Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52008PC0336

    Proposta għal regolament tal-Kunsill li jemenda r-regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli, f’dak li għandu x’jaqsam ma’ l-istandards tal-kummerċjalizzazzjoni għal-laħam tat-tjur

    /* KUMM/2008/0336 finali - CNS 2008/0108 */

    52008PC0336

    Proposta għal regolament tal-Kunsill li jemenda r-regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli, f’dak li għandu x’jaqsam ma’ l-istandards tal-kummerċjalizzazzjoni għal-laħam tat-tjur /* KUMM/2008/0336 finali - CNS 2008/0108 */


    [pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ |

    Brussel 28.5.2008

    KUMM(2008) 336 finali

    2008/0108 (CNS)

    Proposta għal

    REGOLAMENT TAL-KUNSILL

    li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli, f’dak li għandu x’jaqsam ma’ l-istandards tal-kummerċjalizzazzjoni għal-laħam tat-tjur

    (preżentata mill-Kummissjoni)

    MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

    Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 jieħu post id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 1906/90, f‘dak li għandu x’jaqsam ma’ ċerti standards tal-kummerċjalizzazzjoni għal-laħam tat-tjur

    Il-Kummissjoni biħsiebha tipproponi, b’applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru° 853/2004, li tawtorizza l-użu ta’ ċerti sustanzi għal kontra l-kontaminazzjoni ta' wiċċ il-karkassi tat-tjur. Id-definizzjoni attwali tal-laħam tat-tjur, kif provduta fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 għal dak li għandu x’jaqsam mal-kummerċjalizzazzjoni tal-laħam tat-tjur mhix kompatibbli ma' l-użu ta' dawn is-sustanzi.

    Fil-fatt, ir-riferenza esklussiva għat-trattament bil-kesħa fid-definizzjoni attwali tal-"laħam tat-tjur" hija restrittiva wisq fil-konfront ta' l-iżvilupp teknoloġiku. Jeħtieġ għalhekk li din id-definizzjoni tiġi adattata.

    B’hekk, l-implimentazzjoni tar-Regolament li jawtorizza l-użu għat-tjur ta’ sustanzi kontra l-kontaminazzjoni teħtieġ emenda tar-Regolament tal-Kunsill għal dak li għandu x’jaqsam mal-kummerċjalizzazzjoni tal-laħam tat-tjur, u b’mod partikolari, id-definizzjoni ta' "laħam tat-tjur".

    Fil-każ li l-proposta tal-Kummissjoni għall-awtorizzazzjoni ta’ dawn is-sustanzai ma tkunx ġiet adotatta, il-Kummissjoni tirtira l-emenda tad-definizzjoni proposta minn din il-proposta.

    Barra minn hekk, mill-1990, l-insjem tad-dispożizzjonijiet marbuta ma’ l-istandards tal-kummerċjalizzazzjoni ma ġiex rivedut fil-fond pari passu ma’ l-evoluzzjoni kbira li għaddew minnha s-suq tal-laħam tat-tjur u d-drawwiet tal-konsum.

    Huwa għalhekk indispensabbli li jitqiesu mill-ġdid l-istandards tal-kummerċjalizzazzjoni tal-laħam tat-tjur, partikolarment fid-dawl ta' l-iżviluppi teknoloġiċi, u li ċerti prinċipji jiġu estiżi għal preparazzjonijiet u prodotti b'bażi ta' laħam tat-tjur.

    Fid-dawl tal-fatt li l-laħam tat-tjur qed jiġi kkunsmat dejjem aktar fil-forom ta’ preparazzjonijiet u prodotti b'bażi ta' laħam, jeħtieġ li jitwessa’ l-ambitu ta’ l-istandards tal-kummerċjalizzazzjoni tal-laħam tat-tjur għall-preparazzjonijiet u l-prodotti b'bażi ta' tjur, u bl-istess mod għal-laħam tat-tjur fis-salmura li kull ma jmur qed isir oġġett ta’ kummerċ kbir.

    Mill-perspettiva tal-konsumatur, meta l-laħam tat-tjur jinbiegħ bħala "frisk", il-konsumatur jistenna li dan qatt ma jkun ġie ffriżat jew iffriżat malajr minn qabel, għaliex dan għalih huwa garanzija ta' kwalità. B’hekk irid jissaħħaħ il-prinċipju attwali li l-laħam tat-tjur li jinbiegħ "frisk" m’għandux ikun ġie ffriżat qabel, u għandu jiġi estiż għall-preparazzjonijiet u l-prodotti b'bażi ta' laħam tat-tjur.

    Din il-proposta m’għandha l-ebda implikazzjoni fuq il-baġit Komunitarju.

    2008/0108 (CNS)

    Proposta għal

    REGOLAMENT TAL-KUNSILL

    li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli, f’dak li għandu x’jaqsam ma’ l-istandards tal-kummerċjalizzazzjoni għal-laħam tat-tjur

    IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 37 tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

    Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew,

    Billi:

    1. Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) [Ir-Regolament dwar “l-OKS Unika”][1], jistabbilixxi ċerti standards ta’ kummerċjalizzazzjoni għal-laħam tat-tjur.

    2. L-Artikolu 116 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 jipprovdi li l-prodotti tas-settur tat-tjur għandhom ikunu kkummerċjalizzati skond id-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Anness XIV ta’ dan ir-Regolament.

    3. Fid-dawl tal-fatt li l-laħam tat-tjur qed jiġi kkunsmat dejjem aktar fil-forom ta’ preparazzjonijiet u prodotti b'bażi ta' laħam, jeħtieġ li jitwessa’ l-ambitu ta’ l-istandards tal-kummerċjalizzazzjoni tal-laħam tat-tjur għall-preparazzjonijiet u l-prodotti b'bażi ta' tjur.

    4. Bl-istess mod, il-laħam tat-tjur fis-salmura mill-kodiċi NM 0210 99 39 għandu jkun kopert mill-ambitu ta’ l-istandards tal-kummerċjalizzazzjoni.

    5. Ir-riferenza esklussiva għat-trattament bil-kesħa fid-definizzjoni attwali tal-"laħam tat-tjur" hija restrittiva wisq fil-konfront ta' l-iżvilupp teknoloġiku. Jeħtieġ għalhekk li din id-definizzjoni tiġi adattata.

    6. Fid-dawl tal-leġiżlazzjoni Komunitarja dwar it-tikkettar tal-prodotti, it-tikkettar u l-metodi li biha dan isir ma jridux isiru b'tali mod li jqarrqu bix-xerrej, partikolarment f'dak li għandu x'jaqsam mal-karatteristiċi tal-prodott ta' l-ikel, u partikolarment in-natura, l-identità, il-kwalitajiet, l-għamla, il-kwantità, kemm idum tajjeb, l-oriġini jew minn fejn ikun ġej, il-mod tal-produzzjoni jew tal-manifattura.

    7. Għall-konsumatur huwa partikolarment importanti l-istat li fih jinbiegħ il-laħam tat-tjur, b'mod partikolari meta jkun qed jinbiegħ frisk. Meta l-laħam tat-tjur jinbiegħ bħala "frisk", il-konsumatur jistenna li dan qatt ma jkun ġie ffriżat jew iffriżat malajr minn qabel, għaliex dan għalih huwa garanzija ta' kwalità.

    8. B’hekk irid isir aktar espliċitu l-prinċipju attwali li l-laħam tat-tjur frisk, inklużi l-preparazzjonijiet u l-prodotti b'bażi ta' laħam tat-tjur frisk, ma jkunx ġie ffriżat qabel ma jinbiegħ bħala laħam frisk. Ta’ min għalhekk jitfakkar li fost l-għanijiet ta’ l-istandards tal-kummerċjalizzazjoni, hemm partikolarment it-titjib tal-kwalità tal-laħam tat-tjur u t-tagħrif dwaru, u b'hekk dan jiġġustifika l-fatt li l-kunċett tal-"frisk" jiġi definit strettament fi ħdan l-istandards tal-kummerċjalizzazjoni milli fil-leġiżlazzjoni dwar is-sigurtà ta' l-ikel.

    9. Il-laħam tat-tjur li jkun ġie ffriżat jew iffriżat malajr għandu jinbiegħ fl-istess stat, jew jintuża fil-preparazzjonijiet kummerċjalizzati fl-istat iffriżat jew iffriżat malajr, jew fil-prodotti b’bażi ta’ laħam.

    10. Billi t-taqsim tal-kategorija A f’A1 u A2 ipprovduta mir-regolament (KE) Nru° 1234/2007 mhix siewja u lanqas ma tintuża fil-prattika, jeħtieġ li dan ir-rekwiżit jitneħħa għal raġunijiet ta’ simplifikazzjoni.

    11. Ir-Regolament (KE) Nru° 1234/2007 għandu għalhekk ikun emendat kif xieraq,

    ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT

    Artikolu 1

    L-Anness XIV għar-Regolament (KE) Nru° 1234/2007 huwa emendat skond l-Anness għal dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba' jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil- Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea .

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell,

    Għall-Kunsill

    Il-President

    ANNESS

    Il-Parti 2 ta’ l-Anness XIV tar-Regolament (KE) Nru° 1234/2007 qed tiġi emendata kif ġej:

    1) Fil-parti I, il-paragrafu 1 għandu jinbidel b'li ġej:

    "1. Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tal-Parti C dwar il-produzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni ta' bajd għat-tifqis u tal-flieles tat-tjur tar-razzett, dawn id-dispożizzjonijiet japplikaw għall-kummerċjalizzazzjoni, fiħ ħdan il-Komunità, ta' ċerti tipi u ċerti preżentazzjonijiet ta' laħam tat-tjur, kif ukoll għal preparazzjonijiet u prodotti bbażati fuq laħam tat-tjur jew intern tat-tjur, ta' l-ispeċijiet imsemmija fl-Anness I, parti XX, u li jkunu suġġett ta’ negozju jew kummerċ:

    - sriedak u tiġieġ,

    - papri,

    - wiżż,

    - dundjani nisa u rġiel,

    - fargħuni.

    Id-dispożizzjonijiet preżenti japplikaw ukoll għal-laħam tat-tjur fis-salmura kopert mill-kodiċi NM 0210 99 39 imsemmi fl-Anness I, partie XXI."

    2) Il-Parti II għandha tinbidel b'dan li ġej:

    "II. Definizzjonijiet

    Mingħajr preġudizzju għal aktar definizzjonijiet li għandhom ikunu stabbiliti mill-Kummissjoni għall-iskop ta' l-applikazzjoni ta' din il-Parti:

    1. "laħam tat-tjur" tfisser: il-partijiet li jittieklu tat-tjur tal-kodiċi NM 0105.

    2. "laħam tat-tjur frisk" tfisser: laħam tat-tjur li qatt ma twebbes, fi kwalunkwe ħin, bi proċess ta' tkessiħ qabel ma tqiegħed f'temperatura permanenti ta’ mhux anqas minn − 2°C, u mhux aktar + 4°C; madankollu, l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu rekwiżiti ta' konservazzjoni differenti għal perjodu qasir għat-tqattigħ u l-ħżin ta' laħam tat-tjur frisk fil-ħwienet li jbigħu bl-imnut jew fi stabbililmenti fejn il-punti tal-bejgħ, fejn it-tqattigħ u l-ħżin jitwettqu biss għall-iskop tal-bejgħ dirett, fil-post, lill-konsumatur.

    3. "laħam tat-tjur iffriżat" tfisser: laħam tat-tjur li għandu jkun iffriżat mill-iktar fis possibbli skond il-proċeduri normali tal-qatla u li għandu jinżamm f'temperatura li ma tkunx ogħla minn - 12°C fi kwalunkwe ħin.

    4. "laħam tat-tjur iffriżat malajr" tfisser: laħam tat-tjur li għandu jinżamm permanentement f'temperatura ta' mhux aktar minn -18°C fi kwalunkwe ħin, fil-limitu tat-tolleranzi kif previsti fid-Direttiva tal-Kunsill 89/108/KEE tal-21 ta' Diċembru 1998 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ oġġetti ta’ l-ikel ffriżati malajr għal konsum mill-bniedem*.

    5. "preparazzjoni b'bażi ta' laħam tat-tjur frisk": preparazzjoni ta’ laħam li ntużat id-definizzjoni “laħam tat-tjur frisk” skond dan ir-Regolament.

    6. "prodott b'bażi ta' laħam tat-tjur frisk": prodott b’bażi ta’ laħam kif definit fl-Anness I, punt 7.1, tar-Regolament preparazzjoni (KE) n° 853/2004, li għalih intużat id-definizzjoni “laħam tat-tjur” skond dan ir-Regolament.

    * ĠU L 40, 11.2.1989, p. 51."

    3) Il-Parti III hija emendata kif ġej:

    a) fil-paragrafu 1, jitħassar it-tieni subparagrafu.

    b) fil-paragrafu 2, is-sentenza introduttorja għandha tinbidel b'dan li ġej:

    "Il-laħam tat-tjur kif ukoll il-preparazzjonijiet b’bażi ta’ laħam tat-tjur għandhom ikunu kummerċjalizzati skond dawn il-kundizzjonijiet:”

    [1] ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 248/2008 (ĠU L 76, 19.3.2008, p. 6).

    Top