This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52008PC0151
Proposal for a Directive of the European Parliament and of the Council facilitating cross-border enforcement in the field of road safety {SEC(2008) 350} {SEC(2008) 351}
Proposta ghal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tiffaċilita l-infurzar transkonfinali fil-qasam tas-sikurezza fit-toroq {SEG(2008) 350} {SEG(2008) 351}
Proposta ghal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tiffaċilita l-infurzar transkonfinali fil-qasam tas-sikurezza fit-toroq {SEG(2008) 350} {SEG(2008) 351}
/* KUMM/2008/0151 finali - COD 2008/0062 */
[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ | Brussel 19.3.2008 KUMM(2008) 151 finali 2008/0062 (COD) Proposta ghal DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li tiffaċilita l-infurzar transkonfinali fil-qasam tas-sikurezza fit-toroq (preżentata mill-Kummissjoni){SEG(2008) 350}{SEG(2008) 351} MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI 1) IL-KUNTEST TAL-PROPOSTA | 110 | Ir-raġunijiet u l-għanijiet tal-proposta Sa mill-2001, il-politika Komunitarja fil-qasam tas-sikurezza fit-toroq għandha l-mira li tnaqqas bin-nofs l-għadd ta’ mwiet fit-toroq sas-sena 2010. Fl-2001, 54 000 ruħ tilfu ħajjithom fit-toroq tas-27 pajjiż li llum huma Stati Membri ta’ l-Unjoni Ewropea, u minn dak iż-żmien 'l hawn ittieħdu diversi miżuri biex jintlaħaq l-għan ta’ tnaqqis b'50%. Fl-2007, għall-ewwel darba mill-2001, ma sar l-ebda progress fit-tnaqqis ta’ l-imwiet fit-toroq ta’ l-UE. It-tnaqqis fl-għadd ta’ mwiet kull sena kien ta’ 6% fl-2004, 5% fl-2006, u 0% fl-2007. Fl-2007, l-għadd ta’ mwiet baqa’ 43 000, li huwa ekwivalenti għan-numru ta’ passiġġieri li kienu jitilfu ħajjithom li kieku kienu jiġġarrfu ħames ajruplani ta’ daqs medju kull ġimgħa fl-UE. Matul il-perjodu mill-2001 sa l-2007, l-għadd ta’ mwiet naqas b'20%, filwaqt li kien jeħtieġ tnaqqis ta’ 37% biex tkun tista’ tintlaħaq il-mira ta’ tnaqqis bin-nofs. Billi l-infurzar wera li huwa strument mill-aktar effettiv biex jitnaqqas l-għadd ta’ mwiet, il-Kummissjoni adottat proposta għal Direttiva f'dan il-qasam, bħala parti mill-Programm ta’ Ħidma tagħha għall-2007. Illum il-ġurnata, ir-reati tat-traffiku spiss ma jiġux sanzjonati meta jsiru minn vettura rreġistrata fi Stat Membru differenti minn dak fejn ikun sar ir-reat. Din il-problema ssir aktar serja meta wieħed jikkunsidra r-reati li jkunu rreġistrati awtomatikament mill-kameras tat-traffiku, fejn ma jkunx hemm kuntatt dirett bejn is-sewwieq u l-pulizija. L-aċċettazzjoni mill-pubbliku ta’ l-infurzar tal-liġi hija fundamentali għall-isforzi li qed isiru biex jitnaqqsu l-vittmi fit-toroq, u għaldaqstant, l-evażjoni tal-liġi minn persuni li jsuqu barra mill-pajjiż ta’ residenża tagħhom għandha mnejn iddgħajjef tali aċċettazzjoni. Il-perċentwal tal-persuni fit-traffiku li mhumiex residenti fil-pajjiż rispettiv jidher li huwa ta’ madwar 5% f'dawk il-pajjiżi fejn dan it-tagħrif huwa disponibbli.[1] Il-perċentwal ta’ sewwieqa mhux residenti f'reati ta’ eċċess ta’ veloċità juri firxa ta’ bejn 2.5% u 30%[2]. Dawn iċ-ċifri jissuġġerixxu li s-sewwieqa mhux residenti jkunu involuti f'reati ta’ eċċess ta’ veloċità relattivament aktar ta’ spiss mis-sewwieqa residenti[3]. Minkejja li ġew konklużi għadd ta’ ftehimiet bilaterali fost l-Istati Membri, l-implimentazzjoni tagħhom sfat diffiċli. Barra minn hekk, in-nuqqas ta’ infurzar transkonfinali ma’ l-UE kollha mhux biss jagħti lok għall-impunità ta’ min jikser il-liġi f'pajjiż li ma għandu l-ebda ftehim bilaterali mal-pajjiż ta' residenza tiegħu, iżda jimplika fl-istess ħin diskriminazzjoni kontra dawk li jikkommettu reati f'pajjiż fejn huma residenti. Din il-proposta hija mfassla biex tiffaċilita l-infurzar tas-sanzjonijiet kontra s-sewwieqa li jikkommettu reat fi Stat Membru barra minn dak fejn tkun irreġistrata l-vettura tagħhom. L-għan tas-sistema proposta huwa li tiżgura li l-infurzar tal-liġi fir-rigward ta’ tali reati jitwettaq irrispettivament minn f'liema parti ta’ l-Unjoni Ewropea jkun sar ir-reat, u irrispettivament minn fejn tkun irreġistrata l-vettura li biha jkun sar. Ir-reati koperti mill-proposta huma l-eċċess ta’ velocità, is-sewqan taħt l-influwenza tax-xorb, in-nuqqas ta’ użu taċ-ċinturin tas-sikurezza, u l-qbiż tad-dawl l-aħmar. Dawn huma r-reati tat-traffiku li jikkaġunaw l-akbar għadd ta’ inċidenti u mwiet fit-toroq. Il-proposta timmira t-twaqqif ta’ netwerk Komunitarju għall-iskambju tad-dejta elettronika, bil-għan li jkun jista’ jidentifika s-sid ta' vettura sabiex l-awtoritajiet ta' Stat Membru fejn ikun sar reat ikunu jistgħu jibagħtu notifika lid-detentur tal-vettura involuta fir-reat. Sistema bħal din tkun ta’ siwi partikolari fejn jidħlu r-reati tat-traffiku rreġistrati minn tagħmir awtomatiku fejn ma jistax jiġi identifikat minnufih min ikun ikkommetta r-reat, bħall-eċċess ta’ veloċità jew il-qbiż tad-dawl l-aħmar. Is-sistema tkun utli wkoll billi tippermetti s-segwiment ta’ reati fejn tkun meħtieġa l-verifika tad-dettalji tar-reġistrazzjoni tal-vettura, fil-każ fejn il-vettura tkun ġiet imwaqqfa. Dan jgħodd speċjalment għas-sewqan taħt l-influwenza tax-xorb. Il-proposta ma tirreferix għall-armonizzazzjoni tar-regoli tat-traffiku u lanqas għall-armonizzazzjoni tal-penalitajiet għar-reati tat-traffiku, għax jaqbel li dawn il-kwistjonijiet jitħallew f'idejn l-Istati Membri. Il-proposta tinkludi biss dispożizzjonijiet ta’ natura purament amministrattiva, għall-implimentazzjoni ta’ sistema effiċjenti u effikaċi għall-infurzar transkonfinali tar-reati ewlenin tat-traffiku. Ma tindaħalx fil-kwalifiki ta’ dawn ir-reati tat-traffiku min-naħa ta’ kull Stat Membru, li jistgħu jkunu ta’ natura amministrattiva jew penali. Ma tindaħalx lanqas fil-liġijiet ta’ l-Istati Membri fir-rigward ta’ min għandu jitqies responsabbli għar-reati kkonċernati. It-test japplika mingħajr ma ssir distinzjoni bejn ir-reati kkonċernati f'termini tal-kwalifika legali tagħhom bħala penali jew amministrattivi, għax din tkun differenti skond l-Istat Membru; għaldaqstant, it-test jista’ jiġi applikat irrispettivament minn tali kwalifiki. Meta jitqiesu dawn il-limitazzjonijiet kollha, il-proposta tikkunsidra bis-sħiħ il-prinċipju tas-sussidjarjetà. Is-sistema proposta taqbel mal-metodu tradizzjonali li bih jiġu indirizzati r-reati transkonfinali: jiġu trattati mill-Istat Membru fejn ikun sar ir-reat. Il-valur miżjud tal-proposta jinsab fl-introduzzjoni ta’ mekkaniżmu (li għad irid jinħoloq) li permezz tiegħu l-awtoritajiet ikkonċernati jkunu jistgħu jidentifikaw u jittrattaw il-persuni mhux residenti li jikkommettu reat. Il-proposta ma tfixkilx l-applikazzjoni tad-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2005/214/ĠAI dwar l-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ rikonoxximent reċiproku ta’ penalitajiet finanzjarji (it-tielet pilastru). Id-Direttiva proposta tapplika għall-fażijiet ta’ qabel ma tkun ġiet imposta sanzjoni finali, filwaqt li d-Deċiżjoni Kwadru tibda tapplika fejn min ikun ikkommetta r-reat ma jkunx ħallas il-multa u tkun ittieħdet deċiżjoni finali li tobbligah iħallas. | 120 | Il-kuntest ġenerali Matul il-perjodu mill-2001 sa l-2007, il-progress fit-tnaqqis ta’ l-għadd ta’ mwiet fit-toroq majna. Tant hu hekk li fl-2007 ma sar progress ta’ xejn: il-perċentwal ta’ tnaqqis fl-imwiet fl-UE kien ta’ 0%. Id-dejta disponibbli turi li l-kawżi ewlenin ta’ l-inċidenti mortali huma l-eċċess ta’ veloċità, is-sewqan taħt l-effett tax-xorb, u n-nuqqas ta’ użu taċ-ċinturin tas-sikurezza. Dan diġà kien il-każ fl-1999, u minn dak iż-żmien 'l hawn ma nbidel xejn f'dan ir-rigward. Skond il-valutazzjoni ta’ l-impatt li saret fl-2007, li tipprovdi stimi għas-sena 2004, 30% mill-imwiet fit-toroq saru minħabba eċċess ta’ veloċità, 25% saru minħabba s-sewqan taħt l-influwenza tax-xorb, 17% minħabba li ma ntlibisx iċ-ċinturin tas-sikurezza, u madwar 4% minħabba li nqabeż id-dawl l-aħmar tat-traffiku. Dan ifisser li madwar 75% ta’ l-imwiet fit-toroq ikunu kkaġunati minn waħda (jew aktar) minn dawn l-erba’ reati tat-traffiku. Fil-21 ta’ Ottubru 2003, il-Kummissjoni adottat Rakkomandazzjoni dwar l-infurzar fil-qasam tas-sikurezza fit-toroq (2004/345/KE), li tinkludi l-aqwa prassi għall-infurzar tal-liġi rigward dawn ir-reati ewlenin. Mix-xejra fl-għadd ta’ mwiet fit-toroq sal-lum, jidher li din ir-Rakkomandazzjoni, strument li ma jorbotx, mhijiex biżżejjed biex tintlaħaq il-mira ta’ tnaqqis bin-nofs tal-vittmi mortali fit-toroq. Jekk ma jitteħdux miżuri oħra, huwa mill-aktar probabbli li l-mira ma tintlaħaqx. | 130 | Dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam tal-proposta Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tal-21 ta’ Ottubru 2003 dwar l-infurzar fil-qasam tas-sikurezza fit-toroq fir-rigward ta’ l-eċċess ta’ veloċità, is-sewqan taħt l-influwenza tax-xorb u n-nuqqas ta’ użu taċ-ċinturin tas-sikurezza, tiffoka fuq l-aqwa prassi għall-infurzar filwaqt li tittratta l-infurzar transkonfinali f'inqas dettall. Min-naħa l-oħra, din il-proposta tiffoka fuq il-kwistjonijiet transkonfinali, mingħajr ma tirreferi speċifikament għall-metodi ta’ infurzar. Ix-xebh ewlieni bejn dawn iż-żewġ atti jinsab fir-referenza tagħhom għall-infurzar rigward bażikament l-istess reati tat-traffiku. | 140 | Konsistenza ma’ politiki u għanijiet oħrajn ta’ l-Unjoni L-azzjoni proposta hija skond il-politiki ta’ l-UE dwar is-saħħa tal-bniedem u dwar l-ambjent. L-azzjoni se tikkomplementa wkoll id-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2005/214/ĠAI dwar l-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ rikonoxximent reċiproku ta’ penalitajiet finanzjarji, li tistabbilixxi mekkaniżmu għar-rikonoxximent u l-infurzar transkonfinali ta’ deċiżjonijiet finali li jirrigwardaw il-penalitajiet finanzjarji, fost l-oħrajn għar-reati tat-traffiku. | 2) IL-KONSULTAZZJONI MAL-PARTIJIET INTERESSATI U L-VALUTAZZJONI TA’ L-IMPATT | Il-konsultazzjoni mal-partijiet interessati | 211 | Il-metodi ta’ konsultazzjoni, is-setturi ewlenin fil-mira u l-profil ġenerali ta’ dawk li wieġbu Il-partijiet interessati ġew ikkonsultati mill-istadji bikrija tal-proġett. Fl-2004, fil-qafas tal-proġett SARTRE 3 ("Social Attitude to Road Traffic Risks in Europe"), 24 000 ċittadin ta’ l-UE ġew mitluba l-fehma tagħhom rigward l-infurzar fil-qasam tas-sikurezza fit-toroq. Fl-20 ta’ Lulju 2006, saret laqgħa mal-grupp espert li twaqqaf wara r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tal-21 ta’ Ottubru 2003 dwar l-infurzar fil-qasam tas-sikurezza fit-toroq, fejn ġew diskussi l-firxa u l-għanijiet ta’ l-azzjoni regolatorja fil-livell ta’ l-UE. Barra minn hekk, saru diversi laqgħat bilaterali ma’ għadd ta’ partijiet interessati, partikolarment ma’ l-Istati Membri u l-awtoritajiet ta’ infurzar. Mis-6 ta’ Novembru 2006 sad-19 ta’ Jannar 2007, saret konsultazzjoni pubblika permezz tal-websajt "Europa", skond l-istandards applikabbli tal-Kummissjoni. Ġew irċevuti 54 kumment mid-diversi partijiet interessati. Il-kummenti kollha ġew ippubblikati fuq is-sit dwar is-Sikurezza fit-toroq fil-portal "Europa" tal-Kummissjoni. Fis-27 ta’ Frar 2007, saret laqgħa mal-partijiet interessati, fejn kienu mistiedna l-awturi kollha tal-kummenti u l-Istati Membri kollha. Il-Kummissjoni fasslet kwestjonarju għall-korpi tal-pulizija tat-traffiku ta’ kull pajjiż fl-UE bil-għan li tiġbor informazzjoni rigward l-infurzar tal-liġi fit-toroq Ewropej. 21 pajjiż wieġbu l-kwestjonarju, u dawn it-tweġibiet intużaw bħala bażi għal diskussjoni fejn kienu mistednin il-korpi tal-pulizija tat-traffiku sabiex iressqu l-kummenti tagħhom, bil-għan li ssir azzjoni fil-livell Komunitarju. | 212 | Ġabra fil-qosor tat-tweġibiet u kif tqiesu. Kull min ħa sehem fil-konsultazzjoni qabel rigward id-definizzjoni tal-problema u l-azzjoni li għandha tittieħed fuq il-livell ta’ l-UE: jiġifieri, it-titjib fis-sikurezza fit-toroq permezz ta’ infurzar aħjar, kemm fis-sustanza kif ukoll fejn jidħlu l-proċeduri. Madankollu, għad hemm nuqqas ta’ qbil f'dak li jirrigwarda l-qafas legali xieraq għal tali infurzar. Ġew ikkunsidrati t-tweġibiet kollha. | 213 | Saret konsultazzjoni miftuħa fuq l-internet mis-6 ta’ Novembru 2006 sad-19 ta’ Jannar 2007. Il-Kummissjoni rċeviet 54 risposta. Ir-riżultati huma disponibbli (bl-Ingliż) mill-paġna http://ec.europa.eu/transport/roadsafety/enforcement/introduction_en.htm#consultation. | Il-ġbir u l-użu ta’ l-għarfien espert | 221 | Oqsma xjentifiċi/ ta' għarfien espert ikkonċernati Is-sikurezza fit-toroq u l-infurzar tal-liġi dwar is-sikurezza fit-toroq. | 222 | Il-metodoloġija użata Laqgħat ma’ esperti mill-Istati Membri; konsultazzjoni u laqgħat mal-partijiet interessati; diversi proġetti ta' riċerka; proġetti u studji oħra. | 223 | L-organizzazzjonijiet/esperti ewlenin li ġew ikkonsultati Uffiċjali mill-Istati Membri responsabbli għall-politika tat-trasport u għall-infurzar tal-liġi tat-traffiku, TISPOL (in-Netwerk Ewropew tal-Pulizija tat-Traffiku) u l-Kunsill Ewropew għas-Sikurezza fit-Trasport. | 2249 | Ġabra fil-qosor tal-konsulenza miksuba u użata Ma ssemmietx l-eżistenza ta’ riskji potenzjalment serji b’konsegwenzi irriversibbli. | 225 | Inqabel b'mod unanimu li, jekk ma titteħidx aktar azzjoni fil-forma ta’ infurzar tal-liġi dwar is-sikurezza fit-toroq, se jkun impossibbli li jitnaqqas l-għadd inaċċettabbli ta’ mwiet fit-toroq skond l-għan appoġġat mill-istituzzjonijiet kollha ta' l-UE. Min-naħa l-oħra, kien hemm nuqqas ta’ qbil rigward il-mezz legali xieraq biex jintlaħaq dak il-għan. | 226 | Il-mezzi użati biex il-konsulenza ta’ l-esperti tkun disponibbli għall-pubbliku Ir-reazzjonijiet għad-dokument ta’ konsultazzjoni mill-partijiet interessati ġew ippubblikati fuq il-websajt tal-Kummissjoni: http://ec.europa.eu/transport/roadsafety/enforcement/introduction_en.htm#consultation | 230 | Il-valutazzjoni ta’ l-impatt Il-valutazzjoni ta’ l-impatt tikkunsidra ħames għażliet, li kull waħda minnhom tindirizza kemm l-infurzar transkonfinali kif ukoll l-aqwa prassi għall-infurzar li għandhom jiġu implimentati fl-Istati Membri. L-ewwel għażla hija li s-sitwazzjoni attwali titħalla kif inhi. Fit-tieni għażla, min jikser il-liġi f'pajjiż barra minn dak tar-residenza tiegħu jitressaq il-qorti meta jirritorna fil-pajjiż fejn ikun ikkommetta r-reat, abbażi ta' kooperazzjoni mal-pajjiż ta' residenza tiegħu. Din l-għażla tinvolvi miżuri mhux regolatorji li jistgħu jittieħdu mingħajr il-ħtieġa li jinbidlu l-liġijiet eżistenti jew li tiġi adottata leġiżlazzjoni ġdida fil-livell ta’ l-UE. Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-infurzar fil-qasam tas-sikurezza fit-toroq (2004/345/KE) tħeġġeġ lill-Istati Membri biex jimplimentaw l-aqwa prassi fl-infurzar tal-liġi. F'dak li jirrigwarda l-infurzar transkonfinali, ir-regoli nazzjonali jittejbu. It-tielet u r-raba’ għażliet ukoll jinvolvu miżuri mhux regolatorji għall-infurzar, imsejsa fuq ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni. Fejn jidħol l-infurzar transkonfinali, l-għażla 3 tikkonsisti filli jitwaqqaf netwerk Komunitarju għall-iskambju tad-dejta elettronika bil-għan li jiġi identifikat id-detentur tal-vettura; filwaqt li l-għażla 4 tissejjes fuq ir-rikonoxximent reċiproku tal-provi u t-trażmissjoni tad-dejta relevanti lill-awtoritajiet ta' l-Istat fejn hija rreġistrata l-vettura, għall-infurzar kontra r-reati u għall-applikazzjoni tas-sanzjonijiet korrispondenti mill-awtoritajiet imsemmija. Il-ħames għażla tissejjes ukoll fuq it-trażmissjoni tal-provi lill-Istat tar-residenza ta’ min jikkommetti r-reat għall-infurzar transkonfinali. Hija differenti mill-għażliet 2, 3 u 4 billi tinkludi miżuri regolatorji għall-implimentazzjoni ta’ l-aqwa metodi ta’ infurzar mill-Istati Membri kollha. Din l-għażla tinkludi wkoll miżuri dwar l-istandardizzazzjoni tat-tagħmir ta’ kontroll. Din l-aħħar għażla ġġib magħha aktar vantaġġi soċjali, ekonomiċi u ambjentali mill-erba' għażliet l-oħra (soċjali: jinqatlu u jindarbu inqas nies fit-toroq; ekonomiċi: benefiċċji finanzjarji sinifikanti mill-għadd aktar baxx ta’ inċidenti, u b'hekk inqas ħsarat personali u materjali, kif ukoll mid-dħul minn penalitajiet finanzjarji; ambjentali: billi jitnaqqas l-eċċess ta’ velocità, isir inqas tniġġis u inqas konsum ta' fjuwil). Madankollu, f'dan l-istadju ta’ żvilupp tal-leġiżlazzjoni Komunitarja, l-għażla 5 mhijiex vjabbli: fis-sustanza, tmur kontra l-prinċipju tas-sussidjarjetà, u mil-lat ta’ proċedura, tikkoinċidi mad-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2005/214/ĠAI dwar l-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ rikonoxximent reċiproku ta’ penalitajiet finanzjarji. Għaldaqstant, l-azzjoni proposta tissejjes fuq l-għażla 3. L-għan huwa li tinħoloq sistema għall-iskambju tad-dejta relevanti fost l-Istati Membri, biex tiffaċilita s-sanzjonar ta’ ċerti reati tat-traffiku kommessi fi Stat Membru b'vettura rreġistrata fi Stat Membru ieħor. Bil-maqlub ta’ l-għażla 4, tħalli l-azzjoni għas-segwiment tar-reati f'idejn l-Istat Membru fejn ikun sar ir-reat. L-għażla 3 tkopri l-fażijiet kollha minn meta jiġi rreġistrat ir-reat sat-trażmissjoni tan-notifika tar-reat lid-detenetur taċ-ċertifikat tar-reġistrazzjoni tal-vettura. Ma tittrattax każijiet fejn id-destinatarju jirrifjuta li jħallas u jiġi obbligat li jħallas permezz ta’ deċiżjoni finali, għax id-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2005/214/ĠAI msemmija aktar 'il fuq tipprovdi għar-rikonoxximent reċiproku u għall-infurzar ta’ dan it-tip ta’ deċiżjonijiet finali. | 231 | Il-Kummissjoni wettqet valutazzjoni ta’ l-impatt kif inhu indikat fil-Programm ta’ Ħidma; ir-rapport korrispondenti huwa disponibbli bir-referenza SEC(2007)XXX. | 3) L-ELEMENTI ġURIDIċI TAL-PROPOSTA | 305 | Ġabra fil-qosor ta' l-azzjoni proposta Il-proposta ddaħħal il-mekkaniżmi tekniċi u l-istrumenti legali meħtieġa biex jiġi implimentat l-infurzar transkonfinali kontra r-reati tat-traffiku li jipperikolaw is-sikurezza fit-toroq. Il-proċedura proposta tistipula li l-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-Istati Membri għandu jibda meta jkun sar reat fi Stat Membru b'vettura rreġistrata fi Stat Membru ieħor. L-Istat Membru fejn ikun sar ir-reat jibgħat in-numru ta’ reġistrazzjoni tal-vettura u tagħrif ieħor relevanti lill-Istati Membri l-oħra, jew għall-Istat tar-residenza tas-sewwieq jekk il-pajjiż jista' jkun identifikat, u jitlob informazzjoni dwar id-detentur tal-vettura. L-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-Istati Membri jsir permezz ta’ netwerk elettroniku. Ladarba l-Istat fejn ikun sar ir-reat ikun irċieva l-informazzjoni mitluba, tibgħat notifika tar-reat lid-detentur tal-vettura permezz tal-formola standard mogħtija fl-Anness. Dan id-dokument fih l-informazzjoni meħtieġa għall-ħlas ta’ l-ammont dovut, kif ukoll it-tagħrif dwar il-possibbiltajiet ta’ oġġezzjoni u appell. Bħala l-aħħar soluzzjoni, fil-każ li min ikun ikkommetta r-reat ma jħallasx, tista’ tiġi applikata d-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2005/214/ĠAI dwar l-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ rikonoxximent reċiproku ta’ penalitajiet finanzjarji. Il-proposta tkopri r-reati ta’ l-eċċess ta’ veloċità, is-sewqan taħt l-effett tax-xorb, in-nuqqas ta’ użu taċ-ċinturin tas-sikurezza, u l-qbiż tad-dawl l-aħmar tat-traffiku. Fl-aħħarnett, il-Kummissjoni se jkollha l-appoġġ ta’ Kumitat dwar l-infurzar tal-liġi dwar is-sikurezza fit-toroq. Dan il-Kumitat se jfassal regoli komuni għall-iskambju ta’ informazzjoni b'mezz elettroniku, u se jkun involut ukoll f'adattamenti eventwali tal-formola mudell għan-notifika tar-reat. | 310 | Bażi ġuridika Il-bażi ġuridika għat-teħid ta’ miżuri fil-livell ta’ l-UE fil-qasam tas-sikurezza fit-toroq hija l-Artikolu 71(1) tat-Trattat tal-KE, li jiddikjara li "... il-Kunsill, filwaqt li jaġixxi skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 251 ..., għandu jistabbilixxi: ... (c) miżuri li jtejbu s-sigurtà [sikurezza] fit-trasport". | 320 | Il-prinċipju tas-sussidjarjetà Il-prinċipju tas-sussidjarjetà japplika safejn il-proposta ma taqax taħt il-kompetenza esklussiva tal-Komunità. | L-għanijiet tal-proposta ma jistgħux jintlaħqu biżżejjed mill-Istati Membri għar-raġunijiet li ġejjin: | 321 | Minkejja r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni ta’ Ottubru 2003 dwar l-aqwa prassi għall-infurzar, jidher li l-Istati Membri ta’ l-UE mhux se jirnexxilhom jilħqu l-mira komuni ta’ tnaqqis bin-nofs fl-għadd ta’ mwiet fit-toroq sa l-2010. Bħalissa, ir-riskju ta’ qtil fit-toroq f'ċerti Stati Membri huwa ħames darbiet ogħla minn dak f'Stati Membri oħra. Ġeneralment, il-pajjiżi li jimplimentaw prassi tajbin ta’ infurzar għandhom rekord tas-sikurezza fit-toroq aħjar mill-Istati Membri li ma jimplimentawhomx. It-tagħmir awtomatiku wera li huwa element kruċjali għat-tisħiħ ta’ l-infurzar, u huwa importanti li l-użu tiegħu jiġi ffaċilitat. Pereżempju, f'dak li jirrigwarda l-eċċess ta’ veloċità, il-pajjiżi li jużaw għadd kbir ta’ apparati għad-detezzjoni tal-veloċità eċċessiva, bħall-Olanda u r-Renju Unit, għandhom it-tendenza li jkollhom numri baxxi ta’ mwiet fit-toroq (46 u 56 għal kull miljun abitant rispettivament), filwaqt li l-pajjiżi li ftit li xejn jużaw dan it-tagħmir, bħall-Polonja u r-Repubblika Ċeka, ġeneralment ikollhom rati ogħla ta' mwiet (143 u 126 għal kull miljun abitant rispettivament). (Iċ-ċifri jirreferu għas-sena 2005). B'mod simili, fejn jidħol is-sewqan taħt l-effett tax-xorb, il-pajjiżi li jwettqu numru għoli ta’ testijiet ta’ l-alkoħol għandhom it-tendenza li jkollhom rekord tas-sikurezza fit-toroq aħjar mill-pajjiżi li jwettqu inqas testijiet. Madankollu, billi skond il-prinċipju tas-sussidjarjetà l-implimentazzjoni ta’ metodi għall-infurzar min-naħa ta’ l-Istati Membri fit-territorju tagħhom jitqies li taqa’ primarjament fil-kompetenza tagħhom, il-proposta ma timmirax li timponi rekwiżiti għall-metodi ta’ infurzar infushom. Il-proposta tiffoka fuq kif jista’ jiġi ffaċilitat l-infurzar transkonfinali, li sal-lum l-Istati Membri ma kinux kapaċi jilħquh permezz ta’ azzjoni unilaterali jew bilaterali. Skond ma turi d-dejta disponibbli (li wieħed irid jagħraf li mhijiex kompluta), qed isiru kwantitajiet konsiderevoli ta’ reati tat-traffiku mingħajr ma jkunu sanzjonati, u dan inaqqas mill-effiċjenza u mill-kredibbiltà ta’ l-infurzar permezz ta’ tagħmir awtomatiku. Mingħajr l-implimentazzjoni ta’ infurzar permezz ta’ tagħmir awtomatiku li jkejjel il-veloċità kif ukoll ta’ proċeduri effiċjenti ta’ segwiment, ikun impossibbli li jsir infurzar transkonfinali xieraq fir-rigward tan-numri kbar ta’ reati ta’ eċċess ta’ veloċità. L-istess jgħodd għall-infurzar transkonfinali kontra reati ta’ sewqan taħt l-influwenza tax-xorb, jekk ma jiġux implimentati t-testijiet aleatorji tan-nifs. Kif intwera fil-Valutazzjoni ta’ l-Impatt, huwa mistenni li l-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet proposti dwar l-infurzar transkonfinali tissarraf ukoll fl-applikazzjoni mill-Istati Membri ta’ metodi effiċjenti għall-infurzar, fit-territorju tagħhom stess, kontra reati li jsiru minn sewwieqa residenti fil-pajjiż. | 323 | F'dak li għandu x'jaqsam ma’ l-infurzar transkonfinali, l-inizjattivi bilaterali u intergovernamentali meħuda mill-Istati Membri mhumiex effettivi daqskemm wieħed jixtieq, u jirriżultaw f'applikazzjoni insuffiċjenti tal-liġijiet nazzjonali kif ukoll f'nuqqas ta’ effiċjenza amministrattiva u finanzjarja. Għalkemm uħud minn dawn il-ftehimiet jissarrfu f'infurzar transkonfinali aħjar bejn il-pajjiżi kkonċernati (partikolarment il-ftehim bejn l-Olanda u l-Ġermanja u dak bejn l-Olanda u l-Belġju), il-ftehimiet l-oħra qajla ġabu magħhom xi valur miżjud. Ir-riżultat huwa livell bilkemm sodisfaċenti tas-sikurezza fit-toroq fl-Istati Membri kollha, u trattament mhux indaqs bejn is-sewwieqa mhux residenti li ma jiġux sanzjonati għar-reati li jikkommettu u bejn is-sewwieqa residenti li jiġu sanzjonati. L-għan tal-proposta huwa li tistabbilixxi sistema mifruxa ma’ l-UE kollha għall-infurzar transkonfinali, li ssolvi l-problemi li jitnisslu mill-ftehimiet eżistenti, u li tevita li jkompli jikber il-lapazzar ta’ ftehimiet bilaterali jew intergovernamentali differenti, li jitolbu aktar żmien u riżorsi filwaqt li huma anqas effiċjenti. Barra minn hekk, għad hemm lok għat-titjib fis-sikurezza fit-toroq fl-Istati Membri kollha; mhux biss fl-Istati Membri b'rekord dgħajjef li jeħtieġu titjib drastiku fis-sikurezza fit-toroq tagħhom, iżda wkoll f'dawk l-Istati Membri li qed jagħtu riżultati relattivament tajbin. Jekk il-miżuri proposti ma jitteħdux, dan ikun ta’ ħsara għall-interess komuni ta’ l-Istati Membri kollha li jnaqqsu l-għadd ta’ mwiet fit-toroq tagħhom kull fejn huwa possibbli. Metodi effiċjenti ta' infurzar applikati mill-Istati Membri kollha jistgħu jikkontribwixxu b'mod sinifikanti biex jitnaqqas bin-nofs l-għadd ta’ inċidenti serji fit-toroq. Il-valutazzjoni ta’ l-impatt uriet li sa 5 000 persuna jistgħu jkunu salvati kull sena permezz ta’ l-applikazzjoni tal-metodi msemmija. | Azzjoni Komunitarja se tilħaq aħjar l-għanijiet tal-proposta għar-raġunijiet li ġejjin: | 324 | Strument ta’ l-UE biss jista’ jġib miegħu infurzar transkonfinali konsisteni u effiċjenti ma’ l-UE kollha kontra r-reati tat-traffiku, permezz ta’ l-iskambju ta’ informazzjoni relevanti b'sistema elettronika. | 327 | Il-proposta ma tirreferix għall-armonizzazzjoni tar-regoli tat-traffiku u lanqas għall-armonizzazzjoni tal-penalitajiet għar-reati tat-traffiku, għax jaqbel li dawn il-kwistjonijiet jitħallew f'idejn l-Istati Membri. Il-proposta tinkludi biss dispożizzjonijiet ta’ natura purament amministrattiva, għall-implimentazzjoni ta’ sistema effiċjenti u effikaċi għall-infurzar transkonfinali tar-reati ewlenin tat-traffiku. Ma tindaħalx fil-kwalifiki ta’ dawn ir-reati tat-traffiku min-naħa ta’ kull Stat Membru, li jistgħu jkunu ta’ natura amministrattiva jew penali. Ma tindaħalx lanqas fil-liġijiet ta’ l-Istati Membri fir-rigward ta’ min għandu jitqies responsabbli għar-reati kkonċernati. Pereżempju, l-Istati Membri għandhom liġijiet differenti rigward min għandu jitqies responsabbli għar-reati ta’ eċċess ta’ veloċità: f'għadd ta’ Stati Membri hu d-detenetur taċ-ċertifikat ta’ reġistrazzjoni tal-vettura li huwa responsabbli, waqt li fi Stati Membri oħra l-persuna meqjusa responsabbli għar-reat hija s-sewwieq. L-Istati Membri għandhom jissieltu biex jiżguraw li s-sewwieqa minn Stati Membri oħra li jsuqu fit-territorju tagħhom ikunu jafu r-regoli ewlenin tat-traffiku fis-seħħ, bħal-limiti tal-veloċità u ta' l-alkoħol. In-notifika tar-reat li għandha tintbagħat lid-detenetur taċ-ċertifikat ta’ reġistrazzjoni tal-vettura tirrikjedi li, jekk dan ta’ l-aħħar jirrifjuta li jħallas il-multa, jagħti dettalji rigward min kien qed isuq il-vettura meta sar ir-reat. Jekk mit-tweġiba tad-detenetur taċ-ċertifikat ta’ reġistrazzjoni tal-vettura jidher li r-reat sar minn sewwieq differenti, id-deċiżjoni rigward jekk għandhiex tittieħed azzjoni kontra s-sewwieq titħalla f'idejn l-Istat fejn sar ir-reat. | Il-prinċipju tal-proporzjonalità Il-proposta hija konformi mal-prinċipju tal-proporzjonalità għar-raġunijiet li ġejjin: | 331 | Direttiva hija l-eħfef forma biex jintlaħqu l-għanijiet tal-proposta. Il-proposta tittratta biss l-infurzar fir-rigward ta’ reati tat-traffiku, u ma tirreferix għall-armonizzazzjoni tar-regoli tat-traffiku, tal-proċedimenti kriminali jew tas-sanzjonijiet, għax dan mhuwiex meħtieġ għall-ksib tar-riżultati mixtieqa. Il-proposta ma tittrattax każijiet fejn id-destinatarju jkun irrifjuta li jħallas penali finanzjarja iżda huwa obbligat li jħallas b'deċiżjoni finali, għax id-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2005/214/ĠAI dwar l-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ rikonoxximent reċiproku ta’ penalitajiet finanzjarji tipprovdi għar-rikonoxximent reċiproku u għall-applikazzjoni ta’ tali deċiżjonijiet finali. | 332 | Kif muri mill-Valutazzjoni ta’ l-Impatt, il-piż finanzjarju u amministrattiv ta’ din il-proposta huwa limitat ħafna. Barra minn hekk, se tintuża sistema Komunitarja ta’ informazzjoni li diġà teżisti, billi tiġi estiża biex tiffaċilita l-iskambju ta’ informazzjoni għall-infurzar transkonfinali. Dan għandu jnaqqas ukoll l-ispejjeż. | L-għażla ta’ l-istrumenti | 341 | Strument propost: direttiva. | 342 | Mezzi oħra ma jkunux adegwati għar-raġunijiet li ġejjin: Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni eżistenti wriet li mhijiex biżżejjed biex jintlaħaq l-għan imfittex. Dan jgħodd speċjalment għall-koregolazzjoni u għall-awtoregolazzjoni. Regolament ikun preskrittiv bla bżonn, u mhux neċessarjament ikun kompatibbli mal-liġijiet nazzjonali eżistenti. | 4) L-IMPLIKAZZJONI GħALL-BAġIT | 401 | Il-proposta fiha implikazzjonijiet għall-baġit għat-twaqqif u l-funzjonament ta’ Kumitat għat-tmexxija tad-Direttiva. | 5) TAGħRIF IEħOR | Simulazzjoni, fażi pilota u fażi tranżitorja | 505 | Is-sistema għall-iskambju ta’ informazzjoni se tiġi żviluppata u ttestjata f'perjodu sa mhux aktar tard minn sentejn wara d-dħul fis-seħħ tad-Direttiva. | 510 | Simplifikazzjoni | 511 | Il-proposta tipprovdi għas-simplifikazzjoni tal-proċeduri amministrattiva għall-awtoritajiet pubbliċi (Komunitarji jew nazzjonali), pereżempju billi jiġi razzjonalizzat l-iskambju ta’ informazzjoni fi protokoll waħdani. | 513 | Għas-segwiment effiċjenti ta’ numri kbar ħafna ta’ reati tat-traffiku (bħall-eċċess ta’ veloċità), jeħtieġ li jiġu stabbiliti proċeduri simplifikati biex dawn ir-reati jkunu mmultati b'mod konsistenti. Bħalissa, ħafna Stati Membri għadhom ma stabbilewx tali proċeduri, jew inkella l-proċeduri fis-seħħ ivarjaw skond il-ftehimiet bilaterali jew multilaterali eżistenti. Dawn l-Istati Membri se jkunu mħeġġa jdaħħlu tali proċeduri bħala konsegwenza taż-żieda mistennija fl-użu ta’ tagħmir awtomatiku li jkejjel il-veloċità, żieda li min-naħa tagħha se titnissel mill-miżuri proposti. | 550 | Tabella ta’ korrelazzjoni L-Istati Membri huma mitluba li jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet nazzjonali li jittrasponu d-Direttiva, kif ukoll tabella ta’ korrelazzjoni bejn dawk id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva. | 560 | Iż-Żona Ekonomika Ewropea L-att propost jikkonċerna kwistjoni taż-ŻEE u għalhekk għandu jkun estiż għaż-Żona Ekonomika Ewropea. | - 2008/0062 (COD) Proposta ghal DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li tiffaċilita l-infurzar transkonfinali fil-qasam tas-sikurezza fit-toroq (Test b’rilevanza għaż-ŻEE) IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 71(1)(c) tiegħu, Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni[4], Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew[5], Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni[6], Wara li kkonsultaw mal-Kontrollur Ewropew tal-Protezzjoni tad-Dejta, Filwaqt li jaġixxu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat tal-KE[7], Billi: 1. L-Unjoni Ewropea qiegħda tapplika politika għat-titjib tas-sikurezza fit-toroq, bil-għan li jitnaqqsu l-imwiet, il-korrimenti u l-ħsarat materjali. L-infurzar konsistenti tas-sanzjonijiet għal dawk ir-reati tat-traffiku li jipperikolaw b'mod konsiderevoli s-sikurezza fit-toroq huwa strument essenzjali biex jintlaħaq dan il-għan. 2. Madankollu, minħabba nuqqas ta’ mekkaniżmi xierqa, is-sanzjonijiet f'forma ta’ penalitajiet finanzjarji għal ċerti reati tat-traffiku spiss ma jiġux infurzati fejn ir-reat ikun sar fi Stat Membru differenti minn dak fejn hi rreġistrata l-vettura involuta. 3. Sabiex tittejjeb is-sikurezza fit-toroq ma’ l-Unjoni Ewropea kollha, u biex jiġi żgurat it-trattament ekwu bejn il-persuni residenti u mhux residenti li jikkommettu reat, l-infurzar għandu jiġi ffaċilitat irrispettivament mill-Istat Membru fejn tkun irreġistrata l-vettura li biha jsir ir-reat. Għal dan il-għan, jeħtieġ li tiġi implimentata sistema ta’ skambju transkonfinali ta’ informazzjoni. 4. Sistema bħal din tkun ta’ siwi partikolari fejn jidħlu r-reati tat-traffiku rreġistrati minn tagħmir awtomatiku fejn ma jistax jiġi identifikat minnufih min ikun ikkommetta r-reat, bħall-eċċess ta’ veloċità jew il-qbiż tad-dawl l-aħmar. Is-sistema tkun utli wkoll billi tippermetti s-segwiment ta’ reati fejn tkun meħtieġa l-verifika tad-dettalji tar-reġistrazzjoni tal-vettura, fil-każ fejn il-vettura tkun ġiet imwaqqfa. Dan jgħodd speċjalment għas-sewqan taħt l-influwenza tax-xorb. 5. Is-sistema għandha tkopri u tittratta t-tipi ta’ reat tat-traffiku skond is-serjetà tagħhom u l-periklu li joħolqu għas-sikurezza fit-toroq, u għandha tkopri r-reati klassifikati bħala reati tat-traffiku fil-leġiżlazzjoni ta’ kull Stat Membru. Għaldaqstant, jixraq li ssir dispożizzjoni fir-rigward ta’ l-eċċess ta’ veloċità, is-sewqan taħt l-influwenza tax-xorb, in-nuqqas ta’ użu taċ-ċinturin tas-sikurezza, u l-qbiż tad-dawl l-aħmar. Il-Kummissjoni ser tkompli ssewgi l-iżviluppi madwar l-UE fir-rigward ta’ reati oħra tat-traffiku b'implikazzjonijiet serji għas-sikurezza fit-toroq, u fejn ikun xieraq, ser tikkunsidra tipproponix reviżjoni tad-Direttiva bil-għan li tiġbor dawk ir-reati fl-ambitu tagħha; pereżempju, is-sewqan taħt l-effett tad-drogi, l-użu tat-telefown ċellulari waqt is-sewqan, u s-sewqan mhux assigurat. 6. Sabiex tiġi żgurata l-effiċjenza tas-sistema ta’ infurzar, din għandha tkopri l-fażijiet kollha mid-detezzjoni tar-reat sat-trażmissjoni tan-notifika tar-reat, abbażi ta’ formola standard, lid-detenetur taċ-ċertifikat ta’ reġistrazzjoni tal-vettura kkonċernata. Malli tittieħed deċiżjoni finali, għandha tapplika d-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2005/214/ĠAI dwar l-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ rikonoxximent reċiproku ta’ penalitajiet finanzjarji[8]. 7. Barra minn hekk, l-iskambju transkonfinali ta’ informazzjoni għandu jsir b'mod rapidu permezz ta’ mezzi elettroniċi. Għal dan il-għan, għandu jinħoloq netwerk elettroniku Komunitarju. 8. Billi d-dejta marbuta ma’ l-identifikazzjoni ta’ min jikkommetti reat hija dejta personali, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw il-konformità mad-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ l-24 ta’ Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward ta’ l-ipproċessar ta’ dejta personali[9] u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-dejta. 9. Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva għandhom jiġu adottati skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tipprovdi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta’ l-implimentazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni[10]. 10. B'mod partikolari, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħat biex tadotta miżuri fir-rigward ta’ l-adattament ta’ l-Anness. Billi dawk il-miżuri huma ta’ ambitu ġenerali u tfasslu sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE. 11. Billi l-għan ta’ l-azzjoni li se tittieħed, jiġifieri l-iffaċilitar ta’ l-infurzar transkonfinali fir-rigward ta’ ċerti reati tat-traffiku, ma jistax jinkiseb b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri, u għaldaqstant, minħabba l-iskala u l-effetti tiegħu, jista’ jinkiseb aħjar fil-livell Komunitarju, il-Komunità tista’ tadotta miżuri skond il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat tal-KE. Skond il-prinċipju tal-proporzjonalità kif stipulat fl-istess Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lilhinn minn dak li hu meħtieġ biex jinkisbu l-għanijiet tagħha, ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA: KAPITOLU I DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI Artikolu 1 Is-suġġett u l-ambitu 1. Din id-Direttiva tistabbilixxi sistema li tiffaċilita l-infurzar transkonfinali tas-sanzjonijiet għar-reati tat-traffiku li ġejjin: (a) l-eċċess ta’ veloċità; (b) is-sewqan taħt l-influwenza tax-xorb; (c) in-nuqqas ta’ użu taċ-ċinturin tas-sikurezza; (d) il-qbiż tad-dawl l-aħmar tat-traffiku. 2. Din id-Direttiva tapplika biss safejn is-sanzjoni li għandha tiġi imposta għar-reat ikkonċernat hija jew tinkludi penali finanzjarja. Artikolu 2 Tifsiriet Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, għandhom japplikaw it-tifsiriet li ġejjin: 12. "detentur" tfisser id-detentur taċ-ċertifikat ta’ reġistrazzjoni tal-vettura kkonċernata; 13. "Stat tar-reat" tfisser l-Istat Membru fejn sar ir-reat; 14. "Stat tar-residenza" tfisser l-Istat Membri fejn hija rreġistrata l-vettura li biha sar ir-reat; 15. "awtorità kompetenti" tfisser l-awtorità responsabbli għad-database nazzjonali tad-dokumenti ta’ reġistrazzjoni tal-vetturi; 16. "eċċess ta' veloċità" tfisser il-qbiż tal-limiti ta’ veloċità fis-seħħ fl-Istat tar-reat għat-tip ta’ triq jew għat-tip ta’ vettura kkonċernati; 17. "sewqan taħt l-effett tax-xorb" tfisser is-sewqan b'livell ta’ alkoħol fid-demm ogħla mil-livell massimu fis-seħħ fl-Istat tar-reat; 18. "nuqqas ta’ użu taċ-ċinturin tas-sikurezza" tfisser in-nuqqas ta’ konformità ma’ l-obbligu li jintlibes iċ-ċinturin tas-sikurezza jew li tintuża sistema għat-trażżin tat-tfal f'każijiet fejn l-użu ta’ dan it-tagħmir huwa obbligatorju skond id-Direttiva tal-Kunsill 91/671/KEE[11] jew il-liġi nażżjonali fl-Istat tar-reat; 19. "il-qbiż tad-dawl l-aħmar tat-traffiku" tfisser ir-reat fejn is-sewwieq jaqbeż id-dawl l-aħmar tat-traffiku, kif iddefinit fil-liġi ta’ l-Istat tar-reat. KAPITOLU II DISPOŻIZZJONIJIET GĦALL-IFFAĊILITAR TA’ L-INFURZAR TRANSKONFINALI Artikolu 3 Proċeduri għall-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-Istati Membri 1. Fejn reat ikun sar fi Stat Membru b'vettura rreġistrata fi Stat Membru ieħor, u l-każ ma jiġix sanzjonat u mitmum minnufih permezz ta’ awtorità responsabbli għat-trattament tar-reat fl-Istat tar-reat, l-awtorità kompetenti f'dak l-Istat għandha tibgħat in-numru ta’ reġistrazzjoni tal-vettura u l-informazzjoni rigward il-post u d-data tar-reat lill-awtorità kompetenti fl-Istati Membri l-oħra, jew fl-Istat tar-residenza fejn dan jista’ jiġi identifikat. L-awtorità kompetenti fl-Istat tar-reat għandha tagħmel dan fl-istess ċirkustanzi u kundizzjonijiet li fihom tittratta r-reat ikkonċernat meta jsir b'vettura rreġistrata fl-istess Stat tar-reat. 2. L-awtorità kompetenti fl-Istat tar-residenza għandha tibgħat minnufih l-informazzjoni li ġejja biss lill-awtorità kompetenti fl-Istat tar-reat: (a) il-marka u l-mudell tal-vettura bin-numru ta’ reġistrazzjoni kkonċernat; (b) fejn id-detenetur taċ-ċertifikat ta’ reġistrazzjoni tal-vettura kkonċernata huwa persuna naturali, l-isem, l-indirizz, u d-data u l-post tat-twelid; (c) fejn id-detenetur taċ-ċertifikat ta’ reġistrazzjoni tal-vettura kkonċernata huwa persuna legali, l-isem u l-indirizz. 3. L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri l-oħra ma għandhomx jaħżnu l-informazzjoni mibgħuta mill-Istat tar-reat. Artikolu 4 L-użu ta’ netwerk elettroniku 1. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li l-iskambju ta’ informazzjoni deskritta fl-Artikolu 3 jsir b'mezz elettroniku. Għal dan il-għan, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li netwerk elettroniku Komunitarju msejjes fuq regoli komuni jitwaqqaf sa mhux aktar tard minn 12-il xahar wara d-data msemmija fl-Artikolu 9(1). 2. Il-Kummissjoni għandha tadotta regoli komuni dwar l-implimentazzjoni tal-paragrafu 1 sad-data msemmija fl-Artikolu 9(1), skond il-proċedura regolatorja pprovduta fl-Artikolu 8(2). B'mod partikolari, dawn ir-regoli komuni għandhom jinkludu dispożizzjonijiet rigward: (a) il-format tad-dejta li tiġi skambjata; (b) il-proċedura tekniċi għall-iskambju elettroniku tad-dejta fost l-Istati Membri. Artikolu 5 In-notifika ta’ reat 1. Malli tirċievi l-informazzjoni deskritta fl-Artikolu 3(2), l-awtorità fl-Istat tar-reat li hija responsabbli għat-trattament tar-reati koperti minn din id-Direttiva għandha tibgħat notifika tar-reat lid-detentur. In-notifika għandha ssegwi l-mudell mogħti fl-Anness. 2. In-notifika ta’ reat għandu jkun fiha deskrizzjoni tad-dettalji relevanti tar-reat ikkonċernat, l-ammont tal-penali finanzjarja li għandha titħallas mid-detentur, il-possibbiltajiet biex id-detentur jikkontesta r-raġunijiet għan-notifika ta’ reat u jagħmel appell kontra deċiżjoni li timponi penali finanzjarja, u l-proċedura li għandha tiġi segwita fil-każ ta’ kontestazzjoni jew appell. 3. In-notifika ta’ reat għandha tinforma lid-detentur li għandu jimla formola ta’ tweġiba jekk ikun biħsiebu ma jħallasx il-multa. 4. In-notifika ta’ reat għandha tiġi kkomunikata lid-detentur fl-ilsien jew fl-ilsna uffiċjali ta’ l-Istat tar-residenza, kif speċifikat minn dan l-Istat. 5. Il-Kummissjoni tista’ tadatta l-mudell għan-notifika ta’ reat biex tqis u tkopri l-iżviluppi tekniċi li jkunu saru. Dawk il-miżuri, imfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva, għandhom ikunu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 8(3). Artikolu 6 Awtoritajiet ċentrali 1. Kull Stat Membru għandu jaħtar awtorità ċentrali biex tgħin fl-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva. 2. Kull Stat Membru għandu jikkomunika lill-Kummissjoni, sa sitt xhur mid-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva, l-isem u l-indirizz ta’ l-awtoritajiet ċentrali maħturin skond dan l-Artikolu. 3. Il-Kummissjoni għandha tikkomunika l-informazzjoni deskritta fil-paragrafu 2 lill-Istati Membri l-oħra. Artikolu 7 Id-dritt ta’ aċċess, korrezzjoni u tħassir 1. Bla ħsara għad-drittijiet tas-suġġetti ta’ dejta taħt il-leġiżlazzjoni nazzjonali skond l-Artikolu 12(a) tad-Direttiva 95/46/KE, kull persuna għandu jkollha d-dritt li tirċievi notifika tad-dejta personali tagħha rreġistrata fl-Istat tar-residenza li tkun ġiet trażmessa lill-Istat Membru li talabha. 2. Bla ħsara għall-konformità mar-rekwiżiti proċedurali tal-mekkaniżmi ta’ appell u rikors ta’ l-Istat Membru kkonċernat, kull persuna kkonċernata għandu jkollha d-dritt li tikseb il-korrezzjoni ta’ kull dejta personali impreċiża, jew it-tħassir immedjat ta’ kull dejta li tkun ġiet irreġistrata b'mod illegali. 3. Is-suġġetti ta’ dejta jistgħu jeżerċitaw id-drittijiet imsemmija fil-paragrafu 2 quddiem l-awtorità ċentrali ta’ l-Istat tar-residenza tagħha. KAPITOLU III IL-PROĊEDURA TAL-KUMITAT Artikolu 8 Il-Kumitat 1. Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna minn Kumitat dwar l-infurzar fil-qasam tas-sikurezza fit-toroq. 2. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, b'referenza għad-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 8 tagħha. Il-perjodu mniżżel fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jiġi stabbilit għal tlett xhur. 3. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, l-Artikolu 5a(1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandhom japplikaw, b'referenza għad-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 8 tagħha. KAPITOLU IV DISPOŻIZZJONIJIET FINALI Artikolu 9 Traspożizzjoni 1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva sa mhux aktar tard minn tnax-il xahar wara li tkun daħlet fis-seħħ. Għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet u t-tabella ta’ korrelazzjoni bejn dawk id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva. Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, dawn għandu jkollhom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b’tali referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kif għandha ssir tali referenza. 2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert b’din id-Direttiva. Artikolu 10 Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea. Artikolu 11 Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmul fi Brussell, Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill Il-President Il-President ANNESS FORMOLA għan-notifika ta’ reat imsemmija fl-Artikolu 5 [PAĠNA TA’ QUDDIEM] [Isem, indirizz u numru tat-telefown ta’ l-awtorità li tibgħat il-formola] [Isem u indirizz tad-destinatarju] NOTIFIKA ta’ reat tat-traffiku kommess fi .......... [isem l-Istat Membru fejn sar ir-reat] [it-test ta’ hawn fuq jidher fuq din il-paġna ta’ quddiem fl-ilsna kollha uffiċjali ta’ l-UE] Paġna 2 Fi [data ...... ], reat tat-traffiku bil-vettura bin-numru ta’ reġistrazzjoni .............., marka .........., mudell ............ ġie rreġistrat minn .................[isem l-awtorità responsabbli]. Inti mniżżel/mniżżla bħala d-detentur taċ-ċertifikat ta’ reġistrazzjoni tal-vettura hawn fuq imsemmija. Id-dettalji relevanti tar-reat jingħataw fil-paġna 3 ta’ dan id-dokument. L-ammont tal-penali finanzjarja għal dan ir-reat huwa ta’ EUR/munita nazzjonali .......... L-iskadenza għall-ħlas ta’ din il-penali hija ........................ Jekk ma tħallasx din il-penali finanzjarja, inti obbligat(a) li timla l-formola mehmuża (paġna 4) u tibgħatha lill-indirizz indikat. ___________________________________________________________________________ paġna 3 Id-dettalji rilevanti tar-reat (a) Informazzjoni dwar il-vettura li biha sar ir-reat Numru ta’ reġistrazzjoni: Pajjiż ta’ reġistrazzjoni: Marka u mudell: (b) Informazzjoni dwar ir-reat Il-post, id-data u l-ħin tar-reat: In-natura u l-klassifikazzjoni legali tar-reat: eċċess ta’ veloċità, sewqan taħt l-influwenza tax-xorb, in-nuqqas ta’ użu taċ-ċinturin tas-sikurezza jew ta’ sistema għat-trażżin tat-tfal, il-qbiż tad-dawl l-aħmar tat-traffiku[12] Deskrizzjoni dettaljata tar-reat: Referenza għad-dispożizzjoni(jiet) ġurdiċi rilevanti: Deskrizzjoni tal-provi tar-reat jew referenza għalihom: (c) Informazzjoni dwar it-tagħmir li ntuża għar-reġistrazzjoni tar-reat[13] Tip ta’ tagħmir għar-reġistrazzjoni ta’ l-eċċess ta’ veloċità, is-sewqan taħt l-influwenza tax-xorb, il-qbiż tad-dawl l-aħmar tat-traffiku jew in-nuqqas ta’ użu taċ-ċinturin tas-sikurezza[14]: Speċifikazzjoni tat-tagħmir: Nru ta’ identifikazzjoni tat-tagħmir: Skadenza ta’ l-aħħar kalibrazzjoni tat-tagħmir: (d) Ir-riżultat ta’ l-applikazzjoni tat-tagħmir [eżempju għall-eċċess ta’ veloċità; għad iridu jiżdiedu r-reati l-oħra:] Il-veloċità massima: Il-veloċità mkejla: Il-veloċità mkejla kkoreġuta skond il-marġni ta’ żball: paġna 4 Formola ta’ tweġiba (jekk jogħġbok imla l-formola b'ittri kapitali u immarka l-għażla applikabbli) A. Identità tas-sewwieq: - Kunjom u isem: - Il-post u d-data tat-twelid: - Nru tal-liċenzja tas-sewqan: ... imwassla (data): ... fi (post): - Indirizz: B. Lista ta’ mistoqsijiet: 20. Il-vettura tal-marka ... u bin-numru ta' reġistrazzjoni ... hija rreġistrata f'ismek? iva/le Jekk le, sid(t) iċ-ċertifikat tar-reġistrazzjoni huwa/hija: (kunjom, isem, indirizz) 21. Tammetti li kkommettejt ir-reat? iva/le 22. Jekk dan ma tammettihx, jekk jogħġbok agħti r-raġunijiet tiegħek: Jekk jogħġbok, ibgħat il-formola mimlija sa 60 jum mid-data ta’ din in-notifika lill-awtorità li ġejja: fl-indirizz li ġej: INFORMAZZJONI Il-każ se jiġi eżaminat mill-awtorità kompetenti fl-Istat fejn sar ir-reat. Jekk ma jingħatax segwitu għal dan il-każ, inti tiġi infurmat sa 60 jum mid-data tal-wasla tal-formola ta' tweġiba. Jekk jingħata segwitu għal dan il-każ, tapplika l-proċedura li ġejja: [dan l-ispazju għandu jimtela mill-Istat fejn sar ir-reat - għandu jindika l-proċedura li jmiss, flimkien ma’ dettalji dwar il-possibbiltà u l-proċedura ta' appell kontra d-deċiżjoni li jingħata segwitu għall-każ. Dawn id-dettalji għandhom jinkludu f'kull każ: l-isem u l-indirizz ta’ l-awtorità responsabbli għat-trattament tal-każ; l-iskadenza għall-ħlas tal-multa; l-isem u l-indirizz ta’ l-organu ta’ appell ikkonċernat; l-iskadenza għall-appell]. DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA 1. ISEM IL-PROPOSTA Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tiffaċilita l-infurzar transkonfinali fil-qasam tas-sikurezza fit-toroq 2. QAFAS ABM / ABB Qasam/Oqsma ta' Politika kkonċernata/i u assoċjata/i ma' l-Attività/Attivitajiet: Trasport fuq l-Art – Is-sikurezza fit-toroq 3. LINJI TAL-BAĠIT 3.1. Linji tal-baġit (linji operattivi u linji għall-għajnuna teknika u amministrattiva relatati (ex- linji B..A) inklużi l-intestaturi: 3.2. Tul ta’ żmien ta’ l-azzjoni u ta’ l-impatt finanzjarju: Tul bla limitu. 3.3. Karatteristiċi baġitarji: Linja tal-baġit | Tip ta’ nfiq | Ġdid | Kontribut mill-EFTA | Kontributi minn pajjiżi applikanti | Intestatura fil-perspettiva finanzjarja | 4. SOMMARJU TAR-RIŻORSI 4.1. Riżorsi Finanzjarji 4.1.1. Sommarju ta' l-approprjazzjonijiet ta' impenn (AI) u ta’ l-approprjazzjonijiet ta’ ħlas (AĦ) EUR miljuni (sa 3 ċifri deċimali) Tip ta’ nfiq | Taqsima Nru | Sena 2012 | 2013 | 2014 | 2015 | 2016 | 2017 'il quddiem | Total | Infiq operattiv[15] | Approprazzjonijiet ta’ impenn (AI) | 8.1. | a | Approprazzjonijiet ta’ ħlas (AĦ) | b | Infiq amministrattiv inkluż fl-ammont ta’ referenza[16] | Għajnuna teknika u amministrattiva (NDA) | 8.2.4. | c | AMMONT TOTALI TA’ REFERENZA | Approprjazzjonijiet ta’ impenn | a+c | Approrprazzjonijiet ta’ ħlas | b+c | Infiq amministrattiv mhux inkluż fl-ammont ta’ referenza[17] | Riżorsi umani u nfiq assoċjat (NDA) | 8.2.5. | d | 0,0585 | 0,0585 | 0,0585 | 0,0585 | 0,0585 | 0,0585 | Spejjeż amministrattivi, minbarra riżorsi umani u nfiq assoċjat, mhux inklużi fl-ammont ta’ referenza (NDA) | 8.2.6. | e | 0,0351 | 0,0351 | 0,0351 | 0,0351 | 0,0351 | 0,0351 | Spiża finanzjarja indikattiva totali ta’ l-intervent | AI TOTALI, inkluża l-ispiża tar-riżorsi umani | a+c+d+e | 0,0936 | 0,0936 | 0,0936 | 0,0936 | 0,0936 | 0,0936 | AĦ TOTALI, inkluża l-ispiża tar-riżorsi umani | b+c+d+e | 0,0936 | 0,0936 | 0,0936 | 0,0936 | 0,0936 | 0,0936 | Dettalji tal-kofinanzjament Jekk il-proposta tinvolvi kofinanzjament mill-Istati Membri, jew minn korpi oħrajn (jekk jogħġbok speċifika liema), għandha tiġi indikata stima tal-livell ta’ dan il-kofinanzjament fit-tabella hawn taħt (jistgħu jiżdiedu linji addizzjonali jekk jiġu previsti diversi korpi għall-provvediment tal-kofinanzjament): EUR miljuni (sa 3 ċifri deċimali) Korp tal-kofinanzjament | Sena 2012 | 2013 | 2014 | 2015 | 2016 | 2017 'il quddiem | Total | NO | f | AI TOTALI inkluż il-kofinanzjament | a+c+d+e+f | 0,0936 | 0,0936 | 0,0936 | 0,0936 | 0,0936 | 0,0936 | 4.1.2. Kompatibbiltà ma’ l-Ipprogrammar Finanzjarju X Il-proposta hija kompatibbli ma’ l-ipprogrammar finanzjarju attwali. ( Il-proposta se timplika l-ipprogrammar mill-ġdid ta’ l-intestatura rilevanti fil-perspettiva finanzjarja. ( Il-proposta tista’ teħtieġ l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Ftehim Interistituzzjonali[18] (jiġifieri strument ta’ flessibbiltà jew reviżjoni tal-perspettiva finanzjarja). 4.1.3. L-impatt finanzjarju fuq id-dħul X Il-proposta ma għandha l-ebda implikazzjoni finanzjarja fuq id-dħul. ( Il-proposta għandha impatt finanzjarju – l-effett fuq id-dħul huwa kif ġej: EUR miljuni (sa ċifra deċimali waħda) Qabel l-azzjoni [Sena n-1] | Is-sitwazzjoni wara l-azzjoni | Għadd totali ta’ riżorsi umani | 0,5 | 0,5 | 0,5 | 0,5 | 0,5 | 0,5 | 5. KARATTERISTIĊI U GĦANIJIET 5.1. Ħtieġa li għandha tiġi sodisfatta f’terminu ta’ żmien qasir jew twil Il-Kummissjoni se tkun megħjuna minn Kumitat f'diversi kompiti deskritti fid-Direttiva: l-adozzjoni ta’ regoli komuni għal netwerk elettroniku Komunitarju għall-iskambju ta’ informazzjoni, l-adattament ta’ l-Anness li jagħti mudell għan-notifika ta’ reat iddestinata lil sid vettura li biha jkun sar reat tat-traffiku. 5.2. Il-valur miżjud ta’ l-involviment Komunitarju u l-koerenza tal-proposta ma’ strumenti oħrajn finanzjarji u s-sinerġiji possibbli Bil-għan li tittejjeb is-sikurezza fit-toroq ma’ l-Unjoni Ewropea kollha, u sabiex jiġi żgurat it-trattament ekwu bejn il-persuni residenti u mhux residenti li jikkommettu reat, il-proposta timmira li toħloq sistema li tiffaċilita l-infurzar transkonfinali tas-sanzjonijiet għal ċerti reati tat-traffiku. Filwaqt li din il-proposta tittratta l-fażijiet kollha minn meta jiġi rreġistrat ir-reat sa meta tintbagħat in-notifika ta’ reat lid-detentur taċ-ċertifikat ta’ reġistrazzjoni tal-vettura, ladarba tkun ittieħdet deċiżjoni finali, tapplika d-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2005/214/ĠAI dwar l-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ rikonoxximent reċiproku ta’ penalitajiet finanzjarji[20]. 5.3. Għanijiet, riżultati mistennija u indikaturi relatati tal-proposta fil-kuntest tal-qafas ABM Għan: kontribuzzjoni biex jitnaqqas b'50% l-għadd ta’ mwiet fit-toroq ta' l-UE sa 2010 u 'l quddiem. Ir-riżultati tad-Direttiva se jkunu mmonitorjati. Riżultat mistenni: tnaqqis fir-reati tat-traffiku, partikolarment dawk kommessi minn sewwieqa mhux residenti, iżda wkoll fir-reati kommessi minn sewwieqa residenti, bħala effett ġenerali tat-tqajjim tal-kuxjenza tas-sewwieqa rigward il-fatt li tali reati mhux se jibqgħu bla sanzjoni. 5.4. Il-metodu ta’ implimentazzjoni (indikattiv) ( Tmexxija ċentralizzata ( direttament mill-Kummissjoni ( indirettament permezz ta’ delega lil: ( Aġenziji eżekuttivi ( korpi stabbiliti mill-Komunitajiet skond l-Artikolu 185 tar-Regolament Finanzjarju ( korpi mis-settur pubbliku nazzjonali/korpi b’missjoni ta’ servizz pubbliku X Tmexxija maqsuma jew deċentralizzata X ma’ l-Istati Membri ( ma’ Pajjiżi Terzi ( Tmexxija konġunta ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali (jekk jogħġbok speċifika liema) Kummenti rilevanti: 6. IL-MONITORAĠĠ U L-EVALWAZZJONI 6.1. Is-sistema tal-monitoraġġ Il-Kumitat se jitmexxa u se jkun ippresedut mill-uffiċjali rilevanti tal-Kummissjoni. Għaldaqstant, l-evoluzzjoni u l-progress tal-Kumitat se jiġu mmonitorjati b'mod kostanti. 6.2. L-evalwazzjoni 6.2.1. L-evalwazzjoni ex-ante Tfassal rapport tal-Valutazzjoni ta’ l-Impatt dwar l-abbozz ta’ Direttiva, u ġie kkonsultat il-Bord tal-Valutazzjoni ta’ l-Impatt fir-rigward tiegħu. 6.2.2. Miżuri meħuda wara evalwazzjoni intermedjarja/ex-post (tagħlimiet miksuba minn esperjenzi simili fl-imgħoddi) 6.2.3. It-termini u l-frekwenza ta’ l-evalwazzjoni futura Il-Kumitat se jiltaqa' darbtejn fis-sena. 7. MIżURI KONTRA L-FRODI Il-Kumitat se jitmexxa u se jkun ippresedut mill-uffiċjali rilevanti tal-Kummissjoni. Għaldaqstant, l-evoluzzjoni u l-progress tal-Kumitat se jiġu mmonitorjati b'mod kostanti. 8. DETTALJI TAR-RIŻORSI 8.1. Għanijiet tal-proposta f’termini ta’ l-ispiża finanzjarja tagħhom: NA L-approprjazzjonijiet ta’ impenn f'EUR miljuni (sa 3 ċifri deċimali) Sena 2012 | Sena 2013 | Sena 2014 | Sena 2015 | Sena 2016 | Sena 2017 | Uffiċjali jew persunal temporanju[22] (XX 01 01) | A*/AD | 0,5 | 0,5 | 0,5 | 0,5 | 0,5 | 0,5 | B*, C*/AST | Persunal iffinanzjat[23] mill-Artikolu XX 01 02 | Persunal ieħor[24] iffinanzjat mill-Artikolu XX 01 04/05 | TOTAL | 0,5 | 0,5 | 0,5 | 0,5 | 0,5 | 0,5 | 8.2.2. Deskrizzjoni tal-kompiti li jitnisslu mill-azzjoni It-tmexxija tal-Kumitat Il-Kummissjoni se tkun megħjuna minn Kumitat f'diversi kompiti deskritti fid-Direttiva: l-adozzjoni ta’ regoli komuni għal netwerk elettroniku Komunitarju għall-iskambju ta’ informazzjoni, l-adattament ta’ l-Anness li jagħti mudell għan-notifika ta’ reat iddestinata lil sid vettura li biha jkun sar reat tat-traffiku. 8.2.3. Is-sorsi tar-riżorsi umani (statutorji) ( Karigi bħalissa allokati għat-tmexxija tal-programm li għandhom jinbidlu jew jitwessgħu ( Karigi allokati minn qabel fl-eżerċizzju ta’ l-APS/PDB għas-sena n x Karigi li għandhom jintalbu fil-proċedura APS/PDB li jmiss ( Karigi li għandhom jitqassmu mill-ġdid bl-użu tar-riżorsi eżistenti fi ħdan is-servizz ta’ tmexxija (rijallokazzjoni interna) ( Karigi meħtieġa għas-sena n għalkemm mhux previsti fl-eżerċizzju ta' l-APS/PDB tas-sena kkonċernata 8.2.4. Infiq amministrattiv ieħor inkluż fl-ammont ta’ referenza (XX 01 04/05 – Infiq fuq it-tmexxija amministrattiva) EUR miljuni (sa 3 ċifri deċimali) Linja tal-baġit (Nru u intestatura) | Sena 2012 | Sena 2013 | Sena 2014 | Sena 2015 | Sena 2016 | Sena 2017 u wara | TOTAL | Għajnuna teknika u amministrattiva oħra | - intra muros | - extra muros | Għajnuna teknika u amministrattiva totali | 8.2.5. Spiża għar-riżorsi umani u spejjeż relatati li mhumiex inklużi fl-ammont ta' referenza EUR miljuni (sa 3 ċifri deċimali) Tip ta’ riżorsi umani | Sena 2012 | Sena 2013 | Sena 2014 | Sena 2015 | Sena 2016 | Sena 2017 u wara | Uffiċjali u persunal temporanju (XX 01 01) | 0,0585 | 0,0585 | 0,0585 | 0,0585 | 0,0585 | 0,0585 | Persunal iffinanzjat mill-Artikolu XX 01 02 (awżiljarji, SNEs, impjegati kuntrattwali, eċċ.) (speċifika l-linja tal-baġit) | Spiża totali tar-riżorsi umani u spejjeż relatati (MHUX fl-ammont ta’ referenza) | 0,0585 | 0,0585 | 0,0585 | 0,0585 | 0,0585 | 0,0585 | Kalkolu – Uffiċjali u Aġenti temporanji | 0,5 aġenti x EUR 117 000: EUR 58 500 (EUR 0,0585 miljun) kull sena | Kalkolu - Persunal iffinanzjat taħt l-Artikolu XX 01 02 | Mhux applikabbli | 8.2.6. Infiq amministrattiv ieħor mhux inkluż fl-ammont ta’ referenza EUR miljuni (sa 3 ċifri deċimali) | Sena 2012 | Sena 2013 | Sena 2014 | Sena 2015 | Sena 2016 | Sena 2017 u wara | TOTAL | XX 01 02 11 01 – Missjonijiet | XX 01 02 11 02 – Laqgħat u konferenzi | XX 01 02 11 03 – Kumitati[26] | 0,0351 | 0,0351 | 0,0351 | 0,0351 | 0,0351 | 0,0351 | XX 01 02 11 04 – Studji u konsultazzjonijiet | XX 01 02 11 05 – Sistemi informatiċi | 2 Infiq ieħor totali ta' tmexxija (XX 01 02 11) | 3 Infiq ieħor ta' natura amministrattiva (speċifika b'referenza għal-linja tal-baġit) | Infiq amministrattiv total, għajr għal riżorsi umani u spejjeż relatati (MHUX inklużi fl-ammont ta’ referenza) | 0,0351 | 0,0351 | 0,0351 | 0,0351 | 0,0351 | 0,0351 | Il-ħtiġijiet ta’ riżorsi umani u amministrattivi għandhom ikunu koperti bir-riżorsi eżistenti jew bl-allokazzjoni li tista’ tingħata lid-DĠ li jmexxi fil-qafas tal-proċedura annwali ta’ allokazzjoni, fid-dawl tar-restrizzjonijiet tal-baġit. Id-DĠ għall-Baġit jinnota d-dikjarazzjoni li "se tintuża sistema Komunitarja ta’ informazzjoni li diġà teżisti, billi tiġi estiża biex tiffaċilita l-iskambju ta’ informazzjoni għall-infurzar transkonfinal", u minnha jiddeduċi li l-possibbiltà li jkollha tiġi modifikata s-sistema eżistenti tiġi ffinanzjata mill-istess linja tal-baġit li minnha ġie ffinanzjat l-iżvilupp oriġinali tas-sistema. [1] Sors: Eurostat. Dan il-perċentwal ta’ 5% jissejjes fuq l-evidenza minn grupp magħżul ta’ pajjiżi. Ifisser li xi 5% mill-kilometri koperti minn vetturi fit-toroq isiru minn vetturi rreġistrati f'pajjiż differenti. Ir-riżultati juru perċentwali ta’ 5.5% fi Franza (30 biljun km koperti minn vetturi), 3.9% fil-Ġermanja, 4.1% fl-Olanda, u 3.9% fir-Renju Unit. [2] 2.5% fid-Danimarka, 4% fil-Finlandja, 6% fl-Olanda, 8% fil-Katalonja (Spanja), 14% fil-Belġju, 15% fi Franza, u 30% fil-Lussemburgu. [3] Fi Franza, il-perċentwal fit-traffiku tas-sewwieqa mhux residenti huwa ta’ 5.5%, filwaqt li l-perċentwal tagħhom fir-reati tat-traffiku huwa ta’ 15%. Iċ-ċifri korrispondenti għall-Olanda huma 4.1% tat-traffiku u 6% tar-reati (Centraal Justitieel Incasso Bureau, l-Olanda). [4] ĠU C , , p. . [5] ĠU C , , p. . [6] ĠU C , , p. . [7] ĠU C , , p. . [8] ĠU L 76, 22.3.2005, p. 16. [9] ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31. [10] ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23. Id-Deċiżjoni kif emendata bid-Deċiżjoni 2006/512/KE (ĠU L 200, 22.7.2006, p. 11). [11] Id-Direttiva tal-Kunsill 91/671/KEE tas-16 ta’ Diċembru 1991 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar l-użu mandatorju taċ-ċinturini tas-sigurtà f'vetturi ta' inqas minn 3.5 tunnellati (ĠU L 373, 31.12.1991, p. 26), kif emendata bid-Direttiva 2003/20/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 115, 9.5.2003, p. 63). [12] Ħassar dak li ma japplikax. [13] Mhux applikabbli jekk ma jkun intuża l-ebda tagħmir. [14] Ħassar dak li ma japplikax. [15] Infiq li ma jaqax taħt il-Kapitolu xx 01 tat-Titolu xx ikkonċernat. [16] Infiq skond l-Artikolu xx 01 04 tat-Titolu xx. [17] Infiq skond il-Kapitolu xx 01 minbarra l-Artikoli xx 01 04 jew xx 01 05. [18] Ara l-punti 19 u 24 tal-Ftehim Interistituzzjonali. [19] Jistgħu jiżdiedu kolonni addizzjonali jekk ikun hemm bżonn, jiġifieri jekk it-tul ta’ l-azzjoni jisboq is-sitt snin. [20] Bid-data ta’ l-24 ta’ Frar 2005 (ĠU L 76, 22.3.2005, p. 16). [21] Kif deskritt fit-Taqsima 5.3. [22] Li l-ispiża tiegħu MHIJIEX koperta mill-ammont ta’ referenza. [23] Li l-ispiża tiegħu MHIJIEX koperta mill-ammont ta’ referenza. [24] Li l-ispiża tiegħu hija inkluża fl-ammont ta’ referenza. [25] Għandha ssir riferenza għad-dikjarazzjoni finanzjarja leġiżattiva speċifika għall-Aġenzija/i Eżekuttiva/i kkonċernata/i. [26] Kumitat skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/512/KE (komitoloġija). L-ammont (EUR 0,0351 miljun) huwa kkalkolat kif ġej: EUR 650 għal kull espert x 27 Stat Membru x 2 laqgħa kull sena.