Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52007PC0831

    Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem il-Komunità Ewropea, tal-Ftehim tas-Sajd fin-Nofsinhar ta' l-Oċean Indjan

    /* KUMM/2007/0831 finali - CNS 2007/0285 */

    52007PC0831

    Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem il-Komunità Ewropea, tal-Ftehim tas-Sajd fin-Nofsinhar ta' l-Oċean Indjan /* KUMM/2007/0831 finali - CNS 2007/0285 */


    [pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ |

    Brussel 20.12.2007

    KUMM(2007) 831 finali

    2007/0285 (CNS)

    Proposta għal

    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

    dwar il-konklużjoni, f'isem il-Komunità Ewropea, tal-Ftehim tas-Sajd fin-Nofsinhar ta' l-Oċean Indjan

    (preżentata mill-Kummissjoni)

    MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

    Fl-2000, l-istati tas-sajd tan-Nofsinhar ta’ l-Oċean Indjan flimkien ma’ l-FAO ħadu l-inizjattiva li jwaqqfu organizzazzjoni reġjonali ġdida tas-sajd (Ftehim tas-Sajd fin-Nofsinhar ta' l-Oċean Indjan)

    F’Novembru 2000, il-Kummissjoni rċiviet il-mandat minn għand il-Kunsill biex tipparteċipa fin-negozjati ta’ dan il-Ftehim f’isem il-Komunità.

    Wara ħames Konferenzi Intergovernattivi, (l-aħħar waħda saret f’Mombasa, il-Kenja, f’April 2005) partijiet interessati qablu dwar l-abbozz ta’ Ftehim tas-Sajd. Dan it-test, wara li kien eżaminat minn grupp editorjali, stabbilixxa t-test finali li ġie adottat u mbagħad infetaħ għall-firem waqt Konferenza Diplomatika li saret f’Ruma fis-7 ta’ Lulju 2006.

    Il-Komunità, permezz tal-parteċipazzjoni attiva tagħha fin-negozjati tat-test, żgurat li t-test tal-Ftehim SIOFA juri l-aħħar żviluppi legali internazzjonali fil-leġiżlazzjoni internazzjonali tas-sajd. Din l-RFMO ġdida se tħaddem ir-responsabiltajiet tagħha għall-ħarsien effettiv u l-ġestjoni ta’ speċijiet li Mhumiex Tonn fl-ibħra miftuħa tan-Nofisnhar ta’ l-Oċean Indjan skond il-prinċipji u l-istandards stabbiliti fil-Liġi tal-Baħar.

    Skond l-Artikolu XXIV, il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ disgħin jum mid-data li fiha d-Depożitarju jirċievi r-raba’ strument ta’ ratifika, aċċettazzjoni jew approvazzjoni, bil-kundizzjoni li talanqas tnejn minn dawn l-strumenti jiġu depożitati minn Stati li jmissu maż-Żona.

    Il-Komunità għandha interessi tas-sajd fin-Nofsinhar ta’ l-Oċean Indjan u hija wkoll Stat mal-Kosta f’isem il-Gżira ta’ Reunion. Il-Komunità għalhekk hija obbligata, skond it-termini tal-Konvenzjoni tan-NU dwar il-Liġi tal-Baħar, li tikkoopera ma’ partijiet oħra interessati fil-ġestjoni u l-ħarsien tar-riżorsi tar-reġjun.

    Il-Komunità ffirmat l-Ftehim SIOFA fis-7 ta’ Lulju ta’ l-2006 f'konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 2006/496/KE adottata mill-Kunsill fis-6 ta’ Lulju 2006.

    Għalhekk il-Komunità għandha tikkonkludi l-Ftehim SIOFA sabiex issir membru sħiħ ta’ SIOFA.

    Għalhekk il-Kunsill huwa mistieden jadotta d-Deċiżjoni mehmuża.

    2007/0285 (CNS)

    Proposta għal

    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

    dwar il-konklużjoni, f'isem il-Komunità Ewropea, tal-Ftehim tas-Sajd fin-Nofsinhar ta' l-Oċean Indjan

    IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 37 flimkien ma’ l-ewwel sentenza ta’ l-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 300(2) u l-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 300(3) tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni[1],

    Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew,

    Billi:

    (1) Il-Komunità hija kompetenti sabiex tadotta miżuri għall-ħarsien u l-ġestjoni tar-riżorsi tas-sajd u tikkonkludi ftehimiet ma’ pajjiżi u organizzazzjonijiet internazzjonali oħra.

    (2) Il-Komunità hija Parti Kontraenti fil-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi tal-Baħar, li tirrikjedi li l-membri kollha tal-komunità internazzjonali jikkooperaw fil-ġestjoni u l-ħarsien tar-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar.

    (3) Il-Komunità u l-Istati Membri rratifikaw il-ftehim dwar l-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-liġi tal-Baħar ta’ l-10 ta’ Diċembru 1982, rigward il-Ħarsien u l-Ġestjoni ta’ Stokkijiet ta’ Ħut Transżonali u Stokkijiet ta’ Ħut Migratorju Ħafna.

    (4) Il-Komunità ħadet sehem fil-proċess tan-negozjati għall-Ftehim tas-Sajd fin-Nofsinhar ta' l-Oċean Indjan (SIOFA) mill-bidunett u kellha rwol attiv u kostruttiv f'dak il-proċess, li kkulmina fl-adozzjoni tal-Ftehim waqt il-Konferenza Diplomatika li saret f’Ruma fis-7 ta’ Lulju 2006.

    (5) Il-Ftehim SIOFA nfetaħ għall-firem fis-7 ta’ Lulju 2006 u ġie ffirmat mill-Komunità dakinhar stess, f'konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/496/KE[2].

    (6) Il-flotta Komunitarja tistad fiż-żona li taqa’ taħt il-Ftehim, u huwa fl-interess tal-Komunità li jkollha rwol effettiv fl-implimentazzjoni ta' dak il-Ftehim.

    (7) Il-Ftehim għandu għalhekk jiġi approvat.

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Il-Ftehim tas-Sajd fin-Nofsinhar ta' l-Oċean Indjan (“il-Ftehim”) huwa b’dan approvat f’isem il-Komunità.

    It-test tal-Ftehim huwa mehmuż ma' din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 2

    Il-President tal-Kunsill huwa b’dan awtorizzat li jaħtar lill-persuna/i awtorizzata/i li tiddepożita/jiddepożitaw l-istrument ta’ approvazzjoni mad-Direttur Ġenerali ta’ l-Organizzazzjoni ta’ l-Agrikoltura tan-Nazzjonijiet Uniti, huwa u jaġixxi fil-kapaċità tiegħu ta’ Depożitarju tal-Ftehim skond l-Artikolu XXV tal-Ftehim.

    Magħmul fi Brussell, […]

    Għall-Kunsill

    Il-President

    DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA

    1. ISEM IL-PROPOSTA:

    Il-konklużjoni, f'isem il-Komunità Ewropea, tal-Ftehim tas-Sajd fin-Nofsinhar ta' l-Oċean Indjan (SIOFA)

    2. QAFAS ABM / ABB

    1103: Is-sajd Internazzjonali u l-Liġi tal-Baħar

    3. IL-LINJI TAL-BAĠIT

    3.1. Il-linji tal-Baġit (linji operattivi u linji ta’ assistenza teknika u amministrattiva relatati (ex- linji B..A)) li jinkludu l-intestaturi:

    Il-linja tal-baġit 11 03 02: Kontribuzzjoni lill-Organizzazzjonijiet Internazzjonali

    Il-linja tal-baġit 11 01 04 05: Kontribuzzjoni lill-Organizzazzjonijiet Internazzjonali – Nefqa tal-ġestjoni amministrattiva

    3.2. It-tul ta’ żmien ta’ l-azzjoni u l-impatt finanzjarju:

    Azzjoni mingħajr ebda limiti mid-dħul fis-seħħ tal-Ftehim ‘il quddiem. In-nefqa annwali tiddependi mill-kontribuzzjoni li jeħtieġ li l-Komunità tagħmel lill-baġit ta’ l-Organizzazzjoni kif ġie deċiż fil-Laqgħa Annwali ta’ SIOFA

    3.3. Karatteristiċi tal-baġit:

    Linja tal-baġit | Tip ta’ nfiq | Ġdida | Kontribuzzjoni ta’ l-EFTA | Kontribuzzjonijiet mill-pajjiżi applikanti | Intestatura fil-perspettiva finanzjarja |

    110302 | Obbligatorju/ | Diff[3]/ | LE | LE | LE | Nru 2 |

    4. SOMMARJU TAR-RIŻORSI

    4.1. Riżorsi Finanzjarji

    4.1.1. Sommarju ta’ l-approprjazzjonijiet għall-impenji (AI) u ta’ l-approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet (AĦ)

    EUR miljun (sa 3 ċifri deċimali)

    Tip ta’ nfiq | Taqsima Nru | 2008 | 2009 | 2010 | 2011 | 2012 | n + 5 u wara | Total |

    Infiq operattiv[4] |

    Approprjazzjonijiet għall-Impenji (AI) | 8.1. | a | 0.100 | 0.100 | 0.100 | 0.100 | 0.100 | 0.100 |

    Approprjazzjonijiet għall-Ħlasijiet (AĦ) | b | 0.100 | 0.100 | 0.100 | 0.100 | 0.100 | 0.100 |

    Infiq amministrattiv fi ħdan l-ammont ta’ referenza[5] |

    Assistenza teknika u amministrattiva (AMD) | 8.2.4. | c | 0.050 | 0.050 | 0.050 | 0.050 | 0.050 | 0.050 |

    AMMONT TA’ REFERENZA TOTALI |

    Approprjazzjonijiet għall-Impenji | a+c | 0.150 | 0.150 | 0.150 | 0.150 | 0.150 | 0.150 |

    Approprjazzjonijiet għall-Ħlasijiet | b+c | 0.150 | 0.150 | 0.150 | 0.150 | 0.150 | 0.150 |

    Infiq amministrattiv mhux inkluż fl-ammont ta’ referenza[6] |

    Riżorsi umani u nfiq assoċjat (AMD) | 8.2.5. | d | 0.050 | 0.050 | 0.050 | 0.050 | 0.050 | 0.050 |

    Spejjeż amministrattivi, minbarra riżorsi umani u spejjeż assoċjati, mhux inklużi fl-ammont ta’ referenza (AMD) | 8.2.6. | e | 0.100 | 0.100 | 0.100 | 0.100 | 0.100 | 0.100 |

    Total ta’ l-ispiża indikattiva finanzjarja ta’ l-intervenzjoni |

    TOTAL ta’ AI inkluża l-ispiża ta' Riżorsi Umani | a+c+d+e | 0.300 | 0.300 | 0.300 | 0.300 | 0.300 | 0.300 |

    TOTAL ta’ AĦ inkluża l-ispiża tar-Riżorsi Umani | b+c+d+e | 0.300 | 0.300 | 0.300 | 0.300 | 0.300 | 0.300 |

    Dettalji ta’ kofinanzjament

    Jekk il-proposta tinvolvi kofinanzjament mill-Istati Membri, jew korpi oħra (jekk jogħġbok speċifika liema), għandha tiġi indikata stima tal-livell ta’ dan il-kofinanzjament fit-tabella ta’ hawn taħt (jistgħu jiżdiedu linji addizzjonali jekk huma previsti korpi differenti għad-dispożizzjoni tal-kofinanzjament):

    EUR miljun (sa 3 ċifri deċimali)

    Korp ta' kofinanzjament | Sena n | n + 1 | n + 2 | n + 3 | n + 4 | n + 5 u wara | Total |

    …………………… | f |

    TOTAL ta’ AI inkluż il-kofinanzjament | a+c+d+e+f |

    4.1.2. Kompatibbiltà ma’ l-Ipprogrammar Finanzjarju

    X Il-proposta hija kompatibbli ma’ l-ipprogrammar finanzjarju eżistenti.

    ( Il-proposta se tinvolvi pprogrammar mill-ġdid ta’ l-intestatura rilevanti fil-perspettiva finanzjarja.

    ( Il-proposta tista’ tirrikjedi l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Ftehim Interistituzzjonali[7] (i.e. strument ta’ flessibilità jew reviżjoni tal-perspettiva finanzjarja).

    4.1.3. L-impatt finanzjarju fuq id-Dħul

    X Il-proposta m'għandha l-ebda implikazzjonijiet finanzjarji fuq id-dħul

    ( Il-proposta għandha impatt finanzjarju – l-effett fuq id-dħul huwa kif ġej:

    EUR miljun (sa punt ċifri wieħed)

    Qabel l-azzjoni [Sena n-1] | Is-sitwazzjoni wara l-azzjoni |

    Għadd totali tar-riżorsi umani | 0.4 | 0.4 | 0.4 | 0.4 | 0.4 | 0.4 |

    5. IL-KARATTERISTIĊI U L-GĦANIJIET

    5.1. Il-ħtieġa li għandha tinqeda fil-futur qrib jew imbiegħed

    L-għan ewlieni tad-Deċiżjoni tal-Kunsill huwa li jippermetti li l-KE ssir Membru sħiħ ta' SIOFA, dan huwa neċessarju sabiex tiġi żgurata l-parteċipazzjoni tal-Komunità fil-proċeduri ta’ l-Organizzazzjonijiet li l-għanijiet ewlenin tagħhom huma li jiżguraw il-ħarsien fit-tul u l-użu sostenibbli tar-riżorsi tas-sajd fiż-Zona permezz ta’ kooperazzjoni bejn il-Partijiet Kontraenti u li jippromovu l-iżvilupp sostenibbli tas-sajd fiż-Żona, filwaqt li jikkunsidraw il-bżonnijiet ta’ l-Istati li jmissu maż-Zona li qed jiżviluppaw li huma Partijiet Kontraenti f’dan il-Ftehim, u b’mod partikolari l-anqas żviluppati fosthom u Stati ta’ gżejjer żgħar li qed jiżviluppaw.

    5.2. Il-valur miżjud ta’ l-involviment Komunitarju u l-koerenza tal-proposta ma’ strumenti finanzjarji oħra u s-sinerġija possibbli

    Il-Komunità Ewropea għandha interessi ta’ sajd fin-Nofsinhar ta’ l-Oċean Indjan u hija wkoll Stat mal-kosta f’isem il-Gżira ta’ Reunion. Għalhekk il-Komunità hija obbligata, skond it-termini tal-Konvenzjoni tan-NU dwar il-Liġi tal-Baħar, li tikkoopera ma’ partijiet oħra interessati fil-ġestjoni u l-ħarsien tar-riżorsi tar-reġjun.

    Il-Komunità ffirmat il-Ftehim SIOFA fis-7 ta’ Lulju 2006, f'konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 2006/496/KE adottata mill-Kunsill fis-6 ta’ Lulju 2006.

    Għalhekk il-Komunità għandha tikkonkludi l-Ftehim SIOFA sabiex issir membru sħiħ ta’ SIOFA.

    5.3. L-għanijiet, ir-riżultati mistennija u l-indikaturi relatati mal-proposta fil-kuntest tal-qafas ABM

    Fir-rigward ta’ kwistjonijiet internazzjonali tal-baħar, il-Komunità se jibqa’ jkollha rwol ewlieni sabiex tkabbar u ttejjeb oqfsa legali internazzjonali u ssaħħaħ il-kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi u istituzzjonijiet, bil-għan li tippromwovi sajd sostenibbli, iżżomm il-bijodiversità tal-baħar u l-implimentazzjoni tal-Liġi tal-Baħar (LOS). Għalhekk, il-Komunità se tikkontribwixxi għal ħidma aħjar ta' l-Organizzazzjonijiet Reġjonali tas-Sajd (RFOs) u tinkoraġġixxi t-twaqqif ta’ RFOs li jkopru żoni ta’ ibħra miftuħa li għadhom mhux soġġetti għal regolamentazzjoni multilaterali. Kontroll aħjar ta’ kwistjonijiet dwar l-oċean jista’ jintlaħaq permezz ta’ impenn akbar mill-Komunità sabiex tiżviluppa l-Liġi tal-Baħar.

    Fil-kuntest ta’ SIOFA dan l-għan jintlaħaq permezz ta’ negozjati multilaterali waqt laqgħat internazzjonali fejn l-adozzjoni ta’ rakkomandazzjonijiet għal miżuri ta’ Ħarsien u Ġestjoni li jorbtu, l-adozzjoni ta’ rakkomandazzjonijiet dwar it-twaqqif ta’ miżuri tekniċi li jirregolaw l-attivitajiet tas-sajd, fil-qasam ta’ kompetenza ta’ SIOFA, jiġu diskussi u possibilment jiġu miftiehma.

    5.4. Metodu ta’ Implimentazzjoni (indikattiv)

    ( Ġestjoni Ċentralizzata

    X direttament mill-Kummissjoni

    ( indirettament b’delegazzjoni lil:

    ( Aġenziji eżekuttivi

    ( korpi mwaqqfa mill-Komunitajiet hekk kif imsemmija fl-Artikolu 185 tar-Regolament Finanzjarju

    ( korpi fis-settur pubbliku nazzjonali/korpi b’missjoni fis-servizz pubbliku

    ( Ġestjoni mqassma jew iddeċentralizzata

    ( ma’ stati Membri

    ( ma’ pajjiżi Terzi

    ( Ġestjoni flimkien ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali (jekk jogħġbok speċifika)

    Kummenti rilevanti:

    6. IL-MONITORAĠĠ U L-EVALWAZZJONI

    6.1. Is-sistema ta’ monitoraġġ

    Kull sena, meta l-baġit ta’ l-Organizzazzjoni jiġi adottat, il-Kumissjoni tista’ teżamina, tivverifika u tikkummenta fuq l-abbozz ta’ baġit ippreżentat mis-Segretarjat SIOFA. L-eżekuzzjoni ta’ dawn il-baġits hija wkoll miflija kull sena mill-Partijiet Kontraenti. Il-baġit għandu jiġu adottat bil-kunsens tal-Partijiet Kontraenti.

    6.2. L-evalwazzjoni

    6.2.1. L-evalwazzjoni ex-ante

    Il-parteċipazzjoni tal-Komunità f’SIOFA hija essenzjali sabiex tiżgura li l-KE tista’ tikkoopera b’mod attiv ma’ Membri oħra ta’ SIOFA sabiex tamministra b’mod sostenibbli l-istokkijiet tas-sajd fil-qasam ta’ kompetenza ta’ SIOFA.

    Din l-azzjoni se tiġi implimentata permezz tal-parteċipazzjoni tal-KE fil-laqgħat plenarji kif ukoll fil-gruppi ta’ ħidma ta’ SOFIA.

    Dan huwa l-għan ewlieni fuq tul ta’ żmien tal-KE f’dan il-kuntest, filwaqt li r-riżultati mistennija permezz ta’ l-azzjoni tal-KE fi ħdan SOFIA huma l-adozzjoni tar-rakkomandazzjonijiet dwar il-miżuri ta’ ħarsien, kif ukoll miżura tal-monitoraġġ u s-sorveljanza ta’ l-attivitajiet tas-sajd.

    6.2.2. Il-miżuri li ttieħdu wara evalwazzjoni intermedja/’ex-post’ (tagħlimiet minn esperjenzi simili fil-passat)

    Mhux applikabbli – Proposta ġdida.

    6.2.3. It-termini u l-frekwenza ta’ l-evalwazzjoni futura

    Ir-riżultati ta’ l-attivitajiet SIOFA se jkunu soġġetti għal azzjoni ta' Eżami tal-Ħidma ta’ l-Organizzazzjoni kull 3-5 snin, sabiex tkun evalwata l-funzjoni ġenerali minn aspett finanzjarju, amministrattiv u ta’ ġestjoni tas-sajd, li tevalwa notevolment ir-rakkomandazzjonijiet li ġew adottati fuq il-perjodu ta’ 3/5 snin u l-impatt tagħhom fuq l-istokkijiet tas-sajd fil-qasam tal-kompetenza tagħha.

    7. IL-MIżURI KONTRA L-FRODI

    Il-Kummissjoni Ewropea tinnegozja klawżoli ta’ verifika ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali fejn tidħol l-implimentazzjoni ta’ ċerti skemi/proġetti ffinanzjati in parti mill-Komunità Ewropea. Dawn il-klawżoli jippermettu li l-Kummissjoni tivverifika l-implimentazzjoni ta’ l-operazzjonijiet li għalihom qed tipprovdi ffinanzjar in parti permezz taż-żewġ kontrolli dokumentati.

    8. ID-DETTALJI TAR-RIŻORSI

    8.1. L-għanijiet tal-proposta f’termini ta’ l-ispejjeż finanzjarji tagħhom

    Approprjazzjonijiet għall-impenji f’EUR miljun (sa 3 ċifri deċimali)

    Sena n | Sena n+1 | Sena n+2 | Sena n+3 | Sena n+4 | Sena n+5 |

    Uffiċjali jew persunal temporanju[10] (XX 01 01) | A*/AD | 0.2 | 0.2 | 0.2 | 0.2 | 0.2 | 0.2 |

    B*, C*/AST | 0.1 0.1 | 0.1 0.1 | 0.1 0.1 | 0.1 0.1 | 0.1 0.1 | 0.1 0.1 |

    Persunal iffinanzjat[11] skond l-Artikolu XX 01 02 |

    Persunal ieħor[12] iffinanzjat skond l-Artikolu XX 01 04/05 |

    TOTAL | 0.4 | 0.4 | 0.4 | 0.4 | 0.4 | 0.4 |

    8.2.2. Deskrizzjoni ta’ ħidmiet li joriġinaw mill-azzjoni

    Dawn ir-riżorsi umani jkopru l-unità kollha responsabbli mill-arranġamenti internazzjonali u reġjonali tas-sajd

    8.2.3. Sorsi ta’ riżorsi umani (statutarji)

    X Karigi attwalment allokati għall-ġestjoni tal-programm li se jinbidlu jew se jittawlu

    ( Karigi allokati minn qabel fi ħdan l-eżerċizzju APS/PDB għas-sena n

    ( Karigi li se jintalbu fil-proċedura APS/PDB li jmiss

    ( Karigi li jridu jitqassmu mill-ġdid permezz ta’ riżorsi eżistenti fi ħdan is-servizz ta’ ġestjoni (tqassim mill-ġdid intern)

    ( Karigi meħtieġa għas-sena n iżda mhux previsti għall-eżerċizzju APS/PDB tas-sena kkonċernata

    8.2.4.

    Infiq Amministrattiv Ieħor inkluż fl-ammont ta’ referenza (XX 01 04/05 – Infiq f’ġestjoni amministrattiva)

    EUR miljun (sa 3 ċifri deċimali)

    Linja tal-baġit (in-numru u l-intestatura) | Sena n | Sena n+1 | Sena n+2 | Sena n+3 | Sena n+4 | Sena n+5 u wara | TOTAL |

    Għajnuna teknika u amministrattiva oħra |

    - intra muros |

    - extra muros | 0.050 | 0.050 | 0.050 | 0.050 | 0.050 | 0.050 |

    Għajnuna teknika u amministrattiva totali | 0.050 | 0.050 | 0.050 | 0.050 | 0.050 | 0.050 |

    8.2.5. L-ispiża finanzjarja tar-riżorsi umani u l-ispejjeż assoċjati mhumiex inklużi fl-ammont ta’ referenza

    EUR miljun (sa 3 ċifri deċimali)

    Tipi ta’ riżorsi umani | Sena n | Sena n+1 | Sena n+2 | Sena n+3 | Sena n+4 | Sena n+5 u wara |

    Uffiċjali u persunal temporanju (XX 01 01) | 0.050 | 0.050 | 0.050 | 0.050 | 0.050 | 0.050 |

    Persunal iffinanzjat skond l-Artikolu XX 01 02 (awżiljarji, END, persunal b'kuntratt, eċċ.) (speċifika l-linja tal-baġit) |

    L-ispiża totali tar-Riżorsi Umani u l-ispejjeż assoċjati (MHUMIEX fl-ammont ta’ referenza) | 0.050 | 0.050 | 0.050 | 0.050 | 0.050 | 0.050 |

    Kalkolu – Uffiċjali u Aġenti temporanji |

    2*A (2x 117,000 €) 1*B (1x 117,000 €) 0.050 miljun € 1*C (1x 117,000 €) |

    Kalkolu - Persunal iffinanzjat skond l-Artikolu XX 01 02 |

    Għandha ssir referenza għall-Punt 8.2.1, jekk applikabbli |

    8.2.6. Infiq amministrattiv ieħor mhux inkluż fl-ammont ta’ referenza

    EUR miljun (sa 3 ċifri deċimali) |

    Sena n | Sena n+1 | Sena n+2 | Sena n+3 | Sena n+4 | Sena n+5 u wara | TOTAL |

    XX 01 02 11 01 – Missjonijiet | 0.100 | 0.100 | 0.100 | 0.100 | 0.100 | 0.100 |

    XX 01 02 11 02 – Laqgħat u Konferenzi |

    XX 01 02 11 03 – Kumitati[14] |

    XX 01 02 11 04 – Studji u konsultazzjonijiet |

    XX 01 02 11 05 – Sistemi ta' informatika |

    2 Total ta’ Nfiq Ieħor ta’ Ġestjoni (XX 01 02 11) |

    3 Infiq ieħor ta’ natura amministrattiva (speċifika billi tinkludi referenza għal-linja tal-baġit) |

    Infiq Amministrattiv Totali, minbarra r-riżorsi umani u l-ispejjeż assoċjati (MHUX inkluż fl-ammont ta’ referenza) | 0.100 | 0.100 | 0.100 | 0.100 | 0.100 | 0.100 |

    Kalkolu – Infiq amministrattiv ieħor li mhux inkluż fl-ammont ta’ referenza |

    [1] ĠU C […], […], p. […].

    [2] ĠU L 196, 18.7.1992, p. 14.

    [3] Approprjazzjonijiet differenzjati

    [4] Infiq mhux inkluż fil-Kapitolu XX 01 tat-Titolu xx konċernat.

    [5] Infiq fi ħdan l-Artikolu xx 01 04 tat-Titolu xx.

    [6] Infiq skond il-Kapitolu xx 01 minbarra l-Artikoli xx 01 04 jew xx 01 05.

    [7] Ara l-punti 19 u 24 tal-ftehim Interistituzzjonali.

    [8] Jekk meħtieġa għandhom jiġu miżjuda kolonni addizzjonali i.e. jekk id-dewmien ta' l-azzjoni jaqbeż 6 snin

    [9] Kif deskritt fit-Taqsima 5.3

    [10] L-ispiża tagħhom MHIX koperta bl-ammont ta’ referenza

    [11] L-ispiża tagħhom MHIX koperta bl-ammont ta’ referenza

    [12] L-ispiża tagħhom hija inkluża fl-ammont ta’ referenza

    [13] Għandha ssir referenza għar-rapport leġiżlattiv finanzjarju speċifiku għall-Aġenzija(i) Eżekuttiva(i) kkonċernata(i).

    [14] Speċifika t-tip ta’ kumitat u ma’ liema-grupp qiegħed.

    Top