Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52008PC0358

    Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar in-nefqa fil-kamp veterinarju (Verżjoni kkodifikata)

    /* KUMM/2008/0358 finali - CNS 2008/0116 */

    52008PC0358

    Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar in-nefqa fil-kamp veterinarju (Verżjoni kkodifikata) /* KUMM/2008/0358 finali - CNS 2008/0116 */


    [pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ |

    Brussel 16.6.2008

    KUMM(2008) 358 finali

    2008/0116 (CNS)

    Proposta għal

    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

    dwar in-nefqa fil-kamp veterinarju

    (Verżjoni kkodifikata)(preżentata mill-Kummissjoni)

    MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

    1. Fl-isfond ta’ Ewropa għall-poplu, il-Kummissjoni tisħaq li tissimplifika u tiċċara il-liġi tal-Komunità sabiex tkun iktar ċara u iktar aċċessibbli liċ-ċittadin komuni u b’hekk toffrilu aktar opportunitajiet u ċ-ċans li juża d-drittijiet speċifiċi li tagħtih.

    Ma jistax jintlaħaq dan il-għan sakemm il-bosta dispożizzjonijiet li ġew emendati ħafna drabi b’mod sostanzjali, jibqgħu imferxin bejn l-att oriġinali u atti segwenti li jemendaw l-oriġinali. Hemm bżonn għalhekk ta’ riċerka mdaqqsa li tqabbel ħafna atti differenti ma’ xulxin sabiex jiġu identifikati r-regoli preżenti.

    Għalhekk hu essenzjali li ssir kodifikazzjoni ta’ regoli li ġew emendati ta’ sikwit sabiex il-liġi tal-Komunità tkun ċara u trasparenti.

    2. Għalhekk fl-1 ta’ April 1987 il-Kummissjoni ddeċidiet[1] li tordna lill-persunal tagħha li kull att leġislattiv għandu jiġi kkodifikat wara mhux iktar minn għaxar emendi, u tenfasizza li din hi kundizzjoni minima u li d-dipartimenti għandhom jippruvaw li jikkodifikaw it-testi li huma responsabbli għalihom anke wara inqas emendi biex jiżguraw li r-regoli tal-Komunità huma ċari u jinftehmu malajr.

    3. Il-Konklużjoni tal-Presidenza tal-Kunsill Ewropew ta’ Edinburgu (Diċembru 1992) ikkonfermaw dan[2], waqt li saħqu l-importanza tal- kodifikazzjoni għaliex tagħti ċertezza għal-liġi applikabbli.

    Il-kodifikazzjoni għandha sseħħ skond il-proċedura normali leġislattiva tal-Komunità.

    Għalkemm l-ebda bidla sostanzjali ma tista ssir lill-atti li jiġu kkodifikati , il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni qablu permezz ta’ ftehim interistituzzjonali tal-20 ta’ Diċembru 1994 li jistgħu jużaw proċedura mgħaġġla għall-adozzjoni bikrija ta’ atti ta’ kodifikazzjoni.

    4. L-għan ta’ din il-proposta hi li sseħħ il-kodifikazzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 90/424/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1990 dwar in-nefqa fil-kamp veterinarju[3]. Id-Deċiżjoni l-ġdida tissupera lill-atti varji inkorporati fiha[4]; din il-proposta żżomm il-kontenut kollu ta’ l-atti li qed jiġu kkodifikati u għalhekk kull ma tagħmel hu li tgħaqqadhom bl-emendi formali biss kif meħtieġ mill-eżerċizzju ta’ kodifikazzjoni nnifsu.

    5. Il-proposta tal- kodifikazzjoni nħasbet a bażi ta’ konsolidazzjoni preliminarja fl-ilsna kollha uffiċjali tad-Deċiżjoni 90/424/KEE u ta’ l-atti li jemendawha, magħmula mill-Uffiċċju għall-Publikazzjonijiet Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej permezz ta’ sistema ta’ pproċessar ta’ data . Fejn l-artikoli ngħataw numri ġodda, il-korrelazzjoni bejn in-numri ġodda u qodma tidher fit-tabella misjuba fl-Anness III tad-Deċiżjoni kkodifikata.

    ê 90/424/KEE (adattat)

    2008/0116 (CNS)

    Proposta għal

    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

    dwar in-nefqa fil-kamp veterinarju

    IL-KUNSILL Ö TA' L-UNJONI EWROPEA Õ,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 37 tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

    Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew[5],

    Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ö Ewropew Õ [6],

    Billi:

    ê

    (1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 90/424/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1990 dwar in-nefqa fil-kamp veterinarju[7] ġiet emendata kemm-il darba b’mod sostanzjali[8]. Għal iktar ċarezza u razzjonalità, l-imsemmija Deċiżjoni għandha tiġi kkodifikata.

    ê 90/424/KEE Premessa 1

    (2) Annimali ħajjin u prodotti li joriġinaw minn annimali jidhru fuq il-lista ta’ l-Anness I tat-Trattat. Trobbija ta’ annimali ħajjin u t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti li joriġinaw minn annimali huma sors ta’ dħul għal parti kbira tal-popolazzjoni agrikola.

    ê 90/424/KEE Premessa 2 (adattat)

    (3) L-iżvilupp razzjonali ta’ dak is-settur u t-titjib fil-produttività Ö tiegħu Õ jistgħu jkunu miksuba Ö bl-implimentazzjoni ta' Õ miżuri veterinarji mmirati lejn il-protezzjoni u ż-żieda Ö fil-livell Õ tas-saħħa tal-pubbliku u ta’ l-annimali fil-Komunità.

    ê 90/424/KEE Premessa 3 (adattat)

    (4) Biex jintlaħaq Ö dan Õ l-iskop hemm bżonn li l-Komunità tipprovdi għajnuna għall-azzjonijiet illi jittieħdu jew maħsuba li ser jittieħdu.

    ê 90/424/KEE Premessa 5 (adattat)

    (5) Il-Komunità għandha tagħmel kontribuzzjoni finanzjarja lejn il-qerda, kemm jista’ jkun malajr, ta’ kull tixrid ta’ mard infettiv serju.

    ê 90/424/KEE Premessa 6

    (6) Huwa wkoll neċessarju li tiġi pprevenuta u mnaqqsa, b’miżuri approprjati ta’ kontroll, il-preżenza ta’ żoonosijiet li huma ta’ ħsara għas-saħħa tal-bniedem.

    ê 2006/782/KE Premessa 3 (adattat)

    (7) Fid-dawl ta’ l-adozzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/88/KE ta’ l- 24 ta’ Ottubru 2006 dwar ir-rekwiżiti tas-saħħa ta’ l-annimali għal annimali ta’ l-akkwakultura u prodotti tagħhom, u dwar il-prevenzjoni u l-kontroll ta’ ċertu mard fl-annimali akkwatiċi[9], il-kontribut finanzjarju Komunitarju Ö għandu Õ jingħata wkoll għal miżuri ta’ qerda mwettqa mill-Istati Membri sabiex jiġġieldu mard ieħor fl-annimali ta’ l-akkwakultura, suġġett għal Ö kontroll Õ Komunitarju.

    ê 2006/782/KE Premessa 6

    (8) Il-kontributi finanzjarji mill-Komunità għall-finijiet ta’ kontroll tal-mard fl-annimali ta’ l-akkwakultura għandu jkun suġġett għal skrutinju dwar il-konformità mad-dispożizzjonijiet ta’ kontroll stipulati fid-Direttiva 2006/88/KE, skond l-istess proċeduri bħal dawk li japplikaw għal tali skrutinju u kontroll għal ċertu mard ta’ annimali ta’ l-art.

    ê 90/424/KEE Premessa 7 (adattat)

    (9) Ö Il-funzjonament tas-suq intern jeħtieġ Õ strateġija ta’ kontroll u Ö timplika Õ l-armonizzazzjoni tas-sistema ta’ kontroll għall-prodotti li ġejjin minn pajjiżi terzi. Jidher li hu xieraq li tiġi ffaċilitata l-implimentazzjoni ta’ dik l-istrateġija billi tiġi pprovduta kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità għall-bidu u l-iżvilupp ta’ Ö din Õ l-istrateġija.

    ê 90/424/KEE Premessa 8

    (10) L-armonizzazzjoni tal-ħtiġiet essenzjali li għandhom x’ jaqsmu mal-protezzjoni tas-saħħa tal-pubbliku, il-protezzjoni tas-saħħa ta’ l-annimali u l-protezzjoni ta’ l-annimali tippresupponi li l-Komunità taħtar laboratorji li jaħdmu flimkien u ta’ riferenza u li jittieħdu azzjonijiet tekniċi u xjentifiċi. Jidher li hu xieraq li l-Komunità tipprovdi kontribuzzjoni finanzjarja. Fil-qasam tal-protezzjoni ta’ l-annimali b’mod partikolari, huwa mixtieq li tinħoloq database biex tinġabar, tinħażen u tixxerred kull informazzjoni neċessarja.

    ê 2006/965/KE Premessa 8 (adattat)

    (11) L-attivitajiet ta’ ġbir ta’ informazzjoni huma meħtieġa sabiex jippermettu żvilupp u implimentazzjoni aħjar tal-leġislazzjoni fl-oqsma tas-saħħa ta’ l-annimali u tas-sigurtà ta’ l-ikel. Barra minn hekk, hemm ħtieġa urġenti ta’ disseminazzjoni b’mod wiesa’ kemm jista’ jkun fil-Komunità kollha ta’ informazzjoni rigward il-leġislazzjoni dwar is-saħħa ta’ l-annimali u s-sigurtà ta’ l-ikel. Huwa għalhekk mixtieq li Ö jkun inkluż Õ fil-finanzjament tal-politika ta’ informazzjoni fil-qasam tal-protezzjoni ta’ l-annimali s-saħħa ta’ l-annimali u s-sigurtà ta’ l-ikel fil-prodotti li joriġinaw mill-annimali.

    ê 90/424/KEE Premessa 9 (adattat)

    (12) Il-miżuri Ö Komunitarji Õ għall-qerda ta’ ċertu mard ta’ l-annimali diġà jikkwalifika għal għajnuna finanzjarja mill-Komunità. Id-dispożizzjonijiet konċernati jinkludu dawk adottati bid-Direttiva tal-Kunsill 77/391/KEE tas-17 ta’ Mejju 1977 li tintroduċi miżuri tal-Komunità għall-qerda tal-bruċellożi, it-tuberkulożi u l-lewkożi fl-ifrat[10], id-Direttiva tal-Kunsill 82/400/KEE ta’ l-14 ta’ Ġunju 1982 li emendat id-Direttiva 77/391/KEE u li tintroduċi miżura supplementari tal-Komunità għall-qerda tal-bruċellożi, it-tuberkulożi u l-lewkożi Ö fl-ifrat Õ [11], id-Deċiżjoni tal-Kunsill 89/145/KEE ta’ l-20 ta’ Frar 1989 li tintroduċi miżura finanzjarja tal-Komunità għall-qerda ta’ pleuropneumonia kontaġjuża Ö tal-bhejjem ta' l-ifrat Õ (CBPP) fil-Portugall[12], id-Deċiżjoni tal-Kunsill 80/1096/KEE tal-11 ta’ November 1980 li tintroduċi miżuri finanzjarji tal-Komunità għall-qerda ta’ deni klassiku tal- Ö ħnieżer Õ[13], id-Deċiżjoni tal-Kunsill 86/649/KEE tas-16 ta’ Diċembru 1986 li tintroduċi miżura finanzjarja tal-Komunità għall-qerda tad-deni Afrikan tal-ħnieżer fil-Portugall[14], u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 89/455/KEE ta' l-24 ta’ Lulju 1989 li tintroduċi miżuri tal-Komunità sabiex iwaqqfu proġetti pilota għall-kontroll tar-rabja sabiex tinqered jew għall-prevenzjoni tagħha[15]. Huwa Ö xieraq Õ illi l-kontribuzzjonijiet finanzjarji mill-Komunità li huma maħsuba sabiex jinqered il-mard li hemm riferenza għalih aktar ’l fuq jkomplu jkunu rregolati bid-Deċiżjoni li għandha x’taqsam magħhom.

    ê 90/424/KEE Premessa 10 (adattat)

    (13) Għandhom isiru dispożizzjonijiet għal miżura finanzjarja tal-Komunità għall-qerda Ö, il-kontroll Õ u ta’ ċertu mard ta’ l-annimali. Il-miżuri finanzjarji tal-Komunità Ö kollha Õ għall-qerda Ö, il-kontroll Õ u s-sorveljanza tal-mard ta’ l-annimali u Ö ż-żoonożi Õ li jinvolvu Ö nefqa baġitarji obbligatorja Õ tal-Komunità għandhom jinġabu flimkien taħt Ö kapitolu Õ wieħed.

    ê

    (14) Il-miżuri meħtieġa għall-implementazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni għandhom jiġu adottati skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 li tistabbilixxi l-proċeduri għall-eżerċizju tas-setgħat ta’ implementazzjoni konferiti lill-Kummissjoni[16],

    ê 90/424/KEE

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    KAPITOLU I

    ê 90/424/KEE (adattat)

    Ö SUġġETT U KAMP TA’ APPLIKAZZJONI Õ

    ê 90/424/KEE

    Artikolu 1

    Din d-Deċiżjoni tipprovdi l-proċeduri li jirregolaw il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità għal:

    - miżuri veterinarji speċifiċi,

    - miżuri ta’ spezzjoni fil-kamp veterinarju,

    ê 2006/965/KE Art 1, punt 1

    - programmi għall-qerda, kontroll u monitoraġġ ta’ mard ta’ l-annimali u taż-żoonosi.

    ê 90/424/KEE

    [Din id-Deċiżjoni m’għandiex taffetwa l-għażla li għandhom ċerti Stati Membri li jkunu eliġibbli għal kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità ta’ aktar minn 50 % skond ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006[17].]

    KAPITOLU II

    MIŻURI VETERINARJI SPEĊIFIĊI

    SEZZJONI 1

    ê 90/424/KEE (adattat)

    Ö DISPOŻIZZJONI ĠENERALI Õ

    ê 90/424/KEE

    Artikolu 2

    Miżuri veterinarji speċifiċi għandhom jinkludu:

    - miżuri ta’ emerġenza,

    - il-kampanja kontra l-marda ta’ l-ilsien u tad-dwiefer,

    ê 90/424/KEE (adattat)

    - Ö politika ta' informazzjoni għas-saħħa ta' l-annimali, il-qagħda tajba ta' l-annimali u s-sigurta' ta' l-ikel Õ,

    - miżuri tekniċi u xjentifiċi,

    - kontribuzzjoni għall-iskemi nazzjonali għal qerda ta’ ċertu mard.

    SEZZJONI 2

    MIżURI TA’ EMERGENZA

    L-Artikolu 3

    1. Dan l-Artikolu għandhom japplikaw fil-każ illi tiġri waħda minn dawn il-mardiet li ġejjin fit-territorju ta’ Stat Membru:

    - pesta ta’ l-ifrat rinderpest ,

    - pesta tan-nagħaġ u l-mogħoż,

    - marda vexxikulari tal-ħnieżer,

    - blue tongue ,

    - il-marda Teschen ,

    - ġidri fuq nagħġa jew ġidri fuq mogħża,

    - id-deni Rift Valley ,

    - il-marda lumpy skin ,

    - mard Afrikan taż-żwiemel,

    - stomatite vexxikulari,

    - Venezuelan equine viral encephalomyelitis,

    ê 92/119/KEE Art. 23(2)(a)

    - il-marda ta’ l-emorraġija taċ-ċriev,

    ê 93/439/KEE Art. 1

    - id-Deni klassiku tal-ħnieżer,

    ê 94/370/KE Art. 1 punt 1

    - id-deni Afrikan tal-ħnieżer,

    - il-plewropnewmonja li tittieħed tal-bhejjem tal-fart,

    ê 2006/782/KE Art 1 punt 1

    - in-nekrosi ematopojetika epiżotika fil-ħut (EHN),

    - is-sindromu ulċerativ epiżotiku fil-ħut (EUS),

    - l-infezzjoni bil-Bonamia exitiosa,

    - l-infezzjoni bil-Perkinsus marinus,

    - l-infezzjoni bil-Microcytos mackini,

    - is-sindrome Taura fil-krustaċji,

    - il-marda Yellowhead fil-krustaċji.

    ê 90/424/KEE

    2. L-Istati Membri konċernati għandhom jiksbu kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità għall-qerda tal-marda, bil-kondizzjoni illi l-miżuri li japplikaw immedjatament jinkludu għall-anqas l-iżolament tar-razzett miż-żmien tas-suspett u, wara konferma uffiċjali tal-marda:

    ê 2006/53/KE Art. 1 punt 1(b)

    - il-qatla ta’ l-annimali ta’ speċi suxxettibbli li huma affettwati jew ikkontaminati jew li hemm suspett li huma affettwati jew ikkontaminati, u l-qerda tagħhom,

    ê 90/424/KEE (adattat)

    - il-qerda ta’ għalf kontaminat u tagħmir kontaminat, fejn dan ta’ l-aħħar ma jistax ikun diżinfettat skond it-tielet Ö inċiż Õ,

    - it-tindif, diżinsettizzazzjoni u diżinfettazzjoni tar-razzett u t-tagħmir f’dawn l-irzietet,

    - it-twaqqif ta’ żoni ta’ protezzjoni,

    - l-impożizzjoni ta’ miżuri approprjati sabiex jipprevienu r-riskju tat-tixrid ta’ infezzjoni,

    - it-twaqqif ta’ perjodu ta’ stennija li għandu jiġi osservat wara l-qatla qabel ma jerġa’ jintrama r-razzett,

    - kumpens mgħaġġel u adegwat għall-bdiewa li jrabbu l-annimali.

    ê 92/119/KEE Art 23 (2)(b) (adattat)

    3. L-Istati Membri interessati għandhom ukoll jikkwalifikaw għal kontribuzzjoni finanzjarja Komunitarja fejn, malli tfaqqa’ waħda mill-mardiet elenkati fil-paragrafu 1, żewġ Stati Ö Membri Õ jew aktar jikkollaboraw mill-qrib sabiex jikkontrollaw l-epidemija, b’mod partikolari fit-twettiq ta’ stħarriġ epidemjoloġiku u miżuri ta' sorveljanza tal-mard. Mingħajr preġudizzju għall-miżuri pprovduti skond l-organizzazzjoni komuni tas-swieq Ö ikkonċernati Õ, il-kontribuzzjoni finanzjarja speċifika Komunitarja għandha tiġi deċiża skond il-proċedura Ö msemmija Õ fl-Artikolu 40(2).

    ê 90/424/KEE (adattat)

    4. L-Istati Membri kkonċernati għandhom, mingħajr dewmien, jinfurmaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra bil-miżuri applikati skond il-leġislazzjoni tal-Komunità dwar in-notifika u l-qerda u r-riżultati tagħhom. Is-sitwazzjoni għandha tkun eżaminata kemm jista’ jkun malajr fi ħdan il-Kumitat Ö imsemmi fl-Artikolu 40(1) Õ li minn issa ’l quddiem imsemmi bħala “l-Kumitat”. Il-kontribuzzjoni finanzjarja speċifika mill-Komunità għandha tiġi deċiża skond il-proċedura Ö msemmija Õ fl-Artikolu 40(2), mingħajr preġudizzju għall- miżuri li hemm previsti fil-kuntest ta’ l-organizzazzjoni komuni tas-swieq.

    ê 2006/53/KE Art. 1(1)(ċ) (adattat)

    5. Jekk, fid-dawl ta’ l-iżvilupp tas-sitwazzjoni fil-Komunità, jidher meħtieġ illi jitkomplew il-miżuri previsti fil-paragrafu 2 u l-Artikolu 4, deċiżjoni ġdida dwar il-kontribut finanzjarju mill-Komunità, li għandu mnejn jaqbeż iċ-ċifra ta’ 50 % stipulata fl-ewwel inċiż tal-paragrafu 6, tista’ tiġi adottata skond il-proċedura Ö msemmija Õ fl-Artikolu 40(2). Meta din id-Deċiżjoni tkun adottata, kull miżura li l-Istat Membru kkonċernat ikollu jieħu sabiex jiżgura s-suċċess ta’ l-azzjoni tista’ tiġi stipulata, u partikolarment miżuri għajr dawk Ö previsti Õ fil-paragrafu 2 Ö ta' dan l-Artikolu Õ.

    ê 90/424/KEE (adattat)

    6. Mingħajr preġudizzju għal miżuri li jappoġġaw is-suq li għandhom jittieħdu bħala parti mill-organizzazzjoni komuni tas-swieq, il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità, maqsuma jekk hemm bżonn f’diversi fergħat, għandhom ikunu:

    - 50 % ta’ l-ispejjez li intefqu mill-Istati Membri sabiex jikkompensaw is-sidien għall-qatla u l-qerda ta’ l-annimali u, fejn xieraq, il-prodotti tagħhom, għat-tindif, diżinsettazzjoni u diżinfettazzjoni ta’ l-irziezet u t-tagħmir u għall-qerda ta’ għalf kontaminat u tagħmir kontaminat li hemm referenza għalih fit-tieni Ö inċiż Õ tal-paragrafu 2,

    - fejn it-tilqim ġie deċiż skond il-paragrafu 5, 100 % ta’ l-ispiża tal-forniment tat-tilqim u 50 % ta’ l-ispiza li tintefaq biex isir it-tilqim.

    ê 2006/53/KE Art. 1 punt 2 (adattat)

    Artikolu 4

    1. Dan l-Artikolu u l-Artikolu 3(4) u (5) għandhom japplikaw fil-każ Ö li sseħħ Õ influwenza tat-tjur fit-territorju ta’ Stat Membru.

    2. L-Istat Membru kkonċernat għandu jikseb kontribut finanzjarju mill-Komunità għall-qerda ta’ l-influwenza tat-tjur jekk il-miżuri minimi ta’ kontroll previsti fid-Direttiva tal-Kunsill 2006/94/KE [18] ikunu ġew implimentati b’mod sħiħ u effiċjenti f’konformità mal-leġiżlazzjoni Komunitarja rilevanti u jekk, fil-każ tal-qtil ta’ annimali ta’ speċi suxxettibbli li huma affettwati jew ikkontaminati jew hemm suspett li huma affettwati jew ikkontaminati, is-sidien ta’ l-annimali jkunu ġew ikkumpensati malajr u b’mod xieraq.

    3. Il-kontribut finanzjarju mill-Komunità, maqsum jekk meħtieġ f’diversi tranches , għandu jkun:

    ê 2006/965/KE Art. 1 punt 2 (adattat)

    - 50 % ta’ l-ispejjeż li jkunu ntnefqu mill-Istati Membri għall-kumpens lis-sidien ta’ l-annimali għall-qtil tat-tjur u ta’ għasafar miżmuma fil-magħluq oħra Ö u l-valur tal-bajd meqrud Õ,

    ê 2006/53/KE Art. 1 punt 2

    - 50 % ta’ l-ispejjeż li jkun intefqu mill-Istat Membru għall-qerda ta’ annimali, il-qerda ta’ prodotti ta’ l-annimali, it-tindif u d-diżinfettazzjoni ta’ l-azjendi u t-tagħmir, il-qerda ta’ l-għalf ikkontaminat u l-qerda ta’ tagħmir ikkontaminat, f’każi fejn dan it-tagħmir ma jkunx jista’ jiġi diżinfettat,

    - fejn ikun hemm deċiżjoni dwar tilqim ta’ emerġenza skond l-Artikolu 54 tad-Direttiva 2005/94/KE, 100 % ta' l-ispejjez għall-provvista tal-vaċċin u 50 % għall-ispejjeż li jkunu ntnefqu sabiex tingħata t-tilqima.

    ê 2006/782/KE Art. 1 punt 2 (adattat)

    Artikolu 5

    L-Istati Membri jistgħu jallokaw fondi fi ħdan il-programmi operattivi mfassla skond l-Artikolu 17 tar-Regolament Ö tal-Kunsill Õ (KE) Nru 1198/2006 [19] għall-qerda ta’ mard eżotiku f’annimali ta’ l-akkwakultura elenkati fl-Artikolu 3(1) ta’ din id-Deċiżjoni, taħt il-proċeduri stipulati fl-Artikolu 3(4), (5) u (6) ta’ din id-Deċiżjoni, sakemm ikun hemm konformità mal-miżuri minimi ta’ kontroll u ta’ qerda tal-mard stipulati fis-Sezzjoni 3 tal-Kapitolu V tad-Direttiva 2006/88/KE.

    ê 90/424/KEE

    Artikolu 6

    ê 94/370/KE Art. 1 punt 2 (adattat)

    1. L-Artikolu 3 għandu japplika fejn hu involut il-kontroll ta' riskji gravi għas-saħħa għall- Ö Komunità Õ, li jkunu kkawżati mill-mard Ö elenkat Õ fl-Artikolu 3(1), saħansitra jekk it-territorju fejn tiġri l-marda jkun Ö suġġett Õ għal programm ta’ qerda skond l-Artikolu 27.

    ê 90/424/KEE (adattat)

    2. Ö L-Artikolu 3 għandu japplika Õ fil-każ Ö li sseħħ Õ il-marda ta’ Newcastle fit-territorju ta’ Stat Membru.

    Iżda, ħlief fejn il-Kummissjoni tieħu deċiżjoni skond il-proċedura Ö msemmija Õ fl-Artikolu 40(2), li tawtorizza, fuq ċerti kondizzjonijiet Ö u Õ għal perjodu limitat Ö u Õ żona limitata, r-rikors għat-tilqim, l-ebda kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità ma għandha tingħata għal forniment tat-tilqim jew sabiex isir it-tilqim.

    ê 92/117/KEE Art. 9(2)

    3. Id-disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 3, minbarra r-raba’ inċiż tal-paragrafu 2 u t-tieni inċiż tal-paragrafu 6, għandhom japplikaw meta jinstab żonosi mniżżel fil-lista fid-Direttiva 2003/99/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[20], basta illi din is-sejba tkun ta’ riskju immedjat għall-ħajja tal-bniedem. Din il-kondizzjoni għandha tiġi mwettqa meta tittieħed id-deċiżjoni provduta bl-Artikolu 3(4) ta' din id-Deċiżjoni.

    ê 90/424/KEE (adattat)

    Artikolu 7

    1. Skond il-proċedura Ö msemmija Õ fl-Artikolu 40(2), il-Kummissjoni, fuq talba ta’ Stat Membru, għandha żżid mal-lista fl-Artikolu 3(1) marda eżotika li għaliha dikjarazzjoni hi Ö obbligatorja Õ u li x’aktarx tikkostitwixxi perikolu għall-Komunità.

    ê 2006/782/KE Art. 1 punt 3 (adattat)

    2. Skond il-proċedura Ö msemmija Õ fl-Artikolu 40(2), il-lista fl-Artikolu 3(1) tista’ tiġi supplimentata skond żviluppi fis-sitwazzjoni, sabiex tinkludi mard li għandu jiġi notifikat skond id-Direttiva tal-Kunsill 82/894/KEE [21] u mard li jista’ jiġi trasmess lil annimali ta’ l-akkwakultura. Il-lista tista’ wkoll tiġi emendata jew imqassra sabiex jittieħed kont tal-progress magħmul permezz tal-miżuri miftiehma fuq livell Komunitarju għall-kontroll ta’ ċertu mard.

    ê 90/424/KEE (adattat)

    3. L-Artikolu 3(2) jista’ jkun supplementat jew emendat skond il-proċedura Ö msemmija Õ fl-Artikolu 40(2), b’mod partikolari biex tittieħed kondizzjoni ta’ l-inklużjoni ta’ mard ġdid fil-lista fl-Artikolu 3(1), ta’ l-esperjenza akkwistata jew ta’ l-adozzjoni ta’ dispożizzjonijiet tal-Komunità li jikkonċernaw kontroll tal-mard.

    Article 8

    ê 2006/965/KE Art. 1 punt 3 (adattat)

    1. Fejn Stat Membru ikun suġġett għal theddida diretta li sseħħ jew tiżviluppa, fit-territorju ta’ pajjiż terz jew ta’ Stat Membru, waħda mill-mardiet imsemmija fl-Artikolu 3(1), 4(1), 6(1) u (2), Ö jew Õ 14(1) jew fl-Anness I, dan għandu jinforma lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħrajn bil-miżuri li huwa jkollu l-ħsieb li jadotta għall-protezzjoni tiegħu.

    ê 90/424/KEE (adattat)

    è1 2006/53/KE Art. 1(3)

    2. Malli jkun possibbli, is-sitwazzjoni għandha tkun eżaminata fi ħdan il-Kumitat. Skond il-proċedura Ö msemmija fl-Artikolu 40(2) Õ, jista’ jiġi deċiz illi jiġu adotati miżuri approprjati għas-sitwazzjoni inklużi, b’mod partikolari, it-twaqqif ta’ żona li għandha sservi ta’ kuxxinett ta’ tilqim, u sabiex tingħata kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità għal miżuri li huma meqjusa partikolarment bżonjużi għas-suċċess ta’ l-azzjoni meħuda.

    3. Id-deċiżjoni li hemm riferenza għaliha fil-paragrafu 2 għandha turi l-ispejjeż eligibbli u l-livell ta’ kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità.

    Artikolu 9

    1. Il-Komunità tista ’ tiddeċiedi, fuq talba ta’ Stat Membru, illi l-Istati Membri għandhom iwaqqfu ħażniet ta’ prodotti bioloġiċi maħsuba għall-kontroll tal-mard li hemm referenza għalih fl-Artikolu 3(1), è1 4(1) ç, 6(1) (tilqim, serotypes ta’ vajrus standardizzat, sera djanjostiċi) u, mingħajr preġudizzju għad-deċiżjoni prevista fl-Artikolu 69(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/85/KE[22], fl-Artikolu 14(1) ta’ din id-Deċiżjoni.

    2. L-azzjoni li jagħmel riferenza għaliha fl-paragrafu 1, u r-regoli għall-implimentazzjoni tagħha, b’mod partikolari dawk li għandhom x’jaqsmu ma’ l-għażla, il-produzzjoni, il-ħażna, it-trasport u l-użu ta’ dawn il-ħażniet, u l-livell tal-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità, għandha tkun deċiża skond il-proċedura Ö msemmija Õ fl-Artikolu 40(2).

    ê 90/424/KEE (adattat)

    è1 2006/53/KE Art. 1 punt 3

    L-Artikolu 10

    1. Jekk ikun hemm jew tiżviluppa Ö f'pajjiż terz Õ waħda mill-mard imsemmija fl-Artikoli 3(1) è1 4(1) ç, 6(1), 7(1) jew 14(1) jista’ jkun ta’ perikolu għall-Komunità, il-Komunità tista tagħti l-appoġġ tagħha Ö għal Õ miżuri ta’ kontroll kontra dik il-marda billi tipprovdi t-tilqim jew billi tiffinanzja x-xiri tat-tilqim.

    ê 90/424/KEE (adattat)

    2. L-azzjoni msemmija fil-paragrafu 1, ir-regoli għall-implimentazzjoni tagħha, il-kondizzjonijiet li għalihom tista’ tkun suġġetta u l-livell tal-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità għandhom ikunu deċiżi skond il-proċedura Ö msemmija Õ fl-Artikolu 40(2).

    ê 90/424/KEE (adattat)

    L-Artikolu 11

    1. Il-Kummissjoni għandha tesegwixxi, bil-kooperazzjoni ta ’ l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, verifiki fuq il-post, mill-lat veterinarju, Ö sabiex tassigura Õ illi l-miżuri adottati kienu applikati.

    2. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-passi kollha neċessarji sabiex jiffaċilitaw il-verifiki Ö msemmija fil-paragrafu 1 Õ, u għandhom, b’mod partikolari, jassiguraw illi l-esperti jkollhom aċċess għall-informazzjoni u d-dokumenti kollha neċessarji sabiex Ö jevalwaw Õ jekk il-miżuri ġewx implimentati.

    3. Ir-rtegoli ġenerali għall-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu, partikolarment dawk li għandhom x’ jaqsmu mal-frekwenza u l-metodu ta’ kif isiru l-verifiki li jagħmel referenza għalihom il-paragrafu 1, il-ħatra ta’ esperti veterinarji u l-proċedura li għandhom isegwu fil-kumpilazzjoni tar-rapport tagħhom, għandhom ikunu adottati skond il-proċedura Ö msemmija Õ fl-Artikolu 40(2).

    L-Artikolu 12

    Ö L-approprjazzjonijiet Õ mitluba għall-miżuri li tagħmel referenza għalihom Ö din is-sezzjoni Õ għandhom ikunu deċiżi kull sena bħala parti mill-proċedura Ö tal-baġit Õ.

    ê 94/370/KE Art. 1 punt 3

    L-Artikolu 13

    Il-kontribuzzjoni finanzjarja Komunitarja ma għandhiex tingħata fejn l-ammont totali tal-miżura jkun inqas minn EUR 10 000.

    ê 90/424/KEE (adattat)

    SEZZJONI 3

    IL-KAMPANJA KONTRA IL-MARDA TA’ L-ILSIEN U TAD-DWIEFER

    L-Artikolu 14

    1. Dan l-Artikolu għandhom japplikaw fil-każ illi tfaqqa’ il-marda ta’ l-ilsien u tad-dwiefer fit-territorju ta’ Stat Membru.

    2. L-Istati Membri kkonċernati għandhom jiksbu kontribuzzjoni finanzjarja mingħand il-Komunità għall-qerda tal-marda ta’ l-ilsien u tad-dwiefer, bil-kondizzjoni illi l-miżuri provduti fl-Artikolu 3(2) u d-dispożizzjonijiet approprjati tad-Direttiva 2003/85/KE, Ö jiġu applikati Õ immedjatement.

    3. L-Artikolu 3(4) għandu japplika.

    4. Mingħajr preġudizzju għall-miżuri li għandhom jittieħdu fil-kuntest ta’ l-organizzazzjoni komuni tas-suq sabiex jappoġġaw is-suq, il-kontribuzzjoni finanzjarja speċifika f’din id-Deċiżjoni għandha tkun ugwali għal 60 % ta’ l-ispiża minfuqa mill-Istati Membri sabiex:

    (a) jiġu kumpensati il-proprjetarji għal:

    (i) qtil u qerda ta’ l-annimali,

    (ii) il-qerda tal-ħalib,

    (iii) it-tindif u d-diżinfezzjoni ta’ l-ażjendi,

    (iv) il-qerda ta’ għalf kontaminat u fejn ma jistgħax ikun diżinfettat, tagħmir kontaminat,

    (v) telf inkors mill-bdiewa bħala riżultat tar-restrizzjonijiet imposti fuq in-negozju ta’ bhejjem u annimali li ssemnu fil-mergħat bħala riżultat ta’ l-introduzzjoni mill-ġdid ta’ tilqim ta’ emerġenza, skond l-Artikolu 50(3) tad-Direttiva 2003/85/KE;

    (b) fejn applikabbli, it-trasport tal-karkassi sa l-impjanti ta’ l-ipproċessar;

    (ċ) kull miżura oħra li hi neċessarja għall-qerda tat-tixrid tal-marda.

    ê 90/424/KEE (adattat)

    Il-Kummissjoni għandha, skond il-proċedura Ö msemmija Õ fl-Artikolu 40(2), tiddefinixxi n-natura tal-miżuri l-oħrajn li hemm referenza għalihom f’punt (ċ) Ö ta' dan il-paragrafu Õ li jistgħu jkunu eleġibli għall-istess kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità u l-każijiet li għalihom il-punt (a)(v) Ö ta' dan il-paragrafu Õ għandu japplika.

    5. Għall-ewwel darba mhux aktar tard minn 45 ġurnata mill-konferma uffiċjali ta’ l-ewwel każ tal-marda ta’ l-ilsien u tad-dwiefer, u sussegwentement kif u meta jkun hemm bżonn bl-iżvilupp tal-każijiet, is-sitwazzjoni għandha tkun eżaminata mill-ġdid fi ħdan il-Kumitat. Dan l-eżami għandu jkopri kemm is-sitwazzjoni veterinarja u Ö n-nefqa Õ stmata li diġà ntefqu jew huma kommessi. Wara dan l-eżami, deċiżjoni ġdida li tikkonċerna il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità, li tista’ tkun aktar minn 60 % provdut fil-paragrafu 4, tista tkun adottata skond il-proċedura Ö msemmija Õ fl-Artikolu 40(3). Din id-Deċiżjoni għandha turi l-ispejjeż eliġibli u l-livell ta’ kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità. Kif ukoll, meta din id-Deċiżjoni tkun adottata, kull miżura li l-Istat Membru konċernat għandu jieħu sabiex jiġi assigurat is-suċċess ta’ l-azzjoni tista’ tkun adottata, b’mod partikolari miżuri oħra barra dawk li jagħmel referenza għalihom il-paragrafu 2 Ö ta' dan l-Artikolu Õ.

    ê 90/424/KEE

    L-Artikolu 15

    Kull miżura deċiża mill-Komunità sabiex tgħin il-kampanja kontra l-marda ta ’ l-ilsien u tad-dwiefer ’l barra mill-Komunità, b’mod partikolari miżuri li jittieħdu fi ħdan l-Artikolu 8 u 10, jistgħu jirċievu kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità.

    ê 90/424/KEE (adattat)

    L-Artikolu 16

    Il-miżuri u r-regoli għall-implimentazzjoni tal-miżuri li jagħmel referenza għalihom l-Artikolu 15, il-kondizzjonijiet li għalihom jistgħu jkunu soġġetti u l-livell ta’ kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità għandha tkun deċiża skond il-proċedura Ö msemmija Õ fl-Artikolu 40(3).

    L-Artikolu 17

    Tista ’ tingħata għajnuna mill-Komunità Ö lir-riservi Õ Komunitarji Ö tat-tilqim Õ kontra il-marda ta’ l-ilsien u tad-dwiefer Ö stabbilit bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 91/666/KEE[23] Õ.

    Il-livell ta’ parteċipazzjoni mill-Komunità u l-kondizzjonijiet għal din il-parteċipazzjoni tista’ tkun soġġetta għandhom ikunu stabbiliti skond il-proċedura Ö msemmija Õ fl-Artikolu 40(3).

    L-Artikolu 18

    L-approprazzjonijiet mitluba għall-miżuri msemmija fl-Artikoli 15, 16 u 17 għandhom ikunu deċiżi kull sena bħala parti mill-proċedura Ö baġitarja Õ.

    Jekk tixrid serju tal-marda ta’ l-ilsien u tad-dwiefer ikun jeħtieġ infiq taħt id-dispożizzjonijiet ta’ Ö din is-sezzjoni Õ li jeċċedi l- Ö approprjazzjonijiet Õ skond l-ewwel paragrafu, il-Kummissjoni Ö għandha Õ tieħu dawk il-miżuri neċessarji li huma fil-poteri eżistenti tagħha u tressaq lill-awtorità Ö baġitarja Õ l-proposti neċessarji sabiex jiġi assigurat illi l- Ö impenji Õ finanzjarji ta’ l-Artikolu 14 jiġu esegwiti.

    ê 90/424/KEE

    SEZZJONI 4

    ê 2006/965/KE Art. 1 punt 4 (adattat)

    POLITIKA TA’ INFORMAZZJONI GħAS-SAħħA TA’ L-ANNIMALI, Ö ħALL-QAGĦDA TAJBA Õ TA’ L-ANNIMALI U GħAS-SIGURTÀ TA’ L-IKEL

    ê 2006/965/KE Art. 1 punt 5 (adattat)

    Artikolu 19

    Il-Komunità għandha tagħmel kontribut finanzjarju għat-twaqqif ta ’ politika ta’ informazzjoni fil-qasam tas-saħħa ta’ l-annimali, Ö tal-qagħda tajba Õ ta’ l-annimali u tas-sigurtà ta’ l-ikel fil-prodotti li joriġinaw mill-annimali, inklużi:

    (a) l-installazzjoni u l-iżvilupp ta’ għodod ta’ l-informazzjoni, inkluża database xierqa:

    (i) għall-ġbir u l-ħażna ta’ kull informazzjoni relatata mal-leġislazzjoni Komunitarja li tikkonċerna s-saħħa ta’ l-annimali, it-trattament xieraq ta’ l-annimali u s-sigurtà ta’ l-ikel fil-prodotti li joriġinaw mill-annimali;

    (ii) għad-disseminazzjoni ta’ l-informazzjoni msemmija fil-punt (i) lill-awtoritajiet kompetenti, lill-produtturi u lill-konsumaturi, b’kont meħud ta’ konnessjonijiet ma’ databases nazzjonali fejn xieraq;

    (b) it-twettiq ta’ l-istudji meħtieġa għat-tħejjija u l-iżvilupp tal-leġislazzjoni fil-qasam Ö tal-qagħda tajba Õ ta’ l-annimali.

    ê 90/424/KEE (adattat)

    Artikolu 20

    Il-miżuri li jagħmel referenza għalihom l-Artikolu 19, ir-regoli għall-implimentazzjoni tagħhom u l-livell tal-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità għandhom ikunu deċiżi skond il-proċedura Ö msemmija Õ fl-Artikolu 40(2).

    Artikolu 21

    Ö L-approprjazzjonijiet Õ li huma mitluba għall-miżuri kif speċifikati Ö f’din is-Sezzjoni Õ għandhom ikunu deċiżi kull sena bħala parti mill-proċedura Ö baġitarja Õ .

    SEZZJONI 5

    MIżURI TEKNIċI U XJENTIFIċI

    ê 2006/965/KE Art. 1 punt 6

    Artikolu 22

    Il-Komunità tista’ tieħu, jew tassisti lill-Istati Membri jew lill-organizzazzjonijiet internazzjonali sabiex jieħdu, il-miżuri tekniċi u xjentifiċi meħtieġa għall-iżvilupp ta’ leġislazzjoni veterinarja Komunitarja u għall-iżvilupp ta’ edukazzjoni veterinarja jew taħriġ veterinarju.

    ê 90/424/KEE (adattat)

    è1 Corrigendum 90/424/KEE (ĠU L 304. 1.11.1990, p. 99)

    Artikolu 23

    è1 Il-miżuri li jagħmel referenza għalihom l-Artikolu 22, ir-regoli għall- ç implimentazzjoni tagħhom u l-livell ta’ kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità għandha tkun deċiża skond il-proċedura Ö msemmija Õ fl-Artikolu 40(2).

    Artikolu 24

    L-approprazzjonijiet rikjesti għall-miżuri pprovduti Ö f’din is-sezzjoni Õ għandu jkun deċiż kull sena bħala parti mill-proċedura Ö baġitarja Õ.

    ê 90/424/KEE

    KAPITOLU III

    ê 2006/965/KE Art. 1 punt 7

    PROGRAMMI GħALL-QERDA, KONTROLL U MONITORAġġ TAL-MARD TA’ L-ANNIMALI U TAż-żOONOSI

    ê 90/424/KEE (adattat)

    Artikolu 25

    1. Il-parteċipazzjoni finanzjarja mill-Komunità għall-qerda tal-bruċellożi , tuberkolożi u lewkożi Ö tal-bhejjem ta' l-ifrat Õ għandha — mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 28(1) — tkun Ö stabbilita Õ bid-Direttiva 77/391/KEE Ö u Õ d-Direttiva 82/400/KEE.

    2. Il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità għall-qerda tal- pleuropneumonia kontaġjuża Ö tal-bhejjem ta' l-ifrat Õ għandha tkun Ö stabbilita Õ bid-Deċiżjoni 89/145/KEE.

    Artikolu 26

    1. Il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità lejn il-qerda tad-deni klassiku Ö tal-ħnieżer Õ għandha tkun Ö stabbilita Õ bid-Deċiżjoni 80/1096/KEE.

    2. Il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità lejn il-qerda tad-deni Afrikan tal-ħnieżer għandha tkun Ö stabbilita Õ bid-Deċiżjoni 86/649/KEE.

    3. Il kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità lejn il-qerda tal-bruċellożi ovina għandha tkun Ö stabbilita Õ bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 90/242/KEE.[24]

    ê 2006/965/KE Art. 1 punt 8 (adattat)

    Artikolu 27

    1. Għandha tiġi introdotta miżura finanzjarja Komunitarja sabiex tiġi rimborżata n-nefqa mill-Istati Membri għall-finanzjament tal-programmi nazzjonali għall-qerda, kontroll u monitoraġġ tal-mard elenkati fl-Anness I (Ö minn issa ’l-quddiem imsemmi bħala Õ “programmi”).

    ê 2006/965/KE Art. 1 punt 8

    Il-lista fl-Anness I tista’ tiġi emendata skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 40(2), b’mod partikolari fir-rigward ta’ mard ta’ l-annimali li jkun qed jitfaċċa li huwa ta’ riskju għas-saħħa ta’ l-annimali u, indirettament, għas-saħħa pubblika, jew fid-dawl ta’ evidenza epidemjoloġika jew xjentifika ġdida.

    ê 2006/965/KE Art. 1 punt 8 (adattat)

    2. Kull sena, sa mhux aktar tard mit-30 ta’ April, l-Istati Membri għandhom jippreżentaw lill-Kummissjoni l-programmi annwali jew pluriennali li jibdew fis-sena ta’ wara li għalihom huma jixtiequ li jirċievu kontribut finanzjarju mill-Komunità.

    Il-programmi li jiġu ppreżentati wara t-30 ta’ April m’għandhomx ikunu eliġibbli għall-finanzjament is-sena ta’ wara.

    Il-programmi ppreżentati mill-Istati Membri għandu jkun fihom mill-anqas dan li ġej:

    (a) deskrizzjoni tas-sitwazzjoni epidemjoloġika tal-marda qabel id-data tal-bidu tal-programm;

    (b) deskrizzjoni u demarkazzjoni taż-żona ġeografika u amministrattiva li fiha Ö għandu Õ jiġi applikat il-programm;

    (ċ) it-tul ta’ żmien probabbli tal-programm, il-miżuri li għandhom jiġu applikati u l-objettiv li għandu jinkiseb sad-data tat-tmiem tal-programm;

    (d) analiżi ta’ l-ispejjeż stmati u l-benefiċċji antiċipati tal-programm.

    Il-kriterji dettaljati, inklużi dawk li jinvolvu aktar minn Stat Membru wieħed, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura Ö msemmija Õ fl-Artikolu 40(2).

    F’kull programm pluriennali ppreżentat mill-Istat Membru, l-informazzjoni meħtieġa skond il-kriterji msemmija f’dan il-paragrafu għandha tkun pprovduta għal kull sena li jdum il-programm.

    3. Il-Kummissjoni tista’ tistieden lil Stat Membru sabiex jippreżenta programm pluriennali jew sabiex jestendi kif meħtieġ it-tul ta’ żmien ta’ programm annwali li jkun ġie ppreżentat fejn il-programmazzjoni pluriennali titqies meħtieġa sabiex jiġu żgurati l-qerda, il-kontroll u l-monitoraġġ aktar effiċjenti u effikaċji ta’ marda partikolari, b’mod partikolari fir-rigward Ö ta' theddid Õ potenzjali għas-saħħa ta’ l-annimali u, indirettament, għas-saħħa pubblika.

    Il-Kummissjoni tista’ tikkoordina l-programmi reġjonali li jinvolvu aktar minn Stat Membru wieħed f’koperazzjoni ma’ l-Istati Membri kkonċernati.

    4. Il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-programmi ppreżentati mill-Istati Membri kemm mil-lat veterinarju kif ukoll minn dak finanzjarju.

    L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni l-informazzjoni addizzjonali relevanti li din ta’ l-aħħar tkun teħtieġ għall-valutazzjoni tagħha tal-programm.

    Il-perjodu għall-ġbir ta’ l-informazzjoni kollha fir-rigward tal-programmi għandu jintemm fil-15 ta’ Settembru ta’ kull sena.

    5. Kull sena sa mhux aktar tard mit-30 ta’ Novembru, għandu jiġi approvat dan li ġej skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 40(3):

    (a) il-programmi, fejn xieraq emendati sabiex jieħdu kont tal-valutazzjoni prevista fil-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu;

    (b) il-livell tal-kontribut finanzjarju mill-Komunità;

    (ċ) il-limitu massimu tal-kontribut finanzjarju mill-Komunità;

    (d) kwalunkwe kondizzjoni li għaliha jista’ jkun suġġett il-kontribut finanzjarju mill-Komunità.

    Il-programmi għandhom jiġu approvati għal mhux aktar minn sitt snin.

    6. L-emendi tal-programmi għandhom jiġu approvati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 40(3).

    7. Għal kull programm approvat l-Istati Membri għandhom jippreżentaw lill-Kummissjoni r-rapporti li ġejjin:

    (a) rapporti tekniċi u finanzjarji intermedji;

    (b) sa mhux aktar tard mit-30 ta’ April ta’ kull sena, rapport annwali tekniku dettaljat li jinkludi l-valutazzjoni tar-riżultati miksuba u rendikont dettaljat tan-nefqa li tkun saret għas-sena ta’ qabel.

    8. L-applikazzjonijiet għal pagamenti relatati man-nefqa li tkun saret minn Stat Membru fir-rigward ta’ programm partikolari għas-sena preċedenti għandhom jintbagħtu lill-Kummissjoni sa mhux iktar tard mit-30 ta’ April.

    Fil-każ ta’ applikazzjonijiet għal pagamenti li jsiru tard, il-kontribut finanzjarju Komunitarju għandu jitnaqqas b’25 % fl-1 ta’ Ġunju, 50 % fl-1 ta’ Awissu, 75 % fl-1 ta’ Settembru u 100 % fl-1 ta’ Ottubru ta’ dik is-sena.

    Sa mhux aktar tard mit-30 ta’ Ottubru ta’ kull sena, il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi dwar il-pagament Komunitarju b’kont meħud tar-rapporti tekniċi u finanzjarji ppreżentati mill-Istat Membru skond il-paragrafu 7.

    9. L-esperti tal-Kummissjoni jistgħu jwettqu kontrolli fuq il-post f’koperazzjoni ma’ l-awtorità kompetenti, sakemm dan ikun meħtieġ sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi ta’ din id-Deċiżjoni skond l-Artikolu 45 tar-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [25].

    Fit-twettiq ta’ tali kontrolli, l-esperti tal-Kummissjoni jistgħu jkunu assistiti minn grupp ta’ esperti stabbilit skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 40(2).

    10. Għandhom jiġu adottati regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 40(2).

    11. L-Istati Membri jistgħu jallokaw fondi fi ħdan il-programmi operattivi mfassla skond l-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 1198/2006 għall-qerda tal-mard fl-annimali ta’ l-akkwakultura msemmija fl-Anness I ta' din id-Deċiżjoni.

    Il-fondi għandhom jiġu allokati skond il-proċeduri stabbiliti f’dan l-Artikolu, bl-aġġustamenti li ġejjin:

    (a) ir-rata ta’ l-għajnuna għandha tkun skond ir-rata stabbilita fir-Regolament (KE) Nru 1198/2006;

    (b) il-paragrafu 8 ta’ dan l-Artikolu m’għandux japplika.

    L-attivitajiet ta’ qerda għandhom jitwettqu skond l-Artikolu 38(1) tad-Direttiva 2006/88/KE, jew taħt programm ta’ qerda.

    ê 90/424/KEE (adattat)

    Artikolu 28

    1. Minkejja l-Artikoli 25, 26 u 27, il-livell ta’ parteċipazzjoni finanzjarja Komunitarja għall-programmi li għandhom x’jaqsmu mal-mard li jagħmel riferenza għalihom fl-Artikoli msemmija għandu jkun Ö stabbilit Õ mill-Kummissjoni, skond il-proċedura Ö msemmija Õ fl-Artikolu 40(2), għal 50 % ta’ l-ispiża minfuqa mill-Istati Membri bħala kumpens lis-sidien għall-qatla ta’ l-ifrat minħabba l-marda kkonċernata.

    2. Fuq talba ta’ Stat Memrbu, il-Kummissjoni għandha, fil-Kumitat, terġa’ teżamina s-sitwazzjoni fir-rigward tal-mard kopert bl-Artikoli 25, 26 u 27. Dan Ö l-eżami mill-ġdid Õ għandu jkopri kemm is-sitwazzjoni veterinarja u l-estimi tan-nefqa li tkun diġà ġiet kommessa jew li ħa tkun kommessa. Wara dan Ö l-eżami mill-ġdid Õ kull Deċiżjoni ġdida dwar il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità, li tista teċċedi il-50 % mill-ispiża minfuqa mill-Istati Membri sabiex ikunu kompensati s-sidien għall- Ö qatla ta' l- Õ annimali Ö minħabba l- Õ marda kkonċernata, għandha tkun adottata skond il-proċedura Ö msemmija Õ fl-Artikolu 40(3).

    Meta din id-deċiżjoni tkun adottata, tista’ Ö tkun adottata Õ kull miżura li l-Istat Membru kkonċernat jkollu jieħu sabiex jassigura is-suċċess ta’ l-azzjoni.

    ê 94/370/KE Art, 1 punt 8 (adattat)

    3. Il-Kunsill, filwaqt li jaġixxi b’maġġoranza kkwalifikata fuq proposta mill-Kummissjoni, għandu jirrevedi dan l-Artikolu fid-dawl ta’ l-esperjenza miksuba.

    ê 2006/965/KE Art. 1 punt 9

    Artikolu 29

    L-impenji baġitarji Komunitarji għall-kofinanzjament tal-programmi għandhom jitwettqu kull sena. L-impenji tan-nefqa għall-programmi pluriennali għandhom jiġu adottati skond l-Artikolu 76(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) 1605/2002 [26]. Għall-programmi pluriennali, l-ewwel impenn baġitarju għandu jsir wara l-approvazzjoni tagħhom. Kull impenn sussegwenti għandu jsir mill-Kummissjoni abbażi tad-deċiżjoni li tingħata kontribuzzjoni msemmija fl-Artikolu 27(5) ta' din id-Deċiżjoni.

    ê 90/424/KEE

    KAPITOLU IV

    SPEZZJONI VETERINARJA

    ê 90/424/KEE (adattat)

    Ö SEZZJONI 1 Õ

    Ö DISPOŻIZZJONI INTRODUTTIVA Õ

    ê 90/424/KEE

    L-Artikolu 30

    Il-Komunità għandha tikkontribwixxi sabiex titjieb l-effiċjenza ta ’ l-ispezzjoni veterinarja billi:

    - tingħata għajnuna finanzjarja sabiex ikun hemm laboratorji li jaħdmu flimkien u ta’ riferenza,

    - tagħmel kontribuzzjoni finanzjarja sabiex isiru spezzjonijiet li għandhom l-għan illi jipprevjenu ż-żonosijiet,

    ê 90/424/KEE (adattat)

    - tagħmel kontribuzzjoni finanzjarja għall-implimentazzjoni ta’ l-istrateġija ta’ spezzjoni Ö meħtieġa għall-funzjonament Õ tas-suq intern.

    SEZZJONI 2

    LABORATORJI TA’ KOLLEGAMENT U TA’ RIFERENZA

    Artikolu 31

    1. Kull laboratorju li jaħdem flimkien jew ta ’ referenza li jkun nominat bħala tali skond il-leġislazzjoni veterinarja tal-Komunità u li jaqdi d-dmirijiet u r- Ö rekwiżiti Õ li hemm imniżżla fihom, jista’ jirċevi għajnuna mill-Komunità.

    2. Arranġamenti sabiex tingħata l-għajnuna msemmija fil-paragrafu 1, il-kondizzjonijiet li għalihom tista’ tkun soġġetta u l-ammont, għandu jkun stabbilit skond il-proċedura Ö msemmija Õ fl-Artikolu 40(2).

    3. Ö L-approprjazzjonijiet Õ meħtieġa għall-miżuri pprovduti Ö f’din is-sezzjoni Õ għandhom ikunu deċiżi kull sena bħala parti mill-proċedura Ö tal-baġit Õ.

    ê 90/424/KEE

    SEZZJONI 3

    ê 90/424/KEE (adattat)

    STRATEġIJA TA’ KONTROLL

    ê 90/424/KEE

    è1 Corrigendum 90/424/KEE (ĠU L 304, 1.11.1990, p. 99)

    Artikolu 32

    1. Kull Stat Membru għandu jipprepara programm għall-iskambju ta ’ uffiċjali li qegħdin jaħdmu fis-settur veterinarju.

    2. è1 Fil-Kumitat, il-Kummissjoni għandha ç, flimkien ma’ l-Istati Membri, tikkoordina l-programmi għall-iskambju.

    3. L-Istat Membru kkonċernat għandu jieħu l-miżuri kollha neċessarji għall-implimentazzjoni tal-programmi għall-iskambju koordinati.

    4. Kull sena, fuq il-bażi ta' rapporti ta’ l-Istati Membri, l-implimentazzjoni tal-programmi għall-iskambju għandhom ikunu eżaminati fi ħdan il-Kumitat.

    5. L-Istati Membri għandhom jieħdu kont ta’ l-esperjenza miksuba sabiex itejbu u jestendu l-programmi għall-iskambju.

    ê 90/424/KEE (adattat)

    6. Tista’ tingħata għajnuna finanzjarja mill-Komunità bil- Ö għan Õ li jiġi promoss it-tħaddim bla problemi ta’ programmi għall-iskambju speċjalment billi jsiru l-korsijiet ta’ aktar taħriġ li jagħmel referenza għalihom l-Artikolu 34(1). Il-livell ta’ kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità, u l-kondizzjonijiet li għalihom tista tkun soġġetta, għandha tkun stabbilita skond il-proċedura Ö msemmija Õ fl-Artikolu 40(2).

    ê 90/424/KEE

    7. Għall-iskopijiet ta’ dan l-Artikolu, l-Artikoli 23 u 24 għandhom japplikaw.

    Artikolu 33

    ê 90/424/KEE (adattat)

    L-Artikolu 32(6) u (7) għandhom japplikaw fir-rigward ta’ programmi stabbiliti skond Ö id-Direttivi tal-Kunsill 91/496/KEE[27] u 97/78/KE[28] Õ, sabiex ikunu organizzati Ö l-kontrolli Õ veterinarji fil-fruntieri esterni fuq prodotti introdotti fil-Komunità minn pajjiżi terzi.

    Artikolu 34

    1. Il-Kummissjoni tista ’, jew direttament jew permezz ta’ l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, torganizza korsijiet jew laqgħat Ö ta' aġġornament Õ għall-persunal fl-Istati Membri, b’mod partikolari, persunal responsabbli Ö għall-kontrolli veterinarji Õ li jagħmel referenza għalihom l-Artikolu 33.

    ê 94/370/KE Art. 1 punt 12 (adattat)

    Dawn il-korsijiet jew laqgħat ta’ aġġornament jistgħu, skond id-disponibbiltà, jkunu miftuħa, fuq it-talba ta’ l-awtoritajiet kompetenti u wara li l-Kummissjoni tkun qablet, għall-persunal minn pajjiżi Ö terzi Õ li jkunu għamlu ftehim ta’ kooperazzjoni mal- Ö Komunità Õ fil-qasam Ö tal-kontrolli Õ veterinarji u għax-xjenzati veterinarji ggradwati sabiex jestendu t-taħriġ tagħhom fil-qasam tar-regoli Komunitarji.

    ê 90/424/KEE (adattat)

    2. Arrangamenti għall-organizzazzjoni tal-miżuri pprovduti fil-paragrafu 1 u l-livell tal-kontribuzzjoni finanzjarja Komunitarja għandhom jitwaqqfu mill-Kummissjoni skond il-proċedura Ö msemmija Õ fl-Artikolu 40(2).

    Artikolu 35

    1. L-introduzzjoni ta ’ sistemi sabiex jiġu identifikati annimali u jiġi nnotifikat mard skond il-leġislazzjoni li tikkonċerna Ö kontrolli Õ veterinarji fil-kummerċ ta’ annimali ħajjin fi ħdan il-Komunità, sabiex jissokta is-suq intern, tista’ tirċevi assistenza finanzjarja mill-Komunità.

    2. Arrangamenti għall-organizzazzjoni tal-miżura pprovduta fil-paragrafu 1 u l-livell ta’ kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità għandhom jitwaqqfu mill-Kummissjoni wara li tikkonsulta l-Kumitat.

    ê 92/438/KEE Art. 11

    Artikolu 36

    ê 2006/965/KE Art. 1 punt 11

    1. Jista’ jingħata kontribut finanzjarju Komunitarju għall-kompjuterizzazzjoni tal-proċeduri veterinarji relatati ma’:

    (a) kummerċ intra-Komunitarju, u importazzjonijiet, ta’ annimali ħajjin u ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali;

    (b) hosting, ġestjoni u manutenzjoni tas-sistemi veterinarji kompjuterizzati integrati, inklużi konnessjonijiet ma’ databases nazzjonali, fejn xieraq.

    ê 92/438/KEE Art. 11 (adattat)

    2. L-arranġamenti organizzattivi għall-finanzjament skond il-paragrafu 1 u l-livell tal-kontribuzzjoni Komunitarja għandhom jiġu stabbiliti skond il-proċedura Ö msemmija Õ fl-Artikolu 40(2).

    ê 90/424/KEE (adattat)

    Artikolu 37

    1. Fil-każ illi Stat Membru jesperjenza, mil-lat strutturali jew geografiku, problemi ta ’ persunal jew infrastrutturali sabiex jimplimenta l-istrateġija ta’ kontroll ġdid li ġġib magħha it-tlestija tas-suq intern għal annimali ħajjin u prodotti li joriġinaw mill-annimali, hu jista’, għal perjodu ta’ transizzjoni, jikseb assistenza finanzjarja mill-Komunità li tkun imnaqqsa progressivament.

    2. L-Istat Membru kkonċernat għandu jagħti lill-Kummissjoni programm nazzjonali flimkien ma’ l-informazzjoni finanzjarja kollha approprjati, Ö imfassal Õ bl-iskop li jtejjeb is-sistema ta’ kontroll tiegħu.

    ê 94/370/KE Art. 1 punt 13

    3. Għall-għanijiet ta’ dan l-Artikolu, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 27(3) sa (11).

    ê 90/424/KEE (adattat)

    Artikolu 38

    Ö L-approprjazzjonijiet Õ meħtieġa għall-miżuri pprovduti f’ Ö din is-sezzjoni Õ għandhom jiġu deċiżi kull sena bħala parti mill-proċedura Ö baġitarja Õ .

    KAPITOLU V

    DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

    ê 2001/12/KE Art. 1 (adattat)

    Artikolu 39

    Infiq soġġett għal Ö finanzjament Õ skond it-termini ta’ din id-Deċiżjoni għandu jkun amministrat direttament mill-Kummissjoni skond l-Artikolu 148(2) tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002.

    ê 806/2003 Art. 3 u Anness III.9

    Artikolu 40

    1. Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat Permanenti tal-Katina ta ’ l-Ikel u s-Saħħa ta’ l-Annimali stabbilit skond l-Artikolu 58 tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 178/2002[29].

    ê 806/2003 Art. 3 u Anness III.9 (adattat)

    2. Meta jsir riferiment għal dan Ö il-paragrafu Õ, għandhom japplikaw l-Artikolu 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

    Il-perjodu ta' żmien stabbilit fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jiġi Ö stabbilit Õ għal tliet xhur.

    3. Meta jsir riferiment għal dan Ö il-paragrafu Õ, għandhom japplikaw l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

    Il-perjodu ta' żmien stabbilit fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jiġi ffissat għal 15-il jum.

    4. Il-Kumitat għandu jadotta r-Regoli ta’ Proċedura tiegħu.

    ê 90/424/KEE (adattat)

    Artikolu 41

    [Skond il-proċedura Ö msemmija Õ fl-Artikolu 40(2), il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi l-arranġamenti tal-kumpens il-miżuri ghat-tilqim kontra il-marda taż-żwiemel Afrikana mill-1 ta’ Settembru 1989.]

    ê 2006/965/KE Art. 1 punt 12 (adattat)

    Artikolu 42

    Kull erba’ snin il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport dwar is-sitwazzjoni tas-saħħa ta’ l-annimali u dwar l-effikaċja, fid-dawl ta’ l-ispejjeż magħmula, ta’ l-implimentazzjoni tal-programmi fid-diversi Stati Membri, inklużi dettalji dwar il-kriterji adottati.

    ê

    Artikolu 43

    Id-Deċiżjoni 90/424/KEE hi mħassra.

    Referenzi għad-Deċiżjoni li ġiet imħassra għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Deċiżjoni u għandhom jinqraw skond it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness III.

    ê 90/424/KEE

    Artikolu 44

    Din id-Deċiżjoni hi indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmula fi Brussell, […]

    Għall-Kunsill

    Il-President

    […]

    ê 2006/965/KE Art. 1 punt 13 u Anness

    ANNESS I

    Mard ta’ l-annimali u żoonosi

    - Tuberkulosi bovina

    - Bruċellosi bovina

    - Bruċellosi ovina u kaprina (B. melitensis)

    - Bluetongue f’żoni endemiċi jew b’riskju għoli

    - Deni tal-ħnieżer Afrikan

    - Marda ta’ l-infafet fil-ħnieżer

    - Deni klassiku tal-ħnieżer

    - Nekrożi ematopojetika infettiva

    - Anemija infettiva tas-salamun

    - Antraċe

    - Plewropnewmonite bovina kontaġjuża

    - Influwenza avjarja

    - Rabja

    - Ekinokokkosi

    - Enċefalopatiji sponġiformi trasmissibbli (TSE)

    - Kampilobatterjosi

    - Listerjosi

    - Salmonellosi (salmonella żoonotika)

    - Trikinellosi

    - E. coli verotossiġenika

    - Viremija tar-rebbiegħa tal-karpjun (SVC)

    - Settiċemija emorraġika virali (VHS)

    - Infezzjoni bil-virus erpete tal-Koi (KHV)

    - Infezzjoni bil-Bonamia ostreae

    - Infezzjoni bil-Marteilia refringens

    - Marda tal-white spot fil-krustaċji.

    _____________

    é

    ANNESS II

    Deċiżjoni mħassra flimkien ma’ lista ta' l-emendi suċċessivi tagħha

    Deċiżjoni tal-Kunsill 90/424/KEE (ĠU L 224, 18.8.1990, p. 19) |

    Deċiżjoni tal-Kunsill 91/133/KEE (ĠU L 66, 13.3.1991, p. 18) |

    Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3763/91 (ĠU L 356, 24.12.1991, p. 1) | Artikolu 10(1) biss |

    Deċiżjoni tal-Kunsill 92/337/KEE (ĠU L 187, 7.7.1992, p. 45) |

    Deċiżjoni tal-Kunsill 92/438/KEE (ĠU L 243, 25.8.1992, p. 27) | Artikolu 11 biss |

    Direttiva tal-Kunsill 92/117/KEE (ĠU L 62, 15.3.1993, p. 38) | Artikolu 9(2) biss |

    Direttiva tal-Kunsill 92/119/KEE (ĠU L 62, 15.3.1993, p. 69) | Artikolu 23(2) biss |

    Deċiżjoni tal-Kummissjoni 93/439/KEE (ĠU L 203, 13.8.1993, p. 34) |

    Deċiżjoni tal-Kummissjoni 94/77/KE (ĠU L 36, 8.2.1994, p. 15) |

    Deċiżjoni tal-Kunsill 94/370/KE (ĠU L 168, 2.7.1994, p. 31) |

    Regolament tal-Kunsill (KE) No 1258/1999 (ĠU L 160, 26.6.1999, p. 103) | Artikolu 17 biss |

    Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/12/KE (ĠU L 3, 6.1.2001, p. 27) |

    Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/572/EC (ĠU L 203, 28.7.2001, p. 16) |

    Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 806/2003 (ĠU L 122, 16.5.2003, p.1) | Punt 9 ta’ l-Anness III biss |

    Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2003/99/KE (ĠU L 325, 12.12.2003, p. 31) | Artikolu 16 biss |

    Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/53/KE (ĠU L 29, 2.2.2006, p. 37) |

    Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/782/KE (ĠU L 328, 24.11.2006, p. 57) |

    Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1791/2006 (ĠU L 363, 20.12.2006, p.1) | Kif jirrigwarda r-referenza għad-Deċiżjoni 90/424/KEE fit-tieni inċiż ta’ l-Artikolu 1(2) u punt 3 ta’ Parti 5B(I) fl-Anness biss |

    Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/965/KE (ĠU L 397, 30.12.2006, p. 22) | Artikolu 1 biss |

    _____________

    ANNESS III

    TABELLA TA’ KORRELAZZJONI

    DEċIżJONI 90/424/KEE | DIN ID-DEċIżJONI |

    ARTIKOLI 1 U 2 | ARTIKOLI 1 U 2 |

    ARTIKOLU 3(1) U (2) | ARTIKOLU 3(1) U (2) |

    ARTIKOLU 3(2A) | ARTIKOLU 3(3) |

    ARTIKOLU 3(3) | ARTIKOLU 3(4) |

    ARTIKOLU 3(4) | ARTIKOLU 3(5) |

    ARTIKOLU 3(5) | ARTIKOLU 3(6) |

    ARTIKOLU 3A | ARTIKOLU 4 |

    ARTIKOLU 3B | ARTIKOLU 5 |

    ARTIKOLU 4 | ARTIKOLU 6 |

    ARTIKOLU 5 | ARTIKOLU 7 |

    ARTIKOLU 6 | ARTIKOLU 8 |

    ARTIKOLU 7 | ARTIKOLU 9 |

    ARTIKOLU 8 | ARTIKOLU 10 |

    ARTIKOLU 9 | ARTIKOLU 11 |

    ARTIKOLU 10 | ARTIKOLU 12 |

    ARTIKOLU 10A | ARTIKOLU 13 |

    ARTIKOLU 11(1) SA (5) | ARTIKOLU 14(1) SA (5) |

    ARTIKOLU 11(6) | _ |

    ARTIKOLU 12 | ARTIKOLU 15 |

    ARTIKOLU 13 | ARTIKOLU 16 |

    ARTIKOLU 14 | ARTIKOLU 17 |

    ARTIKOLU 15 | ARTIKOLU 18 |

    ARTIKOLU 16 | ARTIKOLU 19 |

    ARTIKOLU 17 | ARTIKOLU 20 |

    ARTIKOLU 18 | ARTIKOLU 21 |

    ARTIKOLU 19 | ARTIKOLU 22 |

    ARTIKOLU 20 | ARTIKOLU 23 |

    ARTIKOLU 21 | ARTIKOLU 24 |

    ARTIKOLU 22 | ARTIKOLU 25 |

    ARTIKOLU 23(1), (2) U (3) | ARTIKOLU 26(1), (2) U (3) |

    ARTIKOLU 23(4) | _ |

    ARTIKOLU 24 | ARTIKOLU 27 |

    ARTIKOLU 25(1) U (2) | ARTIKOLU 28(1) U (2) |

    ARTIKOLU 25(3) | _ |

    Artikolu 25(4) | Artikolu 28(3) |

    Artikolu 26 | Artikolu 29 |

    Artikolu 27 | Artikolu 30 |

    Artikolu 28 | Artikolu 31 |

    Artikolu 34 | Artikolu 32 |

    Artikolu 35 | Artikolu 33 |

    Artikolu 36 | Artikolu 34 |

    Artikolu 37 | Artikolu 35 |

    Artikolu 37a | Artikolu 36 |

    Artikolu 38 | Artikolu 37 |

    Artikolu 39 | Artikolu 38 |

    Artikolu 40a | Artikolu 39 |

    Artikolu 41(1) | Artikolu 40(1) |

    Artikolu 41(2) | Artikolu 40(2) |

    Artikolu 42(1) | _ |

    Artikolu 42(2) | Artikolu 40(3) |

    Artikolu 41(3) | Artikolu 40(4) |

    Artikolu 43(1), l-ewwel subparagrafu | _ |

    Artikolu 43(1), it-tieni subparagrafu | Artikolu 41 |

    Artikolu 43(2) | _ |

    Artikolu 43(a) | Artikolu 42 |

    _ | Artikolu 43 |

    Artikolu 44 | Artikolu 44 |

    Anness | Anness I |

    _ | Anness II |

    _ | Anness III |

    _____________

    [1] KUMM(87) 868 PV.

    [2] Ara l-Anness 3 għal Parti A tal-Konklużjonijiet.

    [3] Magħmul skond il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill – Kodifikazzjoni ta’ l- Acquis Communautaire, KUMM(2001) 645 finali.

    [4] Ara l-Anness II għal din il-proposta.

    [5] ĠU C […], […], p.[…].

    [6] ĠU C […], […], p.[…].

    [7] ĠU L 224, 18.8.1990, p. 19. Deċiżjoni kif emendata Ö l-aħħar Õ mid-Deċiżjoni 2006/965/KE (ĠU L 397, 30.12.2006, p. 22).

    [8] Ö Ara l-Anness II Õ.

    [9] ĠU L 328, 24.11.2006, p. 14.

    [10] ĠU L 145, 13.6.1977, p. 44. Direttiva kif emendata mill-Att ta’ Adeżjoni 1994.

    [11] ĠU L 173, 19.6.1982, p. 18. Direttiva kif emendata l-aħħar mir-Regolament (KEE) Nru 3768/85 (ĠU L 362, 31.12.1985, p. 8).

    [12] ĠU L 53, 25.2.1989, p. 55.

    [13] ĠU L 325, 1.12.1980, p. 5. Direttiva kif emendata l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 806/2003 (ĠU L 122, 16.5.2003, p. 1).

    [14] ĠU L 382, 31.12.1986, p. 5. Direttiva kif emendata mir-Regolament (KEE) Nru 89/577/KEE (ĠU L 322, 7.11.1989, p. 21).

    [15] ĠU L 223, 2.8.1989, p. 19.

    [16] ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23. Deċiżjoni kif emendata mid-Deċiżjoni 2006/512/KE (ĠU L 200, 22.7.2006, p. 11).

    [17] ĠU L 210, 31.7.2006, p. 25.

    [18] ĠU L 10, 14.1.2006, p. 16.

    [19] ĠU L 223, 15.8.2006, p. 1.

    [20] ĠU L 325, 12.12.2003, p. 31.

    [21] ĠU L 378, 31.12.1982, p. 58.

    [22] ĠU L 306, 22.11.2003, p. 1.

    [23] ĠU L 368, 31.12.1991, p. 21.

    [24] ĠU L 140, 1.6.1990, p. 23.

    [25] ĠU L 165, 30.4.2004, p. 1.

    [26] ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

    [27] ĠU L 268, 24.9.1991, p. 56.

    [28] ĠU L 24, 30.1.1978, p. 9.

    [29] ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1.

    Top