Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52007PC0824

Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jadatta d-deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE, hekk kif emendata bid-Deċiżjoni 2006/512/KE, ta’ ċerti atti suġġetti għall-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat, b’rabta mal-proċedura regolatorja bi skrutinju - It-Tieni Parti - Adattament tal-proċedura regolatorja bi skrutinju

/* KUMM/2007/0824 finali - COD 2007/0293 */

52007PC0824

Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jadatta d-deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE, hekk kif emendata bid-Deċiżjoni 2006/512/KE, ta’ ċerti atti suġġetti għall-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat, b’rabta mal-proċedura regolatorja bi skrutinju - It-Tieni Parti - Adattament tal-proċedura regolatorja bi skrutinju /* KUMM/2007/0824 finali - COD 2007/0293 */


[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ |

Brussel 19.12.2007

KUMM(2007) 824 finali

2007/0293 (COD)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li jadatta d-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE, hekk kif emendata bid-Deċiżjoni 2006/512/KE, ta’ ċerti atti suġġetti għall-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat, b’rabta mal-proċedura regolatorja bi skrutinju Adattament tal-proċedura regolatorja bi skrutinju It-Tieni Parti

(preżentata mill-Kummissjoni)

WERREJ

ANNESS 8

1. Għajnuna Umanitarja 8

1.1. Ir-Regolament tal-Kunsill 1257/96 ta’ l-20 ta’ Ġunju 1996 rigward l-għajnuna umanitarja 8

2. Intrapriża 9

2.1. Id-Direttiva tal-Kunsill 75/324/KEE ta’ l-20 ta’ Mejju 1975 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri relatati ma’ l-aerosol dispensers 9

2.2. Id-Direttiva tal-Kunsill 93/15/KEE tal-5 ta’ April 1993 dwar l-armonizzazzjoni tad-dispożizzjonijiet dwar id-dħul fis-suq u s-superviżjoni ta’ splussivi għall-użu ċivili 10

2.3. Id-Direttiva 2000/14/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Mejju 2000 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri dwar emissjoni tal-ħoss fl-ambjent minn tagħmir għall-użu ta’ barra 11

2.4. Ir-Regolament (KE) Nru 2003/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ottubru 2003 dwar il-fertilizzanti 12

2.5. Id-Direttiva 2004/9/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Frar 2004 dwar l-ispezzjoni u verifika ta’ prassi tajba ta’ laboratorji (GLP) (Verżjoni kodifikata) 13

2.6. Id-Direttiva 2004/10/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Frar 2004 dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi li għandhom x’jaqsmu ma’ l-applikazzjoni tal-prinċipji ta’ prattika tajba tal-laboratorju u l-verifikazzjoni ta’ l-applikazzjonijiet tagħhom għal provi fuq sustanzi kimiċi (verżjoni kodifikata) 14

2.7. Ir-Regolament (KE) Nru 273/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Frar 2004 dwar prekursuri tad-droga 15

2.8. Ir-Regolament (KE) Nru 648/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Marzu 2004 dwar id-deterġenti 16

2.9. Ir-Regolament (KE) Nru 726/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Marzu 2004 li jistabbilixxi proċeduri Komunitarji għall-awtorizzazzjoni u s-sorveljanza ta’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem u veterinarju u li jistabbilixxi l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini 18

3. Ambjent 21

3.1. Id-Direttiva tal-Kunsill 82/883/KEE tat-3 ta’ Diċembru 1982 fuq il-proċeduri ta’ sorveljanza u monitoraġġ ta’ ambjenti milquta mill-iskart ta’ l-industrija tad-dijossidu ta’ titanju 21

3.2. Id-Direttiva tal-Kunsill 86/278/KEE tat-12 ta’ Ġunju 1986 dwar il-protezzjoni ta’ l-ambjent, u b’mod partikolari tal-ħamrija, meta l-ħama tad-drenaġġ jintuża fl-agrikoltura 21

3.3. Id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 94/62/KE ta’ l-20 ta’ Diċembru 1994 dwar l-imballaġġ u l-iskart mill-imballaġġ 22

3.4. Id-Direttiva tal-Kunsill 1999/32/KE tas-26 ta’ April 1999 dwar it-tnaqqis tal-kontenut tal-kubrit f’ċerti karburanti likwidi u li temenda d-Direttiva 93/12/KEE 24

3.5. Id-Direttiva 2001/81/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2001 dwar il-livelli nazzjonali massimi ta’ l-emissjonijiet ta’ ċerti inkwinanti atmosferiċi 25

3.6. Id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ottubru 2003 li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Komunità u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 96/61/KE 25

3.7. Ir-Regolament (KE) Nru 850/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar pollutanti organiċi persistenti u li jemenda d-Direttiva 79/117/KEE 28

3.8. Id-Direttiva 2004/107/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Diċembru 2004 dwar l-arseniku, il-kadmju, il-merkurju, in-nikil u l-idrokarboni aromatiċi poliċikliċi fl-arja ambjentali 30

3.9. Ir-Regolament (KE) Nru 1013/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ l-14 ta’ Ġunju 2006 dwar il-vjeġġi ta’ skart 31

4. Il-Eurostat 34

4.1. Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3924/91 tad-19 ta’ Diċembru 1991 dwar it-twaqqif ta’ stħarriġ fil-Komunità dwar il-produzzjoni industrijali 34

4.2. Id-Direttiva 96/16/KE tal-Kunsill tad-19 ta’ Marzu 1996 fuq stħarriġ statistiku tal-ħalib u prodotti tal-ħalib 36

4.3. Id-Direttiva 2001/109/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Diċembru 2001 dwar l-istħarriġ statistiku li għandu jitwettaq mill-Istati Membri sabiex jiġi ddeterminat il-potenzjal tal-produzzjoni ta’ pjantazzjonijiet ta’ xi speċje ta’ siġar tal-frott 37

4.4. Ir-Regolament (KE) Nru 91/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2002 dwar l-statistika tat-trasport bil-ferrovija 39

4.5. Ir-Regolament (KE) Nru 437/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Frar 2003 dwar il-prospetti ta’ l-istatistika rigward it-trasport tal-passiġġieri, l-merkanzija u l-posta bl-ajru 41

4.6. Ir-Regolament (KE) Nru 48/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Diċembru dwar il-produzzjoni ta’ statistika Komunitarja annwali rigward l-industrija ta’ l-azzar għas-snin ta’ referenza 2003-2009 43

5. Is-Suq Intern 44

5.1. Id-Direttiva 2004/25/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ April 2004 fuq offerti ta’ xiri 44

6. Is-Saħħa u l-Protezzjoni tal-Konsumaturi 45

6.1. Id-direttiva tal-Kunsill 79/373/KEE tat-2 ta’ April 1979 dwar iċ-ċirkulazzjoni ta’ għalf kompost 45

6.2. Id-Direttiva tal-Kunsill 82/471/KEE tat-30 ta’ Ġunju 1982 li tikkonċerna ċerti prodotti użati fin-nutrizzjoni ta’ l-annimali 46

6.3. Id-Direttiva tal-Kunsill 96/25/KE tad-29 ta’ April 1996 dwar iċ-ċirkulazzjoni u l-użu ta’ materjali ta’ l-għalf, li temenda d-Direttivi 70/524/KEE, 74/63/KEE, 82/471/KEE u 93/74/KEE u tħassar id-Direttiva 77/101/KEE 47

6.4. Id-Direttiva 2002/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Mejju 2002 dwar sustanzi mhux mixtieqa fl-għalf ta’ l-annimali 49

6.5. Ir-Regolament (KE) Nru 998/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Mejju 2003 dwar il-ħtiġijiet rigward is-saħħa ta’ l-annimali li japplikaw għall-moviment mhux kummerċjali tal-pets u li jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE. 50

6.6. Id-Direttiva 2003/99/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Novembru 2003 rigward il-monitoraġġ ta’ żoonosi u ta’ l-aġenti żoonotiċi, li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 90/424/KEE u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 92/117/KEE 52

6.7. Regolament (KE) Nru 852/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar l-iġjene tal-prodotti ta’ l-ikel 53

6.8. Ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 li jistabbilixxi ċerti regoli speċifiċi ta’ iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali 55

6.9. Ir-Regolament (KE) Nru 854/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 li jippreskrivi regoli speċifiċi għall-organizzazzjoni ta' kontrolli uffiċjali fuq prodotti li joriġinaw mill-annimali maħsuba għall-konsum uman 56

6.10. 6.10. Ir-Regolament (KE) Nru 183/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Jannar 2005 li jistabilixxi l-ħtiġijiet għall-iġjene ta' l-għalf 57

7. Enerġija u Trasport 59

7.1. Ir-Regolament (KEE) Nru 3821/85 tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 1985 dwar l-apparat ta’ reġistrazzjoni għat-trasport bit-triq 59

7.2. Id-Direttiva 97/70/KE tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 1997 li tistabbilixxi reġim armonizzat ta’ sigurtà għall-bastimenti tas-sajd ta’ tul ta’ 24 metru jew aktar 60

7.3. Id-Direttiva tal-Kunsill 1999/35/KE tad-29 ta’ April 1999 dwar sistema ta’ stħarriġ obbligatorju għall-operazzjoni bla perikolu ta’ laneċ ro-ro regolari u servizzi ta’ l-inġenji tal-baħar ta’veloċità kbira għall-passiġġieri 61

7.4. Ir-Regolament (KE) Nru 417/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Frar 2002 dwar id-dħul gradwali aċċellerat ta’ ħtiġijiet ta’ buq doppju jew ta’ disinn ekwivalenti għal tankers taż-żejt b’buq wieħed u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2978/94 62

7.5. Ir-Regolament (KE) Nru 782/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ l-14 ta’ April 2003 dwar il-projbizzjoni tal-komposti ta’ l-organotin fuq il-bastimenti 64

7.6. Id-Direttiva 2004/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Frar 2004 fuq il-promozzjoni ta’ koġenerazzjoni bbażata fuq id-domanda għal sħana utli fis-suq intern ta’ l-enerġija u li temenda d-Direttiva 92/42/KEE 65

7.7. Id-Direttiva 2004/52/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar l-interoperabilità tas-sistemi elettroniċi dwar taxxi tat-toroq fil-Komunità 67

7.8. Ir-Regolament (KE) Nru 725/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Marzu 2004 dwar it-titjib fis-sigurtà fuq il-bastimenti u fil-portijiet 68

7.9. Ir-Regolament (KE) Nru 789/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ April 2004 dwar it-trasferiment tal-bastimenti tat-tagħbija u tal-passiġġieri bejn ir-reġistri ġewwa l-Komunità u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 613/91 69

7.10. Id-Direttiva 2005/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Settembru 2005 dwar is-Servizzi Armonizzati ta’ Informazzjoni tax-Xmajjar (RIS) f’passaġġi fuq l-ilma interni fil-Komunità 70

7.11. Id-Direttiva 2005/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ottubru 2005 dwar it-titjib tas-sigurtà fil-portijiet 72

Indiċi kronoloġiku 73

2007/0293 (COD)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li jadatta d-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE, hekk kif emendata bid-Deċiżjoni 2006/512/KE, ta’ ċerti atti suġġetti għall-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat, b’rabta mal-proċedura regolatorja bi skrutinju Adattament tal-proċedura regolatorja bi skrutinju It-Tieni Parti

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 37, 44, paragrafu 1, l-Artikoli 71, 80 paragrafu 2, l-Artikoli 95, 152, paragrafu 4, punt b), l-Artikolu 175, paragrafu 1 u l-Artikoli 179 u 285 tiegħu

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni[1],

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew[2],

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew[3],

Wara li kkonsultaw il-Kumitat tar-Reġjuni,

Filwaqt li jaġixxu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat[4],

Billi:

(1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 li tistabbilixxi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta’ l-implimentazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni[5] ġiet emendata bid-Deċiżjoni 2006/512/KE, li introduċiet il-proċedura regolatorja bi skrutinju għall-miżuri ta’ ambitu ġenerali maħsuba biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ strument adottat skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 251 tat-Trattat, inter alia billi jitneħħew uħud minn dawn l-elementi jew billi l-istrument jiġi ssupplementat biż-żieda ta’ elementi ġodda mhux essenzjali.

(2) F’konformità mad-dikjarazzjoni konġunta tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni[6] dwar id-Deċiżjoni 2006/512/KE, sabiex din il-proċedura l-ġdida tkun tapplika għall-atti li huma diġà fis-seħħ u li kienu adottati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 251 tat-Trattat, dawn għandhom jiġu adattati skond il-proċeduri applikabbli.

(3) L-emendi li għandhom isiru fl-atti għal dan l-iskop jikkonċernaw biss il-proċeduri tal-kumitat u għalhekk ma hemmx bżonn ta’ traspożizzjoni mill-Istati Membri fil-każ tad-direttivi.

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-atti li l-lista tagħhom tinsab fl-Anness huma adattati, skond l-imsemmi Anness, għad-Deċiżjoni 1999/468/KE, hekk kif emendata bid-Deċiżjoni 2006/512/KE.

Artikolu 2

Ir-referenzi magħmula għad-dispożizzjonijiet ta’ l-atti li jinsabu fl-Anness għandhom jitqiesu bħala referenzi għal dawn id-dispożizzjonijiet hekk kif adattati minn dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-

Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill

Il-President Il-President

ANNESS

1. GħAJNUNA UMANITARJA

1.1. Ir-Regolament tal-Kunsill 1257/96 ta’ l-20 ta’ Ġunju 1996 rigward l-għajnuna umanitarja[7]

Fir-rigward ta’ l-Artikolu 15 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1257/96, għandha tingħata setgħa lill-Kummissjoni b’mod partikolari biex tadotta Regolamenti ta’ implimentazzjoni għal dak ir-Regolament. Billi dawk il-miżuri huma ta’ ambitu ġenerali u maħsuba biex jissupplimentaw ir-Regolament (KE) Nru 1257/96 biż-żieda ta’ elementi mhux essenzjali ġodda, huma għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju kif stipulat fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

Għal din ir-raġuni, ir-Regolament (KE) Nru 1257/96 huwa emendat kif ġej:

(1) Fl-Artikolu 13, ir-raba’ paragrafu jiġi mibdul b’dan li ġej:

“Id-deċiżjonijiet biex jitkomplew il-ħidmiet adottati mill-proċedura ta’ urġenza għandhom jittieħdu mill-Kummissjoni, waqt li din tkun taġixxi skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 17(2) u fil-limiti stabbiliti fit-tieni paragrafu ta’ l-Artikolu 15(2).”

(2) L-Artikolu 15 huwa mibdul bit-test li ġej:

“Artikolu 15

1. Il-Kummissjoni għandha tadotta r-Regolamenti li jimplimentaw dan ir-Regolament. Dik il-miżura maħsuba biex temenda dan ir-Regolament billi tissupplimentah għandha tkun adottata skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju kif stipulat fl-Artikolu 17(4).

2. Waqt li tkun taġixxi skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 17(3), il-Kummissjoni għandha:

- tiddeċiedi dwar il-finanzjament Komunitarju tal-ħidmiet ta’ protezzjoni ta’ l-għajnuna umanitarja msemmija fl-Artikolu 2(c),

- tiddeċiedi li tieħu azzjoni diretta tal-Kummissjoni jew tiffinanzja azzjoni mill-aġenziji speċjalizzati ta’ l-Istati Membri.

3. Waqt li tkun taġixxi skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 17(2), il-Kummissjoni għandha:

- tapprova pjani globali maħsuba biex jipprovdu qafas koerenti għall- azzjoni fil-pajjiż jew ir-reġjun li jkun fejn l-iskala u l-kumplessità tal-kriżi umanitarja hija tali li tidher li aktarx li sa tissokta, u l-estimi għal dawk il-pjani. F’dan il-kuntest, il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jeżaminaw il-prijoritajiet li għandhom jiġu stabbiliti biex jiġu implimentati dawn il-pjani globali,

- tiddeċiedi dwar il-proġetti li jiskorru iż-2 miljun ECU, bla ħsara għall-Artikolu 13.”

(3) L-Artikolu 17 huwa mibdul bit-test li ġej:

“Artikolu 17

1. Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna minn Kumitat.

2. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 4 u 7 tad-deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.

L-iskadenza stabbilita fl-Artikolu 4(3) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandha tkun ta' xahar.

3. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5 u 7 tad-deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.

L-iskadenza stabbilita fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandha tkun ta' xahar.

4. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5a(1) sa (4), u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 8 tagħha.”

2. INTRAPRIżA

2.1. Id-Direttiva tal-Kunsill 75/324/KEE ta’ l-20 ta’ Mejju 1975 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri relatati ma’ l-aerosol dispensers[8]

Fir-rigward tad-Direttiva 75/324/KEE, għandha tingħata setgħa lill-Kummissjoni b’mod partikolari biex tadotta l-adattamenti tekniċi neċessarji għal dik id-Direttiva u l-emendi meħtieġa biex l-Anness ikun adatt għall-progress tekniku. Billi dawk il-miżuri huma ta’ ambitu ġenerali u huma maħsuba biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali tad-Direttiva 93/15/KEE, huma għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju kif stipulat fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

Għal din ir-raġuni, id-Direttiva 75/324/KEE tiġi emendata hekk kif ġej:

(1) L-Artikolu 5 huwa mibdul bit-test li ġej:

“Artikolu 5

Il-Kummissjoni għandha tadotta l-emendi meħtieġa biex tadatta l-Anness ta’ din id-Direttiva għall-progress tekniku. Dawk il-miżuri maħsuba biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 7(2)”.

(2) L-Artikolu 7 huwa emendat hekk kif ġej:

(a) Il-paragrafu 2 huwa mibdul bit-test li ġej:

“2. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5a(1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni Nru 1999/468/KE, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 8 tiegħu”.

(b) Jitneħħa l-paragrafu 3.

(3) Fl-Artikolu 10, il-paragrafu 3 jiġi mibdul b’dan li ġej:

“3. Il-Kummissjoni tista’ tadotta adattamenti tekniċi neċessarji ta’ din id-Direttiva. Dawk il-miżuri maħsuba biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju kif stipulat fl-Artikolu 7(2).

F’dak il-każ, l-Istat Membru li jkun adotta miżuri ta’ salvagwardja jista’ jżommhom sakemm l-adattamenti jidħlu fis-seħħ.”

2.2. Id-Direttiva tal-Kunsill 93/15/KEE tal-5 ta’ April 1993 dwar l-armonizzazzjoni tad-dispożizzjonijiet dwar id-dħul fis-suq u s-superviżjoni ta’ splussivi għall-użu ċivili[9]

Fir-rigward tad-Direttiva 93/15/KEE, għandha tingħata setgħa lill-Kummissjoni b’mod partikolari biex tadotta d-Direttiva biex titqies kwalunkwe emenda futura tar-rakkomandazzjonijiet tan-Nazzjonijiet Uniti u biex tistabbilixxi l-kundizzjonijiet għall-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 14, it-tieni paragrafu. Billi dawk il-miżuri huma ta’ ambitu ġenerali u huma maħsuba biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali tad-Direttiva 93/15/KEE, huma għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju kif stipulat fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

Għal din ir-raġuni, id-Direttiva 93/15/KEE tiġi emendata hekk kif ġej:

(1) L-Artikolu 13 huwa mibdul bit-test li ġej:

“Artikolu 13

1. Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna minn kumitat.

2. Il-kumitat għandu jeżamina kwalunkwe materja li tikkonċerna l-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva.

3. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 4 u 7 tad-deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.

4. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5a(1) sa (4), u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 8 tagħha.

5. Il-Kummissjoni għandha tadotta, skond il-proċedura msemmija fil-paragrafu 3, miżuri ta’ implimentazzjoni partikolarment biex titqies kwalunkwe emenda futura tar-rakkomandazzjonijiet tan-Nazzjonijiet Uniti.”

(2) It-tieni paragrafu ta’ l-Artikolu 14 jiġi mibdul b’dan li ġej:

“L-Istati Membri għandhom jaċċertaw jekk impriżi bħal dawn ikollhom sistemi sabiex jagħtu kont ta’ l-isplussivi b’dak il-mod li dawk li jkollhom xi splussivi jkunu jistgħu jiġu identifikati f’kull żmien. Il-Kummissjoni tista’ tadotta miżuri li jistabbilixxu l-kundizzjonijiet għall-applikazzjoni ta’ dan is-subparagrafu. Dawk il-miżuri, maħsuba biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva billi jissupplimentawha għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju kif stipulat fl-Artikolu 13(4).”

2.3. Id-Direttiva 2000/14/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Mejju 2000 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri dwar emissjoni tal-ħoss fl-ambjent minn tagħmir għall-użu ta’ barra[10]

Fir-rigward tad-Direttiva 2000/14/KE, għandha tingħata setgħa lill-Kummissjoni b’mod partikolari biex tistabbilixxi l-kundizzjonijiet li taħthom l-emendi neċessarji għandhom jiġu adottati, fid-dawl ta’ l-adattament għall-progress tekniku. Billi dawk il-miżuri huma ta’ ambitu ġenerali u huma maħsuba biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali tad-Direttiva 93/15/KEE, huma għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju kif stipulat fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

Għal din ir-raġuni, id-Direttiva 2000/14/KE tiġi emendata hekk kif ġej:

(1) L-Artikolu 18 huwa emendat hekk kif ġej:

(a) il-paragrafu 2 jiġi mibdul b’dan li ġej:

“2. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5a(1) sa (4), u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 8 tagħha.”

(b) il-paragrafu 3 jitħassar.

(2) Jiżdied l-Artikolu 18a li ġej:

“Artikolu 18a

Il-Kummissjoni għandha tadotta miżuri ta’ implimentazzjoni biex ikun hemm adattament għall-progress tekniku ta’ l-Anness III, sakemm ma jkollhomx xi impatt dirett fuq il-livell imkejjel tal-qawwa tal-ħoss ta’ l-apparat elenkat fl-Artikolu 12, b’mod partikolari permezz ta’ l-inklużjoni ta’ referenzi għall-istandards rilevanti Ewropej.

Dawk il-miżuri, maħsuba biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju kif stipulat fl-Artikolu 18(2).”

(3) Fl-Artikolu 19, il-punt(b) jiġi mibdul b’dan li ġej:

“(b) jassisti lill-Kummissjoni fl-adattament għall-progress tekniku ta’ l-Anness III”.

2.4. Ir-Regolament (KE) Nru 2003/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ottubru 2003 dwar il-fertilizzanti[11]

Fir-rigward tar-Regolament (KE) Nru 2003/2003, għandha tingħata setgħa lill-Kummissjoni b’mod partikolari biex tadatta l-annessi tagħha għall-progress tekniku, biex tadatta l-metodi ta’ kejl, it-teħid ta’ kampjuni u analiżi, biex tadotta regoli li għandhom x’jaqsmu ma’ miżuri ta’ kontroll u biex tinkludi tipi ġodda ta’ fertilizzanti tal-KE. Billi dawn il-miżuri huma ta’ ambitu ġenerali u huma maħsuba biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali tar-Regolament (KE) Nru 2003/2003, huma għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju kif stipulat fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

Għal din ir-raġuni, ir-Regolament (KE) Nru 2003/2003 huwa emendat kif ġej:

(1) Fl-Artikolu 29, il-paragrafu 4 jiġi mibdul b’dan li ġej:

“4. Il-Kummissjoni għandha tadatta u timmodernizza l-metodi ta’ kejl, it-teħid ta’ kampjuni u analiżi u għandha, fejn ikun possibbli, tuża Standards Ewropej. Dawk il-miżuri maħsuba biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju kif stipulat fl-Artikolu 32(3). L-istess proċedura għandha tapplika għall-adozzjoni ta’ regoli ta’ implimentazzjoni meħtieġa biex jiġu speċifikati l-miżuri ta’ kontroll previsti f’dan l-Artikolu u fl-Artikoli 8, 26 u 27. Dawn ir-regoli għandhom b’mod partikolari jikkunsidraw il-kwistjoni tal-frekwenza li biha l-eżamijiet għandhom jiġu ripetuti, kif ukoll il-miżuri li huma intenzjonati biex jiżguraw li l-fertilizzant imqiegħed fis-suq hu identiku għall-fertilizzant eżaminat.”

(2) L-Artikolu 31 huwa emendat hekk kif ġej:

(a) Il-paragrafu 1 huwa mibdul bit-test li ġej:

“1. Il-Kummissjoni għandha tadatta l-Anness I biex jinkludi tipi ġodda ta’ fertilizzanti.”

(b) Il-paragrafu 3 huwa mibdul bit-test li ġej:

“3. Il-Kummissjoni għandha tadatta l-Annessi biex tikkunsidra l-progress tekniku.”

c) Jiżdied il-paragrafu 4 li ġej:

“4. Il-miżuri msemmija fil-paragrafi 1 u 3, maħsuba biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju kif stipulat fl-Artikolu 32(3).”

(3) L-Artikolu 32 huwa mibdul bit-test li ġej:

“Artikolu 32

Proċedura tal-Kumitat

1. Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna minn Kumitat.

2. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5 u 7 tad-deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.

L-iskadenza stabbilita fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandha tkun ta' tliet xhur.

3. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5a(1) sa (4), u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 8 tagħha.”

2.5. Id-Direttiva 2004/9/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Frar 2004 dwar l-ispezzjoni u verifika ta’ prassi tajba ta’ laboratorji (GLP) (Verżjoni kodifikata)[12]

Fir-rigward tad-Direttiva 2004/9/KE, għandha tingħata setgħa lill-Kummissjoni b’mod partikolari biex tadatta l-Anness I għall-progress tekniku u tbiddel il-formula fl-Artikolu 2(2). Billi dawk il-miżuri huma ta’ ambitu ġenerali u huma maħsuba biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali tad-Direttiva 2004/9/KE, huma għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju kif stipulat fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

Għal din ir-raġuni, id-Direttiva 2004/9/KE tiġi emendata hekk kif ġej:

(1) L-Artikolu 7 huwa mibdul bit-test li ġej:

“Artikolu 7

1. Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna mill-Kumitat stabbilit fl-Artikolu 29(1) tad-Direttiva 67/548/KEE*), hawn taħt “il-Kumitat”.

2. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5 u 7 tad-deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.

L-iskadenza stabbilita fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandha tkun ta' tliet xhur.

3 Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5a(1) sa (4), u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 8 tagħha.

_____________________

(*) (*) ĠU 169, 16.8.1967, p. 1, kif emendata bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 807/2003 ta’ l-14 ta’ April 2003, ĠU L 122, 16.05.2003"

(2) Fl-Artikolu 8, il-paragrafu 2 jiġi mibdul b’dan li ġej:

“2. Il-Kummissjoni għandha tadotta miżuri ta’ implimentazzjoni għal dawn li ġejjin:

(a) l-adattament tal-formula msemmija fl-Artikolu 2(2);

(b) l-adattament ta’ l-Anness I biex jitqies il-progress tekniku.

Dawk il-miżuri, maħsuba biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju kif stipulat fl-Artikolu 7(3).”

2.6. Id-Direttiva 2004/10/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Frar 2004 dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi li għandhom x’jaqsmu ma’ l-applikazzjoni tal-prinċipji ta’ prattika tajba tal-laboratorju u l-verifikazzjoni ta’ l-applikazzjonijiet tagħhom għal provi fuq sustanzi kimiċi (verżjoni kodifikata)[13]

Fir-rigward tad-Direttiva 2004/10/KE, għandha tingħata setgħa lill-Kummissjoni b’mod partikolari biex tadatta l-Anness għall-progress tekniku. Billi dawk il-mi żuri huma ta’ ambitu ġenerali u huma maħsuba biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali tad-Direttiva 2004/10/KE, huma għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju kif stipulat fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

Għal din ir-raġuni, id-Direttiva 2004/10/KE tiġi emendata hekk kif ġej:

(1) Jiżdied l-Artikolu 3a li ġej:

“Artikolu 3a

Il-Kummissjoni tista’ tadatta l-Anness għall-progress tekniku, fir-rigward tal-prinċipji tal-GLP.

Dawk il-miżuri, maħsuba biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju kif stipulat fl-Artikolu 4(2).”

(2) L-Artikolu 4 huwa mibdul bit-test li ġej:

“Artikolu 4

1. Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna mill-Kumitat stabbilit fl-Artikolu 29(1) tad-Direttiva 67/548/KEE (*).

2. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5a(1) sa (4), u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 8 tagħha.

_____________________

(*) ĠU 196, 16.8.1967, p. 1. kif emendata l-aħħar bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 807/2003 ta’ l-14 ta’ April 20033, ĠU L 122, 16.05.2003”

(3) Fl-Artikolu 5(2) it-tielet subparagrafu jiġi mibdul b’dan li ġej:

“Il-Kummissjoni tista’ tadotta miżuri ta’ implimentazzjoni biex tintroduċi adattamenti tekniċi neċessarji għal din id-Direttiva.

Dawk il-miżuri maħsuba biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju kif stipulat fl-Artikolu 4(2).

Fil-każ imsemmi fit-tielet subparagrafu l-Istat Membru li jkun adotta l-miżuri ta’ salvagwardja jista’ jżommhom sad-dħul fis-seħħ ta’ dawn l-adattamenti.”

2.7. Ir-Regolament (KE) Nru 273/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Frar 2004 dwar prekursuri tad-droga[14]

Fir-rigward tar-Regolament (KE) Nru 273/2004, għandha tingħata setgħa lill-Kummissjoni biex tadotta miżuri għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament. Billi dawn il-miżuri huma ta’ ambitu ġenerali u huma maħsuba biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali tar-Regolament (KE) Nru 273/2004, huma għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju kif stipulat fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

Għal din ir-raġuni, ir-Regolament (KE) Nru 273/2004 huwa emendat kif ġej:

(1) L-Artikolu 14 huwa emendat hekk kif ġej:

(a) is-sentenza introduttorja tiġi mibdula b’dan li ġej:

“Fejn ikun meħtieġ, il-Kummissjoni għandha tadotta miżuri ta’ implimentazzjoni dwar li ġej:”

(b) jiżdiedu t-tieni u tielet paragrafi li ġejjin:

“Il-miżuri msemmija fil-punti (a) sa (e) ta’ l-ewwel paragrafu, maħsuba biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju kif stipulat fl-Artikolu 15(3).

Il-miżuri msemmija fil-punt (f) ta’ l-ewwel paragrafu għandhom jiġu adottati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 15(2)”

(2) L-Artikolu 15 huwa mibdul bit-test li ġej:

“Artikolu 15

Il-Kumitat

1. Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna mill-Kumitat stabbilit fl-Artikolu 30 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 111/2005 (*)

2. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 4 u 7 tad-deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha. L-iskadenza stabbilita fl-Artikolu 4(3) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandha tkun ta' tliet xhur.

3. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5a(1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 8 tagħha.

_______________________

(*) ĠU L 22, 26.1.2005, p. 1.”

2.8. Ir-Regolament (KE) Nru 648/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Marzu 2004 dwar id-deterġenti[15]

Fir-rigward tar-Regolament (KE) Nru 648/2004, għandha tingħata setgħa lill-Kummissjoni b’mod partikolari biex tadatta l-annessi tagħha u tadotta kwalunkwe emendi jew żiediet neċessarji biex jiġu applikati r-regoli ta’ dan ir-Regolament għad-deterġenti b’bażi ta’ solventi. Billi dawn il-miżuri huma ta’ ambitu ġenerali u huma maħsuba biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali tar-Regolament (KE) Nru 648/2004, huma għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju kif stipulat fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

Għal din ir-raġuni, ir-Regolament (KE) Nru 648/2004 huwa emendat kif ġej:

(1) L-Artikolu 12 huwa mibdul bit-test li ġej:

“Artikolu 12

Proċedura tal-Kumitat

1. Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna minn Kumitat.

2. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5 u 7 tad-deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.

L-iskadenza stabbilita fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandha tkun ta' tliet xhur.

3. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5a(1) sa (4), u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 8 tagħha.”

(2) L-Artikolu 13 huwa mibdul bit-test li ġej:

“Artikolu 13

Adattament ta’ l-Annessi

1. Il-Kummissjoni għandha tadotta kull emenda meħtieġa biex tadatta l-Annessi u, safejn hu possibbli, tuża l-Istandards Ewropej.

2. Il-Kummissjoni għandha tadotta kull emenda jew żieda neċessarja biex tapplika r-regoli ta’ dan ir-Regolament għal deterġenti b’bażi ta’ solventi.

3. Il-miżuri msemmija fil-paragrafi 1 u 2, maħsuba biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju kif stipulat fl-Artikolu 12(3).”

(3) Fl-Anness VII, punt A, il-paragrafu ta’ qabel ta’ l-aħħar jiġi mibdul b’dan li ġej:

“Jekk limiti individwali ta’ konċentrazzjoni bbażati fuq riskji għall-allerġeni ta’ fwieħa jiġu stabbiliti wara bl-SCCFP, il-Kummissjoni għandha tipproponi l-adozzjoni ta’ limiti bħal dawn biex jissostitwixxu l-limitu ta’ 0.01 % imsemmi hawn fuq. Dawk il-miżuri, maħsuba biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju kif stipulat fl-Artikolu 12(3).”

2.9. Ir-Regolament (KE) Nru 726/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Marzu 2004 li jistabbilixxi proċeduri Komunitarji għall-awtorizzazzjoni u s-sorveljanza ta’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem u veterinarju u li jistabbilixxi l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini[16]

Fir-rigward tar-Regolament (KE) Nru 726/2004, għandha tingħata setgħa lill-Kummissjoni b’mod partikolari biex tadatta ċerti dispożizzjonijiet u annessi, biex tadotta arranġamenti u prinċipji u linji gwida, u biex tniżżel kundizzjonijiet speċifiċi ta’ applikazzjoni. Peress li dawn il-miżuri huma ta’ ambitu ġenerali u huma maħsuba biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali tar-Regolament (KE) Nru 726/2004 u/jew biex jissupplimentaw dan ir-Regolament biż-żieda ta’ elementi mhux essenzjali, huma għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju kif stipulat fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

Għal din ir-raġuni, ir-Regolament (KE) Nru 726/2004 huwa emendat kif ġej:

(1) Fl-Artikolu 3, il-paragrafu 4 jiġi mibdul b’dan li ġej:

“4. Wara li jkun ikkonsultat il-kumitat kompetenti ta’ l-Aġenzija, il-Kummissjoni tista’ teżamina mill-ġdid l-Anness fid-dawl tal-progress tekniku u xjentifiku u tista’ tadotta kull emenda neċessarja mingħajr ma testendi l-kamp ta’ applikazzjoni tal-proċedura ċentralizzata.

Dawk il-miżuri, maħsuba biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, għandhom ikunu adotatti skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju kif stipulat fl-Artikolu 87(2a).”

(2) Fl-Artikolu 14(7), it-tielet subparagrafu jiġi mibdul b’dan li ġej:

“Il-Kummissjoni għandha tadotta Regolament li jistabbilixxi dispożizzjonijiet għall-għoti ta’ awtorizzazzjoni bħal din. Dawk il-miżuri, maħsuba biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju kif stipulat fl-Artikolu 87(2a).”

(3) Fl-Artikolu 16, il-paragrafu 4 jiġi mibdul b’dan li ġej:

“4. Il-Kummissjoni, wara li tikkonsulta lill-Aġenzija, għandha tadotta dispożizzjonijiet xierqa biex ikunu eżaminati varjazzjonijiet għall-awtorizzazzjonijiet għall-marketing f’forma ta’ regolament. Dawk il-miżuri, maħsuba biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju kif stipulat fl-Artikolu 87(2a).”

(4) L-Artikolu 24 huwa emendat hekk kif ġej:

(a) fil-paragrafu 2, l-ewwel subparagrafu jiġi mibdul b’dan li ġej:

“Id-detentur ta’ l-awtorizzazzjoni għall-marketing għall-prodott mediċinali għall-użu mill-bniedem għandu jiżgura li r-reazzjonijiet kuntrarji serji suspettati mhux mistennija kollha u kull trażmissjoni suspetta permezz ta’ prodott mediċinali ta’ xi aġent li jinfetta fit-territorju ta’ pajjiż terz jiġu rrappurtati fil-pront lill-Istati Membri u lill-Aġenzija, u mhux aktar tard minn 15-il jum wara li jkun irċieva l-informazzjoni. Il-Kummissjoni għandha tadotta dispożizzjonijiet għar-rappurtar ta’ reazzjonijiet kuntrarji suspettati mhux mistennija li m’humiex serji, kemm jekk jiġru fil-Komunità kemm jekk f’pajjiż terz. Dawk il-miżuri, maħsuba biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju kif stipulat fl-Artikolu 87(2a).”

(b) il-paragrafu 4 jiġi mibdul b’dan li ġej:

“4. Il-Kummissjoni tista’ tistabbilixxi dispożizzjonijiet biex jemendaw il-paragrafu 3 minħabba l-esperjenza miksuba bit-tħaddim tiegħu. Dawk il-miżuri, maħsuba biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju kif stipulat fl-Artikolu 87(2a).”

(5) L-Artikolu 29 huwa mibdul bit-test li ġej:

“Artikolu 29

Il-Kummissjoni tista’ tadotta kull emenda li tista’ tkun meħtieġa biex taġġorna d-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Kapitolu biex jittieħed kont tal-progress xjentifiku u tekniku. Dawk il-miżuri, maħsuba biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju kif stipulat fl-Artikolu 87(2a).”

(6) Fl-Artikolu 41, il-paragrafu 6 jiġi mibdul b’dan li ġej:

“6. Il-Kummissjoni, wara li tikkonsulta lill-Aġenzija, għandha tadotta dispożizzjonijiet xierqa biex ikunu eżaminati varjazzjonijiet għall-awtorizzazzjonijiet għall-marketing f’forma ta’ regolament. Dawk il-miżuri, maħsuba biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju kif stipulat fl-Artikolu 87(2a).”

(7) L-Artikolu 49 huwa emendat hekk kif ġej:

(a) fil-paragrafu 2 l-ewwel subparagrafu jiġi mibdul b’dan li ġej:

“Id-detentur ta’ l-awtorizzazzjoni għall-marketing għall-prodott mediċinali veterinarju għandu jiżgura li r-reazzjonijiet kuntrarji suspettati serji mhux mistennija kollha, u reazzjonijiet kuntrarji mill-bniedem, u kull trażmissjoni suspetta permezz ta’ prodott mediċinali ta’ xi aġent li jinfetta li jiġru fit-territorju ta’ pajjiż terz jiġu rrappurtati fil-pront lill-Istati Membri u lill-Aġenzija, mhux aktar tard minn 15-il jum wara li jkun irċieva l-informazzjoni. Il-Kummissjoni għandha tadotta dispożizzjonijiet għar-rappurtar ta’ reazzjonijiet kuntrarji suspettati mhux mistennija li m’humiex serji, kemm jekk jiġru fil-Komunità kemm jekk f’pajjiż terz. Dawk il-miżuri, maħsuba biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju kif stipulat fl-Artikolu 87(2a).”

(b) il-paragrafu 4 jiġi mibdul b’dan li ġej:

“Il-Kummissjoni tista’ tistipula dispożizzjonijiet li jemendaw il-paragrafu 3 minħabba l-esperjenza miksuba bit-tħaddim tiegħu. Dawk il-miżuri, maħsuba biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 87(2a).”

(8) L-Artikolu 54 huwa mibdul bit-test li ġej:

“Artikolu 54

Il-Kummissjoni tista’ tadotta kull emenda li tista’ tkun meħtieġa biex taġġorna d-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Kapitolu biex jittieħed kont tal-progress xjentifiku u tekniku. Dawk il-miżuri, maħsuba biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju kif stipulat fl-Artikolu 87(2a).”

(9) Fl-Artikolu 70, il-paragrafu 2 jiġi mibdul b’dan li ġej:

“2. Madankollu, il-Kummissjoni għandha tadotta dispożizzjonijiet li jistabbilixxu ċ-ċirkostanzi fejn intrapriżi ta’ daqs żgħir u medju jistgħu jħallsu ħlasijiet imnaqqsa, jiddeferixxu l-pagament tal-ħlas, jew jirċievu għajnuna amministrattiva. Dawk il-miżuri, maħsuba biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju kif stipulat fl-Artikolu 87(2a).”

(10) Fl-Artikolu 84(3) l-ewwel subparagrafu jiġi mibdul b’dan li ġej:

“Fuq talba ta’ l-Aġenzija, il-Kummissjoni tista’ timponi penali finanzjarji fuq id-detenturi ta’ l-awtorizzazzjoni għall-marketing mogħtija taħt dan ir-Regolament jekk jonqsu milli jħarsu ċerti obbligi stabbiliti fir-rigward ta’ l-awtorizzazzjonijiet. L-ammonti massimi kif ukoll il-kundizzjonijiet u l-metodi għall-ġbir ta’ dan il-penali għandhom ikunu stabbiliti mill-Kummissjoni. Dawk il-miżuri, maħsuba biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju kif stipulat fl-Artikolu 87(2a).”

(11) L-Artikolu 87 huwa emendat hekk kif ġej:

a) Jiddaħħal il-paragrafu 2a li ġej:

“2a. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5a(1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni Nru 1999/468/KE, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 8 tiegħu”.

b) Jitneħħa l-paragrafu 4.

3. AMBJENT

3.1. Id-Direttiva tal-Kunsill 82/883/KEE tat-3 ta’ Diċembru 1982 fuq il-proċeduri ta’ sorveljanza u monitoraġġ ta’ ambjenti milquta mill-iskart ta’ l-industrija tad-dijossidu ta’ titanju[17]

Fir-rigward tad-Direttiva 82/883/KEE, għandha tingħata setgħa lill-Kummissjoni b’mod partikolari biex tadatta l-kontenut ta’ l-Annessi fir-rigward tal-parametri elenkati fil-kolonna ‘kejl mhux obbligatorju’ u l-metodi ta’ referenza ta’ kejl għall-progress xjentifiku u tekniku. Billi dawk il-miżuri huma ta’ ambitu ġenerali u huma maħsuba biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali tad-Direttiva 82/883/KEE, huma għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju kif stipulat fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

Għal din ir-raġuni, id-Direttiva 82/883/KEE tiġi emendata hekk kif ġej:

(1) L-Artikolu 9 huwa mibdul bit-test li ġej:

“Artikolu 9

Il-Kummissjoni għandha tadotta l-emendi meħtieġa biex tadatta l-kontenuti ta’ l-Annessi għall-progress xjentifiku u tekniku fir-rigward tal-parametri elenkati fil-kolonna ‘kejl mhux obbligatorju’ u l-metodi ta’ referenza għall-kejl.

Dawk il-miżuri, maħsuba biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju kif stipulat fl-Artikolu 11(2).”

(2) L-Artikolu 11 huwa mibdul bit-test li ġej:

“Artikolu 11

1. Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna mill-kumitat ta’ l-adattament għall-progress tekniku.

2. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5a(1) sa (4), u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 8 tagħha.”

3.2. Id-Direttiva tal-Kunsill 86/278/KEE tat-12 ta’ Ġunju 1986 dwar il-protezzjoni ta’ l-ambjent, u b’mod partikolari tal-ħamrija, meta l-ħama tad-drenaġġ jintuża fl-agrikoltura[18]

Fir-rigward tad-Direttiva 86/278/KEE, għandha tingħata setgħa lill-Kummissjoni b’mod partikolari biex tadatta d-dispożizzjonijiet ta’ l-Annessi għall-progress tekniku u xjentifiku. Billi dawk il-miżuri huma ta’ ambitu ġenerali u huma maħsuba biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali tad-Direttiva 86/278/KEE, huma għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju kif stipulat fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

Għal din ir-raġuni, id-Direttiva 86/278/KEE tiġi emendata hekk kif ġej:

(1) L-Artikolu 13 huwa mibdul bit-test li ġej:

“Artikolu 13

Il-Kummissjoni għandha tadatta l-progress tekniku u xjentifiku tad-dispożizzjonijiet ta’ l-Annessi għad-Direttiva, bl-eċċezzjoni għall-parametri u l-valuri mniżżla fl-Annessi I A, I B u I C, kwalunkwe fattur li aktarx jaffettwa l-evalwazzjoni tal-valuri, u l-parametri għall-analiżi msemmija fl-Annessi II A u II B.

Dawk il-miżuri, maħsuba biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju kif stipulat fl-Artikolu 15(2).”

(2) L-Artikolu 15 huwa mibdul bit-test li ġej:

“Artikolu 15

1. Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna mill-Kumitat ta’ l-adattament ta’ din id-Direttiva għall-progress tekniku u xjentifiku.

2. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5a(1) sa (4), u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 8 tagħha.”

3.3. Id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 94/62/KE ta’ l-20 ta’ Diċembru 1994 dwar l-imballaġġ u l-iskart mill-imballaġġ[19]

Fir-rigward tad-Direttiva 94/62/KE, għandha tingħata setgħa lill-Kummissjoni b’mod partikolari biex teżamina u, fejn neċessarju, tirrevedi l-eżempji illustrattivi għad-definizzjoni ta’ mballaġġ u biex tiddetermina l-kundizzjonijiet li taħthom livelli ta’ konċentrazzjoni ta’ metalli tqal preżenti fl-imballaġ jew fil-komponenti ta’ l-imballaġ ma japplikawx għal ċerti materjali u ċirkwiti tal-prodotti, it-tipi ta’ mballaġ eżenti mill-ħtieġa rigward il-livelli ta’ konċentrazzjoni u l-miżuri tekniċi neċessarji biex jieħdu ħsieb kull diffikultà li wieħed jiltaqa’ magħha fl-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva. Billi dawk il-miżuri huma ta’ ambitu ġenerali u huma maħsuba biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali tad-Direttiva 94/62/KE jew biex jissupplimentaw dik id-Direttiva biż-żieda ta’ elementi ġodda mhux essenzjali, huma għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju kif stipulat fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

Għal din ir-raġuni, id-Direttiva 94/62/KE tiġi emendata hekk kif ġej:

(1) Fl-Artikolu 3, punt (1), ir-raba’ subparagrafu jiġi mibdul b’dan li ġej:

“Il-Kummissjoni għandha, kif xieraq, teżamina u, fejn jeħtieġ, tirrevedi l-eżempji illustrattivi mogħtija fl-Anness I dwar id-definizzjoni ta’ ippakkjar. L-oġġetti li ġejjin għandhom jiġu indirizzati bħala prijorità: kaxxi tas-CD u l-vidjo, qsari, tubi u ċilindri li magħhom jiddawwar materjal flessibbli, karta approprjata għal tikketti bi twaħħil proprju u karti għat-tgeżwir. Billi dawn il-miżuri huma maħsuba biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva, huma għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju kif stipulat fl-Artikolu 21(3).”

(2) Fl-Artikolu 11, il-paragrafu 3 jiġi mibdul b’dan li ġej:

“3. Il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi l-kundizzjonijiet illi taħthom il-livelli tal- konċentrazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ma jgħoddux għall-materjali riċiklati u għaċ-ċirkwiti tal-prodotti li jkunu f’katina magħluqa jew kontrollata, kif ukoll it-tipi ta’ mballaġġ li huma eżenti mill-kundizzjoni meħtieġa imsemmija fil-paragrafu 1, it-tielet inċiż.

Billi dawn il-miżuri huma maħsuba biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva, biex jissupplimentawha, huma għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju kif stipulat fl-Artikolu 21(3).”

(3) Fl-Artikolu 12, il-paragrafu 3 jiġi mibdul b’dan li ġej:

“3. Sabiex jiġu armonizzati l-karatteristiċi u l-preżentazzjoni tad-data provduta u biex id-data ta’ l-Istati Membri ssir kompatibbli, l-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni d-data disponibbli tagħhom permezz ta’ formati li jiġu adottati fuq bażi ta’ l-Anness III, skond il-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 21(2).”

(4) L-Artikolu 19 huwa mibdul bit-test li ġej:

“Artikolu 19

Adattament għall-progress xjentifiku u tekniku

(a) L-emendi neċessarji għall-adattament tal-progress xjentifiku u tekniku tas-sistema ta’ identifikazzjoni (kif imsemmija fl-Artikolu 8(2) u l-Artikolu 10, it-tieni paragrafu, l-aħħar inċiż), u tal-formati relatati mas-sistema tad-database (kif imsemmija fl-Artikolu 12(3) u l-Anness III) għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 21(2).

(b) Il-Kummissjoni għandha tadotta l-emendi neċessarji biex l-eżempji illustrattivi għad-definizzjoni ta’ mballaġġ (kif imsemmija fl-Anness I) jiġu adattati għall-progress xjentifiku u tekniku. Dawk il-miżuri, maħsuba biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju kif stipulat fl-Artikolu 21(3).”

(5) Fl-Artikolu 20, il-paragrafu 1 jiġi mibdul b’dan li ġej:

“1. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi l-miżuri tekniċi neċessarji biex titratta kwalunkwe diffikultà li tinqala’ waqt l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva b’mod partikolari rigward materjali ta’ l-ippakkjar li m’humiex reattivi, impoġġija fis-suq fi kwantitajiet żgħar ħafna (i.e. approssimazzjoni ta’ 0.1% bl-użin) fil-Komunità, l-ippakkjar primarju għall-apparat mediku u prodotti farmaċewtiċi, ippakkjar ċkejken u ppakkjar ta’ lussu. Dawk il-miżuri, maħsuba biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva billi jissupplimentawha għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju kif stipulat fl-Artikolu 21(3).”

(6) Fl-Artikolu 21, il-paragrafu 3 jiġi mibdul b’dan li ġej:

“3. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5a(1) sa (4), u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 8 tagħha.”

3.4. Id-Direttiva tal-Kunsill 1999/32/KE tas-26 ta’ April 1999 dwar it-tnaqqis tal-kontenut tal-kubrit f’ċerti karburanti likwidi u li temenda d-Direttiva 93/12/KEE[20]

Fir-rigward tad-Direttiva 1999/32/KE, għandha tingħata setgħa lill-Kummissjoni b’mod partikolari biex tistabbilixxi kriterji għall-użu ta’ teknoloġiji għat-tnaqqis ta’ emissjonijiet minn bastimenti ta’ kull bandiera f’portijiet u estwarji magħluqa fil-Komunità u biex tadotta l-emendi neċessarji biex tagħmel adattamenti tekniċi għal xi dispożizzjonijiet fid-dawl tal-progress xjentifiku u tekniku. Billi dawk il-miżuri huma ta’ ambitu ġenerali u huma maħsuba biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali tad-Direttiva 1999/32/KE jew biex jissupplimentaw dik id-Direttiva biż-żieda ta’ elementi ġodda mhux essenzjali, huma għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju kif stipulat fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

Għal din ir-raġuni, id-Direttiva 1999/32/KE tiġi emendata hekk kif ġej:

(1) Fl-Artikolu 4c, il-paragrafu 3 jiġi mibdul b’dan li ġej:

“3. Għandhom jiġu stabbiliti kriterji mill-Kummissjoni għall-użu tat-teknoloġiji li jnaqqsu l-emissjonijiet minn bastimenti li jtajru kwalunkwe bandiera f’portijiet u estwarji magħluqa fil-Komunità. Billi dawn il-miżuri huma maħsuba biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva biex jissupplimentawha, huma għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju kif stipulat fl-Artikolu 9(2). Il-Kummissjoni għandha tikkomunika dawn il-kriterji lill-IMO.”

(2) Fl-Artikolu 7, il-paragrafu 4 jiġi mibdul b’dan li ġej:

“4. Il-Kummissjoni għandha tadotta kwalunkwe emenda neċessarja biex isiru adattamenti tekniċi fl-Artikolu 2, il-punti 1, 2, 3, 3a, 3b u 4 jew fl-Artikolu 6(2) fid-dawl tal-progress xjentifiku u tekniku. Dawk il-miżuri maħsuba biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju kif stipulat fl-Artikolu 9(2). Tali adattamenti ma għandhomx jirriżultaw f’bidliet diretti ta’ l-ambitu ta’ din id-Direttiva jew fil-limiti fuq il-kubrit fil-karburant speċifikati f’din id-Direttiva.”

(3) L-Artikolu 9 huwa mibdul bit-test li ġej:

“Artikolu 9

Il-Kumitat

1. Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna minn kumitat.

2. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5a(1) sa (4), u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 8 tagħha.”

3.5. Id-Direttiva 2001/81/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2001 dwar il-livelli nazzjonali massimi ta’ l-emissjonijiet ta’ ċerti inkwinanti atmosferiċi[21]

Fir-rigward tad-Direttiva 2001/81/KE, għandha tingħata setgħa lill-Kummissjoni b’mod partikolari biex taġġorna l-metodoloġiji li għandhom jintużaw skond l-Anness III. Billi dawk il-miżuri huma ta’ ambitu ġenerali u huma maħsuba biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dik id-Direttiva, fost oħrajn billi jissupplimentawha, huma għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju kif stipulat fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

Għal din ir-raġuni, id-Direttiva 2001/81/KE tiġi emendata hekk kif ġej:

(1) Fl-Artikolu 7, il-paragrafu 4 jiġi mibdul b’dan li ġej:

“4. Kull aġġornar tal-metodoloġiji li għandhom jintużaw skond l-Anness III, għandu jiġi adottat mill-Kummissjoni. Dawk il-miżuri, maħsuba biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva, fost oħrajn billi jissupplimentawha, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju kif stipulat fl-Artikolu 13(3).”

(2) Fl-Artikolu 13, il-paragrafu 3 jiġi mibdul b’dan li ġej:

“3. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5a(1) sa (4), u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 8 tagħha.”

3.6. Id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ottubru 2003 li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Komunità u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 96/61/KE[22]

Fir-rigward tad-Direttiva 2003/87/KE, għandha tingħata setgħa lill-Kummissjoni b’mod partikolari biex tadotta d-dispożizzjonijiet neċessarji għall-implimentazzjoni ta’ l-Artikolu 11b(5), biex ikun adottat Regolament għal sistema standardizzata u ggarantita ta’ uffiċċji tar-reġistrazzjonijiet inklużi dispożizzjonijiet li għandhom x’jaqsmu ma’ l-użu u l-identifikazzjoni tas-CERs u l-ERUs fl-iskema tal-Komunità u l-monitoraġġ tal-livell ta’ dan l-użu, biex temenda l-Anness III kif imniżżel fl-Artikolu 22, biex tapprova l-inklużjoni ta’ attivitajiet u gassijiet serra li m’humiex elenkati fl-Anness I, biex tfassal kull dispożizzjoni neċessarja għall-għarfien reċiproku tal-konċessjonijiet skond il-ftehimiet ma’ pajjiżi terzi u biex tadotta miżuri standardizzati u aċċettati għall-monitoraġġ ta’ l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra oħra. Billi dawk il-miżuri huma ta’ ambitu ġenerali u huma maħsuba biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali tad-Direttiva 2003/87/KE jew biex jissupplimentaw dik id-Direttiva biż-żieda ta’ elementi ġodda mhux essenzjali, huma għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju kif stipulat fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

Għal din ir-raġuni, id-Direttiva 2003/87/KE tiġi emendata hekk kif ġej:

(1) Fl-Artikolu 11b, il-paragrafu 7 jiġi mibdul b’dan li ġej:

“7. Dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni tal-paragrafi 3 u 4, b’mod partikolari fir-rigward ta’ l-evitar ta’ għadd doppju, għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni skond il-proċedura regolatorja kif stipulat fl-Artikolu 23(2). Il-Kummissjoni għandha tadotta dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni ta’ paragrafu 5 fejn il-parti ospitanti tissodisfa l-ħtiġijiet ta’ eliġibilità kollha għall-attivitajiet tal-proġett JI. Dawk il-miżuri, maħsuba biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva, billi jissupplimentawha, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju kif stipulat fl-Artikolu 23(3).”

(2) Fl-Artikolu 19, il-paragrafu 3 jiġi mibdul b’dan li ġej:

“3. Sabiex timplimenta din id-Direttiva, il-Kummissjoni għandha tadotta Regolament għal sistema standardizzata u ggarantita ta’ uffiċċji tar-reġistrazzjonijiet fil-għamla ta’ databases elettroniċi u standardizzati li jkun fihom elementi komuni ta’ informazzjoni sabiex jittraċċjaw il-ħruġ, iż-żamma, it-trasferiment u l-kanċellazzjoni tal-konċessjonijiet, sabiex jipprovdu l-aċċess lill-pubbliku u għall-kunfidenzjalità kif xieraq u sabiex jiżguraw li ma jkun hemm l-ebda trasferiment mhux kompatibbli ma’ l-obbligi li jirriżultaw mill-Protokoll ta’ Kyoto. Dak ir-Regolament għandu jinkludi wkoll dispożizzjonijiet dwar l-użu u l-identifikazzjoni ta’ CERSs u ERUs fl-iskema tal-Komunità u dwar il-monitoraġġ tal-livell ta’ tali użu. Dik il-miżura, maħsuba biex temenda l-elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva, billi tissupplimentaha, għandha tiġi adottata skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju kif stipulat fl-Artikolu 23(3).”

(3) L-Artikolu 22 huwa mibdul bit-test li ġej:

“Artikolu 22

Emendi għall-Anness III

Il-Kummissjoni tista’ temenda l-Anness III, minbarra l-kriterji (1),(5) u (7), għall-perjodu taż-żmien mis-sena 2008 sas-sena 2012 fid-dawl tar-rapporti pprovduti fl-Artikolu 21 u l-esperjenza ta’ l-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva. Dawk il-miżuri, maħsuba biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju kif stipulat fl-Artikolu 23(3).”

(4) Fl-Artikolu 23, il-paragrafu 3 jiġi mibdul b’dan li ġej:

“3. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5a(1) sa (4), u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 8 tagħha.”

(5) Fl-Artikolu 24, il-paragrafu 1 jiġi mibdul b’dan li ġej:

“1. Filwaqt li jitqiesu l-kriterji rilevanti kollha, b’mod partikolari l-effetti fuq is-suq intern, it-tagħwiġ potenzjali tal-kompetizzjoni, l-integrità ambjentali ta’ l-iskema u l-fiduċja fil-monitoraġġ u sistema ta’ rappurtaġġ ippjanati, l-Istati Membri jistgħu mill-2008 japplikaw għal skambji ta’ kwoti ta’ emissjonijiet skond din id-Direttiva għal:

a) istallazzjonijiet li m’humiex elenkati fl-Anness I, sakemm l-inklużjoni ta’ dawn l-istallazzjonijiet hija approvata mill-Kummissjoni skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 23(2), u

b) attivitajiet u gassijiet serra li m’humiex elenkati fl-Anness I, sakemm l-inklużjoni ta’ dawn l-attivitajiet u gassijiet serra hija approvata mill-Kummissjoni. Dik il-miżura, maħsuba biex temenda l-elementi mhux essenzjali ta’ dik id-Direttiva billi tissupplimentaha, għandha tiġi adottata skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju kif stipulat fl-Artikolu 23(3).

Mis-sena 2005, l-Istati Membri jistgħu japplikaw taħt l-istess kundizzjonijiet l-iskambji ta’ kwoti ta’ emissjonijiet għall-istallazzjonijiet li jwettqu l-attivitajiet elenkati fl-Anness I taħt il-limiti tal-kapaċità msemmija f’dan l-Anness.”

(6) Fl-Artikolu 25, il-paragrafu 2 jiġi mibdul b’dan li ġej:

“2. Fejn jiġi konkluż ftehim imsemmi fil-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha tadotta d-dispożizzjonijiet meħtieġa li għandhom x’jaqsmu ma’ l-għarfien reċiproku tal-kwoti ta’ dak il-ftehim. Dawk il-miżuri, maħsuba biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva billi jissupplimentawha għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju kif stipulat fl-Artikolu 23(3).”

(7) Fl-Anness IV, il-paragrafu taħt it-titolu “Il-monitoraġġ ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet oħra tas-serra” jiġi mibdul b’dan li ġej:

“Għandhom jintużaw metodi standardizzati jew aċċettati, żviluppati mill-Kummissjoni f’kollaborazzjoni mal-partijiet kollha rilevanti. Dawk il-miżuri, maħsuba biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva billi jissupplimentawha għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju kif stipulat fl-Artikolu 23(3).”

3.7. Ir-Regolament (KE) Nru 850/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar pollutanti organiċi persistenti u li jemenda d-Direttiva 79/117/KEE[23]

Fir-rigward tar-Regolament (KE) Nru 850/2004, għandha tingħata setgħa lill-Kummissjoni b’mod partikolari biex tispeċifika ċerti limiti tal-konċentrazzjoni fl-annessi, biex temenda l-annessi kull meta xi sustanza titniżżel fil-Konvenzjoni jew il-Protokoll, biex timmodifika l-annotazzjonijiet li diġà jeżistu u biex tadatta l-annessi għall-progress xjentifiku u tekniku. Billi dawn il-miżuri huma ta’ ambitu ġenerali u huma maħsuba biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali tar-Regolament (KE) Nru 850/2004, huma għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju kif stipulat fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

Għal din ir-raġuni, ir-Regolament (KE) Nru 850/2004 huwa emendat kif ġej:

(1) L-Artikolu 7 huwa emendat hekk kif ġej:

(a) Fil-paragrafu 4, il-punt (a) jiġi mibdul b’dan li ġej:

“(a) skart li jkun jinsab fih jew li jkun kontaminat b’xi sustanza elenkata fl-Anness IV jista’ bħala alternattiva jintrema jew jiġi rkuprat skond il-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Komunità, iżda l-kontenut tas-sustanzi elenkati fl-iskart għandu jkun taħt il-limiti tal-konċentrazzjoni li għandhom jiġu speċifikati fl-Anness IV. Dawk il-miżuri maħsuba biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju kif stipulat fl-Artikolu 17(3). Sa dak iż-żmien li l-limiti tal-konċentrazzjoni jiġu speċifikati skond din il-proċedura, l-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru tista’ tadotta jew tapplika limiti tal-konċentrazzjoni jew ħtiġijiet tekniċi speċifiċi dwar ir-rimi jew l-irkupru ta’ skart f’dan is-subparagrafu;”

(b) Fil-paragrafu 5, l-ewwel subparagrafu jiġi mibdul b’dan li ġej:

“Il-limiti tal-konċentrazzjoni fl-Anness V, il-parti 2 għandhom jiġu stabbiliti mill-Kummissjoni għall-iskop tal-paragrafu 4(b) ta’ dan l-Artikolu. Dawk il-miżuri maħsuba biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju kif stipulat fl-Artikolu 17(3)”

(2) L-Artikolu 14 huwa mibdul bit-test li ġej:

“Artikolu 14

Emendi ta’ l-Annessi

1. Kull meta sustanza tiġi elenkata fil-Konvenzjoni jew fil-Protokoll, il-Kummissjoni għandha temenda l-Annessi I, II u III skond dan, fejn xieraq.

Dawk il-miżuri maħsuba biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju kif stipulat fl-Artikolu 16(3).

2. Kull meta sustanza tiġi elenkata fil-Konvenzjoni jew il-Protokoll, il-Kummissjoni għandha temenda l-Anness IV skond dan, fejn xieraq.

Dawk il-miżuri maħsuba biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju kif stipulat fl-Artikolu 17(3).

3. Il-Kummissjoni għandha tadotta tibdil għall-entrati eżistenti fl-Annessi I sa III, inkluż l-adattament tagħhom għall-progress xjentifiku u tekniku.

Dawk il-miżuri maħsuba biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju kif stipulat fl-Artikolu 16(3).

4. Il-Kummissjoni għandha tadotta modifiki ta’ l-annotazzjonijiet eżistenti fl-Anness IV u modifika għall-Anness V, inkluż l-adattament tagħhom għall-progress xjentifiku u tekniku.

Dawk il-miżuri, maħsuba biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju kif stipulat fl-Artikolu 17(3).”

(3) L-Artikolu 16 huwa emendat hekk kif ġej:

(a) Il-paragrafu 1 huwa mibdul bit-test li ġej:

“1. Il-Kummissjoni għandha tiġi megħjuna mill-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 29 tad-Direttiva tal-Kunsill 67/548KEE (*) għall-kwistjonijiet kollha f’dan ir-Regolament ħlief għal dawk dwar l-iskart.

____________________________

(*) ĠU 196, 16.8.1967, p. 1. kif emendata l-aħħar bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 807/2003 ta’ l-14 ta’ April 20033, ĠU L 122, 16.05.2003.”

(b) il-paragrafu 3 jiġi mibdul b’dan li ġej:

“3. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5a(1) sa (4), u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 8 tagħha.”

(4) Fl-Artikolu 17, il-paragrafu 3 jiġi mibdul b’dan li ġej:

“3. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5a(1) sa (4), u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 8 tagħha.”

3.8. Id-Direttiva 2004/107/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Diċembru 2004 dwar l-arseniku, il-kadmju, il-merkurju, in-nikil u l-idrokarboni aromatiċi poliċikliċi fl-arja ambjentali[24]

Fir-rigward tad-Direttiva 2004/107/KE, għandha tingħata setgħa lill-Kummissjoni b’mod partikolari biex tadatta ċerti dispożizzjonijiet u Annessi għall-progress xjentifiku u tekniku. Billi dawk il-mi żuri huma ta’ ambitu ġenerali u huma maħsuba biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali tad-Direttiva 2004/107/KE, huma għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju kif stipulat fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

Għal din ir-raġuni, id-Direttiva 2004/107/KE tiġi emendata hekk kif ġej:

(1) L-Artikolu 4 huwa emendat hekk kif ġej:

(a) Il-paragrafu 9 huwa mibdul bit-test li ġej:

“9. Irrispettivament mil-livelli ta’ konċentrazzjoni għandu jiġi installat post fejn jinġabru l-kampjuni ta’ sfond kull 100,000km2 għall-kejl indikattiv fl-arja ambjentali ta’ l-arseniku, il-kadmju, in-nikil, il-merkurju gassuż totali, il-benzo(a)pirene u l-idrokarboni aromatiċi poliċikliċi l-oħra msemmija fil-paragrafu 8 u tad-depożizzjoni totali ta’ arseniku, kadmju, merkurju, nikil, benzo(a)pirene u l-idrokarboni aromatiċi poliċikliċi l-oħra msemmija fil-paragrafu 8. Kull Stat Membru għandu jistabbilixxi mill-inqas stazzjon ta’ kejl wieħed; madankollu, bi ftehim u skond linji gwida li jridu jiġu mfassla taħt il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 6(2), l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu stazzjon jew diversi stazzjonijiet komuni ta’ kejl li jkopru ż-żoni ġirien fl-Istati Membri kontigwi, sabiex tintlaħaq riżoluzzjoni ta’ l-ispazju meħtieġ. Il-kejl ta’ merkurju bivalenti gassuż u ta’ partikulati ta’ merkurju hu wkoll rakkomandat. Fejn xieraq, il-monitoraġġ għandu jkun ikkoordinat ma’ l-istrateġija ta’ monitoraġġ u l-programm ta’ kejl tal-Monitoraġġ u l-Istima ta’ Sustanzi li Jniġġsu (EMEP). Is-siti ta’ fejn jinġabru l-kampjuni ta’ dawn is-sustanzi li jniġġsu għandhom jintgħażlu b’tali mod li l-varjazzjoni ġeografika u t-tendenzi għal żmien twil jistgħu jiġu identifikati. Għandhom japplikaw is-Sezzjonijiet I, II, u II ta’ l-Anness III.”

(b) Il-paragrafu 15 huwa mibdul bit-test li ġej:

“15. Kwalunkwe emenda meħtieġa sabiex jiġu adattati d-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu u tas-Sezzjoni II ta’ l-Anness II u ta’ l-Annessi III, IV u V għall-progress xjentifiku u tekniku għandha tiġi adottata mill-Kummissjoni. Dawk il-miżuri maħsuba biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju kif stipulat fl-Artikolu 6(3). Dawn jistgħu ma jirriżultawx f’xi tibdil dirett jew indirett fil-valuri ta’ mira.”

(2) Fl-Artikolu 5, il-paragrafu 4 jiġi mibdul b’dan li ġej:

“4. Il-Kummissjoni għandha tadotta, skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 6(2), kwalunkwe arranġament dettaljat biex tingħadda l-informazzjoni li hija mitluba taħt il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.”

(3) Fl-Artikolu 6, il-paragrafu 3 jiġi mibdul b’dan li ġej:

“3. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5a(1) sa (4), u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 8 tagħha.”

(4) L-Anness V, il-punt V jiġi mibdul b’dan li ġej:

“V. It-tekniki ta’ referenza ta’ mudellar tal-kwalità ta’ l-arja

Fil-preżent it-tekniki ta’ referenza ta’ mudellar għall-kwalità ta’ l-arja ma jistgħux jiġu speċifikati. Il-Kummissjoni tista’ tagħmel emendi biex tadatta dan il-punt għall-progress xjentifiku u tekniku. Dawk il-miżuri, maħsuba biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju kif stipulat fl-Artikolu 6(3).”

3.9. Ir-Regolament (KE) Nru 1013/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ l-14 ta’ Ġunju 2006 dwar il-vjeġġi ta’ skart[25]

Fir-rigward tar-Regolament (KE) Nru 1013/2006, għandha tingħata setgħa lill-Kummissjoni b’mod partikolari biex tiddeċiedi kwistjoni kif deskritta fl-Artikolu 11(3) tar-Regolament 1013/2006, temenda l-annessi kif stabbiliti fl-Artikolu 58 tar-Regolament 1013/2006 u biex tadotta miżuri addizzjonali kif stabbilit fl-Artikolu 59 tar-Regolament 1013/2006. Billi dawk il-miżuri huma ta’ ambitu ġenerali u huma maħsuba biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali tar-Regolament (KE) Nru 1013/2006 jew biex jissupplimentaw ir-Regolament (KE) Nru 1013/2006 biż-żieda ta’ elementi ġodda mhux essenzjali, huma għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju kif stipulat fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

Għal din ir-raġuni, ir-Regolament (KE) Nru 1013/2006 huwa emendat kif ġej:

(1) Fl-Artikolu 11(3), it-tielet subparagrafu jiġi mibdul b’dan li ġej:

“Jekk ma tintlaħaqx soluzzjoni sodisfaċenti, kwalunkwe mill-Istati Membru jista’ jirreferi l-kwistjoni lill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandha mbagħad tiddetermina l-kwistjoni skond il-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 59a(2)."

(2) L-Artikolu 58 huwa mibdul bit-test li ġej:

“Artikolu 58

1. Il-Kummissjoni tista’ temenda l-Annessi biex jittieħed kont tal-progress xjentifiku u tekniku. Dawk il-miżuri, maħsuba biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju kif stipulat fl-Artikolu 59a(3). B’żieda ma’ dan:

(a) l-Annessi I, II, III, IIIA, IV u V għandhom jiġu emendati sabiex jittieħed kont tal-bidliet miftehma skond il-Konvenzjoni ta’ Basel u d-Deċiżjoni OECD;

(b) jistgħu jiġu miżjuda tipi ta’ skart mhux klassifikat ma’ l-Annessi IIIB, IV jew V fuq bażi proviżorja sakemm tittieħed deċiżjoni dwar l-inklużjoni tagħhom fl-Annessi rilevanti tal-Konvenzjoni ta’ Basel jew id-Deċiżjoni OECD;

c) fuq il-preżentazzjoni ta’ talba ta’ xi Stat Membru, jistgħu jiġu kkunsidrati taħlitiet ta’ żewġ tipi jew iżjed ta’ skart elenkati fl-Anness III sabiex jiġu inklużi fl-Anness IIIa fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu 3(2) fuq bażi proviżorja sakemm tittieħed deċiżjoni dwar l-inklużjoni tagħhom fl-Annessi pertinenti mal-Konvenzjoni ta’ Basel jew mad-Deċiżjoni OECD. L-Anness IIIA jista’ jinkludi l-kundizzjoni li xi entrata jew aktar ma għandhiex tapplika għall-esportazzjoni lejn pajjiżi li għalihom ma tapplikax id-Deċiżjoni OECD;

d) għandhom jiġu determinati l-każijiet eċċezzjonali msemmija fl-Artikolu 3(3) u, fejn ikun meħtieġ, skart bħal dan għandu jiżdied ma’ l-Annessi IVA u V u mħassra mill-Anness III;

e) l-Anness IV għandu jiġi emendat sabiex jirrifletti l-bidliet miftiehma dwar il-lista ta’ skart perikoluż adottati skond l-Artikolu 1(4) tad-Direttiva 91/689/KEE;

f) l-Anness VIII għandu jiġi emendat biex jirrifletti l-konvenzjonijiet u l-ftehimiet internazzjonali pertinenti.

2. Il-Kumitat stabbilit mid-Direttiva tal-Kunsill 91/692/KEE għandu jkun assoċjat bis-sħiħ mad-deliberazzjonijiet meta jiġi emendat l-Anness IX.”

(3) L-Artikolu 59 huwa mibdul bit-test li ġej:

“Artikolu 59

Miżuri addizzjonali

1. Il-Kummissjoni tista’ tadotta, skond il-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 59a (2), il-miżuri addizzjonali relatati ma’ l-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament kif ġej:

(a) linji gwida għall-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 12(1)(g);

(b) linji gwida dwar l-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 15 relatati ma’ l-identifikazzjoni u s-sorveljanza ta’ skart sottopost għal bidliet sostanzjali fl-operazzjoni ta’ rkupru jew rimi temporanju;

c) linji gwida għall-kooperazzjoni ta’ l-awtoritajiet kompetenti fir-rigward ta’ vjeġġi illegali kif imsemmija fl-Artikolu 24;

d) rekwiżiti tekniċi u organizzattivi għall-implimentazzjoni prattika ta’ l-iskambju tad-data elettronika biex ikunu sottomessi d-dokumenti u l-informazzjoni skond l-Artikolu 26(4);

e) aktar gwida dwar l-użu tal-lingwi kif imsemmi fl-Artikolu 27;

f) aktar kjarifika tar-rekwiżiti proċedurali tat-Titolu II fir-rigward ta’ l-applikazzjoni tagħhom għall-esportazzjoni, l-importazzjoni u t-tranżitu ta’ l-iskart minn, lejn u ġewwa l-Komunità;

(g) aktar gwida li tikkonċerna termini legali mhux definiti.

2. Il-Kummissjoni tista’ tadotta miżuri ta’ implimentazzjoni dwar dawn li ġejjin:

(a) metodu biex tiġi kkalkulata l-garanzija finanzjarja jew l-assikurazzjoni ekwivalenti kif stabbilit fl-Artikolu 6;

(b) aktar kundizzjonijiet u rekwiżiti relatati ma’ faċilitajiet ta’ rkupru li dwarhom ikun hemm qbil minn qabel kif imsemmija fl-Artikolu 14.

Dawk il-miżuri, maħsuba biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju kif stipulat fl-Artikolu 59a(3).

(4) Jiżdied l-Artikolu 59a li ġej:

“Artikolu 59a

Proċedura tal-Kumitat

1. Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna mill-Kumitat stabbilit fl-Artikolu 18(1) tad-Direttiva 2006/12/KE (*).

2. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5 u 7 tad-deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.

L-iskadenza stabbilita fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandha tkun ta' tliet xhur.

3. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5a(1) sa (4), u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 8 tagħha.

_______________________

(*) ĠU L 114, 27.4.2006, p. 9 – 21.”

(5) L-Artikolu 63 huwa emendat hekk kif ġej:

(a) fil-paragrafu 2, it-tielet subparagrafu jiġi mibdul b’dan li ġej:

“Bl-eċċezzjoni ta’ skart tal-ħġieġ, skart tal-karta u skart tat-tajers pnewmatiċi, dan il-perjodu jista’ jiġi estiż sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2012 skond il-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 59a(2)”

(b) fil-paragrafu 4, it-tielet subparagrafu jiġi mibdul b’dan li ġej:

“Dan il-perjodu jista’ jiġi estiż sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2012 skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 59a(2).”

c) il-paragrafu 5 jiġi emendat hekk kif ġej:

(i) it-tielet subparagrafu jiġi mibdul b’dan li ġej:

“Dan il-perjodu jista’ jiġi estiż sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2015 skond il-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 59a(2).”

(ii) il-ħames subparagrafu jiġi mibdul b’dan li ġej:

“Dan il-perjodu jista’ jiġi estiż sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2015 skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 59a(2)”

4. IL-EUROSTAT

4.1. Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3924/91 tad-19 ta’ Diċembru 1991 dwar it-twaqqif ta’ stħarriġ fil-Komunità dwar il-produzzjoni industrijali[26]

Fir-rigward tar-Regolament (KEE) Nru 3924/91, għandha tingħata setgħa lill-Kummissjoni b’mod partikolari biex tistabbilixxi u taġġorna l-lista ta’ prodotti li għandhom x’jaqsmu ma’ dak ir-Regolament. Għandha tingħatalha setgħa wkoll biex tadotta regoli dettaljati dwar ir-rappreżentattività u l-perjodiċità ta’ ċerti prodotti u biex tistabbilixxi l-arranġamenti għall-kontenut ta’ l-istħarriġ u miżuri ta’ implimentazzjoni inklużi miżuri għall-aġġustament għall-progress tekniku dwar il-ġbir tad-data u l-ipproċessar tar-riżultati. Billi dawk il-miżuri huma ta’ ambitu ġenerali u huma maħsuba biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali tar-Regolament (KEE) Nru 3924/91, fost oħrajn biex jissupplimentawh biż-żieda ta’ elementi ġodda mhux essenzjali, huma għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju kif stipulat fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

Għal din ir-raġuni, ir-Regolament (KEE) Nru 3924/91 jiġi emendat hekk kif ġej:

(1) Fl-Artikolu 2, il-paragrafu 6 jiġi mibdul b’dan li ġej:

“6. Il-lista Prodcom, l-informazzjoni li tkun ġiet miġbura attwalment għal kull intestatura u l-proċeduri l-oħra ta’ implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament għandhom jiġu stabbiliti u aġġornati mill-Kummissjoni. Dawk il-miżuri maħsuba biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, fost oħrajn, billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju kif stipulat fl-Artikolu 10(3).”

(2) L-Artikolu 3 huwa emendat hekk kif ġej:

a) Fil-paragrafu 2 il-kliem “fl-Artikolu 10” jiġu mibdula bil-kliem “fl-Artikolu 10(2)”.

b) Il-paragrafu 5 huwa mibdul bit-test li ġej:

“5. Regoli dettaljati biex dan l-Artikolu jiġi applikat, inklużi miżuri għall-aġġustament għall-progress tekniku, għandhom jiġu adottati, kif neċessarju, mill-Kummissjoni. Dawk il-miżuri maħsuba biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, fost oħrajn, billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju kif stipulat fl-Artikolu 10(3).”

(3) L-Artikolu 4 huwa mibdul bit-test li ġej:

“Artikolu 4

Il-Perjodi ta’ Stħarriġ

L-istħarriġ għandu jkopri perjodu annwali ta’ sena kalendarja waħda.

Iżda, fil-każ ta’ ċerti intestaturi fil-Lista Prodcom, il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi dwar stħarriġ ta’ kull xahar jew ta’ kull tliet xhur. Dawk il-miżuri maħsuba biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, fost oħrajn, billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju kif stipulat fl-Artikolu 10(3).”

(4) Fl-Artikolu 5, il-paragrafu 1 jiġi mibdul b’dan li ġej:

“1. L-informazzjoni meħtieġa għandha tkun miġbura mill-Istati Membri permezz ta’ kwestjonarji għall-istħarriġ li l-kontenut tagħhom għandu jkun skond l-arranġamenti definiti mill-Kummissjoni. Dawk il-miżuri maħsuba biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, fost oħrajn, billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju kif stipulat fl-Artikolu 10(3).”

(5) Fl-Artikolu 6 u fl-Artikolu 7(2) il-kliem “fl-Artikolu 10” jiġi mibdul “fl-Artikolu 10(2)”.

(6) L-Artikoli 9 u 10 jiġu sostitwiti b’dan li ġej:

“Artikolu 9

Il-miżuri ta’ implimentazzjoni

Il-miżuri għall-aġġustament lejn il-progress tekniku li jikkonċerna l-ġbir tad-data u l-ipproċessar tar-riżultati għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni. Dawk il-miżuri maħsuba biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, fost oħrajn, billi jissupplimentawh, għandhom jiġu stabbiliti skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju kif stipulat fl-Artikolu 10(3). Miżuri oħra biex dan ir-Regolament ikun implimentat għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 10(2).

Artikolu 10

Il-Kumitat

1. Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna mill-Kumitat ta’ Programm ta’ l-Istatistika stabbilit bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 89/382/KEE, Euratom (*).

2. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 4 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 8 tagħha.

L-iskadenza stabbilita fl-Artikolu 4(3) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandha tkun ta' tliet xhur.

3. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5a(1) sa (4), u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 8 tagħha.

____________________________

(*) ĠU L 181, 28.6.1989, p. 47.”

4.2. Id-Direttiva 96/16/KE tal-Kunsill tad-19 ta’ Marzu 1996 fuq stħarriġ statistiku tal-ħalib u prodotti tal-ħalib[27]

Fir-rigward tad-Direttiva 96/16/KE, għandha tingħata setgħa lill-Kummissjoni b’mod partikolari biex tadotta d-definizzjonijiet dwar l-azjendi agrikoli mil-liema l-Istati Membri jagħmlu stħarriġ fuq il-produzzjoni tal-ħalib u l-użu tiegħu, biex tiffissa l-lista tal-prodotti tal-ħalib li fuqhom isir l-istħarriġ u biex tistabbilixxi d-definizzjonijiet uniformi applikabbli għall-komunikazzjoni tar-riżultati li jridu jiġu trażmessi lill-Kummissjoni. Billi dawk il-miżuri huma ta’ ambitu ġenerali u huma maħsuba biex jissupplimentaw id-Direttiva 96/16/KE biż-żieda ta’ elementi ġodda mhux essenzjali, huma għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju kif stipulat fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

Għal din ir-raġuni, id-Direttiva 96/16/KE tiġi emendata hekk kif ġej:

(1) Fl-Artikolu 1, il-paragrafu 2 huwa mibdul bit-test li ġej:

"2) għandhom iwettqu stħarriġ kull sena fuq il-produzzjoni ta’ ħalib u l-użu tiegħu fl-azjendi agrikoli kif iddefiniti mill-Kummissjoni; dawk il-miżuri dwar id-definizzjoni ta’ azjendi agrikoli maħsuba biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva biex jissupplimentawha, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju kif stipulat fl-Artikolu 7(3).”

(2) Fl-Artikolu 3, il-paragrafi 2 u 3 huma mibdula bit-test li ġej:

"2. L-elenku ta’ prodotti tal-ħalib kopert mill-istħarriġ ikun adottat mill-Kummissjoni. Billi dawn il-miżuri huma maħsuba biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva biex jissupplimentawha, huma għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju kif stipulat fl-Artikolu 7(3).

3. It-tifsiriet standard li għandhom jiġu użati fil-komunikazzjoni tar-riżultati huma stabbiliti mill-Kummissjoni. Billi dawn il-miżuri huma maħsuba biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva, biex jissupplimentawha, huma għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju kif stipulat fl-Artikolu 7(3).”

(3) Fl-Artikolu 4(2) u fl-Artikolu 6(1), il-kliem “fl-Artikolu 7” huma mibdula bil-kliem “fl-Artikolu 7(2)”. L-Artikolu 7 huwa mibdul bit-test li ġej:

(4) L-Artikolu 7 huwa mibdul bit-test li ġej:

“Artikolu 7

1. Il-Kummissjoni għandha tiġi megħjuna mill-Kumitat Permanenti għall-Istatistiċi Agrikulturali, imwaqqaf mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 72/279/KEE (*).

2. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5 u 7 tad-deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.

L-iskadenza stabbilita fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandha tkun ta' tliet xhur.

3. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5a(1) sa (4), u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 8 tagħha.

____________________

(*) ĠU L 179, 7.8.1972, p.1.”

4.3. Id-Direttiva 2001/109/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Diċembru 2001 dwar l-istħarriġ statistiku li għandu jitwettaq mill-Istati Membri sabiex jiġi ddeterminat il-potenzjal tal-produzzjoni ta’ pjantazzjonijiet ta’ xi speċje ta’ siġar tal-frott[28]

Fir-rigward tad-Direttiva 2001/109/KE, għandha tingħata setgħa lill-Kummissjoni b’mod partikolari biex temenda l-lista ta’ speċi ta’ siġar tal-frott kif ukoll it-tabella li tinkludi l-ispeċi li huma s-suġġett ta’ stħarriġ fl-Istati Membri differenti, biex tadotta l-modi ta’ applikazzjoni ta’ ċerti artikoli u biex tiddetermina l-limiti taż-żoni ta’ produzzjoni biex jiġu ppjanati għall-Istati Membri. Billi dawk il-miżuri huma ta' ambitu ġenerali u huma maħsuba biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali tad-Direttiva 2001/109/KE u biex jissupplimentawha biż-żieda ta’ elementi ġodda mhux essenzjali, huma għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju kif stipulat fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

Għal din ir-raġuni, id-Direttiva 2001/109/KE tiġi emendata hekk kif ġej:

(1) Fl-Artikolu 1(2), it-tielet sottoparagrafu huwa mibdul bit-test li ġej:

“Il-lista ta’ dawn l-ispeċi kif ukoll it-tabella msemmija jistgħu jkunu emendati mill-Kummissjoni. Billi dawn il-miżuri huma maħsuba biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva, huma għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju kif stipulat fl-Artikolu 8(2).”

(2) Fl-Artikolu 2, il-paragrafu 2 huwa mibdul bit-test li ġej:

"2. Il-modi ta’ applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu huma adottati mill-Kummissjoni. Billi dawn il-miżuri huma maħsuba biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva, biex jissupplimentawha, huma għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju kif stipulat fl-Artikolu 8(2).”

(3) Fl-Artikolu 3, il-paragrafu 4 huwa mibdul bit-test li ġej:

"4. Il-modi ta’ applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu huma adottati mill-Kummissjoni. Billi dawn il-miżuri huma maħsuba biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva, biex jissupplimentawha, huma għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju kif stipulat fl-Artikolu 8(2).”

(4) Fl-Artikolu 4, il-paragrafu 2 huwa mibdul bit-test li ġej:

"2. Ir-riżultati msemmija fil-paragrafu1 huma pprovduti skond iż-żoni ta’ produzzjoni. Il-limiti taż-żoni ta’ produzzjoni li huma ppjanati għall-Istati Membri huma adottati mill-Kummissjoni. Billi dawn il-miżuri huma maħsuba biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva, biex jissupplimentawha, huma għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju kif stipulat fl-Artikolu 8(2).”

(5) L-Artikolu 8 huwa mibdul bit-test li ġej:

“Artikolu 8

1. Il-Kummissjoni għandha tiġi megħjuna mill-Kumitat Permanenti għall-Istatistiċi Agrikulturali, imwaqqaf mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 72/279/KEE (*).

2. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5a(1) sa (4) u (5) a), u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 8 tagħha.

(*) ĠU L 179 tas-7.8.1972, p. 1.”

4.4. Ir-Regolament (KE) Nru 91/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2002 dwar l-statistika tat-trasport bil-ferrovija[29]

Fir-rigward tar-Regolament (KE) Nru 91/2003, għandha tingħata setgħa lill-Kummissjoni biex tadatta d-definizzjonijiet kif ukoll biex tadotta l-miżuri supplimentari, biex tadatta l-kontenut ta’ l-Annessi u biex tiddefinixxi l-linji gwida għar-rapporti dwar il-kwalità u l-paragunar tar-riżultati. Billi dawk il-miżuri huma ta’ ambitu ġenerali u huma maħsuba biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali tar-Regolament (KE) Nru 91/2003 u biex jissupplimentawh biż-żieda ta’ elementi ġodda mhux essenzjali, huma għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju kif stipulat fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

Għal din ir-raġuni, ir-Regolament (KE) Nru 91/2003 huwa emendat kif ġej:

(1) Fl-Artikolu 3, il-paragrafu 2 huwa mibdul bit-test li ġej:

"2. Id-definizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 jistgħu jiġu adattati u d-definizzjonijiet addizzjonali meħtieġa sabiex jiżguraw l-armonizzazzjoni jistgħu jiġu adottati mill-Kummissjoni. Billi dawk il-miżuri huma maħsuba biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, huma għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju kif stipulat fl-Artikolu 11(3).”

(2) L-Artikolu 4 huwa emendat hekk kif ġej:

a) Il-paragrafu 2 huwa mibdul bit-test li ġej:

"2. L-Annessi B u D jiddefinixxi proċeduri ta’ rappurtaġġ issemplifikati, li jistgħu jkunu użati mill-Istati Membri minflok ir-rappurtaġġ normali ddettaljat deskritti fl-Annessi A u Ċ għall-impriżi li l-volum totali ta’ merkanzija jew passiġġieri huwa inqas minn 500 miljun tunnellata metrika-kilometri jew 200 miljun passiġġieri-kilometri rispettivament. Dawn l-għetiebi jistgħu jiġu adattati mill-Kummissjoni. Billi dawk il-miżuri huma maħsuba biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, huma għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju kif stipulat fl-Artikolu 11(3).”

b) Il-paragrafu 5 huwa mibdul bit-test li ġej:

"5. Il-kontenut ta’ l-Annessi jista’ jiġi adattat mill-Kummissjoni. Billi dawk il-miżuri huma maħsuba biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, huma għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju kif stipulat fl-Artikolu 11(3).”

(3) L-Artikolu 10 huwa mibdul bit-test li ġej:

“Artikolu 10

Il-proċeduri ta’ l-implimentazzjoni

1. Il-proċeduri ta’ trażmissjoni tad-data lill-Eurostat għandhom jiġu adottati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 11(2).

2. Il-Kummissjoni tadotta l-miżuri ta’ implimentazzjoni li ġejjin:

a) l-adattament ta’ l-għetiebi għar-rappurtaġġ issemplifikat (l-Artikolu 4) ;

b) l-adattament tad-definizzjonijiet u adozzjoni tad-definizzjonijiet miżjuda (l-Artikolu 3(2)) ;

c) l-adattament tal-kontenut ta’ l-Annessi (l-Artikolu 4) ;

d) id-definizzjoni tal-linji gwida għar-rapporti dwar il-kwalità u l-paragunar tar-riżultati (l-Artikoli 8 u 9).

Billi dawk il-miżuri huma maħsuba biex jemendaw jew jissupplimentaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, huma għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju kif stipulat fl-Artikolu 11(3)”.

(4) L-Artikolu 11 huwa mibdul bit-test li ġej:

“Artikolu 11

Il-Kumitat

1. Il-Kummissjoni għandha tiġi megħjuna mill-Kumitat tal-Programm Statistiku mwaqqaf bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 89/382/KEE, Euratom (*). Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 8 tagħha.

2. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5 u 7 tad-deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.

L-iskadenza stabbilita fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandha tkun ta' tliet xhur.

3. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5a(1) sa (4) u (5) a), u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 8 tagħha.

_____________________

(*) ĠU L 181, 28.6.1989, p. 47”

(5) Fl-Anness Ħ, punt 5) u fl-Anness J, il-kliem “fl-Artikolu 11(2)” huma mibdula bil-kliem “fl-Artikolu 11(3).”

4.5. Ir-Regolament (KE) Nru 437/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Frar 2003 dwar il-prospetti ta’ l-istatistika rigward it-trasport tal-passiġġieri, l-merkanzija u l-posta bl-ajru[30]

Fir-rigward tar-Regolament (KE) Nru 437/2003, għandha tingħata setgħa lill-Kummissjoni biex temenda d-definizzjonijiet tar-Regolament kif ukoll biex tadotta miżuri addizjonali u biex tadatta l-kontenut ta’ l-Annessi tagħha. Billi dawn il-miżuri huma ta’ ambitu ġenerali u huma maħsuba biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali tar-Regolament (KE) Nru 437/2003, huma għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju kif stipulat fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

Għal din ir-raġuni, ir-Regolament (KE) Nru 437/2003 huwa emendat kif ġej:

(1) Fl-Artikolu 3, il-paragrafu 2 huwa mibdul bit-test li ġej:

"2. Kull Stat Membru għandu jiġbor l-informazzjoni kollha mniżżla fl-Anness I għall-ajruporti Komunitarji kollha fit-territorju tiegħu bi traffiku li jaqbeż il-150 000 unità ta’ passiġġieri kull sena.

Għandha tiġi mfassla mill-Kummissjoni lista ta’ l-ajruporti Komunitarji msemmija fl-ewwel subparagrafu u, jekk meħtieġ, tiġi aġġornata. Billi dawk il-miżuri huma maħsuba biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, huma għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju kif stipulat fl-Artikolu 11(3).”

(2) L-Artikolu 5 huwa mibdul bit-test li ġej:

“Artikolu 5

L-eżatezza ta’ l-istatistika

Il-ġbir ta’ l-informazzjoni għandu jkun imsejjes fuq prospetti kompletati, għajr jekk jiġux stabbiliti standards oħra ta’ l-eżatezza mill-Kummissjoni. Billi dawk il-miżuri huma maħsuba biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament, biex jissupplimentawh, huma għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju kif stipulat fl-Artikolu 11(3).”

(3) Fl-Artikolu 7, il-paragrafu 2 huwa mibdul bit-test li ġej:

"2. Ir-riżultati għandhom jiġu trażmessi skond l-inkartamenti ta’ l-informazzjoni li jidhru fl-Anness I. L-inkartamenti ta’ l-informazzjoni huma speċifikati mill-Kummissjoni. Billi din il-miżura hija maħsuba biex temenda l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, għandha tiġi adottata skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju kif stipulat fl-Artikolu 11(3).

Il-mezzi użati għat-trażmissjoni huma speċifikati mill-Kummissjoni skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 11(2).”

(4) L-Artikolu 10 huwa mibdul bit-test li ġej:

“Artikolu 10

Dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni

1. Il-miżuri għall-implimentazzjoni li ġejjin għandhom jiġu adottati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 11(2): — id-deskrizzjoni tal-kodiċijiet ta’ l-informazzjoni u tal-mezz li għandu jiġi użat biex jiġu trażmessi r-riżultati lill-Kummissjoni (l-Artikolu 7), —

— id-deskrizzjoni tal-kodiċijiet ta’ l-informazzjoni u tal-mezz li għandu jiġi użat biex jiġu trażmessi r-riżultati lill-Kummissjoni (l-Artikolu 7),

— it-tixrid tar-riżultati statistiċi (l-Artikolu 8).

2. Il-Kummissjoni tadotta l-miżuri ta’ implimentazzjoni li ġejjin:

— l-adattament ta’ l-ispeċifikazzjonijiet li jidhru fl-Annessi ta’ dan ir-Regolament,

— l-adattament tal-karatteristiċi tal-ġbir ta’ l-informazzjoni (l-Artikolu 3),

— il-lista ta’ l-ajruporti Komunitarji koperti mill-Artikolu 3(2),

— l-eżatezza ta’ l-istatistika (l-Artikolu 5),

— id-deskrizzjoni ta’ l-inkartamenti ta’ l-informazzjoni (l-Artikolu 7).

Billi dawk il-miżuri huma maħsuba biex jemendaw jew jissupplimentaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, huma għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju kif stipulat fl-Artikolu 11(3)”.

(5) L-Artikolu 11 huwa mibdul bit-test li ġej:

“Artikolu 11

Il-Kumitat

1. Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna mill-Kumitat ta’ Programm ta’ l-Istatistika stabbilit bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 89/382/KEE, Euratom (*).

2. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5 u 7 tad-deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.

L-iskadenza stabbilita fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandha tkun ta' tliet xhur.

3. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5a(1) sa (4) u (5) a), u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 8 tagħha.

___________________________

(*) ĠU L 181, 28.6.1989, p. 47”

4.6. Ir-Regolament (KE) Nru 48/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Diċembru dwar il-produzzjoni ta’ statistika Komunitarja annwali rigward l-industrija ta’ l-azzar għas-snin ta’ referenza 2003-2009[31]

Fir-rigward tar-Regolament (KE) Nru 48/2004, għandha tingħata setgħa lill-Kummissjoni b’mod partikolari biex tistabbilixxi u taġġorna l-lista ta’ karatteristiċi li jikkonċernaw dak ir-Regolament. Billi dawk il-miżuri huma ta’ ambitu ġenerali u huma maħsuba biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali tar-Regolament (KE) Nru 48/2004, fost oħrajn billi jissupplimentawh biż-żieda ta’ elementi ġodda mhux essenzjali, huma għandhom jiġu adottati skond il-proċedura bi skrutinju kif stipulat fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

Għal din ir-raġuni, ir-Regolament (KE) Nru 48/2004 huwa emendat kif ġej:

(1) L-Artikolu 7 huwa mibdul bit-test li ġej:

“Artikolu 7

Il-miżuri ta’ implimentazzjoni

1. Il-miżuri għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament li għandhom x’jaqsmu mal-formati ta’ trażmissjoni u l-ewwel perjodu ta’ trażmissjoni għandhom jiġu adottati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 8(2).

2. Il-miżuri għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament li għandhom x’jaqsmu ma’ xi tibdil fil-lista ta’ karatteristiċi, sakemm l-ebda piż sinifikanti addizzjonali ma jkun impost fuq l-Istati Membri, maħsuba biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, fost oħrajn billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju kif stipulat fl-Artikolu 8(3).”

(2) Fl-Artikolu 8, il-paragrafu 3 jiġi mibdul b’dan li ġej:

“3. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5a(1) sa (4), u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 8 tagħha.”

5. IS-SUQ INTERN

5.1. Id-Direttiva 2004/25/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ April 2004 fuq offerti ta’ xiri[32]

Fir-rigward tad-Direttiva 2004/25/KE, għandha tingħata setgħa lill-Kummissjoni biex tadotta regoli għall-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 6(3) dwar il-kontenut tad-dokument ta’ l-offerta. Billi dawk il-miżuri huma ta’ ambitu ġenerali u huma maħsuba biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva, fost oħrajn billi jissupplimentawha jew biż-żieda ta’ elementi ġodda mhux essenzjali, huma għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju kif stipulat fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

Id-Direttiva 2004/25/KE tipprovdi għal restrizzjoni fiż-żmien dwar is-setgħa ta’ implimentazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni. Fl-istqarrija konġunta tagħhom dwar id-Deċiżjoni 2006/512/KE li temenda d-Deċiżjoni 1999/468/KE, il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni stqarrew li d-Deċiżjoni 2006/512/KE tipprovdi soluzzjoni orizzontali u sodisfaċenti għax-xewqa tal-Parlament li jifli b’reqqa l-implimentazzjoni ta’ strumenti adotatti skond il-proċedura tal-kodeċiżjoni, u li għal din ir-raġuni, il-Kummissjoni tingħata setgħa ta’ implimentazzjoni mingħajr limitu ta’ żmien. Wara d-dħul tal-proċedura regolatorja bi skrutinju, il-provvediment li jistabbilixxi dik ir-restrizjoni ta’ żmien fid-Direttiva 2004/25/KE għandu jitħassar.

Għal din ir-raġuni, id-Direttiva 2004/25/KE tiġi emendata hekk kif ġej:

(1) Fl-Artikolu 6, il-paragrafu 4 jiġi mibdul b’dan li ġej:

“4. Il-Kummissjoni għandha tadotta regoli għall-applikazzjoni tal-paragrafu 3. Dawk il-miżuri, maħsuba biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva, billi jissupplimentawha, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju kif stipulat fl-Artikolu 18(2).”

(2) L-Artikolu 18 huwa emendat hekk kif ġej:

(a) il-paragrafu 2 jiġi mibdul b’dan li ġej:

“2. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5a(1) sa (4), u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 8 tagħha.”

(b) il-paragrafu 3 jitħassar.

6. IS-SAħħA U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATURI

6.1. Id-direttiva tal-Kunsill 79/373/KEE tat-2 ta’ April 1979 dwar iċ-ċirkulazzjoni ta’ għalf kompost[33]

Fir-rigward tad-Direttiva 79/373/KEE, għandha tingħata setgħa lill-Kummissjoni b’mod partikolari biex tadotta eżenzjonijiet għad-dispożizzjonijiet fuq il-pakketti ta’ l-għalf, u biex temenda l-Anness. Billi dawk il-miżuri huma ta' ambitu ġenerali u huma maħsuba biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali tad-Direttiva 79/373/KEE u biex jissupplimentawha biż-żieda ta’ elementi ġodda mhux essenzjali, huma għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju kif stipulat fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

Għal din ir-raġuni, id-Direttiva 79/373/KEE tiġi emendata hekk kif ġej:

(1) Fl-Artikolu 4, il-paragrafu 2 huwa mibdul bit-test li ġej:

"2. Il-Kummissjoni tadotta l-eżenzjonijiet prinċipalment mill-paragrafu 1 li għandhom jiġu aċċettati fil-livell Komunitarju. Billi dawk il-miżuri huma maħsuba biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan l-att, fost oħrajn biex jissupplimentawh, huma għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju kif stipulat fl-Artikolu 13(3), sakemm jiġu żgurati l-identifikazzjoni u l-kwalità ta’ l-għalf kompost”.

(2) L-Artikolu 10 huwa mibdul bit-test li ġej:

“Artikolu 10

Fid-dawl ta’ l-avvanzi fit-tagħrif xjentifiku u tekniku:

a) il-kategoriji li jiġbru fihom ħafna materja prima għall-għalf ta’ l-annimali sa mhux aktar tard mit-22 ta’ Jannar 1991 skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 13(2);

b) il-metodu tal-kalkolu tal-valur ta’ l-enerġija ta’ l-għalf kompost jistgħu jkunu stabbiliti skond il-proċedura msemmija ta’ l-Artikolu 13(2);

c) emendi għall-Anness għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni; billi dawk il-miżuri huma maħsuba biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva, huma għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju kif stipulat fl-Artikolu 13 (3).”

(3) Fl-Artikolu 13, il-paragrafu 3 huwa mibdul bit-test li ġej:

"3. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5a(1) sa (4), u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.”

6.2. Id-Direttiva tal-Kunsill 82/471/KEE tat-30 ta’ Ġunju 1982 li tikkonċerna ċerti prodotti użati fin-nutrizzjoni ta’ l-annimali[34]

Fir-rigward tad-Direttiva 82/471/KEE, għandha tingħata setgħa lill-Kummissjoni b’mod partikolari biex tadotta emendi u biex tiddefinixxi l-kriterji neċessarji għall-karatterizzazzjoni tal-prodotti msemmija f’din id-Direttiva. Billi dawk il-miżuri huma ta' ambitu ġenerali u huma maħsuba biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali tad-Direttiva 82/471/KEE u biex jissupplimentawha biż-żieda ta’ elementi ġodda mhux essenzjali, huma għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju kif stipulat fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE. Minħabba l-urġenza, jeħtieġ li tiġi applikata l-proċedura ta’ urġenza msemmija fl-Artikolu 5a(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE biex ikunu adottati l-emendi tad-Direttiva.

Għal din ir-raġuni, id-Direttiva 82/471/KEE tiġi emendata hekk kif ġej:

(1) L-Artikolu 6 huwa emendat hekk kif ġej:

(a) Il-paragrafu 1 huwa mibdul bit-test li ġej:

"1. L-emendi li jridu jsiru fl-Anness fid-dawl ta' l-avvanzi fl-għarfien xjentifiku u tekniku jiġu adottati mill-Kummissjoni. Dawk il-miżuri maħsuba biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju kif stipulat fl-Artikolu 13(3). Għal dan il-għan, u fejn għandhom x’jaqsmu l-prodotti msemmija fl-Anness, punti 1.1 u 1.2, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-Kumitat Xjentifiku għan-Nutriment ta’ l-Annimali u l-Kumitat Xjentifiku għall-Ikel.

Madankollu, fil-każ ta' prodotti miksuba minn ħmira tal-varjetà “Candida” u kkultivata fuq n-alkanes, li għalihom issir referenza fl-Artikolu 4(1), għandha tiġi adottata deċiżjoni mill-Kummissjoni fi żmien sentejn min-notifika ta' din id-Direttiva, wara konsultazzjoni mal-Kumitat Xjentifiku għan-Nutriment ta’ l-Annimali u l-Kumitat Xjentifiku għall-Ikel.”

(b) Il-paragrafu 3 huwa mibdul bit-test li ġej:

"3. Kriterji li jagħmluha possibbli li wieħed jiddefinixxi l-prodotti inklużi f'din id-Direttiva, partikolarment il-kriterji tal-kompożizzjoni u l-purità kif ukoll il-karatteristiċi fiżiko-kimiċi u bijoloġiċi, jistgħu jiġu adottati, fid-dawl ta' l-għerf xjentifiku jew tekniku, mill-Kummissjoni. Billi dawn il-miżuri huma maħsuba biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva, biex jissupplimentawha, huma għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju kif stipulat fl-Artikolu 13(3).”

(2) Fl-Artikolu 7(2), it-tieni subparagrafu, il-kliem “l-Artikolu 13” huma mibdula bil-kliem “l-Artikolu 13(2)”.

(3) Fl-Artikolu 8, il-paragrafu 3 huwa mibdul bit-test li ġej:

"3. Jekk il-Kummissjoni jidhrilha li huma meħtieġa xi emendi f'din id-Direttiva sabiex ittaffi d-diffikultajiet msemmija fil-paragrafu 1 u sabiex jiġi żgurat il-ħarsien tas-saħħa tal-bniedem jew ta’ l-annimali, hija għandha tadotta t-tali miżuri. Dawk il-miżuri maħsuba biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju kif stipulat fl-Artikolu 13(4). L-Istat Membru li jkun adotta miżuri ta’ salvagwardja jista’ jżommhom sakemm jidħlu fis-seħħ dawn l-emendi.”

(4) L-Artikolu 13 huwa emendat hekk kif ġej:

(a) Il-paragrafu 3 huwa mibdul bit-test li ġej:

"3. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5a(1) sa (4), u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.”

(b) Jiżdied il-paragrafu 4 li ġej:

"4. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5a(1), (2), (4) u (6), u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.”

(5) L-Artikolu 14 għandu jitħassar.

6.3. Id-Direttiva tal-Kunsill 96/25/KE tad-29 ta’ April 1996 dwar iċ-ċirkulazzjoni u l-użu ta’ materjali ta’ l-għalf, li temenda d-Direttivi 70/524/KEE, 74/63/KEE, 82/471/KEE u 93/74/KEE u tħassar id-Direttiva 77/101/KEE[35]

Fir-rigward tad-Direttiva 96/25/KE, għandha tingħata setgħa lill-Kummissjoni b’mod partikolari biex tistabbilixxi u temenda l-lista tas-sustanzi li ċ-ċirkulazzjoni jew l-użu tagħhom għal skopijiet ta’ l-alimentazzjoni ta’ l-annimali huma projbiti jew limitati u biex temenda l-Anness fid-dawl ta' l-iżviluppi fl-għarfien xjentifiku u tekniku. Billi dawk il-miżuri huma ta' ambitu ġenerali u huma maħsuba biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali tad-Direttiva 96/25/KE u biex jissupplimentawha biż-żieda ta’ elementi ġodda mhux essenzjali, huma għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju kif stipulat fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

Meta, għal raġunijiet ta’ urġenza imminenti, ma jistgħux jiġu rrispettati l-perjodi ta' żmien normalment applikabbli fil-qafas tal-proċedura regolatorja bi skrutinju, l-Kummissjoni għandha tkun tista’ tapplika l-proċedura ta’ urġenza msemmija fl-Artikolu 5a(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għall-emenda tal-lista tas-sustanzi li ċ-ċirkulazzjoni jew l-użu tagħhom, għal skopijiet ta’ alimentazzjoni ta’ l-annimali, huma limitati jew projbiti.

Għal raġunijiet ta’ effikaċja, il-perjodi ta’ żmien normalment applikabbli fil-qafas tal-proċedura regolatorja bi skrutinju għandhom jiġu mqassra għall-adozzjoni ta’ l-emendi li jridu jsiru fl-Anness fid-dawl ta' l-iżviluppi fl-għarfien xjentifiku u tekniku.

Għal din ir-raġuni, id-Direttiva 96/25/KE tiġi emendata hekk kif ġej:

(1) It-tieni inċiż ta’ l-Artikolu 5(1)(g), huwa mibdul bit-test li ġej:

"- il-miżuri Komunitarji inklużi fil-lista li trid tiġi stabbilita mill-Kummissjoni; billi dik il-miżura hija maħsuba biex temenda l-elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva, biex tissupplimentaha, hija għandha tiġi adottata skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju kif stipulat fl-Artikolu 13(3).”

(2) L-Artikolu 11 huwa mibdul bit-test li ġej:

“Artikolu 11

1. Tista’ tiġi adottata, skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 13(2), sistema ta’ kodifikazzjoni numerika għall-materjali ta' l-għalf tal-bhejjem elenkati, ibbażati fuq glossarji konnessi ma' l-oriġini, il-parti mill-prodott/prodott sekondarju użat, l-ipproċessar, il-maturità/kwalità tal-materjali ta' l-għalf tal-bhejjem li jippermetti li l-għalf tal-bhejjem jiġi identifikat fuq livell internazzjonali – b'mod partikolari bl-isem u d-deskrizzjoni.

2. Il-lista tal-materjali li ċ-ċirkulazzjoni jew l-użu għall-iskopijiet ta’ nutriment ta’ l-annimali hija ristretta jew ipprojbita sabiex tkun żgurata l-konformità tagħhom ma' l-Artikolu 3 għandha tiġi stabbilita mill-Kummissjoni. Billi dik il-miżura hija maħsuba biex temenda l-elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva biex tissupplimentaha, hija għandha tiġi adottata skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju kif stipulat fl-Artikolu 13(3).

3. Il-lista msemmija fil-paragrafu 2 hija emendata mill-Kummissjoni, fid-dawl ta' avvanzi fl-għarfien xjentifiku u tekniku. Billi dawn il-miżuri huma maħsuba biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva biex jissupplimentawha, huma għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju kif stipulat fl-Artikolu 13(3). Minħabba raġunijiet ta’ urġenza imminenti, il-Kummissjoni tista’ tirrikorri għall-proċedura ta’ urġenza msemmija fl-Artikolu 13(5), bil-għan li jiġu adottati dawn il-miżuri.

4. L-emendi li jridu jsiru fl-Anness fid-dawl ta' l-avvanzi fl-għarfien xjentifiku u tekniku jiġu adottati mill-Kummissjoni. Billi dawn il-miżuri huma maħsuba biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva, huma għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju kif stipulat fl-Artikolu 13(4).”

(3) L-Artikolu 13 huwa emendat hekk kif ġej:

a) Il-paragrafu 3 huwa mibdul bit-test li ġej:

"3. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5a(1) sa (4), u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.”

b) Il-paragrafi 4 u 5 li ġejjin għandhom jiġu miżjuda:

"4. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5a(1) sa (4) u (5)(b), u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 8 tagħha.

L-iskadenzi stipulati fl-Artikoli 5a(3)(c), (4)(b) u (4)(e) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandhom ikunu ta' xahrejn, xahar u xahrejn rispettivament.

5. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5a(1), (2), (4) u (6), u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.”

6.4. Id-Direttiva 2002/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Mejju 2002 dwar sustanzi mhux mixtieqa fl-għalf ta’ l-annimali[36]

Fir-rigward tad-Direttiva 2002/32/KE, għandha tingħata setgħa lill-Kummissjoni b’mod partikolari biex temenda l-Annessi I u II u biex tadattahom fid-dawl ta' l-avvanzi fl-għarfien xjentifiku u tekniku u biex tiddefinixxi kriterji supplimentari għall-proċessi ta’ ditossifikazzjoni. Billi dawn il-miżuri huma ta’ ambitu ġenerali u huma maħsuba biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali tad-Direttiva 2002/32/KE u biex jissupplimentawha biż-żieda ta’ elementi ġodda mhux essenzjali, huma għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju kif stipulat fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

Meta, għal raġunijiet ta’ urġenza imminenti, il-perjodi ta' żmien normalment applikabbli fil-qafas tal-proċedura regolatorja bi skrutinju ma jistgħux jiġu rrispettati, il-Kummissjoni għandha tapplika l-proċedura ta’ urġenza stipulata fl-Artikolu 5a(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għall-adattament ta’ l-Annessi I u II fid-dawl ta' l-avvanzi fl-għarfien xjentifiku u tekniku.

Għal din ir-raġuni, id-Direttiva 2002/32/KE tiġi emendata hekk kif ġej:

(1) Fl-Artikolu 7(2), l-ewwel subparagrafu jiġi mibdul bit-test li ġej:

“Jiġi deċiż immedjatament jekk l-Annessi I u II għandhomx jiġu emendati. Billi dawn il-miżuri huma maħsuba biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva, huma għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju kif stipulat fl-Artikolu 11(4).”

(2) Fl-Artikolu 8, il-paragrafi 1 u 2 huma mibdula bit-test li ġej:

"1. Fid-dawl ta' l-avvanzi fl-għarfien xjentifiku u tekniku, il-Kummissjoni tadatta l-Annessi I u II. Dawk il-miżuri maħsuba biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju kif stipulat fl-Artikolu 11(3). Għal raġunijiet ta’ urġenza imminenti, il-Kummissjoni tista’ tirrikorri għall-proċedura ta’ urġenza msemmija fl-Artikolu 11(4), bil-għan li jiġu adottati dawn l-emendi.

2. Barra minn hekk il-Kummissjoni:

- tadotta perjodikament verżjonijiet konsolidati ta’ l-Annessi I u II li jkunu jinkorporaw fihom l-adattamenti magħmula skond il-paragrafu 1, f’konformità mal-proċedura stipulata fl-Artikolu 11(2),

- tista’ tiddefinixxi kriterji ta’ aċċettabilità għall-proċessi ta' ditossifikazzjoni li jiżdiedu mal-kriterji stipulati għall-prodotti mmirati għall-għalf ta’ l-annimali li kienu sottomessi għal dawn il-proċessi; Billi dawn il-miżuri huma maħsuba biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva, biex jissupplimentawha, huma għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju kif stipulat fl-Artikolu 11(3).”

(3) L-Artikolu 11 huwa mibdul bit-test li ġej:

“Artikolu 11

1. Il-Kummissjoni hija megħjuna mill-Kumitat Permanenti għall-Għalf ta’ l-Annimali, imwaqqaf bl-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni 70/372/KEE (*).

2. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5 u 7 tad-deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.

L-iskadenza stabbilita fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandha tkun ta' tliet xhur.

3. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5a(1) sa (4), u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 8 tagħha.

4. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5(1), (2), (4) u (6), u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.

_________________________________

(*) ĠU L 170, 3.8.1970, p. 1.”

(4) L-Artikolu 12 għandu jitħassar.

6.5. Ir-Regolament (KE) Nru 998/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Mejju 2003 dwar il-ħtiġijiet rigward is-saħħa ta’ l-annimali li japplikaw għall-moviment mhux kummerċjali tal-pets u li jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE[37].

Fir-rigward tar-Regolament (KE) Nru 998/2003, għandha tingħata setgħa lill-Kummissjoni b’mod partikolari biex temenda l-lista ta’ l-ispeċji ta’ l-annimali stabbilita fil-Parti Ċ ta’ l-Anness I u l-listi ta’ pajjiżi u territorji stabbiliti fil-Partijiet B u Ċ ta’ l-Anness II. Billi dawk il-miżuri huma ta' ambitu ġenerali u huma maħsuba biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, huma għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju kif stipulat fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

Għal raġunijiet ta’ effiċjenza, l-iskadenzi normali għall-proċedura regolatorja bi skrutinju għandhom ikunu limitati għall-adozzjoni tal-lista ta’ ċerti pajjiżi terzi.

Għal din ir-raġuni, ir-Regolament (KE) Nru 998/2003 huwa emendat kif ġej:

(1) L-Artikolu 10 huwa emendat hekk kif ġej:

(a) Il-frażi introduttorja tiġi mibdula b’dan li ġej:

“Il-lista ta’ pajjiżi terzi provduta fil-parti Ċ ta’ l-Anness II għandha tiġi mfassla mill-Kummissjoni [qabel id-data mniżżla fit-tieni paragrafu ta’ l-Artikolu 25]. Biex ikun inkluż f’dik il-lista, pajjiż terz jeħtieġ li l-ewwel juri l-istatus tiegħu dwar ir-rabbja u li:”

(b) Jiżdied it-tieni subaragrafu li ġej:

“Dawk il-miżuri maħsuba biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju kif stipulat fl-Artikolu 24(5).”

(2) L-Artikolu 19 huwa mibdul bit-test li ġej:

“Artikolu 19

Il-Parti Ċ ta’ l-Anness I u l-partijiet B u Ċ ta’ l-Anness II jistgħu jiġu emendati mill-Kummissjoni biex iqisu l-iżviluppi fis-sitwazzjoni ġewwa t-territorju Komunitarju jew fil-pajjiżi terzi rigward il-mard li jaffettwa l-ispeċji ta’ l-annimali koperti b’dan ir-Regolament, b’mod partikolari r-rabbja, u, jekk ikun hemm il-ħtieġa, jillimitaw, għall-għanijiet ta’ dan ir-Regolament, in-numru ta’ annimali li jkunu jistgħu jiċċaqalqu minn post għall-ieħor. Dawk il-miżuri maħsuba biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju kif stipulat fl-Artikolu 24(4)”.

(3) L-Artikolu 21 huwa mibdul bit-test li ġej:

“Artikolu 21

“Artikolu 21 Kull dispożizzjoni tranżitorja ta’ implimentazzjoni tista’ tiġi adottata mill-Kummissjoni sabiex tippermetti l-bidla mill-arranġamenti kurrenti għall-arranġamenti stabbiliti b’dan ir-Regolament. Dawk il-miżuri maħsuba biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju kif stipulat fl-Artikolu 24(4)”

(4) L-Artikolu 24 huwa emendat hekk kif ġej:

a) Il-paragrafu 4 huwa mibdul bit-test li ġej:

“4. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5a(1) sa (4), u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 8 tagħha.”

b) Jiżdied il-paragrafu 5 li ġej:

“5. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5a(1) sa (4) u (5)(b), u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 8 tagħha.

L-iskadenzi stipulati fl-Artikoli 5a(3)(c), (4)(b) u (4)(e) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandhom ikunu ta' xahrejn, xahar u xahrejn rispettivament.”

6.6. Id-Direttiva 2003/99/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Novembru 2003 rigward il-monitoraġġ ta’ żoonosi u ta’ l-aġenti żoonotiċi, li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 90/424/KEE u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 92/117/KEE[38]

Fir-rigward tad-Direttiva 2003/99/KE, għandha tingħata setgħa lill-Kummissjoni b’mod partikolari biex tistabbilixxi programmi koordinati ta’ monitoraġġ dwar żoonożi u l-aġenti żoonetiċi. Billi dawk il-miżuri huma ta’ ambitu ġenerali u huma maħsuba biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dik id-Direttiva u biex jissupplimentawha biż-żieda ta’ elementi ġodda mhux essenzjali, huma għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju provduta fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

Għal raġunijiet ta’ urġenza, il-proċedura ta’ urġenza provduta fl-Artikolu 5a(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE jeħtieġ li tkun applikata għall-adozzjoni ta’ l-emendi ta’ l-Anness I tad-Direttiva 2003/00/KE biex żoonożi u aġenti żoonetiċi jiżdiedu mal-listi provduti jew jitneħħew minnhom.

Għal din ir-raġuni, id-Direttiva 2003/99/KE tiġi emendata hekk kif ġej:

(1) Fl-Artikolu 4, il-paragrafu 4 jiġi emendat hekk kif ġej:

(a) Il-frażi introduttorja tiġi mibdula b’dan li ġej:

“L-Anness I jista’ jiġi emendat mill-Kummissjoni biex żoonożi u aġenti żoonetiċi jiżdiedu jew jitneħħew mil-listi t’hemm, waqt li jitqiesu b’mod partikolari l-kriterji li ġejjin.

(b) Jiżdied it-tieni subaragrafu li ġej:

“Dawk il miżuri, maħsuba biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju kif stipulat fl-Artikolu 12(4).”

(2) Fl-Artikolu 5, il-paragrafu 1 jiġi mibdul b’dan li ġej:

“1. Jekk l-informazzjoni miġbura permezz tal-monitoraġġ b’rutina b’konformità ma’ l-Artikolu 4 ma tkunx suffiċjenti, programmi koordinati ta’ monitoraġġ li jikkonċernaw waħda jew aktar żoonożi u/jew l-aġenti żoonetiċi jistgħu jkunu stabbiliti mill-Kummissjoni, speċjalment fejn ikunu identifikati ħtiġijiet speċifiċi, biex ikunu assessjati r-riskji jew biex ikunu stabbiliti l-valuri tal-linja-bażi relatati maż-żoonożi jew l-aġenti żoonetiċi fil-livell ta’ l-Istati Membri jew fil-livell tal-Komunità. Dawk il-miżuri, maħsuba biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju kif stipulat fl-Artikolu 12(3).”

(3) L-Artikolu 11 huwa mibdul bit-test li ġej:

“Artikolu 11

Emendi għall-Annessi u miżuri ta’ tranżizzjoni jew ta’ implimentazzjoni

L-Annessi II, III u IV jistgħu jkunu emendati mill-Kummissjoni. Dawk il-miżuri maħsuba biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju kif stipulat fl-Artikolu 12(3).

Kwalunkwe miżura ta’ tranżizzjoni jew ta’ implimentazzjoni xierqa tista’ tiġi adottata skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 12(2).”

(4) L-Artikolu 12 huwa emendat hekk kif ġej:

a) Il-paragrafu 3 huwa mibdul bit-test li ġej:

“3. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5a(1) sa (4), u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 8 tagħha.”

b) Jiżdied il-paragrafu 4 li ġej:

“4. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5a(1), (2), (4) u (6), u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 8 tagħha.”

6.7. Regolament (KE) Nru 852/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar l-iġjene tal-prodotti ta’ l-ikel[39]

Fir-rigward tar-Regolament (KE) Nru 852/2004, għandha tingħata setgħa lill-Kummissjoni b'mod partikolari biex tadotta dispożizzjonijiet dwar miżuri speċifiċi ta’ iġjene u dwar l-approvazzjoni ta’ l-istabbilimenti kif ukoll biex tagħti taħt ċerti kundizzjonijiet eżenzjonijiet fl-Annessi I u II. Billi dawk il-miżuri huma ta' ambitu ġenerali u huma maħsuba biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament u biex jissupplimentawh biż-żieda ta’ elementi ġodda mhux essenzjali, huma għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju kif stipulat fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

Għal din ir-raġuni, ir-Regolament (KE) Nru 852/2004 huwa emendat kif ġej:

(1) Fl-Artikolu 4, il-paragrafu 4 huwa mibdul bit-test li ġej:

"4. Il-kriterji, il-ħtiġijiet u l-miri msemmija fil-paragrafu 3 kif ukoll il-metodi assoċjati tal-kampjunar u l-analiżi huma stabbiliti mill-Kummissjoni. Billi dawk il-miżuri huma maħsuba biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament, biex jissupplimentawh, huma għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju kif stipulat fl-Artikolu 14(3).”

(2) Fl-Artikolu 6(3), il-punt c) huwa mibdul bit-test li ġej:

“c) b’deċiżjoni adottata mill-Kummissjoni; billi din il-miżura hija maħsuba biex temenda l-elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament, hija għandha tiġi adottata skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju kif stipulat fl-Artikolu 14(3).”

(3) L-Artikolu 13 huwa emendat hekk kif ġej:

a) il-paragrafu 1 huwa emendat hekk kif ġej:

i) it-termini introduttorji huma mibdula bit-test li ġej:

“L-Annessi I u II jistgħu jkunu adattati jew aġġornati mill-Kummissjoni filwaqt li jkun ikkunsidrat:”

ii) it-tieni subparagrafu li ġej huwa miżjud:

“Il-miżuri maħsuba biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament, fost oħrajn biex jissupplimentawh, huma għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju kif stipulat fl-Artikolu 14(3).”

b) Il-paragrafu 2 huwa mibdul bit-test li ġej:

"2 Jistgħu jingħataw eżenzjonijiet fl-Annessi I u II mill-Kummissjoni, partikolarment sabiex jiffaċilitaw l-implimentazzjoni ta’ l-Artikolu 5 fir-rigward ta' negozji żgħar, filwaqt li jiġu kkunsidrati l-fatturi ta’ riskji pertinenti u bil-kundizzjoni li dawn l-eżenzjonijiet ma jikkompromettux it-twettiq ta’ l-għanijiet stabbilit b'dan ir-Regolament. Billi dawk il-miżuri huma maħsuba biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament, biex jissupplimentawh, huma għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju kif stipulat fl-Artikolu 14(3).”

(4) Fl-Artikolu 14, il-paragrafu 3 huwa mibdul bit-test li ġej:

"3. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5a(1) sa (4), u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.”

6.8. Ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 li jistabbilixxi ċerti regoli speċifiċi ta’ iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali[40]

Fir-rigward tar-Regolament (KE) Nru 853/2004, għandha tingħata setgħa lill-Kummissjoni b'mod partikolari biex tadotta dispożizzjonijiet relatati ma' l-obbligi ġenerali ta’ l-operaturi fin-negozju ta’ l-ikel u mal-garanziji speċjali għall-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti ta’ l-ikel fl-Iżvezja u l-Finlandja kif ukoll biex tagħti eżenzjonijiet, taħt ċerti kundizzjonijiet, fl-Annessi. Billi dawk il-miżuri huma ta' ambitu ġenerali u huma maħsuba biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament u biex jissupplimentawh biż-żieda ta’ elementi ġodda mhux essenzjali, huma għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju kif stipulat fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

Għal din ir-raġuni, ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 huwa emendat kif ġej:

(1) Fl-Artikolu 3(2), l-ewwel sentenza hija mibdula bit-test li ġej:

“L-operaturi fin-negozju ta’ l-ikel ma għandhomx jużaw l-ebda sustanza oħra ħlief l-ilma li jista' jinxtorob, jew, meta r-Regolament (KE) Nru 852/2004 jew dan ir-Regolament jippermettu l-użu tiegħu, l-ilma nadif, biex jitneħħa t-tniġġis superfiċjali minn fuq prodotti ta' oriġini mill-annimali, ħlief jekk l-użu ta’ sustanza jkun ġie approvat mill-Kummissjoni. Billi dawk il-miżuri huma maħsuba biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament, biex jissupplimentawh, huma għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju kif stipulat fl-Artikolu 12(3).”

(2) Fl-Artikolu 8, il-paragrafu 3 huwa mibdul bit-test li ġej:

"3.

a) Il-ħtiġijiet tal-paragrafi 1 u 2 jistgħu jiġu aġġornati mill-Kummissjoni sabiex jittieħed kont b'mod partikolari ta' tibdil fil-programmi ta’ kontroll ta’ l-Istati Membri jew ta’ l-adozzjoni ta’ kriterji mikrobijoloġiċi skond ir-Regolament (KE) Nru 852/2004. Billi dawk il-miżuri huma maħsuba biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament, fost oħrajn biex jissupplimentawh, huma għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju kif stipulat fl-Artikolu 12(3).

b) Skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 12(2), ir-regoli stabbiliti fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu fir-rigward ta' oġġetti ta' l-ikel imsemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu jistgħu jiġu estiżi, parzjalment jew totalment, għal kull Stat Membru jew reġjun ta’ Stat Membru li jkollu programm ta’ kontroll rikonoxxut ekwivalenti għal dak approvat għall-Iżvezja u l-Finlandja dwar l-oġġetti ta' l-ikel ikkonċernati ta’ oriġini mill-annimali.”

(3) L-Artikolu 10 huwa emendat hekk kif ġej:

(a) il-paragrafu 1 huwa emendat hekk kif ġej:

i) it-termini introduttorji huma mibdula bit-test li ġej:

“L-Annessi II u III jistgħu jkunu adattati jew aġġornati mill-Kummissjoni, filwaqt li jkun ikkunsidrat:”

ii) it-tieni subparagrafu li ġej huwa miżjud:

“Il-miżuri maħsuba biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament, fost oħrajn biex jissupplimentawh, huma għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju kif stipulat fl-Artikolu 12(3).”

(b) Il-paragrafu 2 huwa mibdul bit-test li ġej:

"2. Jistgħu jingħataw eżenzjonijiet mill-Annessi II u III mill-Kummissjoni, sakemm dawn l-eżenzjonijiet ma jikkompromettux il-kisba tal-miri stabbiliti minn dan ir-Regolament. Billi dawk il-miżuri huma maħsuba biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, huma għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju kif stipulat fl-Artikolu 12(3).”

(4) Fl-Artikolu 11, it-termini introduttorji huma mibdula bit-test li ġej:

“Mingħajr preġudizzju għall-karattru ġenerali ta’ l-Artikolu 9 u l-Artikolu 10(1), jistgħu jiġu adottati miżuri ta’ implimentazzjoni skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 12(2), jew emendi ta’ l-Annessi II jew III, li huma miżuri maħsuba biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament, skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju kif stipulat fl-Artikolu 12(3), għal:”

(5) Fl-Artikolu 12, il-paragrafu 3 huwa mibdul bit-test li ġej:

"3. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5a(1) sa (4), u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.”

6.9. Ir-Regolament (KE) Nru 854/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 li jippreskrivi regoli speċifiċi għall-organizzazzjoni ta' kontrolli uffiċjali fuq prodotti li joriġinaw mill-annimali maħsuba għall-konsum uman[41]

Fir-rigward tar-Regolament (KE) Nru 854/2004, għandha tingħata setgħa lill-Kummissjoni b'mod partikolari biex temenda jew tadatta l-Annessi ta’ dan l-att. Billi dawk il-miżuri huma ta' ambitu ġenerali u huma maħsuba biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, huma għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju kif stipulat fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

Għal din ir-raġuni, ir-Regolament (KE) Nru 854/2004 huwa emendat kif ġej:

(1) Fl-Artikolu 17, il-paragrafi 1 u 2 huma mibdula bit-test li ġej:

"1. L-Annessi I, II, III, IV, V u VI jistgħu jkunu emendati jew issupplimentati mill-Kummissjoni, biex jiġi kkunsidrat il-progress xjentifiku u tekniku. Billi dawk il-miżuri huma maħsuba biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament, fost oħrajn biex jissupplimentawh, huma għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju kif stipulat fl-Artikolu 19(3).

2. Eżenzjonijiet fl-Annessi I, II, III, IV, V u VI jistgħu jiġu adottati mill-Kummissjoni, sakemm dawn l-eżenzjonijiet ma jolqtux il-kisba tal-miri stabbiliti b'dan ir-Regolament. Billi dawk il-miżuri huma maħsuba biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament, biex jissupplimentawh, huma għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju kif stipulat fl-Artikolu 19(3).”

(2) Fl-Artikolu 18, it-termini introduttorji huma mibdula bit-test li ġej:

“Mingħajr preġudizzju għall-karattru ġenerali ta’ l-Artikolu 16 u l-Artikolu 17(1), jistgħu jiġu adottati miżuri ta’ implimentazzjoni skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 19(2), jew emendi għall-Annessi I, II, III, IV, V jew VI, li huma miżuri maħsuba biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament, jistgħu jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju kif stipulat fl-Artikolu 19(3), li jispeċifikaw:”

(3) Fl-Artikolu 19, il-paragrafu 3 huwa mibdul bit-test li ġej:

"3. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5a(1) sa (4), u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.”

6.10. 6.10. Ir-Regolament (KE) Nru 183/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Jannar 2005 li jistabilixxi l-ħtiġijiet għall-iġjene ta' l-għalf[42]

Fir-rigward tar-Regolament (KE) Nru 183/2005, għandha tingħata setgħa lill-Kummissjoni b'mod partikolari biex tiddefinixxi l-kriterji mikrobijoloġiċi u l-għanijiet speċifiċi li għandhom jikkonformaw magħhom l-operaturi fin-negozju ta' l-għalf ta’ l-annimali, biex tadotta miżuri relatati ma' l-approvazzjoni ta’ l-istabbilimenti, biex temenda l-Annessi I, II u III u biex tagħti eżenzjonijiet għal dawn l-Annessi. Billi dawk il-miżuri huma ta’ ambitu ġenerali u huma maħsuba biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali tar-Regolament (KE) Nru 183/2005 u biex jissupplimentawh biż-żieda ta’ elementi ġodda mhux essenzjali, huma għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju kif stipulat fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

Għal din ir-raġuni, ir-Regolament (KE) Nru 183/2005 huwa emendat kif ġej:

(1) Fl-Artikolu 5(3), it-tieni subparagrafu huwa mibdul bit-test li ġej:

“Il-kriterji u l-miri msemmija fil-punti (a) u (b) għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni. Billi dawk il-miżuri huma maħsuba biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament, biex jissupplimentawh, huma għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju kif stipulat fl-Artikolu 31(3).”

(2) Fl-Artikolu 10, il-paragrafu 3 huwa mibdul bit-test li ġej:

"3) hija meħtieġa l-approvazzjoni b’Regolament adottat mill-Kummissjoni; b’deċiżjoni adottata mill-Kummissjoni; billi din il-miżura hija maħsuba biex temenda l-elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament, hija għandha tiġi adottata skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju kif stipulat fl-Artikolu 31(3).”

(3) L-Artikolu 27 huwa mibdul bit-test li ġej:

“Artikolu 27

Emendi għall-Annessi I, II u III

L-Annessi I, II u III jistgħu jiġu emendati biex jikkunsidraw:

a) l-iżvilupp ta' kodiċi ta’ prattika tajba;

b) l-esperjenza miksuba mill-implimentazzjoni tas-sistemi bbażati fuq l-HACCP skond l-Artikolu 6;

c) l-iżviluppi teknoloġiċi;

d) l-pariri xjentifiċi, b'mod partikolari stimi ta' riskju ġodda;

e) l-iffissar ta' miri tas-sigurtà ta' l-għalf;

u

f) l-iżvilupp ta' ħtiġijiet marbutin ma’ operazzjonijiet speċifiċi.

Billi dawk il-miżuri huma maħsuba biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, huma għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju kif stipulat fl-Artikolu 31(3).”

(4) L-Artikolu 28 huwa mibdul bit-test li ġej:

“Artikolu 28

Derogi mill-Annessi I, II u III

Jistgħu jingħataw derogi mill-Annessi I, II u III mill-Kummissjoni għal raġunijiet partikolari, sakemm dawn id-derogi ma jikkompromettux il-kisba ta’ l-għanijiet stabbiliti b'dan ir-Regolament. Billi dawk il-miżuri huma maħsuba biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament, biex jissupplimentawh, huma għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju kif stipulat fl-Artikolu 31(3).”

(5) Fl-Artikolu 31, il-paragrafu 3 huwa mibdul bit-test li ġej:

"3. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5a(1) sa (4), u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.”

7. ENERġIJA U TRASPORT

7.1. Ir-Regolament (KEE) Nru 3821/85 tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 1985 dwar l-apparat ta’ reġistrazzjoni għat-trasport bit-triq[43]

Fir-rigward tar-Regolament (KEE) Nru 3821/85, għandha tingħata setgħa lill-Kummissjoni b'mod partikolari biex tagħmel l-emendi neċessarji biex tadatta l-Annessi għall-progress tekniku. Billi dawk il-miżuri huma ta’ ambitu ġenerali u huma maħsuba biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali tar-Regolament (KEE) Nru 3821/85, huma għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju kif stipulat fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

Għal din ir-raġuni, ir-Regolament (KEE) Nru 3821/85 huwa emendat hekk kif ġej:

(1) Fl-Artikolu 5, il-paragrafu 2 huwa mibdul bit-test li ġej:

“Is-sigurtà tas-sistema trid tikkonforma mar-rekwiżiti tekniċi stabbiliti fl-Anness I B. Il-Kummissjoni għandha tassigura li l-Anness imsemmi jistabbilixxi li l-apparat ta' reġistrazzjoni jista' ma jingħatax l-approvazzjoni tal-komponent tat-tip KE sakemm is-sistema kollha (l-apparat ta’ reġistrazzjoni nnifsu, il-karta tas-sewwieq u l-konnessjonijiet elettriċi tal-gearbox) ma tagħtix prova tal-kapaċità tagħha li tirreżisti tentattivi biex isiru tbagħbis jew alterazzjonijiet fid-data dwar il-ħinijiet tas-sewqan. Dawk il-miżuri maħsuba biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju kif stipulat fl-Artikolu 18(2). It-testijiet meħtieġa biex jiġi stabbilit dan għandhom isiru minn esperti li jkunu midħla ma' modi ta' teknika aġġornati ta' tbagħbis.”

(2) Fl-Artikolu 17, il-paragrafu 1 huwa mibdul bit-test li ġej:

"1. L-emendi meħtieġa biex jiġu adattati l-Annessi għall-progress tekniku u li huma miżuri maħsuba biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju kif stipulat fl-Artikolu 18(2).”

(3) L-Artikolu 18 huwa mibdul bit-test li ġej:

“Artikolu 18

1. Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna minn Kumitat.

2. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5a(1) sa (4), u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.”

7.2. Id-Direttiva 97/70/KE tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 1997 li tistabbilixxi reġim armonizzat ta’ sigurtà għall-bastimenti tas-sajd ta’ tul ta’ 24 metru jew aktar[44]

Fir-rigward tad-Direttiva 97/70/KE, għandha tingħata setgħa lill-Kummissjoni b’mod partikolari biex tadotta miżuri li jikkonċernaw, minn naħa, l-interpretazzjoni armonizzata ta’ ċerti dispożizzjonijiet fl-Anness tal-Protokoll ta’ Torremolinos u, min-naħa l-oħra, l-implimentazzjoni tad-Direttiva. Għandha tingħata setgħa, ugwalment, lill-Kummissjoni biex temenda ċerti dispożizzjonijiet tad-Direttiva, kif ukoll l-Annessi tagħha, sabiex jiġu applikati, għall-finijiet tad-Direttiva, l-emendi tal-Protokoll ta’ Torremolinos li daħlu fis-seħħ wara l-adozzjoni tad-Direttiva. Billi dawk il-miżuri huma ta’ ambitu ġenerali u huma maħsuba biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali tad-Direttiva 97/70/KE, huma għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju kif stipulat fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

Għal din ir-raġuni, id-Direttiva 97/70/KE tiġi emendata hekk kif ġej:

(1) Fl-Artikolu 4(4)(b), il-kliem “fl-Artikolu 9” huma mibdula bil-kliem “fl-Artikolu 9(2)”.

(2) Fl-Artikolu 8, l-ewwel subparagrafu huwa mibdul bit-test li ġej:

“L-adattamenti li ġejjin, miżuri maħsuba biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju kif stipulat fl-Artikolu 9(3):

a) xi miżuri jistgħu jiġu adottati u mdaħħla fejn għandhom x’jaqsmu:

– l-interpretazzjoni armonizzata tad-dispożizzjonijiet ta’ l-Anness li jinsab mal-Protokoll ta’ Torremolinos li tħallew fid-diskrezzjoni ta’ l-amministrazzjonijiet tal-partijiet fil-kuntratt, sa fejn hu meħtieġ biex tiġi żgurata l-implimentazzjoni konsistenti tagħhom fil-Komunità,

– l-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva mingħajr ma jitwessa' l-iskop tagħha.

b) l-Artikoli 2, 3, 4, 6 u 7 ta' din id-Direttiva jistgħu ikunu adattati u l-Annessi tagħha jistgħu jiġu emendati biex jiġu applikati, għall-għanijiet ta' din id-Direttiva, l-emendi għall-Protokoll ta’ Torremolinos li jkunu daħlu fis-seħħ wara l-adozzjoni ta' din id-Direttiva.”

(3) L-Artikolu 9 huwa mibdul bit-test li ġej:

“Artikolu 9

Il-Kumitat

1. Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna mill-Kumitat dwar Ibħra Sikuri u l-Prevenzjoni ta' Tniġġis minn Vapuri (COSS), stabbilit bl-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 2099/2002 (*).

2. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5 u 7 tad-deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.

L-iskadenza stabbilita fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandha tkun ta' xahrejn.

3. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5a(1) sa (4), u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 8 tagħha.

_______________

(*) ĠU L 324, 29.11.2002, p. 1.”

7.3. Id-Direttiva tal-Kunsill 1999/35/KE tad-29 ta’ April 1999 dwar sistema ta’ stħarriġ obbligatorju għall-operazzjoni bla perikolu ta’ laneċ ro-ro regolari u servizzi ta’ l-inġenji tal-baħar ta’veloċità kbira għall-passiġġieri[45]

Fir-rigward tad-Direttiva 1999/35/KE, għandha tingħata setgħa lill-Kummissjoni b’mod partikolari biex tadatta l-Annessi, id-definizzjonijiet, kif ukoll ir-referenzi għar-Riżoluzzjonijiet tal-Komunità u ta’ l-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali (IMO) biex jinġiebu konformi mal-miżuri tal-Komunità jew ta’ l-IMO li daħlu fis-seħħ sussegwentement. Għandha tingħata setgħa, ugwalment, lill-Kummissjoni biex temenda l-Annessi sabiex ittejjeb is-sistema stabbilita mid-Direttiva. Billi dawk il-miżuri huma ta’ ambitu ġenerali u huma maħsuba biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali tad-Direttiva 1999/35/KE, huma għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju kif stipulat fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

Għal din ir-raġuni, id-Direttiva 1999/35/KE tiġi emendata hekk kif ġej:

(1) Fl-Artikolu 4(1), punt d), l-aħħar sentenza, fl-Artikolu 11(6) u (8), u fl-Artikolu 13(3), it-tieni u l-aħħar sentenzi, il-kliem “fl-Artikolu 16” jiġi mibdul bil-kliem “fl-Artikolu 16(2)”.

(2) L-Artikolu 16 huwa mibdul bit-test li ġej:

“Artikolu 16

Il-Kumitat

1. Il-Kummissjoni hija megħjuna mill-Kumitat dwar Ibħra Sikuri u l-Prevenzjoni ta' Tniġġis minn Vapuri (COSS), stabbilit bl-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 2099/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*).

2. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.

L-iskadenza stabbilita fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandha tkun ta' xahrejn.

3. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5a(1) sa (4), u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 8 tagħha.

___________________________

(*) ĠU L 324, 29.11.2002, p. 1.”

(3) L-Artikolu 17 huwa mibdul bit-test li ġej:

“Artikolu 17

Proċedura ta’ emenda

L-Annessi ta' din id-Direttiva, id-definizzjonijet, ir-referenzi għal strumenti tal-Komunità u r-referenzi għal Riżoluzzjonijiet ta’ l-IMO jistgħu jiġu emendati sa fejn dan ikun meħtieġ sabiex jinġiebu konformi ma' miżuri tal-Komunità jew ta’ l-IMO li jkunu daħlu fis-seħħ, iżda mingħajr ma jitwessa' l-għan ta’ l-applikazzjoni ta' din id-Direttiva.

L-Annessi ta' din id-Direttiva jistgħu jiġu emendati wkoll meta dan ikun meħtieġ sabiex jiġu mtejba l-arranġamenti stabbiliti minn din id-Direttiva, iżda mingħajr ma jitwessa' l-kamp ta' l-applikazzjoni tagħha.

Dawk il-miżuri maħsuba biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju kif stipulat fl-Artikolu 16(3).

L-emendi għall-istrumenti internazzjonali msemmija fl-Artikolu 2 jistgħu jiġu esklużi mill-iskop ta' din id-Direttiva, skond l-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 2099/2002.”

7.4. Ir-Regolament (KE) Nru 417/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Frar 2002 dwar id-dħul gradwali aċċellerat ta’ ħtiġijiet ta’ buq doppju jew ta’ disinn ekwivalenti għal tankers taż-żejt b’buq wieħed u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2978/94[46]

Fir-rigward tar-Regolament (KE) Nru 417/2002, għandha tingħata setgħa lill-Kummissjoni b'mod partikolari biex temenda ċerti referenzi għar-regolamenti pertinenti għal MARPOL 73/78 u għar-Riżoluzzjonijiet TPRM 111(50) u 94(46) sabiex jiġu konformi mar-referenzi dwar l-emendi ta’ dawn ir-Regolamenti u r-Riżoluzzjonijiet adottati mill-IMO, sakemm dawn l-emendi ma jwessgħux il-kamp ta’ l-applikazzjoni tar-Regolament. Billi dawn il-miżuri huma ta’ ambitu ġenerali u huma maħsuba biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali tar-Regolament (KE) Nru 417/2002, huma għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju kif stipulat fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

Għal din ir-raġuni, ir-Regolament (KE) Nru 417/2002 huwa emendat kif ġej:

(1) L-Artikolu 10 huwa mibdul bit-test li ġej:

“Artikolu 10

Proċedura tal-Kumitat

1. Il-Kummissjoni hija megħjuna mill-Kumitat dwar Ibħra Sikuri u l-Prevenzjoni ta' Tniġġis minn Vapuri (COSS), stabbilit bl-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 2099/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*).

2. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5a(1) sa (4), u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 8 tagħha.

_______________

(*) ĠU L 324, 29.11.2002, p. 1.”

(2) Fl-Artikolu 11, l-ewwel subparagrafu huwa mibdul bit-test li ġej:

“Il-Kummissjoni tista’ temenda r-referenzi fl-Artikoli ta' dan ir-Regolament għar-regolamenti ta’ l-Anness I ta' MARPOL 73/78, għar-Riżoluzzjoni TPRM 111(50) u għar-Riżoluzzjoni TPRM94(46) emendata bir-Riżoluzzjonijiet TPRM 99(48) u TPRM 112(50), sabiex jiġu konformi ma' l-emendi ta’ dawn ir-Regolamenti u r-Riżoluzzjonijiet adottati mill-IMO, sakemm dawn l-emendi ma jwessgħux il-kamp ta’ l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament. Billi dawk il-miżuri huma maħsuba biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, huma għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju kif stipulat fl-Artikolu 10(2).”

7.5. Ir-Regolament (KE) Nru 782/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ l-14 ta’ April 2003 dwar il-projbizzjoni tal-komposti ta’ l-organotin fuq il-bastimenti[47]

Fir-rigward tar-Regolament (KE) Nru 782/2003, għandha tingħata setgħa lill-Kummissjoni b'mod partikolari biex tiddefinixxi reġim armonizzat ta’ perizja u ċertifikazzjoni għal ċerti bastimenti, biex tieħu ċerti miżuri dwar il-bastimenti li jtajru bandiera ta’ Pajjiż terz, biex tiddefinixxi proċeduri għall-kontrolli mill-Istat tal-port, kif ukoll biex temenda ċerti referenzi u Annessi biex jiġi kkunsidrat l-iżvilupp tas-sitwazzjoni fuq livell internazzjonali, partikolarment fi ħdan l-Organizzazzjoni Marittima (IMO) jew sabiex issaħħaħ l-effikaċja tar-Regolament meta titqies l-esperjenza miksuba. Billi dawn il-miżuri huma ta’ ambitu ġenerali u huma maħsuba biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali tar-Regolament (KE) Nru 782/2003, huma għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju kif stipulat fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

Għal din ir-raġuni, ir-Regolament (KE) Nru 782/2003 huwa emendat kif ġej:

(1) L-Artikolu 6 huwa emendat hekk kif ġej:

a) Fil-paragrafu 1(b), it-tieni subparagrafu huwa mibdul bit-test li ġej :

“Jekk meħtieġ, il-Kummissjoni tista’ tistabbilixxi reġim armonizzat ta’ perizja u ċertifikazzjoni għal dawn il-bastimenti. Billi din il-miżura hija maħsuba biex temenda l-elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament, hija għandha tiġi adottata skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju kif stilupat fl-Artikolu 9(2).”

b) Il-paragrafu 3 huwa mibdul bit-test li ġej:

"3. Jekk il-konvenzjoni AFS ma tkunx daħlet fis-seħħ sa [l-1 ta’ Jannar 2007], il-Kummissjoni għandha tadotta il-miżuri adatti sabiex tippermetti lill-bastimenti li jtajru l-bandiera ta’ Stat terz li juru l-konformità tagħhom ma’ l-Artikolu 5. Billi dawk il-miżuri huma maħsuba biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament, huma għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju kif stipulat fl-Artikolu 9(2).”

(2) Fl-Artikolu 7, it-tieni subparagrafu huwa mibdul bit-test li ġej:

“Jekk il-konvenzjoni AFS ma tkunx daħlet fis-seħħ fl-[1 ta’ Jannar 2007], il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi proċeduri adatti għal dawn il-kontrolli. Billi din il-miżura hija maħsuba biex temenda l-elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament, hija għandha tiġi adottata skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju kif stipulat fl-Artikolu 9(2).” L-Artikolu 8 huwa mibdul bit-test li ġej: “Artikolu 8 Il-Kummissjoni tista’ temenda r-referenzi għall-Konvenzjoni AFS, għaċ-Ċertifikat AFS, għad-Dikjarazzjoni AFS u għad-Dikjarazzjoni AFS dwar il-Konformità u/jew l-Annessi ma' dan ir-Regolament, inklużi l-linji gwida rilevanti ta' l-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali (IMO) li għandhom x'jaqsmu ma' l-Artikolu 11 tal-Konvenzjoni AFS sabiex jiġi kkunsidrat l-iżvilupp tas-sitwazzjoni fuq livell internazzjonali u partikolarment fi ħdan l-IMO jew biex issaħħaħ l-effikaċja ta' dan ir-Regolament, billi titqies l-esperjenza miksuba. Billi din il-miżura hija maħsuba biex temenda l-elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament, hija għandha tiġi adottata skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju kif stilupat fl-Artikolu 9(2).”

(3) L-Artikolu 8 huwa mibdul bit-test li ġej:

“Artikolu 8

Sabiex jingħata kont ta’ l-iżviluppi fil-livell internazzjonali u b’mod partikolari fl-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali (IMO), jew biex titjieb l-effettività ta’ dan ir-Regolament fid-dawl ta’ l-esperjenza, Il-Kummissjoni tista’ temenda r-referenzi għall-Konvenzjoni AFS, għaċ-Ċertifikat AFS, għad-Dikjarazzjoni AFS u għad-Dikjarazzjoni AFS dwar il-Konformità u/jew l-Annessi ma' dan ir-Regolament, inklużi l-linji gwida rilevanti ta' l-IMO b’rabta ma’ l-Artikolu 11 tal-Konvenzjoni AFS. Billi dawk il-miżuri huma maħsuba biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, huma għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju kif stipulat fl-Artikolu 9(2).”

(4) L-Artikolu 9 huwa mibdul bit-test li ġej:

“Artikolu 9

1. Il-Kummissjoni hija megħjuna mill-Kumitat dwar Ibħra Sikuri u l-Prevenzjoni ta' Tniġġis minn Vapuri (COSS), stabbilit bl-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 2099/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*).

2. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5a(1) sa (4), u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 8 tagħha.

___________________________

(*) ĠU L 324, 29.11.2002, p. 1.”

7.6. Id-Direttiva 2004/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Frar 2004 fuq il-promozzjoni ta’ koġenerazzjoni bbażata fuq id-domanda għal sħana utli fis-suq intern ta’ l-enerġija[48] u li temenda d-Direttiva 92/42/KEE

Fir-rigward tad-Direttiva 2004/8/KE, għandha tingħata setgħa lill-Kummissjoni b’mod partikolari biex tirrevedi l-valuri ta’ referenza ta’ effiċjenza armonizzata għal produzzjoni separata ta’ elettriċità u sħana, biex tadatta l-limiti ta’ valuri stabbiliti msemmija fl-Artikolu 13 għall-progress tekniku, u biex tistabbilixxi u tadatta l-linji gwida dettaljati għall-progress tekniku għall-implimentazzjoni u l-applikazzjoni ta’ l-Anness II tad-Direttiva 2004/8/KE, inkluża d-determinazzjoni tal-proporzjon ta’ enerġija elettrika għal enerġija termali. Billi dawn il-miżuri huma ta’ ambitu ġenerali u huma maħsuba biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali tad-Direttiva 2004/8/KE u biex jissupplimentawha biż-żieda ta’ elementi ġodda mhux essenzjali, huma għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju kif stipulat fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

Għal din ir-raġuni, id-Direttiva 2004/8/KE tiġi emendata hekk kif ġej:

(1) Fl-Artikolu 4, il-paragrafu 2 jiġi mibdul b’dan li ġej:

"2. Il-Kummissjoni għandha tirrevedi l-valuri ta’ referenza ta’ effiċjenza armonizzata għal produzzjoni separata ta’ elettriċità u sħana msemmija fil-paragrafu 1, għall-ewwel darba fil-21 ta’ Frar 2011, u kull erba’ snin minn dakinhar, biex tieħu qies ta’ l-iżvilupp teknoloġiku u kambjamenti fid-distribuzzjoni ta’ l-għejjun ta’ l-enerġija. Kull miżura li tirriżulta minn din ir-reviżjoni, maħsuba biex temenda l-elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva, għandha tiġi adottata skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju kif stipulat fl-Artikolu 14(2)."

(2) L-Artikolu 13 huwa mibdul bit-test li ġej:

“Artikolu 13

Reviżjoni

1. Il-limiti tal-valuri użati għall-kalkolazzjoni ta’ elettriċità mill-koġenerazzjoni imsemmija fl-Anness II(a) għandhom ikunu adattati mill-Kummissjoni għall-progress tekniku. Dawk il-miżuri maħsuba biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju kif stipulat fl-Artikolu 14(2).

2. Il-limiti ta’ valuri għal kalkolazzjoni ta’ effiċjenza tal-produzzjoni ta’ koġenerazzjoni u tfaddil ta’ enerġija primarja msemmija fl-Anness III 9(a) għandhom ikunu adattati mill-Kummissjoni għall-progress tekniku. Dawk il-miżuri maħsuba biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju kif stipulat fl-Artikolu 14(2).

3. Il-linji gwida biex jistabbilixxu l-proporzjon ta’ enerġija elettrika għal enerġija termali msemmija fl-Anness II(d) għandhom jiġu adattati għall-progress tekniku mill-Kummissjoni. Billi dawn il-miżuri huma maħsuba biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva, huma għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju kif stipulat fl-Artikolu 14(2).”

(3) L-Artikolu 14 huwa mibdul bit-test li ġej:

“Artikolu 14

Il-Kumitat

1. Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna minn kumitat.

2. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5a(1) sa (4), u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.”

(4) Fl-Anness II, il-punt (e) jiġi mibdul b’dan li ġej:

"(e) Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi linji gwida dettaljati għall-implimentazzjoni u l-applikazzjoni ta’ l-Anness II, inkluża d-determinazzjoni tal-proporzjon ta’ enerġija elettrika għal enerġija termali. Billi dawn il-miżuri huma maħsuba biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva, biex jissupplimentawha, huma għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju kif stipulat fl-Artikolu 14(2).”

7.7. Id-Direttiva 2004/52/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar l-interoperabilità tas-sistemi elettroniċi dwar taxxi tat-toroq fil-Komunità[49]

Fir-rigward tad-Direttiva 2004/52/KE, għandha tingħata setgħa lill-Kummissjoni b’mod partikolari biex taddatta l-Anness, biex tieħu d-deċiżjonijiet dwar id-definizzjoni tas-servizz Ewropew tas-sistemi elettroniċi tat-taxxa tat-toroq għall-[1 ta’ Lulju 2006] u jekk dawn m'humiex meħuda f’din id-data, trid tiġi stabbilita data oħra. Għandha tingħata setgħa wkoll lill-Kummissjoni biex tieħu d-deċiżjonijiet tekniċi relatati mat-twettiq tas-servizz Ewropew tas-sistemi elettroniċi tat-taxxa tat-toroq. Billi dawn il-miżuri huma ta’ ambitu ġenerali u huma maħsuba biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali tad-Direttiva 2004/52/KE jew biex jissupplimentawha biż-żieda ta’ elementi ġodda mhux essenzjali, huma għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju kif stipulat fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

Għal din ir-raġuni, id-Direttiva 2004/52/KE tiġi emendata hekk kif ġej:

(1) Fl-Artikolu 4, il-paragrafi 2, 4, 5 u 6 huma mibdula bit-test li ġej:

"2. Meta xieraq, dan l-Anness jista’ jiġi emendat għal raġunijiet tekniċi. Dawk il-miżuri maħsuba biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju kif stipulat fl-Artikolu 5(2).

4. Il-Kummissjoni tieħu d-deċiżjonijiet dwar id-definizzjoni tas-servizz Ewropew ta’ sistemi elettroniċi tat-taxxa tat-toroq għall-[1 ta’ Lulju 2006]. Billi dawn il-miżuri huma maħsuba biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva biex jissupplimentawha, huma għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju kif stipulat fl-Artikolu 5(2). Dawn id-deċiżjonijiet għandhom jittieħdu biss jekk il-kundizzjonijiet kollha, valutati fuq il-bażi ta’ studji xierqa, ikunu disponibbli biex l-interoperabilità tkun tista' taħdem mill-aspetti kollha, partikolarment dawk tekniċi, ġuridiċi u kummerċjali.

5. Jekk id-deċiżjonijiet imsemmija fil-paragrafu 4 ma jkunux meħuda sa l-[1 ta’ Lulju 2006], il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi data ġdida sa meta dawn id-deċiżjonijiet għandhom jittieħdu. Billi din il-miżura hija maħsuba biex temenda l-elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament, hija għandha tiġi adottata skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju kif stilupat fl-Artikolu 5(2).

6. Il-Kummissjoni tieħu d-deċiżjonijiet tekniċi dwar it-twettiq tas-servizz Ewropew ta’ sistemi elettroniċi tat-taxxa tat-toroq. Billi dawn il-miżuri huma maħsuba biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva, biex jissupplimentawha, huma għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju kif stipulat fl-Artikolu 5(2).”

(2) L-Artikolu 5 huwa mibdul bit-test li ġej:

“Artikolu 5

Il-Kumitat

1. Il-Kummissjoni għandha tiġi megħjuna minn kumitat dwar ġbir elettroniku tat-taxxa tat-toroq, minn issa 'l quddiem imsejjaħ “il-kumitat”.

2. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5a(1) sa (4), u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.”

7.8. Ir-Regolament (KE) Nru 725/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Marzu 2004 dwar it-titjib fis-sigurtà fuq il-bastimenti u fil-portijiet[50]

Fir-rigward tar-Regolament (KE) Nru 725/2004, għandha tingħata setgħa lill-Kummissjoni b’mod partikolari biex tiddeċiedi jekk l-emendi għall-Annessi, li għandhom x’jaqsmu ma’ ċerti miżuri speċjali biex itejbu s-sigurtà marittima tal-Konvenzjoni Internazzjonali għas-Sigurtà tal-Ħajja fuq il-Baħar, u tal-Kodiċi Internazzjonali dwar is-sigurtà tal-vapuri u tal-portijiet, li japplikaw awtomatikament għat-traffiku internazzjonali għandhomx japplikaw ukoll għal vapuri li joperaw servizzi lokali u l-portijiet li jagħtuhom is-servizzi. Billi dawn il-miżuri huma ta’ ambitu ġenerali u huma maħsuba biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali tar-Regolament (KE) Nru 725/2004, huma għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju kif stipulat fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

Ir-Regolament (KE) Nru 725/2004 jistabbilixxi kundizzjonijiet u miżuri ta’ sigurtà u huwa bbażat fuq strumenti internazzjonali li jistgħu jiġu emendati. Għal raġunijiet ta’ effiċjenza, il-limiti normali ta’ żmien għall-proċedura regolatorja bi skrutinju għandha tiġi limitata għall-adattament ta’ l-Annessi tagħha.

Għal din ir-raġuni, ir-Regolament (KE) Nru 725/2004 huwa emendat kif ġej:

(1) Fl-Artikolu 10, il-paragrafu 2 jiġi mibdul b’dan li ġej:

“2. Il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi l-integrazzjoni ta’ emendi għall-istrumenti internazzjonali msemmija fl-Artikolu 2 rigward il-vapuri li joperaw servizzi lokali u l-portijiet li jagħtuhom is-servizzi, li għalihom japplika dan ir-Regolament, sakemm dawn jikkostitwixxu aġġornar tekniku tad-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni SOLAS u tal-Kodiċi ISPS. Dawk il-miżuri maħsuba biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju kif stipulat fl-Artikolu 11(4). Il-proċedura għall-iċċekkjar tal-konformità stabbilita fil-paragrafu 5 m’għandhiex tapplika f’dawn il-każi.”

(2) L-Artikolu 11 huwa mibdul bit-test li ġej:

“Artikolu 11

1. Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna minn Kumitat.

2. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5 u 7 tad-deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.

L-iskadenza stabbilita fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandha tkun ta' xahar.

3. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 6 u 7 tad-deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.

Il-perjodi stabbiliti fl-Artikolu 6(b) u (c) rispettivament tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandhom ikunu ta’ xahar.

4. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5a(1) sa (4) u (5)(b), u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 8 tagħha.

Il-limiti ta’ żmien stabbiliti fl-Artikolu 5a(3)(c), (4)(b) u (4)(e) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandhom ikunu ta’ xahar.”

7.9. Ir-Regolament (KE) Nru 789/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ April 2004 dwar it-trasferiment tal-bastimenti tat-tagħbija u tal-passiġġieri bejn ir-reġistri ġewwa l-Komunità u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 613/91[51]

Fir-rigward tar-Regolament (KE) Nru 789/2004, għandha tingħata setgħa lill-Kummissjoni b'mod partikolari biex temenda ċerti definizzjonijiet biex tikkunsidra l-iżviluppi fuq livell internazzjonali, partikolarment fi ħdan l-Organizzazzjoni Marittima (IMO) u biex tagħmel ir-Regolament aktar effikaċi meta jitqiesu l-esperjenza miksuba u l-progress tekniku. Billi dawn il-miżuri huma ta’ ambitu ġenerali u huma maħsuba biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali tar-Regolament (KE) Nru 789/2004, huma għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju kif stipulat fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

Għal din ir-raġuni, ir-Regolament (KE) Nru 789/2004 huwa emendat kif ġej:

(1) L-Artikolu 7 huwa mibdul bit-test li ġej:

“Artikolu 7

1. Il-Kummissjoni hija megħjuna mill-Kumitat dwar Ibħra Sikuri u l-Prevenzjoni ta' Tniġġis minn Vapuri (COSS), stabbilit bl-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 2099/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*).

2. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5 u 7 tad-deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.

L-iskadenza stabbilita fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandha tkun ta' xahrejn.

3. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5a(1) sa (4), u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 8 tagħha.

________________________________

(*) ĠU L 324, 29.11.2002, p. 1.”

(2) Fl-Artikolu 9, il-paragrafu 1 huwa mibdul bit-test li ġej:

"1. Sabiex jiġu kkunsidrati l-iżviluppi fuq livell internazzjonali, partikolarment fi ħdan l-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali (IMO) u tikber l-effikaċja ta' dan ir-Regolament bis-saħħa ta' l-esperjenza miksuba u l-progress tekniku, il-Kummissjoni tista’ temenda d-definizzjonijiet li jidhru fl-Artikolu 2 sabiex dawn l-emendi ma jwessgħux il-kamp ta’ l-applikazzjoni tiegħu. Billi dawk il-miżuri huma maħsuba biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament huma għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju kif stipulat fl-Artikolu 7(3).” Billi dawk il-miżuri huma maħsuba biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, huma għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju kif stipulat fl-Artikolu 7(3).”

7.10. Id-Direttiva 2005/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Settembru 2005 dwar is-Servizzi Armonizzati ta’ Informazzjoni tax-Xmajjar (RIS) f’passaġġi fuq l-ilma interni fil-Komunità[52]

Fir-rigward tad-Direttiva 2005/44/KE, għandha tingħata setgħa lill-Kummissjoni b’mod partikolari biex taddatta l-Annessi għall-progress tekniku. Billi dawk il-miżuri huma ta’ ambitu ġenerali u huma maħsuba biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali tad-Direttiva 2005/44/KE, huma għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju kif stipulat fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

Għal din ir-raġuni, id-Direttiva 2005/44/KE tiġi emendata hekk kif ġej:

(1) L-Artikolu 10 huwa mibdul bit-test li ġej:

“Artikolu 10

Proċedura ta’ emenda

L-Annessi I u II jistgħu jiġu emendati fid-dawl ta’ l-esperjenza miksuba mill-applikazzjoni ta' din id-Direttiva, u adattati għall-progress tekniku. Billi dawn il-miżuri huma maħsuba biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva, huma għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju kif stipulat fl-Artikolu 11(4).”

(2) L-Artikolu 11 huwa mibdul bit-test li ġej:

“Artikolu 11

Il-Kumitat

1. Il-Kummissjoni għandha tiġi megħjuna mill-kumitat stabbilit bl-Artikolu 7 tad-Direttiva 91/672/KEE (*). Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 3 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.

2. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 3 u 7 tad-deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.

3. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5 u 7 tad-deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.

L-iskadenza stabbilita fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandha tkun ta' tliet xhur.

4. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5a(1) sa (4), u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 8 tagħha.

5. Il-Kummissjoni għandha tikkonsulta perjodikament lir-rappreżentanti tas-settur.

____________________________

(*) ĠU L 373, 31.12.1991, p. 29.”

7.11. Id-Direttiva 2005/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ottubru 2005 dwar it-titjib tas-sigurtà fil-portijiet[53]

Fir-rigward tad-Direttiva 2005/65/KE, għandha tingħata setgħa lill-Kummissjoni b’mod partikolari biex tadatta l-Annessi. Billi dawk il-miżuri huma ta’ ambitu ġenerali u huma maħsuba biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali tad-Direttiva 2005/65/KE, huma għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju kif stipulat fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

Id-Direttiva 2005/65/KE tistabbilixxi kundizzjonijiet u miżuri ta’ sigurtà u hija bbażata fuq strumenti internazzjonali li jistgħu jkunu emendati. Għal raġunijiet ta’ effiċjenza, il-limiti normali ta’ żmien għall-proċedura regolatorja bi skrutinju għandha tiġi limitata għall-adattament ta’ l-Annessi tagħha.

Għal din ir-raġuni, id-Direttiva 2005/65/KE tiġi emendata hekk kif ġej:

(1) L-Artikoli 14 u 15 tad-Direttiva 2005/65/KE jiġu mibdula b’dan li ġej:

“Artikolu 14

Adattamenti

Il-Kummissjoni tista’ temenda l-Annessi I sa IV mingħajr ma’ twessa’ l-iskop ta’ din id-Direttiva. Dawk il-miżuri maħsuba biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju kif stipulat fl-Artikolu 15(2).

Artikolu 15

Il-Kumitat

1. Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna mill-kumitat stabbilit bir-Regolament (KE) 725/2004.

2. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5a(1) sa (4), u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 8 tagħha.

Il-limiti ta’ żmien stabbiliti fl-Artikolu 5a(3)(c), (4)(b) u (4)(e) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandhom ikunu ta’ xahar.”

Indiċi kronoloġiku

(1) Id-Direttiva tal-Kunsill 75/324/KEE ta’ l-20 ta’ Mejju 1975 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri relatati ma’ l-aerosol dispensers (Paġna 10)

(2) Id-direttiva tal-Kunsill 79/373/KEE tat-2 ta’ April 1979 dwar iċ-ċirkulazzjoni ta’ għalf kompost (Page 46)

(3) Id-Direttiva tal-Kunsill 82/471/KEE tat-30 ta’ Ġunju 1982 li tikkonċerna ċerti prodotti użati fin-nutrizzjoni ta’ l-annimali (Paġna 47)

(4) Id-Direttiva tal-Kunsill 82/883/KEE tat-3 ta’ Diċembru 1982 fuq il-proċeduri ta’ sorveljanza u monitoraġġ ta’ ambjenti milquta mill-iskart ta’ l-industrija tad-dijossidu ta’ titanju (Paġna 22)

(5) Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85 ta’ l-20 ta’ Diċembru 1985 dwar apparat ta’ reġistrazzjoni għat-trasport bit-triq (Paġna 60)

(6) Id-Direttiva tal-Kunsill 86/278/KEE tat-12 ta’ Ġunju 1986 dwar il-protezzjoni ta’ l-ambjent, u b’mod partikolari tal-ħamrija, meta l-ħama tad-drenaġġ jintuża fl-agrikoltura (Paġna 22)

(7) Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3924/91 tad-19 ta’ Diċembru 1991 dwar it-twaqqif ta’ stħarriġ fil-Komunità dwar il-produzzjoni industrijali (Paġna 35)

(8) Id-Direttiva tal-Kunsill 93/15/KEE tal-5 ta’ April 1993 dwar l-armonizzazzjoni tad-dispożizzjonijiet dwar id-dħul fis-suq u s-superviżjoni ta’ splussivi għall-użu ċivili (Paġna 11)

(9) Id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 94/62/KE ta’ l-20 ta’ Diċembru 1994 dwar l-imballaġġ u l-iskart mill-imballaġġ (Paġna 23)

(10) Id-Direttiva 96/16/KE tal-Kunsill tad-19 ta’ Marzu 1996 fuq stħarriġ statistiku tal-ħalib u prodotti tal-ħalib (Paġna 37)

(11) Id-Direttiva tal-Kunsill 96/25/KE tad-29 ta’ April 1996 dwar iċ-ċirkulazzjoni u l-użu ta’ materjali ta’ l-għalf, li temenda d-Direttivi 70/524/KEE, 74/63/KEE, 82/471/KEE u 93/74/KEE u tħassar id-Direttiva 77/101/KEE (Paġna 48)

(12) Ir-regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1257/96 ta’ l-20 ta’ Ġunju 1996 rigward l-għajnuna umanitarja (Paġna 9)

(13) Id-Direttiva 97/70/KE tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 1997 li tistabbilixxi reġim armonizzat ta’ sigurtà għall-bastimenti tas-sajd ta’ tul ta’ 24 metru jew aktar (Paġna 61)

(14) Id-Direttiva tal-Kunsill 1999/32/KE tas-26 ta’ April 1999 dwar it-tnaqqis tal-kontenut tal-kubrit f’ċerti karburanti likwidi u li temenda d-Direttiva 93/12/KEE (Paġna 25)

(15) Id-Direttiva tal-Kunsill 1999/35/KE tad-29 ta’ April 1999 dwar sistema ta’ stħarriġ obbligatorju għall-operazzjoni bla perikolu ta’ laneċ ro-ro regolari u servizzi ta’ l-inġenji tal-baħar ta’veloċità kbira għall-passiġġieri (Paġna 62)

(16) Id-Direttiva 2000/14/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Mejju 2000 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri dwar emissjoni tal-ħoss fl-ambjent minn tagħmir għall-użu ta’ barra (Paġna 12)

(17) Id-Direttiva 2001/81/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2001 dwar il-livelli nazzjonali massimi ta’ l-emissjonijiet ta’ ċerti inkwinanti atmosferiċi (Paġna 26)

(18) Id-Direttiva 2001/109/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Diċembru 2001 dwar l-istħarriġ statistiku li għandu jitwettaq mill-Istati Membri sabiex jiġi ddeterminat il-potenzjal tal-produzzjoni ta’ pjantazzjonijiet ta’ xi speċje ta’ siġar tal-frott (Paġna 38)

(19) Ir-Regolament (KE) Nru 417/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Frar 2002 dwar id-dħul gradwali aċċellerat ta’ ħtiġijiet ta’ buq doppju jew ta’ disinn ekwivalenti għal tankers taż-żejt b’buq wieħed u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2978/94 (Paġna 63)

(20) Id-Direttiva 2002/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Mejju 2002 dwar sustanzi mhux mixtieqa fl-għalf ta’ l-annimali (Paġna 50)

(21) Ir-Regolament (KE) Nru 91/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2002 dwar l-statistika tat-trasport bil-ferrovija (Paġna 40)

(22) Ir-Regolament (KE) Nru 437/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Frar 2003 dwar il-prospetti ta’ l-istatistika rigward it-trasport tal-passiġġieri, l-merkanzija u l-posta bl-ajru (Paġna 42)

(23) Ir-Regolament (KE) Nru 782/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ l-14 ta’ April 2003 dwar il-projbizzjoni tal-komposti ta’ l-organotin fuq il-bastimenti (Paġna 65)

(24) Ir-Regolament (KE) Nru 998/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Mejju 2003 dwar il-ħtiġijiet rigward is-saħħa ta’ l-annimali li japplikaw għall-moviment mhux kummerċjali tal-pets u li jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE. (Paġna 51)

(25) Ir-Regolament (KE) Nru 2003/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ottubru 2003 dwar il-fertilizzanti (Paġna 13)

(26) Id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ottubru 2003 li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Komunità u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 96/61/KE (Paġna 26)

(27) Id-Direttiva 2003/99/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Novembru 2003 rigward il-monitoraġġ ta’ żoonosi u ta’ l-aġenti żoonotiċi, li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 90/424/KEE u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 92/117/KEE. (Paġna 53)

(28) Ir-Regolament (KE) Nru 48/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Diċembru dwar il-produzzjoni ta’ statistika Komunitarja annwali rigward l-industrija ta’ l-azzar għas-snin ta’ referenza 2003-2009 (Paġna 44)

(29) Id-Direttiva 2004/9/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Frar 2004 dwar l-ispezzjoni u verifika ta’ prassi tajba ta’ laboratorju (GLP) (Verżjoni kodifikata) (Paġna 14)

(30) Ir-Regolament (KE) Nru 273/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Frar 2004 dwar prekursuri tad-droga (Paġna 16)

(31) Id-Direttiva 2004/10/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Frar 2004 dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi li għandhom x’jaqsmu ma’ l-applikazzjoni tal-prinċipji ta’ prattika tajba tal-laboratorju u l-verifikazzjoni ta’ l-applikazzjonijiet tagħhom għal provi fuq sustanzi kimiċi (verżjoni kodifikata) (Paġna 15)

(32) Id-Direttiva 2004/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Frar 2004 fuq il-promozzjoni ta’ koġenerazzjoni bbażata fuq id-domanda għal sħana utli fis-suq intern ta’ l-enerġija u li temenda d-Direttiva 92/42/KEE (Paġna 66)

(33) Ir-Regolament (KE) Nru 648/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Marzu 2004 dwar id-deterġenti (Paġna 17)

(34) Ir-Regolament (KE) Nru 726/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Marzu 2004 li jistabbilixxi proċeduri Komunitarji għall-awtorizzazzjoni u s-sorveljanza ta’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem u veterinarju u li jistabbilixxi l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (Paġna 19)

(35) Ir-Regolament (KE) Nru 725/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Marzu 2004 dwar it-titjib fis-sigurtà fuq il-bastimenti u fil-portijiet (Paġna 69)

(36) Id-Direttiva 2004/25/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ April 2004 fuq offerti ta’ xiri (Paġna 45)

(37) Ir-Regolament (KE) Nru 789/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ April 2004 dwar it-trasferiment tal-bastimenti tat-tagħbija u tal-passiġġieri bejn ir-reġistri ġewwa l-Komunità u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 613/91 (Paġna 70)

(38) Ir-Regolament (KE) Nru 850/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar pollutanti organiċi persistenti u li jemenda d-Direttiva 79/117/KEE (Paġna 29)

(39) Regolament (KE) Nru 852/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar l-iġjene tal-prodotti ta’ l-ikel (Paġna 54)

(40) Ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 li jistabbilixxi ċerti regoli speċifiċi ta’ iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali (Paġna 55)

(41) Ir-Regolament (KE) Nru 854/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 li jippreskrivi regoli speċifiċi għall-organizzazzjoni ta' kontrolli uffiċjali fuq prodotti li joriġinaw mill-annimali maħsuba għall-konsum uman (Paġna 57)

(42) Id-Direttiva 2004/52/KE tal-Parlament u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar l-interoperabilità tas-sistemi elettroniċi dwar taxxi tat-toroq fil-Komunità (Paġna 68)

(43) Id-Direttiva 2004/52/KE tal-Parlament u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar l-interoperabilità ta’ sistemi elettroniċi dwar taxxa tat-toroq fil-Komunità (Paġna 68)

(44) Id-Direttiva 2004/107/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Diċembru 2004 dwar l-arseniku, il-kadmju, il-merkurju, in-nikil u l-idrokarboni aromatiċi poliċikliċi fl-arja ambjentali (Paġna 30) Ir-Regolament (KE) Nru 183/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Jannar 2005 li jistabbilixxi l-ħtiġijiet għall-iġjene ta’ l-għalf (Paġna 31)

(45) Id-Direttiva 2005/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Settembru 2005 dwar is-Servizzi Armonizzati ta’ Informazzjoni tax-Xmajjar (RIS) f’passaġġi fuq l-ilma interni fil-Komunità (Paġna 71)

(46) Id-Direttiva 2005/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ottubru 2005 dwar it-titjib tas-sigurtà fil-portijiet (Paġna 73)

(47) Ir-Regolament (KE) Nru 1013/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ l-14 ta’ Ġunju 2006 dwar il-vjeġġi ta’ skart (Paġna 32)[pic][pic]

[1] ĠU C [...], [...], p. [...].

[2] ĠU C [...], [...], p. [...].

[3] ĠU C [...], [...], p. [...].

[4] ĠU C [...], [...], p. [...].

[5] ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23. Id-Deċiżjoni emendata bid-Deċiżjoni 2006/512/KE (ĠU L200, 22.7.2006, p.11)

[6] ĠU C 255, 21.10.2006, p. 1.

[7] ĠU L 163, 2.7.1996, p. 1

[8] ĠU L 147, 9.6.1975, p. 40.

[9] ĠU L 121, 15.5.1993, p. 20

[10] ĠU L 162, 3.7.2000, p.1.

[11] ĠU L 304, 21.11.2003, p. 1.

[12] ĠU L 50, 20.2.2004, p. 28.

[13] ĠU L 50, 20.2.2004, p. 44.

[14] ĠU L 47, 18.2.2004, p. 1.

[15] ĠU L 104, 8.4.2004, p.1.

[16] ĠU L 136, 30.4.2004, p. 1.

[17] ĠU L 378, 31.12.1982, p. 1.

[18] ĠU L 181, 4.7.1986, p. 6.

[19] ĠU L 365, 31.12.1994, p. 10.

[20] ĠU L 121, 11.5.1999, p. 13.

[21] ĠU L 309, 27.11.2001, p. 22.

[22] ĠU L 275, 25.10.2003, p. 32.

[23] ĠU L 158, 30.4.2004, p. 7.

[24] ĠU L 23, 26.1.2005, p. 3.

[25] ĠU L 190, 12.7.2006, p. 1.

[26] ĠU L 374, 31.12.1991, p.1. Ir-Regolament emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1893/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 393, 30.12.2006, p. 1).

[27] ĠU L 78, 28.3.1996, p. 27. Id-Direttiva emendata l-aħħar bid-Direttiva 2003/107/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 7, 13.1.2004, p. 40).

[28] ĠU L 13, 16.1.2002, p. 21. Id-Direttiva emendata l-aħħar bid-Direttiva 2006/110/KE (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 418).

[29] ĠU L 14, 21.1.2003, p. 1. Ir-Regolament emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1192/2003 (ĠU L 167, 4.7.2003, p. 13).

[30] ĠU L 66, 21.1.2003, p. 1. Ir-Regolament emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1791/2006 (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 1).

[31] ĠU L 7, 13.1.2004, p. 1.

[32] ĠU L 142, 30.4.2004, p. 12.

[33] ĠU L 86, 6.4.1979, p. 30.

[34] ĠU L 213, 21.7.1982, p. 8.

[35] ĠU L 125, 23.5.1996, p. 35.

[36] ĠU L 140, 30.5.2002, p. 10.

[37] ĠU L 146, 13.6.2003, p. 1.

[38] ĠU L 325, 12.12.2003, p. 31.

[39] ĠU L 139, 30.4.2004, p. 1.

[40] ĠU L 139, 30.4.2004, il-verżjoni kkorreġuta ĠU L 226, 25.6.2004, p. 22.

[41] ĠU L 139, 30.4.2004, il-verżjoni kkorreġuta ĠU L 226, 25.6.2004, p. 83.

[42] ĠU L 35, 8.2.2005, p. 1.

[43] ĠU L 370, 31.12.1985, p. 8.

[44] ĠU L 34, 9.2.1998, p. 1.

[45] ĠU L 138, 1.6.1999, p. 1.

[46] ĠU L 64, 7.3.2002, p. 1.

[47] ĠU L 115, 9.5.2003, p. 1.

[48] ĠU L 52, 21.2.2004, p. 50.

[49] ĠU L 166, 30.4.2004, p. 124.

[50] ĠU L 129, 29.4.2004, p. 6.

[51] ĠU L 138, 30.04.2004, p. 19.

[52] ĠU L 255, 30.9.2005, p. 152.

[53] ĠU L 310, 25.11.2005, p. 28.

Top