EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52007XX0613(01)

Opinjoni tal-kumitat konsultattiv dwar il-konċentrazzjonijiet mogħtija waqt il-146 laqgħa tiegħu fis- 6 ta' Diċembru 2006 dwar abbozz ta' deċiżjoni marbuta mal-Każ COMP/M.4215 — Glatfelter/Crompton Assets

ĠU C 131, 13.6.2007, p. 3–3 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

13.6.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 131/3


Opinjoni tal-kumitat konsultattiv dwar il-konċentrazzjonijiet mogħtija waqt il-146 laqgħa tiegħu fis-6 ta' Diċembru 2006 dwar abbozz ta' deċiżjoni marbuta mal-Każ COMP/M.4215 — Glatfelter/Crompton Assets

(2007/C 131/03)

1.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mad-definizzjonijiet tal-Kummissjoni dwar is-swieq tal-prodotti rilevanti kif stipulati fl-abbozz tad-deċiżjoni.

2.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mad-definizzjonijiet tal-Kummissjoni dwar is-swieq ġeografiċi rilevanti kif stipulati fl-abbozz tad-deċiżjoni.

3.

Il-maġġoranza tal-Kumitat Konsultattiv jaqblu mal-Kummissjoni li l-konċentrazzjoni kif notifikata ma tfixkilx b'mod sinifikanti l-kompetizzjoni effettiva fis-suq komuni jew f'parti sostanzjali tiegħu.

4.

Il-maġġoranza tal-Kumitat Konsultattiv jaqblu mal-Kummissjoni li l-konċentrazzjoni notifikata għandha tiġi dikjarata li hi kompatibbli mas-Suq Komuni u mal-funzjoni tal-Ftehim taż-ŻEE skond l-Artikoli 2(2) u 8(1) r-Regolament dwar l-Għaqdiet u l-Artikolu 57 tal-Ftehim taż-ŻEE.

5.

Il-Kumitat Konsultattiv jitlob lill-Kummissjoni biex tqis il-punti kollha li tqajmu waqt id-diskussjoni.


Top