Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52008PC0595

Proposta għal regolament tal-Kunsill li jiffissa għall-2009 u l-2010 l-opportunitajiet ta' sajd ta' bastimenti tas-sajd Komunitarji għal ċerti stokkijiet tal-baħar fond

/* KUMM/2008/0595 finali */

52008PC0595

Proposta għal regolament tal-Kunsill li jiffissa għall-2009 u l-2010 l-opportunitajiet ta' sajd ta' bastimenti tas-sajd Komunitarji għal ċerti stokkijiet tal-baħar fond /* KUMM/2008/0595 finali */


[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ |

Brussel 1.10.2008

KUMM(2008) 595 finali

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-KUNSILL

li jiffissa għall-2009 u l-2010 l-opportunitajiet ta' sajd ta' bastimenti tas-sajd Komunitarji għal ċerti stokkijiet tal-baħar fond

(preżentata mill-Kummissjoni)

MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1. KUNTEST TAL-PROPOSTA |

110 | Il-raġunijiet għall-proposta u l-għanijiet tagħha L-istokkijiet tal-baħar fond huma stokkijiet ta' ħut li jinqabdu f'ilmijiet lil hinn mill-ibħra ewlenin tas-sajd tal-pjattaformi kontinentali. Jitqassmu fuq l-iskarpi kontinentali jew huma assoċjati ma' għoljiet f'qiegħ il-baħar. Dawn l-ispeċijiet jikbru bil-mod u huma partikolarment vulnerabbli għall-isfruttament bla rażan. Għall-2007 u l-2008 l-opportunitajiet ta' sajd għall-ispeċijiet tal-baħar fond ġew stabbiliti fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2015/2006 tad-19 ta’ Diċembru 2006, li jistabbilixxi għall-2007 u l-2008 l-opportunitajiet tas-sajd għall-bastimenti tal-Komunità fir-rigward ta’ ċerti stokkijiet ta' ħut tal-baħar fond[1] [titlu mhux uffiċjali]. Il-Kunsill Internazzjonali għall-Esplorazzjoni tal-Baħar (ICES) jipprovdi pariri xjentifiċi dwar l-istokkijiet tal-baħar fond kull sentejn. L-aħħar parir ingħata f'Ġunju 2008 u jipprovdi l-bażi għall-qabdiet totali permissibbli (TACs) għall-2009-2010. Dan il-parir jindika li l-aktar speċijiet sfruttati tal-fond jinqabdu b’rati insostenibbli. It-tnaqqisiet tat-TAC previsti f’din il-proposta jsegwu l-prinċipju fundamentali li fuqu huma bbażati r-rakkomandazzjonijiet tal-ICES li għandhom japplikaw tnaqqisiet immedjatament għas-sajd stabbilit tal-baħar fond, sakemm jiġi ppruvat li dan is-sajd huwa sostenibbli. Ma jistgħux jiġu stabbilti konklużjonijiet bħal dawn fuq il-bażi tad-dejta disponibbli għall-ICES għal kwalunkwe sajd li għalih tapplika din il-proposta. L-ICES b’konsistenza jagħti l-parir li l-kontroll tal-isforzi għandu jkun għodda ewlenija ta’ ġestjoni għall-istokkijiet tal-baħar fond, peress li b’hekk jiġu indirizzat is-sajd għal speċijiet imħallta. Il-limitazzjonijiet tal-qabdiet madankollu jitqiesu bħala miżura komplementari utli, u l-Kummissjoni għalhekk stabbiliet il-prassi li tfassal proposti għar-regolazzjoni tal-qabdiet bl-istess rata tad-disponibbiltà tal-pariri xjentifiċi. Fi kwalunkwe każ, il-Kummissjoni impenjat ruħha li tanalizza, u fejn meħtieġ tirrevedi l-iskemi tal-ġestjoni tal-isforzi li jkunu applikabbli għas-sajd tal-baħar fond permezz ta’ proposti xierqa, separati. Din il-proposta hija mmirata lejn l-stabbiliment tal-opportunitajiet ta' sajd għall-istokkijiet tal-baħar fond li jkunu skont il-parir xjentifiku pprovdut mill-ICES. |

120 | Kuntest ġenerali Għall-2007 u l-2008 l-opportunitajiet ta' sajd għall-ispeċijiet tal-baħar fond ġew stabbiliti fir-Regolament tal-Kunsill Nru 2015/2006 tad-19 ta’ Diċembru 2006, li jistabbilixxi għall-2007 u l-2008 l-opportunitajiet tas-sajd għall-bastimenti tal-Komunità fir-rigward ta’ ċerti stokkijiet ta' ħut tal-baħar fond [titlu mhux uffiċjali]. Minħabba r-rekwiżiti urġenti għall-konservazzjoni ta' dawn l-ispeċijiet, huwa mixtieq li dawn il-miżuri jiġu implimentati unilateralment filwaqt li jkomplu l-isforzi għal qbil dwar miżuri armonizzati fi ħdan l-organizzazzjoni rilevanti reġjonali għall-ġestjoni tas-sajd (NEAFC, il-Kummissjoni dwar is-Sajd fil-Grigal tal-Atlantiku) mal-pajjiżi l-oħra kkonċernati. L-iffissar u l-qsim tal-possibilitajiet ta' sajd jaqgħu esklussivament fil-kompetenza tal-Komunità. L-obbligi tal-Komunità rigward l-isfruttar sostenibbli tar-riżorsi akkwatiċi ħajjin jirriżultaw mill-obbligi stipulati fl-Artikolu 2 tar-Regolament Nru 2371/2002 tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2002 dwar il-konservazzjoni u l-isfruttar sostenibbli ta' riżorsi tas-sajd skont il-Politika Komuni dwar is-Sajd. Opportunitajiet ta' sajd bħal dawn għandhom ikunu skont il-ftehimiet internazzjonali li jkopru l-ġestjoni prekawzjonali u l-użu sostenibbli tar-riżorsi tas-sajd, inter alia l-ftehim tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-konservazzjoni u l-ġestjoni ta' stokkijiet komuni ta' ħut u stokkijiet ta' ħut b' tendenza kbira li jpassi. |

139 | Id-dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam tal-proposta Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2015/2006 tad-19 ta' Diċembru 2006 jiffissa għall-2007 u l-2008, l-opportunitajiet ta' sajd għall-bastimenti tas-sajd Komunitarji għal ċerti stokkijiet tal-baħar fond [titlu mhux uffiċjali]. |

140 | Konsistenza ma’ politiki u għanijiet oħrajn tal-Unjoni Il-miżuri proposti huma mfassla skont l-għanjiet tal-Politika Komuni dwar is-Sajd u huma konsistenti mal-politika tal-Komunità dwar l-iżvilupp sostenibbli. Il-konsistenza mal-politika ambjentali tal-Komunità hija żgurata, b’mod partikolari permezz tat-tnaqqis fil-mortalità tal-ħut bħala element ewlieni fil-konservazzjoni tal-bijodiversità u wkoll permezz ta’ tnaqqis tar-rimi tal-ħut bħala effett tal-kwoti tal-qabdiet inċidentali. |

2. IL-KONSULTAZZJONI MAL-PARTIJIET INTERESSATI U L-VALUTAZZJONI TAL-IMPATT |

Il-konsultazzjoni mal-partijiet interessati |

211 | Il-metodi ta’ konsultazzjoni, l-oqsma prinċipali mmirati u profil ġenerali ta’ dawk li wieġbu Il-Kunsill Reġjonali Konsultattiv tal-Baħar tat-Tramuntana (NSRAC), il-Kunsill Reġjonali Konsultattiv tal-Ilmijiet tal-Majjistral (NWRRAC) u l-Kunsill Reġjonali Konsultattiv tal-Ilmijiet tal-Lbiċ (SWWRAC), kollha ġew infurmati bl-elementi ewlenin tal-proposta. Barra minn hekk, l-Istati Membri konċernati ġew ikkonsultati fil-laqgħa tal-Kumitat għas-Sajd u l-Akkwakultura fit-2 ta’ Lulju 2008. |

212 |

Il-ġbir u l-użu ta’ għarfien espert |

221 | L-oqsma xjentifiċi/l-għarfien espert involuti Il-Kumitat jitlob lill-ICES u lill-Kumitat Tekniku u Ekonomiku għas-Sajd (STECF) għal pariri xjentifiċi dwar il-qagħda ta' stokkijiet ta' ħut importanti. L-STECF ngħata wkoll il-mandat li jipprovdi parir dwar l-aspett tekniku u ekonomiku involut. |

222 |

223 | L-organizzazzjonijiet/l-esperti ewlenin ikkonsultati L-organizzazzjonijiet xjentifiċi kkonsultati kienu l-Kunsill Internazzjonali dwar l-Esplorazzjoni tal-Ibħra (ICES) u l-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku dwar is-Sajd (STECF). |

2249 | Sinteżi tal-pariri li ngħataw u li ntużaw |

225 | Għall-istokk kollu kopert minn din il-proposta, m’hemmx biżżejjed dejta sabiex tintwera s-sostenibbiltà tas-sajd. L-ICES hija tal-parir li fil-biċċa l-kbira tal-każijiet huwa xieraq li jitnaqqsu l-opportunitajiet tas-sajd sakemm jiġi ppruvat li huma sostennibbli. Din il-proposta għandha l-għan li ssegwi dan il-parir, iżda sabiex jiġi mtaffi l-impatt soċjoekonomiku, it-tnaqqis meħtieġ huwa mifrux fuq perjodu sa 4 snin. Fid-dawl tal-vulnerabbiltà tal-ispeċijiet tal-baħar fond għas-sajd żejjed, u ż-żminijiet twal meħtieġa biex jirkupraw, il-Kummissjoni temmen li tnaqqis aktar gradwali fit-TACs iġorr miegħu risku inaċċettabbli ta’ ħsara fit-tul lill-ekosistemi tal-baħar fond. In-natura mħallta ta' ħafna mis-sajd tal-baħar fond titqies ukoll. Fejn il-parir tal-ICES huwa għal tnaqqis sinifikanti ta' stokk wieħed li jinqabad f'sajd imħallat għal stokk ieħor u li għalih il-parir huwa anqas restrittiv, it-TAC huwa ffissat abbażi tal-istokk li hu l-aktar fil-periklu. Kwoti eżistenti li huma żgħar u maħsuba li jkopru l-qabdiet inċidentali inevitabbli jinżammu sabiex jiġi evitat il-ħolqien ta' obbligu li jintremew il-qabdiet. It-TACs proposti huma kkalkolati billi jintuża l-qbid irrappurtat fl-2007. Fil-biċċa l-kbira tal-każijiet, jintużaw iċ-ċifri uffiċjali tal-qabdiet. Madankollu, f'każijiet fejn l-ICES tirrapporta qabdiet Komunitarji li huma ogħla ferm mill-indikazzjonijiet taċ-ċifri uffiċjali, iċ-ċifri tal-ICES jintużaw bħala l-linja ta' bażi. Dan huwa għaliex x'aktarx ikunu aktar realistiċi, u wkoll għaliex l-użu taċ-ċifri uffiċjali aktar baxxi jippremja n-nuqqas li jiġu rrappurtati l-qabdiet kollha. Il-parir xjentifiku huwa li m'għandu jsir l-ebda sajd għall-orange roughy fi kwalunkwe żona tat-TAC. Iż-żona ta' protezzjoni tal-orange roughy fit-Taqsimiet ICES VI u VII introdotta fir-Regolament 2270/2004 tat-22 ta’ Diċembru 2004 li jiffissa għall-2005 u l-2006, l-opportunitajiet ta' sajd għall-bastimenti tas-sajd Komunitarji għal ċerti stokkijiet tal-baħar fond [titlu mhux uffiċjali] madankollu tinżamm, fid-dawl tal-qagħda eżawrita tal-istokkijiet madwar l-għoljiet f'qiegħ il-baħar f'dawk iż-żoni kif ukoll fid-dawl tad-disponibbiltà kontinwa tal-kwoti barra miż-żoni magħluqa. |

226 |

230 | Valutazzjoni tal-impatt Il-proposta se tnaqqas b'mod sinifikanti l-opportunitajiet ta' sajd għall-istokkijiet tal-baħar fond. Minkejja li ħatt l-art ta' speċijiet tal-baħar fond jirrappreżenta biss proporzjon żgħir tal-valur ekonomiku tal-ħatt l-art totali Komunitarju, it-telf ta' opportunitajiet inevitabbilment se jwassal għal diffikultajiet finanzjarji għall-flotot ikkonċernati. Madankollu, il-proposta trid titqies bħala parti minn approċċ fuq perjodu itwal fejn il-livell ta' sajd jitnaqqas gradwalment għal livelli sostenibbli, u li għalhekk timmira li tiggarantixxi s-saħħa fit-tul tal-industrija kif ukoll tħares l-ekosistema tal-baħar fond. |

3. ELEMENTI ġURIDIċI TAL-PROPOSTA |

305 | Sommarju tal-azzjoni proposta Il-proposta hija mfassla sabiex tipprovdi l-opportunitajiet ta' sajd għall-bastimenti tas-sajd Komunitarji għal ċerti speċijiet tal-baħar fond fis-snin 2009 u 2010 skont il-parir xjentifiku. |

310 | Bażi ġuridika Il-bażi ġuridika għal din il-proposta hija r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002, u b’mod partikolari l-Artikolu 20 tiegħu. |

329 | Il-prinċipju ta’ sussidjarjetà Il-proposta taqa’ taħt il-kompetenza esklussiva tal-Komunità. Il-prinċipju tas-sussidjarjetà għalhekk ma japplikax. |

Il-prinċipju ta’ proporzjonalità Il-proposta hija skont il-prinċipju tal-proporzjonalità għar-raġuni li ġejja: |

331 | Il-proposta hija msejsa fuq l-Artikolu 20 tar-Regolament 2371/2002, skont liema l-Kunsill għandu jiddeċiedi dwar il-limiti fuq il-qabdiet u/jew l-isforzi tas-sajd u dwar l-allokazzjoni tal-opportunitajiet ta' sajd fost l-Istati Membri. |

332 |

L-għażla tal-istrumenti |

341 | Strument propost: Regolament. |

342 | Mezzi oħra ma jkunux xierqa għar-raġuni li ġejja: il-proposta tieħu post ir-Regolament eżistenti. |

3. IMPLIKAZZJONIJIET FINANZJARJI |

409 | Il-proposta m'għandha ebda implikazzjoni fuq il-baġit tal-Komunità. |

4. INFORMAZZJONI ADDIZZJONALI Mhux applikabbli |

570 |

.

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-KUNSILL

li jiffissa għall-2009 u l-2010 l-opportunitajiet ta' sajd ta' bastimenti tas-sajd Komunitarji għal ċerti stokkijiet tal-baħar fond

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 tal-20 ta' Diċembru 2002 dwar il-konservazzjoni u l-isfruttar sostenibbli tar-riżorsi tas-sajd skont il-Politika Komuni tas-Sajd[2] u b'mod partikolari l-Artikolu 20 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni,

Billi:

1. Skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 2371/2002 il-Kunsill għandu jadotta l-miżuri meħtieġa biex jiżgura aċċess għall-ilmijiet u għar-riżorsi u l-eżerċizzju sostenibbli tal-attivitajiet tas-sajd billi jitqies, inter alia , il-parir xjentifiku disponibbli u kwalunkwe parir mogħti mill-Kunsilli Konsultattivi Reġjonali.

2. Skont l-Artikolu 20 tar-Regolament (KE) Nru 2371/2002, hija r-responsabbiltà tal-Kunsill li jistabbilixxi l-opportunitajiet ta' sajd għal kull tip ta’ sajd jew grupp ta’ tipi ta’ sajd u li jallokahom skont il-kriterji preskritti.

3. L-aħħar parir xjentifiku mill-Kunsill Internazzjonali għall-Esplorazzjoni tal-Baħar (ICES) dwar ċerti stokkijiet ta' ħut li jinsabu fil-baħar fond jindika li dawk l-istokkijiet qed jinqabdu b'rati insostenibbli, u li l-opportunitajiet ta' sajd għal dawk l-istokkijiet għandu jitnaqqas sabiex tiġi żgurata s-sostenibbiltà tagħhom.

4. L-ICES ukoll tat parir li r-rata ta' sfruttament tal-orange roughy fiż-Żona VII tal-ICES hija għolja wisq. Il-parir xjentifiku barra minn hekk jindika li l-orange roughy fiż-Żona VI huma eżawriti ferm u ġew identifikat żoni ta' aggregazzjonijiet vulnerabbli ta' dik l-ispeċi. Huwa għalhekk xieraq li s-sajd għall-orange roughy jiġi pprojbit f'dawk iż-żoni.

5. Bi qbil mar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2347/2002 tas-16 ta' Diċembru 2002 li jistabbilixxi ħtiġijiet speċifiċi ta' aċċess u kundizzjonijiet relattivi għas-sajd ta' ħażniet [stokkijiet] tal-baħar fond[3], l-opportunitajiet tas-sajd għall-ispeċijiet tal-fond, kif iddefiniti fl-Anness 1 għal dak ir-Regolament, jiġu deċiżi fuq bażi bjennali. Madankollu, teżisti eċċezzjoni għall-istokkijiet tal- greater silver smelt u tal-linarda li għalihom l-opportunitajiet tas-sajd jiddependu fuq l-eżitu tan-negozjati annwali man-Norveġja. L-opportunitajiet tas-sajd għal dawk l-istokkijiet għalhekk għad iridu jiġu stabbiliti fir-regolament annwali dwar l-opportunitajiet tas-sajd li jiġi deċiż mill-Kunsil f’Diċembru.

6. Sabiex tiġi żgurata ġestjoni effettiva tal-kwoti, għandhom jiġu stabbiliti l-kundizzjonijiet speċifiċi li hija suġġetta għalihom l-attività tas-sajd.

7. Skont l-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 847/96 tas-6 ta' Mejju 1996 li jintroduċi kondizzjonijiet addizzjonali għal tmexxija minn sena għal sena tat-TACs u l-kwoti[4], hu meħtieġ li jiġi indikat liema stokkijiet huma soġġetti għad-diversi miżuri stabbiliti f'dak ir-Regolament.

8. Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament għandhom jiġu ffissati b'referenza għaż-żoni ICES kif iddefiniti fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3880/91 tas-17 ta' Diċembru 1991 dwar is-sottomissjoni ta' statistika nominali dwar il-qabda mill-Istati Membri li jistadu fil-Grigal tal-Atlantiku([5]) u għaż-żoni CECAF (il-Kumitat għas-Sajd tal-Lvant tal-Atlantiku Ċentrali) kif iddefiniti fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2597/95 tat-23 ta' Ottubru 1995 dwar is-sottomissjoni ta' statistiċi nominali tas-sajd mill-Istati Membri li jistadu f'żoni li m'humiex fin-Nord Atlantiku [fit-Tramuntana tal-Atlantiku][6].

9. L-opportunitajiet ta' sajd għandhom jiġu utilizzati skont il-leġiżlazzjoni Komunitarja fil-qasam, partikolarment ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2807/83 tat-22 ta' Settembru 1983 li jistabbilixxi regoli dettaljati dwar ir-reġistrazzjoni ta' informazzjoni dwar il-qabdiet ta' ħut tal-Istati Membri[7], ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1381/87 tal-20 ta' Mejju 1987 li jistabbilixxi regoli dettaljati dwar l-immarkar u d-dokumentazzjoni tal-bastimenti tas-sajd[8], ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2847/93 tat-12 ta' Ottubru 1993 li jistabbilixxi sistema ta' kontroll li tapplika għall-politika tas-sajd komuni [ il-politika komuni tas-sajd ][9], ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1627/94 tas-27 ta' Ġunju 1994 li jniżżel ċerti dispożizzjonijiet rigward permessi speċjali tas-sajd[10], ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 850/98 tat-30 ta' Marzu 1998 dwar il-konservazzjoni ta' riżorsi tas-sajd permezz ta' miżuri tekniċi għall-protezzjoni ta' żgħar ta' organiżmi tal-baħar[11], ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2347/2002 u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2187/2005 tal-21 ta' Diċembru 2005 għall-konservazzjoni tar-riżorsi tas-sajd permezz ta' miżuri tekniċi fil-Baħar Baltiku, il-Belts u s-Sound, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1434/98 u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 88/98[12].

10. Sabiex jiġi żgurat l-għajxien tas-sajjieda tal-Komunità, huwa importanti li ż-żoni tas-sajd jinfetħu fl-1 ta' Jannar 2009. Minħabba l-urġenza tal-kwistjoni, huwa essenzjali li tingħata deroga għall-perjodu ta' sitt ġimgħat imsemmi fit-Titolu I, l-Artikolu 3 tal-Protokoll dwar ir-rwol tal-Parlamenti nazzjonali fl-Unjoni Ewropea, mehmuż mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattati li jistabbilixxu l-Komunitajiet Ewropej,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT

Artikolu 1 Suġġett

Dan ir-Regolament jistabbilixxi għall-2009 u l-2010 l-opportunitajiet ta' sajd annwali disponibbli għall-bastimenti tas-sajd Komunitarji għall-istokkijiet tal-ispeċijiet tal-baħar fond fl-ilmijiet Komunitarji u f'ċerti ilmijiet mhux Komunitarji fejn huma meħtieġa limitazzjonijiet fuq il-qabdiet, u l-kundizzjonijiet speċifiċi li taħthom jistgħu jiġu utilizzati opportunitajiet ta' sajd bħal dawn.

Artikolu 2 Definizzjonijiet

1. Għall-iskopijiet ta' dan ir-Regolament, "permess għas-sajd fil-baħar fond" tfisser il-permess imsemmi fl-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 2347/2002.

2. Id-definizzjonijiet taż-żoni ICES u CECAF huma dawk stipulati, rispettivament, fir-Regolament (KEE) Nru 3880/91 u r-Regolament (KE) Nru 2597/95.

Artikolu 3 L-iffissar tal-opportunitajiet ta' sajd

L-opportunitajiet ta' sajd għall-istokkijiet ta' speċijiet tal-baħar fond għall-bastimenti Komunitarji huma ffissati kif stipulat fl-Anness.

Artikolu 4 Allokazzjoni fost l-Istati Membri

L-allokazzjoni ta' opportunitajiet tas-sajd fost l-Istati Membri prevista fl-Anness għandha tkun mingħajr preġudizzju għal:

(a) tpartit skont l-Artikolu 20(5) tar-Regolament (KE) Nru 2371/2002;

(b) allokazzjonijiet mill-ġdid magħmula skont l-Artikoli 21(4) u 32(2) tar-Regolament (KEE) Nru 2847/93 u l-Artikolu 23(4) tar-Regolament (KE) Nru 2371/2002;

(c) ħatt l-art addizzjonali permess skont l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96;

(d) kwantitajiet miżmuma skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96;

(e) tnaqqis magħmul skont l-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 l-Artikolu 23(4) tar-Regolament (KE) Nru 2371/2002.

Artikolu 5

Flessibilità tal-kwoti

Għall-iskopijiet tar-Regolament (KE) Nru 847/96, il-kwoti kollha fl-Anness ta' dan ir-Regolament għandhom jitqiesu bħala kwoti 'Analitiċi'.

Madankollu, il-miżuri pprovduti fl-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 847/96 m'għandhomx japplikaw għal dawn il-kwoti.

Artikolu 6

Kundizzjonijiet għall-ħatt l-art ta’ qabdiet u qabdiet inċidentali

11. Ħut minn stokkijiet li għalih l-opportunitajiet ta’ sajd huma stabbiliti minn dan ir-Regolament jista' jinżamm abbord jew jinħatt l-art biss jekk inqabad minn bastimenti ta’ Stat Membru bi kwota li tkun għadha ma ntlaħqitx. Il-ħatt l-art kollu jitnaqqas mill-kwota.

12. Il-paragrafu 1 m’għandux japplika għal qabdiet li jsiru matul investigazzjonijiet xjentifiċi mwettqa skont l-Artikolu 43 tar-Regolament (KE) Nru 850/98. Qabdiet bħal dawn m’għandhomx jitnaqqsu mill-kwota.

Artikolu 7

Orange roughy

1. Is-sajd għall- orange roughy għandu jkun ipprojbit fiż-żoni tal-baħar li ġejjin:

(a) dik iż-żona ta' baħar magħluqa minn linji ta' rombu li jgħaqqdu sekwenzjalment il-pożizzjonijiet li ġejjin:

57° 00' N, 11° 00' W

57° 00' N, 8° 30' W

55° 00' N, 8° 30' W

55° 00' N, 11° 00' W

57° 00' N, 11° 00' W

(b) dik iż-żona ta' baħar magħluqa minn linji ta' rombu li jgħaqqdu sekwenzjalment il-pożizzjonijiet li ġejjin:

55º 30' N, 15º 49' W

53º 30' N, 14º 11' W

50º 30' N, 14º 11' W

50º 30' N, 15º 49' W

(c) dik iż-żona ta' baħar magħluqa minn linji ta' rombu li jgħaqqdu sekwenzjalment il-pożizzjonijiet li ġejjin:

55º 00' N, 13º 51' W

55º 00' N, 10º 37' W

54º 15' N, 10º 37' W

53º 30' N, 11º 50' W

53º 30' N, 13º 51' W

Dawk il-pożizzjonijiet u l-linji ta' rombu u l-pożizzjonijiet tal-bastimenti korrispondenti għandhom jitkejlu skont l-istandard WGS84.

2. Bastimenti li jkollhom permess għas-sajd fil-baħar fond, li jkunu daħlu fiż-żoni definiti fil-paragrafu 1, m'għandhom iżommu abbord jew jittrażbordaw l-ebda kwantità ta' orange roughy, u lanqas m'għandhom iħottu l-art kwalunkwe kwantità ta' orange roughy fi tmiem dik is-sajda sakemm:

(a) kwalunkwe tagħmir tas-sajd miżmum abbord ma jkunx marbut sew u stivat matul it-tranżitu f'konformità mal-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 20(1) tar-Regolament (KEE) Nru 2847/93

(b) il-veloċità medja matul it-tranżitu ma tkunx anqas minn 8 mili nawtiċi fis-siegħa.

3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li bastimenti li jkollhom permess għas-sajd fil-baħar fond għandhom jiġu ssorveljati tajjeb miċ-Ċentri ta' Monitoraġġ tas-Sajd (FMC) li għandhom ikollhom sistema għad-ditezzjoni u r-reġistrazzjoni tad-dħul tal-bastimenti fi, it-tranżitu u l-ħruġ miż-żoni ddefiniti fil-paragrafu 1.

Artikolu 8 Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba' jum mill-pubblikazzjoni tiegħu fil- Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea . Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2009.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Kunsill

Il-President

ANNESS

Parti 1

Definizzjoni ta' Speċi u Gruppi ta' Speċijiet

1. Fil-lista li tinsab fil-Parti 2 ta’ dan l-Anness, l-istokkijiet tal-ħut huma msemmija fl-ordni alfabetika li ġejja tal-ismijiet tal-ispeċi bil-Latin. Madankollu, klieb il-baħar tal-fond jitqiegħdu fil-bidu ta’ dik il-lista. It-tabella ta' korrispondenza ta’ ismijiet komuni u ismijiet bil-Latin tidher hawn taħt għall-iskopijiet ta’ dan ir-Regolament:

Isem Komuni | Isem Xjentifiku |

Ċinturin iswed | Aphanopus carbo |

Alfonsinos | Beryx spp. |

Roundnose grenadier | Coryphaenoides rupestris |

Orange roughy | Hoplostethus atlanticus |

Linarda | Molva dypterigia |

Bażuga Lipp tal-qawwi | Pagellus bogaraveo Phycis blennoides |

2. Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, “klieb il-baħar tal-fond”, tfisser il-lista ta’ speċijiet li ġejjin:

Iceland catshark | (Apristuris spp.) |

Żagħrun | (Centrophorus granulosus) |

Leafscale gulper shark | (Centrophorus squamosus) |

Mazzola Portugiża | (Centroscymnus coelolepis) |

Longnose velvet dogfish | (Centrocymmus crepidater) |

Mazzola (Birdbeak dogfish) | (Deania calceus) |

Mazzola sewda | (Centroscyllium fabricii) |

Murruna Sewda | (Dalatias licha) |

Mazzola kbira tal-fanal | (Etmopterus princeps) |

Mazzola tal-Fanal (velvet belly) | (Etmopterus spinax) |

Blackmouth dogfish | (Galeus melastomus) |

Mouse catshark | (Galeus murinus) |

Greenland shark | (Somniosus microcephalus) |

Parti 2

Opportunitajiet annwali ta’ sajd applikabbli għal bastimenti Komunitarji f’żoni fejn jeżistu limitazzjonijiet fuq il-qabdiet skont l-ispeċi u skont iż-żona (f'tunnellati ta' piż ħaj).

Ir-referenzi kollha huma għas-sub-żoni tal-ICES sakemm ma jiġix speċifikat mod ieħor.

Speċi: | Klieb il-Baħar tal-Fond | Żona: | Ilmijiet Komunitarji u ilmijiet li ma jaqgħux taħt is-sovranità jew il-ġurisdizzjoni ta’ pajjiżi terzi ta' V, VI, VII, VIII u IX (DWS/56789-) |

Sena | 2009 | 2010 |

Il-Ġermanja | 20 | 0 |

Spanja | 93 | 0 |

L-Estonja | 1 | 0 |

Franza | 339 | 0 |

L-Irlanda | 55 | 0 |

Il-Litwanja | 1 | 0 |

Il-Polonja | 1 | 0 |

Il-Portugall | 127 | 0 |

Ir-Renju Unit | 187 | 0 |

KE | 824 | 0 |

Speċi: | Klieb il-Baħar tal-Fond | Żona: | Ilmijiet Komunitarji u ilmijiet li ma jaqgħux taħt is-sovranità jew il-ġurisdizzjoni ta’ pajjiżi terzi ta' X (DWS/10-) |

Sena | 2009 | 2010 |

Il-Portugall | 10 | 0 |

KE | 10 | 0 |

Speċi: | Klieb il-Baħar tal-fond u Deania histricosa u Deania profondorum | Żona: | Ilmijiet Komunitarji u ilmijiet li ma jaqgħux taħt is-sovranità jew il-ġurisdizzjoni ta’ pajjiżi terzi ta' XII u DWS(12-) |

Sena | 2009 | 2010 |

Spanja | 17 | 0 |

Franza | 6 | 0 |

L-Irlanda | 1 | 0 |

Ir-Renju Unit | 1 | 0 |

KE | 25 | 0 |

Speċi: | Ċinturin iswed Aphanopus carbo | Żona: | Ilmijiet Komunitarji u ilmijiet li ma jaqgħux taħt is-sovranità jew il-ġurisdizzjoni ta’ pajjiżi terzi ta' I, II, III, u IV (BSF/1234-) |

Sena | 2009 | 2010 |

Il-Ġermanja | 4 | 4 |

Franza | 4 | 4 |

Ir-Renju Unit | 4 | 4 |

KE | 13 | 13 |

Speċi: | Ċinturin iswed Aphanopus carbo | Żona: | L-ilmijiet tal-Komunità u l-ilmijiet li mhumiex taħt is-sovranità jew il-ġurisdizzjoni ta' pajjiżi terzi fiż-żoni V, VI, VII u XII (BSF/56712-) |

Sena | 2009 | 2010 |

Il-Ġermanja | 30 | 25 |

Spanja | 147 | 125 |

L-Estonja | 14 | 12 |

Franza | 2 068 | 1 757 |

L-Irlanda | 74 | 63 |

Il-Latvja | 96 | 82 |

Il-Litwanja | 1 | 1 |

Il-Polonja | 1 | 1 |

Ir-Renju Unit | 147 | 125 |

Oħrajn (1) | 8 | 7 | (1) |

KE | 2 586 | 2 198 |

(1) Esklussivament għal qabdiet inċidentali. L-ebda sajd speċifiku m'hu permess taħt din il-kwota. |

Speċi: | Ċinturin iswed Aphanopus carbo | Żona: | Ilmijiet Komunitarji u ilmijiet li ma jaqgħux taħt is-sovranità jew il-ġurisdizzjoni ta’ pajjiżi terzi ta' VIII, IX u X (BSF/8910-) |

Sena | 2009 | 2010 |

Spanja | 10 | 9 |

Franza | 27 | 23 |

Il-Portugall | 3 363 | 2 858 |

KE | 3 400 | 2 890 |

Speċi: | Ċinturin iswed Aphanopus carbo | Żona: | Ilmijiet tal-Komunità u ilmijiet li mhumiex taħt is-sovranità jew il-ġurisdizzjoni ta' pajjiżi terzi fiż-Żoni CECAF 34.1.2. (BSF/C3412-) |

Sena | 2009 | 2010 |

Il-Portugall | 3 642 | 3 642 |

KE | 3 642 | 3 642 |

Speċi | Alfonsinos | Żona: | Ilmijiet Komunitarji u ilmijiet li ma jaqgħux taħt is-sovranità jew il-ġurisdizzjoni ta’ pajjiżi terzi ta' I, VI, III, IV, V, VIII, IX, X, XII u XIV (ALF/3X14-) |

Beryx spp. |

Sena | 2009 | 2010 |

Spanja | 74 | 74 |

Franza | 20 | 20 |

L-Irlanda | 10 | 10 |

Il-Portugall | 214 | 214 |

Ir-Renju Unit | 10 | 10 |

KE | 328 | 328 |

Speċi: | Roundnose grenadier | Żona: | Ilmijiet Komunitarji u ilmijiet li ma jaqgħux taħt is-sovranità jew il-ġurisdizzjoni ta’ pajjiżi terzi ta' I, II, IV u Va (RNG/1245A-) |

Coryphaenoides rupestris |

Sena | 2009 | 2010 |

d-Danimarka | 2 | 2 |

Il-Ġermanja | 2 | 2 |

Franza | 11 | 11 |

Ir-Renju Unit | 2 | 1 |

KE | 17 | 17 |

Speċi: | Roundnose grenadier | Żona: | Ilmijiet Komunitarji u ilmijiet li ma jaqgħux taħt is-sovranità jew il-ġurisdizzjoni ta’ pajjiżi terzi ta’ III (RNG/03-) |

Coryphaenoides rupestris |

Sena | 2009 | 2010 |

d-Danimarka | 804 | 804 |

Il-Ġermanja | 5 | 5 |

L-Iżvezja | 41 | 41 |

KE | 850 | 850 |

Speċi: | Roundnose grenadier | Żona: | Ilmijiet Komunitarji u ilmijiet li ma jaqgħux taħt is-sovranità jew il-ġurisdizzjoni ta’ pajjiżi terzi ta' Vb, VI, VII (RNG/5B67-) |

Coryphaenoides rupestris |

Sena | 2009 | 2010 |

Il-Ġermanja | 7 | 6 |

L-Estonja | 57 | 49 |

Spanja | 63 | 54 |

Franza | 3 222 | 2 738 |

L-Irlanda | 254 | 216 |

Il-Litwanja | 74 | 63 |

Il-Polonja | 37 | 32 |

Ir-Renju Unit | 189 | 160 |

Oħrajn (1) | 7 | 6 |

KE | 3 910 | 3 324 |

(1) Esklussivament għal qabdiet inċidentali. L-ebda sajd speċifiku m'hu permess taħt din il-kwota. |

Speċi: | Orange roughy | Żona: | Ilmijiet Komunitarji u ilmijiet li ma jaqgħux taħt is-sovranità jew il-ġurisdizzjoni ta’ pajjiżi terzi ta' VI u (ORY/06-C.) |

Hoplostethus atlanticus |

Sena | 2009 | 2010 |

Spanja | 2 | 0 |

Franza | 11 | 0 |

L-Irlanda | 2 | 0 |

Ir-Renju Unit | 2 | 0 |

KE | 17 | 0 |

Speċi: | Orange roughy | Żona: | Ilmijiet Komunitarji u ilmijiet li ma jaqgħux taħt is-sovranità jew il-ġurisdizzjoni ta’ pajjiżi terzi ta' VII u (ORY/07-C.) |

Hoplostethus atlanticus |

Sena | 2009 | 2010 |

Spanja | 0 | 0 |

Franza | 50 | 0 |

L-Irlanda | 15 | 0 |

Ir-Renju Unit | 0 | 0 |

Oħrajn (1) | 0 | 0 | (1) |

KE | 65 | 0 |

(1) Esklussivament għal qabdiet inċidentali. L-ebda sajd speċifiku m'hu permess taħt din il-kwota. |

Speċi: | Orange roughy | Żona: | Ilmijiet Komunitarji u ilmijiet li ma jaqgħux taħt is-sovranità jew il-ġurisdizzjoni ta’ pajjiżi terzi ta' I, II, III, IV, V, VIII, IX, X, XII u XIV (ORY/1CX14C.) |

Hoplostethus atlanticus |

Sena | 2009 | 2010 |

Spanja | 1 | 0 |

Franza | 9 | 0 |

L-Irlanda | 2 | 0 |

Il-Portugall | 2 | 0 |

Ir-Renju Unit | 1 | 0 |

KE | 15 | 0 |

Speċi: | Linarda | Żona: | Ilmijiet Komunitarji u ilmijiet li ma jaqgħux taħt is-sovranità jew il-ġurisdizzjoni ta’ pajjiżi terzi ta' II, IV u V (BLI/245-) |

Molva dypterygia |

Sena | 2009 | 2010 |

d-Danimarka | 5 | 4 |

Il-Ġermanja | 5 | 4 |

Franza | 28 | 25 |

L-Irlanda | 5 | 4 |

Ir-Renju Unit | 18 | 15 |

Oħrajn | 5 | 4 | (1) |

KE | 66 | 56 |

(1) Esklussivament għal qabdiet inċidentali. L-ebda sajd speċifiku m'hu permess taħt din il-kwota. |

Speċi: | Linarda | Żona: | Ilmijiet Komunitarji u ilmijiet li ma jaqgħux taħt is-sovranità jew il-ġurisdizzjoni ta’ pajjiżi terzi ta' III u (BLI/03-) |

Molva dypterygia |

Sena | 2009 | 2010 |

d-Danimarka | 5 | 4 |

Il-Ġermanja | 3 | 3 |

L-Iżvezja | 5 | 4 |

KE | 13 | 11 |

Speċi: | Bażuga | Żona: | Ilmijiet Komunitarji u ilmijiet li ma jaqgħux taħt is-sovranità jew il-ġurisdizzjoni ta’ pajjiżi terzi ta' VI, VII u VIII (SBR/678-) (1) |

Pagellus bogaraveo |

Sena | 2009 | 2010 |

Spanja | 204 | 172 |

Franza | 10 | 9 |

L-Irlanda | 7 | 6 |

Ir-Renju Unit | 25 | 22 |

Oħrajn | 7 | 6 | (2) |

KE | 253 | 215 |

(1) għandu jiġi rispettat daqs minimu ta’ 33cm (tul totali) (2) Esklussivament għal qabdiet inċidentali. Mhux permess sajd dirett taħt din il-kwota. |

Speċi: | Bażuga | Żona: | Ilmijiet Komunitarji u ilmijiet li ma jaqgħux taħt is-sovranità jew il-ġurisdizzjoni ta’ pajjiżi terzi ta' IX u (SBR/09-) (1) |

Pagellus bogaraveo |

Sena | 2009 | 2010 |

Spanja | 722 | 614 |

Il-Portugall | 196 | 166 |

KE | 918 | 780 |

(1) għandu jiġi rispettat daqs minimu ta’ 33cm (tul totali) |

Speċi: | Bażuga | Żona: | Ilmijiet Komunitarji u ilmijiet li ma jaqgħux taħt is-sovranità jew il-ġurisdizzjoni ta’ pajjiżi terzi ta' X (SBR/10-) (1) |

Pagellus bogaraveo |

Sena | 2009 | 2010 |

Spanja | 9 | 9 | (2) |

Il-Portugall | 1 032 | 1 032 | (2) |

Ir-Renju Unit | 9 | 9 | (2) |

KE | 1 050 | 1 050 | (2) |

(1) għandu jiġi rispettat daqs minimu ta’ 33cm (tul totali) (2) Sa 10% tal-kwoti tal-2010 jistgħu jinqabdu f'Diċembru 2009 |

Speċi | Lipp tal-qawwi | Żona: | Ilmijiet Komunitarji u ilmijiet li ma jaqgħux taħt is-sovranità jew il-ġurisdizzjoni ta’ pajjiżi terzi ta' I, II, III, u IV (GFB/1234-) |

Phycis blennoides |

Sena | 2009 | 2010 |

Il-Ġermanja | 9 | 9 |

Franza | 9 | 9 |

Ir-Renju Unit | 13 | 13 |

KE | 31 | 31 |

Speċi | Lipp tal-qawwi | Żona: | Ilmijiet Komunitarji u ilmijiet li ma jaqgħux taħt is-sovranità jew il-ġurisdizzjoni ta’ pajjiżi terzi ta' V, VI u VII (GFB/567-) |

Phycis blennoides |

Sena | 2009 | 2010 |

Il-Ġermanja | 10 | 10 |

Spanja | 588 | 588 |

Franza | 356 | 356 |

L-Irlanda | 260 | 260 |

Ir-Renju Unit | 814 | 814 |

KE | 2 028 | 2 028 |

Speċi | Lipp tal-qawwi | Żona: | Ilmijiet Komunitarji u ilmijiet li ma jaqgħux taħt is-sovranità jew il-ġurisdizzjoni ta’ pajjiżi terzi ta' VIII u IX (GFB/89-) |

Phycis blennoides |

Sena | 2009 | 2010 |

Spanja | 242 | 242 |

Franza | 15 | 15 |

Il-Portugall | 10 | 10 |

KE | 267 | 267 |

Speċi | Lipp tal-qawwi | Żona: | Ilmijiet Komunitarji u ilmijiet li ma jaqgħux taħt is-sovranità jew il-ġurisdizzjoni ta’ pajjiżi terzi ta' X u XII (GFB/1012-) |

Phycis blennoides |

Sena | 2009 | 2010 |

Spanja | 9 | 9 |

Il-Portugall | 36 | 36 |

Ir-Renju Unit | 9 | 9 |

KE | 54 | 54 |

[pic][pic][pic][pic][pic][pic]

[1] (ĠU L 384, 29.12.2006, p. 28).

[2] ĠU L 358, 31.12.2002, p. 59. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 865/2007 (ĠU L 192, 24.7.2007, p. 1 ).

[3] ĠU L 351, 28.12.2002, p. 6. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 2269/2004 (ĠU L 396, 31.12.2004, p. 1).

[4] ĠU L 115, 9.5.1996, p. 3. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 338/2008 ( ĠU L 107, 17.4.2008, p. 1 ).

[5] ĠU L 365, 31.12.1991, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 448/2005 (ĠU L 74, 19.3.2005, p. 5).

[6] ĠU L 270, 13.11.1995, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) 1882/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. (ĠU L 284, 31.10.2003, p. 1).

[7] ĠU L 276, 10.10.1983 p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1804/2005 (ĠU L 290, 4.11.2005, p. 10).

[8] ĠU L 132, 21.5.1987, p. 9.

[9] ĠU L 261, 20.10.1993, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1559/2007 (ĠU L 340, 22.12..2007, p. 8).

[10] ĠU L 171, 6.7.1994, p. 7.

[11] ĠU L 125, 27.4.1998, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 2166/2005 (ĠU L 345, 28.12.2005, p. 5).

[12] ĠU L 349, 31.12.2005, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 809/2007 (ĠU L 182, 12.7.2007, p. 1).

Top