Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52008DC0886

    Komunikazzjoni mill-Kummissjoni - Pjan ta' Azzjoni biex jiġi varat l-użu ta' Sistemi Intelliġenti tat-Trasport fl-Ewropa.

    /* KUMM/2008/0886 finali */

    52008DC0886




    [pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ |

    Brussel 16.12.2008

    KUMM(2008) 886 finali

    KOMUNIKAZZJONI MILL-KUMMISSJONI

    Pjan ta' Azzjoni biex jiġi varat l-użu ta' Sistemi Intelliġenti tat-Trasport fl-Ewropa.

    KOMUNIKAZZJONI MILL-KUMMISSJONI

    Pjan ta' Azzjoni biex jiġi varat l-użu ta' Sistemi Intelliġenti tat-Trasport fl-Ewropa.

    1. INTRODUZZJONI

    L-Aġenda mġedda ta' Lisbona dwar it-tkabbir u l-impjiegi[1] timmira biex twassal tkabbir li jkun iktar b'saħħtu u fit-tul u biex jinħolqu impjiegi aħjar. Barra minn hekk, l-evalwazzjoni intermedja tal-White Paper tal2001 [2] tisħaq dwar ir-rwol ewlieni tal-innovazzjoni fl-iżgurar tal-mobilità sostenibbli, effiċjenti u kompetittiva fl-Ewropa.

    Fuq dan l-isfond hemm bosta sfidi maġġuri li jridu jingħelbu sabiex is-sistema tat-trasport fl-Ewropa ikun jista’ jkollha rwol sħiħ fit-twettiq tal--ħtiġijiet tal-mobilità tal-ekonomija u tas-soċjetà Ewropea:

    - Huwa stmat li l-konġestjoni tat-traffiku fit-toroq taffetwa 10% tan-netwerk tat-toroq, u tiġi tiswa 0.9-1.5% tal PGD[3] tal-UE.

    - It-trasport bit-toroq jgħodd għal 72% tal-emissjonijiet tas-CO2 relatati mat-trasport kollu, li żdiedu bi 32% (1990-2005)[4]

    - Filwaqt li l-imwiet fit-toroq qegħdin jonqsu (-24% mill-2000 fl-EU27) n-numru tagħħom (42 953 imwiet fl-2006) għadu 6 000 iktar mill-mira maħsuba ta' tnaqqis ta' 50% fl-imwiet fil perjodu 2001-2006[5].

    Dawn l-isfidi huma saħansitra iktar pressanti bir-rati ta' tkabbir prospettivi ta' 50 % tat-trasport tal-merkanzija u 35% tat-trasport tal-passiġġieri fil-perjodu bejn 2000 u 2020[6].

    L-għanijiet prinċipali tal-politika li joħorġu minn dawn l-isfidi huma li t-trasport u l-ivvjaġġar isiru:

    - iktar nodfa,

    - iktar effiċjenti, inkluża l-effiċjenza fl-enerġija[7],

    - b'iktar sigurtà u sikurezza.

    Madankollu jidher ċar li l-approċċi konvenzjonali bħal ma huwa l-iżvilupp ta' infrastruttura ġdida, mhuwiex se jagħti r-riżultati meħtiega fuq l-iskali ta' żmien rikjesti mill-kobor ta' dawn l-isfidi. Huwa ċar li hemm bżonn jinstabu soluzzjonijiet innovattivi jekk irridu niksbu l-progress mgħaġġel mitlub ,ill-urġenza tal-problemi li għandna bħalissa. Wasal iż-żmien li s-Sistemi Intelliġenti tat-Trasport jagħmlu l-parti tagħhom biex joħorġu riżultati tanġibbli.

    2. SISTEMI INTELLIġENTI TAT-TRASPORT

    "Sistemi Intelliġenti tat-Trasport" tfisser li jiġu applikati tekonoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni (ICT) għat-trasport. Dawn l-applikazzjonijiet qegħdin jiġu żviluppati għal modi ta' trasport differenti u għal interazzjoni bejniethom (inkluż l-iskambju bejn il-punti ta' distribuzzjoni).

    Fit-trasport bl-ajru, is-SESAR[8] se tkun il-qafas tal-implimentazzjoni ta' ġenerazzjoni ġdida ta' ġestjoni tat-traffiku bl-ajru. Il-passaġġi fuq l-ilma interni qed jintroduċu s-Servizzi ta' Informazzjoni tax-Xmajjar (RIS) biex imexxu l-użu u t-trasport tal-merkanzija. In-netwerk tal-ferrovija qed jintroduċi bil-mod il-mod is-Sistema Ewropea tal-Ġestjoni tat-Traffiku Ferrovjarju (ERTMS) u l-Applikazzjonijiet Telematiċi għat-Trasport tal-Merkanzija.(TAF-TSI). It-tbaħħir introduċa s-sistema SafeSeaNet u Sistemi ta' Ġestjoni u Informazzjoni tat-Traffiku Marittimu (VTMIS) u qiegħed miexi bi progress lejn Sistema ta' Identifikazzjoni Awtomatika (AIS) u Identifikazzjoni u Traċċar ta' bastimenti minn distanza twila(LRIT). Eżempji ta' applikazzjonijiet ta' Sistemi Intelliġenti tat-Trasport bit-toroq jinkludu t-tmexxija u s-sistemi ta' kontroll tat-traffiku urban u ta' fuq l-awtostrada, il-ġbir elettroniku tat-tariffi għall-użu tat-triq u n-navigazzjoni tar-rotot. Iżda sa issa ma kien hemm l-ebda qafas Ewropew koerenti simili għall-interkonnettività bejn it-trasport bit-toroq u modi oħra tat-trasport.

    3. AMBITU

    Dan il-Pjan ta' Azzjoni jimmira biex jgħaġġel u jikkoordina l-varar tal-użu tas-Sistemi Intelliġenti tat-Trasport (SIT) fi trasport bit-toroq, li jinkludu interkonnessjonijiet ma' modi ta' trasport oħra.

    Il-Pjan ta' Azzjoni jitratta sitt oqsma ta' prijorità li dwarhom għandha tittieħed azzjoni. Għall kull qasam huma identifikati sett ta' speċifikazzjonijiet u skeda ċara taż-żmien. Il-fatt li dawn iseħħu billi jiġi ffissat qafas li jiddefinixxi l-proċeduri u l-ispeċifikazzjonijiet se jirrikjedi l-mobilizzazzjoni tal-Istati Membri u tal-persuni interssati l-oħra.

    Fl-aħħarnett, dan il-Pjan ta' Azzjoni se jgħin biex jgħaqqad ir-riżorsi u l-istrumenti diponibbli biex jingħata valur miżjud sostanzjali lill-Unjoni Ewropea.

    4. GħALIEX APPROċċ EWROPEW GħAS-SIT?

    SIT jista' joħloq benefiċċji fis-sens ta' trasport effiċċjenti, sostenibbiltà, sikurezza u sigurtà filwaqt li jagħti kontribut lis-Suq Intern tal-UE u lill-għanijiet tal-kompetittività.

    Fl-Ewropa, saru għadd ta' attivitajiet f'dan il-qasam mit-Tmeninijiet 'il hawn. Dawn l-attivitajiet kienu jiffokaw, tradizjonalment, għalkemm b'mod spiss mhux koordinat jew frammentat, fuq oqsma speċifiċi bħal pereżempju t-trasport nadif u effiċjenti fl-enerġija, il-konġestjoni tat-traffiku, l-imanniġġjar tat-traffiku, is-sikurezza fit-toroq u sigurtà ta'operazzjonijiet tat-trasport kummerċjali u l-mobilità urbana.

    Minkejja dawn l-iżvilluppi, hemm xi affarijiet li għandhom bżonn jiġu indirizzati minn perspettiva Ewropea bien tiġi evitata l-emerġenza ta' biċċiet ta' xogħol żgħar tal-applikazzjonijiet u s-servizzi tas-SIT magħmulin separatament: kontinwità ġeografika, interoperabbilità tas-servizzi u sistemi ta' standardizzazzjoni. Dawn għandhom jiffaċilitaw applikazzjonijiet pan-Ewropej, dejta sikura u preċiża u b'ħin reali u kopertura adegwata għal modi kollha tat-trasport.

    4.1. Għal trasport iktar ekoloġiku

    L-applikazzjonijiet tas-SIT għandhom rwol essenzjali fil-proċess biex it-trasport isir iktar ekoloġiku[9]

    Iż-żamma ta’ tariffi differenzjati għall-vetturi permezz ta' sistemi ta' ġbir elettroniku tat-tariffi għaċ-ċirkolazzjoni fuq ċerti rotot hija mod biex wieħed jinfluwenza d-domanda tat-traffiku.

    L-applikazzjonijiet tas-SIT għall-ippjanar ta' vjaġġ, navigazzjoni dinamika fil-vetturi u l-appoġġ tas-sewqan ambjentali wkoll jikkontribwixxu għal nuqqas fil-konġestjoni, għal mobilità iktar ekoloġika u għal inqas konsum tal-enerġija.

    Il-"Kurituri tat-trasport ekoloġiku"[10] huma inizjattiva tal-UE li tippromwovi l-kunċett ta' trasport integrat ta' merkanzija, ma' modi ta' trasport li jikkomplimentaw lil xulxin biex jinstabu alternattivi li huma iktar favur l-ambjent minflok it-trasport ta' distanzi twal bejn punti ta' distribuzzjoni. Biex jintlaħaq dan il-għan, huwa essenzjali li jkun hemm dipendenza fuq teknoloġija avvanzata tas-SIT.

    4.2. Titjib fl-effiċjenza tat-trasport

    Il-produzzjoni u d-distribuzzjoni tal-merkanzija tiddependi fuq katini loġistiċi multimodali li huma effiċjenti u kosteffiċjenti biex jiġi organizzat it-trasport madwar l-Ewropa u 'l hinn minnha, speċjalment meta jkun hemm fin-nofs r-rekwiżiti li jintlaħqu bl-eżatt fil-ħin. L-għodod tas-SIT jikkostitwixxu l-qalba li kapaċi tmexxi katini loġistiċi, magħrufa għaż-żamma ta' informazzjoni mingħajr karti tat-traċċi tal-merkanzija fit-tmexxija tal-fluss fiżiku tagħha (Merkanzija-e).

    Is-servizzi ta' Informazzjoni fil-Ħin Reali dwar it-Traffiku u l-Ivjaġġar (RTTI), li dejjem iktar qed jingħaqdu man-navigazzjoni satellitari, issa qegħdin jiġu offruti minn sorsi kemm pubbliċi u kemm privati biex jiffaċilitaw il mobilità.

    F'ħafna partijiet tal-Ewropa, is-SIT diġa qed imexxu b'mod effettiv it-traffiku urban u interurban, u qed irawmu interkambju modali f'punti ta' distribuzzjoni kbar u f'punti ta' trasferiment.

    Fuq medda ta' żmien itwal, sistemi kooperattivi bbażati fuq komunikazzjoni bejn vettura u oħra (V2V) u bejn infrastruttura u oħra (I2I) skambju ta' informazzjoni, u fejn xieraq, it-tqegħid ta' GNSS[11] u l-ħin. se juru l-potenzjal sħiħ tagħhom.

    4.3. It-titjib tas-sikurezza u tas-sigurtà tat-toroq.:

    Ir-riċerka u l-varar tal-użu wrew il-potenzjal kbir biex titjieb is-sikurezza fit-toroq tas-Sistemi ta' Għajnuna għas-Sewwieqa bħal ma huma l-Kontroll Elettroniku ta' l-Istabbiltà (ESC) l-Adaptive Cruise Control (ACC) l-Appoġġ Laterali (twissija dwar tluq mill-karreġġata u assistent għall-bdil tal-karreġġata), Twissija dwar il-Ħbit u Sistemi ta' Ibbrejkjar f'Emerġenza u applikazzjonijiet oħra bħal eCall (sejħa ta' emerġenza), sistemi ipoviġilanti għas-sewwieqa, "twissija ta' veloċità" u "sokra kontra s-sokor". Meta jkunu kompletament operattivi l-ESC u l-eCall[12] weħidhom jistgħu jsalvaw sa 6 500 ħajja kull sena fl-UE.

    Għandu jsir użu aħjar mis-sistemi attivi tas-sikurezza l-iktar ġodda u sistemi avvanzati ta' għajnuna għas-sewwieqa li għandhom benefiċċji ppruvati fis-sens ta' sikurezza fil-vettura għal passiġġieri tal-karozza u persuni oħrajn li jużaw it-triq (inklużi utenti vulnerabbli fit-triq). L-Istqarrija Ewropea ta' Prinċipji dwar l-interfaċċa (interkonnessjoni) bejn il-Bniedem u l-Magna (HMI)[13] għandha tiġi miżjuda biex hekk ikun jista' jiżdied ukoll it-tagħmir nomadiku.

    Sistemi li jsegwu u jitraċċaw in-navigazzjoni jistgħu jgħinu biex jipprovdu monitoraġġ mill-bogħod ta' vetturi u merkanzija, pereżempju għat-trasport ta' oġġetti perikolużi jew annimali ħajjin. Jistgħu jiggwidaw is-sewwieqa tat-trakkijiet lejn żoni ta' parkeġġ bla periklu, jgħinu biex ikun hemm konformità mar-regoli eżistenti dwar il-ħinijiet tas-sewqan u dawk tal-mistrieħ, u għandhom jgħinu l-ġenerazzjoni l-ġdida tat-takografu diġitali.

    4.4. Il-valur miżjud tal-UE fil-varar tal-użu tas-SIT

    Il-potenzjal tas-SIT jista jimmaterjalizza biss jekk il-varar tal-użu tiegħu fl-Ewropa jiġi trasformat minn implimentazzjoni limitata u frammentata kif inhi inhi llum għal waħda madwar l-UE kollha kemm hi. F'dan ir-rigward, it-tneħħija tal barrieri eżistenti għall-varar tal-użu tas-SIT se tkun ta' importanza kbira. L-UE għandha rwol importantifil-ħolqien tal-kundizzjonijiet qafas ix-xierqa bil-biex jiġi varat l-użu tas-SIT b'mod mgħaġġel u koordinat: il-prijoritajiet tal-politika, l-għażla ta' komponenti ġeneriċi tas-SIT li għandhom jinqasmu jew jiġu użati mill-ġdid, u ftehim dwar skeda ċara taż-żmien.

    Azzjoni Komuni Ewropea tista' tikkontribwixxi direttament biex:

    - tiġi indirizzata l-komplessità tal-varar tal-użu tas-SIT, bl-għadd kbir ta' persuni interessati involuti u l-ħtieġa li tiġi żgurata sinkronizzazzjoni kemm ġeografikament kif ukoll bejn l-imsieħba differenti

    - tkun appoġġata l-penetrazzjoni tas-suq ta' servizzi avvanzati ta' mobilità liċ-cittadini, filwaqt li jkun hemm promozzjoni ta' trasport pubbliku bħala alternattiva flok l-użu tal-karozza privata.

    - ikun possibli li jiġu ġġenerati effetti tal-iskala għal varar tal-użu tas-SIT li jkun iktar kosteffettiv, iktar mgħaġġel u inqas riskjuż.

    - jiżdied il-pass attwali tal-varar tal-użu tas-SIT fit-trasport tat-toroq, u tiġi żgurata l-kontinwità tas-servizzi madwar il-Komunità.

    - jitjieb ir-rwol mexxej tal-industrija Ewropea tas-SIT fis-swieq mifruxa mad-dinja billi titrawwem provvista ta’ prodotti u servizzi innovattivi għall-manifatturi ta' vetturi, operaturi tat-trasport, fornituri u utenti tal-loġistika

    Biex jintlaħqu dawn l-għanijiet, l-UE tista' tagħmel użu minn għadd ta' strumenti: appoġġ finanzjarju, inizjattivi standardizzati, miżuri leġislattivi u mhux leġislattivi.

    5. KONSULTAZZJONIJIET

    Il-Pjan ta' Azzjoni kien ippreparat abbażi ta' kontribuzzjonijiet provduti wara konsultazzjoni wiesgħa mal-persuni interessati. Il-kontribuzzjonijiet kienu miġbura permezz ta' approċċ li jinkludi erba' aspetti: (i) intervisti ma' persuni interssati ta' livell għoli mis-settur privat u pubbliku; (ii) laqgħat ta' diskussjoni li kienu jinkludu xogħol prattiku; (iii) kwestjonarju bl-internet; (iv) diskussjonijiet immirati f'forums eżistenti tal-partijiet ikkonċernati.

    L-intervisti identifikaw xi ħtiġijiet prinċipali. Il-varar tas-SIT għandu jkun immexxi skond il-politiki, u r-responsabbilitajiet, inkluż ir-rwol tal-kooperazzjoni pubblika-privata, għandhom jiġu identifikati b'mod ċar. Għall-koordinazzjoni bejn il-partijiet interessati, huwa meħtieġ li jkun hemm grupp ta' livell għoli mifrux bejn is-setturi. Ħafna mill-persuni interessati jaħsbu li l-Unjoni Ewropea għandha tieħu iktar responsabbiltà għal-użu ikbar tas-SIT.

    Il-ġestjoni tat-traffiku, in-nuqqas tal-konġestjoni fuq il-kurituri tal-merkanzija u fl-ibliet, il-promozzzjoni tal-komodalità, is-sistemi ta' sikurezza fil-vettura, informazzjoni dwar it-traffiku u l-ivvjaġġar f'ħin reali u pjattaforma miftuħa dwar il-vettura minn ġewwa biex jiġu integrati l-applikazzjonijiet kienu fost l-argumenti ta' prijorità li ġew identifikati.

    6. OQSMA TA' PRIJORITÀ GħAL AZZJONI U MIżURI RELATATI

    Is-sitt oqsma ta' prijorità proposti joħorġu mill-kontribuzzjonijiet ta' persuni interessati mis-settur privat u dak pubbliku u jassumu li l-applikazzjonijiet tas-SIT għandhom jiġu varati, f'terminu ta' żmien qasir jew medju, għandhom ikunu mmaturaw, ikunu interoperabbli biżżejjed, u jkunu kapaċi joħolqu effett katalittiku madwar l-Ewropa.

    IL-Pjan ta' Azzjoni jinkludi fih serje ta' inizjattivi li għaddejjin bħalissa fil-Kummissjoni Ewropea bħal ma huma l-Pjan ta’ Azzjoni ghal-Loġistika tat-Trasport tal-Merkanzija[14], il-Pjan ta' Azzjoni dwar il-Mobilità Urbana[15], il-varar tal-użu ta' Galileo[16], il-pakkett imsejjaħ “Nagħmlu t-trasport aktar ekoloġiku”[17], l-inizjattiva i2010 dwar il-Karozzi Intelliġenti[18], is-sikurezza elettronika (is-Sikurezza-e)[19], is-Seba' Programm ta' Qafas għar-Riċerka u l-Iżvilupp Teknoloġiku[20], l-eCall[21], il-Pjattaformi Ewropej fit-Teknoloġija[22] u l-aġendi tagħhom dwar ir-riċerka strateġika, CARS 21[23].

    L-attivitajiet deskritti hawn mhumiex ripetizzjoni jew irduppjar ta' xogħol eżistenti iżda pjuttost jikkumplimentawh, jimassimizzaw is-sinerġiji u jiffokaw fuq argumenti ta' prijorità straordinarja b'mod miftiehem.

    6.1. Qasam ta' Azzjoni Nru 1. L-aħjar użu tad-dejta tat-toroq, tat-traffiku u tal-ivjaġġar

    Hafna mill-applikazzjonijiet l-iktar avvanzati tas-SIT huma bbażati fuq għarfien preċiż kemm dwar karatteristiċi tan-netwerk tat-toroq kif ukoll dwar regolamenti tat-traffiku (pereżempju t-toroq fejn it-traffiku jgħaddi f'direzzjoni unika u l-limiti ta' veloċità) Filwaqt li fil-passat il-maġġoranza ta' dan l-għarfien kien provdut mill-awtoritajiet, issa hemm tendenza lejn l-użu ta sorsi kummerċjali. Fejn tidħol is-sikurezza fit-triq, huwa essenzjali li din l-informazzjoni tiġi vvalidata u li tkun disponibbli fuq bażi ġusta u ugwali lil kull min huwa involut, bil-ħsieb li l-ġestjonitiġi żgurata l-ġestjoni ordnata u sikura tat-traffiku. Dan japplika, partikolarment, għall-kartografija diġitali li tinkludi proċessi inerenti għal ġbir ta' dejta, validazzjoni u aġġornamenti fil-ħin.

    Konsiderazzjonijiet simili japplikaw għad-dispożizzjoni ta' servizzi ta' informazzjoni dwar it-traffiku u l-ivvjaġġar (f'ħin reali). Argumenti speċifiċi jinkludu n-nozzjoni ta' "messaġġi tat-traffiku universali", i.e. it-tip ta' messaġġi li għandhom jiġu pprovduti mingħajr ħlas lill-utenti kollha tat-triq bħala servizz ta' informazzjoni lill-pubbliku, il-konsistenza tal-informazzjoni bejn is-sorsi varji u l-ħtieġa li jkun hemm konformità mal-preskrizzjonijiet imposti mill-operazzjonijiet tal-ġestjoni tan-netwerk.

    Hemm proposti l-azzjonijiet li ġejjin:

    Azzjoni | Data fil-mira |

    1.1 | Definizzjoni tal-proċeduri għall-għoti ta' servizzi ta' informazzjoni dwar it-traffiku u l-ivvjaġġar li jindirizzaw partikolarment l-aspetti li ġejjin: dispożizzjoni tas-servizzi ta' informazzjoni dwar it-traffiku mis-settur privat dispożizzjoni tad-dejta dwar it-traffiku mill-awtoritajiet tat-trasport aċċess garantit lill-awtoritajiet pubbliċi għall-informazzjoni li għandha x'taqsam mas-sikurezza miġbura minn kumpaniji privati aċċess garantit minn kumpaniji privati għall-dejta pubblika relatata. | 2010 |

    1.2 | Ottimizzazzjoni tal-ġbir u tad-dispożizzjonijiet tad-dejta tat-toroq u tal-pjanijiet taċ-ċirkolazzjoni tat-traffiku, regolamenti tat-traffiku u tar-rotot rakkomandati (b'mod partikolari għall-vetturi ta' merkanzija tqila) | 2012 |

    Azzjoni | Data fil-mira |

    1.4 | Definizzjoni ta’ speċifikazzjonijiet għal dejta u għal proċeduri għad-dispożizzjoni libera ta' informazzjoni minima universali tat-traffiku (li tinkludi definizzjoni tal-ħażna ta' messaġġi li għandhom jiġu pprovduti) | 2012 |

    1.5 | Promozzjoni tal-iżvillupp ta' pjanijiet ta' vjaġġi multimodali li jsiru bieb bieb, li jqisu xierqa l-alternattivi tat-trasport pubbliku, u tal-interkonnettività tagħhom madwar l-Ewropa. | 2009 sa 2012 |

    6.2. Qasam ta' Azzjoni Nru 2. Kontinwità tas-servizzi tas-SIT l-ġestjonifil-ġestjoni tat-traffiku u tal-merkanzija fuq kurituri Ewropej u fil-konurbazzjonijiet

    Il-ħtiega li jkun akkomodat il-volum li qed jiżdied tat-traffiku, partikolarment fuq il-kurituri tat-trasport Ewropej u fil-konurbazzjonijiet, filwaqt li tiġi promossa s-sostennibiltà u effiċjenza fl-enerġija, tesiġi trasport innovattiv u soluzzjonijiet l-ġestjonital-ġestjoni tat-traffiku. F'dan ir-rispett, trasport dinamiku u mingħajr xkiel u l-ġestjoni tat-trasport ikunu ta' benefiċċju għat-trasport fit-tul u għal dak urban tal-merkanzija u fl-istess ħin titjieb il-komodalità.

    It-teknoloġiji tas-SIT huma essejnzjali għall-introduzzjoni tal-Merkanzija-e[24] fejn informazzjoni dwar fejn u f'liema kundizzjoni qegħdin l-oġġetti trasportati (speċjalment oġġetti perikolużi u annimali ħajjin) tkun diponibbli on-line b'mod sikur. Dan il-kunċett jista' jitwessa' biex jinkorpora fih attivitajiet oħra ta' katina ta' provvista bħal ma huwa l-iskambju tad-dejta relatata mal-kontenut għal skopijiet regolatorji jew kummerċjali, bl-użu ta' teknolġiji innovattivi bħal ma hija l-identifikazzjoni bil-frekwenzi tar-radju (RFID)[25] u mibnijin fuq applikazzjonijiet tas-sistema EGNOS/Galileo tal-ippożizzjonar bis-satellita. Fil-futur dan għandu mnejn iwassal għall-kunċett ta' "Merkanzija intelliġenti", li tfisser li l-oġġetti jsiru konxji tagħhom infushom, tal-kuntest u tal-lokazzjoni fejn qegħdin u jkunu wkoll konnessi ma' firxa wiegħsa ta' servizzi ta' informazzjoni.

    Il-fatt li l-vetturi ikollhom iħallsu biex jużaw ċerti rotot jew żoni huwa dejjem iktar ibbażat fuq parametri bħal ma huma d-dimensjonijiet tal-vettura, il-livelli tal-emissjonijiet, id-distanza li wieħed ikun ivvjaġġa jew il-ħin tal-ġurntata. Is-soluzzjonijiet tas-SIT li jagħmlu użu mill-ippożizzjonar bis-satellita u l-komunikazzjonijiet mobbli joffru opportunitajiet ġodda biex jiġu implimentati dan it-tip ta' aċċess tal-infrastruttura u ħlas.

    Hemm proposti l-azzjonijiet li ġejjin:

    Azzjoni | Data fil-mira |

    2.1 | Definizzjoni ta' set ta' proċeduri u speċifikazzjonijiet li jiżguraw il-kontinwità tas-servizzi tas-SIT għall-passiġġieri u merkanzija f'kurituri tat-trasport u f'reġjuni ubani u interubani. Dan ix-xogħol għandu jinkludi benchmarking u standardizzazzjoni fuq flussi ta' informazzjoni bieb bieb, interkonnessjonijiet, immaniġġjar tat-traffiku u ppjanar tal-ivjaġġar u, b'mod partikolari, ppjanar ta' avvenimenti u ta' emerġenza | 2011 |

    2.2 | Identifikazzjoni tas-servizzi tas-SIT li għandhom jintużaw biex jappoġġjaw trasport tal-Merkanzija-e u żvilupp tal-miżuri xierqa biex ikun jista' jsir progress mill-kunċett għar-realizzazzjoni. Attenzjoni partikolari se tingħata lill-applikazzjonijiet użati biex tiġi segwita u ttraċċata l-merkanzija b'użu ta' teknoloġiji avvanzati bħal ma huma ir-RFID u t-tagħmir ta' lokalizzazzjoni bbażat fuq EGNOS/Galilieo | 2010 |

    2.3 | Appoġġ għal użu iktar wiesa' tal-arkitettura multimodali u aġġornata tal-Qafas Ewropew tas-SIT għal sistemi ta' trasport intelliġenti u definizzjoni ta' arkitettura tal-qafas tas-SIT għal mobilità tat-trasport urban, li jinkludi approċċ integrat għall-ippjanar tal-ivjaġġar, id-domanda tat-trasport, l-imaniġġjar tat-trasport l-imaniġġjar ta' emerġenza, l-ipprezzar tat-toroq, u l-użu ta' parkeġġ u ta' faċilitajiet tat-trasport pubbliku | 2010 |

    2.4 | Implimentazzjoni tal-interoperabbiltà ta' sistemi ta' ħlas elettroniku tat-tariffi għall-użu tat-triq.[26] | 2012/2014 |

    6.3. Qasam ta' Azzjoni Nru 3. Is-sikurezza u s-sigurtà fit-toroq

    Huwa ppruvat li l-applikazzjonijiet tas-sikurezza u s-sigurtà bbażati fuq is-SIT huma effettivi, iżda l-benefiċċju globali għas-soċjetà jiddependi fuq l-iskala ta' kemm dawn ikunu wżati. Argumenti li jirrikjedu attenzjoni addizzjonali jinkludu t-tfassil ta' Interkonessjoni bejn il-Bniedem u l-Magni (HMI) sikur (bl-użu tax-xogħol magħmul fuq l-"Istqarrija Ewropea tal-Prinċipji"), l-integrazzjoni ta' tagħmir nomadiku[27] li tiġi żgurata s-sigurtà tal-utenti vulnerabbli tat-toroq (bħal pereżempju l-anzjani). L-isforzi biex jiġu promossi l-aħjar prattiki f'dawn l-oqsma huma għalhekk kruċjali biex jiġu ndirizzati dawn l-argumenti.

    Sistemi tat-trasport jistgħu ukoll jiġu mhedda mill-problema tas-sigurtà. Is-sikurezza tat-trasport, speċjalment il-ħtieġa li jiġu protetti l-vjaġġaturi u l-ħaddiema tat-trasport biex ikunu żgurati l-faċilitajiet u l-assi tat-trasport, jridu jiġu kkunsidrati mingħajr ma jxekklu l-effiċjenza u l-effettività tal-operazzjonijiet tat-trasport.

    Hemm proposti l-azzjonijiet li ġejjin:

    Azzjoni | Data fil-mira |

    3.1 | Promozzjoni tal-użu ta' sistemi avvanzati ta' għajnuna għas-sewwieqa u sistemi tas-SIT li għandhom x'jaqsmu mas-sikurezza u s-sigurtà, li jinkludu l-istallazzjoni tagħhom f' vetturi ġodda (permezz tal-approvazzjoni tat-tip) u, jekk relevanti, li jkunu ffittjati f'vetturi wżati. | 2009 sa 2014 |

    3.2 | Appoġġ għal Pjattaforma ta' Implimentzzjoni għall-introduzzjoni armonizzata tal-eCall[28] pan-Ewropea, li tinkludi kampanji ta' kuxjenza, aġġornament tal-infrastrutturi ta' Punti ta' Aċċess tas-Servizz Pubbliku u valutazzjoni tal-ħtiega ta' regolament. | 2009 |

    3.3 | Żvilupp tal-qafas regolatorju dwar Interkonnessjoni sikura abbord il-vettura bejn il-Bniedem u l-Magni u l-integrazzjoni ta' tagħmir nomadiku, mibnijin fuq l-Istqarrija Ewropea ta' Prinċipju[29] dwar sistemi ta' informazzjoni u ta' komunikazzjoni fil-vettura li huma sikuri u effiċjenti | 2010 |

    3.4 | Żvilupp ta' miżuri xierqa li jinkludu linji gwida tal-aqwa prattiki li jikkonċernaw l-impatt tal-applikazzjonijiet u tas-servizzi tas-SIT dwar is-sikurezza u l-kumdità tal-utenti vulnerabbli tat-triq | 2014 |

    3.5 | Żvilupp ta' miżuri xierqa li jinkludu linji gwida tal-aqwa prattiki għall-postijiet ta' parkeġġ sikuri għal-trakkijiet u vetturi kummerċjali u sistemi ta' parkeġġ u riserva li huma kkontrollati b'mod telematiku | 2010 |

    6.4. Qasam ta' Azzjoni Nru 4. Integrazzjoni tal-vettura fl-infrastruttura tat-trasport

    L-użu ta' komponenti u sistemi tas-SIT huwa stipulat f'għadd ta' atti legali eżistenti jew ippjanati u ftehimiet volontarji applikabbli għal vetturi kummerċjali u privati. Eżempji jinkludu d-dispożizzjonijiet dwar it-trasport ta' oġġetti perikolużi u annimali ħajjin, it-takografu diġitali[30] u l-ġbir elettroniku tat-tariffi għall-użu tat-triq u l-eCall. Sa issa ħafna minn dawn l-atti u ftehimiet żviluppaw indipendentement minn xulxin, għalhekk kien hemm ftit sinerġija anke meta l-ħtiġijiet huma l-istess.

    Is-simplifikazzjoni u l-integrazzjoni ta' dawn l-applikazzjonijiet fi ħdan arkitettura koerenti, b'sistema miftuħa jistgħu jagħtu effiċjenza u użu aħjar, tnaqqas fl-infiq u estensibbiltà mtejba li tippermetti integrazzjoni sempliċi u malajr ta' applikazzjonijiet futuri li huma ġodda jew aġġornati bħal ma huma it-tagħmir nomadiku u tagħmir ieħor li juża s-servizzi GNSS għal pożizzjonar u regolament tal-ħin avvanzat. Din l-arkitettura b'sistema miftuħa tkun inkorporata fi pjattaforma miftuħa ta' ġol-vettura, li tiggarantixxi interoperabbiltà/interkonnettività ma' sistemi u faċilitajiet tal-infrastruttura. B'dan l-approċċ modulari, il-funzjonalitajiet jistgħu jiġu intergrati iktar tard għas-sikurezza fil-vettura u tal-HMI, mobilità personali, appoġġ fil-loġistika u aċċess għal informazzjoni multimodali u possibilment identifikazzjoni elettronika tal-vettura.

    Din il-pjattaforma għandha tiġi introdotta l-ewwel fil-vetturi kummerċjali. Rispons pożittiv minn dawn l-applikazzjonijiet jgħin biex jitħaffef l-użu tal-applikazzjonijiet integrati tas-SIT fil-vetturi privati, u għalhekk jistimola l-kummerċ ta' prodotti u servizzi ta' ġol-vetturi originali u ta' wara l-bejgħ madwar l-Ewropa.

    L-iżvilupp ta' sistemi kooperattivi, bbażati fuq l-iskambju ta' informazzjoni u komunikazzjoni bejn il-vetturi u l-infrastruttura fit-toroq, ukoll qiegħda tipprogressa malajr, u jeħtieġ li tkun promossa iktar.

    Hemm proposti l-azzjonijiet li ġejjin:

    Azzjoni | Data fil-mira |

    4.1 | Adozzjoni ta' arkitettura miftuħata' pjattaforma fil-vettura għad-dispożizzjoni ta' servizzi u applikazzjonijiet tas-SIT li jinkludu interkonnessjonijiet standard. Ir-riżultat ta' din l-attività ikun imbagħad sottomess lil korpi tal-istandardizzazzjoni relevanti. | 2011 |

    4.2 | Żvilupp u evalwazzjoni ta' sistemi koperattivi bil-ħsieb tad-definizzjoni ta' approċċ armonizzat; valutazzjoni ta' strateġiji tal-użu, li jinkludu investimenti fl-infrastruttura intelliġenti | 2010-2013 |

    4.3 | Definizzjoni u speċifikazzjonijiet għal komunikazzjoni bejn infrastruttura u infrastruttura(I2I), bejn vettura u infrastruttura (V2I) u bejn vettura u vettura (V2V) f'sistemi kooperattivi | 2010 (I2I) 2011 (V2I) 2013 (V2V) |

    4.4 | Definizzjoni u mandat għall-Organizzazzjonijiet Ewropej għall-Istandardizzazzjoni biex jiżviluppaw standards armonizzati għall-implimentazzjoni tas-SIT, b'mod partikolari dak li għandu x'jaqsam mas-sistemi kooperattivi. | 2009-2014 |

    6.5. Qasam ta' Azzjoni Nru 5. Protezzjoni u sigurtà tad-dejta u kwistjonijiet ta' responsabbiltà

    Il-ġestjoni tad-dejta (partikolarment dik personali u finanzjarja) f'applikazzjonijiet tas-SIT iqajjem għadd ta' kwistjonijiet, minħabba li jidħlu fin-nofs id-drittijiet tal-protezzjoni tad-dejta taċ-cittadini. Fl-istess ħin, l-integrità tad-dejta, il-kunfidenzjalità u d-disponibbiltà jridu jkunu żgurati lill-partijiet kollha involuti, speċjalment liċ-ċittadini. Finalment, l-użu tal-applikazzjonijiet tas-SIT joħloq rekwiżiti addizzjonali f'termini ta' responsabbiltà. Dawn il-kwistjonijiet jistgħu jkunu l-ikbar ostaklu għal suq wiesa' ta' uħud mis-servizzi tas-SIT jekk ikun jidher li d-drittijiet taċ-cittadini ma humiex kompletament protetti.

    Hemm proposti l-azzjonijiet li ġejjin:

    Azzjoni | Data fil-mira |

    5.1 | Valutazzjoni tas-sigurtà u ta' aspetti ta' protezzjoni ta' dejta personali li għandhom x'jaqsmu mal-ġestjoni ta' dejta fl-applikazzjonijiet u fis-servizzi tas-SIT u proposti ta' miżuri f'konformità sħiħa mal-leġislazzjoni tal-Komunità. | 2011 |

    5.2 | Indirizz għall-kwistjonijiet ta' responsabbiltà involuti fl-użu ta' aplikazzjonijiet tas-SIT u l-iktar fis-sistemi ta' sikurezza abbord il-vettura. | 2011 |

    6.6. Qasam ta' Azzjoni Nru 6. Koperazzjoni u koordinazzjoni tas-SIT Ewropej.

    L-użu koordinat tas-SIT fl-UE jirrikjedi kooperazzjoni intensiva u effettiva bejn il-partijiet kollha involuti fuq livell Ewropew, li idealment iwwassal għall-avviċinament fuq ir-rekwiżiti tal-użu, sinkronizzazzjoni tal-attivitajiet tal-użu aħjar, u l-evitar ta' soluzzjonijiet kompartimentalizzati li jikkostitwixxu barrieri għall-integrazzjoni Ewropea.

    It-tixrid tal-aqwa għarfien disponibbli f'dak li jirrigwarda l-ispejjeż u l-benefiċċji tal-proġetti tas-SIT minn perspettiva tal-proċess sħiħ mill-informazzjoni miġbura dwar esperjenza rilevanti huma meħtieġa biex jappoġġjaw deċiżjonijiet informati ta' investiment mill-awtoritajiet pubbliċi madwar l-Ewropa. Sabiex il-bidu tal-użu madwar l-UE jsir realtà, huwa kruċjali li jkun hemm ftehim fuq metodi ta' valutazzjoni komuni u għodod uniformi għal appoġġ fid-deċiżjonijiet.

    Dan l-użu koordinat tas-SIT madwar l-Ewropa jirrikjedi wkoll involviment ikbar mill-awtoritajiet reġjonali u tal-ibliet, l-iktar fuq livell urban u interurban. Gwida u għajnuna teknika għanda tingħata biex tiffaċilita u tirfed il-bini ta' kunsens u l-proċess li jwassal għat-teħid ta' deċiżjoni.

    Fl-aħħar, l-implimentazzjoni tal-miżuri ta' dan il-Pjan ta' Azzjoni se tirrikjedi struttura tat-tmexxija adegwata. L-Istati Membri għandhom jimmiraw biex jilħqu ftehim fuq agenda tas-SIT komuni u fuq metodi ta' kif jipproċedu minn pjanijiet ta' implimentazzjoni kooridinata, pereżempju investimenti miftehmin u inizjattivi armonizzati.

    Hemm proposti l-azzjonijiet li ġejjin:

    Azzjoni | Data fil-mira |

    6.1 | Proposta għal qafas legali għal koordinazzjoni Ewropea dwar l-użu tas-SIT madwar l-Ewropa | 2008 |

    6.2 | Żvilupp ta' set ta' għodda ta' appoġġ għad-deċiżjonijiet ta' investiment fl-applikazzjonijiet u s-servizzi tas-SIT. Dan għandu jinkludi evalwazzjoni kwantifikata tal-impatt ekonomiku, soċjali, finanzjarju u operattiv u jkopri aspetti bħal ma huma l-aċċettazzjoni tal-utenti, kost/benefiċċju taċ-ċirku tal-ħajja kif ukoll identifikazzjoni u evalwazzjoni tal-aqwa prattiki biex jinġiebu u jintużaw il-faċilitajiet | 2011 |

    6.3 | Żvilupp ta' linji gwida għal fondi pubbliċi kemm mill-UE (pereżempju TEN-T [Netwerk trans-Ewropew tat-trasport]u Fondi Strutturali) u sorsi nazzjonali ta' faċilitajiet u servizzi tas-SIT ibbażati fuq valutazzjoni tal-valur ekonomiku, soċjali u operattiv tagħhom | 2010 |

    6.4 | Tiġi stabbilita pjattaforma ta' kollaborazzjoni tas-SIT speċifika bejn l-Istati Membri u gvernijiet reġjonali u lokali biex jippromwovu inizjattivi fil-qasam ta' mobilità urbana | 2010 |

    7. ĦARSA ’L QUDDIEM

    Dan il-Pjan ta' Azzjoni jipproponi approċċ għal użu tas-SIT li jkun kooerenti u iktar mgħaġġel madwar l-Ewropa, u li huwa mibni fuq għanijiet ta' politika. L-oqsma ta' azzjoni prijoritarji u l-miżuri li jagħmluhom possibli kif spjegat iktar ' l fuq huma maħsuba biex jilħqu dan il-għan. Billi jiġu integrati u kkumplimentati l-attivitajiet varji li fil-passat kienu appoġġjati fuq livell tal-UE u fuq livell nazzjonali, l-approċċ se jibbenefika bis-sħiħ mix-xogħol li għaddej kontinwament u l-użu b'suċċess mill-użu ta' applikazzjonijiet u tas-servizzi li ħarġu. Din it-taħlita se tipprovdi l-aqwa qafas biex ikun hemm kontribuzzjoni sinifikattiva mis-SIT biex isseħħ mobilità iktar sostenibbli fl-Ewropa.

    Filwaqt li jaqdi l-perspettiva ta' medda ta' żmien qasir u medju, fl-isforzi tiegħu biex irawwem l-użu tas-SIT fl-UE, dan il-Pjan ta' Azzjoni jimmira biex tinbena viżjoni b'medda ta' żmien itwal li tiddefinixxi ir-rwol tas-SIT fis-sistema tat-trasport Ewropew ta' għada.

    Il-Kummissjoni Ewropea ser tirrapporta dwar il-progress li jkun sar fl-implimentazzjoni ta' dan il-Pjan ta’ Azzjoni fl-2012. Dan ir-rapport se jkun jiġbor fih ukoll u, jekk neċessarju, jwessa' l-oqsma prijoritarji kif ukoll l-ambitu tal-azzjonijiet.

    Din il-Komunikazzjoni hija akkumpanjata bi proposta għal Direttiva dwar qafas għall-koordinazzjoni tal-użu tas-SIT.

    [1] COM(2005) 24

    [2] COM(2006) 314

    [3] CEMT/ITF(2007): Il-Konġestjoni, Sfida Globali: Il-Limiti ta' u l-Prospetti għall-Konġestjoni fi Trasport bit-Toroq, bil-Baħar u bl-Ajru

    [4] DG TREN(2008): Enerġija u Trasport fl-istatistika 2007/08.

    [5] Ara n-nota tal-qiegħ 4.

    [6] Ara n-nota tal-qiegħ 2.

    [7] COM(2006) 545

    [8] SESAR Riċerka dwar il-Ġestjoni tat-Traffiku tal-Ajru tas-Sema Uniku Ewropew

    [9] COM(2008) 433 - Komunikazzjoni dwar Trasport iktar Ekoloġiku

    [10] COM(2007) 607

    [11] Sistema Globali għan-Navigazzjoni bis-Satellita

    [12] COM(2007) 541

    [13] C(2008)1742

    [14] COM(2007) 607

    [15] Għandu jiġi adottat f'Diċembru 2008

    [16] http://ec.europa.eu/dgs/energy_transport/galileo

    [17] COM(2008) 433

    [18] COM(2007) 541

    [19] www.esafetysupport.org

    [20] http://cordis.europa.eu/fp7

    [21] www.esafetysupport.org/en/ecall_toolbox

    [22] http://cordis.europa.eu/technology-platforms

    [23] COM(2007) 22

    [24] COM(2007) 607: Komunikazzjoni mill-Kummissjoni - Pjan ta’ Azzjoni għal-Loġistika tat-Trasport tal-Merkanzija

    [25] COM(2007) 96

    [26] Direttiva 2004/52/KE

    [27] Tagħmir nomadiku huwa bċejjeċ ta' tagħmir ta' komunikazzjoni u informazzjoni li tista' tinġieb ġol-vettura mis-sewwieq biex tintuża waqt is-sewqan. telefown ċellulari, sistema ta' navigazzjoni, komputer personali żgħir

    [28] COM(2005) 431, COM(2003) 542.

    [29] C(2006) 7125

    [30] Ir-Regolament (KE) 2135/98

    Top