tal-kategoriji tal-klassifikazzjonijiet u jagħtu ċerti elementi lill-awtoritajiet kompetenti bħal-lista tal-akbar 20 klijent bħala dħul (Artikolu 9 u l-I Anness, Taqsima E).

    Biex tiżgura li d-dejta standardizzata relevanti dwar il-prestazzjoni tal-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu hija disponibbli biex tippermetti lill-parteċipanti tas-suq jagħmlu paraguni tul l-industrija kollha, is-CESR għandha toħloq depożitorju ċentrali disponibbli pubblikament għat-tali dejta (Artikolu 9(2)).

    Biex iġibu lura l-kunfidenza pubblika fin-negozju tal-klassifikazzjonijiet, l-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu jridu jippubblikaw rapport annwali ta’ trasparenza (Artikolu 10 u l-I Anness, Taqsima E, it-III Parti), u jżommu records tal-attivitajiet tagħhom (Artikoli 5-7 u l-I Anness, Taqsima B, Punti 7-9).

    2.5.5. Reġistrazzjoni (Artikolu 12-17) u sorveljanza (Artikoli 19-31)

    L-attività tal-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu li l-klassifikazzjonijiet tal-kreditu tagħhom maħsubin biex jintużaw għal skop regulatorju minn istituzzjonijiet finanzjarji biex jikkonformaw mal-leġislazzjoni tal-Komunità tkun suġġetta għal reġistrazzjoni minn qabel. Il-proposta tniżżel il-kundizzjonijiet u l-proċedura għall-għoti jew it-tneħħija ta’ dik ir-reġistrazzjoni. (Artikoli 12-17)

    L-attività tal-klassifikazzjonijiet tal-kreditu li ssir minn aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu fl-Unjoni Ewropea għandha konsegwenzi fuq is-swieq kollha tal-UE; b’hekk ir-regulaturi kollha fl-Unjoni Ewropea għandhom ikunu involuti fil-proċess tar-reġistrazzjoni. Il-proposta tintroduċi dħul minn post wieħed għar-reġistrazzjoni, is-CESR, li qiegħda fl-aħjar pożizzjoni biex tipprovdi ħanut wieħed għall-applikazzjonijiet u punt ċentrali tal-informazzjoni u tal-koordinazzjoni għar-regulaturi nazzjonali kollha tal-UE. Ir-responsabbiltà tar-reġistrazzjoni u s-sorveljanza tal-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu taqa’ fuq l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru lokali, jiġifieri dak fejn l-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandu l-uffiċċju rreġistrat tagħha. Dik l-awtorità kompetenti qiegħda fl-aħjar pożizzjoni bħala preżenza fiżika biex tissorvelja l-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu mill-viċin. Dispożizzjonijiet speċifiċi proposti wkoll għal gruppi ta’ aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu; meta jeżaminaw l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni sottomessa minn grupp ta’ aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu, l-awtoritajiet kompetenti kkonċernati jridu jikkunsidraw l-istruttura tal-grupp u jiftehmu fuq faċilitatur li jkun responsabbli mill-koordinazzjoni tal-proċess tar-reġistrazzjoni. (Artikolu 14)

    Biex tiffunzjona bħal punt wieħed tad-dħul, is-CESR għandha tkun involuta mill-viċin fil-proċess tar-reġistrazzjoni mill-bidu u tkun intitolata tagħti l-parir tagħha dwar l-għoti jew l-irtirar tar-reġistrazzjoni minn awtorità kompetenti tal-Istat Membru lokali u tista’ titlob eżaminazzjoni mill-ġdid tal-abbozz tad-deċiżjonijiet (Artikolu 17). Ir-reġistrazzjoni ssir effettiva wara l-pubblikazzjoni mill-Kummissjoni fil-Ġurnal Uffiċjali tal-UE (Artikolu 14). Il-Kummissjoni għandha tippubblika regolarment lista aġġornata tal-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu rreġistrati.

    Il-proposta toħloq mekkaniżmu biex tiżgura l-infurzar effettiv tar-Regolament. Tagħti s-setgħat meħtieġa lill-awtoritajiet kompetenti biex jiżguraw li l-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu jħarsu r-Regolament madwar il-Komunità kollha. Fit-twettiq tad-doveri tagħhom, l-awtoritajiet kompetenti m’għandhomx jindaħlu fil-kontenut tal-klassifikazzjonijiet tal-kreditu (Artikolu 20(1)). Biex tiżgura sorveljanza effettiva, il-proposta teħtieġ forom speċifiċi ta' kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, biex tippromwovi kultura komuni ta’ sorveljanza. Tipprovdu wkoll għal kooperazzjoni mtejba fil-każ ta’ grupp ta’ aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu, permezz tal-koordinazzjoni ta’ attivitajiet tas-sorveljanza mill-faċilitatur (Artikolu 25). Minħabba l-iskala internazzjoni tan-negozju tal-klassifikazzjonijiet tal-kreditu, hemm bżonn ukoll il-provvista għall-iskambju ta’ informazzjoni ma’ pajjiżi mhux tal-UE. (Artikolu 29)

    2.6. Implikazzjonijiet għal baġit

    Il-proposta m’għandha l-ebda implikazzjoni fuq il-baġit tal-Komunità.

    2008/0217 (COD)

    Proposta għal

    REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

    dwar Aġenziji tal-Klassifikazzjoni tal-Kreditu

    IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 95 tiegħu,

    Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni,

    Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew[23],

    Waqt li aġixxew skont il-proċedura mniżżla fl-Artikolu 251 tat-Trattat[24],

    Billi:

    (1) L-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandhom rwol importanti fis-swieq tat-titoli u bankarji globali peress li l-klassifikazzjonijiet tagħhom jintużaw minn investituri, min jissellef, emittenti u gvernijiet biex jagħmlu deċiżjonijiet informati dwar l-investiment u l-finanzi. Istituzzjonijiet tal-kreditu, ditti tal-investiment, impriżi tal-assigurazzjoni, impriżi tal-assigurazzjoni tal-ħajja, impriżi tar-riassigurazzjoni, impriżi ta' investiment kollettiv f’titoli trasferibbli (UCITS) u istituzzjonijiet għall-provvista ta’ rtirar mix-xogħol, jistgħu jużaw dawk il-klassifikazzjonijiet bħala r-referenza għall-kalkolu tal-ħtiġiet tal-kapital tagħhom għal skopijiet ta’solvenza jew għall-kalkolu tar-riskji fl-attività tal-investiment tagħhom. Bħala konsegwenza, il-klassifikazzjonijiet tal-kreditu għandhom impatt sinifikanti fuq il-fiduċja u l-kunfidenza tal-investituri u l-konsumaturi. Huwa, għalhekk, essenzjali li l-klassifikazzjonijiet tal-kreditu użati fil-Komunità jkunu indipendenti, oġġettivi u tal-ogħla kwalità.

    (2) Bħalissa, bosta aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandhom il-kwartieri tagħhom barra l-Komunità. Bosta Stati Membri ma jirregolawx l-attivitajiet tal-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu jew il-kundizzjonijiet għall-ħruġ tal-klassifikazzjonijiet tal-kreditu. Minkejja l-importanza sinifikanti tagħhom għall-funzjoni tas-swieq finanzjarji, l-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu huma suġġetti sa’ livell limitat għal-leġislazzjoni tal-Komunità, l-aktar d-Direttiva 2003/6/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Jannar 2003 dwar insider dealing u manipulazzjoni tas-suq (abbuż tas-suq)[25]. Barra minn hekk, id-Direttiva 2006/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2006 dwar it-teħid u l-insegwiment tan-negozju ta’ istituzzjonijiet tal-kreditu u d-Direttiva 2006/49/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2006 dwar il-kapital adegwat fuq id-ditti tal-investiment u l-istituzzjonijiet tal-kreditu[26] jirreferu għal aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu. Huwa għalhekk importanti li jitniżżlu r-regoli li jiżguraw li l-klassifikazzjonijiet kollha użati minn istituzzjonijiet finanzjarji rregolati mil-leġislazzjoni tal-Komunità jkunu ta' kwalità għolja u maħruġa minn aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu soġġetti għal ħtiġiet stretti.

    (3) L-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu jistgħu japplikaw il-Kodiċi tal-Prinċipji Fundamentali tal-Kondotta fuq bażi volontarja għall-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu maħruġa mill-Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Kummissjonijiet tat-Titoli , minn issa 'l quddiem "il-kodiċi tal-IOSCO". Fl-2006 Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar l-Aġenziji tal-Klassifikazzjoni tal-Kreditu[27] stiednet lill-Kumitat tar-Regulaturi tat-Titoli Ewropej, minn issa ’l quddiem “is-CESR”, biex tissorvelja l-konformità mal-Kodiċi tal-IOSCO u tirrapporta lura lill-Kummissjoni fuq bażi annwali.

    (4) Il-Kunsill Ewropew tat-13 u l-14 ta’ Marzu 2008 ftiehem fuq sett ta’ konklużjonijiet bħala risposta għan-nuqqasijiet ewlenin identifikati fis-sistema finanzjarja. Wieħed mill-għanijiet kien it-titjib fil-funzjoni tas-suq u l-istrutturi tal-inċentivi, inkluż ir-rwol tal-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu.

    (5) L-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu huma kkunsidrati li naqsu milli jirriflettu l-kundizzjonijiet li kienu sejrin għall-agħar tas-suq kmieni biżżejjed fil-klassifikazzjonijiet tal-kreditu tagħhom. Dan in-nuqqas jista’ jiġi irranġat l-aħjar billi l-miżuri relatati mal-konflitti ta’ interess, il-kwalità tal-klassifikazzjonijiet tal-kreditu, it-trasparenza tal-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu, ir-regolazzjoni interna tagħhom u s-sorveljanza tal-attivitajiet tal-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu. L-utenti tal-klassifikazzjonijie tal kreditu m'għandhomx jiddependu fuqL-utenti tal-klassifikazzjonijiet tal-kreditu għandhom ukoll jieħdu l-akbar attenzjoni biex iwettqu l-analiżi tagħhom stess u jadottaw id-diliġenza dovuta dwar kemm joqogħdu fuq it-tali rati tal-kreditu.

    (6) Hemm bżonn li qafas komuni ta’ regoli dwar il-kwalità tal-klassifikazzjonijiet tal-kreditu jkun stabbilit biex jintuża mill-istituzzjonijiet finanzjarji rregolati minn regoli armonizzati fil-Komunità. Inkella, ikun hemm ir-riskju li l-Istati Membri jadottaw miżuri diverġenti fuq livell nazzjonali. Dan ikollu impatt dirett u negattiv fuq u joħloq ostakli għall-funzjoni sew tas-suq intern, peress li l-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu li joħorġu l-klassifikazzjonijiet tal-kreditu għall-użu tal-istituzzjonijiet finanzjarji fil-Komunità, ikunu suġġetti għal regoli differenti fi Stati Membri differenti. Barra minn hekk, ħtiġiet diverġenti tal-kwalità dwar il-klassifikazzjonijiet tal-kreditu jistgħu jwasslu għal livelli differenti ta’ protezzjoni tal-investituri u tal-konsumaturi.

    (7) Sabiex jevitaw konflitti potenzjali ta’ interess l-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandhom jillimitaw l-attività tagħhom għall-ħruġ ta’ kalssifikazzjonijiet tal-kreditu. Aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu m’għandhiex titħalla tagħti servizzi ta’ konsulenza jew ta’ pariri . B’mod partikolari aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu m’għandhiex tagħmel proposti jew rakkomandazzjonijiet dwar id-disinn ta’ strument finanzjarju strutturat. Iżda, aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandhom ikunu kapaċi jipprovdu servizzi anċillari fejn dawn ma joħolqux konflitti potenzjali ta’ interess mal-ħruġ tal-klassifikazzjonijiet tal-kreditu.

    (8) L-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandhom jistabbilixxu politiki u proċeduri interni adegwati dwar l-impjegati involuti fil-proċess tal-klassifikazzjonijiet tal-kreditu sabiex jevitaw konflitti ta’ interess u jiżguraw il-kwalità, l-integrità u l-akkuratezza tal-proċess tal-klassifikazzjonijiet u tal-analiżi f’kull ħin.

    (9) L-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandhom jevitaw sitwazzjonijiet ta’ konflitti ta’ interess u jamministraw dawk il-konflitti b’mod adegwat meta jkunu inevitabbli sabiex jassiguraw l-indipendenza tagħhom. L-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandhom jiżvelaw konflitti ta’ interess fil-ħin. Għandhom iżommu wkoll rekord tat-theddid sinifikanti kollu għall-indipendenza tal-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu u dik tal-impjegati tagħha involuti fil-proċess tal-klassifikazzjonijiet tal-kreditu, kif ukoll is-salvagwardji applikati biex jimmitigaw dawk it-theddid.

    (10) Sabiex jiżguraw l-indipendenza tal-proċess tal-klassifikazzjonijiet tal-kreditu mill-interess tan-negozju tal-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu bħala kumpanija, l-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandhom jiżguraw li l-bord amministrattiv jew superviżorju għandu jinkludi mill-anqas tliet membri mhux eżekuttivi, li għandhom ikunu indipendenti skont il-punt 13 tat-III Taqsima tar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2005/162/KE dwar ir-rwol ta’ diretturi mhux eżekuttivi u superviżorji ta’ kumpaniji kkwotati u fuq il-kumitati tal-bord (superviżorju)[28]. Barra minn hekk, hemm bżonn li l-maġġoranza tal-membri tal-bord amministrattiv jew superviżorju, inklużi l-membri indipendenti kollha jkollhom il-kompetenza biżżejjed fis-servizzi finanzjarji.

    (11) Sabiex ikunu evitati konflitti ta’ interess ir-remunerazzjoni tal-membri indipendenti tal-bord amministrattiv jew superviżorju m’għandhiex tiddependi fuq il-prestazzjoni tan-negozju tal-aġenzija.

    (12) Aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandha talloka numru biżżejjed ta’ impjegati b’tagħrif u esperjenza xierqa dwar l-attività tal-klassifikazzjonijiet tal-kreditu tagħha. B’mod partikolari, l-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandhom jiżguraw li riżorsi umani u finanzjarji biżżejjed huma allokati mal-ħruġ tal-klassifikazzjonijiet tal-kreditu kif ukoll bħall-monitoraġġ u l-aġġornament tagħhom.

    (13) Relazzjonijiet fit-tul bl-entitajiet bl-istess klassifikazzjoni jew partijiet terzi relatati magħhom jistgħu jikkompromettu l-indipendenza ta’ analisti u persuni li japprovaw il-klassifikazzjonijiet tal-kreditu. Għalhekk dawk l-analisti u persuni għandhom ikunu suġġetti għal mekkaniżmu tar-rotazzjoni.

    (14) L-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandhom jużaw il-metodoloġiji tal-klassifikazzjoni li huma rigorużi, sistematiċi, u kontinwi u jirriżultaw f’klassifikazzjonijiet li jistgħu jkunu suġġetti għal validazzjoni bbażati fuq esperjenza storika. L-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandhom jiżguraw li l-metodoloġiji, mudelli u s-suppożizzjonijiet tal-klassifikazzjonijiet ewlenin użati għall-istabbiliment tal-klassifikazzjonijiet tal-kreditu jinżammu sew, aġġornati u suġġetti għal analiżi komprensiva fuq bażi perjodika. F’każijiet fejn in-nuqqas ta’ dejta kredibbli jew il-kumplessità tal-istruttura ta’ tip ġdid, b’mod partikolari strumenti finanzjarji strutturati, tqajjem mistoqsijiet serji dwar jekk l-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu tistax tipproduċi klassifikazzjonijiet kredibbli tal-kreditu, l-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu m’għandhiex toħroġ klassifikazzjoni tal-kreditu jew jirtiraw klassifikazzjoni eżistenti tal-kreditu.

    (15) Sabiex tiżgura l-kwalità tal-klassifikazzjonijiet, aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandha tieħu miżuri biex tiżgura li l-informazzjoni li tuża biex tassenja klassifikazzjoniklassifikazzjoni hija kredibbli. Għal dan il-għan, aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu jistgħu jistennew, fost elementi oħrajn dipendenza fuq kontijiet finanzjarji vverifikati independentement u żvelar pubbliku; verifika minn servizzi ta' partijiet terzi b’reputazzjoni; eżami ta’ teħid ta’ kampjuni bl-addoċċ bl-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu tal-informazzjoni riċevuta; jew dispożizzjonijiet kuntrattwali li jistipulaw obbligazzjoni biċ-ċar għall-entità kklassifikata jew il-partijiet terzi relatati tagħhom, jekk l-informazzjoni pprovduta taħt il-kuntratt hija magħrufa bħala falza b’mod materjali jew li tiżgwida jew jekk l-entità kklassifikata jew il-partijiet terza relatati tagħha jonqsu li jwettqu diliġenza raġonevoli dovuta dwar il-preċiżjoni tal-informazzjoni kif speċifikata taħt it-termini tal-kuntratt.

    (16) Hemm bżonn li l-metodoloġiji, mudelli u s-suppożizzjonijiet dwar il-klassifikazzjonijiet ewlenin użati mill-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu jkunu riveduti regolarment sabiex ikunu jistgħu jirriflettu sew il-kundizzjonijiet tal-bidliet fis-swieq tas-assi bażi. Bil-għan li tkun żguklassifikazzjoni t-trasparenza, żvelar ta’ kull modifika materjali tal-metodoloġiji u prattiċi, proċeduri u proċessi tal-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandhom isiru qabel ma jidħlu fis-seħħ, sakemm kundizzjonijiet estremi tas-suq ma jkunux jeħtieġu bidla immedjata fil-klassifikazzjonijiet tal-kreditu.

    (17) L-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandha tindika kull twissija xierqa tar-riskju, inkluża analiżi sensittiva tas-suppożizzjoni relevanti. Din l-analiżi għandha tispjega kif żviluppi varji tas-suq li jmexxu l-parametri mibnijin fil-mudell jistgħu jinfluwenzaw il-bidliet tal-klassifikazzjonijiet tal-kreditu (eż. volatilità). L-aġenzija tar-klassifikazzjoni tal-kreditu għandha tiżgura li l-informazzjoni dwar ir-rati difolt storiċi tal-kategoriji tal-klassifikazzjonijiet tagħha tkun verifikabbli u kwantifikabbli u tipprovdi bażi biżżejjed għall-partijiet interessati biex tinftiehem il-prestazzjoni storika ta’ kull kategorija tal-klassifikazzjonijiiet u jekk u kif inbidlu l-kategoriji tal-klassifikazzjonijiet. Jekk in-natura ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu jew ċirkostanzi oħrajn tagħmel klassifikazzjoni difolt storika mhux xierqa, invalida statistikament, jew b’xi mod ieħor x’aktarx tiżgwida l-utenti tal-klassifikazzjonijiet, l-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandha tipprovdi kjarifiki xierqa. Din l-informazzjoni għandha, sakemm possibbli, tkun paragonabbli ma’ kull mudell eżistenti tal-industrija sabiex tassisti l-investituri biex jinħarġu paraguni fil-prestazzjoni bejn aġenziji differenti tal-klassifikazzjonijiet tal-kreditu.

    (18) Taħt ċerti kundizzjonijiet strumenti finanzjarji strutturali jistgħu jkollhom effetti li huma differenti minn strumenti tradizzjonali tas-self tal-kumpaniji. L-applikazzjoni tal-istess kategoriji tal-klassifikazzjonijiet għal żewġ tipi ta’ strumenti mingħajr spjegazzjoni tista’ tiżgwida l-investituri. L-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandhom ikollhom rwol importanti biex iqajmu l-kuxjenza tal-utenti tal-klassifikazzjonijiet dwar l-ispeċifikazzjonijiet tal-prodotti tal-finanzi strutturati dwar dawk tradizzjonali. Għalhekk l-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandhom jew jużaw kategoriji differenti tal-klassifikazzjonijiet meta jagħtu klassifikazzjonijiet lil strumenti finanzjarji strutturati jew jipprovdu aktar informazzjoni dwar il-karatteristiċi differenti ta’ dawn il-prodotti.

    (19) L-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandhom jieħdu miżuri biex jevitaw sitwazzjonijiet fejn l-emittenti jitolbu stima preliminarja tal-klassifikazzjonijiet tal-istrument tal-finanzi strutturati dwar numru ta’ aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu biex jidentifikaw dik li toffri l-aħjar klassifikazzjoni tal-kreditu tal-istruttura proposta. L-emittenti għandhom ukoll jevitaw l-applikazzjoni ta’ dawn il-prattiki.

    (20) Aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandha żżomm rekords tal-metodoloġiji tal-klassifikazzjonijiet u taġġorna regolarment il-bidliet tagħha u wkoll iżżomm rekord tal-elementi sostantivi tad-djalogu bejn l-analisti u l-entità li ngħatat klassifikazzjoni jew il-partijiet terzi relatati tagħha.

    (21) Sabiex jiżguraw livell għoli ta’ kunfidenza tal-investitur u tal-konsumatur fis-suq intern, l-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu li joħorġu klassifikazzjonijiet tal-kreditu maħsuba għall-użu għal skopijiet regolatorji minn istituzzjonijiet finanzjarji fil-Komunità għandhom iknu suġġetti għar-reġistrazzjoni. Għalhekk hemm bżonn li jkunu ppreżentati l-kundizzjonijiet u l-proċedura għall-għoti, is-sospenzjoni u l-irtirar ta’ dik ir-reġistrazzjoni.

    (22) Aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu rreġistklassifikazzjoni mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru relevanti għandha titħalla toħroġ il-klassifikazzjonijiet tal-kreditu madwar il-Komunità. Għalhekk hemm bżonn tkun stabbilita reġistrazzjoni waħda għal kull aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu li hija valida madwar il-Komunità kollha.

    (23) Xi aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu magħmulin minn bosta entitajiet legali li flimkien jiffurmaw grupp ta’ aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu. Meta jirreġistraw kull waħda mill-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu li huma parti mit-tali grupp, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati għandhom jikkoordinaw il-valutazzjoni tal-applikazzjonijiet mibgħuta minn aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu li jappartjenu għall-istess grupp.

    (24) Hemm bżonn li jkun stabbilit punt wieħed fejn jintbagħtu l-applikazzjonijiet għar-reġistrazzjoni. Is-CESR għandha tirċievi applikazzjonijiet għar-reġistrazzjoni u tinforma b’mod effettiv l-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri kollha. Madankollu, l-eżaminazzjoni tal-applikazzjonijiet għar-reġistrazzjoni għandhom isiru fuq livell nazzjonali mill-awtorità kompetenti relevanti. Biex jinnegozjaw sew mal-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu l-awtoritajiet kompetenti taħt is-CESR għandhom jistabbilixxu network tal-operazzjoni appoġġjat b’infrastruttura tat-teknoloġija tal-informatika effiċjenti u jistabbilixxu sottokumitat speċjalizzat fil-qasam tal-klassifikazzjonijiet tal-kreditu ta' kull klassi tal-assi kklassifikat mill-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu.

    (25) F'Novembru 2008, il-Kummissjoni waqqfet grupp ta' livell għoli li se jistudja l-arkitettettura tas-sorveljanza Ewropea tal-ġejjieni fil-qasam tas-servizzi finanzjarji, inkluż ir-rwol tas-CESR.

    (26) Is-sorveljanza ta’ aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandha ssir minn awtorità kompetenti tal-Istat Membru lokali, u, fil-każ ta’ grupp ta’ aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu, flimkien mal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati l-oħrajn u taħt il-koordinazzjoni tas-CESR.

    (27) Sabiex iżommu livell għoli ta’ kunfidenza tal-investituri u tal-konsumaturi u biex jippermettu kontroll kontinwu ta’ klassifikazzjonijiet tal-kreditu użati minn istituzzjonijiet finanzjarji fil-Komunità, l-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu li l-kwartieri tagħhom qegħdin barra l-Komunità jeħtieġu jistabbilixxu sussidjarja fil-Komunità biex jippermettu s-sorveljanza effiċjenti tal-attivitajiet tagħhom fil-Komunità.

    (28) Huwa xieraq li jinħoloq mekkaniżmu biex jiżgura l-infurzar effettiv tad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom ikollhom il-mezzi meħtieġa għad-dispożizzjonidispożizzjoni tagħhom biex jiżguraw li l-klassifikazzjonijiet għall-użu ġewwa l-Komunità jinħarġu b’konformità ma’ dan ir-Regolament. Peress li l-indipendenza analitika ta’ aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu fil-proċess tal-ħruġ tal-klassifikazzjonijiet tal-kreditu tagħha għandha tkun ippriżervata, l-awtoritajiet kompetenti m’għandhomx jindaħlu dwar is-sustanza tal-klassifikazzjonijiet tal-kreditu u l-metodoloġiji li bihom aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu tistabbilixxi l-klassifikazzjonijiet tal-kreditu.

    (29) Għall-effiċjenza tas-sorveljanza u biex id-duplikazzjoni tal-komptiti tkun evitata l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom jikkooperaw.

    (30) Fil-każ li awtorità kompetenti ta’ Stat Membru lokali ma tiħux il-miżuri meħtieġa biex telimina l-irregolaritajiet imwettqa minn aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu, l-awtoritajiet kompetenti ta’ Stati Membri oħrajn ikunu jistgħu jintervjenu u jieħdu l-miżuri xierqa.

    (31) Hemm bżonn li tissaħħaħ il-konverġenza tas-setgħat għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet kompetenti sabiex tinkiseb intensità ekwivalenti ta’ nfurzar tul is-suq intern kollu.

    (32) Is-CESR għandha tiżgura koerenza fl-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. Għandha ssaħħaħ u tiffaċilita l-kooperazzjoni tal-awtoritajiet kompetenti fl-attivitajiet tas-sorveljanza u tassumi rwol ta’ koordinazzjoni fil-prattika tas-sorveljanza ta’ kuljum. Għalhekk is-CESR għandha tistabbilixxi mekkaniżmu tal-medjazzjoni biex tiffaċilita metodu koerenti mill-awtoritajiet kompetenti.

    (33) L-Istati Membri għandhom jippreżentaw regoli fuq sanzjonijiet applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament u jiżguraw li jkunu implimentati. Is-sanzjonijiet għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u ddisswidi.

    (34) Kull skambju jew trasmissjoni ta’ informazzjoni bejn awtoritajiet kompetenti, awtoritajiet, korpi jew persuni oħrajn għandu jkun skont ir-regoli dwar it-trasferiment tad-dejta personali kif imniżżel fid-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta’ individwi il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward ta’ l-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data[29].

    (35) Aktar ma jkun riġidu u ċar il-qafas legali li fih se joperaw l-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu katar ma jkun faċli ir-rikors għal azzjonijiet ċivili fir-rigward tal-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu fil-każijiet xierqa, skont ir-reġimi applikabbli ta' responsabbiltà fl-Istati Membri.

    (36) Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament għandhom ikunu adottati skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 Ġunju 1999 li jippreżentaw għall-eżerċizzju tas-setgħet ta’ implimentazzjoni kkonferiti fuq il-Kummissjoni[30].

    (37) B’mod partikolari l-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li temenda l-I u t-II Anness li jippreżentaw il-kriterji speċifiċi għall-valutazzjoni tal-konformità ta’ aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu bid-doveri tagħha skont l-organizzazzjoni interna, arranġamenti operazzjonali, regoli dwar l-impjegati, preżentazzjoni tal-klassifikazzjonijiet tal-kreditu u żvelar. Peress li dawk il-miżuri huma ta’ skop ġenerali u huma ddisinjati biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, iridu jkunu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju pprovdut fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

    (38) Peress li l-għanijiet tal-azzjoni li għandha tittieħed, jiġifieri li jiżguraw livell għoli ta’ protezzjoni lill-konsumatur u lill-investitur billi qafas komuni jkun ippreżentat dwar il-kwalità tal-klassifikazzjonijiet tal-kreditu li għandu jintuża mill-istituzzjonijiet finanzjarji li joperaw fis-suq intern ma jistgħux jinkisbu b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri, minħabba n-nuqqas kurrenti tal-leġislazzjoni nazzjonali u l-fatt li l-maġġoranza tal-aġenziji eżistenti tal-klassifikazzjonijiet tal-kreditu huma stabbiliti barra l-Komunità, u jistgħu għalhekk, jinkisbu aħjar fuq livell tal-Komunità, il-Komunità tista' tadotta miżuri, skont il-prinċipju tas-sussidjarjità kif ippreżentat fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif ippreżentat f’dak l-Artikoli, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak meħtieġ sabiex jinkisbu dawk l-għanijiet.

    ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

    L-I TITOLU SUĠĠETT, AMBITU U DEFINIZZJONIJIET

    Artikolu 1

    Is-suġġett

    Dan id-dokument jintroduċi metodu komuni biex jassigura l-kwalità għolja tal-klassifikazzjonijiet tal-kreditu li għandu jintuża fil-Komunità, u b’hekk jikkontribwixxi għall-funzjoni mingħajr diffikultajiet tas-suq intern filwaqt li jinkiseb livell għoli ta’ protezzjoni lill-konsumatur u lill-investitur. Jippreżenta l-kundizzjonijiet għall-ħruġ tal-klassifikazzjonijiet tal-kreditu u r-regoli dwar l-organizzazzjoni u t-tmexxija tal-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu biex jiżguraw fil-prattika l-indipendenza tagħhom u l-iskansament ta' konflitti ta' interess.

    Artikolu 2

    Ambitu

    1. Dan ir-Regolament għandu japplika għall-klassifikazzjonijiet tal-kreditu li huma mmirati għall-użu ta’ skopijiet regolatorji minn istituzzjonijiet tal-kreditu kif definiti fid-Direttiva 2006/48/KE, id-ditti tal-investiment kif definiti fid-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[31], impriżi tal-assigurazzjoni suġġetti għad-Direttiva tal-Kunsill 73/239/KEE[32], impriżi tal-assigurazzjoni tal-ħajja kif definiti fid-Direttiva 2002/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[33], impriżi tar-riassigurazzjoni kif definiti fid-Direttiva 2005/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[34], impriżi għall-investment kollettiv f’titoli trasferibbli (UCITS) kif definiti taħt Direttiva [2009/XX/KE[35]] jew istituzzjonijiet għall-provvista ta’ rtirar bl-akkomodazzjoni kif definiti fid-Direttiva 2003/41/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[36] u huma żvelati pubblikament jew distribwiti bl-abbonament.

    2. Dan ir-Regolament m’għandux japplika għal klassifikazzjonijiet tal-kreditu privati. M’għandux japplika għal klassifikazzjonijiet tal-kreditu maħruġa minn korpi pubbliċi li l-klassifikazzjonijiet tal-kreditu tagħhom m’humiex żvelati pubblikament u ma jitħallsux mill-entità li tingħata r-klassifikazzjoni.

    Artikolu 3

    Definizzjonijiet

    1. Għall-iskop ta’ dan ir-Regolament, id-definizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw:

    a) "klassifikazzjonijiet tal-kreditu" tfisser opinjoni dwar il-fiduċja fil-ħlas tad-dejn ta' entità, obbligazzjoni ta' kreditu, self jew strument finanzjarju bħal self jew emittent tat-tali obbligazzjonijiet, maħruġa bl-użu ta’ sistema stabbilita u definita ta' klassifikazzjoni ta' kategoriji tal-klassifikazzjonijiet.

    b) "aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu" tfisser persuna legali li l-kariga regolari u ewlenija tagħha hija l-ħruġ ta’ klassifikazzjonijiet tal-kreditu.

    c) "Stat Membru lokali" ifisser Stat Membru fejn l-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandha l-uffiċċju reġistrat tagħha.

    d) "analista" ifisser persuna li twettaq funzjonijiet analitiċi li huma meħtieġa għall-ħruġ ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu.

    e) "entità mogħtija klassifikazzjoni" tfisser persuna legali li l-fiduċja tagħha tal-ħlas tad-dejn hija b’mod espliċitu jew b’mod impliċitu mogħtija klassifikazzjoni fir-klassifikazzjoni tal-kreditu, kemm jekk tablet dik ir-klassifikazzjoni tal-kreditu u kemm le u kemm jekk ipprovdiet informazzjoni għal dik ir-klassifikazzjoni tal-kreditu.

    f) "kategorija tar-klassifikazzjoni" tfisser simbolu tar-klassifikazzjoni użat għall-identifikazzjoni tal-klassifikazzjonijiet tal-kreditu differenti għal kull klassi tal-klassifikazzjonijiet tal-kreditu sabiex jagħżel bejn il-karatteristiċi differenti tar-riskju tat-tipi differenti tal-entitajiet, emittenti u strumenti finanzjarji mogħtija klassifikazzjoni.

    g) "parti terza relatata" tfisser l-oriġinatur, minn jirranġa, sponsor, min jagħti servizz jew kull parti oħra li tidħol f’interazzjoni ma’ aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu f’isem entità li ngħatat klassifikazzjoni, inkluża kull persuna direttament jew indirettament konnessa magħha bħala kontroll.

    h) "kontroll" ifisser ir-relazzjoni bejn impriżi ewlenija u sussidjarja, kif ippreżentat fl-Artikolu 1 tad-Direttiva tal-Kunsill 83/349/KEE[37], jew relazzjoni simili bejn persuni naturali jew legali u impriża.

    i) "strumenti finanzjarji" ifissru l-istrumenti mniżżlin fit-Taqsima C tal-Anness I tad-Direttiva 2004/39/KE.

    j) "strument finanzjarju strutturat" ifisser strument li jirriżulta minn transazzjoni jew skema tat-titoli riferuti fl-Artikolu 4(36) tad-Direttiva 2006/48/KE.

    k) "grupp ta’ aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu" ifisser grupp ta’ impriżi magħmulin minn impriża ewlenija u s-sussidjarji tagħha fis-sens tal-Artikolu 1 u 2 tad-Direttiva tal-Kunsill 83/349/KEE[38], kif ukoll impriżi konnessi ma’ xulxin b’relazzjoni fis-sens tal-Artikolu 12(1) tad-Direttiva 83/349/KEE u li l-kariga regolari u ewlenija tagħhom hija l-ħruġ ta’ klassifikazzjonijiet tal-kreditu.

    2. Għall-iskopijiet ta’ punt (a) tal-1 paragrafu, il-klassifikazzjonijiet tal-kreditu ma jitqisux rakkomandazzjonijiet fis-sens tal-Artikolu 1(3) tad-Direttiva tal-Kummissjoni 2003/125/KE[39].

    Artikolu 4

    Użu tal-klassifikazzjonijiet tal-kreditu

    Istituzzjonijiet tal-kreditu, ditti tal-investimenti, impriżi tal-assigurazzjoni u tal-assigurazzjoni tal-ħajja, impriżi ta' investiment kollettiv f’titoli trasferibbli (UCITS) u istituzzjonijiet għall-provvista ta’ rtirar bl-akkomodazzjoni riferuta fl-Artikolu 2 jistgħu jużaw għal skopijiet regolatorji dawk ir-klassifikazzjoni tal-kreditu li jinħarġu minn aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu stabbiliti fil-Komunità u rreġistrati skont dan ir-Regolament.

    Ditti ta' investiment u istituzzjonijiet ta' kreditu kif msemmija fl-Artikolu 1 tad-Direttiva 2004/39/KE ma għandhomx jeseġixxu l-ordnijiet għan-nom tal-klijenti tagħhom fir-rigward ta'strumenti finanzjarji li ġew ikklasssifikati, sakemm il-klassifikazzjoni tal-kreditu kienet inħarġet minn aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu rreġistrata skont dan ir-Regolament.

    IT-II TITOLU

    ĦRUĠ TA’ KLASSIFIKAZZJONIJIET TAL-KREDITU

    Artikolu 5

    Indipendenza u skansament ta' konflitti ta’ interess

    1. Aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandha tiżgura li l-ħruġ ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu ma tkunx affettwata minn xi konflitt ta' interess eżistenti jew potenzjali jew relazzjoni tan-negozju li tinvolvi aġenzija tal-kontroll li toħroġ ir-klassifikazzjoni tal-kreditu, il-maniġers tagħha, impjegati jew kull persuni konnessa direttament jew indirettament magħha bħala kontroll.

    2. Sabiex tiżgura l-konformità mal-1 paragrafu, l-aġenzija tar-klassifikazzjoni tal-kreditu għandha tikkonforma mal-ħtiġiet ippreżentati fit-Taqsimiet A u B tal-I Anness.

    Artikolu 6

    Impjegati

    1. Aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandha tiżgura li l-impjegati involuti direttament fil-proċess tal-klassifikazzjonijiet tal-kreditu għandhom it-tagħrif u l-esperjenza xierqa għad-doveri assenjati.

    2. Aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandha tiżgura li l-impjegati li huma direttament involuti fil-proċess tal-klassifikazzjonijiet tal-kreditu ma jitħallewx jibdew jew jipparteċipaw f’negozjati dwar miżati jew pagamenti ma’ xi entità li ngħatat klassifikazzjoni, parti terza relatati jew kull persuna direttament jew indirettament konnessa bħala kontroll mal-entità li ngħatat klassifikazzjoni.

    3. Aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandha tiżgura li l-impjegati involuti direttament fil-proċess tal-klassifikazzjonijiet tal-kreditu jħarsu l-ħtiġiet ippreżentati fit-Taqsima C tal-I Anness.

    4. Aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandha tiżgura li l-analisti u l-persuni li japprovaw il-klassifikazzjonijiet tal-kreditu ma jkunux involuti fil-provvista ta' servizzi tal-klassifikazzjonijiet tal-kreditu lill-istess entità li ngħata klassifikazzjoni jew il-partijiet terzi tagħha għal perjodu li jaqbeż l-erba' snin. Għal dak l-iskop għandha tistabbilixxi mekkaniżmu ta’ rotazzjoni dwar dawk l-analisti u persuni.

    Il-perjodu li warajh l-analisti u persuni li japprovaw il-klassifikazzjonijiet tal-kreditu jistgħu jkunu involuti fil-provvista ta’ servizzi tal-klassifikazzjonijiet tal-kreditu lill-entità li ngħatat klassifikazzjoni jew partijiet terzi relatati fl-ewwel sottoparagrafu ma jistax ikun iqsar minn sentejn.

    5. Il-paragrafu 4 m’għandux japplika għal aġenzija tal-klassifikazzjonijiet tal-kreditu li jimpjegaw anqas minn 50 impjegat u li jieħdu miżuri biex jiżguraw l-oġġettività ta’ analisti fir-relazzjonijiet mal-entità li ngħatat klassifikazzjoni jew partijiet terzi relatati.

    6. Kumpens u valutazzjoni tal-prestazzjoni ta’ analisti u persuni li japprovaw il-klassifikazzjonijiet tal-kreditu ma tkunx kontinġenti fuq l-ammont ta’ dħul li l-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu taqla’ mill-entitajiet li ngħataw klassifikazzjoni jew partijiet terzi relatati li l-analista jew persuni li japprovaw il-klassifikazzjonijiet tal-kreditu jipprovdulhom servizzi.

    Artikolu 7

    Metodoloġiji tal-klassifikazzjonijiet

    1. Aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandha tiżvela lill-pubbliku l-metodoloġiji, mudelli u suppożizzjonijiet dwar il-klassifikazzjonijiet ewlenin li tuża fil-proċess tal-għoti tal-klassifikazzjonijiet.

    2. Aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandha tiżgura li l-klassifikazzjonijiet tal-kreditu li tipproduċi u li tqassam ikunu bbażati fuq analiżi tal-informazzjoni kollha disponibbli għaliha li hija relevanti skont il-metodoloġiji tal-għoti tal-klassifikazzjonijiet tagħha. Għandha tadotta l-miżuri kollha meħtieġa biex l-informazzjoni li tuża biex tassenja klassifikazzjoni tal-kreditu tkun ta’ kwalità biżżejjed u minn għejun kredibbli.

    3. Meta aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu qiegħda tuża klassifikazzjoni jew rati eżistenti tal-kreditu ppreparati minn aġenzija oħra tal-klassifikazzjoni tal-kreditu dwar assi bażi jew strumenti finanzjarji strutturati, m’għandhiex tirrifjuta li toħroġ klassifikazzjoni tal-kreditu ta’ entità jew strumenti finanzjarju għax porzjon mill-entità jew strument finanzjarju ngħata klassifikazzjoni qabel minn aġenzija oħra tal-klassifikazzjoni tal-kreditu.

    Aġenzija tar-klassifikazzjoni tal-kreditu għandha tirreġistra l-istanti kollha fejn fil-proċess tal-klassifikazzjonijiet tal-kreditu tagħha tbaxxi l-klassifikazzjonijiet eżistenti tal-kreditu ppreparati minn aġenzija oħra tal-klassifikazzjonijiet tal-kreditu dwar l-assi bażi jew strumenti finanzjarji strutturati u tipprovdi ġustifikazzjoni għat-tniżżil.

    4. Aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandhom jissorveljaw il-klassifikazzjonijiet tal-kreditu u jirrevedu l-klassifikazzjonijiet tal-kreditu fejn meħtieġ. Aġenzija tal-klassifikazzjonijiet tal-kreditu għandha tistabbilixxi arranġamenti għall-monitoraġġ tal-impatt tal-bidliet tal-kundizzjonijiet ta’ swieq makroekonomiċi u finanzjarji dwar il-klassifikazzjonijiet tal-kreditu.

    5. Meta l-metodoloġiji tal-klassifikazzjonijiet, mudelli jew suppożizzjonijiet tal-klassifikazzjonijiet ewlenin jinbidlu aġenzija tal-klassifikazzjonijiet tal-kreditu għandha:

    a) minnufih, bl-użu tal-istess mezzi tal-komunikazzjoni li ntużaw għad-distribuzzjoni tal-klassifikazzjonijiet tal-kreditu effettwati, tiżvela l-iskop probabbli tal-klassifikazzjonijiet tal-kreditu li se jkunu affettwati;

    b) tirrevedi l-klassifikazzjonijiet tal-kreditu affettwati mill-aktar fis possibbli u mhux aktar tard minn 6 xhur wara l-bidla, u sadanittant tqiegħed dawk il-klassifikazzjonijiet taħt osservazzjoni;

    c) terġa’ tikklassifika l-klassifikazzjonijiet kollha tal-kreditu li kienu bbażati fuq dawk il-metodoloġiji, mudelli jew suppożizzjonijiet.

    Artikolu 8

    Żvelar u preżentazzjoni tal-klassifikazzjonijiet tal-kreditu

    1. Aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandha tiżvela kull klassifikazzjoni tal-kreditu kif ukoll kull deċiżjoni li ma tkomplix klassifikazzjoni tal-kreditu fuq bażi mhux selettiv u fil-ħin.

    L-ewwel sottoparagrafu m’għandux japplika għal-klassifikazzjoni tal-kreditu li jitqassmu bl-abbonament.

    2. Il-klassifikazzjoni tal-kreditu għandhom ikunu ppreżentati skont il-ħtiġijiet ippreżentati fit-Taqsima D tal-I Anness.

    3. Meta aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu toħroġ klassifikazzjoni għal strumenti finanzjarji strutturati għandha tiżgura waħda minn dawn li ġejjin:

    a) il-kategoriji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu li jistgħu jkunu attribwiti għal strumenti finanzjarji strutturati hija distinta b’mod ċar mill-kategoriji tal-klassifikazzjonijiet li jistgħu jintużaw biex jingħataw tipi oħrajn ta’ entitajiet ikklassifikati jew strumenti finanzjarji;

    b) tippubblika rapport li jipprovdi deskrizzjoni dettaljata tal-metodoloġiji tal-klassifikazzjonijiet li jintużaw fl-istabbiliment tal-klassifikazzjonijiet tal-kreditu u spjegazzjoni tad-differenza mill-istabbiliment tal-klassifikazzjonijiet ta’ kull tip ieħor ta’ entità kklassifikata jew strument finanzjarju, u kif il-karatteristiċi tar-riskju tal-kreditu assoċjati ma’ strument finanzjarju strutturat huma differenti mir-riskji relatati ta’ kull tip ieħor ta’ entità kklassifikata jew strument finanzjarju.

    4. Aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandha tiżvela l-politiki u l-proċeduri tagħha dwar il-klassifikazzjonijiet tal-kreditu mhux mitluba.

    5. Meta aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu toħroġ klassifikazzjoni tal-kreditu mhux mitluba għandha tiddikjara fir-klassifikazzjoni tal-kreditu li l-entità kklassifikata jew parti terza relatata ma ħaditx sehem fil-proċess tal-klassifikazzjonijiet tal-kreditu u li l-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu ma kellhiex aċċess għall-kontijiet u dokumenti interni u relevanti oħrajn tal-entità kklassifikata jew il-parti terza relatata tagħha.

    Klassifikazzjonijiet tal-kreditu mhux mitluba għandhom ikunu identifikati b’kategorija differenti tal-klassifikazzjonijiet tal-kreditu.

    Artikolu 9

    Żvelar ġenerali u perjodiku

    1. Aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandha tiżvela kompletament u pubblicament u taġġorna minnufih l-informazzjoni dwar l-affarijiet ippreżentati fl-I Anness, Taqsima E, l-I Parti.

    2. L-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandhom jagħmlu disponibbli f’depożitorji ċentrali stabbilit mis-CESR informazzjoni dwar id-dejta tal-prestazzjoni storika tagħhom u informazzjoni dwar l-attivitajiet passati tal-klassifikazzjonijiet tal-kreditu. Id-depożitorju għandu jkun miftuħ għall-pubbliku.

    3. Aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandha tagħmel disponibbli kull sena lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membri lokali l-informazzjoni dwar l-affarijiet ippreżentati fl-I Anness, Taqsima E, it-II Parti, it-2 punt. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membri lokali m’għandhomx jiżvelaw dik l-informazzjoni.

    Artikolu 10

    Rapport ta’ trasparenza

    Aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandha tippubblika rapport ta’ trasparenza kull sena li jinkludi informazzjoni dwar l-affarijiet ippreżentati fl-I Anness, Taqsima E, l-I Parti. L-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandha tippubblika r-rapport annwali tagħha sa l-aktar tard tliet xhur wara t-tmiem ta’ kull sena finanzjarja u għandha tiżgura li jibqa’ disponibbli fuq il-websajt tal-aġenzija għal mill-anqas ħames snin.

    Artikolu 11

    Miżati tal-iżvelar pubbliku

    Aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu ma tistax titlob ħlas għall-informazzjoni pprovduta skont l-Artikoli 7 sa 10.

    IT-III TITOLUSORVELJANZA TAL-ATTIVITÀ TAL-KLASSIFIKAZZJONIJIET TAL-KREDITU

    L-I KAPITOLU PROĊEDURA GĦAR-REĠISTRAZZJONI

    Artikolu 12

    Ħtieġa għal reġistrazzjoni

    1. Aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu tista’ tapplika għar-reġistrazzjoni biex tiżgura li l-klassifikazzjonijiet tal-kreditu tagħha jkunu jistgħu jintużaw għal skopijiet regolatorji minn istituzzjonijiet tal-kreditu, ditti tal-investiment, impriżi tal-assigurazzjoni u tal-assigurazzjoni tal-ħajja, impriżi ta' investiment kollettiv fit-titoli trasferibbli (UCITS) u istituzzjonijiet għall-provvista ta’ rtirar bl-akkomodazzjoni riferuti f’Artikolu 2 sakemm tkun persuna legali stabbilita fil-Komunità.

    2. Ir-reġistrazzjoni għandha tkun valida għat-territorju kollu tal-Komunità, wara l-pubblikazzjoni fil- Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea skont l-Artikolu 15(3).

    3. Aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandha f’kull ħin tkun konformi mal-kundizzjonijiet għar-reġistrazzjoni inizjali.

    L-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandhom jinnotifikaw lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru lokali għal kull bidla materjali fil-kundizzjonijiet tar-reġistrazzjoni inizjali.

    4. L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru lokali għandha tirreġistra l-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu jekk tkun konformi mal-kundizzjonijiet tal-ħruġ tal-klassifikazzjonijiet tal-kreditu ppreżentati f’dan ir-Regolament.

    5. L-awtoritajiet kompetenti ma jistgħux jimponu ħtiġiet addizzjonali fuq ir-reġistrazzjoni li m’humiex ipprovduti f’dan ir-Regolament.

    Artikolu 13

    Applikazzjoni għar - reġistrazzjoni

    1. Aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandha tibgħat applikazzjoni għar-reġistrazzjoni lis-CESR. L-applikazzjoni għandu jkun fiha informazzjoni dwar l-affarijiet ippreżentati fit-II Anness.

    2. Applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tista’ tinbagħat minn grupp ta’ aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu. F’dak il-każ il-membri tal-grupp għandhom jagħtu s-setgħa lil wieħed mill-membri tal-grupp biex jibgħat l-applikazzjoni lis-CESR f’isem il-grupp. L-aġenzija tal-klassifikazzjonijiet tal-kreditu nnominata għandha tipprovdi l-informazzjoni dwar l-affarijiet ippreżentati fit-II Anness għal kull membru tal-grupp.

    3. Fi żmien 10 ġranet mill-irċevuta tal-applikazzjoni, is-CESR għandha tibgħat l-applikazzjoni lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru lokali u tavża lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-oħrajn b'dik it-trasmissjoni.

    Artikolu 14

    Eżaminazzjoni tal-applikazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti

    1. Fi żmien 10 ġranet mill-irċevuta tal-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru lokali għandha tiċċekkja li l-applikazzjoni kompluta.

    Fil-każ li l-applikazzjoni ma tkunx kompluta, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru lokali għandha tistabbilixxi data sa meta l-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandha tipprovdi aktar informazzjoni.

    2. Malli tirċievi applikazzjoni kompluta, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru lokali għandha tibgħat l-applikazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-oħrajn u lis-CESR.

    3. Fil-każ li applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tintbagħat minn grupp ta’ aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri lokali kkonċernati għandhom jikkooperaw mill-viċin fil-proċess tar-reġistrazzjoni. Bejniethom għandhom jagħżlu faċilitatur wara li jikkunsidraw il-kriterji li ġejjin:

    (a) il-post fejn il-grupp tal-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu jwettaq jew qiegħed jippjana li jwettaq l-aktar parti importanti tal-attività tal-klassifikazzjonijiet tal-kreditu ġewwa l-Komunità;

    (b) il-post fejn il-grupp tal-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu jiġġenera jew mistenni li jiġġenera l-akbar parti tad-dħul tal-grupp.

    4. Il-faċilitatur għandu jikkoordina l-eżaminazzjoni tal-applikazzjoni mibgħuta mill-grupp tal-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu u jiżgura li l-informazzjoni kollha meħtieġa biex issir l-eżaminazzjoni tal-applikazzjoni tinqasam mal-awtoritajiet kompetenti.

    5. Fil-każ ta’ applikazzjoni għal reġistrazzjoni minn aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu l-awtorità kompetenti tal-Istati Membri lokali għandha teżamina l-applikazzjoni u tħejji opinjoni dwar jekk tagħtix jew tirrifjutax ir-reġistrazzjoni.

    Fil-każ ta’ applikazzjoni mibgħuta minn grupp ta’ aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri lokali kkonċernati għandhom jeżaminaw flimkien l-applikazzjoni tar-reġistrazzjoni u għandhom jilħqu ftehim jekk jagħtux jew jirrifjutawx ir-reġistrazzjoni.

    Artikolu 15

    Deċiżjoni dwar ir-reġistrazzjoni ta’ aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu

    1. Fi żmien 40 ġurnata mill-irċevuta tal-applikazzjoni kompluta u qabel ir-reġistrazzjoni, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru lokali għandha tikkomunika lis-CESR deċiżjoni abbozz tar-reġistrazzjoni jew deċiżjoni abbozz tar-rifjut. Fil-każ ta’ applikazzjoni mibgħuta minn grupp ta’ aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu l-faċilitatur għandu jikkomunika r-riżultat tal-valutazzjoni konġunta lis-CESR.

    Fi żmien 15-il ġurnata mill-irċevuta ta’ dik il-komunikazzjoni, is-CESR għandha tesprimi l-opinjoni tagħha fuq l-applikazzjoni. Is-CESR tista’ titlob lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru lokali kkonċernat biex teżamina mill-ġdid id-deċiżjoni abbozz tar-reġistrazzjoni jekk tikkunsidra li l-kundizzjonijiet meħtieġa għar-reġistrazzjoni kif ippreżentati fit-II Titolu ma tħarsux jew li teżamina mill-ġdid id-deċiżjoni abbozz tar-rifjut tagħha jekk tikkunsidra li l-kundizzjonijiet meħtieġa għar-reġistrazzjoni kif ippreżentati f’dan ir-Regolament tħarsu.

    2. L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru lokali għandha tadotta d-deċiżjoni tagħha fi żmien 15-il ġurnata mill-irċevuta tal-opinjoni tas-CESR. Fil-każ li ma tintbagħat l-ebda opinjoni, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru lokali għandha tadotta d-deċiżjoni tagħha fi żmien 30 ġurnata wara li d-deċiżjoni abbozz tar-reġistrazzjoni, kif riferut fl-1 paragrafu, tkun ikkomunikata lis-CESR. Fejn jidħol grupp ta’ aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu l-awtorità kompetenti ta’ kull Stat Membru lokali għandha tieħu d-deċiżjoni tagħha fuq il-bażi tar-riżultat tal-valutazzjoni konġunta riferut fl-Artikolu 14(5).

    Fi żmien 10 ġranet wara l-adozzjoni jew ir-rifjut tad-deċiżjoni tar-reġistrazzjoni l-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu kkonċernati għandhom ikunu avżati, jekk kinux irreġistrati jew le. Meta l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru lokali tirrifjuta li tirreġistra l-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu, għandha tagħti r-raġunijiet fid-deċiżjoni tar-rifjut tagħha lill-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu kkonċernata.

    3. L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru lokali għandha tavża lill-Kummissjoni Ewropea, lis-CESR u l-awtoritajiet kompetenti l-oħrajn bir-reġistrazzjoni li għamlet.

    Il-Kummissjoni Ewropea għandha tippubblika fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea lista aġġornata tal-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu rreġistrati skont dan ir-Regolament fi żmien 30 ġurnata min-notifika tal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru lokali.

    Artikolu 16

    Ħlas tar-reġistrazzjoni

    L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru lokali tista’ titlob ħlas tar-reġistrazzjoni lill-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu. Il-ħlas tar-reġistrazzjoni għandu jkun proporzjonali mal-ispejjeż tal-proċeduri f'dak l-Istat Membru.

    Artikolu 17

    Irtirar tar-reġistrazzjoni

    1. L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru lokali għandha tirtira r-reġistrazzjoni tal-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu meta l-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu.

    a) espressament tirrinunzja r-reġistrazzjoni jew ma pprovdiet l-ebda klassifikazzjoni tal-kreditu għas-sitt xhur ta’ qabel;

    b) kisbet ir-reġistrazzjoni billi għamlet dikjarazzjonijiet foloz jew b’kull mezz irregolari ieħor;

    c) ma tibqax tħares il-kundizzjonijiet li kienet irreġistklassifikazzjoni bihom;

    d) kisret id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament li jirregola l-kundizzjonijiet tal-operazzjoni tal-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu.

    2. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membri lokali tal-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu li jappartjenu għal grupp għandhom jikkooperaw mill-viċin ma’ xulxin. Għandhom jagħmlu valutazzjoni konġunta kkoordinata mill-faċilitatur. Għandhom jaslu għal ftehim dwar il-bżonn tal-irtirar tar-reġistrazzjoni. L-awtorità kompetenti ta’ kull Stat Membru lokali għandha tieħu d-deċiżjoni tagħha fuq il-bażi tal-ftehim.

    3. Is-CESR jew awtorità kompetenti minn Stat Membru ieħor, fejn il-klassifikazzjonijiet tal-kreditu maħruġa mill-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu kkonċernata jintużaw, tista' titlob lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru lokali biex teżamina jekk tħarsux il-kundizzjonijiet għall-irtirar tar-reġistrazzjoni.

    4. L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru lokali għandha tavża lill-Kummissjoni Ewropea, lis-CESR u l-awtoritajiet kompetenti l-oħrajn bl-irtirar tar-reġistrazzjoni, li tidħol fis-seħħ immedjatament madwar il-Komunità kollha.

    Il-Kummissjoni Ewropea għandha tippubblika fil- Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea lista aġġornata tal-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu li r-reġistrazzjoni tagħhom kienet irtirata fi żmien 30 ġurnata min-notifika tal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru lokali.

    KAPITOLU II IS-CESR U L-AWTORITAJIET KOMPETENTI

    Artikolu 18

    Kumitat tar-Regulaturi tat-Titoli Ewropej

    1. Is-CESR għandha tipprovdi pariri lill-awtoritajiet kompetenti, fil-każijiet ipprovduti f’dann ir-Regolament. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkunsidraw dawk il-pariri qabel ma jieħdu deċiżjoni finali taħt dan ir-Regolament.

    2. Sa [fi żmien sena wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament] is-CESR għandha toħroġ gwida dwar:

    (a) il-proċess tar-reġistrazzjoni u l-arranġamenti tal-koordinazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti u mas-CESR;

    (b) prattiċi u attivitajiet tal-infurzar mill-awtoritajiet kompetenti;

    (c) standards komuni dwar il-preżentazzjoni tal-informazzjoni li gandhom jiżvelaw l-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu skont l-Artikolu 9(2) tal-I Anness, Taqsima E, it-II Parti, l-1 Punt.

    3. Is-CESR għandha tippubblika sa [fi żmien sena mid-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament] u kull sena wara rapport dwar l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.

    4. Is-CESR għandha tikkoopera, meta hemm bżonn, mal-Kumitat tas-Superviżuri Bankarji Ewropej stabbilit bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/5/KE [40] u l-Kumitat tas-Superviżuri tal-Assigurazzjoni Ewropea u tal-Pensjonijiet bl-Akkomodazzjoni stabbilit bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/6/KE [41].

    Artikolu 19

    Awtoritajiet kompetenti

    1. Kull Stat Membru għandu jinnomina awtorità kompetenti għall-iskop ta’ dan ir-Regolament.

    2 L-awtoritajiet kompetenti għandhom ikollhom personal biżżejjed biex ikunu jistgħu japplikaw dan ir-Regolament.

    Artikolu 20

    Setgħat tal-awtoritajiet kompetenti

    1. Fit-twettiq tad-doveri tagħhom taħt dan ir-Regolament l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri m’għandhomx jindaħlu fil-kontenut tal-klassifikazzjonijiet tal-kreditu.

    2. Biex jaqdu d-doveri tagħhom l-awtoritajiet kompetenti għandhom ikollhom is-setgħat superviżorji u investigatorji kollha meħtieġa għall-eżerċizzju tal-funzjonijiet tagħhom. Għandhom jeżerċitaw is-setgħat tagħhom:

    (a) direttament;

    (b) flimkien ma’ awtoritajiet oħrajn; jew

    (c) bl-applikazzjoni mal-awtoritajiet ġudizzjarji kompetenti.

    3. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom ikollhom is-setgħat li ġejjin:

    (a) ikollhom aċċess għal kull document f’kull forma u li jirċievu jew jieħdu kopja tiegħu;

    (b) jitolbu informazzjoni mingħand kull persuni u jekk hemm bżonn isejħu u jistaqsu persuni bil-għan li jiksbu informazzjoni;

    (c) jagħmlu spezzjonijiet fuq il-post bi u mingħajr avviż;

    (d) jeħtieġu rekords tat-traffiku tat-telefown u tad-dejta.

    Artikolu 21

    Miżuri superviżorji

    1. L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru lokali tista’ tieħu l-miżuri li ġejjin:

    (a) tirtira r-reġistrazzjoni skont l-Artikolu 17;

    (b) timponi projbizzjoni temporanja fuq il-ħruġ ta’ klassifikazzjonijiet tal-kreditu b’effett fil-Komunità kollha;

    (c) timponi sospensjoni fuq l-użu tal-klassifikazzjonijiet tal-kreditu b’effett fil-Komunità kollha;

    (d) tadotta l-miżuri xierqa biex tiżgura li l-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu jkomplu jħarsu l-ħtiġiet legali;

    (e) toħroġ avviżi pubbliċi meta aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu tikser l-obbligi ppreżentati f’dan ir-Regolament.

    (f) tirreferi kwistjonijiet għal prosekuzzjoni kriminali lill-ġurisdizzjonijiet kompetenti.

    2. L-awtoritajiet kompetenti m’għandhomx jagħmlu użu mis-setgħet ipprovduti fl-1 Paragrafu u fl-Artikolu 22 qabel ma jikkomunikaw deċiżjoni mmotivata ta’ abbozz lis-CESR. Is-CESR għandha tesprimi l-opinjoni tagħha fuq id-deċiżjoni abbozz fi żmien 15-il ġurnata mill-irċevuta ta’ dik il-komunikazzjoni.

    L-ewwel sottoparagrafu m’għandux japplika f’każijiet ta’ urġenza, l-aktar quddiem sitwazzjoni li thedded il-funzjoni sew tas-swieq finanzjarji. F’dan il-każ, l-awtorità kompetenti għandha tavża lis-CESR minnufih bid-deċiżjoni li ħadet.

    Artikolu 22

    Azzjoni mill-awtoritajiet kompetenti minbarra l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru lokali

    Meta l-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru għandha bażi biex taħseb li aġenzija rreġistklassifikazzjoni tal-klassifikazzjoni tal-kreditu li taġixxi ġewwa t-territorji qiegħda tikser l-obbligi li jinħolqu minn dan ir-Regolament, għandha tavża lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru lokali.

    Jekk l-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru lokali tirrifjuta li taġixxi jew mhux kapaċi tadotta miżuri effettivi jew jekk, minkejja l-miżuri meħuda mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru lokali dawn il-miżuri ma jkunux biżżejjed biex jipproteġu l-interessi tal-investituri tal-Istat Membru kkonċernat jew il-funzjoni sew tas-swieq, l-awtorità kompetenti ta’ dak l-Istat Membru, wara li tinforma lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru lokali tista’ tieħu l-miżuri xierqa kollha minbarra l-miżuri riferuti fil-punti (a), (b) u (c) tal-Artikolu 21(1). Is-CESR għandha tkun ikkonsultata qabel l-adozzjoni ta’ dawn il-miżuri.

    KAPITOLU III KOOPERAZZJONI BEJN L-AWTORITAJIET KOMPETENTI

    Artikolu 23

    Obbligu għal kooperazzjoni

    L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom jikkooperaw fejn hemm bżonn għall-iskopijiet ta’ dan ir-Regolament, inkluż fi klassijiet fejn il-kondotta taħt l-investigazzjoni ma tikkostitwix ksur ta’ xi regolament fis-seħħ fl-Istat Membru kkonċernat.

    Artikolu 24

    Kooperazzjoni fil-każ ta’ talba għal spezzjonijiet jew investigazzjonijiet fuq il-post

    1. L-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru wieħed tista’ titlob l-għajnuna mingħand awtorità kompetenti ta’ Stat Membru ieħor dwar l-ispezzjoni jew l-investigazzjonijiet fuq il-post.

    L-awtorità kompetenti għandha tinforma lis-CESR b’kull talba riferuta fl-ewwel sottoparagrafu. Fil-każ ta’ investigazzjoni jew spezzjoni b’effett ta’ qsim ta’ fruntieri, is-CESR tista’ tassumi l-koordinazzjoni tal-investigazzjoni jew l-ispezzjoni.

    2. Meta awtorità kompetenti tirċievi talba mingħand awtorità kompetenti ta’ Stat Membru ieħor biex twettaq spezzjoni jew investigazzjoni fuq il-post, għandha tagħmel waħda minn dawn li ġejjin:

    a) jagħmlu spezzjonijiet jew investigazzjoni fuq il-post hija stess;

    b) tippermetti lill-awtorità kompetenti li bagħtet it-talba biex tipparteċipa fl-ispezzjoni jew investigazzjoni fuq il-post;

    c) tippermetti lill-awtorità kompetenti li bagħtet it-talba biex tagħmel l-ispezzjoni jew l-investigazzjoni fuq il-post hija stess;

    d) taħtar awdituri jew esperti biex jagħmlu spezzjoni jew investigazzjoni fuq il-post;

    (e) taqsam kompiti speċifiċi dwar attivitajiet superviżorji ma’ awtoritajiet kompetenti oħrajn.

    Artikolu 25

    Kooperazzjoni ma’ awtoritajiet kompetenti fil-każ ta’ grupp ta’ aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu

    1. Fil-każ ta’ grupp ta’ aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu riferut fl-Artikolu 14(3) l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri lokali kkonċernati għandhom jikkonsultaw lil xulxin qabel ma jieħdu miżuri skont dan ir-Regolament.

    2. Il-faċilitatur riferut fl-Artikolu 14(3) għandu jippjana u jikkoordina l-azzjonijiet tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru lokali kkonċernat.

    3. Il-faċilitatur u l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati għandhom jistabbilixxu arranġamenti tal-koordinazzjoni dwar il-kwistjonijiet li ġejjin:

    a) l-informazzjoni li tgħaddi bejn l-awtoritajiet kompetenti;

    b) każijiet fejn l-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkonsultaw lil xulxin;

    c) każijiet fejn l-awtoritajiet kompetenti jiddelegaw kompiti superviżorji skont l-Artikolu 24.

    Artikolu 26

    Delegazzjoni ta' kompiti bejn l-awtoritajiet kompetenti

    L-awtorità kompetenti tal-Istat Membri lokali tista’ tiddelega kull wieħed mill-kompiti tagħha lill-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru ieħor suġġett għall-ftehim ta’ dik l-awtorità. Id-delegazzjoni ta’ kompiti mhux maħsuba biex taffettwa r-responsabbiltà tal-awtorità kompetenti nnominata.

    Artikolu 27

    Medjazzjoni

    1. Is-CESR għandha tistabbilixxi mekkaniżmu tal-medjazzjoni biex jassisti biex tintlaħaq opinjoni komuni fost l-awtoritajiet kompetenti kkonċernati.

    2. Fil-każ ta’ nuqqas ta’ ftehim bejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri dwar valutazzjoni jew azzjoni taħt dan ir-Regolament, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jirreferu l-każ lis-CESR għall-medjazzjoni. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkunsidraw l-opinjoni tas-CESR.

    Artikolu 28

    Segretezza professjonali

    1. L-obbligu tas-segretezza professjonali għandu japplika għall-persuni kollha li jaħdmu jew li ħadmu għall-awtorità kompetenti jew għal kull awtorità jew persuna li l-awtorità kompetenti ddelegatilhom il-kompiti, inklużi awdituri u esperti ngaġġati mill-awtorità kompetenti. Informazzjoni koperta mis-segretezza professjonali ma tistax tkun żvelata lil xi persuna jew awtorità oħra minbarra meta t-tali żvelar ikun meħtieġ għal proċeduri legali.

    2. L-informazzjoni kollha skambjata bejn l-awtoritajiet kompetenti taħt dan ir-Regolament għandha titqies kunfidenzjali, minbarra meta l-awtorità kompetenti tiddikjara fil-mument tal-komunikazzjoni li t-tali informazzjoni tista' tkun żvelata jew meta t-tali żvelar hija meħtieġa għal proċeduri legali.

    KAPITOLU IV KOOPERAZZJONI MA’ PAJJIŻI TERZI

    Artikolu 29

    Ftehim dwar l-iskambju ta’ informazzjoni

    L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jikkonkludu ftehim ta’ kooperazzjoni dwar l-iskambju ta’ informazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti ta’ pajjiżi terzi biss jekk l-informazzjoni żvelata hija suġġetta għall-garanziji tas-segretezza professjonali li jkunu mill-anqas ekwivalenti għal dawk ippreżentati fl-Artikolu 28. Dan l-iskambju ta' informazzjoni jrid ikun maħsub għat-twettiq tal-kompiti ta’ dawk l-awtoritajiet kompetenti.

    Dwar it-trasferiment ta’ dejta personali lil pajjiż terz, l-Istati Membri għandhom japplikaw id-Direttiva 95/46/KE.

    Artikolu 30

    Żvelar ta’ informazzjoni

    L-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru tista' tiżvela biss l-informazzjoni li rċeviet mingħand awtorità kompetenti ta’ Stat Membru ieħor jew minn awtoritajiet kompetenti ta’ pajjiżi terzi jekk l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat kisbet il-ftehim espliċitu tal-awtorità kompetenti li bagħtet l-informazzjoni u, fejn ikun il-każ, l-informazzjoni tkun żvelata biss għall-iskopijiet li għalihom l-awtorità kompetenti tat il-kunsens tagħha.

    TITOLU IVPENALI, PROĊEDURI TAL-KUMITAT, RAPPURTAĠĠ, DISPOŻIZZJONIJIET TRANSIZZJONALI U FINALI

    KAPITOLU I Penali, proċedura u rappirtaġġ tal-kumitat

    Artikolu 31

    Penali

    L-Istati Membri għandhom jippreżentaw regoli fuq il-penali applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li jkunu implimentati. Il-penali pprovduti jridu jkunu effettivi, proporzjonati u ddisswidi.

    L-Istati Membri għandhom jawżaw dawn id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni sa [sitt xhur wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament] l-aktar tard u għandhom javżawha mingħajr dewmien b’kull emenda ta’ wara li taffettwahom.

    Artikolu 32

    Emendi għall-Annessi

    Il-Kummissjoni tista’ temenda l-Annessi sabiex tikkunsidra l-iżviluppi fuq is-swieq finanzjarji, b’mod partikolari dwar strumenti finanzjarji ġodda u dwar il-konverġenza tal-prattika superviżorja.

    Dawk il-miżuri ddisinjati biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament għandhom ikunu adottati skond il-proċedura regolatorju bil-skrutinju riferuta fl-Artikolu 33(2).

    Artikolu 33

    Proċedura tal-kumitat

    1. Il-Kummissjoni għandha tkun mgħejjuna mill-Kumitat tat-Titoli Ewropew stabbilit mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/528/KE[42].

    2. Meta ssir riferenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5a(1) to (4) u Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, wara li jkunu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tiegħu.

    Artikolu 34

    Rapport

    Sa [tliet snin wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament] il-Kummissjoni għandha tagħmel valutazzjoni tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, inkluża valutazzjoni dwar kemm il-klassifikazzjoni tal-kreditu fil-Komunità huma affidabbli, u tibgħat rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

    KAPITOLU II Dispożizzjonijiet transitorji u finali

    Artikolu 35

    Dispożizzjoni transitorja

    L-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu li joperaw fil-Komunità qabel [id-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament] għandhom jadottaw il-miżuri kollha meħtieġa biex ikunu konformi ma’ dan ir-Regolament u għandhom jibagħtu applikazzjoni għar-reġistrazzjoni sa [id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament] .

    L-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu riferuti fl-ewwel sottoparagrafu għandhom jieqfu joħorġu klassifikazzjonijiet tal-kreditu jekk ir-reġistrazzjoni tkun rifjutata.

    Artikolu 36

    Dħul fis-seħħ

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum ta’ wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil- Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea .

    Għandu japplika minn [daħħal id-data eżatta; sitt xhur wara d-dħul fis-seħħ].

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tieg]u u jkun applikabbli direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussel,

    Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill

    Il-President Il-President

    L-I ANNESS

    INDIPENDENZA U SKANSAMENT TA' KONFLITTI TA’ INTERESS

    Taqsima A

    Ħtiġiet tal-organizzazzjoni

    1. L-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandha jkollha bord amministrattiv jew superviżorju li jkun responsabbli li jiżgura:

    a) l-indipendenza tal-proċess tal-klassifikazzjonijiet;

    b) li l-konflitti tal-interess ikunu identifikati, amministrati u żvelati sew;

    c) konformità tal-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu mal-ħtiġiet li baqa’ ta’ dan ir-Regolament.

    2. Aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandha tkun organizzata b’mod li tiżgura li l-interess tan-negozju tal-kumpanija ma jfixkilx l-indipendenza u l-preċiżjoni tal-proċess tal-klassifikazzjonijiet.

    Il-maniġment għoli, kif definit fl-Artikolu 2(9) tad-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/73/KE[43] ta’ aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandu jkun ta’ reputazzjoni tajba u bil-ħila u esperjenza biżżejjed, u għandu jiżgura l-maniġment sew u prudenti tal-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu.

    Il-bord amministrattiv jew superviżorju ta’ aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandu jinkludi mill-anqas tliet membri mhux eżekuttivi li għandhom ikunu indipendenti. Ir-remunerazzjoni tal-membri indipendenti tal-bord amministrattiv jew superviżorju m’għandhiex tkun konnessa mal-prestazzjoni tan-negozju tal-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu u għandha tkun irranġata biex tiżgura l-indipendenza tal-ġudizzja tagħhom. It-terminu tal-uffiċċju tal-membri tal-bord amministrattiv jew superviżorju għandu jkun għal perjodu fiss miftiehem minn qabel li ma jaqbiżx il-ħames snin u ma jkunux jista’ jerġa’ jiġġedded.

    Il-maġġoranza tal-membri tal-bord amministrattiv jew superviżorju, inklużi l-membri indipendenti, għandhom ikollhom -kompetenza biżżejjed fis-servizzi finanzjarji. Mill-anqas membri indipendenti wieħed ta’ dan il-bord għandu jkollu tagħrif fil-fond u esperjenza fuq livell għoli tal-swieq tal-kreditu strutturati u tat-titoli.

    Bl-addizzjoni tar-responsabbiltà kollha tal-bord, il-membri indipendenti tal-bord amministrattiv jew superviżorju għandhom ikollhom il-kompitu speċifiku tal-monitoraġġ tal-iżvilupp tal-politika tal-klassifikazzjonijiet tal-kreditu, l-effettività tas-sistema tal-kontroll tal-kwalità interna tal-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu fuq il-proċess tal-klassifikazzjonijiet tal-kreditu li tiżgura li m’hemm l-ebda konflitti ta’ interess u l-konformita u l-proċessi tar-regolazzjoni inkluża l-effiċjenza tal-funzjoni tar-reviżjoni riferuta fil-punt 7 ta’ din it-Taqsima. L-opinjonijiet tad-diretturi indipendenti maħruġa fuq dawn il-kwistjonijiet għandhom ikunu ppreżentati lill-bord perjodikament u magħmula disponibbli għall-awtorità kompetenti, meta din tal-aħħar titlobhom.

    3. Aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandha tistabbilixxi politiki u proċeduri li jiżguraw il-konformità ma’ dan ir-Regolament.

    4. Aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandha jkollha proċeduri sew amministrattivi u tal-kontabilità, mekkaniżmi tal-kontroll intern, proċeduri effetti għall-valutazzjoni tar-riskju, u kontroll effettiv u arranġamenti tal-salvagwardji għas-sistemi tal-ipproċessar tal-informazzjoni.

    5. Aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandha tistabbilixxi arranġamenti tal-organizzazzjoni u amministrattivi biex tidentifika, tippreveni u titratta konflitti ta’ interess riferuta fl-1 punt tat-Taqsima B. Għandha żżomm rekord tat-theddid sinifikanti kollha għall-indipendenza tagħha u dik tal-impjegati involuti fil-proċess tal-klassifikazzjonijiet tal-kreditu kif ukoll is-salvagwardji applikati għall-mitigazzjoni ta' dak it-theddid.

    6. Aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandha tuża sistemi xierqa biex tiżgura l-kontinwità u r-regolarità fil-prestazzjoni tal-attivitajiet tagħha tal-klassifikazzjonijiet tal-kreditu.

    7. Aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandha tistabbilixxi funzjoni tar-reviżjoni responsabbli biex tirrevedi perjodikament il-metodoloġiji, mudelli u bidliet sinifikanti għall-metodoloġiji u l-mudelli li tuża, kif ukoll kemm huma tajbin dawk il-metodoloġiji u l-mudelli għall-valutazzjoni ta’ strumenti finanzjarji ġodda.

    Din il-funzjoni tar-reviżjoni trid tkun indipendenti mil-linji tan-negozju li huma responsabbli mill-attivitajiet tal-klassifikazzjonijiet tal-kreditu u tirrapporta lill-membri tal-bord amministrattiv jew superviżorja riferut fit-2 punt ta’ din it-Taqsima.

    8. Aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandu tissorvelja u tivvaluta s-suffiċjenza u l-effettività tas-sistemi tagħha, il-mekkaniżmi tal-kontroll intern u l-arranġamenti stabbiliti skont dan ir-Regolament u tieħu miżuri xierqa biex tindirizza kull defiċjenza.

    Taqsima B

    Ħtiġiet operazzjonali

    1. Aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandha tidentifika u telimina jew, fejn ikun xieraq, tamministra u tiżvela kull konflitt attwali jew potenzjali ta’ interess li jista’ jinfluwenza l-analiżi u l-ġudizzji tal-analisti tagħha li jieħdu sehem fl-istabbiliment ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu u persuni li japprovaw il-klassifikazzjonijiet tal-kreditu.

    2. Aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandha tiżvela pubblikament l-ismijiet tal-entitajiet ikklassifikati jew tal-partijiet terzi relatati li mingħandhom tirċievi aktar minn 5% tad-dħul annwali tagħha.

    3. Aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu m'għandhiex toħroġ klassifikazzjoni tal-kreditu jew tirtira klassifikazzjoni tal-kreditu eżistenti fil-każijiet li ġejjin:

    (a) aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu, analista li jipparteċopa fl-istabbiliment ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu, jew persuna li tapprova l-klassifikazzjonijiet tal-kreditu, direttament jew indirettament għandha strumenti finan z jarji tal-entità kklassifikata jew kull parti terza relatata oħra jew għandha xi interess ta' pussess dirett jew indirett f'dik l-entità jew parti;

    (b) ir-klassifikazzjoni tal-kreditu tinħareġ dwar entità kklassifikata jew kull parti terza relatata konnessa direttament jew indirettament mal-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu bħala kontroll;

    (c) analista li jipparteċipa fl-istabbiliment ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu, jew persuna li tapprova l-klassifikazzjonijiet tal-kreditu hija membru tal-korpi amministrattivi, tal-maniġment jew superviżorji tal-entità kklassifikata jew kull parti terza relatata.

    4. Aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu m’għandhiex tipprovdi servizzi ta’ konsulenza jew ta’ pariri lill-entità kklassifikata jew xi parti terza relatata dwar l-istruttura tal-kumpanija jew legali, assi, obbligi jew attivitajiet tal-entità kklassifikata jew xi parti terza relatata.

    Aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu tista’ tipprovdi servizzi minbarra l-ħruġ ta’ rati tal-kreditu, minn issa ’l quddiem "servizzi anċillari". Aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandha tistabbilixxi x’tikkunsidra bħala servizzi anċillari. Għandha tiżgura li l-provvista ta’ servizzi anċillari ma jippreżentawx konflitti ta' interess mal-attività tagħha tal-klassifikazzjonijiet tal-kreditu.

    5. Aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandja tiżgura li analisti ma jagħmlux proposti jew rakkomandazzjonijiet la formali u lanqas informali, dwar id-disinn ta’ strumenti finanzjarji strutturali li fuqhom l-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu mistennija toħroġ klassifikazzjoni tal-kreditu.

    6. Aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandha tiddisinja l-mezzi tar-rappurtaġġ u tal-komunikazzjoni tagħha biex tiżgura indipendenza tal-analisti u persuni li japprovaw il-klassifikazzjonijiet tal-kreditu minn partijiet oħrajn tal-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu li jirrappreżentaw l-interessi kummerċjali tal-entità tal-klassifikazzjoni tal-kreditu.

    7. Aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandha żżomm rekords u sekwenzi tal-verifika tal-attivitajiet kollha tagħha, inklużi rekords ta’ ftehim bejn l-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu u l-entità kklassifikata jew parti terza relatata u l-elementi sinifikanti kollha tad-djalogu mal-entità kklassifikata u l-partijiet terzi relatati tagħha, kif ukoll rekords dwar l-obbligi ppreżentati fl-Artikolu 5, 6, u 7.

    8. Ir-rekords u s-sekwenzi tal-verifika riferuti fil-punt 7 għandhom jinżammu fuq il-fond tal-aġenzija rreġistrata tal-klassifikazzjonijiet tal-kreditu għal mill-anqas ħames snin u jsiru disponibbli meta mitluba mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat.

    Meta r-reġistrazzjoni tal-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu tkun irtiklassifikazzjoni, ir-rekords għandhom jinżammu għal mill-anqas tliet snin.

    9. Rekords li jippreżentaw id-drittijiet u l-obbligi rispettivi tal-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu u l-entità kklassifikata jew il-partijiet terzi relatati tagħha taħt ftehim għall-provvista ta’ servizzi għandhom jinżammu għal mill-anqas it-tul tar-relazzjoni ma’ dik l-entità kklassifikata jew il-partijiet terzi relatati tagħha.

    Taqsima C

    Regoli dwar l-impjegati

    1. Analisti tal-klassifikazzjonijiet tal-kreditu u impjegati oħra involuti direttament fil-proċess tal-klassifikazzjonijiet tal-kreditu, kif ukoll persuni assoċjati mill-viċin magħhom kif imniżżel fl-Artikolu 1(2)(a) sa (d) tad-Direttiva tal-Kummissjoni 2004/72/KE[44], ma jistgħux jixtru jew ibiegħu jew jidħlu f’xi tranżazzjoni f’xi strument finanzjarju maħruġ, ġarantit, jew appoġġat mod ieħor minn xi entità kklassifikati fil-qasam tar-responsabbiltà analitika ewlenija tal-analista, minbarra żammiet fl-iskemi diversifikati tal-investiment kollettiv.

    2. L-ebda impjegat m’għandu jieħu sehem fi jew b'mod ieħor jinfluwenza l-istabbiliment ta' klassifikazzjoni tal-kreditu ta' xi entità kklassifikata partikolari jekk dan l-impjegat jew kull persuna assoċjata mill-viċin miegħu kif imniżżel fl-Artikolu 1(2)(a) sa (d) tad-Direttiva 2004/72/KE:

    a) għandu strumenti finanzjarja tal-entità kklassifikata, minbarra żammiet fi skemi diversifikati tal-investiment kollettiv;

    b) għandu strumenti finanzjarji ta’ xi entità relatata ma’ entità kklassifikata, li l-pussess tagħhom jista’ jikkawża jew ikun perċepit b’mod ġenerali li qiegħed jikkawża konflitt ta’ interess, minbarra għal żammiet fi skemi diversifikati tal-investiment kollettiv;

    c) kellu impjieg riċenti jew relazzjoni kummerċjali oħra jew kull relazzjoni oħra mal-entità kklassifikata li tista’ toħloq jew tista’ tkun perċepita b’mod ġenerali li qiegħda tikkawża konflitt ta’ interess.

    3. L-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandhom jiżguraw li l-impjegati involuti direttament fil-proċess tal-klassifikazzjonijiet tal-kreditu:

    a) jieħdu miżuri raġonevoli biex jipproteġu l-proprjetà u r-rekords fil-pussess tal-aġenzija tal-kreditu minn frodi, serq jew użu ħażin;

    b) ma jiżvelawx xi informazzjoni dwar il-klassifikazzjonijiet tal-kreditu jew klassifikazzjonijiet tal-kreditu futuri possibbli tal-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu, minbarra lill-entità kklassifikata jew il-parti terza relatata magħha;

    c) ma jaqsmux informazzjoni kunfidenzjali fdata lill-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu mal-impjegati ta’ kull persuna direttament jew indirettament konnessa magħha bħala kontroll;

    d) ma jużawx jew ma jaqsmux informazzjoni kunsidenza għall-iskop ta’ istrumenti finanzjarji tan-negozju, jew għal kull skop ieħor minbarra t-temxxija tan-negozju ta’ aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu.

    4. Impjegat direttament involut fil-proċess tal-klassifikazzjonijiet tal-kreditu m’għandux jitlob jew jaċċetta flus, rigali jew favur minn xi ħadd li miegħu l-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu tagħmel in-negozju.

    5. Wara li jsir jaf li impjegat ieħor tal-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu qiegħed jew kien ingaġġat f’kondott li hija illegali, impjegat ta’ aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandu jirrapporta dik l-informazzjoni minnufih lill-persuni responsabbli mill-konformità ma’ dan ir-Regolament fl-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu.

    6. Meta analista jtemm l-impjieg tiegħu jew tagħha u jingħaqad ma' entità kklassifikata, fil-klassifikazzjonijiet li fiha kien involut l-analista, jew ditta finanzjarja, li magħha l-analist kellu negozju bħala parti mill-kompiti tiegħu jew tagħha fl-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu, l-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandha tirrevedi x-xogħol relevanti tal-analisti fuq sentejn ta’ qabel it-tluq tiegħu.

    7. Impjegati involuti direttament fil-proċess tal-klassifikazzjonijiet tal-kreditu m’għandhomx jokkupaw pożizzjoni tal-maniġment ewlieni ma' entità kklassifikata jew parti terza relatata tagħmel qabel ma jgħaddu 6 xhur mir-klassifikazzjoni tal-kreditu.

    Taqsima D

    Regoli dwar il-preżentazzjoni tal-klassifikazzjonijiet tal-kreditu

    I . Obbligi ġenerali

    1. Aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandha tiżgura li klassifikazzjoni tal-kreditu tiddikjara b’mod ċar u prominenti l-isem u t-titlu tal-kariga tal-analista ewlieni li kien responsabbli primarjament biex iħejji r-klassifikazzjoni tal-kreditu.

    2. Aġenzija tar-klassifikazzjoni tal-kreditu għandha tiżgura li mill-anqas:

    a) l-għejun kollu ta’ materjal sostantiv użat għall-preparazzjoni tar-klassifikazzjoni tal-kreditu huwa indikat, inkluża l-entità kklassifikata jew, fejn ikun il-każ, il-parti terza relatata tagħha flimkien mal-fatt jekk ir-klassifikazzjoni tal-kreditu ma kinetx żvelata lil dik l-entità kklassifikata jew parti terza relatata tagħha u emendata wara dan l-iżvelar qabel ma titqassam;

    b) il-metodoloġija ewlenija jew il-verżjoni tal-metodoloġija li ntuża fl-istabbiliment tar-klassifikazzjoni huwa indikat b’mod ċar, b’referenza għad-deskrizzjoni komprensiva tagħha; fejn ir-klassifikazzjoni hija bbażata fuq aktar minn metodoloġija waħda, jew meta r-referenza għall-metodoloġija ewlenija biss tista’ tikkawża lill-investituri ma jarawx aspetti importanti oħrajn tar-klassifikazzjoni, inklużi xi aġġustamenti u devjazzjonijiet sinifikanti, l-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandha tispjega dan il-fatt fir-klassifikazzjoni tal-kreditu u tindika kif metodoloġiji differenti jew dawn l-aspetti l-oħrajn kienu kkunsidrati fir-klassifikazzjoni tal-kreditu;

    c) it-tifsira tal-kategorija ta’ kull klassifikazzjoni u d-definizzjoni ta’ nuqqas ta' ħlas jew irkupru hija spjegata u kull twissija xierqa dwar ir-riskju, inkluż analiżi tas-sensittività tas-suppożizzjonijiet relevanti, akkumpanjat minn klassifikazzjonijiet tal-agħar xenarju każ kif ukoll klassifikazzjonijiet ta’ xenarju tal-aħjar każ;

    d) id-data ta’ meta r-klassifikazzjoni tal-kreditu ħarġet għall-ewwel darba għad-distribuzzjoni u meta kienet aġġornata l-aħħar tidher b’mod ċar u prominenti.

    3. Aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandha tiżgura li kull klassifikazzjoni tal-kreditu tiddikjara b’mod ċar u prominenti kull attribut u limitazzjoni tal-klassifikazzjonijiet tal-kreditu. B’mod partikolari, aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandha tiddikjara b’mod prominenti f’kull klassifikazzjoni tal-kreditu jekk tikkunsidrax sodisfaċenti l-kwalità ta’ informazzjoni disponibbli dwar l-aġenzija kklassifikata u sa fejn ivverifikat l-informazzjoni pprovduta lilha mill-aġenzija kklassifikata jew il-parti terza relatata tagħha. Jekk klassifikazzjoni tal-kreditu tinvolvi tip ta’ entità jew strument finanzjarju li dwaru d-dejta storika hija limitata, l-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandha turi biċ-ċar, f’post prominenti, il-limitazzjoni tar-klassifikazzjoni tal-kreditu.

    Fil-każ ta' nuqqas ta' dejta affidabbli jew tal-kumplessà tal-istruttura ta' tip ġdid ta' strument jew li l-kwalità tal-informazzjoni disponibbli ma tkunx sodisfaċenti jew tqajjem dubji serji dwar jekk aġenzija tal-klassifikazzjoni tistax tipprovdi klassifikazzjoni ta' kreditu affidabbli, l-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandha toqgħdolura milli toħroġ klassifikazzjoni ta' kreditu jew inkella tikkanċella klassifikazzjoni eżistenti.

    4. Meta tħabbar klassifikazzjoni tal-kreditu, aġenzija tar-klassifikazzjoni tal-kreditu għandha tispjega fir-rilaxx tal-istampa jew rapporti tagħha l-elementi ewlenin bħala bażi għal-klassifikazzjonijiet tal-kreditu.

    Meta l-informazzjoni mniżżla fil-punti 1, 2 u 3 jkunu sproporzjonati f’relazzjoni mat-tul tar-klassifikazzjoni tal-kreditu mqassma, ikun biżżejjed li ssir referenza ċara u prominenti fir-klassifikazzjoni tal-kreditu nnifisha għall-post fejn dan l-iżvelar jista’ jkun aċċessat direttament u faċilment, inkluża konnessjoni diretta tal-web għall-iżvelar fuq websajt xierqa tal-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu.

    II. Obbligi addizzjonali dwar il-klassifikazzjonijiet tal-kreditu ta’ strumenti finanzjarji strutturati

    1. Meta aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu tagħti klassifikazzjoni lil strument finanzjarju strutturat, għandha tipprovdi fir-klassifikazzjoni tal-kreditu informazzjoni dwar it-telf u analiżi tal-fluss tal-flus li wettqet.

    2. Aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandha tiddikjara liema livell ta’ valutazzjoni wettqet dwar il-proċess tad-diliġenza dovuta li saret fuq il-livell tal-assi bażi tal-istrumenti finanzjarji strutturati. L-aġenzija tar-klassifikazzjoni tal-kreditu għandha tiżvela jekk għamlitx xi valutazzjoni tat-tali proċessi tad-diliġenza dovuta jew jekk qagħditx fuq valutazzjoni minn parti terzi, u tindika kif ir-riżultat tat-tali valutazzjoni jimpatta r-klassifikazzjoni.

    Taqsima E

    Żvelar

    I . Żvelar ġenerali

    Aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandha ġeneralment tiżvela l-informazzjoni li ġejja:

    1. Konflitti attwali u potenzjali tal-interess riferuti fl-1 punt tat-Taqsima B;

    2. Definizzjoni ta’ dak li l-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu tikkunsidra, jew ma tikkunsidrax bħala servizzi anċillari tan-negozju ewlieni tal-għoti tal-klassifikazzjonijiet tagħha;

    3. Politika tal-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu dwar il-pubblikazzjoni tal-klassifikazzjonijiet tal-kreditu u komunikazzjoni relatata oħra;

    4. Għamla ġenerali tal-arranġamenti tal-kumpens tagħha;

    5. Metodoloġiji, mudelli u suppożizzjonijiet tal-klassifikazzjonijiet ewlenin kif ukoll bidliet materjali fihom;

    6. Kull modifika materjali għall-prattiku, proċeduri u proċessi tagħha.

    II. Żvelar perjodiku

    Aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandha perjodikament tiżvela l-informazzjoni li ġejja:

    1. Kull sitt xhur, dejta dwar il-klassifikazzjonijiet difolt storiċi tal-kategoriji tal-klassifikazzjonijiet tagħha u jekk il-klassifikazzjonijiet difolt ta’ dawn il-kategoriji nbidlux matul iż-żmien;

    2. Fuq bażi ta’ kull sena l-informazzjoni li ġejja:

    a) lista tal-akbar 20 klijent tal-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu bħala dħul;

    b) lista ta’ dawk il-klijenti tal-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu li l-konribuzzjoni tagħhom għar-klassifikazzjoni tat-tkabbir fid-dħul tal-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu fis-sena finanzjarja ta’ qabel qabżet ir-klassifikazzjoni tat-tkabbir fid-dħul totali tal-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu f’dik is-sena b’fattur ta’ aktar 1.5 darba; kull tali klijent ikun inkluż f'din il-lista biss jekk f'dik is-sena akkonta għal aktar minn 0.25 % tad-dħul dinji totali tal-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu fuq livell globali.

    Għall-iskopijiet tal-ewwel sottoparagrafu tat-2 punt "klijent" ifisser kumpanija, is-sussidjarji tagħha, u kumpaniji assoċjati li fihom il-kumpanija għandha aktar minn 20 %, kif ukoll kull entità oħra li dwarha nnegozjat l-istruttura tal-ħruġ tas-self f’isem klijent u fejn sari l-ħlas, direttament jew indirettament, lill-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għall-għoti ta' klassifikazzjoni għal dak il-ħruġ tas-self.

    III. Rapport ta’ trasparenza

    Aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandha tagħmel disponibbli kull sena l-informazzjoni li ġejja:

    1. Informazzjoni dettaljata tal-istruttura legali u l-pussess tal-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu, inkluża informazzjoni dwar iż-żammiet fis-sens ta’ Artikolu 9 u 10 tad-Direttiva 2004/109/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[45];

    2. Deskrizzjoni tas-sistema interna tal-kontroll tal-kwalità;

    3. Statistiċi dwar l-allokazzjoni tal-persunal għal klassifikazzjonijiet ġodda tal-kreditu, analiżi tal-klassifikazzjonijiet tal-kreditu, valutazzjoni tal-metodoloġija u tal-mudell u ġestjoni;

    4. Deskrizzjoni tal-politika dwar iż-żamma ta' rekords dwar il-klassifikazzjonijiet tal-kreditu;

    5. Ir-riżultat ta’ analiżi interna annwali dwar il-konformità mal-indipendenza;

    6. Deskrizzjoni dwar il-maniġment u l-politika tar-rotazzjoni tal-analisti;

    7. Informazzjoni finanzjarja dwar id-dħul tal-aġenzija maqsuma fi ħlasijiet minn klassifikazzjonijiettal-kreditu u servizzi mhux ta' klassifikazzjonijiet tal-kreditu b'deskrizzjoni komprensiva ta' kull wieħed;

    8. Dikjarazzjoni tar-regolazzjoni fis-sens tal-Artikolu 46a(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 78/660/KEE[46]; għall-iskopijiet ta’ din id-dikjarazzjoni, l-informazzjoni riferuta fl-Artikolu 46a(1)(d) ta’ dik id-Direttiva għandha tkun ipprovduta mill-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu anke jekk ma tkunx suġġetta għad-Direttiva 2004/25/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[47].

    L-ANNESS II

    Informazzjoni li għandha tkun ipprovduta fl-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni

    1. isem sħiħ tal-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu, indirizz tal-uffiċċju rreġistrat ġewwa l-Komunità;

    2. isem u dettalji tal-kuntatt tal-persuni tal-kuntatt;

    3. stat legali;

    4. klassi tal-klassifikazzjonijiet tal-kreditu li l-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu qed tapplika biex tkun irreġistklassifikazzjoni fiha;

    5. deskrizzjoni tal-proċeduri u l-metodoloġiji użati għall-ħruġ u ż-żamma tal-klassifikazzjonijiet tal-kreditu;

    6. politiki u proċeduri għall-identifikazzjoni u l-ġestjoni ta’ konflitti ta’ interess;

    7. informazzjoni dwar l-impjegati;

    8. arranġamenti għal kumpens;

    9. servizzi anċillari;

    10. programm ta’ operazzjonijiet, inklużi indikazzjonijiet ta’ fejn mistennija jsiru l-attivitajiet ewlenin tan-negozju u l-istabbiliment tat-tip ta’ negozju ppjanat.[pic][pic][pic]

    [1] Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Aġenziji tal-Klassifikazzjonijiet tal-Kreditu, ĠU C 59, 11.3.2006, p. 2(http://eur-lex.europa.eu/LexUriServ/LexUriServ.do?uri=OJ:C:2006:059:0002:0006:EN:PDF).

    [2] Kodiċi tal-prinċipji fondamentali tal-kondotta għas-CRAs (riveduti f’Mejju 2008) http://www.iosco.org/library/pubdocs/pdf/IOSCOPD271.pdf.

    [3] Is-CESR hija grupp indipendenti tal-pariri lill-Kummissjoni Ewropea magħmula mis-superviżuri nazzjonali tas-swieq tat-titoli tal-UE; ara d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-6 ta’ Ġunju 2001, li tistabbilixxi l-Kumitat tar-Regulaturi tat-Titoli Ewropej, 2001/527/KE (ĠU L191, 13.7.2001, p.43). L-irwol tas-CESR huwa li ttejjeb il-koordinazzjoni fost ir-regulaturi tat-titoli, tagħti pariri lill-Kummissjoni Ewropea u tiżgura implimentazzjoni aktar konsistenti u ġurnata b’ġurnata fil-ħin tal-leġislazzjoni tal-Komunità fl-Istati Membri.

    [4] http://www.consilium.europa.eu/ueDocs/cms_Data/docs/pressData/en/ecofin/96375.pdf.

    [5] Il-Grupp ta’ Esperti dwar is-Swieq tat-Titoli Ewropej (ESME) huwa korp tal-pariri għall-Kummissjoni, magħmul minn prattikanti fis-swieq tat-titoli u esperti stabbilit mill-Kummissjoni f’April 2006 u rregolat mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/288/KE tat-30 ta’ Marzu 2006 li stabbiliet Grupp ta’ Esperti dwar is-Swieq tat-Titoli Ewropej biex tipprovdi parir legali u ekonomiku dwar l-applikazzjoni ta’ Direttivi tat-titoli tal-UE (ĠU L 106, 19.4.2006, p. 14–17).

    [6] Il-kodiċi tal-prinċipji fondamentali tal-kondotta għas-CRAs (rivedut f’Mejju 2008)http://www.iosco.org/library/pubdocs/pdf/IOSCOPD271.pdf.

    [7] Rapport tal-FSF dwar Tisħiħ fis-Suq u r-Reżiljenza Istituzzjonali, is-7 t’April 2008 http://www.fsforum.org/publications/r_0804.pdf.

    [8] Karti tas-CGFS Nru 32: Klassifikazzjonijiet fil-finanzi strutturati: X’mar ħażin u x’jista’ jsir biex dawn in-nuqqasijiet ikunu indirizzati? Lulju 2008, http://www.bis.org/publ/cgfs32.pdf?noframes=1.

    [9] Per eżempju, Standards and Poor’s ippreżentaw pjan ta’ riforma li inkluda miżuri bħall-ħatra ta’ ombudsman għall-persuni li għandhom interess, analiżi annwali pubblika tal-proċess tar-regolazzjoni minn ditta indipendenti u rotazzjoni ta’ klijenti għall-analisti. Moody’s ħadu miżuri biex isaħħu l-kwalità tad-dejta użata fil-proċess tal-għoti tal-klassifikazzjonijiet. Fitch isseparaw in-negozji li ma jagħtux klassifikazzjonijiet f’diviżjoni separata u għamlu bidliet fl-operazzjonijiet tal-finanzji strutturati tagħhom biex jappoġġaw l-oġġettività u l-konsistenza fil-proċess tar-reviżjoni tal-għoti tal-klassifikazzjonijiet.

    [10] L-Att tar-Riforma tal-Aġenziji tal-Klassifikazzjonijiet tal-Kreditu tal-US tal-2006 daħal fis-seħħ fis-27 ta’ Ġunju u jistabblixxi qafas legali għar-reġistrazzjoni ta’ NRSRO (Organizzazzjonijiet tal-klassifikazzjonijiet ta' Statistika Rrikonoxxuti b’mod Nazzjonali).

    [11] Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2003/125/KE tat-22 ta’ Diċembru 2003 li timplimenta d-Direttiva 2003/6/KE tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill dwar il-preżentazzjoni ġusta tar-rakkomandazzjonijiet dwar l-investiment u l-iżvelar tal-konflitti ta’ interess (ĠU L 339/73 24.12.2003, p. 73).

    [12] Id-Direttiva 2003/6/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Jannar 2003 dwar insider dealing u manipulazzjoni tas-suq (abbuż tas-suq) (ĠU L 96, 12.4.2003, p. 16).

    [13] Id-Direttiva 2006/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2006 dwar it-teħid u t-tkomplija tan-negozju tal-istituzzjonijiet tal-kreditu (rivedut) (ĠU L177, 30.06.2006.p. 1).

    [14] Linjigwida dwar ir-rikonoxximent tal-Istituzzjonijiet tal-Valutazzjoni tal-Kreditu Esterna tal-20 ta’ Jannar 2006 (GL07), http://www.c-ebs.org/pdfs/GL07.pdf.

    [15] http://ec.europa.eu/internal_market/consultations/2008/securities_agencies_en.htm.

    [16] Wasal numru totali ta’ 82 tweġiba. It-tweġibiet kienu ppubblikati fi:http://circa.europa.eu/Public/irc/markt/markt_consultations/library?l=/financial_services/credit_agencies&vm=detailed&sb=Title.

    [17] Il-punt safejn il-miżuri tilħaq l-għanijiet riferuti fit-taqsima 1.1.

    [18] Il-kunfidenza fir-regoli mill-persuni li għandhom interess.

    [19] Il-punt safejn il-qafas għall-operazzjoni tal-aġenziji tal-klassifikazzjonijiet tal-kreditu huwa rregolat mill-istess ħtiġiet f’Istati Membri kollha.

    [20] Il-punt safejn l-opzjoni tal-politika rispettiva tiffaċilita l-operazzjoni tal-CRAs tul l-Istati Membri. Il-flessibbiltà taffettwa wkoll l-ispejjeż li ntefqu mill-aġenziji tal-klassifikazzjonijiet tal-kreditu.

    [21] Ara l-Artikolu 4(5).

    [22] Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 tippreżenta l-proċeduri għall-eżerċizzju tal-implimentazzjoni tas-setgħat ikkonferiti fuq il-Kummissjoni (ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23) kif emendata mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/512/KE tas-17 ta’ Lulju 2006 (ĠU L 200, 22.7.2006, p.11)

    [23] ĠU C , , p. .

    [24] ĠU C , , p. .

    [25] ĠU L 96, 12.4.2003, p. 16.

    [26] ĠU L 177, 30.6.2006, p. 201.

    [27] ĠU C 59, 11.3.2006, p. 2.

    [28] ĠU L 52, 25.2.2005, p. 51.

    [29] ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31.

    [30] ĠU L184, 17.7.1999, p. 23.

    [31] ĠU L 145, 30.4.2004, p.1.

    [32] ĠU L 228, 16.8.1973, p. 3.

    [33] ĠU L 345, 19.12.2002, p. 1.

    [34] ĠU L 323, 9.12.2005, p. 1.

    [35] [ Rivedut]

    [36] ĠU L 235, 23.9.2003, p. 10.

    [37] ĠU L 193, 18.7.1983, p. 1.

    [38] ĠU L 193, 18.7.1983, p. 1.

    [39] ĠU L 339, 24.12.2003, p. 73.

    [40] ĠU L 3, 7.1.2004, p. 3.

    [41] ĠU L 3, 7.1.2004, p. 30.

    [42] ĠU L 191, 13.7.2001, p.45.

    [43] ĠU L 241, 2.9.2006, p.26.

    [44] ĠU L 162, 30.4.2004, p. 70.

    [45] ĠU L 390, 31.12.2004, p. 38

    [46] ĠU L 222, 14.8.1978, p. 11.

    [47] ĠU L 142, 30.4.2004, p. 12.

    Top