Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52008DC0068

    Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali u lill-Kumitat tar-Reġjuni - Eżaminazzjoni dwar il-ħolqien ta' Sistema Ewropea ta’ Sorveljanza għall-Fruntieri (EUROSUR) {SEG(2008) 151} {SEG(2008) 152}

    /* KUMM/2008/0068 finali */

    52008DC0068




    [pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ |

    Brussel 13.2.2008

    KUMM(2008) 68 finali

    KOMUNIKAZZJONI MILL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUNSILL, LILL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI U LILL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

    E żaminazzjoni dwar il-ħolqien ta' Sistema Ewropea ta’ Sorveljanza għall-Fruntieri (EUROSUR)

    {SEG(2008) 151}{SEG(2008) 152}

    INTRODUZZJONI

    Fil-Komunikazzjoni tagħha tat-30 ta' Novembru 2006, dwar it-Tisħiħ ta' l-Amministrazzjoni tal-Fruntieri Marittimi tan-Nofsinhar ta' l-Ewropa[1], il-Kummissjoni pproponiet li twaqqaf Netwerk ta ’ Pattulji Kostali għall-fruntieri esterni marittimi tan-Nofsinhar u li toħloq Sistema Ewropea ta ’ Sorveljanza għall-Fruntieri .

    Il-Kunsill Ewropew ta' l-14/15 ta' Diċembru 2006 ddikjara li se tingħata ' prijorità' lil eżaminazzjoni tal-ħolqien ta' Sistema Ewropea ta' Sorveljanza għall-fruntieri marittimi tan-Nofsinhar".

    Flimkien mal-ħidmiet li saru għat-twaqqif tan-Netwerk Ewropew ta' Pattulji (NEP) ibbażat fuq l-istudju tal-MEDSEA[2] kif ukoll fuq ir-riżultati ta' l-istudji ta' fattibilità tal-BORTEC [3] , l-għan ta' din il-Komunikazzjoni huwa li jeżamina l-parametri fi ħdan Sistema Ewropea ta’ Sorveljanza għall-Fruntieri (EUROSUR), li tiffoka inizjalment fuq il-fruntieri esterni tan-Nofsinhar u tal-Lvant ta' l-UE, tistax tiġi żviluppata u tissuġġerixxi lill-Istati Membri pjan ta' rotta għat-twaqqif ta' sistema bħal din.

    L-aspetti ta' din il-Komunikazzjoni dwar is-sorveljanza tal-fruntieri marittimi jagħmlu parti mill-istruttura ġenerali mfassla mill-Politika Integrali Marittima għall-Unjoni Ewropea.

    Hekk kif definita fil-Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen[4], il-kontroll tal-fruntieri jikkonsisti f'kontrolli mwettqa f'postijiet ta' qsim tal-fruntiera (postijiet ta' kontroll fuq il-funtiera) u s-sorveljanza tal-fruntieri f'postijiet fejn tista' tinqasam fruntiera (sorveljanza fuq il-fruntieri). Din il-Komunikazzjoni tiffoka fuq it-tisħiħ tas-sorveljanza fuq il-fruntiera, bl-għan ewlieni li jitrażżan il-qsim illegali fuq il-fruntiera, kif ukoll biex tiġi miġġielda l-kriminalità transkonfinali u tappoġġja l-miżuri li għandhom jittieħdu kontra dawk li jkunu qasmu l-fruntiera b'mod illegali.

    Din għandha tittieħd fil-kuntest tal-mudell ta' kontroll ta' aċċess ta' Schengen maqsum fuq erba' livelli[5], li jinkludi l-kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi, u jikkontribwixxi biex titjieb il-koordinazzjoni tal-politiki ta' l-UE fuq kontrolli konfinali ma' politiki oħra bħalma huma r-riċerka u l-iżvilupp, is-sajd u t-trasport.

    Hekk kif jiġi implimentat EUROSUR se jikonstitwixxi pass deċiziv fis-stabbiliment ulterjuri u gradwali ta' sistema amministrattiva integrata komuni tal-Fruntieri Ewropej Meta se jimplimentata l-miżuri differenti deskritti f'din il-Komunikazzjoni, il-Fond għall-Fruntieri Esterni[6]ghandhom ikunu l-mekkaniżmi prinċipali ta' soledarjetà għall-Istati Membri fit-taqsim tal-piż finanzjarju fl-Unjoni Ewropea

    SFIDI U GħANIJIET GħALL-IżVILUPP ULTERJURI TAS- SORVELJANZA TAL-FRUNTIERI

    Sfidi

    L-infrastruttura attwali tas-sorveljanza u l-koordinazzjoni fil-livell nazzjonali

    Għalissa, is-sistemi ta' sorveljanza tal-fruntieri qegħdin ikopru biss xi nħawi magħżulin tal-fruntieri esterni ta' l-UE. L-istudju BORTEC juri li fit-tmien Stati Membri li għandhom fruntieri esterni fil-baħar Mediterran u fil-parti tan-Nofsinhar ta' l-Oċean Atlantiku, kważi 50 awtorità ġejjin minn 30 istituzzjoni huma involuti fis-sorveljanza tal-fruntieri, u xi drabi mgħammrin b'kompetenzi u sistemi paralleli.

    Il--kopertura attwali ta' għodda tas- sorveljanza

    Minħabba limitazzjoniet tekniċi (il-kapaċitajiet attwali tar-radar/is-sensuri ottiċi, u d-disponibilità limitata ta' satelliti) kif ukoll limitazzjonitiet finanzjarji, iż-żoni koperti minn sorveljanza bħalissa huma ristretti għal ċerti żoni ċatti jew kostali u dawk iż-żoni tal-fruntiera fuq l-art jew tal-baħar miftuħ fejn jitwettqu dawn l-attivitajiet.

    Il-kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi

    Il-pressjoni tal-migrazzjoni tippreżenta sfidi konsiderevoli mhux biss għall-Istati Membri fuq ix-xtut tat-Tramuntana, iżda wkoll għall-pajjiżi terzi li jinsabu f'dawk tan-Nofsinhar tal-Baħar Mediterran f'termini ta' żvelar, detenzjoni, akkoljenza u pproċessar ulterjuri u ammissjoni mill-ġdid tal-migranti.

    L-għanijiet

    Tnaqqis tan-numru ta' immigranti illegali li jirnexxilhom jidħlu fl-UE bil-moħbi.

    L-awtoritajiet responsabbli għall-kontroll tal-fruntieri fl-Istati Membri jinħtiġilhom iżjed informazzjoni f'waqtha u ta' min joqgħod fuqha biex ikunu jistgħu jiżvelaw, jidentifikaw u jinterċettaw dawk li qegħdin jipprovaw jidħlu fl-UE illegalment, u b'hekk inaqqsu n-numru ta' immigranti illegali li jirnexxilhom jaqsmu l-fruntieri esterni ta' l-UE bil-moħbi.

    Żieda fis-sigurtà interna ta' l-Unjoni Ewropea bħala entità sħiħa billi tikkontribwixxi għall-prevenzjoni tal-kriminalità transkonfinali.

    Is-sorveljanza tal-fruntieri ma għandhiex biss l-għan li tipprevjeni qsim tal-fruntiera mhux awtorizzat, iżda wkoll biex tiġġieled kontra l-kriminalità transkonfinali bħal ma hija l-prevenzjoni tat-terroriżmu, it-traffikar tal-bnedmin, il-kuntrabandu tad-droga, it-traffikar ta' armi illegali eċċ.

    Mezzi finanzjarji sinifikanti, notevolment dawk li joriġinaw mill-involviment ta' tipi diffrerenti ta' attivitajiet illegali, u l-prezzijiet moderati tat-teknoloġija ġdida jagħtu lil gruppi ta' nies involuti fil-kriminalità organizzata firxa wiesgħa ta' possibilitajiet u tagħmir.

    Il-ġlied kontra dan it-theddid huwa l-ewwel u qabel kollox xogħol il-qawwiet tal-pulizija u s-servizzi ta' ġbir ta' informazzjoni ta' l-Istati Membri. Madankollu, sistema effettiva ta' l-amministrazzjoni tal-fruntieri kemm fl-livell nazzjonali u kif ukoll f'dak Ewropew se toffri għodda prezzjuża għall-ġlieda kontra l-kriminalità transkonfinali

    It-tisħiħ fil-kapacità ta' tfittxija u salvataġġ.

    Bosta immigranti illegali u nies oħra fil-bżonn ta' protezzjoni internazzjonali qegħdin jivvjaġġaw f'kundizzjoniet ħorox ħafna u qegħdin ipoġġu lilhom infushom f'periklu kbir kull meta jipprovaw jinħbew ġo vetturi, bastimenti eċċ. Id-drawha reċenti ta' vvjaġġar fuq bastimeti mkagħbrin u ffollati ż-żejjed qed iwassal ukoll għal żieda fin-numru ta' immigranti sfortunati li jerqu fl-Oċean Altalntiku bejn l-Afrika u l-gżejjer ta' Kanarji, kif ukoll fil-Baħar Mediterran.

    L-imwiet traġiċi kkawżati minn immigrazzjoni illegali ta' dan it-tip huma inaċċettabbli u għalhekk jinħtieġ jitnaqqsu b'mod sinifikanti. Il-kapaċità sabiex tiġi żvelata il-preżenza ta' dgħajjes żgħar fil-baħar miftuħ trid tissaħħaħ, ħalli żżid il-possibiltajiet tat-tfittxija u s-salvataġġ, u b'hekk jiġu salvati iżjed nies mill-ibħra. Iżda, soluzzjoniet fit-tul għall-isfidi li ġġib magħha l-amminisstrazzjoni tal-migrazzjnoni jistgħu jinkisbu biss permezz ta' strateġija komprensiva li tinkludi kooperazzjoni ma' pajjizi terzi, anki dwar is-sorveljanza tal-fruntieri.

    IL-KUNċETT ġENERALI

    Sabiex jintlaħqu l-għanijiet identifikati fit-taqsima preċedenti hemm bżonn li jkun previst qafas tekinku komuni li jappoġġja lill-awtoritajiet ta' l-Istati Membri biex jaġixxu b'effiċjenza fil-livell lokali, jikkontrollaw fil-livell nazzjonali, jikkoordinaw fil-livell Ewropew u jikkooperaw ma' pajjiżi terzi sabiex jiżvelaw, jidentifikaw, jitraċċaw u jinterċettaw persuni li jippruvaw jidħlu fl-UE illegalment minn ġo postijiet ta' qsim il-fruntiera.

    Sistema ta' Sorveljanza għall-Fruntieri Ewropej – EUROSAR – irid jkun ta' appoġġ għall-Istati Membri biex jilħqu għarfien sħiħ tas-sitwazzjoni [7] fuq is-sitwazzjoni tal-fruntieri esterni tagħhom u jgħollu l-kapacità ta' reazzjoni [8] ta' l-awtoritajiet ta' l-infurzar tal-liġi tagħhom.

    Qafas bħal dan se jitwaqqaf mingħajr ma jaffetwa ż-żoni ta' ġurisdizzjoni rispettivi ta' l-Istati Membri u mingħajr ma jieħdu post kwalunkwe sistema li teżisti digà. Għan operattiv ewlieni għandu jkun li tintuża l-informazzjoni miġbura minn sistemi differenti b'mod aktar koerenti u fl-istess ħin issir attenzjoni għaċ-ċirkostanzi ġeografiċi u d-differenzi bejn tipi ta' fruntieri, b'mod partikolari bejn fruntieri ta' l-art u dawk marittimi.

    L-implimentazzjoni ta' EUROSUR trid tkun imqassma fi tliet fażijiet, fejn l-ewwel tnejn jitwettqu b'mod parrallel, filwaqt li t-tielet waħda tkun mibnija fuq it-tnejn ta' qabel.

    1. FAŻI 1: L-aġġornament u l-estensjoni ta' sistemi nazzjonali ta' sorveljanza tal-fruntieri nazzjonali u rabta reċiproka ta' l-infrastrutturi nazzjonali f'netwerk ta' komunikazzjoni.

    2. FAŻI 2: Li żżomm fil-mira l-istħarrig u l-iżviluppar ghat-tejbien tal-prestazzjoni ta' sensuri u għodda oħra ta' sorveljanza (eż satelliti, vetturi ta' l-ajru mingħajr nies / UAVs, eċċ.), u tiżviluppa applikazzjoni komuni ta' għodda tas-sorveljanza. Stampa komuni li tigbor fiha informazzjoni dwar dak li jiġi qabel il-fruntiera tista' tigi zviluppata biex tikkombina informazzjoni ta' intelliġenza ma' dik miġbura minn għodda tas-sorveljanza [9]

    3. FAŻI 3: Kull tip ta' informazzjoni relevanti ġejja minn sorveljanza nazzjonali, għodda ta' sorveljanza ġodda, sistemi tar-rappurtaġġ u sorsi ta' intelliġenza jridu jinġabru flimkien, jiġu miflija mbagħad jitqassmu b'mod strutturali sabiex jinħoloq ambjent komuni għall-qsim ta’ l-informazzjoni.

    Il-Fażijiet numru 1 u 2 iridu jkopru l-fruntieri esterni marittimi u dawk ta' l-art, u fl-istess ħin jkollhom rigward għat-tibdil li qed iseħħ fil-mudelli ta' migrazzjoni Il-Fażi 3 għandha tiffoka fuq il-qasam marittimu, għaliex hija kkonċernata bit-tfassil ta' numru kbir ta' sorsi ta' informazzjoni li qegħdin jissorveljaw attivitajiet fil-baħar miftuħ. L-isfida ekwivalenti ta' sorveljar ta' spazju daqshekk vast ma tapplikax fejn jidħlu l-fruntieri ta' l-art. Wieħed għandu jinnota li fejn jidħlu l-fruntieri ta' l-ajru, l-immigrazzjoni illegali bl-ajru hija kwistjoni ta' kontrolli effiċenti fil-postijiet ta' qsim ta' fruntieri fl-ajruporti. Il-EUROCONTROL qiegħed jaħdem għall-ħarsien ta' l-ispazju ta' l-ajru Ewropew u l-amministrazzjoni tat-traffiku ta' l-ajru[10].

    IL-PREżENTAZZJONI TAL-FAżIJIET U L-PASSI DIFFERENTI

    Dan il-kapitolu jagħti deskrizzjoni f'aktar dettall tat-tliet fażijiet u jinkludi l-azzjonijiet ta' segwitu li biħsiebha tieħu l-Kummissjoni, flimkien ma' rakkomandazzjonijiet għall-azzjoni li għandhom jieħdu l-Istati Membri u l-FRONTEX. Rappreżentazzjoni viżiva tal-passi differenti li jwasslu għall-Fazi 3, hija annessa.

    FAŻI 1: L-interkonnessjoni u s-simplifikazzjoni tas-sistemi u l-mekkaniżmi eżistenti tas-sorveljanza fil-livell ta’ l-Istati Membri.

    Pass 1: Li tipprovdi l-infrastruttura essenzjali għas-sorveljanza tal-fruntieri fuq livell nazzjonali

    Fl-istudji tal-MEDSEA u l-BORTEC u għall-EPN, FRONTEX ippropona li jitwaqqfu Ċentri Nazzjonali ta' Koordinazzjoni fi tmien Stati Membri li jifformaw il-fruntieri marittimi tan-Nofsinhar ta' l-UE fil-baħar Mediterran u fin-Nofsinhar ta' l-Oċean Atlantiku[11]. Għall-EUROSUR, ċentri bħal dawn iridu jitwaqqfu wkoll fl-Istati Menbri li jagħmlu parti mill-fruntieri ta' l-art tal-Lvant ta' l-UE u l-fruntieri marittimi tal-Baħar l-Iswed[12].

    Ċentri bħal dawn għandhom jiżguraw teħid ta' deċiżjonijiet lokali, reġjonali u nazzjonali fil-pront kemm jista' jkun fost l-awtoritajiet nazzjonali kollha involuti f'xogħolijiet li għandu x'jaqsam mal-kontroll tal-fruntieri. Dawn iċ-ċentri jrid ikollhom ukoll il-ħila jipprovdu għarfien tas-sitwazzjoni tal-kundizzjoniet u l-attivitajiet fuq il-fruntieri esterni kif ukoll l-għodda kollha meħtieġa biex issir reazzjoni xierqa.

    Iċ-ċentru nazzjonali għall-koordinazzjoni għandu jiffunzjona bħala l-parti ċentrali tas-sistema nazzjonali tas-sorveljanza, u din ta' l-aħħar tkopri l-partijiet kollha , jew inkella partijiet magħzula - skond studju li jkejjel il-fattur tar-riskju – tal-fruntieri esterni ta' l-Istat Membru konċernat.

    Pass 2: In-netwerk ta' komunikazzjoni bejn ċentri nazzjonali ta' koordinazzjoni inkluż FRONTEX

    Netwerk ta' komunikazzjoni sikur għandu jitwaqqaf biex ikun hemm skambju ta' informazzjoni f'waqtha 24 siegħa kuljum bejn ċentri li jinsabu fl-Istati Membri kif ukoll ma' FRONTEX

    FRONTEX għandu jirċievi miċ-ċentri ta' koordinazzjoni nazzjonali, l-informazzjoni relevanti għal-koordinazzjoni ta' attivitajiet konġunti għall-analiżi tar-riskju. FRONTEX jista' ukoll jinvolvi ruħu billi jagħmilha ta' Ċentru tas-Sitwazzjoni Ewropea fejn ikun qiegħed jiġbor u jqassam informazzjoni kemm jista' jkun f'waqtha u marbuta ma' inċidenti li jistgħu jinqalgħu fuq il-fruntieri esterni ta' l-Unjoni Ewropea.

    Pass 3: Appoġġ lill-pajjiżi terzi li jinsabu fil-qrib biex titwaqqaf infrastruttura għas-sorveljanza tal-fruntieri.

    Hekk kif il-mekkanizmi tal-kooperazzjoni eżistenti fl-ibħra Baltiċi u fil-Baħar Iswed juru, il-kooperazzjoni bejn pajjiżi terzi li jinsabu fil-qrib hija prerekwiżit sabiex tintlaħaq konsapevolezza tas-sitwazzjoni fil-qasam marittimu. Minkejja li l-assistenza finanzjarja tal-Kommunità hija digà provduta lill-biċċa l-kbira tal-pajjiżi terzi ġirien biex tappoġġhom fl-amministrazzjoni tal–fruntieri tgħhom, il-ħtieġa speċifika għall-iżvilupp ta' kooperazzjoni operattiva bejn dawk il-pajjizi terzi u l-Istati Membri, issejjaħ il-bżonn ta' iktar appoġġ finazjarju u loġistiku mill-Unjoni Ewropea fil-qasam tas-sorveljanza tal-fruntieri.

    Rakkomandazzjonijiet

    Qiegħda ssir stedina lill-Istati Membri li jinsabu fil-fruntieri esterni tan-Nofsihar u tal-Lvant ta' l-Unjoni Ewropea sabiex ifasslu

    - ċentru nazzjonali ta' koordinazzjoni uniku , li jikkoordina 24/7 l-attivitajiet ta' l-awtoritajiet nazzjonali kollha li jwettqu ħidma ta' kontroll tal-fruntieri esterni (il-kxif, l-identifikar, l-intervent) li jkun jista' jiskambja informazzjoni maċ-ċentri nazzjonali ta' koordinazzjoni fi Stati Membri oħra u ma' FRONTEX;

    - sistema nazzjonali ta' sorveljanza unika , li tintegra l-attivitajiet tas-sorveljanza f'kull parti jew - skond studju li jkejjel il-fattur tar-riskju - partijiet magħzulin tal-fruntiera esterna u li tippermetti 24/7 it-tixrid ta' informazzjoni bejn l-awtoritajiet involuti fil-kontroll tal-fruntieri esterni;

    - L-Istati Membri huma mħeġġa jagħmlu użu sħiħ mill-appoġġ finanzjarju disponibbli taħt il-Fond għall-Fruntieri Ewropej, għaż-żewġ azzjonijiet msemmija qabel.[13].

    FRONTEX irid, qabel tmiem is-sena 2008, jippreżenta studju dwar ir-riskju li jistabbilixxi liema huma l-partijiet tal-fruntireri esterni ta' l-Istati Membri li għandhom jiġu mgħassa b'sistema ta' sorveljanza nazzjonali, dokument li tqabbel dan l-istudju mal-pjanijiet ippreżentati mill-Istati Membri, u rapport dwar l-infrastruttura eżistenti u meħtieġa f'pajjizi terzi magħzulin, li jinsabu fil-qrib.

    Il-Kummissjoni se twaqqaf għaqda ta' esperti mill-Istati Membri u FRONTEX sabiex jelaboraw dwar linji ta' gwida għal ħidmiet ta', u l-kooperazzjoni bejn, iċ-ċentri nazzjonali ta' koordinazzjoni kif ukoll dwar ir-rwol ta' FRONTEX.

    Il-Kummissjoni se tniedi studju tekniku taħt il-Fond għal-Fruntieri Esterni u kkoordinata ma' ħidmiet ta' preparazzjoni oħra għad-disinn ta' sistema ta' arkitettura li tagħti stima ta' l-ispejjez finazjarji, għall-fruntieri ta' l-art u dawk marittimi u li tinkludi ukoll speċifikazzjoniet tekniċi għal netwerk ta' komunikazzjoni sigur bejn ċentri ta' koordinazzjoni nazzjonali u FRONTEX, bl-għajnuna ta' netwerks eżistenti fejn possibbli. Is-sistema ta' l-arkitettura għandha tkun flessibli u adattabbli sabiex takkomoda l-applikazzjoni u l-użu ta' kull tip ta' għodda għas-sorveljanza tal-fruntieri, kemm dawk eżistenti kif ukoll tal-futur. (cf Fażi numru 2 ukoll) L-istudju se jinkludi wkoll analizi ta' kif wieħed jista' jorbot EUROCONTROL ma' EUROSUR bl-iskop li jkunu koperti kull tip ta' theddid marbut mas-sorveljanza tal-fruntieri f'tul ta' zmien.

    Fuq din il-bażi, fil-ħarifa ta' 2009, il-Kummissjoni se

    - tirrapporta lill-Kunsill dwar il-proġress li sar fil-linji gwida għaċ-ċentri ta' koordinazzjoni nazzjonali, u se tevalwa l-bżonn ta' bidu ta' legislazzjoni f'dan il-qasam;

    - tippreżenta stima ta' l-ispejjez finanzjarji li se jintneffqu għall-iżvilupp kontinwu tac-ċentri ta' koordinazzjoni nazzjonali u s-sistemi tas-sorveljanza tal-fruntieri

    - tippreżenta proposta dwar l-arkitettura ta' sistema għal netwerk ta' komunikazzjoni u toħroġ stima tal-ispejjeż finanzjari li jistgħu jinqalgħu sabiex titwaqqaf;

    - tevalwa l-infrstruttura tas-sorveljanza tal-fruntieri f'pajjiżi terzi li jkunu ntagħżlu u li jinsabu fil-qrib fuq bażi ta' evalwazzjoni li sar minn FRONTEX, u fl-istess ħin tagħmel użu xieraq minn din l-evalwazzjoni għall-ipprogrammar ta' programmi finanzjarji relevanti fil-qasam ta' l-affarajiet barranin.

    FAŻI 2: L-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta' għodda komuni u applikazzjonijiet tas-sorveljanza fuq livell ta' l-Unjoni Ewropea

    Pass 4: Riċerka u żvilupp sabiex titjib il-prestazzjoni ta' l-għodda tas-solveljanza

    B'mod partikolari nsibu li hemm żewġ tipi ta' għodda interessanti ġodda għas-sorveljar tal-fruntieri – dawn huma s-satelliti u l-UAV's. Satelliti li josservaw id-dinja (OD) joffru l-possibiltà li jkun koprut il-biċċa l-kbira tad-dinja, inklużi l-ibħra u kosti u territorji ta' pajjiżi terzi. Il-UAV's jistgħu jipproduċu stampi ddettaljati u jistgħu jitpoġġew fuq żona ta' interess meta ssir it-talba

    Satelliti tat-tip EO huma utili għas-sorveljar u l-ġabra ta' informazzjoni kull fejn ikun hemm żoni definiti ġeografikament, iżda sal-ġurnata tal-lum jintużaw biss għall-ittraċċjar. Ma jistgħux jiġu identifikati postijiet ta' interess zgħar f'żoni kbar u mifruxin, filwaqt li meta jkun hemm bżonn li jittieħdu xi stampi ta' riżoluzzjoni għolja l-post ta' interess irid ikun stabbilit minn qabel peress li ż-żona li tista' tiġi sorveljata hija zgħira.

    Il-UAVs u s-satelliti jistgħu jintraċċaw bastiment fl-ibħra Ewropej jew internazzjonali Iżda preżentament il-UAV's ma jistgħux itiru fuq spajzu ta' l-ajru ċivili għal raġunijiet legali kif ukoll tekniċi. L-estensjoni ta' l-operazzjonijiet taghħom sa żoni tal-kosta ta' pajjizi terzi ta' tluq jirrekjedi li jsiru kuntratti xierqa ma' dawk il-pajjiżi terzi. F'dan ir-rispett jenħtieġ li l-kuntest globali tar-relazzjonijiet tagħna ma' dawk il-pajjizi terzi kkonċernati jiġi kkunsidrat

    Pass 5: L-applikazzjoni komuni ta' għodda tas-sorveljanza

    L-applikazzjoni ta' għodda ġdida għas-sorveljanza tista' tipprovdi lill-awtorijitajiet ta' l-Istati Membri b'informazzjoni dwar il-fruntieri esterni tagħhom u dwar iż-żoni ta' qabel il-fruntiera fuq bażi aktar frekwenti, ta' min joqgħod fuqha iżjed u ekonomikaGħandha ssir konsiderazzjoni dwar kif l-Unjoni Ewropea tista' tappoġġa lill-Istati Membri fl-iżviluppar u l-użu ta' dawn l-għodda, fil-qasam tal- investimenti jew bit-twaqqif ta' mekkaniżmi li jagħmlu possibli l-użu diviż ta' għodda li jiswa ħafna bħas-satelliti. FRONTEX jista' jagħmilha ta' faċilitatur eż. biex jaħdem flimkien ma' fornituri tas-servizzi biex jipprokura stampi tas-satellita f'isem diversi Stati Membri jew jikkoordina l-qsim ta' apparat bħal UAV's

    Pass 6: Stampa ta' intelligenza komuni ta' qabel il-fruntiera.

    It-tqassim u l-użu ta' għodda ġdida toħloq il-possiblità li informazzjoni strateġika tista' tinġabar minn diversi sorsi minn FRONTEX flimkien ma' l-awtoritjiet ta' l-Istati Membri kif ukoll minn pajjiżi terzi, sabiex jiġu rrikonoxxuti tendenzi u jsir analiżi ta' xejriet li jistgħu jkunu ta' appoġġ għat-tikxif ta' rotti ta' l-imigrazzjoni u t-tbassir tar-riskji.

    Fil-prattika li tista' sservi biex tiġi stabbilita stampa komuni ta' qabel il-fruntiera mfassla fuq ġabra ta' informazzjoni li tikkomplimenta l-analiżi tar-riskju li bħalissa qiegħda tiġi żviluppata minn FRONTEX. Biċċa għodda daqshekk komuni tista' tintuża ukoll b'mod iżjed funzjonali u tippermetti t-teħid ta' reazzjoni magħżula u bbażata fuq ġabra ta' informazzjoni, ikkoordinata b'permezz ta' ċentru tas-sitwazzjoni, minn FRONTEX.

    Rakkomandazzjonijiet

    Is-seba' Programm ta' Qafas għar-Riċerka u l-Iżvilupp (b'temi bħas-sigurtà u l-ispazju) għandhom jintużaw biex titjieb il-prestazzjoni ta' għodda tas-sorveljanza, biex tiżdied iż-żona koperta, tiżdied in-numru ta' attivitajiet suspettużi li jitkixxfu kif ukoll biex titjieb l-identifikazzjoni ta' oġġetti jew individwi li jqajmu suspett u l-aċċess għall-stampi ta' informazzjoni ta' riżoluzzjoni għolja mis-satelliti.

    Għalhekk, fil-ħarifa tas-sena 2009, il-Kummissjoni għadha tippreżenta kunċett lill-Kunsill li ser tħalli l-Istati Membri jirċievu informazzjoni mibgħuta mis-satelliti u għodda komuni oħra tas-sorveljanza dwar il-fruntieri esterni tagħhom u ż-żona ta' qabel il-fruntiera b'mod iżjed frekwenti u ta' min joqgħod fuqha fil-kuntest tal-GMES (Is-Sorveljanza Globali għall-Ambjent u is-Sigurtà)[14] Dan il-kunċett għandu jinkludi ukoll stima tal-ispejjeż finanzjarji.

    Fil-ħarifa tas-sena 2009, FRONTEX għandu jippreżenta, bl-għajnuna tal-kooperazzjoni tal-GMES, il-Bureau tal-Kummissjoni, analiżi tad-differenzi dwar l-użu kurrenti u ġejjini ta' satelliti civili u militari għas-sorveljanza tal-Fruntieri minn Stati Membri, sabiex isir definizzjoni ċara dwar l-obbjettivi li għandhom jintlaħqu għall-applikazzjoni komuni ta' għodda bħal dawn fil-livell Ewropew.

    Il-Kummissjoni se tibda studju taħt il-Fond tal-fFruntieri Esterni li se janalizza l-kunċett u l-istima ta' l-ispiża finanzjarja ta' 'stampa komuni ta' intelliġenza ta' qabel il-fruntiera' u joħrog rapport lill-Kunsill fil-ħarifa tas-sena 2009.

    FAŻI 3: Il-ħolqien ta' ambjent fejn ikun hemm qsim ta' informazzjoni u sorveljanza komuni ghad-dominju marittimu ta' l-Unjoni Ewropea.

    It-tielet fażi se tiffoka bi sħiħ fuq id-dominju marittimu. L-għan ta' din il-fażi hu li tgħaqqad flimkiem is-sitema settorjali kollha fl-eżistenza, li qeghdin jissorveljaw it-traffiku u l-attivitajiet f'żoni tal-baħar taħt il-ġuriżdizzjoni ta' l-Istati Membri u fl-ibħra ta' madwarhom, f'netwerk akbar, u b'dan il-mod tħalli l-awtoritajiet għal-kontroll jieħdu vantaġġ mill-użu integrali ta' dawn is-sistemi differenti. Din in-Netwerk tikkostitwixxi wkoll mira tal-Politika Integrali Marittima ta' l-Unjoni Ewropea.

    Pass 7: Netwerk integrali tar-rapportaġġ u s-sorveljanza għal-kontroll tal-fruntieri u skopijiet ta sigurtà interna li jkopru l-Baħar Mediterran, l-Oċean Atlantiku tan-Nofsinhar (il-Ġżejjer Kanarji) u l-Baħar Iswed

    Minħabba l-komplessità marbuta mal-iżvilupp ta' 'sistema tas-sistemi' bħal m'hija din, u meta jkun ikkunsidrat il-pressjoni migratorja kurrenti, in-netwek integrat għandha, fl-ewwel passi tagħha, tintuża biss f'zoni imsemmija hawn fuq u tiffoka fuq is-sigurtà interna , billi tgħaqqad flimkien l-awtoritajiet għal-kontroll tal-fruntieri u awtoritajiet oħra nazzjonali u Ewropew, ma' interessi u responsabbiltajiet tal-qasam marittimu.

    Għal dan il-għan, se tibda proġett pilota tal-Politika Marittima u azzjoni preparatorja fis-sena 2008 biex jiġu żviluppati prototipi funzjonali li jistgħu jgħinu biex jiddefinixxu t-teknoloġija meħtieġa u jagħtu stima tal–ispejjez finanzjarji tal-kooperazzjoni u l-qsim ta' informazzjoni bejn l-awtoritajiet tas-setturi marittimi kif ukoll ta' l-ewwel komponimenti tas-sistema finali.

    Azzjoniet oħra se jittieħdu biex tinkoraġixxi l-iżvilupp progressiv ta' netwerk integrat tar-rappurtaġġ marittimu u sistemi tas-sorrveljanza, fejn informazzjoni minn diversi sistemi li twaqqfu biex jilqgħu organizzazzjonijiet internazzjonali u Ewropej (s-Sistema ta' Sorveljar tal-Bastimenti, Sistema Awtomatika ta' Identifikazzjoni, Sistema ta' Identifikar u Intraċċar li jaħdmu fil-bogħod, bħas-SafeSeaNet, eċċ) kif ukoll minn sistema nazzjonali għas-sorveljanza (eż. SIVE.SPATIONAV, is-Sistema għall-Informazzjoni u l-Amministazzjoni tat-Traffiku tal-Bastimenti eċċ.) li huma ilkoll servizzi tas-sorveljanza li jaħdmu bis-sħab (eż satelliti tar-radar, UAV's), u sorsi ta' intelligenza, huma miġburin, magħqudin, analiżżati u mifruxa b'mod strutturali f'livell lokali, ta' l-Istati Membri jew dawk Ewropej, hekk kif inhu xieraq.

    L-analiżi ta' din l-informazzjoni għandha sservi biex jiġu rrikonoxxuti sistemi, u analiżżati tendenzi ħalli jsir tbassir ta' x'se jkunu r-riskji. L-informazzjoni għandha tkun hemm għal kull ċentru tal-koordinazzjoni nazzjonali involut, biex b'hekk tiffaċila l-kmand u l-kontroll u t-teħid ta' deciżjonijiet, fil-pront.

    Dan l-ambjent komuni jista' jkopri ukoll attivitajiet bħal screening ta' bastimenti, u tan-nies u tal-merkanzija. Attenzjoni specjali ghandha tingħata lis-sigurtà ta' dawn is-sistemi u għodda, halli ma' tonqos li tkun hemm il-kunfidenzjalità xierqa, l-integrità u d-disponibbilità.

    Studju li sar dwar l-aspetti legali ta' l-interoperabilità prevista tas-sistemi diversi tas-sorveljanza se tibda fis-sena 2008 fi ħdan il-qafas tal-Politika Marittima ta' l-Unjoni Ewropea.

    Pass 8: Netwerk integrat tar-rappurtaġġ u tas-sistemi tas-sorveljanza għall-qasam marittimu kollu

    Hekk kif instqarr fil-pjan ta' azzjoni[15] marbut mal-Kommunikazzjoni dwar Politika Marittima Integrata għall-Unjoni Ewropea[16], il-Kummissjoni se tħabbar, fit-tieni nofs tas-sena 2008, permezz ta' Kommunikazzjoni ta' pjan iddettaljat dwar passi li jridu jittieħdu biex xi darba jisfaw integrati s-sistemi kollha tas-sorveljanza u r-rapurtagg marittimu ta' L-Unjoni Ewropea.Il-pjan se jmur lil hinn mill-aspetti relatati mal-Fruntieri u se jispiċċa jkopri l-attivitajiet marittimi kollha, bħas-sikurta' marritima, il-protezzjoni ta' l-ambjent marritimu, il-kontroll tas-sajd u l-infurżar tal-liġi.

    Rakkomandazzjonijiet

    Sas-sena 2009, il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Kunsill skizz ta' l-arkitettura tas-sistema għal netwerk integrata ta' rappurtaġġ u sistema tas-sorveljanza tal-Baħar Mediterran, l-Oċean Atlantiku tan-Nofsinhar (il-Gzejjer Canary) u l-Baħar Iswed, li se tħalli l-awtoritajiet għal-kontroll tal-Fruntieri jieħdu vantaġġ mill-użu integrat ta' sistemi diversi tas-sorveljanza u rappurtaġġ marittimu. Dan l-iskizz għandu jikkonsidra r-riżultati ta' studju li se joħorġu taħt il-Fond tal-Fruntieri Esterni, studji li saru taħt is-Seba' Programm il-Qafas għatTaħriġ u l-Iżvilupp, kif ukoll riżultati ta' xogħol ta' tħejjija relevanti ieħor.

    Fi ħdan il-qafas tal-Politika Marritima ta' l-Unjoni Ewropea, il-Kummissjoni se tippreżenta Komunikazzjoni li se tfassal pjan dettaljat għal iktar passi lejn l-integrazzjoni tas-sistemi marittimi Ewropej kollha tas-sorveljanza u rappurtaġġ li jkopru l-attivitajiet marittimi kollha tal-Baħar Mediterran, l-Oċean Atlantiku tan-Nofsinhar (il-Ġżejjer Kanarji) u r-reġjuni tal-Baħar Iswed bil-għan li eventwalment ikun kopert il-qasam marittimu kollu ta' l-Unjoni Ewropea.

    IL-PROTEZZJONI TA' DATA PERSONALI

    L-attivitajiet differenti imsemmija qabel jistgħu jinvolvu l-ipproċessar ta' informazzjoni personali. Għalhekk il-prinċipji wara l-liġi dwar il-protezzjoni ta' informazzjoni personali ppratikata fl-Unjoni Ewropea trid tiġi mħarsa[17] u dan ifisser li informazzjoni personali trid tkun ipproċessata bil-galbu u skond il-liġi, u miġbura minħabba raġunijiet speċifiċi, espliċiti u leġittimi u mhux biex tiġi pproċessata b'mod li m'huwiex kompatibbli ma' dawn l-iskopijiet. L-ipproċessar ta' informazzjoni personali fil-kuntest tal-EUROSUR irid għaldaqstant ikun bażat fuq miżuri leġittimi u xierqa, li jiddiffinixxu n-natura ta' l-ipproċessar u jistabilixxu garanziji xierqa.

    KONKLUŻJONIJIET

    - Il-Kummissjoni tistieden lill-Kunsill u l-Parlament Ewropew jiddiskutu r-rakkomandazzjonijiet imressqa fil-Kommunikazzjoni tagħha.

    - Il-Kummissjoni bi ħsiebha tibda x-xogħol li sar fuq l-elaborazzjoni tal-linji ta' gwida, flimkien ma' l-Istati Membri, għall-ħidma ta' u l-kooperazzjoni bejn iċ-ċentri ta' koordinazzjoni nazzjonali u FRONTEX, immedjatament wara li tiġi ppubblikata din il-Kommunikazzjoni.

    - Fil-ħarifa tas-sena 2009, il-Kummissjoni se tirraporta lill-Kunsill dwar il-progress li sar u tippreżenta proposti konkreti għat-twaqqif ta' EUROSUR (Fażijiet 1-3) hekk kif ġew mfissrin f'din il-Kommunikazzjoni, li jinkludu l-kopertura ta' l-arkitettura sħiha tas-sistema li trid tintuża biex torbot is-sistemi tas-sorveljanza fuq l-fruntieri nazzjonali ma' l-applikazzjoni komuni u l-użu ta' l-għodda kollha relevanti.

    Fażijiet / Passi | Responsabbli | L-iffinanzjar mill-UE | Programm |

    - [1] KUMM(2006) 733.

    [2] Studju ta' vijabilità maħhrug minn MEDSEA fl-14 ta' Lulju 2006 dwar in-Netwerk ta' l-Għassa fuq il-Kosta tal-Meditterran ippreparata minn FRONTEX

    [3] Studju dwar il-fattibilità tat-twaqqif ta' sistema ta' sorveljanza (Sistema Ewropea ta' Sorveljanza), Warsaw, ippreżentat mill-FRONTEX fit-12 ta' Jannar 2007. Qabbel ukoll "Feasibility study on the control of the European Union's maritime borders" ippreżentat minn CIVIPOL fl-4 ta' Lulju 2003.

    [4] l-Artikoli 2 u 12 tar-Regolament (KE) Nru 562/2006, ĠU L 105 tat-13.4.2006, 1.

    [5] Il-mudell fuq erba' livelli ghall-kontroll ta' l-aċċess ta' Schengen huwa magħmul minn dawn l-erba' livelli li gejjin Miżuri f'konsolati, kooperazzjoni ma' pajjizi ġirien, kontroll tal-fruntieri, u miżuri ta' kontroll ġewwa iż-żona ta' Schengen, inkluż ritorn

    [6] Direttiva 574/2007/KE, tat-23 ta' Mejju 2007 ĠU L 144, 6.6.2007,22.

    [7] Għarfien tas-sitwazzjoni jkejjel il-kapacità li ghandhom l-awtoritajiet biex jikxfu movimenti trasFruntieri u jsibu soluzzjonijiet komuni ragjonevoli għat-trażżzin tagħhom.

    [8] Il-kapacità ta' reazzjoni jkejjel il-mogħdija ta' zmien li jinħtieg sabiex jintlaħaq xi moviment traskonfinali li jrid jiġi kkontrollat kif ukoll iż-żmien meħtieg biex ikun hemm reazzjoni xierqa għal ċirkustanzi mhux tas-soltu.

    [9] Pereżempju biex jiġi identifikat bastiment f'pajjiż barrani li qied jintuża għal attività kriminali u jiġi intraċċjat permezz ta' satelliti jew sistemi tar-rappurtaġġ tal-bastimenti sakemm jiġi interċettat f'territorji ta' l-Unjoni Ewropea.

    [10] Is-sikurta' ta' l-Amministrazzjoni tat-Traffiku ta' l-Ajru (ATM) huwa kkonċernat bis-sikurta' ta' l-assi u s-servizzi tal-ATM, biex tilqa theddid u trazzan l-effetti taghħom fin-netwerk ġenerali ta' l-avvjazzjoni. Is-sikurta' ta' l-ispazju ta' l-ajru taghmel ħilitha biex tissalvagwardja l-ispazju ta' l-ajru minn użu mhux awtoriżżat, intrużjoni jew kull tip ta' vjolazzjoni oħra.

    [11] Il-Portugall, Spanja, Franza, Malta, l-Italja, is-Slovenja, il-Greċja u Ċipru.

    [12] In-Norveġja, il-Finlandja, l-Estonja, il-Latvja, il-Litwanja, il-Polonja, is-Slovakkja, l-Ungerija, ir-Rumanija, il-Bulgarija.

    [13] L-Istati membri jistgħu jużaw il-Fond ta' Fruntieri Esterni biex jiffinanzjaw flimkien sa 75% ta' l-ispejjeż. Ara l-prijorità 2 tal-linji gwida strateġiċi għall-2007 sa l-2013 għall-Fond tal-Fruntieri Esterni kif stipulati fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2007) 3925, ĠU L 233, 5.9.2007, 3.

    [14] Ara wkoll anessi 10 u 12 ta' l-evalwazzjoni ta' l-impatt

    [15] SEG(2007) 1278, 10.10.2007, p. 8.

    [16] SEG(2007) 575, 10.10.2007, p. 6.

    [17] Id-Direttiva 95/46/KE ( ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31 ). Regolament (KE) Nru. 45/2001 (ĠU L 8, tat-12.1.2001, p. 1). Il-Konvenzjonil tal-Kunsil Ewropew tat-28.1.1981 (ETS 108)

    Top