This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52008PC0367
Proposal for a Council Regulation on the application of Article 81(3) of the Treaty to certain categories of agreements and concerted practices in the air transport sector (Codified version)
Proposta għal regolament tal-Kunsill dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikolu 81(3) tat-Trattat għal ċerti kategoriji ta' akkordji u prattiċi miftiehma fis-settur tat-trasport bl-ajru (Verżjoni kkodifikata)
Proposta għal regolament tal-Kunsill dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikolu 81(3) tat-Trattat għal ċerti kategoriji ta' akkordji u prattiċi miftiehma fis-settur tat-trasport bl-ajru (Verżjoni kkodifikata)
/* KUMM/2008/0367 finali - CNS 2008/0124 */
Proposta għal regolament tal-Kunsill dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikolu 81(3) tat-Trattat għal ċerti kategoriji ta' akkordji u prattiċi miftiehma fis-settur tat-trasport bl-ajru (Verżjoni kkodifikata) /* KUMM/2008/0367 finali - CNS 2008/0124 */
[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ | Brussel 17.6.2008 KUMM(2008) 367 finali 2008/0124 (CNS) Proposta għal REGOLAMENT TAL-KUNSILL dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikolu 81(3) tat-Trattat għal ċerti kategoriji ta' akkordji u prattiċi miftiehma fis-settur tat-trasport bl-ajru (Verżjoni kkodifikata) MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI 1. Fl-isfond ta’ Ewropa għall-poplu, il-Kummissjoni tisħaq li tissimplifika u tiċċara il-liġi tal-Komunità sabiex tkun iktar ċara u iktar aċċessibbli liċ-ċittadin komuni u b’hekk toffrilu aktar opportunitajiet u ċ-ċans li juża d-drittijiet speċifiċi li tagħtih. Ma jistax jintlaħaq dan il-għan sakemm il-bosta dispożizzjonijiet li ġew emendati ħafna drabi b’mod sostanzjali, jibqgħu imferxin bejn l-att oriġinali u atti segwenti li jemendaw l-oriġinali. Hemm bżonn għalhekk ta’ riċerka mdaqqsa li tqabbel ħafna atti differenti ma’ xulxin sabiex jiġu identifikati r-regoli preżenti. Għalhekk hu essenzjali li ssir kodifikazzjoni ta’ regoli li ġew emendati ta’ sikwit sabiex il-liġi tal-Komunità tkun ċara u trasparenti. 2. Għalhekk fl-1 ta’ April 1987 il-Kummissjoni ddeċidiet[1] li tordna lill-persunal tagħha li kull att leġislattiv għandu jiġi kkodifikat wara mhux iktar minn għaxar emendi, u tenfasizza li din hi kundizzjoni minima u li d-dipartimenti għandhom jippruvaw li jikkodifikaw it-testi li huma responsabbli għalihom anke wara inqas emendi biex jiżguraw li r-regoli tal-Komunità huma ċari u jinftiehmu malajr. 3. Il-Konklużjoni tal-Presidenza tal-Kunsill Ewropew ta’ Edinburgu (Diċembru 1992) ikkonfermaw dan[2], waqt li saħqu l-importanza tal- kodifikazzjoni għaliex tagħti ċertezza għal-liġi applikabbli. Il-kodifikazzjoni għandha sseħħ skond il-proċedura normali leġislattiva tal-Komunità. Għalkemm l-ebda bidla sostanzjali ma tista ssir lill-atti li jiġu kkodifikati , il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni qablu permezz ta’ ftehim interistituzzjonali ta’ l-20 ta’ Diċembru 1994 li jistgħu jużaw proċedura mgħaġġla għall-adozzjoni bikrija ta’ atti ta’ kodifikazzjoni. 4. L-għan ta’ din il-proposta hu li sseħħ il-kodifikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3976/87 ta’ l-14 ta’ Diċembru 1987 dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikolu 85(3) tat-Trattat għal ċerti kategoriji ta' akkordji u prattiċi miftiehma fis-settur tat-trasport bl-ajru[3]. Ir-Regolament il-ġdid jissupera lill-atti varji inkorporati fih[4]; din il-proposta żżomm il-kontenut kollu ta’ l-atti li qed jiġu kkodifikati u għalhekk kull ma tagħmel hu li tgħaqqadhom bl-emendi formali biss kif meħtieġ mill-eżerċizzju ta’ kodifikazzjoni nnifsu. 5. Il-proposta tal- kodifikazzjoni nħasbet a bażi ta’ konsolidazzjoni preliminarja fl-ilsna kollha uffiċjali tar-Regolament (KEE) Nru 3976/87 u ta’ l-atti li jemendawh, magħmula mill-Uffiċċju għall-Pubblikazzjonijiet Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej permezz ta’ sistema ta’ pproċessar ta’ data . Fejn l-artikoli ngħataw numri ġodda, il-korrelazzjoni bejn in-numri ġodda u qodma tidher fit-tabella misjuba fl-Anness II tar-Regolament kkodifikat. ê 3976/87 (adattat) 2008/0124 (CNS) Proposta għal REGOLAMENT TAL-KUNSILL dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikolu 81(3) tat-Trattat għal ċerti kategoriji ta' akkordji u prattiċi miftiehma fis-settur tat-trasport bl-ajru (test b’rilevanza ŻEE) IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 83 tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta mressqa mill-Kummissjoni, Wara li kkunsidra l-opinjonijiet tal-Parlament Ewropew[5], Wara li kkunsidra l-opinjonijiet tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew[6], Billi: ê 1. Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3976/87 ta’ l-14 ta’ Diċembru 1987 dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikolu 85(3) tat-Trattat għal ċerti kategoriji ta' akkordji u prattiċi miftiehma fis-settur tat-trasport bl-ajru[7] ġie emendat kemm-il darba[8] b’mod sostanzjali. Għal iktar ċarezza u razzjonalità, l-imsemmi Regolament għandu jiġi kkodifikat. ê 3976/87 premessi 3 u 5 (adattat) 2. Għandhom jiġu adottati dispożizzjonijiet komuni għall-applikazzjoni ta' l-Artikolu 81(3) tat-Trattat permezz ta' Regolament Ö jew Direttiva Õ skond l-Artikolu 83 tat-Trattat. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tiddikjara permezz ta' Regolament li d-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 81(1) tat-Trattat ma japplikawx għal ċerti kategoriji ta' akkordji bejn impriżi, deċiżjonijiet minn assoċjazzjonijiet ta' impriżi u prattiċi miftiehma. ê 411/2004 premessa 7 (adattat) 3. Il-Kummissjoni għandha tingħatalha s-setgħa (poter) li tagħti eżenzjonijiet ġenerali fis-settur tat-trasport bl-ajru rigward traffiku ġewwa l-Komunità kif ukoll rigward traffiku bejn il-Komunità u pajjiżi terzi. ê 3976/87 premessa 6 4. Għandu jiġi stabbilit taħt liema kondizzjonijiet speċifiċi u f'liema ċirkostanzi l-Kummissjoni tista’ teżerċita setgħat bħal dawn f'relazzjoni mill-qrib u kostanti ma' l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri. ê 3976/87 premessa 7 5. Huwa mixtieq, partikolarment, li jingħataw eżenzjonijiet ġenerali għal ċerti kategoriji ta' akkordji, deċiżjonijiet u prattiċi miftiehma. Dawn l-eżenzjonijiet għandhom jingħataw għal perjodu limitat li matulu t-trasportaturi bl-ajru jkunu jistgħu jaddattaw ruħhom għal ambjent aktar kompetittiv. Il-Kummissjoni, f'relazzjoni mill-qrib ma' l-Istati Membri, għandhom ikunu jistgħu jiddefinixxu b'mod preċiż l-iskop ta' dawn l-eżenzjonijiet u l-kondizzjonijiet marbuta magħhom. ê 3976/87 premessa 9 6. Dan ir-Regolament huwa bla ħsara għall-applikazzjoni ta' l-Artikolu 86 tat-Trattat, ê 3976/87 ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 Dan ir-Regolament għandu japplika għat-trasport bl-ajru. ê 3976/87 (adattat) Artikolu 2 1. Skond l-Artikolu 81(3) tat-Trattat, il-Kummissjoni tista', permess ta' regolament tiddikjara li l-Artikolu 81(1) tat-Trattat m'għandux japplika għal kategoriji ta' akkordji bejn impriżi, deċiżjonijiet ta' assoċjazzjonijiet ta' impriżi u prattiċi miftiehma. ê 2411/92 Art. 1 pt. 2 (adattat) Il-Kummissjoni tista', partikolarment, tadotta dawn ir-Regolamenti fir-rigward ta' akkordji, deċiżjonijiet jew prattiċi miftiehma li għandhom bħala għan xi wieħed minn dawn li ġejjin: (a) ippjanar konġunt u koordinazzjoni ta' skedi ta' linji ta' l-ajru; (b) konsultazzjonijiet fuq tariffi għat-trasport ta' passiġġieri u bagalji u ta' tagħbija fuq servizzi skedati bl-ajru; (ċ) operazzjonijiet konġunti fuq servizzi ġodda skedati bl-ajru utilizzati anqas; (d) allokazzjoni ta' slots f'ajruporti u skedar ta' l-ajruport; il-Kummissjoni għandha tieħu ħsieb li tiżgura konsistenza Ö mar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 95/93[9] Õ; (e) xiri, żvilupp u operazzjoni komuni ta' sistemi ta' reservazzjoni kkompjuterizzata relatati ma' ippjanar tal-ġurnata, reservazzjonijiet u qtugħ ta' biljetti minn impriżi ta' trasport bl-ajru; il-Kummissjoni għandha tieħu ħsieb li tiżgura konsistenza Ö mar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2299/89[10] Õ. ê 3976/87 (adattat) 2. Mingħajr preġudizzju Ö għat-tieni subparagrafu tal- Õ paragrafu 1, ir- Regolamenti tal-Kummissjoni Ö msemmija hemmhekk Õ b għandhom jiddefinixxu u jispjegaw il-kategoriji ta' akkordji, deċiżjonijiet jew prattiċi miftiehma li japplikaw għalihom u għandhom jispeċifikaw b'mod partikolari: (a) ir-restrizzjonijiet jew il-klawsoli li jistgħu, jew ma jistgħux, jidhru fl-akkordji, deċiżjonijiet u prattiċi miftiehma; (b) il-klawsoli li għandhom jitniżżlu fil-akkordji, deċiżjonijiet u prattiċi miftiehma, jew kwalunkwe kondizzjonijiet oħra li għandhom ikunu ssodisfati. ê 2411/92 Art. 1 pt. 3 (adattat) Artikolu 3 Regolament adottat wara l-Artikolu 2 għandu Ö japplika Õ għal perjodu speċifikat. Jista' jiġi mħassar jew emendat fejn iċ-ċirkostanzi jinbidlu fir-rigward ta' xi fatturi li jkunu ppromovew l-adozzjoni tiegħu; f'każ bħal dan, għandu jiġi ffissat perjodu għall-emenda ta' l-akkordji u prattiki miftiehma li għalihom ir-Regolament ta' qabel kien japplika qabel it-tħassir jew emenda. ê 3976/87 (adattat) Artikolu 4 Ir-Regolamenti adottati skond l-Artikolu 2 għandhom jinkludu dispożizzjoni Ö li tispeċifika Õ li biha huma japplikaw b'effett retroattiv għal akkordji, deċiżjonijiet u prattiċi miftiehma li kienu fis-seħħ fid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dawn ir-Regolamenti. ê Att ta’ Adeżjoni 1994 Art. 29 u Anness I, p. 56 (adattat) Artikolu 5 Ir- Regolament Ö addottat Õ bis-saħħa ta' l-Artikolu 2 jista' jistabbilixxi li l-projbizzjoni li tinsab fl-Artikolu 81(1) tat-Trattat ma tkunx applikabbli, għal dak il-perijodu kif stabbilit b'dak ir-Regolament, għal ftehim, deċiżjonijiet u prattiċi miftiehma diġà eżistenti fid-data ta' l-Adeżjoni li għalihom l-Artikolu 81(1) huwa applikabbli bis-saħħa ta' l-Adeżjoni ta' l-Awstrija, tal-Finlandja, u ta' l-Isvezja u li ma jissodisfawx il-kondizzjonijiet ta' l-Artikolu 81(3) tat-Trattat. B'dana kollu, dan l-Artikolu m'għandux japplika għal ftehim, deċiżjonijiet u prattiċi miftiehma li fid-data ta' l-Adeżjoni jkunu diġà jaqgħu taħt l-Artikoli 53(1) tal-Ftehim ŻEE. ê 3976/87 (adattat) Artikolu 6 Qabel ma tadotta Regolament Ö skond l-Artikolu 2 Õ, il-Kummissjoni għandha tippubblika abbozz ta' dan u tistieden lill-persuni u l-organizzazjonijiet kollha konċernati sabiex jissottomettu l-kummenti tagħhom f'dak il-limitu ta' żmien raġjonevoli, li ma jkunx anqas minn xahar, li l-Kummissjoni għandha tistabbilixxi. ê 1/2003 Art. 41 pt. 1 (adattat) Artikolu 7 Il-Kummissjoni għandha tikkonsulta il-Kummitat Konsultattiv Ö fuq Prattiċi Restrittivi u Posizjonijiet Dominanti Õ msemmi fl-Artikolu 14 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003[11] qabel tippublika abbozz tar-Regolament u qabel tadotta r-Regolament Ö skond l-Artikolu 2 Õ. ê Artikolu 8 Ir-Regolament (KEE) Nru 3976/87 hu mħassar. Referenzi għar-Regolament li ġie mħassar għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw skond it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness II. ê 3976/87 (adattat) Artikolu 9 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ Ö fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil- Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea Õ. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, Għall-Kunsill Il-President ANNESS I Parti A Regolament imħassar flimkien ma’ lista ta' l-emendi suċċessivi tiegħu Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3976/87 (ĠU L 374, 31.12.1987, p. 9) | Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2344/90 (ĠU L 217, 11.8.1990, p. 15) | Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2411/92 (ĠU L 240, 24.8.1992, p. 19) | Anness I, Parti III.A.3 ta' l-Att ta' Adeżjoni 1994 (ĠU C 241, 29.8.1994, p. 56) | Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 (ĠU L 1, 4.1.2003, p. 1) | l-Artikolu 41 biss | Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 411/2004 (ĠU L 68, 6.3.2004, p. 1) | l-Artikolu 2 biss | _____________ ANNESS II TABELLA TA’ KORRELAZZJONI Regolament (KEE) Nru 3976/87 | Dan ir-Regolament | Artikolu 1 | Artikolu 1 | Artikolu 2(1) | Artikolu 2(1), l-ewwel subparagrafu | Artikolu 2(2), kliem tal-bidu | Artikolu 2(1), it-tieni subparagrafu, kliem tal-bidu | Artikolu 2(2) l-ewwel inċiż | Artikolu 2(1), it-tieni subparagrafu, (a) | Artikolu 2(2) it-tieni inċiż | Artikolu 2(1), it-tieni subparagrafu, (b) | Artikolu 2(2) it-tielet inċiż | Artikolu 2(1), it-tieni subparagrafu, (ċ) | Artikolu 2(2) ir-raba’ inċiż | Artikolu 2(1), it-tieni subparagrafu, (d) | Artikolu 2(2) il-ħames inċiż | Artikolu 2(1), it-tieni subparagrafu, (e) | Artikolu 2(3) | Artikolu 2(2) | Artikoli 3 u 4 | Artikoli 3 u 4 | Artikolu 4a l-ewwel sentenza | Artikolu 5 l-ewwel paragrafu | Artikolu 4a it-tieni sentenza | Artikolu 5 it-tieni pargarafu | Artikolu 5 | Artikolu 6 | Artikolu 6 | Artikolu 7 | ____ | Artikolu 8 | Artikolu 9 | Artikolu 9 | ____ | Anness I | ____ | Anness II | _____________ [1] KUMM(87) 868 PV. [2] Ara l-Anness 3 għal Parti A tal-Konklużjonijiet. [3] Magħmul skond il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill – Kodifikazzjoni ta’ l- Acquis Communautaire, KUMM(2001) 645 finali. [4] Ara l-Anness I għal din il-proposta. [5] Ö ĠU C [...], [...] p. [...] Õ. [6] Ö ĠU C [...], [...] p. [...] Õ. [7] ĠU L 374, 31.12.1987, p. 9. Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 411/2004 (ĠU L 68, 6.3.2004, p. 1). [8] Ara l-Anness I. [9] ĠU L 14, 22.1.1993, p. 1. [10] ĠU L 220, 29.7.1989, p. 1. [11] ĠU L 1, 4.1.2003, p. 1.