EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52008AP0025

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-31 ta' Jannar 2008 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Eropew u tal-Kunsill li tintroduċi reġim semplifikat għall-kontroll tal-persuni fuq il-fruntieri esterni li jkun ibbażat fuq ir-rikonoxximent unilaterali mill-Bulgarija, mir-Repubblika Ċeka, minn Ċipru, mill-Ungerija, mil-Latvja, minn Malta, mill-Polonja, mir-Rumanija, mis-Slovenja u mis-Slovakkja ta' ċerti dokumenti bħala ekwivalenti għall-viżi nazzjonali tagħhom għall-finijiet ta' tranżitu mit-territorji tagħhom (COM(2007)0508 — C6-0279/2007 — 2007/0185(COD))

ĠU C 68E, 21.3.2009, p. 37–38 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

21.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea

CE 68/37


Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-31 ta' Jannar 2008 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Eropew u tal-Kunsill li tintroduċi reġim semplifikat għall-kontroll tal-persuni fuq il-fruntieri esterni li jkun ibbażat fuq ir-rikonoxximent unilaterali mill-Bulgarija, mir-Repubblika Ċeka, minn Ċipru, mill-Ungerija, mil-Latvja, minn Malta, mill-Polonja, mir-Rumanija, mis-Slovenja u mis-Slovakkja ta' ċerti dokumenti bħala ekwivalenti għall-viżi nazzjonali tagħhom għall-finijiet ta' tranżitu mit-territorji tagħhom (COM(2007)0508 — C6-0279/2007 — 2007/0185(COD))

(Proċedura ta' kodeċiżjoni: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2007)0508),

wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) u l-Artikolu 62(2) tat-Trattat KE, skond liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0279/2007),

wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A6-0511/2007),

1.

Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.

Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


P6_TC1-COD(2007)0185

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-31 ta' Jannar 2008 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tad-Deċiżjoni Nru …/2008/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tintroduċi reġim semplifikat għall-kontroll tal-persuni fuq il-fruntieri esterni li jkun ibbażat fuq ir-rikonoxximent unilaterali mill-Bulgarija, minn Ċipru u mir-Rumanija ta' ċerti dokumenti bħala ekwivalenti għall-viżi nazzjonali tagħhom għall-finijiet ta' tranżitu mit-territorji tagħhom

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament fl-ewwel qari jaqbel ma' l-att leġislattiv finali, Deċiżjoni Nru 582/2008/KE.)


Top