EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52008PC0084

Proposta għal regolament tal-Kunsill li jtemm ir-reviżjoni parzjali interim skond l-Artikolu 11(3) tar-Regolament (KE) Nru 384/96 tad-dazju ta' l-antidumping fuq importazzjonijiet ta' soluzzjonijiet ta' l-urea u n-nitrat ta' l-ammonju li joriġinaw fir-Russja

/* KUMM/2008/0084 finali */

52008PC0084

Proposta għal regolament tal-Kunsill li jtemm ir-reviżjoni parzjali interim skond l-Artikolu 11(3) tar-Regolament (KE) Nru 384/96 tad-dazju ta' l-antidumping fuq importazzjonijiet ta' soluzzjonijiet ta' l-urea u n-nitrat ta' l-ammonju li joriġinaw fir-Russja /* KUMM/2008/0084 finali */


[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ |

Brussel 15.2.2008

KUMM(2008) 84 finali

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-KUNSILL

li jtemm ir-reviżjoni parzjali interim skond l-Artikolu 11(3) tar-Regolament (KE) Nru 384/96 tad-dazju ta' l-antidumping fuq importazzjonijiet ta' soluzzjonijiet ta' l-urea u n-nitrat ta' l-ammonju li joriġinaw fir-Russja

(preżentata mill-Kummissjoni)

MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

IL-KUNTEST TAL-PROPOSTA |

Ir-raġunijiet għall-proposta u l-għanijiet tagħha Din il-proposta tikkonċerna l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 tat-22 ta' Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea, hekk kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2117/2005 tal-21 ta' Diċembru 2005 ('ir-Regolament bażiku') fil-proċediment li jikkonċerna l-importazzjonijiet ta’ l-urea u n-nitrat ta' l-ammonju li joriġina fir-Russja. |

Il-kuntest ġenerali Din il-proposta qed issir fil-kuntest ta’ l-implimentazzjoni tar-Regolament bażiku u hija r-riżultat ta’ investigazzjoni li twettqet skond ir-rekwiżiti sostantivi u proċedurali stipulati fir-Regolament bażiku. |

Id-dispożizzjonijiet attwali fil-qasam tal-proposta Il-miżuri attwalment fis-seħħ kienu imposti permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1995/2000 u kkonfermat bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1911/2006 li jimponi dazju definittiv ta' l-antidumping fuq importazzjonijiet ta' soluzzjonijiet tan-nitrat ta’ l-urea u ta' l-ammonju li joriġinaw, inter alia, mir-Russja. |

Konsistenza mal-politiki u l-għanijiet l-oħra ta' l-Unjoni Mhux applikabbli. |

IL KONSULTAZZJONI MAL-PARTIJIET INTERESSATI U L-ISTIMA TA' L-IMPATT |

Il-konsultazzjoni mal-partijiet interessati |

Il-partijiet interessati kkonċernati mill-proċediment kellhom il-possibbiltà li jiddefendu l-interessi tagħhom matul l-investigazzjoni, skond id-dispożizzjonijiet tar-Regolament bażiku. |

Il-ġbir u l-użu ta' għarfien espert |

Ma kien hemm ebda ħtieġa ta’ għarfien espert estern. |

Stima ta' l-Impatt Din il-proposta hija r-riżultat ta’ l-implimentazzjoni tar-Regolament bażiku. Ir-Regolament bażiku ma jipprevedix stima ġenerali ta’ l-impatt iżda fih lista eżawrjenti ta’ kundizzjonijiet li jridu jiġu evalwati. |

L-ELEMENTI LEGALI TAL-PROPOSTA |

Is-sommarju ta’ l-azzjoni proposta Fid-19 ta' Diċembru 2006, il-Kummissjoni tat bidu għal reviżjoni interim tal-miżuri fis-seħħ fir-rigward ta' soluzzjonijiet ta' nitrat ta' l-urea u l-ammonju li joriġinaw mir-Russja wara talba li saret minn żewġ produtturi esportaturi relatati fir-Russja, li jappartjenu għall-kumpanija bl-ishma ta' l-iskorta għand sidien konġunti "Mineral and Chemical Company Eurochem". It-talba kienet ibbażata fuq evidenza prima facie li ċ-ċirkostanzi li fuq il-bażi tagħhom ġew stabbiliti l-miżuri nbidlu u għalhekk l-impożizzjoni ssuktata ta' miżuri fil-livelli attwali ma għadhiex meħtieġa biex tikkumpensa għad-dumping. Il-proposta mehmuża għal Regolament tal-Kunsill hija bbażata fuq is-sejbiet ta' l-investigazzjoni mwettqa li hija limitata fl-ambitu għall-verifika ta' dumping sa fejn għandu x’jaqsam l-applikant. L-investigazzjoni wriet li seħħ dumping matul il-perjodu ta' l-investigazzjoni. Il-livell ta' dumping li nstab kien ogħla minn dak ta' matul il-perjodu ta' l-investigazzjoni li wassal għall-impożizzjoni tad-dazji definittivi. Kien ukoll ogħla mil-livell ta' eliminazzjoni tal-ħsara li tifforma l-bażi tal-miżuri attwali fis-seħħ. Għalhekk, ma nbidlet l-ebda ċirkostanza b'tali mod li ma tagħmilx il-miżuri attwali aktar meħtieġa sabiex ipattu għad-dumping. Instab ukoll li ċ-ċirkostanzi matul il-perjodu attwali ta' investigazzjoni kienu ta' natura dejjiema. Għalhekk huwa propost li l-Kunsill jadotta l-proposta mehmuża għal Regolament li għandu jtemm ir-reviżjoni mingħajr ma jemenda l-miżuri ta' l-antidumping attwalment fis-seħħ, li għandhom jiġu ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali sa mhux aktar tard mit-18 ta' Marzu 2008. |

Il-bażi legali Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 tat-22 ta’ Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea, kif emendat l-aħħar mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2117/2005 tal-21 ta’ Diċembru 2005. |

Il-prinċipju tas-sussidjarjetà Il-proposta taqa' taħt il-kompetenza esklussiva tal-Komunità. Għalhekk il-prinċipju tas-sussidjarjetà ma japplikax. |

Il-prinċipju tal-proporzjonalità Din il-proposta hija konformi mal-prinċipju tal-proporzjonalità għar-raġunijiet li ġejjin: |

Il-forma ta' azzjoni hi deskritta fir-Regolament imsemmi hawn fuq u ma tħalli l-ebda skop għal deċiżjoni nazzjonali. |

Mhijiex meħtieġa indikazzjoni ta' kif jiġi minimizzat u jsir proporzjonali ma' l-għan tal-proposta, il-piż finanzjarju u amministrattiv li jaqa' fuq il-Komunità, il-gvernijiet nazzjonali, l-awtoritajiet reġjonali u lokali, l-operaturi ekonomiċi u ċ-ċittadini. |

L-għażla ta' strumenti |

L-istrumenti proposti: ir-regolament. |

Mezzi oħra ma jkunux adegwati għar-raġuni li ġejja: Ir-Regolament bażiku msemmi hawn fuq ma jipprevedix għażliet alternattivi. |

L-IMPLIKAZZJONI BAġITARJA |

Il-proposta m'għandha l-ebda implikazzjoni għall-baġit tal-Komunità. |

.

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-KUNSILL

li jtemm ir-reviżjoni parzjali interim skond l-Artikolu 11(3) tar-Regolament (KE) Nru 384/96 tad-dazju ta' l-antidumping fuq importazzjonijiet ta' soluzzjonijiet ta' l-urea u n-nitrat ta' l-ammonju li joriġinaw fir-Russja

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 tat-22 ta' Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea[1] ('ir-Regolament bażiku'), u b'mod partikolari l-Artikolu 11(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mressqa mill-Kummissjoni wara li kkonsultat lill-Kumitat Konsultattiv,

Billi:

A. IL-PROĊEDURA

1. IL-MIżURI FIS-SEħħ

1. Permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1995/2000[2], il-Kunsill impona dazju definittiv ta' l-antidumping fuq l-importazzjonijiet ta’ soluzzjonijiet ta’ urea u nitrati ta’ l-ammonju (UAN) li joriġinaw, inter alia , mir-Russja. Dan ir-regolament minn issa 'l quddiem se jissejjeaħ 'ir-Regolament oriġinali' u l-investigazzjoni li wasslet li jiġu imposti l-miżuri mir-Regolament oriġinali minn issa 'l quddiem se tissejjaħ 'l-investigazzjoni oriġinali'.

2. Wara reviżjoni ta’ l-iskadenza li ngħatat bidu f'Settembru 2005, il-Kunsill, permezz tar-Regolament (KE) Nru 1911/2006[3], ġedded għal ħames snin dawn il-miżuri fil-livell attwali tagħhom. Il-miżuri jikkonsistu minn doveri speċifiċi. Dan ir-regolament minn issa 'l quddiem se jissejjeaħ 'ir-Regolament ta' l-iskadenza' u l-investigazzjoni li wasslet li jiġu imposti l-miżuri mir-Regolament oriġinali minn issa 'l quddiem se tissejjaħ 'ir-reviżjoni ta’ l-iskadenza'.

2. IT-TALBA GħAL REVIżJONI

3. Talba għal reviżjoni parzjali interim ('ir-reviżjoni attwali') skond l-Artikolu 11(3) tar-Regolament bażiku tressqet miż-żewġ produtturi esportaturi mir-Russja, mill-Kumpanija bl-ishma ta' l-iskorta għand sidien konġunti "Mineral and Chemical Company Eurochem", speċifikament Novomoskovskiy Azot and Nevinnomyssky Azot. Dawn iż-żewġ kumpaniji, minħabba r-relazzjoni tagħhom, huma ttrattati bħala entità legali waħda ('l-applikant') għall-iskop tar-reviżjoni attwali. It-talba kienet limitata fl-ambitu għal dumping sa fejn għandu x'jaqsam l-applikant.

4. L-applikant allega li t-tqabbil tal-valur normali tiegħu nnifsu u, fin-nuqqas ta' esportazzjonijiet lejn il-Komunità Ewropea, il-prezzijiet ta' l-esportazzjoni lejn pajjiż terz xieraq, f'dan il-każ, l-Istati Uniti ta' l-Amerika, għandu jwassal għal tnaqqis ta' dumping li jkun sinifikament inqas mil-livell tal-miżuri attwali.

3 . L-INVESTIGAZZJONI

5. Wara li ddeterminat, wara li kkonsultat lill-Kumitat Konsultattiv, li t-talba kien fiha evidenza prima facie suffiċjenti, il-Kummissjoni ћabbret fid-19 ta' Diċembru 2006 l-bidu ta' reviżjoni parzjali interim skond l-Artikolu 11(3) tar-Regolament bażiku permezz ta' avviż tal-bidu ppubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea[4].

6. Ir-reviżjoni kienet limitata fl-ambitu ta' eżaminazzjoni tad-dumping fir-rigward ra' l-applikant. L-investigazzjoni tad-dumping kopriet il-perjodu mill-1 ta' Ottubru 2005 sat-30 ta' Settembru 2006 ("il-perijodu ta' investigazzjoni tar-reviżjoni" jew 'PIR').

7. Il-Kummissjoni informat uffiċjalment lill-applikant, lir-rappreżentanti tal-pajjiż ta' l-esportazzjoni u lill-assoċjazzjoni tal-produtturi tal-Komunità bil-ftuħ tar-reviżjoni. Il-partijiet interessati ngħataw l-opportunità li jressqu l-opinjonijiet tagħhom bil-miktub u li jitolbu seduta fil-limitu taż-żmien stipulat fl-avviż ta’ inizjazzjoni.

8. Il-partijiet interessati kollha, li talbu hekk u wrew li kien hemm raġunijiet partikolari għaliex għandhom jinstemgħu, ġew konċessi seduta ta’ smigħ.

9. Sabiex tikseb l-informazzjoni li qieset meħtieġa għall-investigazzjoni tagħha, il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarji lill-Kumpanija bl-ishma ta' l-iskorta għand sidien konġunti "Mineral and Chemical Company Eurochem" u l-kumpaniji relatati tagħha u rċeviet tweġibiet fi ħdan il-limiti ta' żmien stipulati għal dak il-għan.

10. Il-Kummissjoni fittxet u vverifikat l-informazzjoni kollha li qieset meħtieġa għad-determinazzjoni ta' dumping. Il-Kummissjoni wettqet żjarat ta' verifika fuq il-post ta' l-applikant u kumpaniji relatati tiegħu:

11. JSC Mineral and Chemical Company (Eurochem), Moska, ir-Russja;

12. PJSC Azot (NAK Azot), Novomoskovsk, ir-Russja;

13. PJSC Nevinnomyssky Azot (Nevinka Azot), Nevinnomyssk, ir-Russja u

14. Eurochem Trading GmbH, Zug, l-Iżvizzera – (Eurochem Trading).

B. IL-PRODOTT IKKONĊERNAT U L-PRODOTT SIMILI

1. IL-PRODOTT IKKONċERNAT

15. Il-prodott ikkonċernat huwa l-istess bħal fl-investigazzjoni oriġinali, jiġifieri soluzzjoni ta’ urea u ta’ nitrati ta’ l-ammonju, fertilizzant likwidu li jintuża spiss fl-agrikoltura, li joriġina fir-Russja ('UAN'). Dan jikkonsisti f’taћlita ta’ urea, ta’ nitrati ta’ l-ammonju u ta’ ilma. L-ammont ta' ilma huwa madwar 70 % tat-taħlita (skond il-kontenut tan-nitroġenu), bil-parti li jifdal magħmula b'mod ugwali minn urea u nitrat ta' l-ammonju. L-ammont ta’ nitroġenu (N) huwa l-aktar "karatteristika" sinifikanti tal-prodott, u jista’ jvarja bejn 28 % u 32 %. Varjazzjoni bħal din tista’ tinkiseb billi jiżdied aktar jew inqas ilma mas-soluzzjoni. Madankollu, ikun xi jkun l-ammont ta’ nitroġenu tagħhom, is-soluzzjonijiet kollha ta’ urea u ta’ nitrati ta’ l-ammonju jitqies li gћandhom l-istess karatteristiċi fiżiċi u kimiċi bażiċi, u gћalhekk jikkostitwixxu prodott wieћed gћall-iskop ta’ din l-investigazzjoni. Il-prodott ikkonċernat jaqa’ taħt il-kodiċi NM 3102 80 00.

2. IL-PRODOTT SIMILI

16. L-investigazzjoni ta' reviżjoni kkonfermat li l-UAN huwa prodott purament ta’ komodità, u l-kwalità u l-karatteristiċi fiżiċi bażiċi tiegћu huma identiċi jkun xi jkun il-pajjiż ta’ l-oriġini. Is-soluzzjonijiet UAN manifatturati u mibjugħa mill-applikant fis-suq domestiku tiegħu fir-Russja u, fin-nuqqas ta' esportazzjonijiet lejn il-Komunità Ewropea, dawk esportati lejn l-Istati Uniti ta' l-Amerika għandhom l-istess karatteristiċi fiżiċi u kimiċi u essenzjalment l-istess użi. Għalhekk, dawn il-prodotti huma meqjusa bħala prodotti simili fit-tifsira ta’ l-Artikolu 1(4) tar-Regolament bażiku. Minħabba li r-reviżjoni attwali kienet limitata għad-determinazzjoni ta' dumping f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-applikant, ma ntlaħqu l-ebda konklużjonijiet fir-rigward ral-prodott manifatturat u mibjugħ mill-industrija tal-Komunità fis-suq tal-Komunità.

C. IR-RIŻULTATI TA’ L-INVESTIGAZZJONI

1. IR-RIMARKI PRELIMINARI

17. Kif imħabbar fl-avviż tal-bidu, minħabba li l-applikant ma kellux bejgħ ta' esportazzjoni ta' UAN lejn il-Komunità Ewropea matul il-PIR, l-investigazzjoni attwali l-ewwel eżaminat sa liema punt kellhom jintużaw il-prezzijiet ta' l-esportazzjoni lejn pajjiż terz fid-deċiżjoni ta' jekk inbidlitx il-bażi li fuqha kienu stabbiliti l-miżuri eżistenti u jekk dawn il-bidliet humiex ta' natura permanenti.

18. L-applikant ta' evidenza li minħabba d-dazji fis-seħħ, il-prodott ma setax jinbiegħ għall-esportazzjoni lejn is-suq tal-Komunità matul il-PIR. L-applikant ta' evidenza proma facie li l-prezzijiet ta' l-esportazzjoni lejn l-Istati Uniti ta' l-Amerika, suq terz rappreżentattiv, ma kienux l-oġġett ta' dumping jew għall-inqas f'livell iċken mill-marġini tad-dumping stabbilit attwalment għall-esportazzjonijiet lejn il-Komunità Ewropea u li kien xieraq li jintużaw il-prezzijiet ta' esportazjoni lejn l-Istati Uniti ta' l-Amerika. Gġal dawn ir-raġunijiet stipulati hawn taħt fil-premessa (43) u ta' warajh, il-prezzijiet ta' l-esportazzjoni lejn il-pajjiż terz l-Istati Uniti ta' l-Amerika nstabu li huma xierqa minħabba li s-suq ta' l-Istati Uniti kien komparabbli mas-suq tal-Komunità u għalhekk kien wieħed rappreżentattiv.

19. Għandu jiġi nnutat li l-miżuri applikabbli attwalment huma parzjalment ibbażati fuq data li mhijiex marbuta mal-produzzjoni u l-bejgħ ta' l-applikant innifsu tal-prodott ikkonċernat, filwaqt li matul il-PIR attwali kienet disponibbli, informazzjoni verifikata relatata mad- data ta' l-applikant innfisu marbuta mal-valur normali u l-prezzijiet ta' l-esportazzjoni, avolja għal suq ta' pajjiż terz. Fuq din il-bażi, ġie konkluż li l-marġini tad-dumping li nstab matul il-PIR attwali kien jirrifletti b'mod aktar preċiż il-qagħda ta' l-applikant matul il-PIR milli l-miżuri fis-seħħ bħalissa.

20. F'dan il-kuntest, tqies ukoll li l-għan ta' dazju ta' l-antidumping mhuwiex li jagħlaq is-suq tal-Komunità għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi iżda sabiex jistabbilixxi mill-ġdid ambjent ta' kondizzjonijiet indaqs.

21. Fid-dawl taċ-ċirkustanzi speċifiċi ta' hawn fuq, għalhekk ġir konkluż li l-kalkolu tal-marġini tad-dumping matul il-PIR fuq il-bażi tal-prezzijiet tal-bejgħ ta' l-esportazzjon ta' l-applikant lejn l-Istati Uniti ta' l-Amerika kien xieraq.

2. IL-VALUR NORMALI

22. Sabiex jiġi stabbilit il-valur normali, l-ewwel ġie vverifikat li l-bejgħ domestiku totali ta' l-applikant kien rappreżentattiv skond l-Artikolu 2(2) tar-Regolament bażiku. Minħabba li l-applikant ma kellux bejgħ ta' esportazzjoni ta' UAN lejn il-Komunità Ewropea matul il-PIR, il-kwantitajiet totali tal-bejgħ domestiku ta' l-applikant tqabblu ma' l-esportazzjonijiet ta' UAN mill-applikant lejn l-Istati Uniti. Skond l-Artikolu 2(2) tar-Regolament bażiku, il-bejgħ domestiku għandu jitqies bħala rappreżentattiv fil-każ li l-volum totali ta' bejgħ bħal dan huwa daqs jew ikbar minn 5 % tal-volum totali tal-bejgħ korrispondenti ta' l-esportazzjoni, f'dan il-każ għall-Istati Uniti. L-investigazzjoni wriet li ll-applikant ma biegħx kwantitajiet rappreżentattivi ta' UAN fis-suq domestiku.

23. Minħabba li fuq din il-bażi l-prezzijiet domestiċi ta' l-applikan ma setgħux jintużaw sabiex jistabbilixxu valur normali, il-valur normali ġie kompost fuq il-bażi ta' l-ispejjeż tal-manifattura li ġġarrbu mill-applikant flimkien ma' ammont raġjonevoli għall-ispejjeż ġenerali, amministrattivi u ta' bejgħ ('SĠAB') u għall-profitti, skond l-Artikolu 2(3) u (6) tar-Regolament bażiku.

24. Dwar l-ispiża tal-manifattura, għandu jiġi enfasizzat li l-ispejjeż tal-gass jirrappreżentaw proporzjon maġġuri ta' l-ispiża tal-manifattura u proporzjon sinifikanti ta' l-ispiża totali ta' produzzjoni. Skond l-Artikolu 2(5) tar-Regolament bażiku, ġie eżaminat jekk l-ispejjeż assoċjati mal-produzzjoni u mal-bejgћ tal-prodott ikkonċernat kinux riflessi b’mod raġjonevoli fir-reġsitri ta' l-applikant.

25. Fuq il-bażi tad- data ppubblikata mis-sorsi rikonoxxuti internazzjonalment ġie stabbilit fis-swieq ta' l-enerġija, li l-prezzijiet imħallsa mill-applikant kienu baxxi b'mod abnormali. Bħala indikazzjoni, dawn kienu jammontaw għal kwart u għal għoxrin fil-mija tal-prezz ta' l-esportazzjoni tal-gass naturali mir-Russja. F’dan ir-rigward, id- data kollha disponibbli tindika li l-prezzijiet domestiċi tal-gass fir-Russja kienu prezzijiet irregolati, li huma ferm taħt il-prezzijiet tas-suq imħallsa fis-swieq gћall-gass naturali li mhumiex irregolati. Minħabba li l-ispejjeż tal-gass ma kinux riflessi b'mod raġonevoli fir-reġistri ta’ l-applikant, dawn kellhom jiġu aġġustati skond dan. Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe prezz distort tal-gass relatat mas-suq domestiku Russu, u skond l-Artikolu 2(5) tar-Regolament bażiku, il-prezzijiet tal-gass kellhom jiġu stabbiliti fuq 'kwalunkwe bażi raġjonevoli oħra, inkluża l-informazzjoni minn swieq rappreżentattivi oħra'.

26. Il-prezz aġġustat kien ibbażat fuq il-prezz medju tal-gass Russu meta dan inbiegћ gћall-esportazzjoni fuq il-fruntiera Ġermaniża/Ċeka (Waidhaus), wara li tħallsu l-ispejjeż tat-trasport u aġġustat sabiex jirrifletti l-ispejjeż lokali ta' distribuzzjoni. Waidhaus, li huwa ċ-ċentru ewlieni gћall-bejgћ tal-gass Russu lill-UE, u li huwa kemm l-ikbar suq gћall-gass Russu kif ukoll għandu prezzijiet li jirriflettu l-ispejjeż b’mod raġonevoli, jista’ jitqies bћala suq rappreżentattiv fit-tifsira ta’ l-Artikolu 2(5) tar-Regolament bażiku.

27. Wara r-rivelazzjoni, l-applikant iddikjara li kwalunkwe aġġustament tal-prezz tas-suq tiegħu tal-gass li tħallas fis-suq domestiku jkun bla bżonn filwaqt li kkontenda li r-reġistri tiegħu tal-kontabilità kineu jirriflettu kompletament l-ispejjeż assoċjati ma' l-attività ta' produzzjoni u l-bejgħ tal-prodott simili fil-pajjiż ta' l-oriġini. Sabiex jissostanza din id-dikjarazzjoni, l-applikant forna studju minn ażjenda indipendenti ta' konsultazzjoni li l-prezz tal-gass imħallas mill-applikant kien jirrifletti l-ispiża sħiħa ta' produzzjoni u bejgħ tal-gass, kif imġarrab mill-fornitur tal-gass. Għandu jiġi enfasizzat li, kif jistipula l-istudju nnifsu, l-ispejjeż tal-gass kif ukoll l-ispiża tal-provvista tal-gass lill-applikant li ntużaw għat-tqabbil kienu stimi ta' l-ispejjeż u għalhekk mhux spejjeż reali li ġġarrbu matil il-PIR. Hemm ukoll ambigwità jekk l-ispejjeż stabbiliti b'dan il-mod kinux l-ispejjeż sħaħ kif stabbiliti skond ir-Regolament bażiku, jiġifieri kinux jinkludu l-ispejjeż sħaħ tal-manifattura u SĠAB marbuta mal-produzzjoni u l-bejgħ tal-gass. Fl-aħħar nett, qed jiġi enfasizzat li l-informazzjoni disponibbli dwar l-ispejjeż tal-fornitur tal-gass ma setgħetx tiġi vverifikata fi ħadn il-qafas ta' dan il-proċediment.

28. Fi kwalunkwe każ, qed jitqies li skond l-Artikolu 2(5) tar-Regolament bażiku, il-fatt waħdu li l-prezz tal-gass li jżomm il-fornitur lill-klijent tiegħu jkopri l-ispejjeż mhuwiex minnu nnifsu kriterju li jistabbilixxi jekk l-ispejjeż tal-produzzjoni tal-prodott simili kif imniżżel fil-kontijiet tal-kumpanija humiex jirrifletu b'mod raġjonevoli l-ispejjeż assoċjati mal-produzzjoni u l-bejgħ tal-prodott li qiegħed jiġi investigat. Għar-raġunijiet stipulati hawn fuq fil-premessa (21), instab li dan ma kienx il-każ. L-applikant ma indirizzax id-differenza notevolment sinifikanti bejn il-prezz imħallas għall-gass fis-suq domestiku Russu u l-prezz ta' l-esportazzjoni tal-gass naturali mir-Russja min-naħa l-waħda u dak imħallas mill-produtturi tal-Komunità min-naħa l-oħra. L-applikant ma indirizzax il-fatt li l-prezzijiet domestiċi għall-gass naturali kienu rregolati fir-Russja u ma setgħux jitqiesu li jirriflettu b'mod raġjonevoli prezz normalment imħallas fis-swieq mhux distorti. Għalhekk, ukoll jekk il-prezz tal-gass li tħallas mill-applikant kien ikopri l-ispiża ta' l-unità ta' produzzjoni u bejgħ tal-gass imġarrba mill-fornitur, dan l-argument huwa irrilevanti minħabba li l-prezz tas-suq tal-gass mhuwiex bilfors marbut direttament ma' l-ispejjeż tal-produzzjoni u l-bejgħ tiegħu. Il-prezz li fih l-applikant kien qed jixtri l-gass matul il-PIR jibqa' wieħed regolat mill-Istat u huwa inqas b'mod sinifikanti mil-livell tal-prezz fi swieq mhux regolati kif spjegat fil-premessa (21) hawn fuq. Għalhekk din iddikjarazzjoni kellha tiġi rifjutata.

29. L-applikant iddikjara b'mod ulterjuri li meta sar aġġustament tal-gass, fil-fatt intużat metodoloġija għad-determinazzjoni tal-valur normali li mhijiex prevista mir-Regolament bażiku. Għalhekk, permezz tas-sostituzzjoni ta' l-ispejjeż domestiċi tal-gass ikkalkulati kif deskritt hawn fuq fil-premessa (22), u minħabba l-fatt li dawn l-ispejjeż jiffurmaw parti maġġuri ta' l-ispejjeż totali tal-prodott simili u għalhekk tal-valur normali kompost ukoll, il-valur normali għandu fil-fatt jiġi ddeterminat minn data ta' suq terz "rappreżentattiv". F'dan ir-rigward, l-applikant argumenta li għal pajjiżi b'ekonomija tas-suq, ir-Regolament bażiku minkejja kollox jipprevedi biss il-metodoloġiji li ġejjin biss għad-determinazzjoni tal-valur normali: (i) fuq il-bażi tal-prezz domestiku tal-prodott simili fl-andament normali tal-kummerċ, jew b'mod alternattiv, fil-każ li l-bejgħ ma jsirx matul l-andament normali tal-kummerċ, (ii) fuq il-bażi ta' l-ispiża tal-produzzjoni fil-pajjiż ta' l-oriġini (biż-żieda ta' ammont raġjonevoli għal SĠAB u għal profitti) jew (iii) prezzijiet rappreżentattivi ta' l-esportazzjoni tal-prodott simili għall-pajjiż terz xieraq. L-applikant ikkonkluda li fuq din il-bażi l-valur normali għandu jkun ibbażat fuq data minn suq terz rappreżentattiv.

30. F'dan ir-rigward kif ukoll kif deskritt fil-qosor fil-premessi 18 sa (42), għandu l-ewwel nett jiġi enfasizzat li l-valur normali kien stabbilit skond il-metodoloġiji deskritti fil-qosor fl-Artikolu 2(1) sa (6) tar-Regolament bażiku. Minkejja dan, sabiex jiġi stabbilit jekk il-bejgħ domestiku sarx fl-andament normali tal-kummerċ bis-saħħa tal-prezz, jiġifieri jekk kinux profittabbli, l-ewwel irid jiġi stabbilit jekk l-ispejjeż ta' l-applikant kinux bażi affidabbli fi ħdan is-sens ta' l-Artikolu 2(5) tar-Regolament bażiku. Huwa biss wara li l-ispejjeż jiġu stabbiliti b'mod affidabbli, li jista' jiġi determinat liema metodoloġija għandha tintuża sabiex tistabbilixxi l-valur normali. Għalhekk huwa żbaljat li jiġi ddikjarat li permezz tad-determinazzjoni ta' l-ispejjeż affidabbli skond l-Artikolu 2(5) tar-Regolament bażiku ġiet introdotta metodoloġija ġdida għad-determinazzjoni tal-valur normali. Għalhekk l-argumenti ta' l-applikant f'dan ir-rigward kellhom jiġu rrifjutati.

31. L-applikant argumenta b'mod ulterjuri li anki fil-każ li kellu jsir aġġustament għall-ispiża tigħu tal-gass naturali fis-suq domestiku, il-prezz ta' Waidhaus għall-gass naturali Russu ma kienx bażi affidabbli għal aġġustament bħal dan minħabba li l-prezz jiġi stipulat għal kuntratti li jifirxu fuq medda twila ta' żmien li taħthom il-formula tal-prezz hija marbuta mal-prezzijiet tal-prodotti taż-żejt u għalhekk mhuwiex relatat ma' l-ispejjeż tal-produzzjoni u l-forniment tal-gass lill-applikant fir-Russja. L-applikant argumenta b'mod ulterjuri li l-prezz Waidhaus għall-gass Russu mhuwiex affidabbli minħabba li huwa affetwat mill-ipprezzar domestiku għoli b'mod eċċessiv u possibilment mhux kompetittiv fil-Ġermanja, li qed jiġi investigat mill-Awtoritajiet Ġermaniżi ta' l-Antitrust.

32. L-ewwel nett, għandu jiġi enfasizzat li wieħed mill-kriterji primarji għall-għażla tal-bażi li fuqha jiġu stabbiliti l-prezzijiet tal-gass kien li l-bażi tirrifletti b'mod raġjonevoli prezz li normalment jitħallas fi swieq mhux distorti. Ma hemm l-ebda dubju li din il-kondizzjoni hija sodisfatta fir-rigward tal-prezzijiet f'Waidhaus. Barra minn dan, b'mod konsiderevoli l-ikbar volum ta' gass mir-Russja huwa importat permezz taċ-ċentru Waidhaus li għalhekk jirrappreżenta bażi xierqa għal aġġustament. Fuq din il-bażi, Waidhaus tqies bħala suq rappreżentattiv u bħala bażi raġjonevoli għad-determinazzjoni ta' l-ispejjeż tal-gass fi ħdan it-tifsira ta' l-Artikolu 2(5) tar-Regolament bażiku. It-tieni, kif deskritt fil-qosor fil-premessa (24), waħdu dan huwa irrilevanti jekk il-prezz huwiex immexxi mill-ispiża sakemm jirrifletti prezz normalment imħallas fi swieq mhux distorti. F'dak li għandu x'jaqsam mal-gass importat f'Waidhaus, mhemm l-ebda indikazzjoni ta' interferenza ta' l-Istat fil-formolazzjoni tal-prezz u għaljekk din ik-kondizzjoni hija sodisfatta. Finalment, f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-ipprezzar domestiku mhux kompetittiv tal-gass fil-Ġermanja għandu jiġi enfasizzat li l-investigazzjoni tal-Bundeskartellamt, li rrefera għaliha l-applikant, għadha pendenti u ma ntlaħqet l-ebda konklużjoni. Apparti dan, din l-investigazzjoni tikkonċerna prezzijiet li bihom id-distributuri ewlenin Ġermaniżi tal-gass ibigħu l-gass fis-suq domestiku Ġermaniż u mhux il-prezz li bih jixtru l-gass importat mir-Russja. B'kuntrast ma dak li ddikjara l-applikant, dawn iż-żewġ prezzijiet mhumiex bilfors relatati minħabba li l-interess ekonomiku tad-distributuri tal-gass u tal-konsumaturi tagħhom huwa eżattament l-oppost. Għalhekk, jista' jkun hemm suppożizzjoni li d-distributuri jimmiraw li jżommu l-prezz tal-bejgħ mill-ġdid fl-ogħla livell possibbli li permezz ta' hekk fl-istess waqt huwa fl-interess ekonomiku tagħhom li jżommu l-prezz li jixtrubih fl-iktar livell baxx possibbli sabiex jiġu mmassimizzati l-livelli ta' profitt. L-argument ta' l-applikant li l-persuni Ġermaniżi inkarigati ma għandhomx inċentiv li jinnegozjaw prezzijiet baxxi għall-gass Russu importat f'Waidhaus hija smpliċi suppożizzjoni li ma għndha l-ebda sostenn fattwali. B'konsegwenza, dawn l-argumenti ġew rifjutati.

33. L-applikant argumenta b'mod ulterjuri li kieku kellu jsir aġġustament għall-ispiża tal-gass naturali fis-suq domestiku, aġġustament bħal dan għandu jkun ibbażat fuq prezzijiet tal-gass mhux irregolati disponibbli fir-Russja. L-ewwel nett, il-fatt li l-Kummissjoni setgħet tagħżel bażi differenti ma jagħmilx l-għażla ta' Waidhaus waħda mhux raġjonevoli. Il-kriterju primarju għall-għażla tal-bażi li fuqha għandu jiġi stabbilit il-prezz tal-gass huwa li l-bażi tirrifletti b'mod raġjonevoli prezz li normalment jitħallas fi swieq mhux distorti. Ma hemm l-ebda dubju li din il-kondizzjoni hija sodisfatta fir-rigward tal-prezzijiet f'Waidhaus. It-tieni, il-fatt li l-volum ta' gass mibjugħ fi prezzijiet mhux regolati fis-suq domestiku kien biss wieħed minuri matul il-PIR u li prezzijiet bħal dawn kienu sinifikament eqreb għall-prezz domestiku regolat milli għall-prezz ta' l-esportazzjoni ddeterminat b'mod ħieles jimplika b'mod qawwi li dawn il-prezzijiet mhux regolati kienu distorti mill-prezzijiet regolati prevalenti. Għalhekk, il-prezzijiet domestiċi mhux regolati ma setgħux jintużaw.

34. L-applikant argumenta b'mod ulterjuri li l-prezzijiet domestiċi għall-gass naturali fir-Russja regolati mill-Istat qed jiżdiedu b'mod kostanti u qed jilħqu livelli li jkopru l-ispiża tal-produzzjoni tal-gass. Għalhekk, il-prezz fis-suq domestiku ma jistgħux jitqiesu bħala mhux kompetittivi jew baxxi b'mod irrazzjonali.

35. Dan l-argument ma jreġix minħabba li l-istandard korrett għall-għażla ta' suq rappreżentattiv mhuwiex jekk il-prezzijiet humiex profittabbli per se iżda jekk jirriflettux b'mod raġjonevoli prezz li normalment jitħallas fi swieq mhux distorti, kif spjegat fil-premessa (29) hawn fuq. Dan mhuwiex il-każ għall-prezzjiet irregolati mill-Istat. Barra minn dan, dan l-argument jikkontradixxi wkoll dikjarazzjonijiet pubbliċi tal-fornitur Russu tal-gass (kif ikkonfermati mill-kontijiet verifiati finanzjarjament u ppubblikati tiegħu) li l-prezzijiet domestiċi Russi tal-gass ma jkoprux l-ispiża ta' produzzjoni, ta' trasport u ta' bejgħ. Għalhekk, dan l-argument kien irrifjutat.

36. L-applikant ippropna b'mod ulterjuri l-użu tal-prezz Russu ta' l-esportazzjoni lejn swieq ġirien bħala bażi alternattiva għall-aġġustament, iżda mingħajr ma ta l-ebda informazzjoni jew evidenza dwar swieq bħal dawn. Tqies li l-prezzijiet Russi ta' l-esportazzjoni tal-gass lejn l-Istati Baltiċi, fejn kien hemm xi informazzjoni disponibbli dwar il-prezz, ma kinux rappreżentattivi biżżejjed, minħabba l-volumi relattivament baxxi ta' esportazzjoni lejn dawn il-pajjiżi. Barra minn dan, data meħtieġa li tikkonċerna l-ispiża ta' trasport u distribuzzjoni ma kinitx disponibbli u għalhekk, fi kwalunkwe każ il-prezzijiet affidabbli lejn l-Istati Baltiċi jistgħu ma jiġux stabbiliti. Għalhekk, dawn il-prezzijiet ma setgħux jintużaw bħala bażi għall-aġġustament.

37. B'mod alternattiv, l-applikant argumenta li kieku kellu jintuża l-prezz ta' l-esportazzjoni f'Waidhaus, id-dazju Russu ta' l-esportazzjoni li jitħallas għall-esportazzjonijiet kollha għandu jitnaqqas mill-prezz f'Waidhaus minħabba li ma jkunx iġġarrab b'mod domestiku.

38. Fil-fatt il-prezz tas-suq f'Waidhaus, li tqies bħala suq rappreżentattiv fi ħdan it-tifsira ta' l-Artikolu 2(5) tar-Regolament bażiku, huwa l-prezz wara t-taxxi ta' l-esportazzjoni u mhux il-prezzijiet ta' qabel dawn it-taxxi. Mill-prespettiva tax-xerrej huwa l-prezz li jrid jitħallas f'Waidhaus li huwa relevanti, u f'dan ir-rigward huwa irrelevanti liema persentaġġ jikkostitwixxi taxxa ta' esportazzjoni u liema persentaġġ jitħallas lill-fornitur tal-gass. Dan ta' l-aħħar, min-naħa l-oħra dejjem se jipprova jimmassimizza l-prezz tiegħu u għalhekk lill-konsumaturi tiegħu jżommilhom l-ogħla prezz li lesti jħallsu. Fid-dawl li dan il-prezz huwa dejjem ogħla sewwa mill-ispejjeż tal-produzzjoni, li jippermetti lill-fornitur tal-gass li jagħmel profitti kbar, il-formolazzjoni tiegħu tal-prezz mhijiex influwenzata primarjament mill-ammont tat-taxxa ta' l-esportazzjoni iżda b'liema prezz il-konsumaturi tiegħu lesti li jħallsu. Għalhekk ġie konkluż li l-prezz inkluża t-taxxa ta' l-esportazzjoni, u mhux il-prezz ta' qabel tinqata' dik it-taxxa, huwa l-prezz mhux distort immexxi mis-suq. Għaldaqstant, l-argumenti ta' l-applikant f'dan ir-rigward ġew irrifjutati.

39. F'dan il-kuntest, l-applikant ikkonferma wkoll li ż-żieda fil-valur tad-distributur lokali ma għandhiex tiżdied mal-prezz ta' l-esportazzjoni f'Waidhaus filwaqt li ddikjara li l-profitti tad-distributuri għandhom ikunu diġà inklużi fil-prezz f'Waidhaus. F'dan ir-rigward, l-applikant iddikjara li d-distributuri lokali fir-Russja kienu sussidji bi sjieda sħiħa tal-fornitur tal-gass u għalhekk, it-total tal-profitt ta' dawn id-distributuri jistgħu jikkostitwixxu li qed jingħaddu darbtejn. L-applikant iddikjara wkoll li għandu jitqies il-vantaġġ komparattiv tar-Russja. L-applikant argument b'mod ulterjuri li minħabba li l-gass huwa disponibbli fil-wisa' fir-Russja iżda mhux fil-Komunità, il-prezzijiet domestiċi fir-Russja għandhom ikunu naturalment aktar baxxi mill-prezz tal-gass esportat li kellu jitqies waqt id-determinazzjoni ta' l-aġġustament għall-prezzijiet tal-gass imħallsa fis-suq domestiku.

40. L-ewwel irid jiġi enfasizzat li ż-żieda fil-valur tad-distributuri lokali ma tinkludix biss il-marġini tal-profitt ta' dawn il-kumpaniji iżda wkoll l-ispejjeż tagħhom bejn ix-xiri u l-bejgħ mill-ġdid tal-gass naturali.

41. It-tieni, dan l-argument ma setax jiġi vverifikat aktar b'mod suffiċjenti. Dan minħabba l-fatt li l-fornitur tal-gass fir-Russja u l-affiljati tiegħu ma kinux soġġetti għall-investigazzjoni attwali u li għalhekk ma kienx hemm informazzjoni biżżejjed ta' l-organizzazzjoni u l-istruttura tagħha ta' l-ispejjeż. Huwa enfasizzat ukoll li l-qagħda fir-Russja f'dan ir-rigward minħabba, inter alia , ir-rabtiet mill-qrib bejn il-fornitur tal-gass u l-gvern Russu mhijiex trasparenti biżżejjed biex tippermetti aċċess biżżejjed għall-evidenza meħtieġa.

42. Aktar minn hekk, l-applikant, li fuq jaqa' d-dmir tal-prova, ma kienx kapaċi jippreżenta kwalunkwe informazzjoni jew evidenza ulterjuri li kienet turi jekk l-ispiża tad-distribuzzjoni kinitx fil-fatt inkluża fil-prezz ta' Waidhaus u sa liema punt. Minkejja dan, minħabba li l-konsumaturi domestiċi kienu qed jixtru l-gass minn fornituri lokali, għandu jitqies li huma jkollhom iħallsu l-ispejjeż lokali ta' distribuzzjoni li mhumiex per se inklużi fil-prezz mhux aġġustat ta' Waidhaus. Għalhekk, f'dan l-istadju tal-proċediment għandu jitqies li dan l-aġġustament kien ġustifikat u konsegwentement l-argument ġie rrifjutat.

43. Minkejja dan, l-Istituzzjonijiet tal-Komunità qiesu wkoll li l-impatt fuq il-kalkolu tal-marġini tad-dumping ta' dan l-aġġustament speċifiku seta' kien sinifikanti. Għalhekk, fid-dawl tal-qagħda partikolari deskritta hawn fuq fil-premessa (37), tqies li jekk l-applikant iforni biżżejjed evidenza verifikabbli, il-Kummissjoni tista' tqis il-ftuħ mill-ġdid ta' l-investigazzjoni f'dan ir-rigward.

44. F'dak li għandu x'jaqsam mal-vantaġġi komparattivi ddikjarati fir-rigward tad-disponibilità tal-gass naturali fir-Russja, għandu jiġi enfasizzat li kif imsemmi fil-premessa (28) hawn fuq, il-kriterju primarju għall-għażla tal-prezzijiet ta' Waidhaus bħala bażi li fuqha jiġu stabbiliti l-prezzijiet tal-gass huwa li l-prezzijiet jirriflettu b'mod raġjonevoli prezz normalment imħallas fi swieq mhux distorti. Il-kondizzjonijiet tas-suq prevalenti fis-suq domestiku huma irrilevanti f'dan il-kuntest. Għalhekk dan l-argument kellu jiġi rifjutat.

45. SĠAB u l-profitt ma setgħux ma setgћux jiġu stabbiliti fuq il-bażi ta' l-ewwel parti ta' l-Artikolu 2(6), l-ewwel sentenza, tar-Regolament bażiku minħabba li, wara l-aġġustament għall-sipiża tal-gass imsemmija fil-premessa (22), l-applikant ma kellux bejgħ domestiku rappreżentattiv tal-prodott ikkonċernat fl-andamwnt normali tal-kummerċ skond l-Artikolu 2(4) tar-Regolament bażiku. L-Artikolu 2(6)(a) tar-Regolament bażiku ma setax jiġi applikat, minħabba li l-applikant huwa soġġett gћall-investigazzjoni. L-Artikolu 2(6)(b) ukoll ma kienx japplika, minħabba li għall-prodotti li jappartejnu għall-istess kategorija ġenerali ta' prodotti l-gass naturali huwa bl-istess mod l-aktar materja prima nettament importanti u għalhekk l-ispejjeż tal-manifattura jeħtieġ fil-probabilità kbira li jiġu aġġustati, għar-raġunijiet indikati fil-premessa (21) hawn fuq. Fil-qafas tar-reviżjoni interim , l-ebda informazzjoni ma kienet disponibbli sabiex tikkwantifika b'mod xieraq aġġustament bħal dan u sabiex tistabbilixxi SĠAB u l-marġini relevanti tal-profitt meta dawn il-prodotti jinbiegħu wara aġġustament bħal dan. Gћalhekk, lSĠAB u l-profitt ġew stabbiliti skond l-Artikolu 2(6)(c) tar-Regolament bażiku fuq il-bażi ta' metodu raġjonevoli.

46. F’dan ir-rigward, tqieset l-informazzjoni li hija pubblikament disponibbli li hija relatata mal-kumpaniji ewlenija li joperaw fis-settur tan-negozju tal-fertilizzanti tan-nitroġenu. Instab li d- data korrispondenti mill-produtturi ta’ l-Amerika ta’ Fuq (l-Istati Uniti ta’ l-Amerika u l-Kanada) għandha tkun l-iktar xierqa gћall-iskop ta’ l-investigazzjoni, minħabba d-disponibilità kbira ta’ informazzjoni finanzjarja pubblika affidabbli u kompluta minn kumpaniji elenkati f’dan ir-reġjun tad-dinja. Barra minn hekk, is-suq ta’ l-Amerika ta’ Fuq wera volum sinifikanti ta’ bejgћ domestiku u livell konsiderevoli ta’ kompetizzjoni kemm mill-kumpaniji domestiċi kif ukoll minn dawk barranin. Gћalhekk SĠAB u l-profitt ġew stabbiliti fuq il-bażi tal-medja bil-piż differenzjat ta' SĠAB u l-profitt minn tliet produtturi ta’ l-Amerika ta’ Fuq, li nstabu li kienu fost l-ikbar kumpaniji fis-settur tal-fertilizzanti, fir-rigward tal-bejgћ tagћhom fl-Amerika ta’ Fuq ta’ l-istess kategorija ġenerali ta’ prodotti (il-fertilizzanti tan-nitroġenu). Dawn it-tliet produtturi tqiesu bћala rappreżentattivi gћan-negozju tal-fertilizzanti tan-nitroġenu (bћala medja, aktar minn 78.15 % tal-fatturat tas-segment tal-kumpanija/negozju), u SĠAB u l-profitt tagћhom bħala rappreżentattivi ta’ l-istess tip ta’ spejjeż li normalment isiru minn kumpaniji li joperaw b’suċċess f’dak is-segment ta’ negozju. Barra minn hekk, m’hemm l-ebda indikazzjoni li tissuġġerixxi li l-ammont gћall-profitt li kien stabbilit b’dan il-mod jaqbeż il-profitt li normalment jagħmlu l-produtturi Russi fuq il-bejgћ tal-prodotti ta’ l-istess kategorija ġenerali fis-suq domestiku tagħhom.

3. IL-PREZZ TA’ L-ESPORTAZZJONI

47. Kif imsemmi fil-premessa 0, l-applikant ma kellux bejgħ ta' l-esportazzjoni ta' UAN lejn il-Komunità Ewropea matul il-PIR. Għalhekk, għar-raġunijiet stipulati fil-premessi (13) sa (16) tqies xieraq li tiġi eżaminata l-imġiba ta' l-ipprezzar ta' l-applikant lejn swieq oħra ta' l-esportazzjoni sabiex jiġi kkalkolat il-marġini tad-dumping. Fl-avviż tal-bidu, l-Istati Uniti ta’ l-Amerika kienu previsti bћala suq xieraq għall-iskopijiet ta' tqabbil, minħabba li huma s-suq ewlieni ta' esportazzjoni ta' l-applikant u jirrapreżentaw 'il fuq minn 70 % tal-kwantitajiet ta' esportazzjoni ta' l-applikant matul il-PIR.

48. L-ebda waħda mill-partijiet interessati ma kkummentat dwar l-għażla ta' l-Istati Uniti bħala s-suq l-aktar xieraq għal skopijiet ta' tqabbil. L-investigazzjoni kkonfermat li s-suq ta' l-Istati Uniti ta' l-Amerika għal UAN kien l-aktar xieraq għall-iskop ta' tqabbil minħabba li l-Komunità Ewropea u l-Istati Uniti ta' l-Amerika jirrappreżentaw żewġt iswieq ewlenin ta' UAN fid-dinja, li huma komparabbli kemm f'termini ta' volum kif ukoll ta' prezzijiet.

49. Minħabba li l-bejgħ ta' l-esportazzjoni ta' l-applikant fl-Istati Uniti ta' l-Amerika matul il-PIR sar permezz ta’ negozjant relatat fl-Iżvizzera, il-prezz ta' l-esportazzjoni kellu jiġi stabbilit skond l-Artikolu 2(9) tar-Regolament bażiku. Għalhekk, il-prezz ta' l-esportazzjoni kien kompost fuq il-bażi tal-prezzijiet realment imħallsa jew li jistgħu jitħallsu lill-applikant mill-ewwel konsumatur indipendenti fl-Istati Uniti ta' l-Amerika, l-ikbar suq ta' esportazzjoni ta' l-applikant. Minn dawn il-prezzijiet tnaqqset kummissjoni ipotetika li tikkorrispondi għaż-żieda fil-valur tal-kummerċjant relatat, li tista' titqies simili għar-rwol ta' aġent li jaġixxi fuq bażi ta' kummissjoni.

4. IL-PARAGUN

50. Il-valur normali u l-prezz ta’ esportazzjoni tqabblu mal-bażi tal-prezz ex fabbrika. Sabiex ikun żgurat paragun ġust bejn il-valur normali u l-prezz ta’ l-esportazzjoni, saru konċessjonijiet xierqa fil-forma ta’ aġġustamenti għad-differenzi li jaffettwaw il-prezz u għall-komparabilità tal-prezzijiet skond l-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku. Gћalhekk, saru aġġustamenti gћad-differenzi fl-ispejjeż tat-trasport, ta’ l-immaniġġjar, tat-tagћbija u fi spejjeż awżiljari, fejn japplika u fejn kien appoġġjat minn evidenza vverifikata.

5. IL-MARġNI TAD-DUMPING

51. Il-marġini tad-dumping kien stabbilit fuq il-bażi ta' taqbbil ta' valur normali tal-medja bil-piż differenzjat ma' prezz ta' esportazzjoni tal-medja bil-piż differenzjat, skond l-Artikolu 2(11) tar-Regolament bażiku.

52. Il-paragun wera marġini tad-dumping b'medja ta' 31.59 %, espress bħala persentaġġ tal-prezz CIF fil-fruntiera ta' l-Amerika ta' Fuq, bid-dazju mhux imħallas.

6. IN-NATURA PERMANENTI TAċ-ċIRKOSTANZI PREVALENTI MATIL IL-PIR

53. Skond l-Artikolu 11(3) tar-Regolament bażiku, ġie eżaminat jekk tbiddlux iċ-ċirkostanzi li fuq il-bażi tagħhom ġie bbażat il-marġini attwali ta' dumping u jekk tibdiliet bħal dawn kinux ta' natura permanenti.

54. Ma kienx hemm indikazzjonijiet li l-livell tal-valur normali jew il-prezz stabbilit ta' esportazzjoni għall-applikant fl-investigazzjoni attwali ma setax jitqies ta' natura permanenti. Minkejja li jista' jiġi argumentat li l-evoluzzjoni tal-prezzijiet tal-gass naturali bħala l-materja prima ewlenija jista' jkollu influwenza sinifikanti fuq il-valur normali, tqies li l-effett taż-żieda fil-prezz għandu jaffetwa lill-operaturi kollha fis-suq u għalhekk ikollu impatt kemm fuq il-valur normali kif ukoll fuq il-prezz ta' l-esportazzjoni.

55. Il-prezz ta' l-esportazzjoni ta' l-applikant għall-Istati Uniti ta' l-Amerika, is-suq ewlieni ta' esportazzjoni ta' l-applikant, matul il-PIR nstab li kien simili għal dak ta' l-esportazzjonijiet lejn pajjiżi oħra.

56. Għalhekk, jeżistu raġunijiet sabiex jitqies li l-marġini li nstab ta' dumping huwa bbażat fuq ċirkostanzi mibdula ta' natura permanenti.

57. Barra minn hekk, ir-reviżjoni attwali ma żvelat l-ebda indikazzjoni jew evidenza li l-bażi li fuqha ġie stabbilit il-livell ta' eliminazzjoni ta' ħsara matul l-investigazzjoni oriġinali se tinbidel b'mod sinifikanti fil-futur imminenti.

58. F'dan ir-rigward, qed jiġi enfasizzat li għalkemm iċ-ċirkostanzi li fuq il-bażi tagħhom ġiet ibbażata d-determinazzjoni ta' dumping inbidlu minn mindu kien hemm l-impożizzjoni tad-dazji definittivi, li rriżultaw f'marġini akbar tad-dumping matul il-PIR meta mqabbel mal-PI oriġinali, u għalkemm mhemm l-ebda raġuni sabiex il-marġini li nstab ta' dumping huwa bbażat fuq ċirkostanzi mibdula ta' natura permanenti, il-livell ta' dazju ta' l-antidumping fis-seħħ għandu jibqa' l-istess. Fil-fatt, kif imsemmi hawn isfel fil-premessi (55) u (56), id-dazji definittivi ta' l-antidumping ġew imposti fil-livell ta' eliminazzjoni tal-ħsara kif instab fl-investigazzjoni oriġinali.

D. It-TMIEM TAR-REVIŻJONI

59. Qiegħed jitfakkar li, skond l-Artikolu 9(4) tar-Regolament bażiku u kif deskritt fil-qosor fil-premessa (49) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1995/2000, id-dazju definittiv ta' l-antidumping fl-investigazzjoni oriġinali ġie stabbilit fil-livell tal-marġini ta' ħsara li nstab, li kien inqas mill-marġini tad-dumping minħabba li nstab li dazju inqas bħal dan kellu jkun adegwat għat-tneħħija tal-ħsara ta' l-industrija tal-Komunità. Fid-dawl ta' dan li ntqal, id-dazju stabbilit f'din ir-reviżjoni ma għandux ikun ogħla mill-marġini tad-dumping stabbilit fl-investigazzjoni oriġinali.

60. L-ebda marġini tad-dumping ma jista' jiġi stabbilit f'din ir-reviżjoni parzjali interim, minħabba li hija limitata għall-eżaminazzjoni tad-dumping f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-applikant. Għalhekk, il-marġini tad- dumping stabbilit fir-reviżjoni attwali tqabbel mal-marġini tal-ħsara kif stabbilit fl-investigazzjoni oriġinali. Minħabba li dan ta' l-aħħar instab li kien inqas mill-marġini tad-dumping li nstab fl-investigazzjoni attwali, din ir-reviżjoni għandha tintemm mingħajr ma temenda l-miżuri ta' l-antidumping fis-seħħ.

E. IMPENJI

61. L-applikant esprima interess li joffri impenn iżda naqas milli jippreżenta offerta sostanzjat biżżejjed ta' impenn fi ħdan il-limiti ta' żmien stipulati fl-Artikolu 8(2) tar-Regolament bażiku. Minħabba f'hekk, l-ebda offerta għal impenn ma setgħet tiġi aċċettata mill-Kummissjoni. Minkejja dan, huwa meqjus li l-kumplessità ta' bosta kwistjonijiet, speċifikament (1) il-volatilità tal-prezz tal-prodott ikkonċernat li jista' jirrikjedi xi forma ta' inidiċizzazzjoni tal-prezzijiet minimi, u fl-istess waqt il-volatilità mhijiex spjegata biżżejjed mill-fattur prinċipali ta' l-ispiża. u (2) il-qagħda partikolari tas-suq għall-prodott ikkonċernat ( inter alia , li ma kien hemm l-ebda importazzjoni mill-esportatur soġġetta għal din ir-reviżjoni matul il-PIR) jindikaw il-ħtieġa li jitqies b'mod ulterjuri jekk impenn li jgħaqqad prezz indiċizzat minimu u livell massimu kwantitattiv ikunx vijabbli.

62. Kif imsemmi hawn fuq, minħabba l-kumplessità, l-applikant ma setax jifformola offerta aċċettabbli ta' l-impenn fi ħdan il-limitu statutorju ta' żmien. Fid-dawl ta' dan ta' hawn fuq, il-Kunsill iqis li l-applikant għandu b'mod eċċezzjonali jitħalla jlesti l-offerta tiegħu ta' l-impenn lil hinn mil-limitu msemmi ta' żmien iżda fi żmien għaxart ijiem kalendarji mis-sħul fis-seħħ ta' dan ir-regolament.

F. L-IŻVELAR

63. Il-partijiet interessati ġew informati bil-fatti u l-konsiderazzjonijiet essenzjali li fuq il-bażi tagħhom kien maħsub li tintemm ir-reviżjoni attwali u li jiġi ppreservat id-dazju attwali ta' l-antidumping fuq importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat prodott mill-applikant. Il-partijiet kollha ngħataw l-oppportunità li jikkummentaw. Il-kummenti tagħhom ittieħdu f'kunsiderazzjoni fejn iġġustifikati u sostanzjati b'evidenza.

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu Uniku

Ir-reviżjoni parzjali interim tal-miżuri ta' l-antidumping applikabbli għal importazzjonijiet ta' l-urea u n-nitrat ta' l-ammonju f'soluzzjonijiet ta' lilma jew f'dawk amonjakali li joriġinaw fir-Russja attwalment klassifikabbli fi ħdan il-kodiċi tan-NM 3102 80 00, li ngħatat bidu skond l-Artikolu 11(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96, hija permezz ta' dan ta' hawn mitmuma mingħajr emendi għall-miżuri fis-seħħ.

Dan ir-Regolament ghandu jidħol fis-seħħ l-għada ta' meta ssir il-pubblikazzjoni tiegħu fil- Ġurnal Ufficjali ta' l-Unjoni Ewropea .

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, […]

Għall-Kunsill

Il-President

[…]

[1] ĠU L 56, 6.3.1996, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 461/2004 (ĠU L , p. 17).

[2] ĠU L 238, 22.9.2000, p. 15.

[3] ĠU L 365, 21.12.2006, p. 26.

[4] ĠU C 311, 19.12.2006, p. 51.

Top