Elija las funciones experimentales que desea probar

Este documento es un extracto de la web EUR-Lex

Documento 52008AP0302

    It-trasport intern ta' prodotti perikolużi ***II Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tad- 19 ta' Ġunju 2008 dwar il-pożizzjoni komuni tal-Kunsill fir-rigward tal-adozzjoni ta' direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-trasport intern ta' prodotti perikolużi (6920/3/2008 — C6-0160/2008 — 2006/0278(COD))

    ĠU C 286E, 27.11.2009, p. 177/177 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    27.11.2009   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    CE 286/177


    Il-Ħamis, 19 ta' Ġunju 2008
    It-trasport intern ta' prodotti perikolużi ***II

    P6_TA(2008)0302

    Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tad-19 ta' Ġunju 2008 dwar il-pożizzjoni komuni tal-Kunsill fir-rigward tal-adozzjoni ta' direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-trasport intern ta' prodotti perikolużi (6920/3/2008 — C6-0160/2008 — 2006/0278(COD))

    2009/C 286 E/51

    (Proċedura ta' kodeċiżjoni: it-tieni qari)

    Il-Parlament Ewropew,

    wara li kkunsidra l-pożizzjoni komuni tal-Kunsill (6920/3/2008 — C6-0160/2008) (1),

    wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari (2) dwar il-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2006)0852),

    wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) tat-Trattat KE,

    wara li kkunsidra l-Artikolu 67 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

    wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għat-tieni qari tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A6-0227/2008),

    1.

    Japprova l-pożizzjoni komuni;

    2.

    Jinnota li l-att qed jiġi adottat b'konformità mal-pożizzjoni komuni;

    3.

    Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jiffirma l-att flimkien mal-President tal-Kunsill, skond l-Artikolu 254(1) tat-Trattat KE;

    4.

    Jagħti istruzzjonijiet lis-Segretarju-Ġenerali tiegħu sabiex jiffirma l-att wara li jkun ivverifika li l-proċeduri ntemmu kif imiss u sabiex, bi qbil mas-Segretarju-Ġenerali tal-Kunsill, jipproċedi għall-pubblikazzjoni tal-att fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

    5.

    Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


    (1)  ĠU C 117 E, 14.5.2008, p. 1.

    (2)  Testi Adottati, 5.9.2007, P6_TA(2007)0370.


    Arriba