Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52007SC1190

    Dokument ta' hidma tal-persunal tal-Kummissjoni - Anness għall- Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar Strateġija ġdida tas-Saħħa ta' l-Annimali għall-Unjoni Ewropea (2007-2013) fejn “Il-prevenzjoni hija aqwa mill-kura” - Sommarju tal-valutazzjoni ta' l-impatt - Strateġija Ġdida għas-Saħħa ta' l-Annimali (2007-2013) {KUMM(2007) 539 finali} {SEG(2007) 1189}

    /* SEK/2007/1190 finali */

    52007SC1190

    Dokument ta' hidma tal-persunal tal-Kummissjoni - Anness għall- Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar Strateġija ġdida tas-Saħħa ta' l-Annimali għall-Unjoni Ewropea (2007-2013) fejn “Il-prevenzjoni hija aqwa mill-kura” - Sommarju tal-valutazzjoni ta' l-impatt - Strateġija Ġdida għas-Saħħa ta' l-Annimali (2007-2013) {KUMM(2007) 539 finali} {SEG(2007) 1189} /* SEK/2007/1190 finali */


    [pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ |

    Brussel 19.9.2007

    SEG(2007) 1190

    DOKUMENT TA' ĦIDMA TAL-PERSUNAL TAL-KUMMISSJONI

    Anness għall- KOMUNIKAZZJONI MILL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUNSILL, LILL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI U LILL-KUMITAT TAR-REĠJUNI dwar Strateġija ġdida tas-Saħħa ta' l-Annimali għall-Unjoni Ewropea (2007-2013) fejn “Il-prevenzjoni hija aqwa mill-kura” SOMMARJU TAL-VALUTAZZJONI TA' L-IMPATT Strateġija Ġdida għas-Saħħa ta' l-Annimali (2007-2013)

    {KUMM(2007) 539 finali}{SEG(2007) 1189}

    TAQSIRA

    Strateġija Ġdida għas-Saħħa ta' l-Annimali (2007-2013)

    Il-Politika Komunitarja dwar is-Saħħa ta' l-Annimali (CAHP) għamlet progress kbir mill-istadji inizjali ta' żvilupp fil-bidu tas-snin 60. L-adozzjoni tar-regoli komuni fuq livell ta' l-UE għall-kummerċ ta' l-annimali u t-tqegħid fis-suq tal-prodotti ta' l-annimali kellhom rwol ewlieni fil-garanzija ta' standards adegwati ta' sikurezza u ta' saħħa, li wasslu għall-kummerċ intrakomunitarju u t-tisħiħ tas-saħħa ta' l-annimali b'mod ġenerali. Is-CAHP inbniet iktar fuq riżultat ta' suċċessjoni ta' kriżi ewlenija u tifqigħat ta' mard li saru f'dawn l-aħħar snin.

    Tnediet valutazzjoni mid-DG SANCO fl-2004 biex jivvalutaw ir-rendiment tas-CAHP f'dawn l-aħħar għaxar snin. Matul il-perjodu ta' valutazzjoni, numru ta' kwestjonijiet ġew identifikati u nġabru f'taqsira f'dan id-dokument. Din l-inizjattiva hija maħsuba biex tindirizza dawn il-kwestjonijiet kif ukoll l-isfidi l-ġodda li tiffaċċja s-CAHP illum.

    Il-kwestjonijiet ewlenin idenifikati matul il-valutazzjoni kienu jinkludu l-kumplessità għolja tas-CAHP attwali, in-nuqqas ta' strateġija globali, u partikolarment enfasi mhux suffiċjenti fuq il-prevenzjoni tal-mard. Dawn il-kwestjonijiet irriżultaw b'hekk fi problemi addizzjonali, bħalma huwa n-nuqqas ta' konsistenza suffiċjenti u koerenza ma' politiki oħrajn li huma relatati. Kwestjonijiet oħra li tqajmu matul il-proċess ta' valutazzjoni kienu l-bżonn għall-komunikazzjoni msaħħa u l-involviment ta' l-azzjonisti fit-tfassil tal-politiki u l-ħtieġa ta' l-iċċarar tar-rwoli u r-risponsabbiltajiet. Aktar minn hekk, il-problemi relatati mal-qafas finanzjarju korrenti u l-implimentazzjoni tal-kontrolli fuq l-importazzjonijiet fuq livell ta' Stat Membru ġew enfasizzati wkoll. Finalment, ġie rikonoxxut li l-valutazzjoni tar-rendiment tas-CAHP kienet waħda limitata wisq.

    L-għanijiet globali tas-CAHP huma l-aċċertament ta' livell għoli ta' saħħa pubblika filwaqt li ssir kontribuzzjoni lejn it-tkabbir ekonomiku u l-kompetittività u l-promozzjoni ta' prattiki ta' biedja tajbin li għandhom jipprevjenu t-trażmissjoni tal-mard ta' l-annimali u jikkonformaw ma' l-istandards ta' benesseri ta' l-annimali filwaqt li jwasslu għal żvilupp sostenibbli. Biex jinkisbu dawn l-għanijiet globali, l-għanijiet speċifiċi ġew stabbiliti għas-CAHP. L-ewwel, l-UE għandha tiffoka fuq l-intervent fuq il-mard ta' l-annimali ta' rilevanza għolja fl-UE billi jsir profil u kategorizzazzjoni tar-riskji bijoloġiċi u kimiċi, fl-issettjar tal-prijoritajiet, il-miri kwantifikabbli u l-indikaturi ta' rendiment, u l-ammont ta' riżorsi li huma allokati għar-riskji identifikati. It-tieni, trasparenza u effettività iktar imsaħħa fil-prevenzjoni tal-mard u l-kontroll li għandu jintlaħaq billi jitfassal qafas regolatorju uniku u iktar ċar, fejn jiġu stabbiliti regoli u mekkaniżmi li jiffaċilitaw il-kummerċ internazzjonali, filwaqt li jissalvagwardjaw livell għoli ta' saħħa pubblika u ta' l-annimali, fejn jipprovdu inċentivi għall-prevenzjoni tar-riskji fl-irziezet u iktar responsabbiltajiet fis-settur tal-biedja għall-prevenzjoni tal-mard, it-tisħiħ fis-sorveljanza u l-preparazzjoni fil-każ ta' kriżi. L-UE għandha tistimula l-innovazzjoni. Ix-xjenza u r-riċerka biex tipprovdi mezzi aħjar fil-ġlieda kontra l-mard ta' l-annimali. Din l-inizjattiva tfittex ukoll li tikkontribwixxi għal għanijiet li huma ta' ambitu għall-UE kollha, partikolarment dawk li huma relatati mar-regolamentazzjoni aħjar u ma' l-Istrateġija ta' Liżbona.

    Biex jindirizzaw dawn il-problemi identifikati matul il-valutazzjoni, tliet għażliet ġenerali ġew ikkunsidrati f'dan id-dokument. Il-valutazzjoni ta' l-impatt ma tidħolx fid-dettall tad-diversi sotto-għażliet li ġew ikkunsidrati għal kull kwestjoni speċifika minħabba li din l-analiżi saret diġà fil-kuntest tal-valutazzjoni u hija inkluża fir-rapport finali tal-valutazzjoni. It-tliet għażliet ġenerali jinkorporaw is-sotto-għażla identifikata ppreferuta għal kull kwestjoni speċifika. L-ewwel avviċinament identifikat kienet l-għażla ta' mingħajr tibdil ta' xejn, li hija bbażata fuq it-tkomplija tas-CAHP korrenti. It-tieni għażla kienet li jintroduċu Strateġija ta' Saħħa għall-Annimali ġdida li tissejjaħ "soft". Din l-Istrateġija għandha tiffoka fuq mezzi regolatorji rotob, u għandha timmira lejn it-tisħiħ tal-komunikazzjoni, il-kooperazzjoni u l-assistenza teknika fil-pajjiżi terzi. Aktar minn hekk, din għandha timmira lejn l-appoġġ għax-xjenza u r-riċerka u għandha tittratta l-kwestjonijiet ta' l-infurzar fuq livell ta' Stat Membru. It-tieni għażla kkunsidrata kienet li jintroduċu Starteġija ta' Saħħa għall-Annimali ġdida li għandha ħafna aspetti differenti. Din l-istrateġija għandha tkun ibbażata fuq l-azzjonijiet deskritti fit-tieni għażla, iżda għandha tinkludi wkoll elementi legali addizzjonali u b'mod partikolari l-introduzzjoni ta' qafas legali orizzontali ġdid, l-iżvilupp possibbli ta' skema armonizzata ta' tqassim ta' l-ispejjeż, l-iżvilupp ta' strateġija ta' esportazzjoni fuq livell ta' l-UE, u l-implimentazzjoni ta' mezzi elettroniċi għall-identifikazzjoni u ċ-ċertifikazzjoni ta' l-annimali.

    L-impatti soċjali, ekonomiċi u ambjentali ta' dawn it-tliet għażliet ġew analizzati f'dan id-dokument. L-analiżi baqgħet l-iktar kwalitattiva f'dan l-istadju minħabba n-natura wiesgħa ta' l-inizjattiva u fid-dawl tal-fatt li iktar studji huma ppjanati biex jiġu kkunsidrati b'mod sħiħ l-implikazzjonijiet (speċjalment fit-termini ta' l-ispejjeż u l-benefiċċji) ta' l-azzjonijiet l-iktar importanti mbassra. L-Anness II jipprovdi d-dettalji dwar l-istudji varji li huma ppjanati. Fi kwalunkwe każ, kull proposta legali ġdida għandha tgħaddi minn valutazzjoni ta' l-impatt qabel ma din titressaq.

    Wara din l-analiżi, il-konklużjoni ġenerali kienet li l-għażla 3 kienet l-aħjar għażla bi tweġiba għall-kwestjonijiet identifikati fil-valutazzjoni kif ukoll fl-isfidi l-ġodda li s-CAHP qed tiffaċċja, minħabba li l-għażla 2 minkejja l-impatti pożittivi tagħha ma tindirizzax b'mod sħiħ il-problemi identifikati.

    Top