EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52008DC0429

Abbozz preliminari tal-baġit ta' emenda nru 6 tal-baġit ġenerali ta' l-2008 - Dikjarazzjoni ta' l-infiq skond it-taqsima - taqsima III – Il-Kummissjoni

/* KUMM/2008/0429 finali */

52008DC0429

Abbozz preliminari tal-baġit ta' emenda nru 6 tal-baġit ġenerali ta' l-2008 - Dikjarazzjoni ta' l-infiq skond it-taqsima - taqsima III – Il-Kummissjoni /* KUMM/2008/0429 finali */


[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ |

Brussel 1.7.2008

KUMM(2008) 429 finali

ABBOZZ PRELIMINARI TAL-BAĠIT TA' EMENDA NRU 6 TAL-BAĠIT ĠENERALI TA' L-2008

DIKJARAZZJONI TA' L-INFIQ SKOND IT-TAQSIMA Taqsima III – Il-Kummissjoni

(preżentat mill-Kummissjoni)

ABBOZZ PRELIMINARI TAL-BAĠIT TA' EMENDA NRU 6TAL-BAĠIT ĠENERALI TA' L-2008

DIKJARAZZJONI TA' L-INFIQ SKOND IT-TAQSIMATaqsima III – Il-Kummissjoni

Wara li kkunsidrat:

- it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 272 tiegħu,

- it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea ta’ l-Enerġija Atomika, u b'mod partikolari l-Artikolu 177 tiegħu,

- ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej[1], kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1525/2007[2], u b'mod partikolari l-Artikolu 37 tiegħu,

Il-Kummissjoni Ewropea b'dan tippreżenta lill-awtorità tal-baġit l-Abbozz Preliminari tal-Baġit ta' Emenda Nru 6 għall-baġit ta' l-2008.

WERREJ

1. Introduzzjoni 4

2. Aġenziji Eżekuttivi 4

2.1 Aġenzija Eżekuttiva Edukattiva, Awdjoviżiva u Kulturali (EACEA) 4

2.2 Aġenzija Eżekuttiva għall-Programm tas-Saħħa Pubblika (PHEA) 5

2.3 Aġenzija Eżekuttiva Netwerks Tranżewropej tat-Trasport (TEN-T EA) 6

3. Impriża Konġunta taċ-Ċelluli tal-Fjuwil u l-Idroġenu (FCH JU) 6

4. EUROJUST 8

5. Programm ta’ Kompetittività u Innovazzjoni (CIP) 9

TABELLA B'SOMMARJU TAL-QAFAS FINANZJARJU SKOND L-INTESTATURI 10

TIBDILIET FID-DIKJARAZZJONI TAD-DĦUL U L-INFIQ SKOND IT-TAQSIMA

Il-tibdiliet fid-dikjarazzjoni ġenerali tad-dħul u d-dikjarazzjoni tad-dħul u l-infiq skond it-taqsima għandhom jintbagħtu separatament permezz tas-sistema SEI-BUD. Verżjoni bl-Ingliż tal-bidliet fid-dikjarazzjoni ġenerali tad-dħul u d-dikjarazzjoni tad-dħul u l-infiq skond it-taqsima hi annessa għall-informazzjoni bħala anness tal-baġit.

1. Introduzzjoni

L-Abbozz Preliminari tal-Baġit ta' Emenda (APBE) Nru 6 għas-sena 2008 jkopri l-elementi li ġejjin:

- L-adattamenti baġitarji neċessarji li jirriżultaw mill-estensjoni tal-mandat ta' tliet aġenziji eżekuttivi: l-Aġenzija Eżekuttiva Edukattiva, Awdjoviżiva u Kulturali (EACEA), l-Aġenzija Eżekuttiva għall-Programm tas-Saħħa Pubblika (PHEA), u l-Aġenzija Eżekuttiva Netwerks Transewropej tat-Trasport (TEN-T EA).

- Il-ħolqien ta' l-istruttura baġitarja neċessarja sabiex tiġi akkomodata l-impriża konġunta taċ-Ċelluli tal-Fjuwil u l-Idroġenu (FCH JU).

- Żieda ta' EUR 2.2 miljun f'approprjazzjonijiet għall-impenji, sabiex tiġi koperta parti min-nefqa fuq bini ġdid għall-EUROJUST.

- Żieda ta' EUR 3.9 miljun f'approprjazzjonijiet għall-impenji għall-Programm għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni (CIP) - Intraprenditorija u Innovazzjoni.

L-effett nett tal-modifiki fl-infiq huwa żieda ta' EUR 6.1 miljuni f'approprjazzjonijiet għall-impenji, mingħajr bidla fl-approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet.

2. Aġenziji Eżekuttivi

Fil-15 ta' April 2008, il-Kumitat dwar l-Aġenziji Eżekuttivi (CREA), stabbilit bl-Artikolu 24 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003[3], approva l-estensjoni tal-mandat ta' tliet aġenziji eżekuttivi - l-Aġenzija Eżekuttiva Edukattiva, Awdjoviżiva u Kulturali (EACEA), l-Aġenzija Eżekuttiva għall-Programm tas-Saħħa Pubblika (PHEA), u l-Aġenzija Eżekuttiva Netwerks Transewropej tat-Trasport (TEN-T EA). Dan kien segwit fid-29 ta' Mejju mill-approvazzjoni tal-Kumitat tal-Parlament Ewropew dwar il-Baġits (COBU).

Wara l-approvazzjoni tal-Kumitat għall-Aġenziji Eżekuttivi u l-Kumitat tal-Parlament Ewropew dwar il-Baġits, se jittieħdu d-deċiżjonijiet formali tal-Kummissjoni li jestendu l-mandat ta' l-aġenziji.

Il-modifiki li huma meħtieġa minħabba l-estensjoni tat-tliet mandati huma ppreżentati hawn isfel:

2.1 Aġenzija Eżekuttiva Edukattiva, Awdjoviżiva u Kulturali (EACEA)

Fl-14 ta' Jannar 2005, il-Kummissjoni adottat id-Deċiżjoni 2005/56/KE[4] li tistabbilixxi l-Aġenzija Eżekuttiva għat-tmexxija ta' l-azzjoni komunitarja fl-oqsma ta' l-edukazzjoni, l-awdjoviżwal u l-kultura (EACEA).

Il-mandat ta' l-EACEA ġie estiż bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/114/KE[5] tat-8 ta' Frar 2007 sabiex tinkludi l-ġestjoni tal-ġenerazzjoni l-ġdida ta' programmi li qabel kienu ddelegati lill-Aġenzija (MEDIA 2007, LLL, Kultura, Żgħażagħ fl-Azzjoni, L-Ewropa għaċ-Ċittadini); il-proġetti fl-oqsma ta' l-edukazzjoni, it-taħriġ vokazzjonali u ż-żgħażagħ, irregolati mill-ftehimiet magħmula f'dawn l-oqsma mill-Komunità Ewropea u l-Istati Uniti ta' l-Amerika u l-Kanada; flimkien ma' elementi oħra tal-programm, b'mod partikolari t-Tieqa ta' Kooperazzjoni Esterna Erasmus Mundus.

L-estensjoni tal-mandat ta' l-Aġenzija, li issa ġiet approvata, tirrigwarda l-implimentazzjoni ta' Twieqi addizzjonali ta' Kooperazzjoni Esterna Erasmus Mundus relatati ma' l-Amerika Latina, l-Asja u l-Balkani.

Id-dmirijiet addizzjonali mogħtija lill-EACEA relatati ma' l-estensjoni proposta mhumiex se jwasslu għal żieda fis-sussidju ta' l-Aġenzija Eżekuttiva, għax dan se jkun kopert mill-approprjazzjonijiet eżistenti taħt il-partiti 19 01 04 30 EACEA – Sussidju għal programmi tar-Relazzjonijiet Esterni u 22 01 04 30 EACEA – Sussidju għall-programmi taħt l-intestatura 4 fil-qasam ta' politika 'Tkabbir'. Madankollu, huwa meħtieġ aġġustament għall-pjan ta' stabbiliment ta' l-Aġenzija, ladarba r-rinfurzar tat-Tieqa tal-Kooperazzjoni Esterna jipprevedi żewġ aġenti temporanji fil-grad AD 5[6].

2.2 Aġenzija Eżekuttiva għall-Programm tas-Saħħa Pubblika (PHEA)

Fil-15 ta' Diċembru 2004, il-Kummissjoni adottat id-Deċiżjoni 2004/858/KE[7] li twaqqaf aġenzija esekuttiva bl-isem Aġenzija Esekuttiva għall-Programm dwar is-Saħħa Pubblika u fdata bl-implimentazzjoni tal-Programm tas-Saħħa Pubblika 2003-2008 sal-31 ta' Diċembru 2010. Fil-bidu tas-sena 2008, il-Kummissjoni pproponiet li testendi l-mandat ta' l-Aġenzija sabiex tiġi koperta l-implimentazzjoni tal-programm il-ġdid (2008-2013) ta' l-Azzjoni tal-Komunità fil-qasam tas-Saħħa Pubblika, u li tafdalha dmirijiet ġodda relatati ma' programmi u miżuri oħra tal-Komunità li bħalissa huma ġestiti mill-Kummissjoni. Dawn id-dmirijiet ġodda jirrigwardaw il-ġestjoni tal-Programm tal-Politika tal-Konsumatur, u tal-miżuri ta' taħriġ tal-Komunità dwar is-sikurezza ta' l-ikel. Il-ħajja ta' l-Aġenzija għandha għalhekk tiġi estiża mill-1 ta' Jannar 2011 sal-31 ta' Diċembru 2015, u l-isem uffiċjali għandu jiġi emendat għal "Aġenzija Eżekuttiva għas-Saħħa u l-Konsumaturi", sabiex jirrifletti d-dmirijiet addizzjonali tagħha.

F'konformità ma' l-Artikolu 12 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003, l-iffinanzjar ta' l-aġenziji eżekuttivi għandu jiġi kopert mill-pakkett tal-programmi operattivi li huma jkunu jamministraw. Madankollu, ladarba l-baġit ta' l-2008 ma jipprovdix finanzjament għall-Aġenzija Eżekuttiva għas-Saħħa u l-Konsumaturi f'dak li jirrigwarda l-programmi l-ġodda fdati lilha (Konsumaturi u Taħriġ għas-Sikurezza ta' l-Ikel), ir-riżorsi finanzjarji meħtieġa jridu jitpoġġew għad-dispożizzjoni ta' l-Aġenzija.

Ladarba l-Aġenzija se tibda taħdem fuq il-programmi l-ġodda biss fil-bidu ta' l-aħħar trimestru tas-sena 2008, il-kontribuzzjoni mill-programmi tal-Konsumatur u t-Taħriġ għas-Sikurezza ta' l-Ikel għandha tkopri biss l-aħħar tliet xhur tas-sena. L-ammont totali li għandu jiġi trasferit lill-Aġenzija permezz ta' trasferiment intern huwa ta' EUR 340 000 għaż-żewġ programmi flimkien. Fir-rigward tal-Programm tal-Konsumaturi din il-kontribuzzjoni ġiet stabbilita għal EUR 226 800, li għandhom jitpoġġew għad-dispożizzjoni permezz ta' trasferiment intern mil-linja tal-baġit amministrattiv tal-Programm tal-Konsumaturi (17 01 04 03). Fir-rigward tal-miżuri tat-Taħriġ għas-Sikurezza ta' l-Ikel, il-kontribuzzjoni hija stabbilita għal EUR 113 200, li għandhom jiġu trasferiti mil-linja tal-baġit amministrattiva relevanti (17 01 04 05) fi ħdan l-istess kapitolu. Għaldaqstant, l-approprjazzjonijiet operattivi kollha tal-programmi mhumiex se jiġu mibdula u se jkunu disponibbli sabiex ikopru azzjonijiet purament operattivi.

Il-pjan ta' stabbiliment ta' l-Aġenzija mdaħħal fil-Baġit 2008 wkoll jeħtieġ li jiġi emendat, biż-żieda ta' tliet postijiet ta' aġenti temporanji[8].

2.3 Aġenzija Eżekuttiva Netwerks Tranżewropej tat-Trasport (TEN-T EA)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/60/KE tas-26 ta' Ottubru 2006[9] stabbiliet aġenzija eżekuttiva sabiex tassigura l-ġestjoni teknika u finanzjarja tal-proġetti tat-trasport kofinanzjati abbażi tal-bażi legali valida f'dak iż-żmien, jiġifieri l-Programm TEN-T 2000-2006.

Il-modifika kurrenti tal-mandat diġà kienet prevista fl-2006 u hija tippermetti lill-Aġenzija sabiex tieħu r-responsabbiltà għall-ġestjoni tal-proġetti tat-trasport appoġġjati mill-Programm TEN-T l-ġdid 2007-2013. Minbarra dan, il-programm il-ġdid iżid strumenti finanzjarji ġodda (pereżempju l-istrument tal-garanzija tas-self, u s-Sħubijiet Pubbliċi Privati (PPP)) u jenfasizza l-importanza tal-promozzjoni u l-komunikazzjoni, li jirrikjedu bosta aktar riżorsi umani għall-implimentazzjoni tagħhom.

L-ipoteżi inizjali dwar it-tqassim tal-persunal hija bbażata fuq 60% persunal kuntrattwali u 40% aġenti temporanji. Madankollu, sabiex iżżid l-iffrankar tagħha, il-Kummissjoni żiedet il-perċentwal ta' persunal kuntrattwali għal 68%, u dan iwassal għal anqas postijiet temporanji meħtieġa milli inizjalment previst. Għaldaqstant, il-Kummissjoni tipproponi li l-pjan ta' stabbiliment jitnaqqas minn 40 għal 32 post temporanju[10].

Kif indikat fid-dikjarazzjoni finanzjarja li takkumpanja l-modifika proposta tal-mandat, dan it-tqassim mill-ġdid tal-persunal jimplika baġit iżgħar li jammonta għal EUR 8 894 600. Ladarba l-baġit approvat għall-Aġenzija fl-2008 huwa ta' EUR 10 212 600, il-Kummissjoni tipproponi t-trasferiment tad-differenza ta' EUR 1 318 000 għall-partita tal-baġit 06 01 04 04 "Appoġġ finanzjarju għall-proġetti ta’ interess komuni fin-netwerk ta’ trasport trans-Ewropew - Nefqa fuq tmexxija amministrattiva" permezz ta' trasferiment intern. Din se tintuża primarjament sabiex tiffinanzja studji relatati ma' l-appoġġ tal- green paper dwar il-futur tal-politika tat-TEN-T, ma' l-implimentazzjoni tal-Linji Gwida TEN-T (2006-2007) u l-flussi tat-traffiku fin-Netwerk tat-Trasport Reġjonali Ewlieni tax-Xlokk ta' l-Ewropa – Orizzont 2030.

3. Impriża Konġunta taċ-Ċelluli tal-Fjuwil u l-Idroġenu (FCH JU)

F'konformità ma' l-Artikolu 166 tat-Trattat tal-KE, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill adottaw id-Deċiżjoni Nru 2006/1982/KE tat-18 ta' Diċembru 2006 dwar is-Seba' Programm Kwadru tal-Komunità Ewropea għall-attivitajiet ta' riċerka, ta' żvilupp teknoloġiku u ta' dimostrazzjoni (2007-2013) - il-Programm ta' Qafas[11]. Sussegwentement, il-Kunsill adotta d-Deċizjoni 2006/971/KE tad-19 ta' Diċembru 2006 dwar il-programm speċifiku "Kooperazzjoni" li jimplimenta s-Seba' Programm ta' Qafas tal-Komunità Ewropea – il-Programmi Speċifiċi[12].

Fi ħdan il-firxa kollha ta' temi magħżula għal azzjoni mill-Komunità, u bejn l-istrumenti eżistenti differenti, is-Seba' Programm ta' Qafas ta' Riċerka jista' jiġi implimentat, f'numru limitat ħafna ta' każijiet, permezz ta' l-Inizjattivi Konġunti fit-Teknoloġija (JTIs).

Il-Baġit ta' Emenda 3/2008[13] ħoloq l-istruttura baġitarja neċessarja sabiex jiġu akkomodati l-ewwel erbgħa minn dawn l-Impriżi Konġunti[14]. L-Abbozz Preliminari tal-Baġit ta' Emenda (APBE) Nru 6 preżenti jinkludi l-ħolqien ta' l-istruttura baġitarja neċessarja sabiex jiġu akkomodati l-Impriża Konġunta ta' l-Inizjattiva Teknoloġika Konġunta għaċ-Ċelluli tal-Fjuwil u l-Idroġenu (FCH JU), wara l-adozzjoni mill-Kunsill tar-Regolament (KE) 521/2008[15] fit-30 ta' Mejju 2008.

Ir-Regolament tal-Kunsill li jistabbilixxi s-sħubiji pubbliċi privati relevanti abbażi ta' l-Artikolu 171 tat-Trattat u l-Artikolu 185 tar-Regolament Finanzjarju, ġie stabbilit skond il-JTIs diġà adottati, inkluż ir-rilaxx għall-implimentazzjoni tal-baġits tagħhom li għandhom jingħataw mill-Parlament Ewropew, fuq rakkomandazzjoni tal-Kunsill.

Għaldaqstant, dan il-baġit ta' emenda jirrigwarda l-ħolqien ta' l-elementi ġodda relevanti għas-sussidji għall-Impriża Konġunta FCH, flimkien mal-ħolqien tal-pjan ta' stabbiliment[16].

L-ebda approprjazzjonijiet addizzjonali mhuma mitluba fil-qafas tal-ħolqien ta' dawn il-linji l-ġodda tal-baġit; l-approprjazzjonijiet se jitnaqqsu mil-linji tal-baġit li jikkorrispondu mal-prijoritajiet tas-Seba' Programm ta' Qafas tal-qasam ta' politika korrispondenti li jipparteċipa f'din l-Inizjattiva Konġunta tat-Teknoloġija.

Erba' prijoritajiet għall-programm speċifiku "Kooperazzjoni" li jimplimenta s-Seba' Programm ta' Qafas tar-Riċerka tal-KE se jikkontribwixxu għall-finanzjament tal-FCH JU:

- L-Enerġija

- It-trasport

- In-nanoxjenzi, in-nanoteknoloġiji, il-materjali u teknoloġiji ġodda tal-produzzjoni

- L-Ambjent

Għall-2008, il-prijorità ta' l-Enerġija biss se tikkontribwixxi għall-finanzjament ta' l-FCH.

Din is-sitwazzjoni hija differenti mill-Impriżi Konġunti preċedenti fejn kienet tikkontribwixxi prijorità tematika waħda u għaldaqstant kienet ikkonċernata linja waħda biss tal-baġit.

Meta titqies il-fażi tat-twaqqif ta' l-Impriża Konġunta, għall-2008 il-Kummissjoni tipproponi li talloka EUR 30 000 000 f'approprjazzjonijiet għall-impenji u EUR 1 900 000 f'approprjazzjonijet għall-ħlasijiet fuq il-partiti ġodda li għandhom jinħolqu, bl-ammonti li jikkorrispondu magħhom jitnaqqsu mil-linja tal-baġit 08 05 01.

It-tabella li jmiss tippreżenta fil-qosor il-partiti l-ġodda li għandhom jinħolqu flimkien ma' l-approprjazzjonijiet li għandhom jiġu allokati għall-partiti l-ġodda:

Partiti ġodda | Deskrizzjoni | Approprjazzjonijiet għall- Impenji (EUR miljun) | Approprjazzjonijiet għall-Ħlasijiet (EUR miljun) |

08 05 02 | Kooperazzjoni — Enerġija — Impriża Konġunta taċ-Ċelluli tal-Fjuwil u l-Idroġenu (FCH) | 28,100 | 0 |

08 01 04 41 | Nefqa għas-sostenn għall-Impriża Konġunta taċ-ċelluli tal-Fjuwil u l-Idroġenu (FCH) | 1,900 | 1,900 |

Meta titqies il-kontribuzzjoni maħsuba għall-Impriża Konġunta, l-ammont totali fuq il-linji tal-baġit li jikkorrispndu għall-prijoritajiet relatati ta' l-Enerġija se jitnaqqsu kif muri fit-tabella li ġejja:

Partiti | Deskrizzjoni | Approprjazzjonijiet għall- Impenji (EUR miljun) | Approprjazzjonijiet għall-Ħlasijiet (EUR miljun) |

08 05 01 | Kooperazzjoni — Enerġija | 99,680 | 62,598 |

4. EUROJUST

Fis-snin reċenti, in-numru tal-persunal tal-EUROJUST żdied b'mod konsiderevoli. Dan jinkludi żieda fil-persunal ta' l-hekk imsejħa "membri nazzjonali" li jirrappreżentaw lill-Istati Membri kollha fil-Kulleġġ tal-EUROJUST; flimkien ma' aġenti statutorji, li żdiedu minn 76 aġent temporanju fl-2004 għal 175 fl-2008. Fil-preżent, il-persunal huwa akkomodat bejn il-bini "ARC" f'The Hague (194 uffiċċju okkupati minn 229 persuna), u akkomodazzjoni temporanja fil-bini "Equinox" (27 uffiċċju). Huwa stmat li sa l-2014, il-EUROJUST se jkun jeħtieġ 320-325 uffiċċju, li huwa kompatibbli ma' l-ipprogrammar finanzjarju kurrenti. Huwa previst li l-Istat Membru li qed jospitah se jipprovdi akkomodazzjoni xierqa sa l-2012. Madankollu, fil-frattemp trid tinstab soluzzjoni temporanja.

L-Istat Membru li qed jospita l-EUROJUST ippropona bini ġdid f'"Haagse Veste 1" (HV1) għall-perjodu 2008-2012, li l-EUROJUST taqsmu mal-Qorti Kriminali Internazzjonali. Il-160 uffiċċju disponibbli hawn ikunu jistgħu jakkomodaw lill-persunal tal-bini "Equinox", il-persunal li ma jkunx jista' jinżamm fil-bini "ARC", u kif ukoll kull persunal ġdid. Din iċ-ċaqliqa hija mistennija li ssir f'Settembru 2008.

F'dan il-kuntest, il-EUROJUST talbet żieda fil-baġit tagħha ta' EUR 7 339 398 sabiex tkopri l-kera u l-manutenzjoni tal-bini l-ġdid HV1, twettaq l-adattamenti meħtieġa għall-HV1, tipprovdi l-għamara għalih, u tirrekluta l-persunal ta' sigurtà meħtieġ (dawn l-ispejjeż se jinqasmu mal-Qorti Kriminali Internazzjonali).

Wara valutazzjoni tal-proposta u diskussjonijiet mal-EUROJUST, il-Kummissjoni qed tipproponi li taċċetta t-talba, bl-eċċezzjoni ta' l-hekk imsejjaħ "Pakkett Integrat" (EUR 2.6 miljun għall-kostruzzjoni – ħitan, art, bibien, faċilitajiet ta' servers ta' l-IT). Dan huwa s-suġġett ta' negozjati bejn il-EUROJUST u l-Istat Membru li qed jospitah.

Mill-EUR 4.7 miljun li fadal, huwa propost li EUR 2.5 miljun jiġu koperti mid-dħul assenjat (EUR 1.8 miljun li jikkorrispondu mal-bilanċ pożittiv ta' l-2006, u l-bqija mill-2007). Għaldaqstant, it-talba finali għall-baġit ta' emenda tammonta għal EUR 2.24 miljun.

Approprjazzjonijiet għall-impenji ta' EUR 2.24 miljun se jiġu mill-marġini taħt il-limitu massimu ta' l-Intestatura 3a (EUR 19 miljun fl-2008). L-approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet li jikkorrispondu magħhom se jiġu mċaqalqa minn 18 06 06 Ġustizzja Kriminali, li għaliha s-sejħiet għall-proposti taw riżultati aktar baxxi milli oriġinarjament previst.

Huwa propost li l-approprjazzjonijiet addizzjonali jiddaħħlu fil-baġit kif ġej:

18 06 04 01 EUROJUST — Sussidju taħt it-Titoli 1 u 2, EUR 1 940 000

18 06 04 02 EUROJUST — Sussidju taħt it-Titolu 3, EUR 300 000

5. PROGRAMM TA’ KOMPETITTIVITÀ U INNOVAZZJONI (CIP)

L-istrumenti finanzjarji taħt is-CIP kellhom bidu favorevoli ħafna. Ir-riżorsi tal-baġit ta' l-2007 ġew impenjati f'Diċembru 2007, u l-ewwel proġetti kienu approvati qabel tmiem is-sena. Proposti sussegwenti mill-Fond Ewropew għall-Investiment (EIF) tant waslu malajr li kien meħtieġ li r-riżorsi tal-baġit ta' l-2008 jibdew jiġu impenjati bosta xhur aktar kmieni milli kien mistenni, jiġifieri fi Frar 2008.

Saru diskussjonijiet regolari ma' l-EIF sabiex jiġi assigurat l-aktar użu effettiv tar-riżorsi disponibbli; iżda huwa diġà ċar li d-domanda għall-istrument teċċedi r-riżorsi disponibbli fl-2008. Il-fatt li kien hemm domanda daqshekk qawwija daqshekk kmieni fis-sena jagħmilha diffiċli li l-approvazzjonijiet jiġu posposti għall-2009, mingħajr ir-riskju li jintilef parti min-negozju disponibbli jekk ir-riżorsi ma jiġux miżjuda fl-2008.

Il-previżjonijiet inizjali sejħu għal "front loading" ħafif għall-infiq matul l-ewwel sentejn. Kien mistenni li d-domanda l-ġdida se jkollha tiġi stimulata permezz ta' "Programm ta' Tixrid ta' l-Informazzjoni", imniedi fl-2008 bħala parti mill-pakkett globali tas-CIP. Fir-realtà, il-carry-over kien akbar milli mistenni, u d-domanda l-ġdida diġà tant hija qawwija li l-intensità tal-Programm ta' Tixrid ta' l-Informazzjoni qed titnaqqas, sabiex jiġi evitat ir-riskju li jinħolqu aspettattivi li ma jitwettqux.

Huwa għalhekk propost li jiġu miżjuda l-approprjazzjonijiet għall-impenji għal-linja 01 04 04 Programm ta' Qafas Kompetittivitċ u Innovazzjoni – Programm dwar l-Intraprenditorija u l-Innovazzjoni b'EUR 3,9 miljun. Dawn ir-riżorsi addizzjonali se jiġu kkumpensati bi tnaqqis ta' l-approprjazzjonijiet għall-impenji fil-programm finanzjarju tal-linja 01 04 04 fl-2011 u 2012.

TABELLA B'SOMMARJU TAL-QAFAS FINANZJARJU SKOND L-INTESTATURI

Qafas Finanzjarju Intestatura/subintestatura | Qafas Finanzjarju 2008 | Baġit 2008 (inkl. BA 1-4/2008 u APBE 5/2008) | APBE 6/2008 | Baġit 2008 + BE 1-4/2008 u APBE 5 u 6/2008 |

|AI |AĦ |AI |AĦ |AI |AĦ |AI |AĦ | | 1. TKABBIR SOSTENIBBLI | | | | | | | | | | 1a. Kompetittività għat-tkabbir ekonomiku u l-impjiegi |10 386 000 000 | |11 082 100 000 |9 768 739 600 |3 900 000 |0 |11 086 000 000 |9 768 739 600 | |1b. Koeżjoni għat-tkabbir ekonomiku u l-impjiegi |47 267 000 000 | |47 255 948 720 |40 551 565 026 | | |47 255 948 720 |40 551 565 026 | | Total | 57 653 000 000 | |58 338 048 720 | 50 320 304 626 | | |58 341 948 720 | 50 320 304 626 | | Marġini[17]

| | |-185 048 720 | | | |-188 948 720 | | | 2. IL-PRESERVAZZJONI U L-ĠESTJONI TAR-RIŻORSI NATURALI | | | | | | | | | | Li minnhom, nefqa relatata mas-suq u ħlasijiet diretti |46 217 000 000 | |41 400 082 042 |40 889 550 500 | | |41 400 082 042 |40 889 550 500 | | Total | 59 193 000 000 | |55 564 715 538 | 53 241 270 053 | | |55 564 715 538 | 53 241 270 053 | | Marġini | | |3 628 284 462 | | | |3 628 284 462 | | | 3. ĊITTADINANZA, LIBERTÀ, SIGURTÀ U ĠUSTIZZJA | | | | | | | | | | 3a. Libertà, Sigurtà u Ġustizzja |747 000 000 | |728 034 000 |533 196 000 |2 240 000 |0 |7 30 274 000 |533 196 000 | |3b. Ċittadinanza |615 000 000 | |875 254 197 |968 664 203 | | |875 254 197 |968 664 203 | | Total | 1 362 000 000 | |1 603 288 197 | 1 501 860 203 | | |1 605 528 197 | 1 501 860 203 | | Marġini[18]

| | |19 123 000 | | | |16 883 000 | | | 4. L-UE BĦALA ATTUR GLOBALI[19]

|7 002 000 000 | | 7 311 218 000 | 8 112 728 400 | | | 7 311 218 000 | 8 112 728 400 | | Marġini | | | -70 000 000 | | | | -70 000 000 | | | 5. AMMINISTRAZZJONI[20]

|7 380 000 000 | |7 279 525 455 | 7 280 085 455 | | |7 279 525 455 | 7 280 085 455 | | Marġini | | | 177 474 545 | | | | 177 474 545 | | | 6. KUMPENS | 207 000 000 | |206 636 292 | 206 636 292 | | |206 636 292 | 206 636 292 | | Marġini | | | 363 708 | | | | 363 708 | | | TOTAL | 132 797 000 000 | 129 681 000 000 | 130 303 432 202 | 120 662 885 029 | 6 140 000 | 0 |130 309 572 202 | 120 662 885 029 | | Marġini | | |3 570 196 995 | 9 560 670 956 | | | 3 564 056 995 | 9 560 670 956 | |

[1] ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

[2] ĠU L 343, 27.12.2007, p. 9.

[3] Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003 tad-19 ta' Diċembru 2002 li jfassal l-istatut għall-aġenziji eżekuttivi li jridu jiġu fdati b'ċerti kompiti fit-tmexxija tal-programmi tal-Komunità. ĠU L11, 16.1.2003, p1.

[4] ĠU L 24, 27.1.2005, p.35.

[5] ĠU L 49, 17.2.2007, p.21.

[6] Id-dettalji sħaħ huma stabbiliti fl-anness tal-baġit.

[7] ĠU L369, 16.12.2004, p.73.

[8] Id-dettalji sħaħ huma stabbiliti fl-anness tal-baġit.

[9] ĠU L32, 6.2.2007, p.88.

[10] Id-dettalji sħaħ huma stabbiliti fl-anness tal-baġit.

[11] ĠU L412, 30.12.2006, p 1.

[12] ĠU L400, 30.12.2006, p.86

[13] Kif approvat fil-5.6.2008.

[14] Huma previsti sitt JTIs fil-programm speċifiku "Kooperazzjoni" li jimplimenta s-7 Programm ta' Qafas tar-Riċerka tal-KE, (Artemis, dwar sistemi tal-kompjuter integrati; IMI, l-Inizjattiva tal-Mediċini Innovattivi; Sema nadifa, dwar l-aeronawtika u t-trasport bl-ajru; ENIAC, dwar it-teknoloġiji nano-elettroniċi, FCH dwar iċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu). Hemm ukoll oħra li qed titħejja: Is-Sorveljanza Globali għall-Ambjent u s-Sigurtà, "il-GMES".

[15] ĠU L153, 12.6.2008, p.20.

[16] Ir-Regolament tal-Persunal u r-regoli adottati b'mod konġunt mill-istituzzjonijiet tal-Komunitajiet għal dan l-għan għandhom japplikaw għall-persunal ta' l-Impriżi Konġunti u d-Diretturi Eżekuttivi tagħhom. Id-dettalji kollha tal-pjan ta' stabbiliment ta' l-FCH JU huma stabbiliti fl-anness għall-baġit.

[17] Il-Fond Ewropew ta' aġġustament għall-Globalizzazzjoni (EGF) mhux inkluż fil-kalkolu tal-marġini taħt l-Intestatura 1a. L-istrument ta' Flessibbiltà ġie mobilizzat għal ammont ta' EUR 200 miljun.

[18] L-ammont tal-Fond ta' Solidarjetà ta' l-Unjoni Ewropea (EUSF) huwa mdaħħal addizzjonalment ma' l-intestaturi kif previst mill-IIA tas-17 ta' Mejju 2006 (ĠU C 139 ta' l-14.6.2006).

[19] Il-marġni għall-2008 fl-intestatura 4 ma jinkludix l-approprjazzjonijiet relatati mar-Riżerva għal Għajnuna f'Emerġenza. L-istrument ta' Flessibbiltà ġie mobilizzat għal ammont ta' EUR 70 miljun.

[20] Biex jiġi kkalkulat il-marġini taħt il-limitu għall-intestatura 5, titqies in-nota f’qiegħ il-paġna (1) tal-qafas finanzjarju 2007-2013 għal ammont ta’ EUR 77 miljun mill-kontribuzzjonijiet għall-persunal għall-iskema ta’ pensjonijiet.

Top