This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52008DC0567
Communication from the Commission to the European Parliament and the Council on an EU Drugs Action Plan for 2009-2012 {SEC(2008) 2455} {SEC(2008) 2454} {SEC(2008) 2456}
Komunikazzjoni tal-Kummissjonilill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-pjan ta' azzjoni tal-UE dwar id-Drogi għall-2009-2012 {SEC(2008) 2455} {SEC(2008) 2454} {SEC(2008) 2456}
Komunikazzjoni tal-Kummissjonilill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-pjan ta' azzjoni tal-UE dwar id-Drogi għall-2009-2012 {SEC(2008) 2455} {SEC(2008) 2454} {SEC(2008) 2456}
/* KUMM/2008/0567 finali */
[pic] | IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ | Brussell, 18.9.2008 COM(2008) 567 finali KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-pjan ta' azzjoni tal-U E dwar id-Drogi għall-2009-2012 {SEC(2008) 2455}{SEC(2008) 2454}{SEC(2008) 2456} Introduzzjoni Id-drogi huma suġġett ta' tħassib kbir għaċ-ċittadini tal-Ewropa u theddida ewlenija għas-àsigurtà u għas-saħħa tas-soċjetà Ewropea. F'Diċembru tal-2004, il-Kunsill Ewropew approva b'mod unanimu l-Istrateġija dwar id-Drogi tal-UE għall-2005-2012[1]li hija mmirata biex tilħaq livell għoli ta' protezzjoni, benessri u koeżjoni soċjali permezz tal-prevenzjoni u t-tnaqqis tal-użu tad-droga. L-adozzjoni tal-Istrateġija fiha nnifisha kienet sinjal ċar li t-tħassib politiku dwar id-drogi madwar l-Unjoni Ewropea jmur lil hinn mid-differenzi li jeżistu bejn l-istrateġiji użati f'kull Stat Membru individwali. L-adozzjoni kkonfermat li l-Istati Membri kollha jimxu fuq l-istess ġabra ta' prinċipji bażiċi: li għandu jkun hemm strateġija bbilanċjata biex titnaqqas il-fornitura tad-droga u d-domanda għaliha, u li din l-istrateġija għandha tkun ibbażata fuq dejta affidabbli dwar in-natura u d-daqs tal-problema, fuq ir-rispett għad-drttijiet fundamentali u d-dinjità umana, u - dejjem aktar - fuq l-infurzar tal-liġi kkoordinat u transkonfinali mmirat lejn dawk li jittraffikaw id-droga u l-kriminalità organizzata. L-Istrateġija dwar id-Drogi tipprovdi wkoll il-qafas għal żewġ Pjanijiet ta' Azzjoni konsekuttivi ta' erba' snin il-wieħed. L-ewwel Pjan ta' Azzjoni (2005-2008 ) [2] stipula aktar minn 80 azzjoni biex jgħinu fil-koordinazzjoni tal-oqsma prinċipali fl-intervent mill-gvern fil-qasam tad-drogi illegali, li jkopru s-saħħa pubblika, l-infurzar tal-liġi, id-dwana, il-ġustizzja kriminali u r-relazzjonijiet esterni. Filwaqt li l-implimentazzjoni, bosta drabi, taqa' taħt ir-responsabilità tal-Istati Membri, il-Kummissjoni għandha rwol attiv li tiffaċilita u tevalwa l-ħidma li tkun qiegħda ssir u tissorvelja l-legiżlazzjoni kontra d-droga, permezz ta', per ezempju, id-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2004/757/ĠAI dwar it-traffikar illeċitu ta' drogi, li se tħejji rapport dwaru f'nofs is-sena 2009. Barra minn hekk il-Kummissjoni, iggwidata minn dak li ġara f' dawn l-aħħar erba' snin, qiegħda tipproponi Pjan ta' Azzjoni ieħor (2009-2012) li jrid jiġi approvat mill-Kunsill. X'laħaq kiseb s'issa l-Pjan ta' Azzjoni kontra d-Drogi preżenti? Il-Pjan attwali jiddikjara bħala l-mira aħħarija tiegħu li: ‘... inaqqas b’mod sinifikanti il-prevalenza tal-użu tad-droga fost il-popolazzjoni u jnaqqas mill-ħsara soċjali u lis-saħħa tal-bniedem ikkaġunata mill-użu tad-drogi illeċiti u n-negozju fihom ( Ir-rapport ta' evalwazzjoni mehmuż[3]huwa sforz konġunt bejn il-Kummissjoni, l-Istati Membri, Ċentru Ewropew għal Sorveljar dwar Droga u l-Vizzju tad-Droga (ĊESDVD), il-Europol u n-netwerks tal-NGOs Ewropej li huma rappreżentati fil-Forum tas-Soċjetà Ċivili. Din hija l-aktar evalwazzjoni estensiva tal-implimentazzjoni tal-politika tal-UE dwar id-droga sal-ġurnata tal-lum u turi li l-għanijiet tal-Pjan preżenti ntlaħqu parzjalment. - Fl-UE għad hemm livell għoli ta' użu tad-droga . Id-dejta disponibbli tipproponi li l-użu tal-eroina, tal-kannabis u tad-drogi sintetiċi sar stabbli jew qiegħed jonqos iżda l-użu tal-kokaina qiegħed jiżdied f'numru ta' Stati Membri. In-numru totali tan-nies li jużaw d-drogi fl-UE – jew li jkunu ħaduhom f'xi żmien matul ħajjithom ('prevalenza matul ħajjithom kollu) – huwa stmat li jlaħħaq 70 miljun fil-każ tal-kannabis, mill-inqas 12-il miljun fil-każ tal-kokaina, 9.5 miljuni fil-każ tal-ektasi u 11-il miljun fil-każ tal-amfetamini, filwaqt li huwa magħruf li mill-inqas nofs miljun persuna qiegħdin jirċievu trattament li jissostitwixxi drogi bħall-eroina.[4] - Għalkemm ma hemm l-ebda raġuni għall-kompjaċenza, id-dejta disponibbli għal pajjiżi komparabbli f'partijiet oħra tad-dinja turi li l-konsum tal-kannabis, tal-kokaina u ta' anfetamini fl-UE huwa iżjed baxx, b'mod sinifikanti, mill-konsum, per eżempju, fl-Istati Uniti. L-istess huwa veru għan-numru tar-rapporti tal-infezzjonijiet HIV relatati mal-injezzjonijiet tad-droga. - L-evalwazzjoni turi wkoll li l-politiki kontra d-droga tal-Istati Membri qegħdin jikkonverġu u li hemm bidla fid-direzzjoni tal-irfid tal-poltiki nazzjonali bi pjanijiet ta' azzjoni. - L-evidenza miġbura s'issa turi li l-UE qiegħda tirnexxi li, tal-inqas, trazzan il-fenomenu soċjali kumpless tal-użu u l-abbuż mifrux ta' sustanzi illegali fost il-popolazzjoni, u li dejjem qiegħda tiffoka aktar fuq miżuri mfasslin biex jindirizzaw il-ħsara kkaġunata minn drogi lill-individwi u lis-soċjetà. Huwa importanti li wieħed jinnota li l-Kummissjoni rnexxielha tagħmel dan minkejja l-fatt li matul il-perjodu kkunsidrat il-produzzjoni illeċita ta' opiates għoliet f'daqqa u li kien hemm traffikar mingħajr preċedent tal-kokaina lejn l-UE. F'dan l-isfond ta' fornitura li għoliet f'daqqa, ir-reputazzjoni tal-UE fil-ġestjoni ta' din il-problema tidher b'mod aktar pożittiv. - Fir-rigward tal-kooperazzjoni internazzjonali, issa hemm koordinazzjoni aħjar tal-pożizzjonijiet tal-UE f'fora internazzjonali dwar id-droga, bħal, per eżempju, fil-Kumitat kontra d-Drogi Narkotiċi (KDN) tan-Nazzjonijiet Uniti. Barra minn hekk, l-istrateġija integrata u bbilanċjata tal-UE kontra d-droga kull ma jmur dejjem qiegħda sservi aktar ta' mudell għal pajjiżi oħra madwar id-dinja. Il-Pjan ta' Azzjoni attwali (2005-2008) huwa eżerċizzju ambizzjuż. Filwaqt li diġà sar progress f'bosta oqsma, ġew identifikati wkoll xi nuqqasijiet. Problemi marbuta mal-koordinazzjoni tal-politika jibqgħu jippersistu f'bosta oqsma, u minkejja li l-kwalità tal-informazzjoni dwar is-sitwazzjoni tal-użu, il-prevenzjoni u t-trattament fil-każ tad-droga fl-UE baqgħu jitjiebu b'mod konsistenti, għad hemm nuqqasijiet kbar fl-għarfien: hemm nuqqas persistenti ta' dejta affidabbli dwar il-fornitura tad-droga kif ukoll dwar l-iskop u l-eżiti tal-assistenza lil pajjiżi terzi relatata mad-droga. Kif jista' jiżdied l-impenn tas-soċjetà biex jitnaqqas l-użu tad-droga Huwa ċar li l-UE trid tagħmel iżjed minn hekk biex tnaqqas l-impatt tal-problemi soċjali u tas-saħħa kkawżati mill-użu tad-droga. Jekk hu tassew li miljuni ta' Ewropej ħadu, xi darba f'ħajjithom, id-drogi jew li qegħdin jagħmlu dan fil-preżent, jeżisti distakk bejn il-politika pubblika u l-imġiba pubblika li l-ebda soċjetà ma tista' tinjora. Hemm evidenza li timplika li waħda mill-aktar strateġiji effettivi (mill-aspett finanzjarju) kontra l-użu tad-droga hija li s-servizzi pubbliċi involuti f'ħidma ta' prevenzjoni, trattament, tnaqqis tal-ħsara u infurzar tal-liġi, jaħdmu flimkien ma' organizzazzjonijiet volontarji u dawk li jipprovdu s-servizzi. Fi kliem ieħor, alleanza bejn iċ-ċittadini u l-istituzzjonijiet maħluqa mit-tnejn li hija għalihom stess. Wasal iż-żmien li l-poplu Ewropew jitpoġġa fil-qalba tal-politika f'dan il-qasam u li ċ-ċittadini Ewropej ikunu involuti aktar fiha. Bħala l-ewwel pass, il-Kummissjoni għenet biex jiġi stabbilit il-Forum tas-Soċjetà Ċivili Ewropew kontra d-Droga, fl-2006. Sabiex tappoġġja l-implimentazzjoni tal-Pjan ta' Azzjoni tal-UE dwar d-Droga, il-Kummissjoni se teżamina, matul iż-żmien tal-Pjan ta' Azzjoni li jmiss, possibilitajiet biex timmobilizza dawk kollha li jixtiequ jieħdu sehem f'impenn formali biex jagħmlu dak li huwa neċessarju fil-livell tagħhom u bil-mezzi li għandhom għad-dispożizzjoni tagħhom biex inaqqsu l-ħsara li d-droga tagħmel lin-nies. Idea waħda li tista' tiġi żviluppata f'dan ir-rispett hija l-formulazzjoni ta' Alleanza Ewropea dwar d-Droga. Dan ikun impenn pubbliku li jista' jitwettaq minn kwalunkwe ċittadin jew grupp ta' ċittadini biex iqajjem kuxjenza dwar ir-riskji marbuta mal-użu tad-droga u jappoġġa l-aħjar prattiki f'dan il-qasam. Lejn il-Pjan ta' Azzjoni ġdid dwar id-Droga 2009-2012 L-Istrateġija tal-UE dwar id-Drogi tittratta fenomenu kumpless li jirrikjedi strateġija fit-tul li twassal għal bidla. L-istrateġija hija bbażata fuq żewġ dimensjonijiet ewlenin tal-politika dwar id-droga, tnaqqis fid-domanda għad-droga u tnaqqis fil-fornitura tad-droga , li huma kkumplimentati minn tliet temi li jinvolvu ż-żewġ dimensjonijiet, il-koordinazzjoni , il-koordinazzjoni u l-informazzjoni internazzjonali , ir-riċerka u l- evalwazzjoni. Il-Kummissjoni, biex tappoġġa l-Istrateġija, tipproponi Pjan ta' Azzjoni ġdid dwar id-Droga (2009-2012), li jibni fuq il-qafas eżistenti iżda wkoll fuq it-tagħlimiet li nkisbu matul dawn l-aħħar erba' snin. Hija tiddentifika l-prijoritajiet li ġejjin: 1. It-tnaqqis fid-domanda għad-droga u li tikber il-kuxjenza pubblika. Irridu nkomplu ntejbu l-effettività tal-miżuri għat-tnaqqis tal-użu tad-droga u l-konsegwenzi li jġib miegħu. Dan jinkludi attenzjoni partikolari għal gruppi vulnerabbli u l-prevenzjoni tal-użu ta' tipi ta' drogi differenti (l-użu kkombinat ta' sustanzi leċiti u illeċiti, b'mod partikolari l-alkoħol) 2. Il-mobilizzazzjoni taċ-ċittadini Ewropej biex jieħdu sehem attiv. Il-Kummissjoni qed tipproponi li tniedi proċess ta' konsultazzjoni mal-Istati Membri u mas-soċjetà ċivili Ewropea biex jaħdmu biex l-Alleanza taċ-Ċittadini Ewropej kontra d-Drogi tiġi aċċettata. Din l-Alleanza għandha tinkludi impenn u sett ta' prinċipji biex jiggwidaw iċ-ċittadini fuq kif għandhom jittrattaw kwistjonijiet relatati mad-droga fl-ambjent immedjat tagħhom Din trid tkun kumpatibbli mal-liġijiet u d-drawwiet nazzjonali u għandha tagħti lok għal azzjoni pożittiva u għall-awtonomija fil-kisba globali ta' soċjetà inqas perikoluża u aktar b'saħħitha. 3. It-tnaqqis fil-fornitura tad-drogi. Neħtieġu infurzar tal-liġi aktar effettiv fil-livell tal-UE biex jostakola l-produzzjoni u t-traffikar tad-droga, filwaqt li nużaw bis-sħiħ il-kapaċitajiet tal-Europol u strutturi tal-UE oħra, ibbażati fuq strateġija ggwidata mill-intelligenza. Għandu jkun hemm appoġġ għal operazzjonijet aktar ikkoordinati permezz ta' pjattaformi tas-sigurtà reġjunali. 4. Titjib fil-kooperazzjoni internazzjonali. L-effettività tal-UE, li hija l-akbar donatriċi fid-dinja fil-ġlieda globali kontra d-drogi u fl-isforz biex jinstabu soluzzjonijiet aktar sostenibbli għalll-kultivazzjoni tad-droga, se tgawdi ħafna minn koordinazzjoni aħjar tal-politiki nazzjonali u tal-Komunità. 5. Fehim aħjar tal-problema. Irridu nkabbru l-għarfien li għandna dwar l-aspetti kollha tal-użu tad-droga permezz ta' riċerka u dejta aħjar u kkoordinati aktar, inkluża dejta marbuta mal-kriminalità relatata mad-droga u ma' kif jaħdem is-suq tal-fornitura tad-droga illeċita. Il-Pjan ta' Azzjoni li ġej huwa mfassal bħala qafas biex fuqu jiġu implimentati dawn il-prijoritajiet u biex idaħħal valur Ewropew fejn dan hu xieraq. 1. KOORDINAZZJONI | Prijorità prinċipali: żvilupp u implimentazzjoni tal-politika aktar effiċenti. | Għan | Azzjoni | Programm | Parti responsabbli | Indikaturi | 1. Li tiġi żgurata strateġija bbilanċjata u integrata, li tikkunsidra d-drittijiet fundamentali, u li hija riflessa fil-politiki nazzjonali u fl-istrateġija tal-UE għall-pajjiżi terzi u fix-xena internazzjonali. | 1. L-Istati Membri u l-Istituzzjonijijiet tal-UE għandhom jikkoordinaw b'mod effettiv il-politika dwar id-drogi biex tirrifletti l-għanijiet tal-Istrateġija tal-UE dwar id-Drogi 2005-2012 u ta' dan il-Pjan ta' Azzjoni. | Għaddejjin bħalissa | Stati Membri COM Il-Kunsill | Għanijiet tal-Istrateġija tal-UE dwar id-Drogi u Pjanijiet ta' Azzjoni li huma inklużi fil-politiki nazzjonali. Il-politika dwar id-droga fil-livell tal-UE tirrifletti l-għanijiet tal-Istrateġija dwar id-Drogi. | 2. Li tiġi żgurata koordinazzjoni effettiva fil-livell tal-UE. | 2. Il-Grupp Orizzontali dwar id-Drogi tal-Kunsill (GOD) għandu jieħu rwol proattiv biex jaqdi l-mandat ta' koordinazzjoni tiegħu. | Għaddejjin bħalissa | Il-Kunsill | Gruppi ta' Ħidma Relevanti tal-Kunsill[5]jinfurmaw/jinvolvu l-GOD b'mod attiv u viċiversa | 3. Il-Kummissjoni u l-Kunsill għandhom jiżguraw il-koerenza bejn l-aspetti ta' involviment interni u esterni tal-politika dwar id-droga. | 2011 | COM Il-Kunsill | Li jkun hemm koerenza bejn il-politika dwar id-droga interna u esterna. | 4. Il-Kunsill għandu jeżamina f'liema stat qiegħda l-problema tad-droga darba fis-sena, fuq il-bażi tar-reviżjoni annwali tal-Kummissjoni tal-progress u r-rapporti annwali relevanti mħejjijin miċ-ĊESDVD, Europol. | Għaddejjin bħalissa | Il-Kunsill COM ĊESDVD Europol | Il-konklużjonijiet tal-Kunsill | 3. Li jiġi żgurat koordinazzjoni effettiva fil-livell nazzjonali. | 5. Il-Presidenza għandha torganizza laqgħat bejn koordinaturi nazzjonali dwar id-droga jew l-ekwivalenti tagħhom fuq bażi regolari biex il-koordinazzjoni dwar kwistjonijiet speċifiċi u urgenti li jeħtieġu azzjoni, timxi 'l quddiem. | Darbtejn fis-sena | PRES Stati Membri | Impatt effettiv fuq il-koordinazzjoniu tal-politika | 6. L-Istati Membri għandhom jeżaminaw il-koordinazzjoni bejn id-dipartimenti dwar id-droga biex jiżguraw li jiġu preżentati pożizzjonijiet koordinati fil-livell tal-UE u li l-għanijiet tal-Pjan ta' Azzjoni tal-UE jiġu kkomunikati lill-livell ta' implimentazzjoni l-aktar effettiv. | Għaddejjin bħalissa | Stati Membri Il-Kunsill | Li l-kontribuzzjonijiet tal-Istati Membri fil-GOD u fi gruppi ta' ħidma oħra jkunu koerenti. | 4. Li tiġi żgurata l-parteċipazzjoni tas-soċjetà ċivili fil-politika dwar id-drogi. | 7. Il-Kummissjoni għandha tfittex minn ta' l-inqas darba fis-sena rispons dwar il-politika dwar id-drogi mill-Forum tas-Soċjetà Ċivili dwar id-Drogi. | Għaddejjin bħalissa | COM | Il-Forum jiltaqa' minn ta' l-inqas darba fis-sena. Il-Kummissjoni tħejji rapport dwar l-eżitu u tressqu lill-GOD | 8. L-Istati Membri għandhom jinvolvu s-soċjetà ċivili fil-livelli approprjati kollha tal-politika dwar id-drogi, b'konformità mal-prattiki nazzjonali, fuq il-bażi ta' "Alleanza Ewropea kontra d-Droga" li hija mfassla biex timmobilizza s-soċjetà ċivili u s-settur pubbliku f'kampanji mfassla biex tqajjem il-kuxjenza dwar l-użu tad-droga | Għaddejjin bħalissa | COM Stati Membri | Is-soċjetà ċivili tieħu sehem fid-djalogu nazzjonali. Tinġabar informazzjoni mis-soċjetà ċivili. Impenn mifrux fir-rigward tal-Alleanza | II. TNAQQIS FID-DOMANDA | Prijorità prinċipali: titjib fil-kwalità u l-effettività tal-miżuri biex jitnaqqas l-użu tad-droga u l-konsegwenzi li jġib miegħu, b'mod partikolari fil-każ ta' gruppi vulnerabbli. | Għan | Azzjoni | Programm | Parti responsabbli | Indikatur | 5. Il-prevenzjoni tal-użu tad-droga u r-risjki marbutin miegħu | 9. Li jsiru disponibbli b'mod sistematiku strateġiji ta' prevenzjoni unversali ewalvati f'ambjenti differenti (per eżempju fl-iskejjel, fuq il-post tax-xogħol u ġewwa l-ħabs) Il-prevenzjoni għandha tkopri wkoll l-użu ta' drogi differenti f'daqqa (l-użu kkombinat ta' sustanzi leċiti u illeċiti, b'mod partikolari l-alkoħol) id-drogi flimkien mas-sewqan | Għaddejjin bħalissa | Stati Membri | Żieda fid-disponibbilità ta' programmi evalwati u fl-istrateġiji komprensivi fl-Istati Membri. Il-prevalenza tal-użu tad-droga fost iż-zagħżagħ u l-perċezzjoni tal-użu tad-droga bejn persuni tal-istess qagħda soċjali. | 10. Biex jiġu implimentati programmi mmirati biex jipprevjenu jew jdewmu l-użu tad-drogi għall-ewwel darba permezz ta' interventi evalwati u innovativi. | Għaddejjin bħalissa | Stati Membri | Żieda fid-disponibbilità ta' programmi evalwati fl-Istati Membri mmirati lejn l-użu għall-ewwel darba. Il-prevalenza tal-użu tad-droga fost iż-zagħżagħ L-età meta d-droga tintuża għall-ewwel darba | 6. Il-prevenzjoni tal-problema tal-użu tad-droga – li tinkludi l-użu tad-droga b'injezzjoni –permezz ta' prevenzjoni mmirata. | 11. Li tekniki ta' kxif u intervent kmieni jiġu żviluppati aktar u tkun implimentata prevenzjoni selettiva għal gruppi vulnerabbli li hemm riskju kbir li jaqgħu fil-vizzju tad-droga, permezz ta' kxif u intervent kmieni. | Għaddejjin bħalissa | Stati Membri | L-istabbiliment ta' dejta ta' bażi dwar il-problema tal-użu tad-droga. It-tendenzi fil-problema tal-użu tad-droga. Żieda fid-disponibilità tal-programmi evalwati skont l-eżitu, programmi ta' prevenzjoni mmirati fl-Istati Membri. | 12. Sabiex tiġi żviluppata u implimentata aħjar il-prevenzjoni evalwata għal gruppi f'riskju għoli speċifiċi li jużaw drogi differenti f'daqqa u li jinsabu f'periklu li jaqgħu għall-vizzju tad-droga, billi jiġi offrut aċċess faċli għall-konsulenza, ġestjoni ta' imġiba problematika u intervent fil-qosor. | Għaddejjin bħalissa | Stati Membri | L-istabbiliment ta' dejta ta' bażi dwar il-problema tal-użu tad-droga. It-tendenzi fil-problema tal-użu tad-droga. Żieda fid-disponibilità tal-programmi evalwati skont l-eżitu, programmi ta' prevenzjoni mmirati fl-Istati Membri. | 7. Li tittejjeb l-effettività tat-trattament tad-droga u r-reabilitazzjoni billi tittejjeb id-disponibilità, l-aċċessibilità u l-kwalità tas-servizzi. | 13. Sabiex tiġi żviluppata u implimentata aktar l-għażla ta' trattamenti disponibbli kontra d-droga bbażata fuq l-evidenza li tkopri sensiela ta' strateġiji psikosoċjali u farmakoloġiċi, li jikkorrispondu għall-ħtiġijiet ta' dawk li jużaw d-droga (inkluż it-trattament relevanti li ġie adottat fir-rigward ta' drogi ġodda jew tipi ta' użu ġodda) | Għaddejjin bħalissa | Stati Membri | Tendenzi fid-domanda u l-użu ta' trattamenti l-ġodda. Żieda fid-disponibilità ta' trattament diversifikat u bbażat fuq l-evidenza fl-Istati Membri | 14. Biex jiġu żviluppati u implimentati politiki u servizzi ta' riabilitazzjoni u ta' integrazzjoni mill-ġdid ibbażati fuq l-aħjar prattiki li jipprevjenu l-użu mill-ġdid tad-droga u jnaqqsu l-esklużjoni soċjali u l-istigmatizzazzjoni. | Għaddejjin bħalissa | Stati Membri | Żieda fid-disponibilità ta' programmi ta' riabilitazzjoni u ta' integrazzjoni mill-ġdid fl-Istati Membri | 15. Biex tiġi ppubliċizzata l-eżistenza ta' servizzi ta' trattament u reabilitazzjoni fil-livell nazzjonali, regjonali u lokali għall-udjenzi potenzjali fil-mira. | Għaddejjin bħalissa | Stati Membri | Strateġiji tal-informazzjoni stabbiliti fl-Istati Membri Reġistru pubbliku tas-servizzi disponibbli (pereżempju l-portal tal-internet) | 8. Li tissaħħaħ il-kwalità u l-effetività tal-attivitajiet għat-tnaqqis fid-domanda tad-droga, waqt li jiġu kkunsidrati l-bżonnijiet speċifiċi ta' dawk li jużaw id-droga skont is-sess, l-isfond kulturali, l-età, eċċ. | 16. Biex jiġu żviluppati u implimentati u jsir skambju ta' linji ta' gwida dwar l-aħjar prattiki/standards ta' kwalità għall-prevenzjoni, it-trattament, it-tnaqqis fil-ħsara, u interventi u servizzi ta' riabilitazzjoni. | 2009-2012 | Stati Membri COM ĊESDVD | L-eżistenza ta' linji ta' gwida relevanti u/jew standards ta' kwalità Il-livell ta' implimentazzjoni tal-linji ta' gwida u/jew tal-istandards. | 17. Biex jiġi żviluppat kunsens tal-UE dwar standards ta' kwalità u valuri indikattivi għall-interventi u s-servizzi ta' prevenzjoni, trattament, tnaqqis fil-ħsara u riabilitazzjoni waqt li jiġu kkunsidrati l-bżonnijiet ta' gruppi speċifiċi. | 2012 | Stati Membri Il-Kunsill COM ĊESDVD | Dokument ta' kunsens tal-UE u s-segwitu tiegħu. | 18. L-Istati Membri għandhom jagħmlu stħarriġ dwar id-disponibbilità u l-effettività ta' servizzi ta' trattament ta' prevenzjoni, ta' tnaqqis fil-ħsara u ta' riabilitazzjoni, meta jirreaġixxu għal bżonnijiet speċifiċi. Il-Kummissjoni għandha – bl-appoġġ miċ-ĊESDVD – tiżviluppa qafas metodoloġiku għal dan it-tip ta' stħarriġ | 2012 | Stati Membri Il-Kunsill COM ĊESDVD | In-numru ta' Stati Membri li lestew l-istħarriġ | 9. Il-provvista ta' aċċess għall-kura tas-saħħa għal dawk li jużaw id-droga u li jinsabu fil-ħabs għal prevenzjoni u t-tnaqqis tal-ħsara lis-saħħa assoċjata mal-użu tad-droga. | 19. Biex tiġi żviluppata u implimentata l-prevenzjoni, it-trattament, it-tnaqqis fil-ħsara u l-integrazzjoni mill-ġdid tas-servizzi għall-persuni fil-ħabs, li huma ekwivalenti għas-servizzi disponibbli fil-pubbliku. Għandha ssir enfasi partikolari fuq l-kura li tiġi wara li, dak li jkun jinħeles mill-ħabs. | Għaddejjin bħalissa | Stati Membri | Politiki kontra d-Droga li ġew implimentati speċifikatament għall-fornitura ta' servizzi ġewwa l-ħabs u s-segwitu ta' eks-ħabsin. | 20. L-Istati Membri għandhom japprovaw u jimplimentaw fl-ambjent tal-ħabs indikaturi għall-monitoraġġ tal-użu tad-droga, ta' problemi ta' saħħa marbuta mal-użu tad-droga u tal-fornitura ta' servizzi kontra d-droga mfasslin fuq il-bażi ta' qafas metodologiku żviluppat mill-Kummissjoni – bl-appoġġ taċ-ĊESDVD | Għaddejjin bħalissa | Stati Membri Il-Kunsill COM ĊESDVD | It-tnaqqis ta' problemi tas-saħħa marbutin mal-użu tad-droga ġewwa l-ħabs | 10. Li tiżgura l-aċċess għal servizzi għat-tnaqqis tal-ħsara sabiex jitnaqqas il-firxa tal-marda HIV/AIDS, l-epatite Ċ u mard ieħor infettuż li jinsab fid-demm marbut mal-użu tad-droga u biex jitnaqqas in-numru ta' mwiet fl-UE relatati mal-użu tad-droga | 21. Biex tipprovdi b'mod sistematiku aċċess għal, u ttejjeb il-kopertura ta', servizzi għat-tnaqqis tal-ħsara kkaġunata mill-użu tad-droga bħala parti integrali nit-tnaqqis fid-domanda għad-droga, billi jsir użu sħiħ mill-interventi li għandhom effettività ppruvata, meta dawn ikunu disponibbli[6]. | Għaddejjin bħalissa | Stati Membri | Il-Kummissjoni għandha tħejji rapport dwar il-progress li sar Tnaqqis fil-mard li jittieħed marbut mal-użu tad-droga Tnaqqis fin-numru ta' mwiet relatati mal-użu tad-droga Kopertura mtejba tas-servizzi għat-tnaqqis tal-ħsara kkaġunata mill-użu tad-droga. | III. TNAQQIS FIL-FORNITURA | Prijorità prinċipali: titjib, li jista' jiġi mkejjel, fl-effettività tal-infurzar tal-liġi fil-qasam tad-drogi fil-livell tal-UE. Il-Europol, il-Eurojust u strutturi tal-UE oħra għandhom jeżerċitaw bis-sħih ir-rwoli rispettivi li għalihom twaqqfu, fl-interess tal-effiċjenza, tal-kumpatibilità mal-UE ta' inizjattivi nazzjonali, tal-koodinazzjoni fi ħdan l-UE u tal-ekonomiji tal-iskala. | Għan | Azzjoni | Programm | Parti responsabbli | Indikatur | 11. Li tissaħħaħ il-kooperazzjoni effettiva fl-infuzar tal-liġi fl-UE biex tostakola l-produzzjoni u t-traffikar tad-droga | 22. Sabiex ikunu fil-mira l-organizzazzjonijiet kriminali li jirrappreżentaw l-aktar theddida serja billi jintuża bis-sħiħ il-kunċett immexxi mill-intelligenza tal-Mudell ta' Intelligenza Kriminali Ewropew (MIKE) u l-partijiet komponenti tiegħu | Għaddejjin bħalissa | Stati Membri Il-Europol Il-Eurojust Il-Kunsill | Numru ta' organizzazzjonijiet kriminali fil-mira tal-Istati Membri. | 23. Sabiex jiżdied in-numru ta' operazzjonijiet tal-infurzar tal-liġi multidixxiplinarji, li jinvolvu l-Europol fejn xieraq, kif ukoll il-pulizija, id-dwana u s-servizzi għall-kontroll tal-fruntieri, permezz ta' timijiet konġunti ta' investigazzjoni (TKI) u operazzjonijiet tad-dwana konġunti (ODK) | Għaddejjin bħalissa | Stati Membri Il--Europol Il-Eurojust | Żieda fin-numru tat-timijiet konġunti ta' investigazzjoni (TKI) u/jew tal-operazzjonijiet tad-dwana konġunti (ODK), relatati mad-droga Rapport ta' evalwazzjoni dwar ir-riżultati miksuba. | 24. Sabiex titjib il-kwalità tad-dejta ta' intelligenza pprovduta mill-Unitajiet Nazzjonali Europol lill-Unità ta' Europol dwar ud-Drogi, b'enfasi fuq il-livelli ta' kriminalità organizzata l-aktar għoljin. | Għaddejjin bħalissa | Stati Membri Il-Europol | Il-konsistenza, ir-relevanza u l-kwalità tad-dejta u l-informazzjoni rċevuti. | 25. Sabiex jintużaw bis-sħiħ il-proġetti COSPOL[7](l-eroina, il-kokaina, id-drogi sintetiċi) marbutin mal-proġetti tal-Europol relatati mad-droga, li jinkludu l-analiżi kkoordinata permezz ta' Fajls ta' Ħidma ta' Analiżi (FĦA) | Għaddejjin bħalissa | Stati Membri Il-Kunsill Il-Europol | Żieda fir-riżultati operattivi identifikabbli | 26. Il-Kulleġġ tal-Pulizija Ewropew (CEPOL)[8]għandu jipprovdi taħriġ avvanzat relevanti għall-uffiċjali għoljin tal-pulizija u tad-dwana u uffiċjali ta' kuntatt f'pajjiżi terzi permezz tal-kulleġġi nazzjonali għat-taħriġ tal-pulizija | Għaddejjin bħalissa | CEPOL Stati Membri | Kurrikulum żviluppat għall-infurzar tal-liġi dwar id-droga. Aktar taħriġ relevanti li huwa inkuluż f' CEPOL AWP Numru ta' korsijiet tat-taħriġ Numru ta' uffiċjali mħarrġa | 27. Jintużaw b'mod aktar sistematiku l-uffiċjali ta' kuntatt tal-Istat Membru f'pajjiżi terzi għall-iskambju ta' informazzjoni u intelliġenza bejn aġenziji ta' l-infurzar tal-Istati Membri u l-Europol, fejn xieraq. | Għaddejjin bħalissa | Stati Membri Il-Europol | Żieda fil-kooperazzjoni operattiva internazzjonali fl-infurzar tal-liġi | 12. Li jkun hemm reazzjoni fil-pront u effettiva fir-rigward ta' theddidiet ġodda (pereżempju drogi ġodda, rotot ġodda) | 28. Li jiġu stabbiliti, fejn meħtieġ, pjattaformi tas-sigurtà reġjunali (per eżempju MAOC-N, il-Baħar Baltiku TF) biex jikkumbattu t-theddidiet il-ġodda permezz ta' azzjonijiet operattivi kkoordinati. Azzjoni bħal din għandha tkun kumpatibbli ma' arranġamenti legali u operattivi fil-livell tal-UE u bbażata fuq evalwazzjonijiet ta' theddid speċifiċi (ara wkoll azzjoni 42) | Għaddejjin bħalissa | Stati Membri Il-Kunsill Il-Europol | Azzjoni operattiva f'waqtha li tistabbilixxi miżuri li jieħdu ħsieb b'mod proattiv, ir-riskju u jimminimizzaw it-theddidiet Żieda fin-numru ta' operazzjonjiet kriminali li ġew imħarrbta (drogi konfiskati, tibdil fil-mod kif id-droga tiġi ttraffikata) | 29. L-UE għandha tiffoka fuq sforzi konġunti u kkoordinati bejn l-Istati Membri li huma esposti l-aktar għal fenomeni partikolari marbuta mal-produzzjoni u t-traffikar tad-droga, b'kooperazzjoni ma' Europol, kif xieraq. | Għaddejjin bħalissa | Stat Membru Il-Europol Il-Kunsill | Eżiti operattivi u strateġiċi tal-azzjoni tal-Istati Membri. | 13. Li titnaqqas il-produzzjoni u l-fornitura ta' drogi sintetiċi | 30. L-Istati Membri għandhom, b'mod attiv, ikomplu bil-kooperazzjoni/operazzjonijiet konġunti marbutin mal-infurzar tal-liġi f'dan il-qasam u jaqsmu l-intelliġenza miksuba flimkien mal-aħjar prattiki. Għandu jsir l-aħjar użu mill-Progett tal-Europol SYNERGY u mill-inizjattiva relatata COSPOL. | Għaddejjin bħalissa | Stati Membri Il--Europol Il-Kunsill | Żieda fin-numru ta' proġetti konġunti li bdew/ li tlestew Żieda fin-numru ta' faċilitajiet ta' produzzjoni żarmati li ġew rapportati lil EILCS Numru ta' rapporti SYNERGY li tħejjew | 31. Sabiex tiġi adottata u implimentata sistema mifruxa madwar l-UE li permezz tagħha jista' jsir profil forensiku tad-drogi sintetiċi li huma bbażati fuq esperjenza li tkun inġabret permezz ta' proġetti bħal SYNERGY u CHAIN, mill-istruttura u l-kompetenza esperta ta' Europol kif ukoll taċ-Ċentru tar-Riċerka Konġunta tal-Kummissjoni, u minn attivitajiet konġunti ta' infurzar tal-Istati Membri li għadhom għaddejjin u l-esperjenza f'dan il-qasam. | 2012 | COM Il-Europol Stati Membri | Tiġi stabbilita sistema u tibda topera. | 14. Li jitnaqqsu d-devjazzjoni u t-traffikar fl-UE ta' prekursuri kimiċi li jintużaw fil-produzzjoni ta' drogi illeċiti, b'mod partikolari l-prekursuri tad-droga sintetika. | 32. L-UE għandha żżomm pożizzjoni ċara u magħquda dwar din il-kwistjoni fil-livell internazzjonali u fi ħdan in-Nazzjonijiet Uniti, bbażata fuq leġiżlazzjoni eżistenti u proċeduri ta' kooperazzjoni mas-settur privat. | Għaddejjin bħalissa | COM Il-Kunsill Stati Membri | Koordinazzjoni effettiva permezz tal-Kumitati relevanti tal-Kunsill. Pożizzjonijiet konġunti tal-UE fl-isfera internazzjonali | 33. Is-servizzi tad-dwana għandhom jintegraw il-kontrolli fuq il-prekursuri fil-livell strateġiku, sabiex iżidu l-effettività tal-ġestjoni tal-kontroll fuq il-fruntieri u jikkoordinaw iżjed fil-qrib ma' aġenziji għall-infurzar tal-liġi oħra involuti f'operazzjonijiet kontra d-droga (appoġġ reċiproku) | Għaddejjin bħalissa | Stati Membri | Titjib fil-kontroll tal-prekursuri, il-kxif, is-sekwestru u t-tħejjija ta' profil tas-sitwazzjoni, meta mqabla mal-2008 | 34. L-UE għandha tagħti appoġġ sħiħ għall-kooperazzjoni operazzjonali internazzjonali mmirata biex tipprevjeni d-devjazzjoni tal-prekursuri tad-droga, bħall-proġetti PRISM u COHESION immexxijin mill-INCB | Għaddejjin bħalissa | COM Stati Membri | Żieda fin-numru ta' konsenji imwaqqfa u/jew sekwestrati | 35. Sabiex tiġi evalwata l-leġiżlazzjoni tal-UE dwar il-kontroll tal-prekursuri tad-droga u l-implimentazzjoni tagħha. | 2010 | COM Stati Membri | Evalwazzjoni tlestiet | 36. L-UE għandha tiżviluppa, fejn possibbli, ftehimiet ta' kooperazzjoni ma' pajjiżi identifikati bħala s-sors ewlieni tal-perkursuri prinċipali tad-droga sintetika. | Għaddejjin bħalissa | COM | Intlaħqu ftehimiet Tnaqqis fil-konsenji tal-perkursuri tad-droga mill-pajjiżi kkunċernati | 15. Li jitnaqqas l-impatt fuq is-soċjetà, tal-kriminalità organizzata attiva fil-produzzjoni u t-traffikar tad-droga | 37. Sabiex jiġu ffaċilitati l-konfiska u l-irkuprar tal-fondi ġenerati mill-kriminalità marbuta mad-droga madwar l-UE billi tissaħħaħ il-politiki dwar il-konfiska u l-irkuprar ta' assi fil-livell tal-UE u fil-livell nazzjonali. | 2012 | Stati Membri COM Il-Kunsill PE | Il-Komunikazzjoni (COM) tal-Kummissjoni adottata Strumenti proposti u adottati Il-valutazzjonijiet tal-assi sekwestrati | 38. Sabiex ikun hemm appoġġ għall-istabbiliment tal-Uffiċċji għall-Irkuprar ta' Assi fl-Istati Membri permezz tal-ħolqien ta' pjattaforma informali. Sabiex ikun hemm appoġġ għall-investigazzjonjiet permezz tal-Bureau tal-Assi Kriminali tal-Europol. | Għaddejjin bħalissa | COM Stati Membri Il--Europol | Il-Pjattaforma tiġi stabbilita u tkun qiegħda taħdem tajjeb. Żieda fin-numru ta' investigazzjonijiet appoġġati, relatati mal-kxif u l-identifikazzjjoni tal-assi. Żieda fin-numru u l-valur ta' fondi kontanti u assi li ġew ikkonfiskati. | IV KOOPERAZZJONI INTERNAZZJONALI | Prijorità prinċipali: Li ttejjeb l-effettività tal-kooperazzjoni tal-UE ma' pajjiżi terzi u ma' organizzazzjonijiet internazzjonali fil-qasam tad-drogi permezz ta' koordinazzjoni aktar fil-qrib tal-politiki fi ħdan l-UE. Li tiġi promossa l-projezzjoni konsistenti madwar id-dinja tal-istrateġija bbilanċjata kontra l-problema tad-drogi. | Għan | Azzjoni | Programm | Parti responsabbli | Indikatur | 16. Li tinkludi b'mod sistematiku, tħassib ta' politika tal-UE dwar id-droga fir-relazzjonijiet eżistenti mal-pajjiżi u r-reġjuni terzi fejn xieraq u fi ħdan l-aġenda usa' tal-iżvilupp u tas-sigurtà, u biex dan isir fuq il-bażi ta' ippjanar strateġiku u koordinazzjoni bejn l-atturi kollha kkonċernati. | 39. Biex jiġi żgurat li r-relazzjonijiet tal-UE mal-pajjiżi terzi jirriflettu l-għanijiet tal-Istrateġija u l-Pjanijiet ta' Azzjoni tal-UE dwar id-Droga li huma bbażati fuq il-prinċipju ta' responsabilità komuni u jirrispettaw id-drittijiet tal-bniedem. | Għaddejjin bħalissa | Stati Membri COM | Il-prijoritajiet tal-politika dwar id-droga li jiġu riflessi dejjem aktar fir-relazzjonijiet ma' pajjiżi terzi. | 40. Biex tiġi mtejba l-effettività tal-mekkaniżmi eżistenti kontra d-droga bħall-Mekkaniżmi ta' Kooperazzjoni u Koordinazzjoni bejn l-UE u l-LAC, u fid-Djalogu Speċjalizzat UE-Andean u "it-Troiki tad-Droga", billi jiġu identifikati oqsma speċifiċi ta' kooperazzjoni | Għaddejjin bħalissa | Il-Kunsill COM | L-implimentazzjoni u l-istabbiliment ta' inizjattivi ta' kooperazzjoni. | 41. Bi qbil mal-istrateġiji u d-deċiżjonijiet politikali tal-UE u b'appoġġ għall-programmi ta' assistenza tal-Istat Membru u tal-KE, biex jiġi indirizzat it-tħassib marbut mal-problema tad-droga f'pajjiżi fejn qiegħda tiġi prodotta flimkiem ma' rotot ta' ittraffikar (li qegħdin jinstabu) permezz ta' proġetti mmirati biex inaqsu d-domanda għad-droga u l-fornitura tagħha u biex jostakolaw id-devjazzjoni ta' perkursuri kimiċi. L-assistenza għandha tiġi marbuta mal-pjanijiet ta' azzjoni kontra d-droga bejn l-UE u pajjiżi u reġjuini terzi ( ara l-Azzjonijiet 46 u 50) | Għaddejjin bħalissa | COM Stati Membri | Li l-prijoritajiet tal-politika dwar id-droga jkunu rappreżentati fil-proġetti ffinanzjati. Li l-proġetti ffinanzjati jirreflettu bilanċ bejn it-tnaqqis fid-domanda u dak fil-fornitura. Li jkunu stabbiliti sinerġiji bejn l-Istat Membru u l-programmi ta' ffinanzjar tal-UE. | 42. Sabiex tiżdied il-kooperazzjoni reġjunali u intrareġjunali biex titnaqqas id-domanda għad-droga u l-fornitura tagħha f'pajjiżi terzi b'appoġġ mill-programmi ta' ffinanzjar tal-Istati Membri u tal-KE, bħall-Istrument għall-Kooperazzjoni fl-Iżvilupp flimkien mad-Dokumenti ta' Strateġija Reġjunali, l-Istrument għal Stabbilità u l-Istrument tal-Politika tal-Viċinat Ewropea. | Għaddejjin bħalissa | COM Stati Membri | L-implimentazzjoni u l-istabbiliment ta' inizjattivi ġodda dwar kooperazzjoni interreġjunali Li jiġu stabbiliti sinerġiji bejn l-Istati Membri u l-programmi ta' ffinanzjar tal-UE. Żieda fin-numru u fil-baġit tal-proġetti ffinanzjati. | 43. Sabiex jiġu promossi għajxien alternattivi minflok il-kultivazzjoni tad-droga li jirrispettaw id-drittijiet tal-bniedem, jinvolvu komunitajiet lokali u li jqisu l-bżonnijiet u ċ-ċirkustanzi speċifii tagħhom. | Għaddejjin bħalissa | COM Stati Membri | In-numru ta' proġetti li jirrispettaw l-istrateġija tal-UE dwar Żvilupp Alternattiv (9597/06, CORDROGUE 44, 18.05.2006) | 44. Fl-interess tal-koordinazzjoni biex tistabilixxi mekkaniżmu ta' sorveljanza dwar l-assistenza tal-EU marbuta mal-problema tad-droga, mogħtija lill-pajjiżi terzi. | Annwali | Il-Kunsill Stati Membri COM | Mekkanizmu stabbilit. Viżjoni ġenerali tal-proġetti tal-KE u tal-Istat Membru relatati mad-droga f'pajjiżi terzi. | 45. Sabiex isir stħarriġ dwar l-iskop u l-eżitu tal-proġetti tal-KE relatati mad-droga f'pajjiżi terzi. | 2010 | COM | Stħarriġ imwettaq | 46. Sabiex jiġu aġġornati u implimentati l-Pjanijiet ta' Azzjoni dwar id-Droga tal-UE għar-Reppubbliki Ażjatiċi Ċentrali [9] u għall-Amerika Latina u l-Karibew[10]: | Għaddejjin bħalissa | Stati Membri COM | Prijoritajiet identifikati Il-livell ta' implimentazzjoni tal-Pjanijiet ta' Azzjoni | 17. Li tissaħħaħ il-koordinazzjoni tal-UE fil-kuntest multilaterali u tiġi promossa strateġija integrata u bbilanċjata | 47. Sabiex ikunu żgurati koordinazzjoni u kontinwità aħjar bejn id-delegazzjonijiet tal-HDG u l-Istati Membri għall-Kummissjoni dwar id-Drogi Narkotiċi Nazzjonijiet Uniti (KDN), permezz tal-ħatra ta' uffiċjal ta' kuntatt permanenti. | 2009 | Il-Kunsill Stati Membri | Jinħatar uffiċjal ta' kuntatt Tissaħħaħ il-koordinazzjoni bejn id-delegazzjonjiet ta' Vjenna u l-HDG | 48. Sabiex jiġu preparati, ikkoordinati u adottati pożizzjonijiet komuni riżoluzzjonjiet konġunti tal-UE fis-CND | Għaddejjin bħalissa | PRES Stati Membri COM | Numru ta' riżoluzzjonijiet konġunti tal-UE Il-pożizzjonijiet komuni tal-UE appoġġati minn regjuni oħra | 49. Sabiex tiġi ppreżentata pożizzjoni tal-UE fis-settur ta' livell għoli tal-52 CND dwar l-evalwazzjoni u s-segwitu ta' UNGASS '98[11]li tirrifletti l-prinċipji fundamentali tal-politika tal-UE dwar id-drogi. | 2009 | Il-Kunsill Stati Membri COM | Il-pożizzjoni tal-UE riflessa fid-Dikjarazzjoni Politika tan-Nazzjonijiet Uniti | 18. Li jkun hemm appoġġ għall-pajjiżi kandidati u l-pajjiżi li huma fil-proċess ta' stabilizzazzjoni u assoċjazzjoni. | 50. Sabiex tiġi provoduta l-assistenza teknika jew assistenza oħra neċessarja lil dawn il-pajjiżi biex isiru familjari mal-acquis tal-UE fil-qasam tad-drogi u jiġu megħjuna biex ikunu jistgħu iwettqu l-azzjonijiet meħtieġa, inklużi dawk adottati fil-pjan ta' azzjoni dwar id-droga mal-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent[12] | Għaddejjin bħalissa | Stati Membri COM Il-Kunsill EMCDDA Il-Europol | Il-pajjiżi li jikkonformaw dejjem aktar mal-acquis tal-UE In-numru u l-kwalità tal-proġetti li tlestew. Avvanz fid-djalogu u/jew fil-kooperazzjoni mal-aġenziji relevanti tal-UE Il-livell ta' implimentazzjoni tal-pjanijiet ta' azzjoni | 19. Li titjieb il-kooperazzjoni mal-pajjizi fil-Politika tal-Viċinat Ewropew | 51. BIex jittejjeb id-djalogu dwar id-drogi mal-pajjizi fil-Politika tal-Viċinat Ewropew f'kuntest bilaterali jew regjunali, b'mod partikolari permezz ta' sottokumitati. | Għaddejjin bħalissa | Stati Membri COM | Ir-riżultat effettiv tad-djalogu | 52. Il-Kummissjoni għandha tinkoraġġixxi dawn il-pajjiżi biex jużaw l-Istrument tal-Politika tal-Viċinat Ewropew biex jimplimentaw is-sezzjonijiet dwar id-droga tal-Pjanijiet ta' Azzjoni ENP | Għaddejjin bħalissa | COM | In-numru ta' proġetti relatati mad-droga li ġew implimentati taħt l-Istrument ENP | V. INFORMAZZJONI , RIĊERKA U EVALWAZZJONI | Prijorità prinċipali: li jitijieb il-fehim tal-aspetti kollha tal-fenomenu tal-użu tad-droga sabiex jitwessa' il-bażi -tal-għarfien għall-politika pubblika u ċ-ċittadini jsiru aktar konxji bl-implikazzjonijiet soċjali u tas-saħħa marbutin mal-użu tad-droga, u biex issir riċerka. | Għan | Azzjoni | Programm | Parti responsabbli | Indikatur | 20. Li jitwessa' l-bażi tal-għarfien fil-qasam tad-drogi bil-promozzjoni tar-riċerka. | 53. Il-Kunsill u l-Kummissjoni għandhom jidentifikaw il-prijoritajiet għall- ġejjieni tar-riċerka tal-UE fil-qasam tad-drogi illeċiti flimkien mal-mekkaniżmi meħtieġa biex jitkattar l-għerf , biex jiġu żviluppati strateġiji u teknoloġiji ġodda u biex tissaħħaħ il-kooperazzjoni fir-riċerka fl-UE. | 2009 | Stati Membri COM ĊESDVD | Prijoritajiet ta’ riċerka stabbiliti Mekkaniżmi identifikati u stabbiliti | 21. Li jiġi żgurat l-iskambju ta' informazzjoni preċiża u relevanti għall-politika fil-qasam tad-drogi illeċiti. | 54. L-Istati Membri għandhom jibqgħu jipprovdu Punti Fokali Nazzjonali Reitox (PFN)[13]bir-riżorsi neċessarji. L-PFNs għandhom jikkontribwixxu għaċ-ĊESDVD fuq il-bazi ta' standards mifthemin. | Għaddejjin bħalissa | Stati Membri | Skambju ta' dejta meħtieġa għal raġunijiet ta' monitoraġġ u evalwazzjoni Il-finanzjament tal-tar-Reitox u riżorsi oħra mill-Istati Membri jlaħħaq mar-rekwiżiti Il--PINR jikkontrubwixxu skont l-istandards mifthemin | 22. Li jiġu żviluppati aktar strumenti għas-sorveljanza tas-sitwazzjoni tad-droga u l-effettività tar-reazzjonijiet għaliha | 55. Li jittejbu aktar u jiġu implimentati l-ħames indikaturi epidemoloġiċi ewlenin miċ-ĊESDVD u jiġu żviluppati indikaturi u miżuri ġodda għat-tnaqqis tad-domanda għad-droga. | 2012 | Stati Membri ĊESDVD COM | Żieda fil-konformità tal-Istati Membri mal-kriteiji tal-implimentazzjoni għall-indikaturi ewlenin. Titjib fl-indikaturi għad-domanda għat-trattament u l-użu problematiku[14] Indikaturi/miżuri għal riabilitazzjoni u integrazzjoni mill-ġdid | 56. Li jiġu żviluppati indikaturi għall-ġbir ta' dejta relevanti għall-politika dwar is-suq tad-drogi illeċiti u l-infurzar tal-liġi u biex tiġi żviluppata strateġija għall-ġbir tagħhom. | Għaddejjin bħalissa | COM ĊESDVD Il-Europol Il-Kunsill Stati Membri | Indikaturi identifikati Strategija ta' implimentazzjoni żviluppata | 57. Li jiġu żviluppati strumenti ta' analiżi biex jevalwaw aħjar l-effettività u l-impatt tal-poltika dwar id-droga. | 2010 | COM ĊESDVD Stati Membri | Strumenti ta' analiżi li ġew żviluppati Analiżi aktar preċiża tas-sitwazzjoni rigward id-droga. | 58. Li tiġi evalwata l-effettività tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/387/ĠAI dwar l-iskambju ta’ informazzjoni, il-valutazzjoni tar-riskju u l-kontroll fuq sustanzi psikoattivi l-ġodda | 2010 | COM Il-Kunsill ĊESDVD L-Europol EMEA | L-evalwazzjoni ppreżentata u s-segwitu li jista' jsir. | 59. Il-Europol għandha tevalwa l-komunikazzjoni tad-dejta u l-informazzjoni marbuta mal-kriminalità mill-Istati Membri. | Annwali | Stati Membri Il--Europol | Evalwazzjoni kwalitattiva tad-dejta konsenjata | 23. Li tiġi żgurata evalwazzjoni kontinwa tal-politika dwar id-droga | 60. L-Istati Membri għandhom jevalwaw il-politiki nazzjonali dwar id-droga fuq bażi regolari. | Għaddejjin bħalissa | Stati Membri | Numru ta' politiki dwar id-droga li ġew evalwati | 61. Li jiġi ppreżentat stħarriġ annwali tal-progress lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew dwar l-implimentazzjoni tal-Pjan ta' Azzjoni, u li jiġu ppreżentati l-indikaturi adottati/imtejbin u l-mekkaniżmi ta' rappurtar għas-sorveljar u l-evalwazzjoni fejn hu xieraq u meħtieġ. | Annwali | COM ĊESDVD Il-Europol Stati Membri | JIġi kkomunikat l-istħarriġ annwali dwar il-progress Id-disponibilità ta' indikaturi relevanti | 62. Għandha ssir evalwazzjoni esterna tal-implimentazzjoni u l-impatt taI-Istrateġija dwar id-Drogi tal-UE 2005-2012 u l-Pjan ta' Azzjoni dwar id-Drogi tal-UE 2009-2012, segwita minn perjodu ta' riflessjoni qabel s-segwitu | 2012 | COM Il-Kunsill Stati Membri | Evalwazzjoni ta' dak li jinkiseb minn azzjonijiet individwali Ikun magħruf l-impatt fuq is-sitwazzjoni globali tal-problema tad-droga | [1] CORDROGUE 77, 22.11.2004. [2] ĠU C 168, 8.7.2005. [3] Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni mehmuż fl-Anness 1 [4] Ir-Rapport Annwali taċ-ĊESDVD tal-2007 [5] Dawn il-Gruppi ta' Ħidma tal-Kunsill jinkludu: Gruppi ta' Ħidma tal-PulizijaPulizija u tad-Dwana, il-Grupp Multidixxiplinarju dwar il-Kriminalità Oeganizzata, il-Grupp ta' Ħidma dwar is-Saħħa, Gruppi ta' Ħidma tal-Affarijiet Esterni u l-Grupp ta' Ħidma dwar Kwistjonijiet Ekonomiċi. [6] Din l-azzjoni hija bbażata fuq ir-rakkomandazzjoni tal-Kunsill (2003/488/KE) dwar il-prevenzjoni u t-tnaqqis ta' ħsara għas-saħħa marbuta mad-dipendenza fuq id-droga [7] Ippjanar Strateġiku Operattiv u Komprensiv għall-Pulizija [8] Il-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija; Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/681/ĠAI [9] 12353/02; CORDROGUE 78; 25.9.2002. [10] 7163/1/99; CORDROGUE 19; 15.4.1999; id-Dikjarazzjoni li saret fil-Port ta' Spanja, 23.5.2007. [11] Dikjarazzjoni Politika (reżoluzzjoni S-20/2, anness) tal-20 Sessjoni Speċjali tal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti. [12] 5062/2/03, CORDROGUE 3; 3.6.2003. [13] Réseau Européen d'Information sur les Drogues et les Toxicomanies [14] L-indikatur ĊESDVD għandu jaqbel mal-istandards internazzjonali dwar il-problema tal-użu tad-droga (DSM-V/ICD-10)