This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52008DC0328
Communication from the Commission to the Council, the European Parliament, the European Economic and Social Committee and the Committee of the Regions on the final Report on Community incentive measures in the field of employment (EIM Programme 2002-2006) {SEC(2008)1939}
Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill, lill-Parlament Ewropew, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar ir-Rapport finali dwar miżuri ta' inċentiva tal-Komunità fil-qasam ta' l-impjieg (Programm EIM 2002-2006) {SEC(2008)1939}
Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill, lill-Parlament Ewropew, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar ir-Rapport finali dwar miżuri ta' inċentiva tal-Komunità fil-qasam ta' l-impjieg (Programm EIM 2002-2006) {SEC(2008)1939}
/* KUMM/2008/0328 finali */
Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill, lill-Parlament Ewropew, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar ir-Rapport finali dwar miżuri ta' inċentiva tal-Komunità fil-qasam ta' l-impjieg (Programm EIM 2002-2006) {SEC(2008)1939} /* KUMM/2008/0328 finali */
[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ | Brussel 30.5.2008 KUMM(2008) 328 finali KOMUNIKAZZJONI MILL-KUMMISSJONI LILL-KUNSILL, LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI U LILL-KUMITAT TAR-REĠJUNI dwar ir-Rapport Finali dwar miżuri ta' inċentiva tal-Komunità fil-qasam ta' l-impjieg (Programm EIM 2002-2006) {SEC(2008)1939} KOMUNIKAZZJONI MILL-KUMMISSJONI LILL-KUNSILL, LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI U LILL-KUMITAT TAR-REĠJUNI dwar ir-Rapport Finali dwar miżuri ta' inċentiva tal-Komunità fil-qasam ta' l-impjieg (Programm EIM 2002-2006) GLOSSARJU PASX | Politika Attiva tas-Suq tax-Xogħol | Programm ARK | Attivitajiet tal-Komunità dwar Analiżi, Riċerka u Kooperazzjoni fil-qasam ta' l-impjieg u s-suq tax-xogħol. | PA | Pajjiżi ta' Adeżjoni | LPEW | Linjigwida ta' Politika Ekonomika Wiesgħin | PK | Pajjiżi Kandidati | PĊEL-12 | 12-il pajjiż mill-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant | ŻEE | Żona Ekonomika Ewropea | OEI | Osservatorju Ewropew għall-Impjieg | SEI | Strateġija Ewropea għall-Impjieg | LI | Linjigwida għall-Impjieg | MII | Programm għal Miżuri ta' Inċentiva tal-Komunità fil-qasam ta' l-Impjieg | KUIM | Kumitat għall-Impjieg | FSE | Fond Soċjali Ewropew | SEMĦ | Sena Ewropea għall-Mobilità tal-Ħaddiema 2006 | IDSLE | Identifikazzjoni, Disseminazzjoni u Skambju ta' prassi tajba fil-qasam taż-ŻIL u promozzjoni ta' governanza aħjar | DEK | Dokumenti ta' Evalwazzjoni Konġunta | RIK | Rapport dwar l-Impjieg Konġunt | ŻIL | Żvilupp ta' l-Impjieg Lokali | ILZE | Il-programm OECD: Programm għall-Impjieg Lokali u l-Iżvilupp Ekonomiku | TTĦ | Tagħlim Tul il-Ħajja | SX | Suq tax-Xogħol | PSX | Politika tas-Suq tax-Xogħol | QMT | Qgħad fil-Medda t-Twila | SIRPI | Sistema ta' Informazzjoni Reċiproka dwar il-Politika ta' l-Impjieg fl-Ewropa | PTR | Programm ta' Tagħlim Reċiproku | SM | Stati Membri | PAN | Pjanijiet ta’ Azzjoni Nazzjonali | PRN | Programmi ta' Riforma Nazzjonali: | MMK | Metodu Miftuħ ta’ Koordinazzjoni | SIP | Servizzi ta' Impjieg Pubbliku | IŻM | Impriżi ta' daqs Żgħir u Medju | SISDIM | Sistema ta' Dokumentazzjoni dwar l-Impjieg tal-Komunità. | 1. DAħLA Fl-2002, id-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew (PE) u tal-Kunsill 1145/2002/KE ta' l-10 ta' Ġunju[1] stabbilit, għall-perjodu 2002-2006, programm tal-Komunità biex tagħti appoġġ lil miżuri ta' inċentiva fil-qasam ta' l-impjieg, magħruf aħjar bħala l-Programm MIL jew il-Programm għal Miżuri ta' Inċentiva għall-Impjieg. Bi qbil ma' l-Artikolu 13 tad-Deċiżjoni MIL, rapport interim dwar l-attivitajiet imwettqa taħt dan il-programm mill-2002-2004[2] intbagħat lill-PE, il-Kunsill, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali u l-Kumitat tar-Reġjuni fid-19 ta' Mejju 2005[3]. L-istess Artikolu ppreveda rapport finali dwar ir-riżultati ta' l-attivitajiet tal-programm, li jinkorpora "tagħrif dwar il-finanzjament Komunitarju ġewwa l-qafas ta' dawn l-attivitajiet u dwar il-konsistenza u l-kumplimentarjetà ma' programmi, azzjonijiet u inizjattivi oħra relevanti, kif ukoll mar-riżultati rilevanti ta' evalwazzjoni". L-għan tal-programm MIL kien li jipprovdi ssoktar u aktar żvilupp ta' l-attivitajiet imnedija qabel taħt il-Programm għall-analiżi, riċerka u kooperazzjoni fost l-Istati Membri (SM) fil-qasam ta' l-impjieg u s-suq tax-xogħol (SX) (ARK 1998-2000), li twaqqaf bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 98/171/KE tat-23 ta' Frar 1998[4]. Barra minn hekk, serva wkoll ta’ pijunier għat-taqsima ta’ l-“Impjieg" tal-Programm PROGRESS[5], li se jopera mill-2007-2013. L-għan ġenerali tat-tliet programmi/taqsimiet hawn fuq imsemmija kien jew se jkun li jagħti appoġġ lill-iżvilupp ta’ l-Istrateġija Ewropea ta’ l-Impjieg (SEI)[6] u l-implimentazzjoni tagħha. L-attivitajiet tal-programm għandhom jikkontribwixxu aktar għall-kibsa ta' l-għan strateġiku ffissat mill-Kunsill Ewropew fil-laqgħa ta' Liżbona biex il-Komunità tistabbilixxi mill-ġdid il-kundizzjonijiet ta' xogħol għal kulħadd. 2. L-ATTIVITAJIET Tul il-perjodu kollu, aktar minn 150 proġett ġew iffinanzjati, iċ-ċifra eżatta tiddependi minn kif iżżomm kont tas-Sejħiet għal Proposti, li taħthom ingħataw bosta proġetti għal kull sejħa, u attivitajiet li huma parti minn programmi, bħall-Programm ta’ Tagħlim Reċiproku (PTR) u l-Programm IDSLE[7], li taħtu bosta laqgħat ta’ valutazzjoni inter-pares u seminars tematiċi ġew organizzati kull sena. L-attivitajiet jistgħu jinqasmu taħt titoli li, fil-biċċa l-kbira tagħhom, jirriflettu l-għanijiet iddefiniti fid-Deċiżjoni tal-MII: 1. Xogħol ta' statistika u appoġġ għall-iżvilupp ta' indikaturi 2. Analiżi u Riċerka 2.1 Analiżi ta' tendenzi u sfidi inklużi kwistjonijiet għall-ġejjieni 2.2 Stima u valutazzjoni ta’ politika 3. Skambju ta' l-aqwa prassi u kooperazzjoni bejn l-iSM fil-livelli kollha u ħolqien ta' għarfien 3.1 Skambju ta' l-aqwa prassi u kooperazzjoni bejn l-Istati Membri 3.2 Tagħrif u ħolqien ta' għarfien 4. Is-Sena Ewropea għall-Mobilità tal-Ħaddiema 2006 5. Azzjonijiet li jġibu 'l quddiem l-Iżvilupp ta' l-Impieg Lokali (ŻIL) 6. Evalwazzjoni tal-Programm ta' MII Hija u twettaq dawn l-attivitajiet, il-Kummissjoni żgurat: - li jinkludu sforzi biex il-prinċipju ta' l-ugwaljanza tas-sessi jingħata aktar importanza; - li jikkunsidraw xogħol li jsir f'organizzazzjonijiet internazzjonali; - li tingħata attenzjoni partikolari lil nies li għandhom żvantaġġ fis-SX. L-attivitajiet kienu bbażati fuq l-għan li jiġi żgurat li hemm livell għoli ta' għarfien ta' l-iSEI fil-livelli kollha. F'ħarsa lejn il-mumenti ewlenin ta' l-iSEI tul dawn l-aħħar snin, il-programm ta appoġġ tajjeb lill-iSEI permezz ta' attivitajiet li kienu rilevanti u marbuta tajjeb ma' l-aġenda politika. Dan ġie żgurat permezz tal- Linjigwida Ġenerali tal-Programm, li jistabbilixxu l-orjentazzjonijiet bażiċi multiannwali, li ġew aġġornati fid-dawl ta' l-evalwazzjoni tal-LI fl-2003[8] u l-2005[9]. Il-programm barra minn hekk ta appoġġ lill-evalwazzjoni ta' l-iSEI u l-evalwazzjonijiet ta' kull sena tal-Linjigwida dwar l-Impjieg (LI). Mill-2004 'il quddiem, l-akbar għadd ta' attivitajiet ikkonċerna t-tagħlim reċiproku u proġetti oħra li jġibu 'l quddiem il-kooperazzjoni u l-iskambju ta' prassi tajba bejn l-iSM. Dawn l-attivitajiet kienu strutturati f'PTR biex jitwettqu aħjar l-għanijiet tal-programm ta' MII[10]. L-impressjoni ġenerali mit-taħditiet tal-Kumitat dwar l-Impjieg (KUIM) hija li l-PTR kien ta' stimolu fit-trasferiment effettiv ta' prassi tajba u li jrid ikun hemm għarfien b'mod partikolari tas-sehem ta' il-SM u l-Pajjiżi Kandidati (PK) il-ġodda. Bl-istess mod, l-attivitajiet fil-qasam ta' l-istrateġiji ta' l-iżvilupp lokali u l-azzjonijiet innovattivi għall-modernizzazzjoni tas-Servizzi ta' Impjieg Pubbliku (SIP) għenu fit-tixrid ta' prassi tajba tas-SX fost l-iSM. B'mod ġenerali, id-dimensjoni tat-tkabbir saret aktar viżibbli fl-attivitajiet ta' MII f'dawn l-aħħar snin. Kwistjonijiet ta' politika inklużi fl-aġendi tal-Kunsill ġew mixtarra aktar u bir-reqqa fis-suġġetti ta' studju u fl-istħarriġ. Ir-rilevanza ta' politika diretta ta' l-istudji ta' MII hija, fost l-oħrajn, riflessa fir-referenzi multipli f'dokumenti analitiċi u ta' politika, fosthom il-Pjanijiet ta' Azzjoni Nazzjonali (PAN) (issa biċċa waħda fil-Programmi ta' Riforma Nazzjonali ta' Liżbona). Għall-iSM il-ġodda, b'mod partikolari, bosta minn dawn l-istudji wrew li kellhom potenzjal ta' tnebbih għar-riformi tagħhom ta' politika. Il-Programm barra minn hekk ippermetta li jkun hemm aktar kooperazzjoni fil-fond bejn is-SIP dwar sfidi u għodda komuni, bħas-Sorveljanza tal-Postijiet tax-xogħol Battala Ewropea tas-SIP. Dan l-eżempju waħdieni, iżda, ma jirriflettix waħdu l-ambitu tal-kooperazzjoni fost is-SIP, li barra minn hekk gawdew mill-istudji ta' MII, bħal dawk dwar benefiċċji u l-PASX, l-attività tagħhom tal-qalba, kif ukoll mis-sehem tagħhom fl-Osservatorju Ewropew għall-Impjieg (OEI). L-opportunità għal kuntatt u interazzjoni bejn esperti mill-iSM, mhux biss fil-kuntest tal-PTR, iżda wkoll fil-kuntest ta' konferenzi tal-Presidenza, l-OEI, is-SIRPI[11] u s-SIP, hija dimensjoni oħra ta' kooperazzjoni mwettqa bis-saħħa tal-MII. Hija u timplimenta l-programm, il-Kummissjoni wettqet medda wiesgħa ta' attivitajiet[12], li huma evalwati fid-Dokument ta' Ħidma tas-Servizzi tal-Kummissjoni[13] li jinsab flimkien ma' din il-Komunikazzjoni: "Ħarsa ġenerali ta' l-attivitajiet ewlenin imwettqa taħt il-MII". 2.1 Xogħol ta' statistika u żvilupp ta' indikaturi L-għodda statistika biex tintuża fl-iSIE ġiet żviluppata matul il-perjodu sħiħ tal-programm. Dan ikkontribwixxa, b'mod partikolari, fis-sorveljanza ta' l-iSIE fil-qafas ta' Liżbona li jistabbilixxi miri ta' kwantità. Il-biċċa l-kbira tax-xogħol ta' statistika fil-qasam tas-SX twettaq mill-Eurostat. Ingħata appoġġ finanzjarju lill-uffiċċji ta' l-istatistika nazzjonali u istituzzjonijiet oħra governattivi ta' l-UE kif ukoll ta' dawk il-Pajjiżi EFTA/ŻEE u l-Pajjiżi Kandidati għall-Adeżjoni (PA/PK) li jagħtu sehemhom. Dan wassal biex jintlaħqu żewġ objettivi ewlenin: biex titjieb il-kwalità ta' l-istatistika tas-SX permezz ta' l-iżvilupp ta' databases u stħarriġ, u biex id- data tkun disponibbli f'oqsma fejn ma kinitx teżisti qabel. Ġiet żviluppata statistika ġdida marbuta max-xogħol, bħall-istatistika dwar postijiet tax-xogħol battala għas-sorveljanza tat-tibdiliet fid-domanda tax-xogħol, u miżuri dwar rati ta' taxxa fuq ix-xogħol[14]. Għalhekk tajjeb li jiġi nnutat li, fuq medda ta' żmien twil, l-UE saret fornitur ewlieni ta' data. 2.2 Analiżi u riċerka 2.2.1 Analiżi ta' tendenzi u sfidi inklużi kwistjonijiet għall-ġejjieni L-analiżi kienet iffukata fuq il-kundizzjonijiet biex jinħolqu aktar postijiet tax-xogħol u postijiet aħjar u l-evalwazzjoni tal-potenzjal ta' impjieg ta' l-Unjoni. Twettqu studji u analiżijiet prospettivi biex l-għarfien ta' kif jaħdem is-SX Ewropew jinġieb 'il quddiem u biex jingħata appoġġ għall-iżvilupp fuq medda twila ta' żmien ta' l-iSEI billi jiġu identifikati minn qabel kwistjonijiet u sfidi ġodda potenzjali. Fost dawn il-kwistjonijiet hemm: Il-PASX u li x-xogħol ikollu valur; is-saħħa u l-kwalità fix-xogħol; ħiliet u kapital tal-bniedem; gruppi fi żvantaġġ; tkabbir; strutturar mill-ġdid; migrazzjoni; u dinamika tan-negozju u rendiment ta' l-impjieg. Ir-rapport "L-Impjieg fl-Ewropa", li huwa dokument ewlieni ta' referenza li jsir internament fil-Kummissjoni fuq bażi ta' kull sena, ippreżenta analiżi kwantitattiva tat-tendenzi u l-istrateġiji politiċi tas-SX fl-Unjoni. Barra minn hekk, ipprovda materjal importanti biex ir-Rapport dwar l-Impjieg Konġunt (RIK) u l-evalwazzjonijiet ta' nofs is-sena ta' l-iSEI jsibu appoġġ, u barra minn hekk qiegħed is-sisien biex issir ħidma fuq kwistjonijiet analitiċi u l-iżvilupp ta' indikaturi[15]. 2.2.2 Stima u valutazzjoni ta’ politika Mill-2002, tnedew bosta proġetti li kkontribwew għall-evalwazzjoni ta' l-iSEI, ir-reviżjoni u, mill-2005, l-evalwazzjoni ta' nofs is-sena tal-LI u l-Programmi ta' Riforma Nazzjonali (PRN). Il-proġetti ntagħżlu wara Sejħiet għal Proposti dwar l-impatt tal-politika ta' l-impjieg promossa permezz ta' l-iSEI u dwar l-iżvilupp ta' prassi nazzjonali ta' evalwazzjoni fl-iSM. Per eżempju, f'dan il-perjodu, il-Belġju, Franza u l-Portugall daħlu għal evalwazzjonijiet fuq medda wiesgħa ta' l-istrateġiji politiċi tagħhom dwar l-impjieg. Dawn spiss twettqu f'kuntest trans-nazzjonali, li wera' li l-programm ta' MII laħaq l-għan mixtieq li jkattar strateġiji politiċi kkoordinati ta' impjieg ta' kwalità fil-livell ta' l-UE. Iż-żewġ netwerks ta' l-OEI[16], SIRPI u SISDIM[17], ukoll taw sehemhom għall-iżvilupp ta' l-iSEI billi pprovdew tagħrif u riċerka komparattiva dwar il-politika ta' l-impjieg u t-tendenzi tas-SX fil-pajjiżi li qed jieħdu sehem fl-OEI; l-iSM ta' l-UE, il-pajjiżi fl-EFTA/ŻEE. Wettqet ukoll evalwazzjonijiet ta' dawn l-istrateġiji politiċi. Ir-Reviżjoni OEI ta' nofs is-sena baqgħet tkopri suġġetti ta' prijorità, bħal pereżempju dwar ħaddiema aktar kbar fl-età, immigranti, il-kwalità fix-xogħol, ix-xogħol mhux dikjarat, l-impjieg taż-żgħażagħ u l-'flessikurtà'. SISDIM għamlet ukoll kontribut sinifikanti fl-istima annwali tal-PAN (issa PRN, ara fuq). 2.3 Skambju ta' l-aqwa prassi u kooperazzjoni bejn l-iSM fil-livelli kollha u ħolqien ta' għarfien 2.3.1 Skambju ta' l-aqwa prassi u kooperazzjoni bejn l-iSM Il-programm PTR, li tnieda fl-2004 biex isir użu aħjar ta' l-iskambju ta' esperjenzi ta' prassi tajba, jibni fuq il-Programm ta' Valutazzjoni Interpares mill-1999 billi jiffoka fuq suġġetti ta' prijorità u jfassal l-organizzazzjoni u l-parteċipazzjoni tiegħu bil-ħsieb ta' tixrid aktar effettiv u wiesa'. Dan jinkludi sehem aktar mill-qrib ta' l-imsieħba soċjali u s-soċjetà ċivili fil-proċess tat-tagħlim. Il-PTR joħloq opportunità għall-partijiet interessati fl-iSM, fil-PK u fl-Istati EFTA/ŻEE biex jressqu l-eżempji nazzjonali tagħhom ta' prassi tajba fil-livell ta' l-UE. 2.3.1.1 Proġetti marbuta mas-Servizzi ta' Impjieg Pubbliku (SIP)[18] Bil-MII ġiet promossa u identifikata l-aqwa prassi li saret oġġett ta' skambju bejn is-SIP fiż-ŻEE u l-PK, u dan wassal f'titjib tal-kwalità tas-servizzi tagħhom lejn min ifittex ix-xogħol u min jipprovdih, u f'ġestjoni aħjar ta' l-imblukkar tal-ħiliet fis-SX Ewropej. F'dan il-kuntest, ġew ippubblikati Sejħiet għal Proposti bil-ħsieb li s-SIP jiġu modernizzati sabiex jaqdu b'mod xieraq ir-rwol tagħhom fl-iSEI. L-introduzzjoni tas-SIP ta' l-iSM ħolqot ukoll opportunità għal proġetti sinerġetiċi reċiproċi u wara dan ġew ippubblikati fl-2004, 2005 u l-2006 Sejħiet għal Proposti biex jingħata appoġġ lill-inizjattivi ta' natura innovattiva u transnazzjonali. It-titli tal-laqgħat tas-SIP (avvenimenti ta' Presidenza u żewġ laqgħat fis-sena) issuktaw bi drawwa stabbilita minn 10 snin lilhawn, li sservi biex tikkoordina t-tħaddim u l-modernizzazzjoni tas-servizzi ta' l-impjieg. Il-laqgħat ġew organizzati bil-ħsieb ta' diskussjoni u implimentazzjoni ta' azzjonijiet importanti tas-SIP, bħal per eżempju mudelli ta' servizz biex ma ma jkunx hemm QMT u biex jitħarsu ċerti interessi partikolari fuq in-naħa tad-domanda ta' l-iSX. Għadd ta' seminars ta' taħriġ kellhom bħala suġġett ewlieni t-treġija tas-SIP f'dawk il-PK li saru l-10 SM ġodda fl-2004 (fl-2002 u l-2003), u fir-Rumanija, il-Bulgarija, il-Kroazja u t-Turkija fl-2006. 2.3.2 Tagħrif u ħolqien ta' għarfien Bi tqabbil mal-programm ARK, kien hemm enfażi aktar qawwija fuq il-ħtieġa li tkun implimentata politika attiva u trasparenti ta' informazzjoni biex jinħoloq l-għarfien taċ-ċittadini ma' l-Unjoni kollha dwar l-iSEE u dwar il-mod kif tista' tolqothom. Kulħadd jagħraf li l-impenn ta' l-iSEE fil-livelli kollha u mill-partjiet interessati kollha (imsieħba soċjali, soċjetà ċivili) jeħtieġ trasparenza u tagħrif lill-pubbliku. Il-viżibbiltà ta' l-inizjattivi li għandhom l-appoġġ tal-MII, inklużi l-istudji, ittejbet matul il-perjodu kollu tal-programm. Il-metodu użat biex jiġu ppubblikati r-riżultati varja, per eżempju pubblikazzjonijiet fuq il-karta u/jew pubblikazzjonijiet elettroniċi fuq il-websajt DG EMPL EUROPA, seminars, workshops u konferenzi, il-mezzi tax-xandir, eċċ. Ġew inklużi konklużjonijiet ewlenin ta' politika f'dokumenti ewlenin ta' politika inkluż ir-RIK u r-Rapport Sinteżi. Mill-2003, tnedew Sejħiet għal Proposti annwali biex jiġu promossi azzjonijiet ta' tagħrif konġunti b'appoġġ tat-tixrid ta' l-iSEI u inizjattivi ta' ħolqien ta' għarfien. Dawn l-inizjattivi kellhom l-għan li jipprovdu tagħrif ġenerali dwar l-iSEI (objettivi u bażi loġika, riżultati miksuba, implimentazzjoni u sorveljanza, rwoli rispettivi ta' l-istituzzjonijiet involuti), filwaqt li wrew biċ-ċar ir-rapport ħaj bejn il-kuntest Ewropew u l-istrateġiji politiċi dwar l-impjieg fil-livell nazzjonali, reġjonali u lokali. Ġew indirizzati gruppi ta' mira speċifiċi (pereżempju laqgħat ta' awtoritajiet reġjonali u lokali, imsieħba soċjali, soċjetà ċivili) jew suġġetti speċifiċi (per eżempju opportunitajiet indaqs u attivazzjoni ta' nies qiegħda fuq medda twila ta' żmien, mobbiltà, TTH, kwalità tax-xogħol, anzjani attivi, SX inklużivi, immigrazzjoni, parteċipazzjoni fl-impjieg u l-valur tax-xogħol) bl-għan li jissawwar għarfien aħjar biex jiġi ffaċilitat l-involviment tal-partijiet interessati potenzjali. L-inizjattivi barra minn hekk ikkontribwew għal għarfien aħjar ta' l-objettivi ewlenin u l-prijoritajiet ta' politika ta' l-SEI u tal-valur miżjud tal-koordinazzjoni tal-politika ta' l-impjieg fuq livell ta' l-UE. Ġew ippreżentati l-konklużjonijiet ewlenin tax-xogħol analitiku fir-rapport "L-impjieg fl-Ewropa" li mill-2006 jinkludi konferenza annwali ta' tixrid, u fil-pubblikazzjonijiet ta' l-OEI. Iż-żewġ pubblikazzjonijiet huma mxerrda sewwa kemm ġewwa kif ukoll barra l-UE. Bosta seminars, workshops , konferenzi u avvenimenti ewlenin oħra ġew organizzati biex isir tixrid tar-riżultati ta' l-attivitajiet tal-MII. Dan per eżempju kien il-każ għal studji mwettqa fuq suġġetti ta' prijorità. L-attivitajiet ta' informazzjoni waslu għand il-membri tal-PE, membri u osservaturi tal-Kumitat tal-MII u ta' l-KUIM u l-gruppi tiegħu, aġenti ewlenin oħra, bħall-imsieħba soċjali, esperti u dawk involuti fl-implimentazzjoni ta' programmi oħra ta' azzjoni tal-Komunità, b'hekk ġiet żgurata l-konsistenza u l-kompementarjetà ma' programmi, azzjonijiet u inizjattivi oħra rilevanti. 2.4 Is-Sena Ewropea għall-Mobbiltà tal-Ħaddiema 2006 Tnediet medda wiesgħa ta' azzjonijiet fil-kuntest tas-Sena Ewropea għall-Mobbiltà tal-Ħaddiema 2006 (SEMĦ) li tat sehem biex jintlaħqu l-objettivi ewlenin tas-Sena, jiġifieri: - Li jinħoloq għarfien tad-drittijiet tal-ħaddiema (moviment ħieles tal-ħaddiema) u l-opportunitajiet offruti, kif ukoll l-istrumenti disponibbli biex tkun iffaċilitata l-mobilità, b'mod partikolari l-EURES, ir-rwol tas-SIP f'dan ir-rigward, eċċ; - Li jkun hemm skambju ta' l-esperjenza u l-prassi tajba dwar kwistjonijiet ta' mobilità; - Li tissaħħaħ il-bażi ta' l-għarfien ta' l-UE kemm dwar mobilità tax-xogħol kif ukoll dik ġeografika, billi tiġi pprovduta statistika dwar il-fluss ta' mobilità kemm fl-UE kif ukoll barra. Ġew organizzati 2 000 avveniment ta' għarfien li jinvolvu l-aġenti kollha fil-qasam tal-mobilità. Fost l-aktar ta' suċċess kien hemm l-ewwel fieri Ewropej dwar l-impjiegi li attiraw madwar 200 000 parteċipant lejn 230 belt Ewropea fejn min iħaddem, il-ħaddiema u dawk li jfittxu x-xogħol setgħu jkunu f'kuntatt dirett ma xulxin. 2.5 l-Iżvilupp ta' l-Impieg Lokali (ŻIL) Il-potenzjal għall-ħolqien tax-xogħol f'livell lokali, inkluża l-ekonomija soċjali, sab appoġġ u ġiet imħeġġa s-sħubija bejn il-partijiet kollha rilevanti. Twettqu analiżijiet fuq l-iŻIL biex jitjieb l-għarfien dwar inizjattivi ta' żvilupp lokali li rnexxew u biex tiġi 'l quddiem l-innovazzjoni, kif ukoll biex jiġu żviluppati l-istrumenti analitiċi u metodoloġiċi ta' tisħiħ ta' l-element lokali tal-politika nazzjonali u tal-Komunità dwar l-Impjieg. 2.6 Evalwazzjoni ta' MII Bi qbil ma' l-Artikolu 13 tad-Deċiżjoni tal-MII, twettqet evalwazzjoni indipendenti. Il-kuntrattur ressaq Rapport Intermedju f'Mejju 2005 li ffoka fuq il-livell ta' proġett tal-proġetti ffinanzjati mill-MII. Aġġornament tar-Rapport Intermedju li tressaq f'Diċembru 2005 eżamina l-livell ta' programm u ta' politika u qies l-implikazzjonijiet li setgħa kellu l-proċess rivedut ta' Liżbona fuq il-Programm tal-MII. Ir-Rapport Finali jagħti stima tar-rendiment ġenerali tal-Programm u jagħmel rakkomandazzjonijiet għal programmi tal-Komunità fil-ġejjieni. Fl-aħħarnett, ir-Rapport Ex -post jissinteżizza l-konklużjonijiet tar-rapporti kollha ta' evalwazzjoni ta' qabel. L-għan ewlieni ta' l-evalwazzjoni kien li ssir stima ta': - il-kontribut tal-MII għall-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta' l-iSEI; - il-konsistenza u l-effikaċja tal-Programm; kif ukoll - sa fejn inkisbu l-objettivi u l-ostakoli identifikati fil-proċess ta' implimentazzjoni. Minkejja l-konklużjonijiet pożittivi ġenerali ta' l-evalwaturi fir-rigward ta' dan ta' hawn fuq, fir-rakkomandazzjonijiet tagħhom, huma jagħmlu enfażi fuq il-ħtieġa li jiġu ssemplifikati t-treġija u l-proċeduri finanzjarji fir-rigward ta' l-implimentazzjoni ta' proġett u jagħmlu sejħa għal sorveljanza aktar ta' min jorbot fuqha tal-proġett bl-użu ta' teknoloġiji ġodda ta' l-informazzjoni, bħad- databases . Barra min hekk, ġie konkluż li jeħtieġ li jkun hemm politika aktar attiva ta' informazzjoni inkluż tixrid aħjar ta' riżultati ta' proġetti u segwitu ta' studji, servejs u riċerka. Dan pereżempju jista' jsir billi jiżdied il-livell ta' ambizzjoni fi ħdan il-proġetti u billi r-responsabbilità tal-promozzjoni tal-kooperazzjoni bejn l-iSM, it-tixrid u segwitu tgħaddi għand il-kuntratturi tal-proġett. Ir-rakkomandazzjonijiet fl-aħħar jinkludu l-ħtieġa ta' involviment aktar attiv tal-Kumitat tal-Programm. 3. PARTEċIPAZZJONI TAL-PAJJIżI MHUX TA' L-UE Bi qbil ma' l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni tal-MII, il-programm u l-attivitajiet tiegħu nfetħu għall-pajjiżi EFTA/ŻEE (l-Iżlanda, in-Norveġja u Liechtenstein) u l-PA li f'Mejju 2004 saru l-10 SM ġodda ta' l-Unjoni. Il-PK li dak iż-żmien kienu l-Bulgarija, ir-Rumanija, kif ukoll it-Turkija, issieħbu wkoll mal-programm fl-2003 u l-Kroazja fl-2006. Biex tantiċipa bl-iktar mod xieraq l-adeżjoni ta' l-iSM il-ġodda, il-Kummissjoni bdiet sforz ikkonċertat biex tgħin lill-PK jissemplifikaw l-istrateġiji politiċi tagħhom biex jaqblu ma' l-istrateġija ta' Liżbona. It-tendenzi tas-SX fil-PK ġew analizzati regolarment fir-rapport "Impjieg fl-Ewropa", ġie stabbilit djalogu dwar l-istrateġija politika u tħejjew Dokumenti ta' Evalwazzjoni Konġunti (DEK) dwar żviluppi ta' politika fuq il-bażi ta' standards li dwarhom jaqbel kullħadd. Mill-2003 'il quddiem seħħet parteċipazzjoni bil-mod il-mod tal-PK kollha fl-attivitajiet ta' MII, li kienu jinkludu l-laqgħat tal-Kumitat tal-MII u laqgħat ta' informazzjoni, seminars u konferenzi. L-involviment tagħhom fil-MII ffaċilita t-tagħlim mill-operazzjoni u l-evalwazzjoni ta' l-iSEI fl-iSM u tat appoġġ lit-tħejjija ta' l-implimentazzjoni ta' l-iSEI fil-qafas ta' Liżbona. Dan ippermetta lill-iSM l-ġodda jħaffu l-integrazzjoni sħiħa tagħhom fl-iSEI. 4. IR-RWOL TAL-KUMITAT TAL-MII, RABTIET MA' KUMITATI, PROGRAMMI U ORGANIZZAZZJONIJIET OħRAJN. Il-Kumitat tal-Programm tal-MII, li kellu kemm kapaċità ta' treġija kif ukoll ta' konsulta, iltaqa' darbtejn fis-sena. Huma adottaw il-Linjigwida Ġenerali għall-implimentazzjoni ta' attivitajiet, il-programmi ta' ħidma annwali, l-analiżi ta' ffinanzjar ta' miżuri u l-kriterji ta' għażla għall-appoġġ finanzjarju. Ġiet stabbilita l-kooperazzjoni u l-koordinazzjoni ma' Kumitati oħra rilevanti, l-aktar il-KUIM, biex tiġi żgurata l-konsistenza u l-komplimentarjetà ta' l-attivitajiet ta' MII ma' programmi u inizjattivi oħra tal-Komunità. Filwaqt li għandhom ambitu aktar wiesgħa, l-attivitajiet ta' MII kienu siewja għall-KUIM u taw appoġġ għax-xogħol tiegħu. Barra minn hekk, il-KUIM kellu tagħrif regolari dwar riżultati ta' proġetti per eżempju permezz ta' parteċipazzjoni f'konferenzi, seminars u workshops . Fl-implimentazzjoni ta' l-MII, ingħata kas tal-ħidma tal-Kumitat ta' Politika Ekonomika (KPE) u l-Grupp ta' Ħidma tiegħu dwar is-Suq tax-Xogħol. F'dan il-kuntest huwa xieraq li jiġi nnutat li l-Programm ta' Qafas dwar ir-Riċerka fl-UE jagħti l-appoġġ tiegħu lill-proġetti u n-netwerks komplementari ta' riċerka dwar bosta kwistjonijiet indirizzati taħt it-taqsima 2. "L-Attivitajiet", b'hekk jagħtu kontribut sostanzjali għat-tkabbir, l-impjieg u l-objettivi tal-politika ta' koeżjoni soċjali ta' l-UE. Il-kooperazzjoni attwali ma' l-OECD, l-ILO u l-Bank Dinji ssoktat, per eżempju permezz ta' studji konġunti, skambju ta' informazzjoni u għarfien espert, u l-organizzazzjoni ta' konferenzi konġunti u seminars dwar medda wiesgħa ta' kwistjonijiet, inkluż il-kapital tal-bniedem, il-migrazzjoni u l-iŻIL. Il-kooperazzjoni u l-kofinanzjament issoktaw fil-programm OECD ILZE[19]. Il-Kummissjoni żgurat ukoll ir-rabta ma' aġenziji deċentralizzati, b'mod partikolari mal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kundizzjonijiet ta' Għixien u Xogħol f'Dublin. 5. KONKLUżJONIJIET Tul il-perjodu kollu tal-programm (2002-2006), il-MII kkontribwew fil-kisba ta' l-għan strateġiku stabbilit mill-Kunsill Ewropew f'Liżbona biex il-Komunità tkun tista' tistabbilixxi mill-ġdid il-kundizzjonijiet ta' impjieg għall-kulħadd, kif imsemmi fil-MII. Il-Programm ġie implimentat skond l-objettivi ewlenin tiegħu. Ingħatat attenzjoni kbira lil kull wieħed mill-objettivi billi ġew implimentati l-miżuri tal-Komunità msemmija fl-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni. B'dan il-mod, l-attivitajiet tal-MII kkontribwew għall-iżvilupp, is-segwitu u l-evalwazzjoni ta' l-iSEI u taw sostenn lill-approċċ ikkoordinat ta' l-iSEI. Barra minn hekk, iffukaw fuq it-titjib ta' l-istatistika u l-indikaturi, analizzaw kwistjonijiet ewlenin marbuta ma' l-iżvilupp ta' l-iSX ta' l-UE, għamlu stima u evalwaw l-istrateġiji politiċi u taw promozzjoni lill-iskambju ta' l-aqwa prassi bejn l-iSM u lill-ħolqien ta' għarfien fost iċ-ċittadini ta' l-UE. It-tħeġġiġ ta' l-attivitajiet ta' l-iŻIL kellu attenzjoni partikolari. Fl-implimentazzjoni tal-MII, il-Kummissjoni ffukat mhux biss fuq riżultati tanġibbli fuq medda qasira ta' żmien iżda wkoll fuq dawk ta' medda medja u twila, biex tistimula tibdiliet sostenibbli. Ingħatat ukoll attenzjoni fuq il-governanza tajba, l-evalwazzjonijiet inter-pares kif ukoll attivitajiet ta' informazzjoni. Fl-2204, l-UE tat merħba lil 10 SM ġodda. Il-parteċipazzjoni gradwali tagħhom fil-MII ffaċilitat li jitgħallmu mill-evalwazzjoni ta' l-iSEI fl-UE 15 u ppreparathom aħjar għall-integrazzjoni sħiħa tagħhom fl-iSEI. L-attivitajiet kienu bbażati fuq l-objettiv li jiġi żgurat livell għola ta' għarfien ta' l-iSEI fil-livelli ġeografiċi kollha ta' l-UE biex il-pubbliku in ġenerali u l-gruppi li għandhom interess, bħal dawk li jfasslu l-politika, l-imsieħba soċjali, l-awtoritajiet lokali u reġjonali u aġenti oħra ewlenin, inkluża s-soċjetà ċivili, jagħrfu l-potenzjal tagħhom li jtejbu l-prospetti ekonomiċi u soċjali, u jsibu min iħeġġiġhom biex jagħtu kontributi għal dan il-għan. Bi tqabbil mal-programm ARK, kien hemm enfażi aktar qawwija fuq il-ħtieġa li tiġi implimentata politika attiva u trasparenti ta' informazzjoni, biex jinħoloq l-għarfien taċ-ċittadini ma' l-Unjoni dwar l-aspetti ewlenin ta' l-iSEI u dwar il-mod kif tista' taffettwahom. ANNESS BAĠITARJU Baġit allokat mill-Kunsill u l-Parlament Ewropew: € 55 M + € 5 M f'konnessjoni mat-tkabbir fl-2004. Ma' dan it-total ta' € 60 M ġew miżjuda l-kontribuzzjonijiet lejn il-programm mill-Pajjiżi Kandidati li pparteċipaw u l-Pajjiżi EFTA/ŻEE u trasferiment fl-2006 ta' fondi mhux użati mill-2004 u l-2005, li jġib total ta' € 64 590 390 f'fondi disponibbli għall-perjodu kollu tal-programm. Taqsima fir-rapport Tip ta' proġett 2002 2003 2004 2005 2006 BAĠIT/FONDI TOTALI 5.000.000 10.486.434 14.804.096 16.337.600 17.962.260 2.1 Xogħol ta' statistika u żvilupp ta' indikaturi: Sotto-delegazzjoni għall-EUROSTAT 1.262.376 1.665.745 1.324.343 4.541.636 1.082.119 Xogħol ieħor ta' statistika 333.602 449.734 49.284 TOTAL 2.1 Xogħol ta' statistika u żvilupp ta' indikaturi 1.262.376 1.665.745 1.657.945 4.991.370 1.131.403 2.2 Analiżi u Riċerka, li tinkludi 2.2.1 Analiżi ta' tendenzi u sfidi inklużi kwistjonijiet għall-ġejjieni: Studji u stħarriġ (inkl. konferenzi, seminars u workshops għall-preżentazzjoni tar-riżultati) 418.249 1.142.924 1.112.625 1.067.837 1.667.995 3 studji fil-qafas tas-Sena Ewropea għall-Mobbiltà tal-Ħaddiema 2006 (SEMĦ) (inkl. seminars għall-preżentazzjoni tar-riżultati) 124.453 458.610 SUB-TOTAL 2.2.1 Analiżi ta' tendenzi u sfidi inklużi kwistjonijiet għall-ġejjieni 418.249 1.142.924 1.112.625 1.192.290 2.126.605 2.2.2 Stima u valutazzjoni ta’ politika: Studji ta' stima (inkl. proġetti ta' evalwazzjoni tas-SIP u effikaċja/impatt tal-PASX) 99.800 261.600 189.650 441.778 Sejħa għal proposti: Żvilupp ta' prassi ta' evalwazzjoni: 6 proġetti 2003-2005 557.398 Taqsima fir-rapport Tip ta' proġett 2002 2003 2004 2005 2006 Sejħiet għal Proposti: Proġetti li jikkontribwixxu fl-evalwazzjoni ta' l-iSEI (prassi ta' evalwazzjoni nazzjonali) 2002-2003, 2005-2007 u 2006-2008 190.000 519.620 610.414 2006 SEMĦ (inkl. stħarriġ ta' l-Eurobarometru dwar il-perċezzjoni ta' drittijiet u strumenti fil-qasam tal-mobilità tal-ħaddiema 2006 u evalwazzjoni tas-Sena) 316.552 SUB-TOTAL 2.2.2 Stima u valutazzjoni ta’ politika 289.800 557.398 261.600 709.270 1.368.744 TOTAL 2.2 Analiżi u riċerka 708.049 1.700.322 1.374.225 1.901.560 3.495.349 2.3 Skambju ta' l-aqwa prassi, kooperazzjoni bejn l-iSM u ħolqien ta' għarfien, inkluż 2.3.1 Skambju ta' l-aqwa prassi u kooperazzjoni bejn l-SM: Azzjonijiet Ewlenin: Programm ta' Evalwazzjoni Inter-pares (inkl. studji dwar prassi tajba tal-PASX) / Programm ta' Tagħlim Reċiproku (inkl servizzi ta' appoġġ, laqgħat dwar Evalwazzjoni Inter-pares u analiżijiet tematiċi) 2002-2006 283.970 1.433.440 765.739 891.642 982.116 Osservatorju Ewropew għall-Impjieg (netwerk) 2002-2006 1.018.480 1.797.182 1.160.545 988.208 938.208 Sejħiet għal Proposti: Ħolqien ta' għarfien għall-iSEI: azzjonijiet ta' informazzjoni konġunti 2003-2005 430.974 Sejħiet għal Proposti: Segwitu ta' proġetti ta' evalwazzjoni ta' l-impatt u ħolqien ta' għarfien għall-iSEI (Azzjonijiet ta' informazzjoni konġunti - Tixrid) 2004-2006 1.228.181 Sejħiet għal Proposti: Attivitajiet ta' segwitu u tixrid għall-Programm ta' Tagħlim Reċiproku ta' l-iSEI 2005-2007 u 2006-2008 1.122.747 526.275 2006 SEMĦ (konferenzi u seminars, inkl. konferenza ta' għeluq) 863.291 Taqsima fir-rapport Tip ta' proġett 2002 2003 2004 2005 2006 2006 SEMĦ (inkl. Sejħiet għal Proposti għal azzjonijiet innovattivi għall-iskambju ta' l-aqwa prassi dwar il-mobbiltà tal-ħaddiema u inizjattivi dwar il-mobilità ta' l-imsieħba soċjali b'segwitu ta' konferenza) 183.446 2.019.273 Studji (inkl. identifikazzjoni ta' prassi tajba biex jiżdiedu l-opportunitajiet tax-xogħol u l-ħaddiema ta' età kbira jinżammu fl-impjieg tagħhom; L-anzjani u l-Impjieg) 199.550 Sub-Total Azzjonijiet Ewlenin 1.302.450 3.661.596 3.354.015 3.186.043 5.329.163 Proġetti tas-SIP Seminars (inkl. seminars ta' taħriġ għat-treġija tas-SIP, seminars tas-SIP u PRES, gwida vokazzjonali fis-SIP u 12-19-il laqgħa tal-Kapijiet tas-SIP) 117.503 499.781 395.674 80.275 663.558 Sejħa għal proposti: Governanza u tibdil strutturali fis-SIP marbut ma' l-iżviluppi ICT 2004 Sejħa għal proposti: Profili ta' l-istrumenti marbuta ma' gruppi kontra l-qgħad fuq medda twila ta' żmien fis-Suq tax-Xogħol 2004 Sejħiet għal Proposti: Modernizzazzjoni tas-SIP (proġetti innovattivi transnazzjonali) 2004-2008 300.000 1.091.436 1.064.001 Studju (inkl.seminar) (prassi bejn il-kumpanji tajba dwar il-mobbiltà tal-ħaddiem għall-IŻM u s-SIP) 250.000 Sub-Total Proġetti tas-SIP 117.503 499.781 695.674 1.171.711 1.977.559 SUB-TOTAL 2.3.1 Skambju ta' l-aqwa prassi u kooperazzjoni bejn l-SM 1.419.953 4.161.377 4.049.689 4.357.754 7.306.722 | Konferenzi bi Presidenza taħt il-Presidenza Griega, Taljana, Irlandiża, Olandiża, Renju Unit, Awstrijaka, Finlandiża u Ġermaniża. | 799.152 | 569.753 | 476.238 | 736.856 | 872.400 | Seminars Konġunti ma' l-OECD, il-Bank Dinji, il-Ġappun u l-Istati Uniti ta' l-Amerika | 84.405 | 308.464 | Laqgħat SIRPI 2005 u 2006 | 56.711 | 188.530 | Appoġġ għas-seminar KUIM (laqgħat ta' esperti) | 145.345 | 160.903 | Sub-Total Konferenzi | 799.152 | 654.158 | 476.238 | 1.247.376 | 1.221.833 | Informazzjoni, ħolqien ta' għarfien u tixrid ta' proġetti: | Ġimgħa ta' Impjieg 2002-2005 | 97.504 | 83.916 | 45.474 | Programm ta' pubblikazzjoni 2003-2006 (inkl. Rapport dwar l-Impjieg fl-Ewropa 2003-2006 u l-ewwel konferenza ta' tixrid tar-rapport) | 105.801 | 309.792 | 196.419 | 338.317 | 485.543 | Taskforce dwar l-Impjieg; grupp ta' livell għoli (8 laqgħat) 2003 | 54.500 | SEMĦ 2006 (avvenimenti, pubblikazzjonijiet u materjal ta' promozzjoni u ta' ħolqien ta' għarfien) | 372.538 | 951.320 | Stħarriġ Ewrobarometru għal stima ta' l-għarfien ta' l-iSEI/FSE u FSE: appoġġ ta' inizjattivi ta' impjieg għal 50 sena | 675.012 | Laqgħat ta' esperti għat-tixrid ta' riżultati ta' attivitajiet/studji (kontribuzzjoni ta' esperti/kelliema esterni) | 187.322 | Sub-Total Informazzjoni, ħolqien ta' għarfien u tixrid ta' proġetti | 203.305 | 364.292 | 280.335 | 756.329 | 2.299.197 | TOTAL 2.3 Skambju ta' l-aqwa prassi, kooperazzjoni bejn l-iSM u ħolqien ta' għarfien | 2.422.410 | 5.179.827 | 4.806.262 | 6.361.459 | 10.827.752 | Evalwazzjoni ta' 19-il proposta ta' proġett: Azzjonijiet favur impenn lokali għall-impjieg. | 192.800 | Konvenzjoni OECD/ILZE: 2002-2003, 2004-2005 u 2006-2007 | 266.500 | 500.000 | 660.000 | IDSLE (Identifikazzjoni ta' prassi tajba fil-qasam ta' l-iŻIL u promozzjoni ta' governanza aħjar) 2003-2005 | 400.000 | 400.000 | 400.000 | Fuljetti dwar l-iŻIL: Ktejjeb dwar l-iżvilupp ta' strateġiji ta' l-ŻIL 2004, u manwal ta' l-iŻIL għall-iSM il-ġodda 2006 | 45.000 | 300.000 | Irbit ta' aġenti lokali ('Netwerk ta' Netwerks) 2005-2007 | 522.425 | Seminar UE/Stati Uniti konġunt għall-kooperazzjoni bilaterali dwar l-iŻIL 2005 | 76.537 | TOTAL 2.5 l-Iżvilupp ta' l-Impieg Lokali (ŻIL) | 266.500 | 592.800 | 2.039.230 | 998.962 | 960.000 | TOTAL 2.6 Evalwazzjoni tal-programm: | 638.604 | FONDI TOTALI Deċiżjoni tal-Kunsill u tal-PE dwar il-MII (inklużi kontribuzzjonijiet ta' l-EFTA/ŻEE & PK u trasferiment ta' fondi mhux użati mill-2004 u l-2005 għall-aħħar sena tal-programm 2006) | 5.000.000 | 10.486.434 | 14.804.096 | 16.337.600 | 17.962.260 | [1] ĠU L 170 tad-29.6.2002 – Deċiżjoni 1145/2002/KE ta' l-10 ta' Ġunju 2002 [2] It-tagħrif li jinsab fir-rapport interim ikopri il-perjodu sat-30 ta' Novembru 2004 [3] SEC(2005) 677 [4] ĠU L 63, 4.3.1998, p. 26 [5] http://ec.europa.eu/employment_social/progress/index_en.html [6] Kif ġie konkluż fir-rapport finali tal-programm ARK – COM(2004) 323 finali. [7] Identifikazzjoni, Disseminazzjoni u Skambju ta' prassi tajba fil-qasam taż-ŻIL u promozzjoni ta' governanza aħjar http://ec.europa.eu/employment_social/local_employment/project_idele_en.htm [8] ĠU L 197/13 tal-5.8.2003 [9] ĠU L 205/21 tal-6.8.2005 [10] http://ec.europa.eu/employment_social/employment_strategy/peer_en.htm [11] SIRPI (Sistema ta' Informazzjoni Reċiproka dwar Politika ta' Impjieg fl-Ewropa), netwerk tal-ministeru tas-SX u l-uffiċjali tas-SIP (2 membri kull pajjiż OEI). [12] Tagħrif dwar proġetti li ntemmu, inklużi rapporti finali ta' studju, jinsab fuq il-websajt li ġejja: http://ec.europa.eu/employment_social/incentive_measures/activities_en.htm [13] SEC(2008) … [14] Estensjoni ta' dan il-proġett f'sura ta' studju tnediet b'mod konġunt mill-Kummissjoni u l-OECD fl-2005. [15] Fil-Kummissjoni, jitwettaq xogħol ieħor analitiku mid-DĠ ECFIN li jiġi ppubblikat fir-Rivista Ekonomika Annwali ta' l-UE u d-Dokumenti Ekonomiċi ta' l-Ekonomija Ewropea. [16] [17] SISDIM (Sistema ta' Dokumentazzjoni dwar l-Impjieg fil-Komunità), netwerk ta' esperti indipendenti ta' l-SX (Membru 1 għall kull pajjiż fl-OIE). [18] http://ec.europa.eu/employment_social/employment_strategy/pub_empl_services_en.htm and http://ec.europa.eu/employment_social/incentive_measures/activities_en.htm [19] http://www.oecd.org/department/0,2688,en_2649_34417_1_1_1_1_1,00.html