EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52008PC0014

Proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà ta' l-UE

/* KUMM/2008/0014 finali */

52008PC0014

Proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà ta' l-UE /* KUMM/2008/0014 finali */


[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ |

Brussel 18.1.2008

KUMM(2008) 14 finali

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà ta' l-UE

(preżentata mill-Kummissjoni)

MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

Il-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006[1] jippermetti l-mobilizzazzjoni tal-Fond tas-Solidarjetà ta’ l-Unjoni Ewropea permezz ta’ mekkaniżmu ta’ flessibilità, fil-limitu massimu annwali ta' EUR biljun, minbarra l-intestaturi relevanti tal-perspettiva finanzjarja. Il-kundizzjonijiet ta’ l-eliġibilità għall-Fond huma ppreżentati fid-dettall fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2012/2002[2].

Fuq il-bażi ta’ applikazzjoni għal għajnuna mill-Fond mir-Renju Unit li kienet affettwata minn għargħar serju bejn Ġunju u Lulju 2007, l-estimi totali tal-ħsara kkawżata huma kif ġej:

(f'EUR)

Ħsarat diretti | Għajnuna proposta |

Renju Unit, Għargħar Ġunju/Lulju 2007 | 4 612 000 000 | 162 387 985 |

Total | 4 612 000 000 | 162 387 985 |

Fid-dawl ta' l-eżami ta' l-applikazzjoni[3], u meta titqies l-għotja massima possibbli mill-Fond flimkien ma' l-iskop għar- rijallokazzjoni ta' l-approprjazzjonijiet taħt l-intestatura li tirrikjedi nefqa addizzjonali, il-Kummissjoni tipproponi li timmobilizza l-Fond ta' Solidarjetà ta' l-Unjoni Ewropea għal ammont totali ta' EUR 162 387 985, li għandu jkun allokat taħt l-intestatura 3b tal-qafas finanzjarju.

Il-Kummissjoni se tippreżenta baġit ta’ emenda ( amending budget – AB) sabiex jiddaħħlu fil-baġit ta’ l-2008 approprjazzjonijiet speċifiċi għall-impenji u għall-ħlasijiet kif mitlub mill-Punt 26 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006.

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà ta' l-UE

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw il-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina finanzjarja u l-ġestjoni finanzjarja soda[4], u b'mod partikulari l-punt 26 tiegħu,

Wara li kkunsidraw ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2012/2002 tal-11 ta’ Novembru 2002 li jistabbilixxi l-Fond ta’ Solidarjetà ta’ l-Unjoni Ewropea[5],

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni,[6]

Billi:

(1) L-Unjoni Ewropea ħolqot il-Fond ta' Solidarjetà ta' l-Unjoni Ewropea (il-"Fond") sabiex turi solidarjetà mal-popolazzjonijiet ta’ reġjuni milquta b’diżastri.

(2) Il-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 jippermetti l-mobilizzazzjoni tal-Fond sal-limitu massimu annwali ta’ biljun Euro.

(3) Ir-Regolament (KE) Nru 2012/2002 fih id-dispożizzjonijiet li permezz tagħhom il-Fond jista’ jiġi mmobilizzat.

(4) Ir-Renju Unit issottometta applikazzjoni biex jimmobilizza l-Fond, minħabba diżastru kkawżat minn għargħar f'Ġunju u Lulju 2007.

IDDEĊIDEW KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Għall-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2008, il-Fond ta' Solidarjetà ta’ l-Unjoni Ewropea għandu jiġi mmobilizzat sabiex jipprovdi s-somma ta’ EUR 162 387 985 f’approprjazzjonijiet għall-impenji u għall-ħlasijiet.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fil- Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea .

Magħmula fi Brussell,

Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill

Il-President Il-President

[1] ĠU C 139, 14.06.2006, p. 1

[2] ĠU L 311, 14.11.2002, p. 3.

[3] Komunikazzjoni lill-Kummissjoni dwar applikazzjoni biex jiġi mobilizzat il-Fond ta' Solidarjetà ta' l-Unjoni Ewropea introdotta mir-Renju Unit fil-każ ta' għargħar f'Ġunju u Lulju ta' l-2007 li tippreżenta l-analiżi tal-Kummissjoni dwar it-talbiet.

[4] ĠU C 139, 14.06.2006, p. 1.

[5] ĠU L 311, 14.11;2002, p. 3.

[6] ĠU C […], […], p. […]

Top