EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52008AP0272

It-tqegħid fis-suq ta' materjal għall-propagazzjoni veġetattiva tad-dielja (verżjoni kkodifikata) * Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas- 17 ta' Ġunju 2008 dwar il-proposta għal direttiva tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta' materjal għall-propagazzjoni veġetattiva tad-dielja (verżjoni kkodifikata) (COM(2008)0091 — C6-0136/2008 — 2008/0039(CNS))

ĠU C 286E, 27.11.2009, p. 63–64 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

27.11.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 286/63


It-Tlieta, 17 ta' Ġunju 2008
It-tqegħid fis-suq ta' materjal għall-propagazzjoni veġetattiva tad-dielja (verżjoni kkodifikata) *

P6_TA(2008)0272

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' Ġunju 2008 dwar il-proposta għal direttiva tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta' materjal għall-propagazzjoni veġetattiva tad-dielja (verżjoni kkodifikata) (COM(2008)0091 — C6-0136/2008 — 2008/0039(CNS))

2009/C 286 E/24

(Proċedura ta' konsultazzjoni — kodifikazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2008)0091),

wara li kkunsidra l-Artikolu 37 tat-Trattat KE, skond liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C6-0136/2008),

wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tal-20 ta' Diċembru 1994 dwar metodu ta' ħidma aċċellerat għall-kodifikazzjoni uffiċjali tat-testi leġiżlattivi (1),

wara li kkunsidra l-Artikoli 80 u 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A6-0242/2008),

A.

billi, skond il-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni, il-proposta taħt eżami fiha kodifika ċara tat-testi eżistenti mingħajr ebda bidla fis-sustanza tagħhom,

1.

Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif addattata għar-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jinforma lill-Kunsill u lill-Kummissjoni bil-pożizzjoni tal-Parlament.


(1)  ĠU C 102, 4.4.1996, p. 2.


Top