This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52007PC0858
Proposal for a Directive of the European Parliament and of the Council on the exploitation and marketing of natural mineral waters (Recast)
Proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-isfruttament u t-tqegħid fis-suq ta’ ilmijiet minerali naturali (Riformulazzjoni)
Proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-isfruttament u t-tqegħid fis-suq ta’ ilmijiet minerali naturali (Riformulazzjoni)
/* KUMM/2007/0858 finali - COD 2007/0292 */
Proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-isfruttament u t-tqegħid fis-suq ta’ ilmijiet minerali naturali (Riformulazzjoni) /* KUMM/2007/0858 finali - COD 2007/0292 */
[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ | Brussel 21.12.2007 KUMM(2007) 858 finali 2007/0292 (COD) Proposta għal DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar l-isfruttament u t-tqegħid fis-suq ta’ ilmijiet minerali naturali (Riformulazzjoni) MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI 1. Fl-1 ta’ April 1987 il-Kummissjoni ddeċidiet[1] li tordna lill-persunal tagħha li kull att leġislattiv għandu jiġi kkodifikat wara mhux iktar minn għaxar emendi, u tenfasizza li din hi kundizzjoni minima u li d-dipartimenti għandhom jagħmlu kull sforz sabiex jikkodifikaw it-testi li huma responsabbli għalihom anke wara inqas emendi, biex jiżguraw li r-regoli tal-Komunità huma ċari u jinftiehmu malajr. 2. Il-kodifikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 80/777/KEE tal-15 ta' Lulju 1980 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri relatati ma’ l-isfruttament u t-qegħid fis-suq ta’ ilmijiet minerali naturali[2], ġiet inizzjata mill-Kummissjoni. Id-Direttiva l-ġdida tissupera lill-atti varji inkorporati fiha[3]. 3. Sadanittant, id-Deċiżjoni tal-Kunsiill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tistabilixxi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat konferiti lill-Kummisssjoni[4] kienet emendata mid-Deċiżjoni 2006/512/KE, li kienet introduċiet il-proċedura regolatorju bi skrutinju għal miżuri ta' ambitu ġenerali u li huma maħsuba biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' att bażiku adottat skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat, inkluż bit-tħassir ta' uħud minn dawn l-elementi jew biż-żieda ta' elementi ġodda mhux essenzjali 4. Skond id-dikjarazzjoni konġunta tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni[5] dwar id-Deċiżjoni 2006/512/KE, sabiex din il-proċedura ġdida tkun applikabbli għal dawk l-atti diġà fis-seħħ li kienu adotatti skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat, dawk l-atti jeħtieġ li jiġu adattati skond il-proċeduri applikabbli. 5. Għalhekk huwa xieraq li l-kodifikazzjoni tad-Direttiva 80/777/KEE tiġi mibdula f'riformulazzjoni sabiex tinkorpora l-emendi meħtieġa għall-adattament għall-proċedura regolatorja bi skrutinju. ê 80/777/KEE (adattat) 2007/0292 (COD) Proposta għal DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar l-isfruttament u t-tqegħid fis-suq ta’ ilmijiet minerali naturali (test b’rilevanza ŻEE) IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu Ö 95 Õ tiegħu, Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni[6], Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew[7], Filwaqt li jaġixxu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat[8], Billi: ò ġdid (1) Id-Direttiva tal-Kunsill 80/777/KEE tal-15 ta' Lulju 1980 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri relatati ma' l-isfruttament u t-tqegħid fis-suq ta' ilmijiet minjerali naturali[9] ġiet emendata kemm-il darba b’mod sostanzjali[10]. Peress li għandhom isiru iżjed emendi, din id-Direttiva għandha tiġi riformulata fl-interess taċ-ċarezza. ê 80/777/KEE premessa 1 (adattat) (2) Il-liġijiet ta’ l-Istati Membri jiddefinixxu l-ilmijiet minerali naturali. Dawn il-liġijiet jistabbilixxu l-kundizzjonijiet li fuqhom l-ilmijiet minerali naturali huma rikonoxxuti bħala tali u jirregolaw il-kondizzjonijiet għall-isfruttament tan-nixxigħat. Barra minn hekk, huma jistipulaw ukoll ir-regoli speċifiċi għat-tqegħid fis-suq ta’ l-ilmijiet inkwistjoni. ê 80/777/KEE premessa 2 (adattat) (3) Id-differenzi bejn dawk il-liġijiet ifixklu l-moviment ħieles ta’ l-ilmijiet minerali naturali, billi jikkrejaw sitwazzjonijiet kompetittivi diversi, u konsegwentement jaffettwaw direttament il-funzjonament tas-suq Ö intern Õ. ê 80/777/KEE premessa 3 (4) F’dan il-każ partikolari, l-eliminazzjoni ta’ dawn il-barrieri tista’ tinkiseb kemm bl-obbligu fuq kull Stat Membru li jippermetti t-tqegħid fis-suq fuq it-territorju tiegħu ta’ ilmijiet minerali naturali rikonoxxuti bħala tali minn kull wieħed mill-Istati Membri l-oħra u wkoll bl-istabbiliment ta’ regoli komuni li jikkonċernaw b’mod partikolari l-kondizzjonijiet mikrobijoloġiċi li għandhom jiġu ssodisfati u l-kondizzjonijiet fejn għandhom jintużaw ismijiet speċifiċi għal ċerti ilmijiet minerali. ê 96/70/KE premessa 2 (5) L-iskopijiet primarji ta’ kull regola dwar ilmijiet minerali naturali għandhom ikunu biex iħarsu s-saħħa tal-konsumaturi, biex jevitaw li l-konsumaturi jisfaw mqarrqa u jassiguraw kummerċ ġust. ê 80/777/KEE premessa 4 (6) Sakemm jiġi konkluż il-ftehim dwar ir-rikonnoxximent reċiproku ta’ ilmijiet minerali naturali bejn il-Komunità u pajjiżi terzi, għandhom jiġu stipulati l-kundizzjonijiet li fuqhom, sakemm jiġu implimentati dawk il-ftehim, prodotti simili impurtati minn pajjiżi terzi jistgħu jitħallew jidħlu fil-Komunità bħala ilmijiet minerali naturali. ê 80/777/KEE premessa 5 (7) Wieħed irid jieħu ħsieb li jassigura li l-ilmijiet minerali naturali jżommu fl-istadju tat-tqegħid fis-suq dawk il-karatteristiċi li ppermettewlhom li jiġu rikonoxxuti bħal tali. Għaldaqstant, il-kontenituri użati għall-imballaġġ tagħhom għandhom ikollhom għeluq adattat. ê 80/777/KEE premessa 6 (8) Fir-rigward ta’ twaħħil ta’ tikketti, l-ilmijiet minerali naturali huma suġġetti għar-regoli ġenerali stabbiliti mid-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2000/13/KE ta’ l-20 ta’ Marzu 2000 fuq l-approssimazzjoni ta’ l-liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ tikkettjar, preżentazzjoni u r-reklamar ta’ oġġetti ta’ l-ikel[11]. Għal din ir-raġuni, din id-Direttiva tista’ tiġi limitata għall-provvediment ta’ żidiet u derogi li jridu jsiru għal dawk ir-regoli ġenerali. ê 96/70/KE premessa 6 (adattat) (9) L-inklużjoni tad-dikjarazzjoni tal-kompożizzjoni analitika ta’ l-ilma minerali naturali għandha tkun Ö obbligatorja Õ biex tassigura li l-konsumatur hu informat. ò ġdid (10) Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva għandhom jiġu adottati skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 1999/468/KE tat-28 ta’Ġunju 1999 li tistabliixxi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta’ implimentazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni[12]. (11) Għandhom jiġu konferiti fuq il-Kummissjoni setgħat sabiex, b'mod partikolari. jadotta limiti għal-livelli ta' konstitwenti ta' ilmijiet minerali naturali, kwalunkwe dispozzizjoni meħtieġa għat-twaħħil ta' tikketti fuq livelli ogħlja ta' ċerti konstitwenti, il-kundizzjonijiet għall-użu ta' arja arrikita bl-ożonu għat-trattamemt ta' ilma minerali naturali, l-informazzjoni dwar it-trattament ta' ilma minerali naturali, metodi ta' analiżi biex jiffissaw l-assenża ta' tniġġiż ta' l-ilmijiet minerali naturali kif ukoll it-teħid ta' kampjuni u l-metodi ta' analiżi meħtieġa għall-kontroll tal-karatteristiċi mikrobijoloġiċi ta' l-ilmijiet minerali naturali. Peress li dawn il-miżuri huma ta' ambitu ġenerali u huma maħsuba biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva bili, inter alia, jżidu magħha, dawn jeħtieġ li jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE (12) Meta, fuq bażi ta' urġenza imperattiva, m'huwiex possibbli li jiġu osservati l-limiti ta' żmien normalment applikabbli għall-proċedura regolatorja bi skrutinju, il-Kummissjoni għandha jkollha l-possibiltà li tapplika l-proċedura ta' urġenza prevista fl-Artiolu 5a(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għall-adozzjoni ta' l-emendi meħtieġa għal din id-Direttiva sabiex jiżguraw il-ħarsien tas-saħħa pubblika (13) L-elementi ġodda introdotti f'din id-Direttiva jikkonċernaw biss il-proċeduri tal-kumitati. Għalhekk m'hemmx bżonn li jiġu trasposti mill-Istati Membri (14) Din id-Direttiva għandha tkun bla ħsara għall-obbligi ta’ l-Istati Membri rigward il-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali tad-Direttivi mniżżla fl-Anness IV, Parti B, ê 80/777/KEE ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA: Artikolu 1 1. Din id-Direttiva tikkonċerna l-ilmijiet estratti mill-art ta’ Stat Membru u rikonoxxuti mill-awtorità responsabbli ta’ dak l-Istat Membru bħala ilmijiet minerali naturali li jissodisfaw id-dispożizzjonijiet ta’ l-Anness I, it-Taqsima I. 2. Din id-Direttiva tikkonċerna wkoll l-ilmijiet estratti mill-art ta’ pajjiż terz, importati fil-Komunità u rikonoxxuti bħala ilmijiet minerali naturali mill-awtorità responsabbli ta’ Stat Membru. L-ilmijiet msemmija fl-ewwel subparagrafu jistgħu jiġu rikonoxxuti bħala tali biss, jekk l-awtorità responsabbli fil-pajjiż ta’ l-estrazzjoni tkun iċċertifikat li huma jissodisfaw l-Anness I, it-Taqsima I, u li qed isiru kontrolli regolari fuq l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta’ l-Anness II, punt 2. ê 96/70/KE Art. 1 pt. 1 Il-validità taċ-ċertifikazzjoni msemmija fit-tieni sub-paragrafu ma tistax teċċedi perjodu ta’ ħames snin. Ma għandux ikun neċessarju li tittenna l-proċedura tar-rikonoxximent msemmija fl-ewwel sub-paragrafu jekk iċ-ċertifikazzjoni tiġġedded qabel l-aħħar ta’ dak il- perjodu. ê 80/777/KEE 3. Din id-Direttiva m’għandhiex tapplika għal: (a) ilmijiet li huma prodotti mediċinali fit-tifsira tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2001/83/KE[13]; (b) ilmijiet minerali naturali użati f’ras il-għajn għal skopijiet kurattivi fi stabbilimenti termali jew idrominerali. 4. Ir-raġunijiet li għalihom jiġi mogħti r-rikonoxximent li hemm referenza għalih fil-paragrafi 1 u 2, għandhom jiġu ddikjarati fil-forma adegwata mill-awtorità responsabbli ta’ l-Istat Membru u għandhom jiġu ppubblikati uffiċjalment. 5. Kull Stat Membru għandu jinforma lill-Kummissjoni bil-każijiet fejn ir-rikonoxximent msemmi fil-paragrafi 1 u 2 ikun mogħti jew irtirat. Il-lista ta’ ilmijiet minerali naturali rikonoxxuti bħala tali għandha tiġi ppubblikata fil- Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea. Artikolu 2 L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex jassiguraw li huma biss l-ilmijiet msemmija fl-Artikolu 1, u li jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva, li jistgħu ikunu mqiegħda fis-suq, bħala ilmijiet minerali naturali. Artikolu 3 Nixxiegħat ta’ ilma minerali naturali jistgħu jiġu sfruttati u l-ilmijiet tagħhom ibbottiljati biss skond l-Anness II. ê 96/70/KE art. 1 pt. 2 ð ġdid Artikolu 4 1. Ilma minerali naturali, fl-istat tiegħu fis-sors, ma jistax ikun is-suġġett ta’ xi trattament ħlief għas-: (a) separazzjoni ta’ l-elementi tiegħu li m’humiex stabbli, bħal komposti tal-ħadid u tal-kubrit, b’filtrazzjoni jew dekantazzjoni, possibbilment preċeduta b’ossiġinazzjoni, sakemm dan it-trattament ma jbiddilx il-kompożizzjoni ta’ l-ilma fir-rigward tal-kostitwenti essenzjali li jagħtuh il-proprjetajiet tiegħu; (b) separazzjoni ta’ komposti ta’ ħadid, magneżju u tal-kubrit u arseniku minn ċerti ilmijiet minerali naturali bi trattament ta’ arja arrikkita bl-ożonu sakemm dan it-trattament ma jibdilx l-kompożizzjoni ta’ l-ilma fir-rigward tal-kostitwenti essenzjali li jagħtuh il-proprjetajiet tiegħu, u sakemm; (i) it-trattament jikkonforma mal-kondizzjonijiet għall-użu li għandhom ikunu stabbiliti ð mill-Kummissjoni ï b'mod konformi mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 12 wara konsultazzjoni ma’ l-Awtorità Ewropea għas-Sigurtà fl-Ikel; (ii) it-trattament hu notifikat lil, u speċifikament kontrollat minn, l-awtoritajiet kompetenti; (ċ) is-separazzjoni ta’ kostitwenti li m’humiex mixtieqa ħlief għal dawk speċifikati f’(a) jew (b), sakemm dan it-trattament ma jbiddilx il-kompożizzjoni ta’ l-ilma fir-rigward tal-kostitwenti essenzjali li jagħtuh il-propjetajiet tiegħu, u sakemm: (i) it-trattament jikkonforma mal-kondizzjonijiet għall-użu li għandhom ikunu stabbiliti ð mill-Kummissjoni ï b'mod konformi mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 12 wara konsultazzjoni ma’ l-Awtorità Ewropea għas-Sigurtà fl-Ikel; (ii) it-trattament hu notifikat lil, u speċifikament kontrollat minn, l-awtoritajiet kompetenti; (d) l-eliminazzjoni totali jew parzjali ta’ dijossidju tal-karbonju ħieles b’metodi esklussivament fiżiċi. ò ġdid Il-miżuri msemmija fil-punti (b) (i) u (c) (i) maħsuba biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva billi jzidu magħha, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 14(2). ê 96/70/KE Art. 1 pt. 2 (adattat) Ö L-ewwel subparagrafu Õ m’għandux jikkostitwixxi impediment għall-utilizzazzjoni ta’ l-ilmijiet minerali naturali u ilmijiet tan-nixxiegħa fil-fabbrikazzjoni tas-soft drinks. ê 96/70/KE Art. 1 pt. 2 2. Ilma minerali naturali, fil-istat tiegħu fis-sors, ma jistax ikun suġġett għal xi żieda ħlief għall-introduzzjoni jew ir-ri-introduzzjoni tad-diossidu tal-karbonju skond il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Anness I, it-Taqsima III. ê 96/70/KE Art. 1 pt. 2 (adattat) 3. Kull trattament ta’ disinfettar b’kull mezz u, bla ħsara għal paragrafu 2, iż-żieda ta’ elementi batterjostatiċi jew kull trattament ieħor li x’aktarx ibiddel l-għadd ta’ kolonja vijabbli ta’ l-ilma minerali naturali għandu jkun ipprojbit. ê 80/777/KEE Artikolu 5 1. L-għadd totali li jista' jerġa' jitqajjem tal-kolonja ta’ ilma minerali naturali f’ras il-għajn għandu jikkonforma ma’ l-għadd vijabbli normali tal-kolonja tiegħu, u jagħti xhieda sodisfaċenti tal-ħarsien tas-sors kontra kull kontaminazzjoni. Dan l-għadd totali tal-kolonja għandu jiġi ddeterminat skond il-kondizzjonijiet stipulati fil-punt 1.3.3 tat-Taqsima II ta’ l-Anness I. Wara l-ibbottiljar, l-għadd totali tal-kolonja f’ras il-għajn ma jistax jaqbeż 100 għal kull millilitru f'20 sa 22 °C f’72 siegħa fuq taħlita ta’ agar-agar jew agar-ġelatina u 20 għal kull millilitru f’37 °C f’24 siegħa fuq agar-agar. L-għadd totali tal-kolonja għandu jiġi mkejjel fi 12-il siegħa wara l-ibbottiljar, fejn l-ilma jinżamm f’4 °C ±1 °C matul dan il-perjodu ta’ 12-il siegħa. ê 80/777/KEE (adattat) F’ras il-għajn, Ö jenħtieġ li Õ dawn il-valuri normalment ma jaqbżux l-20 għal kull millilitru f’20 sa 22 °C fi 72 siegħa u 5 għal kull millilitru f’37 °C f’24 siegħa rispettivament, fuq il-ftehim li dawn Ö għandhom jiġu Õ kkunsidrati bħala figuri gwida u mhux bħala l-konċentrazzjonijiet massimi permessi. ê 80/777/KEE 2. F’ras il-għajn u matul it-tqegħid fis-suq tiegħu, ilma minerali naturali għandu jkun ħieles minn: (a) parassiti u mikro-organiżmi patoġeniċi; (b) Escherichia coli u coliforms oħrajn u faecal streptococci fi kwalunkwe kampjun ta’ 250 ml eżaminat; (ċ) Anerobi sporulati li jnaqqsu s-sulfat fi kwalunkwe kampjun ta’ 50 ml eżaminat; (d) Pseudomanas aeruginosa fi kwalunkwe kampjun ta’ 250 ml eżaminat. 3. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafi 1 u 2 u għall-kondizzjonijiet ta’ sfruttament stipulati fl-Anness II, fil-fażi ta’ tqegħid fis-suq: (a) l-għadd totali li jista' jerġa jitqajjem tal-kolonja ta’ l-ilma minerali naturali jista’ jkun biss dak li jirriżulta miż-żieda normali fil-kontenut ta’ batterji li jkollu f’ras il-għajn; (b) l-ilma minerali naturali ma jistax ikollu xi difetti organolettiċi. Artikolu 6 Il-kontenituri kollha użati għall-ippakkjar ta’ ilmijiet minerali naturali għandu jitwaħħalhom għeluq iddisinjat biex tiġi evitata kull possibbiltà ta’ adulterazzjoni jew kontaminazzjoni. Artikolu 7 1. Id-deskrizzjoni tal-bejgħ ta’ ilmijiet minerali naturali għandha tkun “ilma naturali minerali” jew, fil-każ ta’ ilma minerali naturali effervexxenti kif definit fl-Anness I, it-Taqsima III, skond il-każ, “ilma minerali naturali kkarbonizzat b’mod naturali”, “ilma minerali naturali ffortifikat bil-gass min-nixxiegħa”, jew “ilma minerali naturali kkarbonizzat”. ê 80/777/KEE (adattat) Id-deskrizzjoni tal-bejgħ ta’ ilmijiet minerali naturali li jkunu għaddew minn xi wieħed mit-trattamenti msemmija fil-punt Ö (d) ta’ l-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 4(1) Õ għandu jkollha miżjud magħha, skond il-każ, l-indikazzjoni “iddekarbonizzat kompletament” jew “iddekarbonizzat parzjalment”. ê 96/70/KE Art. 1 pt. 3 2. It-tikketti fuq ilmijiet minerali naturali għandhom jagħtu wkoll l-informazzjoni mandatorja li ġejja: (a) dikjarazzjoni tal-kompożizzjoni analitika, li tagħti l-kositwenti karatteristiċi tagħha; (b) il-post fejn in-nixxiegħa hi sfruttata u l-isem tan-nixxiegħa; (ċ) informazzjoni fuq kull trattament imsemmi fil-punti (b) u (ċ) ta’ l-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 4(1). ê 96/70/KE Art. 1 pt. 3 (adattat) 3. Fl-assenza tad-dispożizzjonijiet tal-Komunità fuq informazzjoni fuq kull trattament msemmi fil-punt (ċ) tal-paragrafu 2, Stati Membri jistgħu iżommu id-dispożizzjonijiet nazzjonali Ö tagħhom Õ . ê 80/777/KEE Artikolu 8 1. L-isem ta’ lokalità, raħal żgħir jew post jistgħu jidhru fit-test tad-deskrizzjoni kummerċjali sakemm din tirreferi għal ilma minerali naturali li n-nixxiegħa tiegħu hija sfruttata fil-post indikat b’dik id-deskrizzjoni u sakemm din mhix qarrieqa fir-rigward tal-post ta’ l-isfruttament tan-nixxiegħa. 2. Għandu jkun ipprojbit li wieħed iqiegħed fis-suq ilma minerali naturali mill-istess nixxiegħa waħdanija taħt iktar minn deskrizzjoni kummerċjali waħda. ê 80/777/KEE (adattat) 3. Meta t-tikketti jew l-iskrizzjonijiet tal-kontenituri li fihom l-ilmijiet minerali naturali huma offruti għall-bejgħ jinkludu deskrizzjoni kummerċjali differenti mill-isem tan-nixxiegħa jew il-post ta’ l-isfruttament tagħha, dan il-post Ö ta’ l-isfruttament Õ jew l-isem tan-nixxiegħa għandhom jiġu indikati f’ittri li għandhom ikunu ta’ l-anqas darba u nofs tat-tul u l-wisa’ ta’ l-akbar ittra użata għal dik id-deskrizzjoni kummerċjali. ê 80/777/KEE L-ewwel subparagrafu għandu japplika, mutatis mutandis , u bl-istess intenzjoni fir-rigward ta’ l-importanza mogħtija għall-isem tan-nixxiegħa jew il-post ta’ l-isfruttament tagħha, fir-rigward tad-deskrizzjoni kummerċjali użata fir-riklamar, fi kwalunkwe forma, relatata ma’ l-ilmijiet minerali naturali. Artikolu 9 1. Għandu jkun ipprojbit, kemm fuq l-ippakkjar jew fuq it-tikketti u fir-reklamar fi kwalunkwe forma, li jintużaw deskrizzjonijiet , ismijiet tal-propjetarji, marki kummerċjali, brand names , illustrazzjonijiet jew sinjali oħrajn, kemm jekk dawn huma emblematiċi jew le, li: (a) fil-każ ta’ ilma minerali naturali, jissuġġerixxu karatteristika li l-ilma m’għandux, b’mod partikolari fil-każ ta’ l-oriġini tiegħu, id-data ta’ l-awtorizzazzjoni biex dan jiġi sfruttat, ir-riżultati ta’ analiżi jew referenzi simili għall-garanzija ta’ awtentiċità. (b) fil-każ ta’ ilma tax-xorb ippakkjat ġo kontenituri li ma jissodisfax id-dispożizzjonijiet ta’ l-Anness I, it-Taqsima I, għandhom tendenza li joħolqu konfużjoni ma’ ilma minerali naturali, b’mod partikolari d-deskrizzjoni “ilma minerali”. 2. L-indikazzjonijiet kollha li jattribwixxu lill-ilma minerali naturali karatteristiċi relatati mal-prevenzjoni, it-trattament jew il-kura ta’ xi marda umana għandhom ikunu pprojbiti. Madankollu, l-indikazzjonijiet elenkati fl-Anness III għandhom ikunu awtorizzati jekk dawn jissodisfaw il-kriterji rilevanti stipulati f’dak l-Anness, jew fin-nuqqas ta’ dawn, kriterji stipulati f’dispożizzjonijiet nazzjonali u sakemm dawn ikunu ġew imfassla fuq il-bażi ta’ analiżi fiżiko-kimika, u fejn neċessarju, eżamijiet farmakoloġiċi, fiżjoloġiċi u kliniċi, magħmula skond il-metodi xjentifiċi rikonoxxuti, skond il-punt 2 tat-Taqsima I ta’ l-Anness I. L-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw l-indikazzjonijiet “jistimula d-diġestjoni”, “jista’ jiffaċilita l-funzjonijiet epato-biljari” jew indikazzjonijiet simili. Dawn jistgħu jawtorizzaw ukoll l-inklużjoni ta’ indikazzjonijiet oħrajn, sakemm dawn ta’ l-aħħar ma jkunux inkompatibbli mal-prinċipji previsti fl-ewwel subparagrafu u huma kompatibbli ma’ dawk previsti fit-tieni subparagrafu. 3. L-Istati Membri jistgħu jadottaw dispożizzjonijiet speċjali fir-rigward ta’ informazzjoni – kemm dwar l-ippakkjar jew it-tikketti u fir-reklamar – li tikkonċerna kemm l-ilma minerali naturali huwa adattat għall-ikel tat-tfal żgħar. Dispożizzjonijiet bħal dawn jistgħu jikkonċernaw ukoll il-karatteristiċi ta’ l-ilma li jiddeterminaw l-użu ta’ dik l-informazzjoni . L-Istati Membri li għandhom l-intenzjoni li jieħdu miżuri bħal dawn għandhom jinformaw minn qabel lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni. ê 96/70/KE Art. 1 pt. 5 ð ġdid 4. It-terminu ‘ilma tan-nixxiegħa’ għandu jkun riservat għal ilma li hu maħsub għall-konsum tal-bniedem fl-istat naturali tiegħu, u bbottiljat fis-sors, li: (a) jissodisfa l-kondizzjonijiet ta’ l-isfruttar stabbiliti fl-Annessi II, punt 2 u 3, li għandhom ikunu kompletament applikabbli għall-ilmijiet tan-nixxiegħa; (b) jissodisfa l-ħtiġiet mikrobijoloġiċi stabbiliti fl-Artikolu 5; (ċ) jissodisfa l-ħtiġiet tat-tikkettjar ta’ l-Artikolu 7(2)(b) u (ċ) u l-Artikolu 8; (d) ma jkunx sarlu xi trattament ħlief għal dak imsemmi fl-Artikolu 4. Trattamenti oħrajn jistgħu ikunu notifikati ð mill-Kummissjoni ï skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 12. ò ġdid Il-miżuri msemmija fil-punt (d) maħsuba biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva billi jzidu magħha, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 14(2). ê 96/70/KE Art.1 pt. 5 Barra minn dan, ilmijiet tan-nixxiegħa għandhom iħarsu d-dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 98/83/KE[14]. ê 96/70/KE Art. 1 pt. 5 (adattat) 5. Fl-assenza tad-dispożizzjonijiet tal-Komunità dwar it-trattament ta’ l-ilmijiet tan-nixxiegħa msemmija fil-punt (d) ta’ l-ewwel subparagrafu -tal-paragrafu 4, l-Istati Membri jistgħu jżommu d-dispożizzjonijiet nazzjonali Ö tagħhom Õ fuq it-trattamenti. ê 80/777/KEE Artikolu 10 L-Istati Membri għandhom jadottaw il-miżuri neċessarji biex jassiguraw li l-kummerċ ta’ ilmijiet minerali naturali li jikkonformaw mad-definizzjonijiet u r-regoli stabbiliti f’din id-Direttiva ma jistgħux jiġu mfixkla mill-applikazzjoni ta’ dispożizzjonijiet nazzjonali mhux armonizzati li jirregolaw il-karatteristiċi, il-kompożizzjoni, il-kondizzjonijiet ta’ sfruttament, l-ippakkjar jew l-ittikkettjar ta’ ilmijiet minerali naturali jew ta’ oġġetti ta’ l-ikel b’mod ġenerali. ê 96/70/KE Art. 1 pt. 7 ð ġdid Artikolu 11 1. Fejn Stat Membru għandu raġunijiet dettaljati biex jikkonsidra li l-ilma minerali naturali ma jikkonformax mad-dispożizzjonijiet stabbiliti f’din id-Direttiva, jew jipperikola s-saħħa pubblika, għalkemm jiċċirkula ħieles fi Stat Membru wieħed jew iżjed, dak l-Istat Membru jista’ temporanjament jirrestrinġi jew jissospendi l-kummerċ f’dak il-prodott fit-territorju tiegħu. Hu għandu jinforma immedjatament lill-Kummissjoni u l-Istati Membri l-oħrajn b’dan u jagħti r-raġunijiet għad-deċiżjoni tiegħu. 2. Fuq talba ta’ kull Stat Membru jew tal-Kummissjoni, l-Istat Membru li rrikonoxxa l-ilma għandu jipprovdi l-informazzjoni relevanti kollha li tikkonċerna r-rikonoxximent ta’ l-ilma, flimkien mar-riżultati tal-kontrolli regolari. 3. Il-Kummissjoni għandha teżamina malajr kemm jista’ jkun ir-raġunijet imqajma mill-Istat Membru msemmija fil-paragrafu 1 fil-Kumitat Permanenti msemmi fl-Artikolu 14(1), u għandu mbagħad jagħti l-opinjoni tiegħu mill-ewwel u jieħu l-miżuri xierqa. 4. Jekk il-Kummissjoni tikkonsidra li l huma neċessarji emendi għal din id-Direttiva biex tassigura l-protezzjoni tas-saħħa pubblika, hi għandha ð tadotta dawk l-emendi ï tagħti bidu għall-proċedura msemmija fl-Artikolu 12, bi ħsieb li tadotta dawk l-emendi. ò ġdid Il-miżuri maħsuba biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 14(3). ê 96/70/KE Art.1 pt.7 L-Istat Membru li adotta miżuri ta’ salvagwardji jista’, f’dik l-eventwalità, iżommhom sakemm l-emendi jkunu adottati. ê 96/70/KE Art. 1 pt. 8 ð ġdid Artikolu 12 1. ð Il-miżuri ï li ġejjin għandhom ð jiġu adottati mill-Kummissjoni ï konformi mal-proċedura stabbilita msemmija fl-Artikolu 1214(2): (a) il-limiti għal-livelli tal-kostitwenti ta’ l-ilma minerali naturali, (b) kull dispożizzjoni meħtieġa għall-indikazzjoni fuq l-ittikkettjar ta’ livelli għoljin ta’ ċerti kostitwenti, (ċ) il-kondizzjonijet għall-użu ta’ arja arrikkita bl-ożonu msemmija fil-punt (b) ta’ l-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 4(1). (d) l-informazzjoni fuq trattamenti msemmija fil-punt (ċ) ta’ lArtikolu 7(2). 2. Dan li ġej jista’ jkun adottat b’mod konformi mal-proċedura stabbilita msemmija fl-Artikolu 12. (e) metodi ta’ analiżi, inklużi l-limiti ta’ skoperta, biex jiddeterminaw l-assenza ta’ tniġġis ta’ l-ilmijiet minerali naturali; (f) il-proċeduri ta’ teħid ta’ kampjun u l-metodi ta’ analiżi neċessarji għall-iċċekkjar tal-karatteristiċi mikrobijoloġiċi ta’ l-ilmijiet minerali naturali. ò ġdid Il-miżuri maħsuba biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva biilli jżidu magħha, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 14(2). ê 96/70/KE Art. 1 pt. 9 Artikolu 13 Kull deċiżjoni li x’aktarx tħalli effett fuq is-saħħa pubblika għandha tkun adottata mill-Kummisjoni wara konsultazzjoni ma’ l-Awtorità Ewropea għas-Sigurtà fl-Ikel. ê 1882/2003 Art. 3 u Anness III pt. 4 ð ġdid Artikolu 14 1. Il-Kummissjoni għandha tkun mgħejjuna mill-Kumitat Permanenti dwar il-Katina ta' l-Ikel u s-Saħħa ta' l-Annimali, stabbilit bl-Artikolu 58 tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 178/2002[15], minn hawn ‘il quddiem referut bħala “il-Kumitat”. 2. Fil-każ li ssir referenza għal dan il-paragrafu l-Artikolu, l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE[16] għandhom japplikaw ikunu applikabbli, wara li jkunu meqjusa skond id-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha. Il-perijodu ta' żmien stabbilit previst fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun ta' huwa stabbilit għal tliet xhur. ð 2. Fil-każ li ssir referenza għal dan il-paragrafu l-Artikoli 5a(1) sa (4), u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandhom japplikaw, wara li jkunu meqjusa d-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha. ï ð 3. Fil-każ li ssir referenza għal dan il-paragrafu l-Artikoli 5a(1),(2),(4) u (6) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandhom japplikaw, wara li jkunu meqjusa d-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha. ï 3. Il-Kumitat għandu jadotta r-Regoli ta' Proċedura tiegħu. ê 80/77/KEE Artikolu 15 Din id-Direttiva m’għandhiex tapplika għal ilmijiet minerali naturali għall-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi. ò ġdid Artikolu 16 Id-Direttiva 80/777/KEE, kif emendata mill-atti mniżżla fl-Anness IV, Parti A hi mħassra, bla ħsara għall-obbligi ta’ l-Istati Membri rigward il-limiti ta’ żmien għat-trasposizzjoni fil-liġi nazzjonali tad-Direttivi mniżżla fl-Anness IV, Parti B. Referenzi għad-Direttiva mħassra għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Direttiva u għandhom jinqraw skond it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness V. Artikolu 17 Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha fil- Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea . ê 80/777/KEE Artikolu 18 Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmula fi Brussell, […] Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill Il-President Il-President […] […] ê 80/777/KEE ANNESS I I. DEFINIZZJONI 1. “Ilma minerali naturali” ifisser ilma mikrobijoloġikament tajjeb għas-saħħa, fit-tifsira ta’ l-Artikolu 5, li oriġina minn water table ta’ taħt l-art jew minn depożitu ta’ taħt l-art u li joħroġ minn nixxiegħa, meħud minn ħruġ naturali wieħed jew aktar jew minn ħruġ imtaqqab. Ilma minerali naturali jista’ jiġi faċilment magħruf minn ilma tax-xorb ordinarju: (a) min-natura tiegħu, li hi karatterizzata mill-kontenut minerali tagħha, minn oligo-elementi jew minn kostitwenti oħrajn u, fejn adattat, minn ċerti effetti; (b) mill-istat oriġinali tiegħu, fejn iż-żewġ karatteristiċi ġew ikkonservati intatti minħabba l-oriġini minn taħt l-art ta’ ilma bħal dan, li ġie protett minn kull riskju ta’ tniġġis. ê 80/777/KEE (adattat) 2. Il-karatteristiċi, Ö msemmija fil-punt 1 Õ li jistgħu jagħtu lill-ilma minerali naturali propjetajiet li huma favorevoli għas-saħħa, għandhom ikunu ġew assessjati: ê 80/777/KEE (a) mil-lati li ġejjin: (i) ġeoloġiku u idroloġiku, (ii) fiżiku, kimiku u fisjo-kimiku, (iii) mikrobijoloġiku, (iv) jekk hemm bżonn, farmakoloġiku, fiżjoloġiku u kliniku; (b) skond il-kriterji mniżżla fit-Taqsima II; (ċ) skond il-metodi xjentifiċi approvati mill-awtorità responsabbli. L-analiżi msemmija fil-punt (a)(iv) ta’ l-ewwel subparagrafu jistgħu ma jkunux obbligatorji fejn l-ilma jippreżenta l-karatteristiċi ta’ kompożizzjoni li bis-saħħa tagħhom hu jkun ikkunsidrat bħala ilma minerali naturali fl-Istat Membru ta’ oriġini qabel id-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva. Dan huwa il-każ, b’mod partikolari meta l-ilma kkonċernat ikun fih, għal kull kg, kemm f’ras il-għajn u wara li jiġi bbottiljat, minimu ta’ 1 000 mg ta’ solidi totali fis-soluzzjoni jew minimu ta’ 250 mg ta’ diossidu tal-karbonju liberu. 3. Il-kompożizzjoni, it-temperatura u l-karatteristiċi essenzjali l-oħra ta’ l-ilma minerali naturali għandhom jibqgħu stabbli fil-limiti ta’ varjazzjoni naturali; b’mod partikolari, ma għandhomx jiġu affettwati bil-varjazzjonijiet possibbli fir-rata ta’ ċirkolazzjoni. Fit-tifsira ta’ l-Artikolu 5(1), l-għadd vijabbli normali tal-kolonja ta’ l-ilma minerali naturali ifisser l-għadd totali tal-kolonja li hu raġonevolment kostanti f’ras il-għajn qabel kull trattament, li l-kompożizzjoni kwalittattiva u kwantitattiva tiegħu ikkunsidrata fir-rikonoxximent ta’ dak l-ilma, hija kkontrollata b’analiżi perjodiċi. II. ĦTIĠIET U KRITERJI GĦALL-APPLIKAZZJONI TAD-DEFINIZZJONI 1.1. Ħtiġiet għal stħarriġ ġeoloġiku u idroloġiku Għandu jkun hemm ħtieġa biex jiġu pprovduti d-dettalji li ġejjin: 1.1.1. Is-sit eżatt tal-ġbir ta’ l-ilma b’indikazzjoni ta’ l-altitudni tiegħu, fuq mappa bi skala ta’ mhux aktar minn 1 : 1000; 1.1.2. rapport ġeoloġiku dettaljat fuq l-oriġini u n-natura tat-terren; 1.1.3. l-istratigrafija ta’ l-istrat idroġeoloġiku; 1.1.4. deskrizzjoni ta’ l-operazzjonijiet tal-ġbir ta’ l-ilma; 1.1.5. id-demarkazzjoni ta’ l-arja jew dettalji ta’ miżuri oħra li jipproteġu n-nixxiegħa mit-tniġġis. 1.2. Ħtiġiet għal stħarriġ fiżiku, is-servej kimiku u dak fisjo-kimiku L-istħarriġ għandu jistabbilixxi: 1.2.1. ir-rata taċ-ċirkulazzjoni ta’ l-ilma tan-nixxiegħa; 1.2.2. it-temperatura ta’ l-ilma f’ras il-għajn u t-temperatura tal-post; 1.2.3. ir-relazzjoni bejn in-natura tat-terren u n-natura u t-tip ta’ minerali fl-ilma; 1.2.4. ir-residwi nexfin f’180 °C sa 260 °C; 1.2.5. il-konduttività jew l-forza ta’ reżistenza elettrika, fejn għandha tkun speċifikata t-temperatura tal-kejl; 1.2.6. il-konċentrazzjoni tal-jone idroġenu (pH); 1.2.7. l- anions u l- cations ; 1.2.8. l-elementi mhux jonizzati; 1.2.9. oligo-elementi; 1.2.10. il-kwalitajiet radjo-attinoloġiċi f’ras il-għajn; 1.2.11. fejn jixraq, il-livelli isotopiċi relattivi ta’ l-elementi kostitwenti ta’ l-ilma, ossiġnu (160 – 180) u idroġenu (protium deuterium, tritium); 1.2.12. it-tossiċità ta’ ċerti elementi kostitwenti ta’ l-ilma, billi wieħed jikkunsidra l-limiti stabbiliti għal kull wieħed minnhom. 1.3. Kriterji għall-analiżijiet mikrobijoloġiċi f’ras il-għajn Dawn l-analiżi għandhom jinkludu: 1.3.1. demostrazzjoni ta’ l-assenza ta’ parassiti u mikro-organismi patoġeniċi; 1.3.2. determinazzjoni kwantitattiva ta’ l-għadd li jista' jerġa jitqajjem tal-kolonja indikattiv tal-kontaminazzjoni tal-ħmieġ: (a) assenza ta’ Escherichia coli u ta’ coliforms oħrajn f’250 ml f’37 °C u 44·5 °C; (b) assenza ta’ streptoccoci fekali f’250 ml; (ċ) assenza ta’ anerojbi li jnaqqsu s-sulfat sporulati f’50 ml; (d) assenza ta’ Pseudomonas aeruginosa f’250 ml. 1.3.3. determinazzjoni ta’ l-għadd totali li jista' jerġa jitqajjem tal-kolonja għal kull ml ta’ ilma: (a) f’20 sa 22 °C f’72 siegħa fuq taħlita agar-agar jew agar-gelatina, (b) f’37 °C f’24 siegħa fuq agar-agar. 1.4. Ħtiġiet għall-analiżi klinika u l-analiżi farmokoloġika 1.4.1. Dawn l-anliżi, li għandhom isiru skond il-metodi xjentifikament rikonoxxuti, għandhom ikunu adatti għall-karatteristiċi partikolari ta’ l-ilma minerali naturali u l-effetti tiegħu fuq l-organiżmu uman, bħall-funzjonijiet ta’ djuresi, gastriċi u intestinali, kumpens għal defiċjenzi minerali. 1.4.2. L-istabbiliment tal-konsistenza u l-konkordanza ta’ numru sostanzjali ta’ osservazzjonijiet kliniċi jista’, jekk xieraq, jieħu l-post ta’ l-analiżi li hemm referenza għalihom f’1.4.1. L-analiżi kliniċi jistgħu, f’każijiet adatti, jieħdu l-post ta’ l-analiżi li hemm referenza għalihom f’1.4.1 sakemm il-konsistenza u l-konkordanza ta’ numru sostanzjali ta’ osservazzjonijiet jippermettu li jinkisbu l-istess riżultati. III. KWALIFIKAZZJONIJIET SUPPLIMENTARI RELATATI MA’ L-ILMIJIET MINERALI NATURALI EFFERVEXXENTI F’ras il-għajn u wara l-ibbottiljar, l-ilmijiet minerali naturali effervexxenti jerħu diossidu tal-karbonju spontanjament u b’mod viżibbli b’mod ċar f’kondizzjonijiet normali ta’ temperatura u pressjoni. Dawn jaqgħu fi tliet kategoriji li għalihom id-deskrizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw rispettivament: (a) “ilma minerali naturali kkarbonizzat b’mod naturali” ifisser ilma li l-kontenut ta’ diossidu karboniku tiegħu min-nixxiegħa wara d-dekantazzjoni, jekk dan isir, u wara l-ibbottiljar huwa l-istess bħal f’ras il-għajn, meta wieħed jikkonsidra, fejn jixraq, li terġa’ tiġi introdotta kwantità ta’ diossidu karboniku mill-istess water table jew minn depożitu ekwivalenti għal dak rilaxxat matul dawk l-operazzjonijiet u suġġett għat-tolleranzi tekniċi tas-soltu; (b) “ilma minerali naturali bil-gass min-nixxiegħa” ifisser ilma li l-kontenut tiegħu ta’ diossidu karboniku mill- water table jew depożitu wara li dan jitferra’, jekk dan isir, u l-ibbottiljar huwa aktar minn dak stabbilit f’ras il-għajn; (ċ) “ilma minerali naturali karbonizzat” ifisser ilma li żdiedlu d-diossidu karboniku li ma joriġinax mill- water table jew mid-depożitu minn fejn ikun ġej l-ilma. _____________ ê 80/777/KEE (adattat) ANNESS II KONDIZZJONIJIET GĦALL-ISFRUTTAMENT U T-TQEGĦID FIS-SUQ TA’ ILMA MINERALI NATURALI 1. L-isfruttament ta’ nixxiegħa ta’ ilma minerali naturali għandha tkun suġġetta għall-permess mill-awtorità responsabbli tal-pajjiż minn fejn l-ilma jkun ġie estratt, wara li jkun ġie stabbilit li l-ilma kkonċernat jikkonforma mad-dispożizzjonijiet stabbiliti Ö fit-Taqsima I Õ ta’ l-Anness I. ê 80/777/KEE 2. It-tagħmir għall-isfruttament ta’ l-ilma għandu jkun installat b’tali mod li jevita kull possibbiltà ta’ kontaminazzjoni u li jippreżerva l-kwalitajiet, skond dawk attribwiti lilu, li jkollu l-ilma f’ras il-għajn. Għal dak il-għan, b’mod partikolari: (a) in-nixxiegħa jew l-iżbokk għall-ħruġ ta’ l-ilma għandu jkun protett kontra r-riskji ta’ tniġġis; (b) il-ġbir ta’ l-ilma, il-pajpijiet u l-ġibjuni għandhom ikunu ta’ materjali adatti għall-ilma u mibnija b’tali mod li jipprevienu kull alterazzjoni kimika, fiżjo-kimika jew mikrobijoloġika ta’ l-ilma; (ċ) il-kondizzjonijiet ta’ l-isfruttament, b’mod partikolari il-fabbrika tal-ħasil u ta’ l-ibbottiljar, għandhom jissodisfaw il-kondizzjonijiet ta’ iġjene. B’mod partikolari, il-kontenituri għandhom ikunu ttratati jew iffabrikati b’tali mod li jiġu evitati effetti avversi fuq il-karatteristiċi mikrobijoloġiċi u kimiċi ta’ l-ilma minerali naturali; (d) it-trasport ta’ l-ilma minerali naturali f’kontenituri barra dawk awtorizzati għad-distribuzzjoni għall-konsumatur finali għandu jkun projbit. Madankollu, il-punt (d) jista’ ma jiġix applikat għall-ilmijiet minerali sfruttati u tqegħid fis-suq fit-territorju ta’ Stat Membru, jekk f’dak l-Istat Membru fil-mument tan-notifika ta’ din id-Direttiva, it-trasport ta’ l-ilma minerali naturali ġo tankijiet min-nixxiegħa għall-fabbrika ta’ l-ibbottiljar kien awtorizzat. 3. Fejn jinsab, matul l-isfruttament, li l-ilma minerali naturali huwa kkontaminat u ma jibqax jippreżenta l-karatteristiċi mikrobijoloġiċi preskritti fl-Artikolu 5, il-persuna li tkun qed tisfrutta n-nixxiegħa għandha minn dak il-mument ’il quddiem tissospendi l-operazzjonijiet kollha, b’mod partikolari l-proċess ta’ l-ibbottiljar, sakemm tinqered il-kawża tat-tniġġis u sakemm l-ilma jikkonforma mad-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 5. 4. L-awtorità responsabbli fil-pajjiż ta’ oriġni għandha tagħmel kontrolli perjodiċi biex tara jekk: (a) l-ilma minerali naturali li għalih ġiet awtorizzata l-isfruttament tan-nixxiegħa jikkonformax mat-Taqsima I ta’ l-Anness I; (b) id-dispożizzjonijiet tal-punti 2 u 3 qed jiġu applikati mill-persuna li tkun qed tisfrutta n-nixxiegħa. __________________ ê 80/777/KEE ANNESS III INDIKAZZJONIJIET U KRITERJI STABBILITI FL-ARTIKOLU 9 (2) Indikazzjonijiet | Kriterji | Kontenut minerali baxx | Kontenut ta’ melħ minerali, kkalkulat bħala residwu fiss mhux akbar minn 500 mg/l | Kontenut minerali baxx ħafna | Kontenut ta’ melħ minerali, kkalkulat bħala residwu fiss mhux akbar minn 50 mg/l | Li għandu ħafna melħ minerali | Kontenut ta’ melħ minerali, kkalkulat bħala residwu fiss akbar minn 1 500 mg/l | Fih il-bikarbonat | Kontenut ta’ bikarbonat akbar minn 600 mg/l | Fih is-sulfat | Kontenut ta’ sulfat akbar minn 200 mg/l | Fih il-klorur | Kontenut ta’ klorur akbar minn 200 mg/l | Fih il-kalċju | Kontenut ta’ kalċju akbar minn 150 mg/l | Fih il-manjesju | Kontenut ta’ manjesju akbar minn 50 mg/l | Fih il-fluworidu | Kontenut ta’ floworidu akbar minn 1 mg/l | Fih il-ħadid | Kontenut ta’ ħadid bivalenti akbar minn 1 mg/l | Aċiduż | Kontenut ta’ diossidu karboniku liberu akbar minn 250 mg/l | Fih is-sodju | Kontenut ta’ sodju akbar minn 200 mg/l | Adatt għall-preparazzjoni ta’ l-ikel tat-tfal żgħar | - | Adatt għall-dieta baxxa fis-sodju | Kontenut ta’ sodju inqas minn 20 mg/l | Jista’ jkun purganti | - | Jista’ jkun dijuretiku | - | __________________ é ANNESS IV Parti A Direttiva mħassra flimkien ma’ lista ta' l-emendi suċċessivi tagħha (imsemmija fl-Artikolu 16) Direttiva tal-Kunsill 80/777/KEE (ĠU L 229, 30.8.1980, p. 1) | Direttiva tal-Kunsill 80/1276/KEE (ĠU L 375, 31.12.1980, p. 77) | Artikolu 1, it-tielet inċiż biss | Direttiva tal-Kunsill 85/7/KEE (ĠU L 2, 3.1.1985, p. 22) | Artikolu 1, punt 10 biss | Punt B.1.o ta' l-Anness I għall-Att ta' Adeżjoni ta' l-1985 (ĠU L 302, 15.11.1985, p. 214) | Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 96/70/KE (ĠU L 299, 23.11.1996, p. 26) | Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 1882/2003 (ĠU L 284, 31.10.2003, p. 1) | Anness III, punt 4 biss | Parti B Lista tal-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali (imsemmi fl-Artikolu 16) Direttiva | Limitu ta’ żmien għat-traspożizzjoni | Permess għall-kummerċ fil-prodotti li huma konformi ma’ din id-Direttiva | Projbizzjoni għall-kummerċ fil-prodotti li m’humiex konformi ma’ din id-Direttiva | 80/777/KEE | - | 18 ta’ Lulju 1982 | 18 ta’ Lulju 1984 | 80/1276/KEE | - | - | - | 85/7/KEE | - | - | - | 96/70/KE | - | 28 ta’ Ottubru 1997 | 28 ta’ Ottubru 1998[17] | _____________ ANNESS V Tabella Ta’ Korrelazzjoni Direttiva 80/777/KEE | Din id-Direttiva | Artikolu 1(1) | Artikolu 1(1) | Artikolu 1(2) | Artikolu 1(2) | Artikolu 1(3), l-ewwel u it-tieni inċiż | Artikolu 1(3)(a) u (b) | Artikolu 1(4) | Artikolu 1(4) | Artikolu 1(5) | Artikolu 1(5) | Artikolu 2 | Artikolu 2 | Artikolu 3 | Artikolu 3 | Artikolu 4(1)(a) | Artikolu 4(1), l-ewwel subparagrafu, (a) | Artikolu 4(1)(b), l-ewwel u it-tieni inċiż | Artikolu 4(1), l-ewwel subparagrafu, (b)(i) u (ii) | Artikolu 4(1)(ċ), l-ewwel u it-tieni inċi | Artikolu 4(1), l-ewwel subparagrafu, (ċ)(i) u (ii) | Artikolu 4(1)(d) | Artikolu 4(1), l-ewwel subparagrafu, (d) | - | Artikolu 4(1), it-tieni subparagrafu | Artikolu 4(2) | Artikolu 4(2) | Artikolu 4(3) | Artikolu 4(3) | Artikolu 4(4) | Artikolu 4(1), it-tielet subparagrafu | Artikolu 5(1) | Artikolu 5(1) | Artikolu 5(2) | Artikolu 5(2) | Artikolu 5(3), l-ewwel u it-tieni inċiż | Artikolu 5(3)(a) u (b) | Artikolu 6 | Artikolu 6 | Artikolu 7(1) | Artikolu 7(1) | Artikolu 7(2) | Artikolu 7(2) | Artikolu 7(2a) | Artikolu 7(3) | Artikolu 8 | Artikolu 8 | Artikolu 9(1) | Artikolu 9(1) | Artikolu 9(2)(a), (b) u (ċ) | Artikolu 9(2), l-ewwel, it-tieni u it-tielet subparagrafi | Artikolu 9(3) | Artikolu 9(3) | Artikolu 9(4) | - | Artikolu 9(4a), l-ewwel subparagrafu, l-ewwel sar-raba’ inċiż | Artikolu 9(4), l-ewwel subparagrafu, (a) sa (d) | Artikolu 9(4a), it-tieni subparagrafu | Artikolu 9(4), it-tieni subparagrafu | Artikolu 9(4b) | Artikolu 9(5) | Artikolu 10(1) | Artikolu 10 | Artikolu 10a | Artikolu 11 | Artikolu 11(1), l-ewwel sar-raba’ inċiż | Artikolu 12(a) sa (d) | Artikolu 11(2), l-ewwel u t-tieni inċiż | Artikolu 12(e) u (f) | Artikolu 11a | Artikolu 13 | Artikolu 12 (1) | Artikolu 14 (1) | Artikolu 12(2) | Artikolu 14(2) u (3) | Artikolu 12(3) | - | Artikolu 13 | - | Artikolu 14 | Artikolu 15 | Artikolu 15 | - | Artikolu 16 | - | - | Artikolu 16 | - | Artikolu 17 | Artikolu 17 | Artikolu 18 | Anness I(I)(1) | Anness I(I)(1) | Anness I(I)(2), l-ewwel subparagrafu, (a)(1) sa (4) | Anness I(I)(2), l-ewwel subparagrafu, (a)(i) sa (iv) | Anness I(I)(2), l-ewwel subparagrafu, (b) | Anness I(I)(2), l-ewwel subparagrafu, (b) | Anness I(I)(2), l-ewwel subparagrafu, (ċ) | Anness I(I)(2), l-ewwel subparagrafu, (ċ) | Anness I(I)(2), it-tieni subparagrafu | Anness I(I)(2), it-tieni subparagrafu | Anness I(I)(3) | Anness I(I)(3) | Anness I(II), 1.1 | Anness I(II), 1.1 | Anness I(II), 1.2 | Anness I(II), 1.2 | Anness I(II), 1.3 | Anness I(II), 1.3 | Anness I(II), 1.3.1 | Anness I(II), 1.3.1 | Anness I(II), 1.3.2 | Anness I(II), 1.3.2 | Anness I(II), 1.3.3, (i) u (ii) | Anness I(II), 1.3.3, (a) u (b) | Anness I(II), 1.4 | Anness I(II), 1.4 | Anness I(III) | Anness I(III) | Anness II | Anness II | Anness III | Anness III | - | Anness IV | - | Anness V | _____________ [1] COM(87) 868 PV. [2] Magħmula skond il-Kommunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlamemt Ewropew u l-Kunsill – Kodifikazzjoni ta' l-Acquis Communautaire, COM (2001) 645 finali. [3] Ara l-Anness IV, Parti A għal din il-proposta. [4] ĠU L 184, 17.7.1999, p.23. Deċiżjoni kif emendata mid-Deċiżjoni 2006/512/KE (ĠU L 200, 22.7.2006, p.11). [5] ĠU C 255, 21.10.2006, p. 1. [6] ĠU C [...], [...] p. [...]. [7] ĠU C [...], [...] p. [...]. [8] ĠU C [...], [...] p. [...]. [9] ĠU L 229, 30.8.1980, p. 1. Direttiva kif emendata l-aħħar mir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 1882/2003 (ĠU L 284, 31.10.2003, p. 1). [10] Ara l-Aness IV, Parti A. [11] ĠU L 109, 6.5.2000, p. 29. Direttiva kif emendata l-aħħar mid-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/142/KE (ĠU L 368, 23.12.2006, p. 110). [12] ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23. Deċiżjoni kif emendata mid-Deċiżjoni 2006/512/KE (ĠU L 200, 22.7.2006, p.11). [13] ĠU L 311, 28.11.2001, p. 67. [14] ĠU L 330, 5.12.1998, p. 32. [15] ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1. [16] Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tistabbilixxi l-proċeduri għall-eżerċitar tal-poteri ta' l-implementazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni (ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23). [17] Madankollu kummerċ fi prodotti mqiegħda fis-suq jew ittikkettati qabel din id-data u li ma jikkonformawx ma’ din id-Direttiva jistgħu ikomplu sa kemm il-ħażniet jispiċċaw.