This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52008PC0431
Proposal for a Council Regulation amending Regulation (EC) No 3/2008 on information provision and promotion measures for agricultural products on the internal market and in third countries
Proposta għal regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 3/2008 dwar azzjonijiet ta' informazzjoni u promozzjoni għall-prodotti agrikoli fis-suq intern u fil-pajjiżi terzi
Proposta għal regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 3/2008 dwar azzjonijiet ta' informazzjoni u promozzjoni għall-prodotti agrikoli fis-suq intern u fil-pajjiżi terzi
/* KUMM/2008/0431 finali - CNS 2008/0131 */
Proposta għal regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 3/2008 dwar azzjonijiet ta' informazzjoni u promozzjoni għall-prodotti agrikoli fis-suq intern u fil-pajjiżi terzi /* KUMM/2008/0431 finali - CNS 2008/0131 */
[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ | Brussel 7.7.2008 KUMM(2008) 431 finali 2008/0131 (CNS) Proposta għal REGOLAMENT TAL-KUNSILL li jemenda r-Regolament (KE) Nru 3/2008 dwar azzjonijiet ta' informazzjoni u promozzjoni għall-prodotti agrikoli fis-suq intern u fil-pajjiżi terzi (preżentata mill-Kummissjoni) MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3/2008 tas-17 ta' Diċembru 2007 dwar azzjonijiet ta’ informazzjoni u promozzjoni għall-prodotti agrikoli fis-suq intern u fil-pajjiżi terzi irriformula r-Regolamenti (KE) Nru 2702/1999 u (KE) Nru 2826/2000 f'Regolament wieħed. Din il-bidla naqqset u ssimplifikat b'mod konsiderevoli l-proċeduri amministrattivi f'dik li għandha x'taqsam ma' l-implimentazzjoni ta' din il-politika, billi pprovdiet qafas legali waħdieni li ffaċilita l-aċċess għas-sistema u l-parteċipazzjoni fiha. Madankollu, għad hemm lok għal titjib leġiżlattiv sabiex jippermetti lill-Istati Membri interessati jħejju programm relevanti fil-każ fejn l-organizzazzjonijiet proponenti ma jixtiqux iressqu programmi li jiġu attwati f'pajjiż terzi. Programmi mħejjija mill-Istati Membri jistgħu jkopru waħda jew iktar mill-azzjonijiet ta' informazzjoni msemmija fl-Artikolu (1)(a), (b) u (c) tar-Regolament (KE) Nru 3/2008. Permezz ta' din l-emenda, l-Istati Membri se jkollhom l-possibbiltà li jwessgħu l-ambitu ta' l-azzjonijiet koperti minn dawn il-programmi, kif ukoll li jsejħu għall-għajnuna ta' organizzazzjonijiet internazzjonali meta jiġu biex jimplimentawhom, speċjalment fil-każ ta' programmi ta' promozzjoni għas-settur taż-żejt taż-żebbuġa u taż-żebbuġ ta’ l-ikel f'pajjiżi terzi. Il-proposta m'għandha l-ebda implikazzjoni finanzjarja għall-baġit Komunitarju. 2008/0131 (CNS) Proposta għal REGOLAMENT TAL-KUNSILL li jemenda r-Regolament (KE) Nru 3/2008 dwar azzjonijiet ta' informazzjoni u promozzjoni għall-prodotti agrikoli fis-suq intern u fil-pajjiżi terzi IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 36 u 37 tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni, Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew, Billi: (1) Għall-partijiet interessati fil-politika ta' promozzjoni tal-prodotti agrikoli, il-qafas ġuridiku waħdieni stabbilit fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3/2008[1] iffaċilitalhom l-aċċess għas-sistema u l-parteċipazzjoni fiha. Il-proċeduri amministrattivi involuti fit-twettiq ta' din il-politika tnaqqsu u ġew issimplifikati b'mod sinifikanti permezz ta' l-applikazzjoni tal-qafas ġuridiku waħdieni. (2) L-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 3/2008 jipprovdi li fil-każ li ma jkunx hemm programmi biex jiġu attwati fis-suq intern, l-Istati Membri konċernati għandhom il-possibbiltà li jħejju programm. Fil-każ li l-organizzazzjonijiet proponenti ma jixtiqux iressqu programmi biex jiġu attwati f'pajjiżi terzi għal waħda jew iktar mill-azzjonijiet ta' informazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 2(1) (a), (b) u (c) ta' dak ir-Regolament, l-Istati Membri konċernati ma għandhomx jitħallew iħejju programm relevanti. (3) L-Istati Membri interessati għandhom jiġu offruti l-possibbiltà, b'mod partikulari, li jwessgħu l-ambitu ta' l-azzjonijiet koperti minn dawn il-programmi kif ukoll li jsejħu għall-għajnuna ta' organizzazzjonijiet internazzjonali meta jwettquhom, speċjalment fil-każ tal-programmi ta' promozzjoni għas-settur taż-żejt taż-żebbuġa u taż-żebbuġ tal-mejda f'pajjiżi terzi. (4) Ir-Regolament (KE) Nru 3/2008 għandu għaldaqstant jiġi emendat kif meħtieġ, ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 L-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 3/2008 jinbidel b'dan li ġej: " Artikolu 9 Il-proċedura li għandha tissegwa f'każ ta' nuqqas ta’ programmi ta’ informazzjoni għas-suq intern u l-pajjiżi terzi 1. Fin-nuqqas ta’ programmi li għandhom jiġu attwati fis-suq intern, għal waħda jew aktar mill-azzjonijiet ta’ informazzjoni msemmija fl-Artikolu 2(1)(b), imressqa skond l-Artikolu 6(1), kull Stat Membru interessat għandu jħejji, abbażi tal-linji gwida msemmija fl-Artikolu 5(1), programm u l-ispeċifikazzjoni tiegħu, u jagħżel permezz ta’ sejħa pubblika għall-offerti l-korp inkarigat mit-twettiq tal-programm li jkun qiegħed jimpenja ruħu għall-kofinanzjament tiegħu. 2. Fin-nuqqas ta’ programmi li għandhom jiġu attwati f'pajjiżi terzi, għal waħda jew aktar mill-azzjonijiet ta’ informazzjoni msemmija fl-Artikolu 2(1)(a), (b) u (c), imressqa skond l-Artikolu 6(1), kull Stat Membru għandu jħejji, abbażi tal-linji gwida msemmija fl-Artikolu 5(2), programm u l-ispeċifikazzjoni tiegħu, u jagħżel permezz ta’ sejħa pubblika għall-offerti l-korp inkarigat mit-twettiq tal-programm li jimpenja ruħu għall-kofinanzjament tiegħu. Il-korp inkarigat mit-twettiq tal-programm li jkun eventwalment intagħżel mill-Istat(i) Membru/i konċernat(i) jista' jkun organizzazzjoni internazzjonali, speċjalment meta l-programm ikollu x'jaqsam mal-promozzjoni tas-settur taż-żejt taż-żebbuġa jew dak taż-żebbuġ ta' l-ikel f'pajjiżi terzi. 3. L-Istat(i) Membru/i għandu/hom iressqu l-programm magħżul lill-Kummissjoni skond il-paragrafi 1 u 2, flimkien ma’ opinjoni motivata dwar: (a) kemm ikun opportun il-programm; (b) il-konformità tal-programm u tal-korp propost ma’ dan ir-Regolament, u, jekk ikun il-każ, mal-linji gwida applikabbli; (ċ) il-valutazzjoni tal-valur għall-flus tal-programm; (d) l-għażla tal-korp inkarigat mit-twettiq tal-programm. 4 Għall-finijiet ta' l-eżami tal-programmi min-naħa tal-Kummissjoni, għandhom japplikaw l-Artikolu 7(2) u l-Artikolu 8(1). 5. Skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 16(2), il-Kummissjoni tista’ tiddefinixxi limiti aktar baxxi jew ogħla f’dak li jirrigwarda l-ispiża reali tal-programmi mressqa skond il-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu. Dawn il-limiti jistgħu jinbidlu skond in-natura tal-programmi kkonċernati. Il-kriterji applikati jistgħu jiġu ddeterminati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 16(2)." Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba' jum mill-publikazzjoni tiegħu fil- Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, Għall-Kunsill Il-President [1] ĠU L 3, 5.1.2008, p. 1.