Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52008PC0051

Proposta għal regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1782/2003 fir-rigward tat-trasferiment ta’ għajnuna tat-tabakk lill-Fond tal-Komunità għat-Tabakk għas-snin 2008 u 2009 u r-Regolament (KE) (Nru) 1234/2007 fir-rigward ta’ finanzjament tal-Fond tal-Komunità għat-Tabakk

/* KUMM/2008/0051 finali - CNS 2008/0020 */

52008PC0051

Proposta għal regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1782/2003 fir-rigward tat-trasferiment ta’ għajnuna tat-tabakk lill-Fond tal-Komunità għat-Tabakk għas-snin 2008 u 2009 u r-Regolament (KE) (Nru) 1234/2007 fir-rigward ta’ finanzjament tal-Fond tal-Komunità għat-Tabakk /* KUMM/2008/0051 finali - CNS 2008/0020 */


[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ |

Brussel 4.2.2008

KUMM(2008) 51 finali

2008/0020 (CNS)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-KUNSILL

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1782/2003 fir-rigward tat-trasferiment ta’ għajnuna tat-tabakk lill-Fond tal-Komunità għat-Tabakk għas-snin 2008 u 2009 u r-Regolament (KE) (Nru) 1234/2007 fir-rigward ta’ finanzjament tal-Fond tal-Komunità għat-Tabakk

(preżentata mill-Kummissjoni)

MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1. IL-KUNTEST TAL-PROPOSTA

- Ir-raġunijiet għall-proposta u l-għanijiet tagħha

L-Artikolu 104(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 jipprovdi għall-finanzjament tal-Fond tal-Komunità għat-Tabakk permezz tat-trasferimenti ta' ċerti ammonti ta' għajnuna għat-tabakk għas-snin kalendarji 2006 u 2007 skond l-Artikolu 110m tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003. L-għan tal-proposta hu li tittrasferixxi ammont ugwali għal 5% ta’ l-għajnuna għat-tabakk mogħtija għas-snin kalendarji 2008 u 2009 lill-Fond tal-Komunità għat-Tabakk għall-iskop ta’ finanzjar ta’ azzjonijiet informattivi biex ikabbru l-kuxjenza pubblika dwar l-effetti tal-ħsara għas-saħħa tal-konsum tat-tabakk. Dawn l-azzjonijiet taw prova li huma ta' suċċess kbir kif ukoll li huma eżempju pożittiv ta' koooperazzjoni bejn politiki agrikoli u tas-saħħa. Meta jitqies li l-Fond kien dejjem iffinanzjat minn trasferiment mill-għajnuna għat-tabakk, il-proposta timmira li tiżgura li dawk l-azzjonijiet jitkomplew.

- Il-kuntest ġenerali

Il-Fond tal-Komunità għat-Tabakk kien dejjem iffinanzjat minn trasferiment ta’ parti mill-għajnuniet għat-tabakk. Dan it-trasferiment rigward is-snin kalendarji 2006 u 2007 kien inizjalment propost meta l-introduzzjoni tas-settur tat-tabakk fl-iskema ta’ Pagament Uniku kellha tkun akkumpanjata minn għajnuna tranżitorja għat-tabakk li kellha titħallas fl-istess snin. Finalment ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 864/2004 estenda l-għajnuna għat-tabakk sa l-2008 u l-2009 mingħajr ma estenda rispettivament il-finanzjamant tal-Fond tal-Komunità għat-Tabakk b’nuqqas fl-għajnuna għat-tabakk.

- Id-dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam tal-proposta

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003 tad-29 ta’ Settembru 2003 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi diretti ta’ appoġġ fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għall-bdiewa u li jemenda r-Regolamenti (KEE) Nru 2019/93, (KE) Nru 1452/2001, (KE) Nru 1453/2001, (KE) Nru 1454/2001, (KE) Nru 1868/94, (KE) Nru 1251/1999, (KE) Nru 1254/1999, (KE) Nru 1673/2000, (KEE) Nru 2358/71 u (KE) Nru 2529/2001.Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS).

- Il-konsistenza ma' politiki u għanijiet oħra ta' l-Unjoni

Din il-miżura hija konsistenti mal-politika Komunitarja għall-ħarsien tas-saħħa pubblika.

2. IL-KONSULTAZZJONI MAL-PARTIJIET INTERESSATI U L-VALUTAZZJONI TA’ IMPATT

- Il-konsultazzjoni mal-partijiet interessati

- Il-ġbir u l-użu ta’ għarfien espert

Ma kienx hemm bżonn ta’ konsultazzjoni ma' partijiet interessati għal għarfien espert minn barra.

- Il-valutazzjoni ta’ l-impatt

Mhux applikabbli.

3. L-ELEMENTI ġURIDIċI TAL-PROPOSTA

- Taqsira ta' l-azzjoni proposta

L-għan ta’ din il-proposta hu li tittrasferixxi ammont ugwali għal 5% ta’ l-għajnuna għat-tabakk mogħtija għas-snin kalendarji 2008 u 2009 lill-Fond tal-Komunità għat-Tabakk għall-iskop ta’ finanzjar ta’ azzjonijiet informattivi biex ikabbru l-kuxjenza pubblika dwar l-effetti tal-ħsara għas-saħħa tal-konsum tat-tabakk.

- Il-bażi ġuridika

L-Artikolu 37(2) tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea.

- Il-prinċipju ta’ sussidjarjetà

Il-proposta taqa’ taħt il-kompetenza esklussiva tal-Komunità. Il-prinċipju tas-sussidjarjetà għalhekk ma japplikax.

- Il-prinċipju tal-proporzjonalità

Il-proposta tikkonforma mal-prinċipju tal-proporzjonalità.

- L-għażla ta' l-istrumenti

L-istrument propost: Regolament tal-Kunsill.Mezzi oħra ma jkunux adegwati għar-raġuni li ġejja: regolament jeħtieġ regolament ieħor biex jiġi emendat.

4. L-IMPLIKAZZJONIJIET BAġITARJI

Din il-miżura ma tinvolvi ebda nefqa Komunitarja addizzjonali. Testendi l-possibbiltà prevista fl-Artikolu 110m tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 li tittrasferixxi fl-2008 u l-2009 (snin tal-baġit 2009 u 2010) 5% ta’ l-ammont ta’ l-għajnuna għat-tabakk taħt “Għajnuniet Diretti” lill-“Fond tal-Komunità għat-Tabakk”. Il-limiti massimi fuq għajnuna għat-tabakk jibqgħu l-istess u l-ammont annwali massimu li jista’ jiġi trasferit jammonta għal €16,897 Mil (€337,937 Mil x 5% = €16,897 Mil). Dan l-ammont ser ikun disponibbli taħt il-linja tal-baġit 17 03 02 – Fond tal-Komunità għat-Tabakk. Billi huwa trasferiment bejn titli tal-baġit, din il-miżura m’għanda ebda effett baġitarju.

5. TAGħRIF SUPPLIMENTARI

- Is-simplifikazzjoni

Mhux applikabbli.

2008/0020 (CNS)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-KUNSILL

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1782/2003 fir-rigward tat-trasferiment ta’ għajnuna tat-tabakk lill-Fond tal-Komunità għat-Tabakk għas-snin 2008 u 2009 u r-Regolament (KE) (Nru) 1234/2007 fir-rigward ta’ finanzjament tal-Fond tal-Komunità għat-Tabakk

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari t-tielet subparagrafu ta' l-Artikolu 37(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummisjoni,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew[1],

Billi:

(1) Skond l-Artikolu 110j tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003 tad-29 ta’ Settembru 2003 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi diretti ta’ appoġġ fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għall-bdiewa u li jemenda ċerti Regolamenti[2] għajnuna għat-tabakk tingħata lill-produttiri ta’ tabakk mhux irfinat għas-snin ta’ ħsad ta’ l-2006 sa l-2009.

(2) L-Artikolu 104(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS)[3] jipprovdi għall-finanzjament tal-Fond tal-Komunità għat-Tabakk permezz tat-trasferimenti ta' ċerti ammonti ta' għajnuna għat-tabakk għas-snin kalendarji 2006 u 2007 skond l-Artikolu 110m tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003. Il-Fond tal-Komunità għat-Tabakk kien dejjem iffinanzjat minn trasferiment ta’ parti mill-għajnuniet għat-tabakk. Dan it-trasferiment rigward is-snin kalendarji 2006 u 2007 kien inizjalment propost meta l-introduzzjoni tas-settur tat-tabakk fl-iskema ta’ Pagament Uniku kellha tkun akkumpanjata minn għajnuna tranżitorja għat-tabakk li kellha titħallas fl-istess snin. Finalment ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 864/2004 estenda l-għajnuna għat-tabakk sa l-2008 u l-2009 mingħajr ma estenda rispettivament il-finanzjamant tal-Fond tal-Komunità għat-Tabakk bi tnaqqis ta’ l-għajnuna għat-tabakk.

(3) L-azzjonijiet iffinanzjati mill-Fond tal-Komunità għat-Tabakk taw prova li huma ta' suċċess kbir kif ukoll li huma eżempju pożittiv ta' koooperazzjoni bejn politiki agrikoli u tas-saħħa. Sabiex jiġi żgurat li dawk l-azzjonijiet ikomplu filwaqt li nqisu li l-Fond kien dejjem iffinanzjat permezz ta' trasferiment mill-għajnuna għat-tabakk, huwa xieraq li nittrasferixxu ammont ugwali għal 5% ta' l-għajnuna għat-tabakk mogħtija għas-snin kalendarji 2008 u 2009 lill-Fond tal-Komunità għat-Tabakk.

(4) Ir-Regolament (KE) Nru 1782/2003 u r-Regolament (KE) Nru 1234/2007 għandhom għalhekk jiġu emendati skond dan,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Artikolu 110m tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 jinbidel b'dan li ġej:

“Artikolu 110m Trasferiment lill-Fond tal-Komunità għat-Tabakk

Ammont ugwali għal 4% għas-sena kalendarja 2006 u għal 5% għas-snin kalendarji 2007, 2008 u 2009 ta' l-għajnuna mogħtija skond dan il-Kapitolu għandu jiffinanzja azzjonijiet informattivi taħt il-Fond tal-Komunità għat-Tabakk pprovdut fl-Artikolu 13 tar-Regolament (KEE) Nru 2075/92."

Artikolu 2

Fl-Artikolu 104(2) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, il-punt (b) huwa mibdul b'dan li ġej:

"(b) għas-snin kalendarji 2006 sa 2009, skond l-Artikolu 110m tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003.”

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba' jum mill-publikazzjoni tiegħu fil- Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea .

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u għandu japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Kunsill

Il-President

DIKJARAZZJONI FINANZJARJA |

1. | INTESTATURA TAL-BAĠIT: 05 03 02 22 għajnuna għat-tabakk 17 03 02 Fond tal-Komunità għat-Tabakk | APPROPRJAZZJONIJIET: €293 miljun (AL 2008) €14,25 miljun (PDB 2008) |

2. | TITLU: Proposta għal Regolament tal-Kunsill li jimmodifika r-Regolament (KE) Nru 1782/2003 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi diretti ta’ appoġġ fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għall-bdiewa relatati ma’ trasferiment ta' għajnuna għat-tabakk lill-Fond tal-Komunità għat-Tabakk għas-snin 2008 u 2009. |

3. | BAŻI ĠURIDIKA: L-Artikolu 37(2) tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea |

4. | GĦANIJIET: Li jittrasferixxi ammont ugwali għal 5% ta’ l-għajnuna għat-tabakk mogħtija għas-snin kalendarji 2008 u 2009 lill-Fond tal-Komunità għat-Tabakk għall-iskop ta’ finanzjar ta’ azzjonijiet informattivi biex ikabbru l-kuxjenza pubblika dwar l-effetti tal-ħsara għas-saħħa tal-produzzjoni tat-tabakk. |

5. | IMPLIKAZZJONIJIET FINANZJARJI | PERJODU TA’ 12-IL XAHAR (EUR miljun) | IS-SENA FINANZJARJA ATTWALI 2007 (EUR miljun) | IS-SENA FINANZJARJA SUSSEGWENTI 2008 (EUR miljun) |

5.0 | NEFQA – IDDEBITATA LILL-BAĠIT TAL-KE (RIFUŻJONIJIET/INTERVENTI) – AWTORITAJIET NAZZJONALI – OĦRAJN | – | – | – |

5.1 | DĦUL – RIŻORSI PROPRJI TAL-KE (IMPOSTI/DAZJI DOGANALI) – NAZZJONALI | – | – | – |

2009 | 2010 | 2011 | 2012 |

5.0.1 | STIMA TAN-NEFQA | – | – | – | – |

5.1.1 | STIMA TAD-DĦUL | – | – | – | – |

5.2 | METODU TA' KALKOLU: – |

6.0 | JISTA' L-PROĠETT JIĠI FFINANZJAT MINN APPROPRJAZZJONIJIET MAGĦMULA FIL-KAPITOLU KKONĊERNAT TAL-BAĠIT KURRENTI? | IVA LE |

6.1 | JISTA’ L-PROĠETT JIĠI FFINANZJAT PERMEZZ TA' TRASFERIMENT BEJN IL-KAPITOLI TAL-BAĠIT KURRENTI? | IVA LE |

6.2 | IKUN JENĦTIEĠ BAĠIT SUPPLIMENTARI? | IVA LE |

6.3 | SE JKUN HEMM BŻONN LI L-APPROPRJAZZJONIJIET JITNIŻŻLU FIL-BAĠITS TAL-ĠEJJIENI? | IVA LE |

OSSERVAZZJONIJIET: Dan ir-Regolament ma’ jinvolvi ebda nefqa Komunitarja addizzjonali. Jestendi l-possibbiltà prevista fl-Artikolu 110m tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 li jittrasferixxi fl-2008 u l-2009 (snin tal-baġit 2009 u 2010) 5% ta’ l-ammont ta’ l-għajnuna għat-tabakk taħt “Għajnuniet Diretti” lill-“Fond tal-Komunità għat-Tabakk”. Il-limiti massimi fuq għajnuna għat-tabakk jibqgħu l-istess u l-ammont annwali massimu li jista’ jiġi trasferit jammonta għal €16,897 Mil (€337,937 Mil x 5% = €16,897 Mil). Dan l-ammont ser ikun disponibbli taħt il-linja tal-baġit 17 03 02 – Fond tal-Komunità għat-Tabakk. Billi huwa trasferiment bejn titli tal-baġit, din il-miżura m’għanda ebda effett baġitarju. |

[pic][pic][pic]

[1] ĠU C …, …, p. ….

[2] ĠU L 270, 21.10.2003, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1276/2007 (ĠU L 284, 30.10.2007, p. 11).

[3] ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1

Top