EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52008DC0381

Abbozz preliminari tal-baġit ta' emenda nru 5 tal-baġit ġenerali ta' l-2008 - Dikjarazzjoni ġenerali tad-dħul

/* KUMM/2008/0381 finali */

52008DC0381

Abbozz preliminari tal-baġit ta' emenda nru 5 tal-baġit ġenerali ta' l-2008 - Dikjarazzjoni ġenerali tad-dħul /* KUMM/2008/0381 finali */


[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ |

Brussel 18.6.2008

KUMM(2008) 381 finali

ABBOZZ PRELIMINARI TAL-BAĠIT TA' EMENDA NRU 5 TAL-BAĠIT ĠENERALI TA' L-2008

DIKJARAZZJONI ĠENERALI TAD-DĦUL

(preżentata mill-Kummissjoni)

ABBOZZ PRELIMINARI TAL-BAĠIT TA' EMENDA NRU 5TAL-BAĠIT ĠENERALI TA' L-2008

DIKJARAZZJONI ĠENERALI TAD-DĦUL

Wara li kkunsidrat:

- it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 272 tiegħu,

- it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea ta' l-Enerġija Atomika, u b'mod partikolari l-Artikolu 177 tiegħu,

- Ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2007 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej[1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1995/1525[2], u b'mod partikolari l-Artikolu 37 tiegħu,

Il-Kummissjoni Ewropea hawnhekk tippreżenta lill-awtorità tal-baġit l-Abbozz Preliminari tal-Baġit ta' Emenda Nru 5 għall-baġit ta' l-2008.

WERREJ

1. Introduzzjoni 4

2. Reviżjoni tal-previżjoni tal-bażijiet ta' l-RPT, tal-VAT u tad-DGN 5

3. Korrezzjoni tar-Renju Unit għall-2004 u dik għall-2007 8

3.1. Il-kalkolu tal-korrezzjonijiet 9

3.1.1. Korrezzjoni għar-Renju Unit għall-2004 10

3.1.2. Korrezzjoni għar-Renju Unit għall-2004 10

3.2. Id-dħul fil-PDAB 5/2008 ta' l-ewwel aġġornament tal-korrezzjoni tar-Renju Unit għall-2007 u l-ammont definittiv tal-korrezzjoni tar-Renju Unit għall-2004 11

3.2.1. Korrezzjoni tar-Renju Unit għall-2007 (kapitolu 15) 11

3.2.2. Korrezzjoni tar-Renju Unit għall-2004 (kapitolu 35) 11

TIBDILIET FID-DIKJARAZZJONI ĠENERALI TAD-DĦUL

It-tibdil għad-dikjarazzjoni ġenerali tad-dħul jintbagħat separatament permezz tas-sistema SEI-BUD. Verżjoni bl-Ingliż tat-tibdil għad-dikjarazzjoni ġenerali tad-dħul hija mehmuża għall-informazzjoni bħala anness tal-baġit.

1. INTRODUZZJONI

L-Abbozz Preliminari li Jemenda Baġit Nru 5 għall-2008 (PDAB 5/2008) ikopri r-reviżjoni tal-previżjoni tar-riżorsi proprji tradizzjonali (TOR, jiġifieri dazji tad-dwana, dazji agrikoli u imposti taz-zokkor), il-bażijiet tal-VAT u d-DGN u l-ibbaġittjar tal-korrezzjonijiet relevanti tar-Renju Unit flimkien ma' l-iffinanzjar tagħhom, li rriżultat f'bidla fid-distribuzzjoni bejn l-Istati Membri tal-kontribuzzjonijiet tagħhom tar-riżorsi proprji għall-baġit ta' l-UE.

It-tabella mqassra li jmiss turi d-distribuzzjoni tal-ħlasijiet totali tar-riżorsi proprji bejn l-Istati Membri kif ibbaġittjati fil-:

- Baġit 2008,

- il-Baġit li Jmenda (AB) 1/2008[3] - jimmodifika l-baġit ta' l-2008 sabiex jimmobilizza l-Fond ta' Solidarjetà ta' l-UE għall-għargħar li laqtu lir-Renju Unit f'Ġunju u Lulju tas-sena 2007, jimmodifika l-istruttura tal-baġit għall-Aġenzija Eżekuttiva għar-Riċerka u l-Aġenzija Eżekuttiva tal-Kunsill Ewropew għar-Riċerka, jimmodifika l-pjan ta' stabbiliment ta' l-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni tal-Kooperazzjoni Operazzjonali fil-Fruntieri Esterni, joħloq partita fil-baġit għall-Programm Galileo u Artikolu tal-Baġit dwar Spiża Eċċezzjonali għal Kriżi,

- Il-Baġit li Jemenda (AB) 2/2008[4] – jimmodifika l-AB 1/2008 sabiex jinkludi fil-baġit ta' l-2008 approprjazzjonijiet mhux utilizzati għall-impenji ta' l-ERDF, l-EAFRD u l-EFF li jirriżultaw minn dewmien fl-implimentazzjoni fl-ewwel sena tal-qafas ta' xogħol finanzjarju multiannwali 2007-2013, biex jimmodofika l-pjani ta' stabbiliment ta' l-Aġenzija Ewropea tal-Mediċini (EMA) u l-Aġenzija Ewropea tas-Sigurtà Marittima (EMSA). tikkonċerna biss l-approprjazzjonijiet għall-impenji u ma jbiddilx il-finanzjament.

- Il-Baġit li Jemenda (AB) 3/2008[5] – jimmodifika l-baġit 2008 biex jinkludi l-ibbaġittjar tad-dħul akkumulat mill-każ tal-Microsoft u tal-flejjes iffrankati minn żiediet iktar baxxi fil-pagi u fil-pensjoniijiet fl-2007, biex joħloq struttura baġitarja għal erba' Inizjattivi Konġunti fit-Teknoloġija, biex jimmobilizza il-Fond ta' Solidarjetà ta' l-UE għan-nirien fil-Greċja f'Awwissu 2007 u l-għargħar fis-Slovenja f'Settembru 2007, u biex jimmodifika il-pjani ta' stabbiliment ta' l-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi u l-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew,

- Il-Baġit li Jemenda (AB) 4/2008[6] - jimmodifika l-baġit 2008 biex jassorbi l-eċċess ta' EUR 1 528.8 miljun mis-sena ta' qabel,

- Il-PDAB preżenti 5/2008.

- ammonti f'euro

Baġit 2008, | AB 1/2008 | AB 3/2008 | AB 4/2008 | PDAB 5/2008 | PDAB 5/2008 vs. AB 4/2008 |

(1) | (2) | (3) | (4) | (5) | f% | (6) = (5) – (4) |

BE | 4 670 799 937 | 4 675 211 596 | 4 656 317 714 | 4 614 783 290 | 4 856 220 627 | 4.16% | + 241 437 337 |

BG | 334 445 137 | 334 835 419 | 333 163 952 | 329 489 566 | 367 698 247 | 0.31% | + 38 208 681 |

CZ | 1 321 866 315 | 1 323 439 204 | 1 316 702 971 | 1 301 894 710 | 1 383 575 486 | 1.18% | + 81 680 776 |

DK | 2 369 166 347 | 2 372 252 849 | 2 359 034 240 | 2 329 975 768 | 2 436 162 570 | 2.08% | + 106 186 802 |

DE | 23 473 578 458 | 23 505 464 842 | 23 368 904 529 | 23 068 703 963 | 23 265 286 873 | 19.91% | + 196 582 910 |

EE | 182 513 841 | 182 727 368 | 181 812 894 | 179 802 607 | 177 701 816 | 0.15% | - 2 100 791 |

IE | 1 758 207 506 | 1 760 426 063 | 1 750 924 612 | 1 730 037 570 | 1 664 290 689 | 1.42% | - 65 746 881 |

EL | 2 189 299 651 | 2 192 106 358 | 2 180 086 030 | 2 153 661 742 | 2 362 724 048 | 2.02% | + 209 062 306 |

ES | 11 003 073 520 | 11 017 033 280 | 10 957 247 597 | 10 825 820 719 | 10 754 761 835 | 9.20% | - 71 058 884 |

FR | 18 686 816 894 | 18 711 622 512 | 18 605 387 106 | 18 371 849 795 | 18 785 484 519 | 16.08% | + 413 634 724 |

IT | 15 177 182 642 | 15 197 443 443 | 15 110 672 194 | 14 919 922 940 | 15 211 763 701 | 13.02% | + 291 840 761 |

CY | 179 848 446 | 180 051 406 | 179 182 187 | 177 271 383 | 188 969 703 | 0.16% | + 11 698 320 |

LV | 222 784 810 | 223 066 942 | 221 858 650 | 219 202 462 | 230 522 807 | 0.20% | + 11 320 345 |

LT | 302 137 161 | 302 506 659 | 300 924 204 | 297 445 493 | 325 971 362 | 0.28% | + 28 525 869 |

LU | 309 711 928 | 310 129 650 | 308 340 665 | 304 407 941 | 283 748 353 | 0.24% | - 20 659 588 |

HU | 991 943 975 | 993 228 399 | 987 727 577 | 975 635 118 | 977 145 493 | 0.84% | + 1 510 375 |

MT | 59 353 449 | 59 422 174 | 59 127 842 | 58 480 812 | 59 631 814 | 0.05% | + 1 151 002 |

NL | 6 654 552 673 | 6 661 961 928 | 6 630 230 196 | 6 560 474 324 | 6 698 750 007 | 5.73% | + 138 275 683 |

AT | 2 549 839 115 | 2 553 369 273 | 2 538 250 609 | 2 505 015 247 | 2 455 386 317 | 2.10% | - 49 628 930 |

PL | 3 191 434 827 | 3 195 462 411 | 3 178 213 413 | 3 140 294 939 | 3 445 945 465 | 2.95% | + 305 650 526 |

PT | 1 550 363 324 | 1 552 426 051 | 1 543 591 978 | 1 524 172 036 | 1 567 158 570 | 1.34% | + 42 986 534 |

RO | 1 350 381 019 | 1 352 080 119 | 1 344 803 355 | 1 328 806 844 | 1 304 012 581 | 1.12% | - 24 794 263 |

SI | 338 884 110 | 339 316 335 | 337 465 236 | 333 395 965 | 406 271 269 | 0.35% | + 72 875 304 |

SK | 569 380 009 | 570 107 481 | 566 991 925 | 560 142 998 | 601 838 084 | 0.52% | + 41 695 086 |

FI | 1 739 702 106 | 1 742 061 294 | 1 731 957 561 | 1 709 746 523 | 1 790 489 750 | 1.53% | + 80 743 227 |

SE | 3 195 781 885 | 3 200 240 097 | 3 181 146 840 | 3 139 174 128 | 3 164 003 777 | 2.71% | + 24 829 649 |

UK | 14 548 709 115 | 14 576 153 032 | 14 458 618 540 | 14 200 242 444 | 12 094 335 564 | 10.35% | - 2 105 906 880 |

UE | 118 921 758 200 | 119 084 146 185 | 118 388 684 617 | 116 859 851 327 | 116 859 851 327 | 100% | 0 |

2. REVIżJONI TAL-PREVIżJONI TAL-BAżIJIET TA' L-RPT, TAL-VAT U TAD-DGN

Skond il-prattika stabbilita, il-Kummissjoni tipproponi li jiġi revedut il-finanzjament tal-baġit fuq il-bażi ta' previżjonijiet ekonomiċi aktar riċenti, adotatti f'laqgħa tal-Kumitat Konsultattiv dwar ir-Riżorsi Proprji (ACOR).

Ir-reviżjoni tikkonċerna l-previżjoni ta' l-RPT (dazji tad-dwana, dazji agrikoli u imposti fuq iz-zokkor) li jridu jitħallsu lill-baġit fl-2008 flimkien mal-previżjoni tal-bażijiet tal-VAT u d-DGN ta' l-2008. Il-previżjoni fil-Baġit 2008 (u fl-AB 1/2008, l-AB 2/2008, il-AB 3/2008 u l-AB 4/2008) ġiet stabbilita fil-139 laqgħa ta' l-ACOR fis-16 ta' Mejju 2007. Il-previżjoni riveduta li ttieħdet f'kunsiderazzjoni fil-PDAB 5/2008 preżenti kienet adottata fil-142 laqgħa ta' l-ACOR fis-7 ta' Mejju 2008. L-użu tal-previżjoni aġġornata tar-riżorsi proprji jżid il-preċiżjoni tal-ħlasijiet li l-Istati Membri huma mitluba li jagħmlu matul is-sena baġitarja u jnaqqas l-iżbalji inevitabbli fit-tbassir mis-sena ta' qabel.

Meta mqabbla mal-previżjoni li ntlaħaq qbil dwarha f'Mejju 2007, il-previżjoni maqbula f'Mejju 2008 ġiet riveduta kif ġej:

- Il-previżjoni totali tad-dazji agrikoli netti ta' l-2008 naqset bi – 23.8% għal EUR 1,282.8 miljun (wara t-tnaqqis ta' 25 % fi spejjeż tal-ġbir). Ġie aġġornat it-tqassim bejn l-Istati Membri ta' dan it-tbassir totali, bl-użu ta' l-aħħar informazzjoni disponibbli dwar id-dazji agrikoli netti li nġabru għall-2007. It-tbassir totali rivedut kien ipprovdut mid-DĠ AGRI.

- Il-previżjoni totali ta' l-imposti netti fuq iz-zokkor ta' l-2008 żdiedet bi + 11.8 % għal EUR 707.8 miljun (wara t-tnaqqis ta' 25 % fi spejjeż tal-ġbir). Il-previżjoni totali reveduta u t-tqassim tagħha bejn l-Istati Membri ġew provduti mid-DĠ AGRI.

- Id-dazji tad-dwana netti totali ta' l-2008 issa huma mbassra li jkunu EUR 16 545.7 miljun (wara t-tnaqqis ta' 25 % fi spejjeż tal-ġbir), li jirrappreżentaw żieda ta' + 0.7 % meta mqabbla mat-tbassir ta' Mejju 2007 li kien ta' EUR 16 431.9 miljun. Ir-raġuni prinċipali għal din iż-żieda hija previżjoni ogħla għat-tariffa medja b'piż differenzjat (1.62 % meta mqabbla ma' 1.54 % s-sena l-oħra). Il-previżjoni saret fuq il-bażi ta' l-Istati Membri, bl-użu tar-rati previsti ta' tkabbir tad-DĠ ECFIN għall-importazzjonijiet minn barra l-UE kif ippubblikati fil-previżjonijiet ekonomiċi tar-rebbiegħa 2008 fit-28 ta' April 2008.

- Il-bażi totali tal-VAT mhux limitata għall-2008 issa hija mbassra li tkun ta' EUR 6 023 302.5 miljun, li tirrappreżenta żieda ta' + 0.9 % meta mqabbla mat-tbassir ta' Mejju 2007 ta' EUR 5 968 617.1 miljun. Il-bażi totali tal-VAT limitata[7] għall-2008 issa hija mbassra li tkun ta' EUR 5,795,819.8 miljun, li tirrappreżenta żieda ta' + 0.5 % meta mqabbla mat-tbassir ta' Mejju 2007 ta' EUR 5,766,921.4 miljun.

- Il-bażi totali tal-GNI ta' l-UE għall-2008 hija mbassra li tkun ta' EUR 12 556 324.2 miljun, li jirrappreżentaw tnaqqis ta' - 0.3 % meta mqabbla mat-tbassir ta' Mejju 2007 ta' EUR 12 247 miljun.

Ir-rati tal-kambju tal-31 ta' Diċembru 2007 ntużaw biex tinqaleb il-previżjoni tal-bażijiet tal-VAT u d-DGN mill-munita nazzjonali għall-euro (għat-tnax-il Stat Membru li m'humiex parti miż-żona ta' l-euro). Dan jevita t-tfixkil għaliex hija din ir-rata li tintuża sabiex jinqalbu l-ħlasijiet tar-riżorsi proprji bbaġittjati minn euro għall-munita nazzjonali meta dawn l-ammonti jinġabru (kif stipulat fl-Artikolu 10(3) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 1150/2000)

Il-previżjonijiet riveduti ta' l-RPT (dazji tad-dwana, dazji agrikoli u imposti taz-zokkor), bażijiet tal-VAT mhux limitati u bażijiet tad-DGN għall-2008, kif adottati fil-142 laqgħa ta' l-ACOR fis-7 ta' Mejju 2008, huma ppreżentati fit-tabella li jmiss (ċifri mqarrba):

Previżjonijiet Riveduti tal-bażijiet tat-TOR, il-VAT u d-DGN għall-2008 (f'miljuni ta' EUR)

Dazju agrikoli (75%) | Imposti taż-żokkor imposti (75%) | Dazji tad-dwana (75%) | Bażijiet tal-VAT mhux limitati | Bażijiet tad-DGN | Bażijiet tal-VAT limitati |

BE | 15,5 | 42,6 | 1 821,1 | 147 738,0 | 346 246,9 | 147.738,00 |

BG | 15,5 | 0,4 | 61,5 | 20 026,7 | 32 913,7 | 16.456,85 |

CZ | 3,6 | 6,4 | 199,7 | 81 943,0 | 132 949,3 | 66.474,65 |

DK | 31,6 | 21,5 | 318,4 | 101 055,2 | 240 167,9 | 101.055,20 |

DE | 157,1 | 163,7 | 3 182,4 | 1 069 378,5 | 2 507 452,1 | 1.069.378,50 |

EE | 0,9 | 8,6 | 25,4 | 9 609,7 | 16 113,8 | 8.056,90 |

IE | 0,7 | 0,0 | 238,5 | 100 353,1 | 161 507,9 | 80.753,95 |

EL | 7,6 | 1,5 | 246,6 | 126 016,5 | 237 245,5 | 118.622,75 |

ES | 34,5 | 8,5 | 1 330,0 | 660 383,6 | 1 062 829,2 | 531.414,60 |

FR | 103,4 | 229,6 | 1 263,3 | 950 125,5 | 1 956 373,4 | 950.125,50 |

IT | 137,8 | 7,9 | 1 672,2 | 644 894,3 | 1 561 600,5 | 644.894,30 |

CY | 3,8 | 3,8 | 38,2 | 14 388,8 | 16 220,8 | 8.110,40 |

LV | 1,3 | 0,8 | 29,3 | 12 592,0 | 22 592,8 | 11.296,40 |

LT | 2,8 | 5,3 | 46,2 | 15 408,7 | 30 959,1 | 15.408,70 |

LU | 0,6 | 0,0 | 20,4 | 19 830,7 | 29 545,1 | 14.772,55 |

HU | 4,6 | 6,3 | 115,9 | 44 630,0 | 97 445,9 | 44.630,00 |

MT | 1,3 | 0,2 | 9,7 | 4 251,2 | 5 476,3 | 2.738,15 |

NL | 227,7 | 38,6 | 1 742,6 | 286 904,9 | 580 990,0 | 286.904,90 |

AT | 2,3 | 13,8 | 219,7 | 124 368,7 | 280 982,6 | 124.368,70 |

PL | 37,7 | 71,2 | 371,1 | 184 560,3 | 336 162,6 | 168.081,30 |

PT | 19,4 | 0,3 | 136,3 | 98 465,8 | 159 864,3 | 79.932,15 |

RO | 32,1 | 1,1 | 182,2 | 54 358,5 | 126 589,2 | 54.358,50 |

SI | 0,4 | 0,0 | 94,6 | 19 372,0 | 35 200,1 | 17.600,05 |

SK | 1,2 | 5,4 | 102,1 | 24 049,2 | 58 000,1 | 24.049,20 |

FI | 7,7 | 0,9 | 150,8 | 79 761,2 | 189 631,5 | 79.761,20 |

SE | 20,5 | 12,8 | 439,8 | 144 338,5 | 343 391,1 | 144.338,50 |

UK | 411,2 | 56,6 | 2 487,7 | 984 497,9 | 1 987 872,5 | 984.497,90 |

UE | 1 282,8 | 707,8 | 16 545,7 | 6 023 302,5 | 12 556 324,2 | 5.795.819,80 |

3. KORREZZJONI TAR-RENJU UNIT GħALL-2004 U DIK GħALL-2007

Il-korrezzjoni ta' l-iżbilanċi baġitarji favur ir-Renju Unit (il-korrezzjoni tar-Renju Unit) li għandha tkun ibbaġittjata fil-PDAB preżenti tikkonċerna sentejn: l-2004 u l-2007. Ladarba l-korrezzjoni tar-Renju Unit għal sena partikolari tiġi ffinanzjata fis-sena ta' wara, s-27 Stat Membru kollha jipparteċipaw fl-iffinanzjar tal-korrezzjoni tar-Renju Unit ta' l-2007. L-iffinanzjar tal-korrezzjoni tar-Renju Unit għall-2004, min-naħa l-oħra, jikkonċerna biss il-25 pajjiż li kienu Stati Membri fl-2005.

Sew il-korrezzjoni tar-Renju Unit ta' l-2004 u kif ukoll dik ta' l-2007 huma suġġetti għar-regoli tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (KE) Nru 2000/597 u d-dokument ta' ħidma li jakkumpanjaha, il-Metodu ta' Kalkolu 2000 [8].

Skond dawn ir-regoli, il-"gwadanji mhux ippjanati” netti tar-Renju Unit li jirriżultaw miż-żieda sa mill-2001 fil-perċentwal ta' l-RPT miżmuma mill-Istati Membri bħala kumpens għall-ispejjeż tal-ġbir huma newtralizzati fil-kalkolu tal-korrezzjoni tar-Renju Unit, kif inhi wkoll in-nefqa ta' qabel is-sħubija (PAE) mħallsa taħt approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet għas-sena ta' qabel it-tkabbir. L-istess aġġustament għall-PAE se jkun segwit f'kull tkabbir futur ta' l-Unjoni.

Barra dan, is-sehem ta' l-Awstrija, il-Ġermanja, l-Olanda u l-Iżvezja fl-iffinanzjar tal-korrezzjoni tar-Renju Unit hija mnaqqsa għal kwart tas-sehem normali tagħhom. It-tnaqqis huwa ffinanzjat mill-Istati Membri l-oħra, minbarra r-Renju Unit. Dawn ir-regoli ta' finanzjament għandhom impatt fuq ir-rata uniformi ta' ġbir tal-VAT, ikkalkulata bħala d-differenza bejn ir-rata massima ta' ġbir (0.50 % tal-bażi limitata tal-VAT) u r-rata ffriżata (li l-kalkolu tagħha huwa bbażat fuq il-korrezzjoni tar-Renju Unit ta' l-2007).

Id-differenza bejn il-korrezzjoni tar-Renju Unit ta' l-2004 (l-ammont definittiv) u l-ammont ibbaġittjat qabel (fl-2006) kif ukoll ir-riżultat ta' l-ikkalkular sħiħ mill-ġdid tal-finanzjament ta' l-ammont kollu tal-korrezzjoni tar-Renju Unit ta' l-2004 fuq il-bażi ta' l-aħħar data għall-2005 hija inkluża taħt il-kapitolu 35 tal-baġit, mingħajr l-ebda impatt fuq ir-rata uniformi tal-ġbir tal-VAT.

L-ammont ta' l- ewwel aġġornament tal-korrezzjoni tar-Renju Unit ta' l-2007 huwa mdaħħal taħt il-kapitolu 15 tal-PDAB 5/2008, biex jieħu post l-ammont provviżorju tal-korrezzjoni tar-Renju Unit ta' l-2007 inkluż taħt il-kapitolu 15 tal-Baġit 2008.

3.1. Il-kalkolu tal-korrezzjonijiet

Fil-PDAB preżenti, huma mniżżla l-kalkolu u l-iffinanzjar ta' l- ewwel aġġornament tal-korrezzjoni tar-Renju Unit ta' l-2007 kif ukoll l-ammont definittiv tal-korrezzjoni tar-Renju Unit ta' l-2004.

Fir-rigward tal-korrezzjonijiet tar-Renju Unit ta' l-2005 u l-2006, il-Kummissjoni għandha (skond il-Metodu ta' Kalkolu 2000 ) tipproponi li tibbaġittja aġġorament jekk ikunu sostanzjalment differenti mill-kalkolu relevanti bbaġittjat qabel. Skond il-kalkoli kurrenti tal-Kummissjoni, l-ammont tal-korrezzjonijiet tar-Renju Unit ta' l-2005 u l-2006 mhumiex sostanzjalment differenti rispettivament mill- ewwel aġġornament tal-korrezzjoni tar-Renju Unit ta' l-2005 inkluż fl-AB 4/2006 u mill- ewwel aġġornament tal-korrezzjoni tar-Renju Unit ta' l-2006, inkluż fl-AB 5/2007. Għalhekk, mhux propost aġġornament għall-ibbaġitjar f'dan il-PDAB 5/2008.

3.1.1. Korrezzjoni għar-Renju Unit għall-2004

It-tabella li jmiss tiġbor fil-qosor il-bidliet bejn l-ammont proviżorju tal-korrezzjoni tar-Renju Unit għall-2007 mdaħħal fil-baġit ta' l-2008 u l- ewwel aġġornament tal-korrezzjoni għar-Renju Unit għall-2007 li jrid jiddaħħal fl-PDAB 5/2008.

L- ewwel aġġornament tal-korrezzjoni tar-Renju Unit għall-2007 huwa għal EUR 776.5 miljun iżjed meta mqabbel ma' l- ammont provviżorju tal-korrezzjoni tar-Renju Unit imniżżel fil-baġit ta' l-2008.

3.1.2. Korrezzjoni għar-Renju Unit għall-2004

It-tabella li jmiss tippreżenta fil-qosor il-bidliet bejn it-tieni aġġornament tal-korrezzjoni tar-Renju Unit għall-2004 fl-AB 4/2006 u l-ammont definittiv tal-korrezzjoni tar-Renju Unit għall-2004 li għandha tiddaħħal fil-PDAB 5/2008.

Korrezzjoni għar-Renju Unit għall-2004 | It-tieni AĠĠORNAMENT AB 4/2006 | DEFINITTIV AB 5/2008 | Differenzi |

(1) | Sehem tar-Renju Unit mill-bażi tal-VAT mhux limitata. | 18,6437% | 18,6421% | - 0,0015% |

(2) | Is-sehem tar-Renju Unit min-nefqa totali allokata aġġustata għall-PAE | 7,9665% | 7,9467% | - 0,0198% |

(3) | = (1) - (2) | 10,6772% | 10,6954% | + 0,0183% |

(4) | Infiq totali allokat | 92.157.248.765 | 92.456.248.291 | + 298.999.526 |

(5) | Nefqa ta’ qabel l-adeżjoni (PAE) | 1.741.475.677 | 1.758.152.082 | + 16.676.405 |

(6) | Nefqa totali allokata aġġustata għall-PAE = (4) - (5) | 90.415.773.088 | 90.698.096.209 | + 282.323.121 |

(7) | Ammont oriġinali tal-korrezzjoni għar-Renju Unit = (3) x (6) x 0.66 | 6.371.527.835 | 6.402.357.774 | + 30.829.939 |

(8) | Vantaġġ tar-Renju Unit | 944.363.904 | 852.641.338 | - 91.722.567 |

(9) | Korrezzjoni bażika tar-Renju Unit = (7) - (8) | 5.427.163.931 | 5.549.716.436 | + 122.552.505 |

(10) | Dħul mhux mistenni TOR | 1.815.861 | 1.854.006 | + 38.145 |

(11) | Korrezzjoni tar-Renju Unit = (9) - (10) | 5.425.348.070 | 5.547.862.430 | + 122.514.360 |

L-ammont definittiv tal-korrezzjoni tar-Renju Unit għall-2004 huwa ta' EUR 122.5 miljun iktar meta mqabbel mat- tieni aġġornament tal-korrezzjoni tar-Renju Unit għall-2004 imniżżel fl-AB 4/2006. Id-differenza hija dovuta għall-effett konġunt ta' ħames fatturi, li jistgħu jiġu kkwantifikati kif ġej:

- It-tnaqqis fis-sehem tar-Renju Unit tal-bażi tal-VAT mhux limitata jnaqqas il-korrezzjoni tar-Renju Unit għall-2004 b'madwar EUR 0.9 miljun.

- It-tnaqqis fis-sehem tar-Renju Unit min-nefqa totali allokata aġġustata għall-PAE jżid il-korrezzjoni tar-Renju Unit għall-2004 b'madwar EUR 11.8 miljun.

- Iż-żieda fis-sehem tar-Renju Unit tan-nefqa totali allokata aġġustata għall-PAE żżid il-korrezzjoni tar-Renju Unit għall-2004 b'madwar EUR 19.9 miljun.

- It-tnaqqis fl-hekk imsejjaħ vantaġġ tar-Renju Unit iżid il-korrezzjoni tar-Renju Unit għall-2004 b'madwar EUR 91.7 miljun.

- Iż-żieda fl-hekk imsejħa “gwadanji mhux ippjanati ta' l-RPT" tnaqqas il-korrezzjoni tar-Renju Unit għall-2004 b'madwar EUR 0.04 miljun.

3.2. Id-dħul fil-PDAB 5/2008 ta' l-ewwel aġġornament tal-korrezzjoni tar-Renju Unit għall-2007 u l-ammont definittiv tal-korrezzjoni tar-Renju Unit għall-2004

3.2.1. Korrezzjoni tar-Renju Unit għall-2007 (kapitolu 15)

L-ammont tal-korrezzjoni tar-Renju Unit li għandu jkun ibbaġitjat fil-kapitolu 15 ta' dan il-PDAB 5/2008 huwa l-ammont ta' l- ewwel aġġornament tal-korrezzjoni tar-Renju Unit għall-2007 (jiġifieri EUR 6 534 458 982, minflok l-EUR 5 757 931 681 imdaħħal fil-baġit ta' l-2008).

Dan l-ammont għandu jkun iffinanzjat skond il-bażijiet tad-DGN riveduti ta' l-2008 tal-PDAB 5/2008 preżenti. L-ibbaġittjar ta' dan l-ammont f'kapitolu 15 huwa ppreżentat fil-qosor hawn isfel:

Korrezzjoni għar-Renju Unit għall-2004 Kapitlu 15 |

BE | 301.040.283 | LU | 25.687.639 |

BG | 28.616.428 | HU | 84.723.188 |

CZ | 115.591.201 | MT | 4.761.304 |

DK | 208.811.148 | NL | 89.806.327 |

DE | 387.588.536 | AT | 43.432.788 |

EE | 14.009.953 | PL | 292.272.608 |

IE | 140.421.139 | PT | 138.992.130 |

EL | 206.270.302 | RO | 110.061.487 |

ES | 924.064.312 | SI | 30.604.312 |

FR | 1.700.945.777 | SK | 50.427.503 |

IT | 1.357.715.136 | FI | 164.872.871 |

CY | 14.102.983 | SE | 53.079.560 |

LV | 19.643.043 | UK | -6.534.458.982 |

LT | 26.917.024 | Total | 0 |

3.2.2. Korrezzjoni tar-Renju Unit għall-2004 (kapitolu 35)

L-iffinanzjar ta' l- ammont definittiv tal-korrezzjoni tar-Renju Unit għall-2004 huwa mniżżel fil-kapitolu 35 ta' dan il-PDAB 5/2008 flimkien mal-bażijiet tad-DGN (u l-VAT) ta' l-2005 kif magħrufa fl-aħħar ta' l-2007. L-ammont ibbaġittjat fil-kapitolu 35 jinkludi:

- l-aġġustament fir-rigward ta' l- effett dirett , jiġifieri d-differenza bejn dak li kull Stat Membru għandu jħallas għall- ammont definittiv tal-korrezzjoni tar-Renju Unit għall-2004 (flimkien mal-bażijiet tad-DGN ta' l-2005 kif magħrufa fi tmiem l-2007) u l-ammont li jikkorrispondu magħhom ibbaġittjati qabel (jiġifieri l-ħlasijiet għall-finanzjament tat-tieni aġġornament tal-korrezzjoni tar-Renju Unit għall-2004 bbaġittjat fl-AB 4/2006),

- l-aġġustament f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-effett indirett , jiġifieri d-differenza bejn l-impatt impliċitu[9] fuq il-ħlasijiet tal-VAT u d-DGN ta' l-Istati Membri ta' l-ammont definittiv tal-korrezzjoni tar-Renju Unit għall-2004 (flimkien mal-bażijiet tal-VAT u l-GNI għall-2005 kif magħrufa fl-aħħar ta' l-2007) u l-impatt impliċitu fuq il-ħlasijiet tal-VAT u DGN ta' l-Istati Membri ta' l-ewwel aġġornament tal-korrezzjoni tar-Renju Unit għall-2004 fl-AB 4/2006 (flimkien mal-bażijiet tal-VAT u d-DGN għall-2005 fl-AB 4/2006).

L-iffinanzjar ta' l- ammont definittiv tal-korrezzjoni tar-Renju Unit għall-2004 fil-kapitlu 35 ta' dan il-PDAB 5/2008 huwa ppreżentat fil-qosor hawn isfel:

Ammont definittiv | It-tieni aġġornament | Aġġustament | Ammont definittiv | It-tieni aġġornament | Aġġustament | TOTAL |

(effett dirett fuq il-bażijiet tad-DGN għall-2005 kif magħrufa fl-aħħar ta' l-2007) | (effett dirett ibbaġitjat fl-AB 4/2006, jiġifieri fuq il-bażijiet tad-DGN għall-2005 fl-AB 4/2006) | effett dirett | (effett indirett fuq il-kontribuzzjonijiet tal-VAT/DGN għall-baġit ta' l-2005 kif ikkalkulat mill-ġdid fl-aħħar ta' l-2007) | (effett indirett fuq il-kontribuzzjonijiet tal-VAT/DGN fl-AB 4/2006) | effett indirett | (li għandu jkun ibbaġittjat fil-kapitlu 35 tal-PDAB 5/2008) |

(1) | (2) | (3) = (1) - (2) | (4) | (5) | (6) = (4) - (5) | (7) = (3) + (6) |

BE | + 266.341.510 | + 262.624.473 | + 3.717.037 | + 19.088.192 | + 20.413.048 | - 1.324.856 | + 2.392.182 |

BG | --- | --- | --- | --- | --- | --- | --- |

CZ | + 83.459.703 | + 81.844.717 | + 1.614.985 | - 7.823.857 | - 7.473.901 | - 349.956 | + 1.265.029 |

DK | + 184.043.960 | + 179.379.323 | + 4.664.638 | + 24.252.620 | + 23.116.282 | + 1.136.338 | + 5.800.976 |

DE | + 345.309.864 | + 339.165.140 | + 6.144.723 | + 130.042.744 | + 121.694.055 | + 8.348.689 | + 14.493.411 |

EE | + 9.425.231 | + 8.653.506 | + 771.726 | - 883.560 | - 790.221 | - 93.339 | + 678.387 |

IE | + 119.506.036 | + 118.533.396 | + 972.640 | - 11.202.990 | - 10.824.240 | - 378.749 | + 593.890 |

EL | + 170.161.439 | + 153.724.675 | + 16.436.764 | - 15.951.636 | - 14.037.840 | - 1.913.797 | + 14.522.967 |

ES | + 783.021.401 | + 772.537.094 | + 10.484.306 | - 73.403.662 | - 70.546.592 | - 2.857.070 | + 7.627.237 |

FR | + 1.518.604.760 | + 1.496.997.388 | + 21.607.371 | - 80.950.295 | - 80.966.680 | + 16.384 | + 21.623.756 |

IT | + 1.239.429.371 | + 1.202.835.172 | + 36.594.198 | + 172.108.282 | + 163.777.228 | + 8.331.054 | + 44.925.252 |

CY | + 11.499.370 | + 11.355.828 | + 143.542 | - 1.077.998 | - 1.036.992 | - 41.006 | + 102.536 |

LV | + 11.298.666 | + 11.008.739 | + 289.927 | - 436.896 | - 1.682 | - 435.214 | - 145.286 |

LT | + 17.867.304 | + 17.728.576 | + 138.728 | + 572.227 | + 1.877.083 | - 1.304.856 | - 1.166.128 |

LU | + 21.875.024 | + 19.825.112 | + 2.049.912 | - 1.699.206 | - 1.810.391 | + 111.185 | + 2.161.097 |

HU | + 72.734.887 | + 71.709.914 | + 1.024.973 | + 4.974.886 | + 2.345.719 | + 2.629.167 | + 3.654.140 |

MT | + 3.956.719 | + 3.802.050 | + 154.669 | - 370.919 | - 347.196 | - 23.723 | + 130.946 |

NL | + 78.280.825 | + 75.626.643 | + 2.654.183 | - 29.400.216 | - 18.812.831 | - 10.587.385 | - 7.933.202 |

AT | + 37.257.336 | + 36.970.559 | + 286.776 | + 1.708.570 | + 9.465.437 | - 7.756.868 | - 7.470.091 |

PL | + 206.212.499 | + 200.640.137 | + 5.572.363 | - 19.331.212 | - 14.756.174 | - 4.575.037 | + 997.325 |

PT | + 127.428.953 | + 125.814.037 | + 1.614.916 | - 11.945.717 | - 11.489.094 | - 456.622 | + 1.158.294 |

RO | --- | --- | --- | --- | --- | --- | --- |

SI | + 24.526.412 | + 23.572.815 | + 953.597 | - 2.299.207 | - 2.152.624 | - 146.583 | + 807.014 |

SK | + 32.558.651 | + 31.678.907 | + 879.744 | + 226.597 | + 4.069.667 | - 3.843.070 | - 2.963.326 |

FI | + 139.062.549 | + 135.770.745 | + 3.291.804 | + 7.847.790 | + 5.590.257 | + 2.257.533 | + 5.549.337 |

SE | + 43.999.962 | + 43.549.125 | + 450.837 | + 9.077.065 | + 16.430.597 | - 7.353.532 | - 6.902.695 |

UK | - 5.547.862.430 | - 5.425.348.070 | - 122.514.360 | - 113.121.602 | - 133.732.914 | + 20.611.312 | - 101.903.048 |

Total | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 |

[1] ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

[2] ĠU L 343, 27.1.2007, p. 9.

[3] Kif adottat fid-9.4.2008.

[4] Kif adottat fit-22.5.2008.

[5] Kif adottat fil-5.6.2008.

[6] Kif adottat fil-5.6.2008.

[7] Skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 2000/597; jekk il-bażi tal-VAT ta' Stat Membru taqbeż il-50 % tad-DGN tiegħu hija tiġi limitata għal dawn il-50%. Għall-PDAB 5/2008, 13-il Stat Membru se jkollhom il-bażi tal-VAT tagħhom limitata għal 50% tad-DGN: il-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, Ċipru, l-Estonja, il-Greċja, l-Irlanda, il-Latvja, il-Lussemburgu, Malta, il-Polonja, il-Portugall, is-Slovenja. u Spanja

[8] Deċiżjoni tal-Kunsill nru 2000/597 tad-29 ta' Settembru 2000 dwar is-sistema tar-riżorsi proprji ta' l-UE, disponibbli fuq:http://eur-lex.europa.eu/LexUriServ/LexUriServ.do?uri=OJ:L:2000:253:0042:0046:EN:PDF u d-Dokument ta' ħidma tal-Kummissjoni tal-21 ta' Settembru 2000 "Kalkolu, finanzjament, ħlas u reġistrazzjoni fil-baġit tal-korrezzjoni ta' l-iżbilanċi baġitarji skond l-Artikoli 4 u 5 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill [2000/597] dwar is-sistema tar-riżorsi proprji ta' l-UE” msejħa Metodu ta' Kalkolu 2000 u disponibbli fuq: http://ec.europa.eu/budget/library/documents/revenue_expenditure/own_resources/calc_own_res_en.pdf

[9] Minħabba l-effett tal-korrezzjoni tar-Renju Unit fuq ir-rata uniformi ta' ġbir tal-VAT (imnaqqsa bir-'rata ffriżata') u għalhekk ukoll ir-rata uniformi ta' ġbir tad-DGN (miżjuda sabiex tikkumpensa għall-ħlasijiet imnaqqsa tal-VAT).

Top