This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52007SC1599
Commission staff working paper - Accompanying document to the Proposal for a Directive of the European Parliament and of the Council on the coordination of procedures for the award of certain public works contracts, public supply contracts and public service contracts in the fields of defence and security - Summary of the Impact Assessment {COM(2007) 766 final} {SEC(2007) 1598}
Dokument ta’ ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni - Dokument mehmuż mal- Proposta għal Proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-koordinament tal-proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi fil-qasam tad-difiża u s-sigurtà - Sommarju eżekuttiv tal-valutazzjoni ta’ l-impatt {KUMM(2007) 766 finali} {SEG(2007) 1598}
Dokument ta’ ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni - Dokument mehmuż mal- Proposta għal Proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-koordinament tal-proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi fil-qasam tad-difiża u s-sigurtà - Sommarju eżekuttiv tal-valutazzjoni ta’ l-impatt {KUMM(2007) 766 finali} {SEG(2007) 1598}
/* SEK/2007/1599 finali */
Dokument ta’ ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni - Dokument mehmuż mal- Proposta għal Proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-koordinament tal-proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi fil-qasam tad-difiża u s-sigurtà - Sommarju eżekuttiv tal-valutazzjoni ta’ l-impatt {KUMM(2007) 766 finali} {SEG(2007) 1598} /* SEK/2007/1599 finali */
Brussel 5.12.2007 SEG(2007) 1599 DOKUMENT TA’ ĦIDMA TAL-PERSUNAL TAL-KUMMISSJONI Dokument mehmuż mal- Proposta għal PROPOSTA GĦAL DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar il-koordinament tal-proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi fil-qasam tad-difiża u s-sigurtà SOMMARJU EŻEKUTTIV TAL-VALUTAZZJONI TA’ L-IMPATT {KUMM(2007) 766 finali}{SEG(2007) 1598} SOMMARJU EŻEKUTTIV 1. INTRODUZZJONI Għal aktar minn erbgħin sena, materji ta’ difiża u sigurtà kienu esklużi mill- integrazzjoni Ewropea. Bħala konsegwenza, is-swieq tad-difiża baqgħu de facto barra mis-suq waħdieni u frammentati fuq linji nazzjonali. Mit-tmiem tal-Gwerra Bierda, din il-frammentazzjoni saret dejjem aktar problematika. Bil-limitazzjonijiet kbar tal-baġit minn naħa, u l-ispejjeż dejjem jiżdiedu għat-tagħmir militari min-naħa l-oħra, is-swieq tad-difiża nazzjonali fl-Ewropa ta’ spiss saru wisq żgħar biex jipproduċu u jakkwistaw tagħmir ta’ kwalità għolja bi prezzijiet li jintlaħqu. Saru indispensabbli riformi fit-tul jekk l-Ewropa trid iżżomm industrija tad-difiża vijabbli u tgħammar il-forzi armati tagħha b’mod xieraq. F’dan il-kuntest, it-twaqqif ta’ Suq Ewropew għat-Tagħmir tad-Difiża (EDEM –European Defence Equipment Market) huwa ta’ importanza partikolari. Għal dan il-għan, fil-Komunikazzjoni tagħha "Lejn Politika Ewropea għat-Tagħmir tad-Difiża" ta’ Marzu 2003 il-Kummissjoni ppreżentat proposti għall-azzjoni f’oqsma relatati ma’ l-industriji u s-swieq tad-difiża, partikolarment fil-qasam ta’ l-appalti marbuta mad-difiża. 2. KWISTJONIJIET TA' PROċEDURA U KONSULTAZZJONI Il-Kummissjoni mbagħad organizzat laqgħat ta’ ħidma mal-gvernijiet u l-industrija biex tidentifika l-istennijiet tagħhom fir-rigward tal-possibbiltà ta’ azzjoni mill-Komunità f’dan il-qasam. Dan ħejja l-bażi għall-Green Paper dwar l-akkwisti marbuta mad-difiża, adottata f’Settembru 2004. Il-konsultazzjoni dwar il-Green Paper ikkonfermat li l-qafas leġiżlattiv għall-akkwisti marbuta mad-difiża fl-Ewropa għandu n-nuqqasijiet li ġejjin: 1. Għad baqa’ inċertezzi dwar l-użu ta’ l-Artikolu 296 tat-Trattat (TKE – It-Trattat tal-Komunità Ewropea), li jippermetti lill-Istati Membri li jekk ikun meħtieġ jidderogaw minn regoli tal-Komunità Ewropea (KE) għall-ħarsien ta’ l-interessi essenzjali tas-sigurtà tagħhom. 2. Id-Direttiva dwar l-Appalti Pubbliċi (PP – Public Procurement), anki fil-verżjoni riveduta (2004/18/KE), hija ġeneralment meqjusa mhux addattata għal ħafna tipi ta’ kuntratti tad-difiża. Il-Kummissjoni, sabiex tittratta dawn il-problemi, ħabbret żewġ inizjattivi f’Diċembru 2005: l-adozzjoni ta’ "komunikazzjoni interpretattiva dwar l-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 296 TKE fil-qasam ta’ l-akkwisti marbuta mad-difiża"; u t-tħejjija għall-possibbiltà ta’ direttiva dwar l-akkwisti tad-difiża. Il-Komunikazzjoni Interpretattiva, li tiggwida l-awtoritajiet kontraenti fl-evalwazzjoni ta’ jekk il-kuntratti ta' appalt jistgħux jiġu eżentati jew le, ġiet adottata f’Diċembru 2006. B’mod parallel, il-Kummissjoni kompliet tħejji għall-possibbiltà ta’ direttiva dwar l-appalti tad-difiża. Il-partijiet interessati kienu involuti mill-qrib permezz tal-Kumitat Konsultattiv dwar il-Kuntratti Pubbliċi, l-Aġenzija tad-Difiża Ewropea (EDA – European Defense Agency) u laqgħat bilaterali. Barra minn dan, il-gvernijiet u l-industrija ġew ikkonsultati fil-qafas tal-Valutazzjoni ta’ l-Impatt. Ir-rapport preżenti jindirizza kemm l-offerti tad-difiża (armi, munizzjon u materjal tal-gwerra akkwistat għall-forzi armati) u kuntratti pubbliċi dwar sigurtà sensittiva (tagħmir b’karatteristiċi simili għal tagħmir militari akkwistat għall-forzi tas-sigurtà mhux militari). Dawn ta’ l-aħħar daħlu aktar tard fid-dibattitu fuq talba ta’ l-Istati Membri. L-argument prinċipali għat-twessigħ tad-dibattitu kienet l-evoluzzjoni ta’ l-ambjent strateġiku, fejn il-linja diviżorja bejn sigurtà esterna u interna, militari u mhux militari saret imċajpra. Minkejja dan, il-punt fokali ta’ l-inizjattiva tal-Kummissjoni jibqa’ dwar id-difiża. Rigward is-sigurtà mhux militari, il-kwistjoni hi "sempliċiment" jekk strument tal-KE għad-difiża għandux ikun japplika għal ċerti kuntratti pubbliċi partikolarment sensittivi. 3. DEFINIZZJONI TAL-PROBLEMA Ħafna Stati Membri jużaw l-Artikolu 296(1)(a) TKE b’mod estensiv biex jeżentaw il-appalti pubbliċi għat-tagħmir tad-difiża mir-regoli tal-KE. L-istess problema, għalkemm inqas prominenti, teżisti għall-appalti pubbliċi għal sigurtà sensittiva, fejn l-Istati Membri jużaw jew l-Artikolu 296(1)(a) TKE jew l-Artikolu 14 tad-Direttiva PP biex jevadu r-regoli tal-KE. Din il-prattika hija inkonsistenti mal-ġurisprudenza tal-Qorti, li tistipula li tali eżenzjonijiet għandhom ikunu ristretti għal każijiet eċċezzjonali. Il-kawża tal-problema tinsab fin-nuqqas ta’ regoli tal-KE addattati għall-karatteristiċi speċifiċi tal-kuntratti tad-difiża u tas-sigurtà sensittiva, b’mod partikolari l-kumplessità (li tirrikjedi flessibbiltà) u l-ħtiġijiet speċjali għas-sigurtà tal-provvista u s-sigurtà ta’ l-informazzjoni. Peress li r-regoli eżistenti tal-KE ġew żviluppati għall-appalti mhux militari u mhux sensittivi, huma ma jqisux dawn il-fatturi biżżejjed. Bħala konsegwenza, il-parti l-kbira tat-tagħmir għad-difiża u s-sigurtà sensittiva hija akkwistata fuq il-bażi ta’ regoli nazzjonali mhux koordinati, li jvarjaw bil-kbir f’termini ta’ pubblikazzjoni, proċeduri ta’ sejħiet għall-offerti, kriterji tas-selezzjoni u l-għoti tal-kuntratti, kumpens, eċċ. Din id-diversità regolatorja hija ostaklu kbir fit-triq lejn EDEM u tiftaħ il-bibien għan-nuqqas ta’ tħaris tal-prinċipji tat-Trattat. Nuqqas ta’ trasparenza u diskriminazzjoni kontra fornituri minn Stati Membri oħra jwassal għal nuqqas ta’ ftuħ fis-swieq tad-difiża, b’effetti negattivi fuq il-partijiet interessati kollha. Dan jidher inqas fil-każ tas-sigurtà sensittiva milli tad-difiża, prinċipalment minħabba l-fatt li s-sigurtà mhux militari hija aktar diversa, b’varjetà kbira ta’ klijenti, utenti u baġits fuq livelli nazzjonali, reġjonali u lokali. Madankollu, il-problema (eżenzjoni mifruxa mir-regoli tal-KE), il-kawża tagħha (karatteristiċi speċifiċi kuntrattwali li għalihom ir-regoli tal-KE mhumiex addattati), u l-konsegwenzi tagħha (nuqqas ta’ ftuħ) huma l-istess kemm għall-kuntratti pubbliċi tad-difiża u kemm għal dawk tas-sigurtà sensittiva. Il-problema speċifika, għalhekk, hi minn naħa waħda l-ispariġġ bejn it-Trattat u l-ġurisprudenza tal-QEĠ (il-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja), u min-naħa l-oħra l-prattika ta’ l-akkwisti ta’ l-Istati Membri. Il-Kummissjoni, bħala l-kustodju tat-Trattat, għandha d-dmir li taġixxi sabiex issolvi l-problema. 4. GħANIJIET L-għan ġenerali tal-Kummissjoni huwa li tistabbilixxi EDEM miftuħ u kompetittiv. Idealment, dan l-EDEM jippermetti lill-fornituri stabbiliti f’xi wieħed mill-Istati Membri li jaqdi lill-utenti pubbliċi fl-Istati Membri kollha mingħajr restrizzjoni. Fil-qasam tal-kuntratti pubbliċi, dan jeħtieġ qafas regolatorju li jiffunzjona sew fil-livell ta’ l-UE għall-għoti tal-kuntratti fil-qasam tad-difiża u tas-sigurtà. L-għan operazzjonali tal-Kummissjoni hu li tillimita l-użu ta’ eżenzjonijiet skond l-Artikolu 296 TKE u l-Artikolu 14 tad-Direttiva PP għal każijiet eċċezzjonali, b'konformità mal-ġurisprudenza tal-QEĠ. Il-parti l-kbira tal-kuntratti fil-qasam tad-difiża u s-sigurtà, inklużi dawk għall-akkwist ta’ armi, munizzjon u materjal tal-gwerra, għandhom għalhekk jingħataw fuq il-bażi tar-regoli tal-KE sabiex tittejjeb l-ugwaljanza tat-trattament u t-trasparenza u titnaqqas id-diskriminazzjoni. Fl-istess waqt, għandhom jitħarsu l-interessi tas-sigurtà ta’ l-Istati Membri. 5. GħAżLIET TA’ POLITIKA Sabiex jintlaħaq dan l-għan, hemm tliet għażliet possibbli: li ma tittieħed l-ebda azzjoni, li tiġi proposta miżura mhux leġiżlattiva, jew miżura leġiżlattiva. Jekk ma titteħidx azzjoni oħra , id- direttiva PP attwali, il- Kodiċi ta’ l-Etika amministrat mill-EDA u l- Komunikazzjoni Interpretattiva dwar l-użu ta’ l-Artikolu 296 TKE jibqgħu l-uniċi strumenti fil-qasam tal-kuntratti tad-difiża. Miżuri mhux leġiżlattivi jistgħu jinkludu komunikazzjoni interpretattiva dwar l-użu ta’ l-Artikolu 14 tad-Direttiva PP fil-qasam tas-sigurtà ; politika infrazzjonali aktar pro-attiva; u taħriġ għall-awtoritajiet kontraenti nazzjonali u l-persunal tal-Kummissjoni biex jevalwaw l-eżenzjonijiet possibbli. Miżuri leġiżlattivi possibbli jinkludu regolament , direttiva speċifika għas-settur li tkun tapplika għall-kuntratti kollha mogħtija minn awtoritajiet kontraenti li joperaw fil-qasam tad-difiża u s-sigurtà, u direttiva li tintroduċi fil-liġi tal-KE regoli ġodda mfassla apposta għall-kuntratti tad-difiża u s-sigurtà sensittiva, permezz jew ta’ emenda għad-Direttiva PP jew permezz ta’ direttiva ġdida . Għażliet imwarrba jew miżmuma għal aktar kunsiderazzjoni Miżuri mhux leġiżlattivi huma siewja, iżda waħedhom x’aktarx ma jilħqux l-għan li jitnaqqas l-użu ta’ l-eżenzjonijiet. Dan jista’ jintlaħaq biss jekk il-liġi tal-kuntratti tal-KE jkollha regoli li jqisu n-natura speċifika tal-kuntratti tad-difiża u s-sigurtà sensittiva. Billi bħalissa tali regoli ma jeżistux, dawn iridu jiddaħħlu permezz ta’ miżura leġiżlattiva. Għalhekk inżammu żewġ għażliet għal aktar kunsiderazzjoni: 1. L-ebda azzjoni; 2. It-teħid ta’ miżura leġiżlattiva li tintroduċi fil-liġi tal-KE regoli ġodda mfassla apposta għall-kuntratti tad-difiża u s-sigurtà sensittiva. Minħabba flessibbiltà akbar, direttiva tidher aktar addattata minn regolament għal dan il-għan. Għat-tieni għażla, jeżistu għażliet sekondarji fuq tliet livelli: - Tip ta’ strument ġuridiku. Direttiva speċifika għas-settur twarrbet bħala inkompatibbli mal-prinċipji ta’ regolamentazzjoni aħjar. Għalhekk, l-għażliet miżmuma kienu direttiva emendatorja jew direttiva separata . - Qasam ta’ applikazzjoni. Dan jista’ jiġi determinat jew permezz ta’ lista jew b’definizzjoni ġenerali; hu jista’ jeskludi b’mod espliċitu ċerti kuntratti jew sempliċiment jirreferi għall-eżenzjonijiet permessi skond it-Trattat, u jista’ jew jinkludi limiti ġodda jew iżomm dawk stabbiliti fid-Direttiva PP attwali. - Kontenut. Għażliet differenti huma possibbli fir-rigward tas-sigurtà tal-provvista, is-sigurtà ta’ informazzjoni, il-kumpens u l-proċeduri ta’ l-għoti. 6. EVALWAZZJONI TA’ L-IMPATTI L-għażliet differenti Għażla 1. Mingħajr azzjoni ulterjuri mill-UE, l-użu mifrux ta’ l-eżenzjoni ta’ l-appalti militari u tas-sigurtà sensittiva mir-regoli tal-KE żgur li jissokta. Il-Komunikazzjoni Interpretattiva tista’ trażżan l-użu ta’ l-Artikolu 296 TKE għall-akkwist ta’ tagħmir mhux militari, iżda x’aktarx li ftit ikollha effett fuq l-akkwist ta’ tagħmir militari u l-ebda effett fuq l-akkwist ta’ tagħmir tas-sigurtà sensittiv. Il-Kodiċi ta’ Etika ta’ l-EDA, l-aktar l-aktar, jillimita l-konsegwenzi negattivi ta’ l-eżenzjoni skond l-Artikolu 296 TKE, iżda mhux l-użu ħażin tagħha. Is-suq tat-tagħmir militari u tas-sigurtà sensittiva ma jiksibx aktar trasparenza u ftuħ b’riżultat ta’ dan. Il-konsegwenzi negattivi għall-ispejjeż, l-effiċjenza u l-kompetittività jibqgħu. Għażla 2. Qabel l-evalwazzjoni ta’ l-impatti ta’ direttiva possibbli, iridu jittieħdu deċiżjonijiet dwar il-karatteristiċi prinċipali tagħha. (a) Direttiva separata kontra direttiva emendatorja L-għażla ta’ strument hija prinċipalment kwistjoni ta’ teknika leġiżlattiva u ssejset fuq erba’ kriterji: it-titjib ta’ l-acquis, konformità mal-prinċipji ta’ regolazzjoni aħjar, ċertezza legali u viżibbiltà. Direttiva separata tkun aktar viżibbli, aktar ċara, eħfef biex tinqara u għalhekk tkun strument aktar faċli għall-użu mill-awtoritajiet kontraenti. Barra minn dan, hi tagħmilha eħfef biex jitħares l-acquis. (jiġifieri d-dispożizzjonijiet tad-direttiva PP attwali) u toffri flessibilità akbar għat-tfassil ta’ dispożizzjonijiet apposta. Fl-aħħar iżda mhux l-inqas, il-maġġoranza ta’ l-Istati Membri jippreferu direttiva separata. (b) Qasam ta’ applikazzjoni Il-qasam ta’ applikazzjoni għandu jirrifletti l-għan prinċipali, jiġifieri t-tnaqqis ta’ l-użu ta’ eżenzjonijiet għal każijiet eċċezzjonali. Bħala konsegwenza, il-qasam potenzjali ta’ l-applikazzjoni tar-regoli l-ġodda għandu jinżamm wiesa’ kemm jista’ jkun. Fl-istess waqt, id-drittijiet ta’ l-Istati Membri bis-saħħa tat-Trattat li ma japplikawx il-liġi tal-KE f’materji ta’ sigurtà essenzjali għandhom ikunu mħarsa. Skond dawn il-kriterji, l-aħjar għażliet huma: - il-qasam ta’ applikazzjoni tiddeterminah definizzjoni ġenerali u mhux lista. - in-numru ta’ esklużjonijiet espliċiti jiġu limitati minflok ma ssir referenza għad-derogi msemmija fit-Trattat; - jinżammu l-limiti attwali ta’ l-UE. (c) Kontenut - Ir-regoli l-ġodda għandhom jimmiraw għall-implimentazzjoni tal-prinċipji tas-suq waħdieni fid-difiża. Min-naħa l-oħra, huma għandhom joffru salvagwardji u flessibbiltà biżżejjed biex jiżguraw l-interess tas-sigurtà ta’ l-Istati Membri. Fuq il-bażi ta’ dawn iż-żewġ kriterji, l-aħjar għażliet huma: - Għas- sigurtà tal-provvista , li l-awtoritajiet kontraenti jitħallew (1) jitolbu evidenza mingħand il-fornituri dwar il-ħila tagħhom li jirrispettaw obbligi ta’ l-esportazzjoni, it-trasferiment u t-tranżitu; (2) jużaw is-sigurtà tal-provvista bħala kriterju ta’ l-għażla fl-evalwazzjoni tal-kapaċità teknika tal-fornituri, kif ukoll jitolbu lill-fornituri jobbligaw ruħhom li jonoraw l-esiġenzi dwar is-sigurtà tal- provvista fil-futur. - Għas- sigurtà ta’ l-informazzjoni , li l-awtoritajiet kontraenti jitħallew (1) ma jikxfux informazzjoni kunfidenzjali matul il-proċedura ta’ l-offerti; (2) jużaw il-fakultà li jiżguraw is-sigurtà ta’ l-informazzjoni bħala kriterju fl-evalwazzjoni tal-kapaċità teknika tal-fornituri. - Il- kumpens (offsets) , ma jissemmiex. Peress li l-kumpens min-natura tiegħu ġeneralment jinvolvi diskriminazzjoni, dan jikkuntrasta direttament mat-Trattat. Bħala konsegwenza, ir-regoli tal-KE dwar l-akkwisti ma jistgħux la jippermettuh u lanqas jirregolawh. Min-naħa l-oħra, il-projbizzjoni tal-kumpens b’mod espliċitu fid-direttiva jista’ joħloq l-impressjoni li hu jkun awtomatikament permess għall-kuntratti tad-difiża li huma eżentati skond l-Artikolu 296 TKE. Dan, madankollu, hu ħażin. Jidher għalhekk li jkun jaqbel li r-responsabbiltà għall-konformità tal-ħtieġijiet ta' kumpens mal-liġi ta’ l-UE titħalla f'idejn l-Istati Membri. - Li l-proċedura negozjata bil-pubblikazzjoni minn qabel titħalla bħala proċedura standard, iżda jiġi limitat l-użu tal-proċedura negozjata mingħajr il-pubblikazzjoni għall-każijiet fejn ikun strettament meħtieġ. Impatti ta’ l-għażliet - L-impatti legali . Direttiva għandha ttejjeb konsiderevolment il-qafas regolatorju attwalment frammentat għall-appalti tad-difiża. Din ittejjeb ukoll b’mod sinjifikanti ċ-ċarezza legali. L-awtoritajiet aġġudikanti jkunu jistgħu jevalwaw liema leġiżlazzjoni għandhom japplikaw u jekk ikun meħtieġ jiġġustifikaw id-deċiżjoni tagħhom. Dan itejjeb ukoll iċ-ċertezza legali għall-partijiet kollha. - Spejjez amministrattivi . L-impatti negattivi possibbli jkunu baxxi kemm għall-industrija u kemm għall-awtoritajiet aġġudikanti. Fi żmien medju u fit-tul, trasparenza akbar żgur li tnaqqas l-ispejjeż amministrattivi għall-kumpaniji, b’mod partikolari għall-SMEs. - Impatti ekonomiċi . Dawn jiddependu ħafna fuq l-aċċettazzjoni tad-direttiva mill-awtoritajiet aġġudikanti. Din l-aċċettazzjoni żgur li tevolvi biż-żmien. Inizjalment, id-direttiva jista’ jkollha impatt l-aktar fuq akkwisti mill-istokk ta’ tagħmir teknoloġikament inqas sofistikat. Ftuħ akbar fis-swieq għandu jtejjeb il-possibbiltajiet għall-kumpaniji li jirbħu kuntratti trans-konfinali, u b’hekk jippermetti lill-kumpaniji Ewropej l-aktar kompetittivi li jilħqu l-ekonomiji ta’ l-iskala. It-tnaqqis ta’ l-ispejjeż għal kull unità jwassal biex il-prodotti tagħhom isiru aktar kompetittivi fis-suq dinji. Min-naħa l-oħra, l-awtoritajiet kontraenti jiksbu valur aħjar għal flushom. - Aspetti internazzjonali. L-introduzzjoni ta’ regoli dwar l-appalti tal-KE għad-difiża u s-sigurtà sensittiva ma tbiddilx is-sitwazzjoni rigward il-kummerċ ta’ l-armi ma’ terzi pajjiżi. Dawn ta’ l-aħħar jibqgħu irregolati mir-regoli tad-WTO, u b’mod aktar speċifiku mill-Ftehim dwar l-Akkwisti Pubbliċi. L-awtoritajiet aġġudikanti xorta jibqgħu ħielsa li jilqgħu offerti mill-kumpaniji ta’ l-UE biss jew ukoll mid-ditti minn barra l-UE. 7. ARRANġAMENTI GħAL MONITORAġġ U L-EVALWAZZJONI Il-Kummissjoni se tkompli tikkalkula sena b’sena l-indikaturi ekonomiċi prinċipali biex issir l-evalwazzjoni tat-trasparenza u l-kompetizzjoni fis-swieq tad-difiża. Hi se tkompli wkoll id-djalogu politiku ma’ l-Istati Membri. L-ewwel valutazzjoni ta’ l-impatti tad-direttiva fuq l-ispejjeż amministrattivi għandha titwettaq ħames snin wara l-adozzjoni. Valutazzjoni ta’ l-impatt ekonomiku għandha tiġi kkontemplata iktar 'il quddiem. 8. KONKLUżJONI L-introduzzjoni ta’ regoli mfassla apposta għall-kuntratti tad-difiża u s-sigurtà sensittiva fil-liġi tal-kuntratti tal-KE tidher indispensabbli biex tillimita l-użu ta’ l-eżenzjoni skond l-Artikolu 296 TKE u l-Artikolu 14 tad-Direttiva PP għal każijiet eċċezzjonali, kif stipulat mill-QEĠ. Direttiva separata tidher li hija l-aktar strument addattat biex dan isir. L-adozzjoni ta’ direttiva dwar l-appalti għad-difiża u s-sigurtà sensittiva hija l-pass loġiku wara l-Komunikazzjoni Interpretattiva ta’ Diċembru 2006, li tispjega l-kundizzjonijiet ta’ l-użu ta’ l-Artikolu 296 TKE fil-qasam ta’ l-akkwisti tad-difiża. Fl-istess waqt, hija żieda naturali għall-Kodiċi ta’ l-Etika ta’ l-EDA, li hu mmirat lejn it-trawwim ta’ trasparenza fil-kuntratti tad-difiża li tissodisfa l-kriterji ta’ l- applikazzjoni ta’ l-Artikolu 296 TKE. Meta jitqies l-għadd kbir ta’ fatturi li jsawru s-swieq tad-difiża, il-kwantifikazzjoni ta’ l-impatt ekonomiku mistenni minn direttiva bħal din hija diffiċli. B’mod ġenerali, madanakollu, hi għandha l-potenzjal li tagħmel id-differenza. L-inklużjoni ta’ l-armi, il-munizzjon u l-materjal tal-gwerra flimkien mat-tagħmir tas-sigurtà sensittiva fis-suq waħdieni hija fiha nfisha sinjal politiku qawwi tar-rieda ta’ l-UE li tibni EDEM. Bil-koordinament tal-proċeduri nazzjonali, id-direttiva se tnaqqas id-diversità regolatorja li teżisti bħalissa. Hi se tagħmilha eħfef għall-Istati Membri li jużaw ir-regoli tal-KE, iżda wkoll aktar diffiċli għalihom li jiġġustifikaw l-eżenzjonijiet. B’hekk, dan se jnaqqas in-numru ta’ eżenzjonijiet u għalhekk itejjeb it-trasparenza, inaqqas id-diskriminazzjoni u jżid il-ftuħ fis-swieq tad-difiża fl-UE. Sabiex ir-regoli l-ġodda jkunu effikaċi kemm jista’ jkun, il-Kummissjoni għandha tipprevedi sensiela ta’ miżuri akkumpanjanti. Korsijiet ta’ taħriġ speċjali għall-persunal tal-Kummissjoni u l-allokazzjoni ta’ aktar riżorsi għall-monitoraġġ attiv tas-swieq tad-difiża u s-sigurtà jidhru partikolarment importanti. Il-Kummissjoni għandha tieħu wkoll inizjattivi kontinwi fl-oqsma relatati, jiġifieri dawk tas-sigurtà tal-provvista u l-istandardizzazzjoni, u tipprevedi azzjonijiet ġodda, partikolarment fil-qasam tas-sigurtà ta’ l-informazzjoni u l-kumpens. Il-preparazzjoni tar-regoli tal-appalti tal-KE għat-tagħmir tad-difiża u sensittiv hija biss pass wieħed, iżda importanti, lejn it-twaqqif tas-Suq Ewropew tat-Tagħmir tad-Difiża (u s-Sigurtà).