EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52007PC0802

Proposta għal regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1234/2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) rigward il-kwoti nazzjonali fuq il-ħalib

/* KUMM/2007/0802 finali - CNS 2007/0281 */

52007PC0802

Proposta għal regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1234/2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) rigward il-kwoti nazzjonali fuq il-ħalib /* KUMM/2007/0802 finali - CNS 2007/0281 */


[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ |

Brussel 12.12.2007

KUMM(2007) 802 finali

2007/0281 (CNS)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-KUNSILL

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1234/2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) rigward il-kwoti nazzjonali fuq il-ħalib

(preżentata mill-Kummissjoni)

MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

F’Ġunju 2003 il-Kunsill laħaq ftehim dwar għadd ta’ bidliet fil-politika dwar il-prodotti tal-ħalib ta’ l-UE bħala parti mir-Riforma tal-PAK ta’ l-2003. Din ir-riforma saħħet il-bidliet li kienu miftehma fl-Aġenda 2000, u kellha tiġi implimentata fuq medda ta’ snin.

Il-proposta oriġinali tal-Kummissjoni għar-Riforma ta’ l-2003 tinkludi żieda fil-kwota ta’ 2 % barra miż-żidiet li diġà kienu miftehma fl-Aġenda 2000. Madankollu, fil-kompromess ta’ Ġunju 2003, il-Kunsill iddikjara li “ L-ebda żieda addizzjonali fil-kwota fl-2007 u l-2008 mhi se tkun deċiża issa. Il-Kummissjoni se tippreżenta rapport ta’ prospettiva dwar is-suq wara li r-riforma tkun implimentata kompletament, u tittieħed deċiżjoni abbażi tiegħu."

Minħabba l-iżviluppi dinamiċi li saru din is-sena fis-swieq tal-ħalib, u minħabba li l-unika parti tar-riforma ta' l-2003 li għadha ma ġietx implimentata hija żieda ta’ 0.5 % fil-kwota fl-1 ta' April 2008 għal 11-il Stat Membru, huwa kkunsidrat xieraq li tkun provduta l-analiżi tas-suq mitluba mill-Kunsill f’dan il-ħin. Ir-Rapport ta’ Prospettiva dwar is-Suq għas-settur tal-Ħalib li jakkompanja din il-proposta fih din l-analiżi. B’hekk, ir-rapport jindirizza l-kwistjoni dwar jekk is-suq joffri biżżejjed opportunitajiet għall-provvista ta’ kwantitajiet addizzjonali ta’ ħalib, mingħajr ma jirriżulta f’żieda ta’ appoġġ pubbliku fil-medda ta’ żmien qasir u/jew medju, jekk il-kwoti nazzjonali kellhom jiġu estiżi għas-27 Stat Membru.

Ir-rapport jikkonkludi li kemm il-prospettiva tas-suq ta’ l-UE kif ukoll dik tas-suq dinji huma pożittivi u l-analiżi li saret għal żieda ta’ 2 % fil-produzzjoni tal-ħalib fl-UE turi li s-suq joffri bla diffikultà opportunitajiet għal dawn il-kwantitajiet addizzjonali.

Il-Kummissjoni, waqt li tissodisfa t-talba tal-Kunsill biex tipprovdi bażi li fuqha tista’ tittieħed deċiżjoni dwar żieda fil-kwoti, tikkonkludi li ż-żieda ta’ 2 %, proposta l-ewwel darba bħala parti mir-Riforma ta’ l-2003, tista’ tkun implimentata mill-perjodu tal-kwota fuq il-ħalib ta’ l-2008/2009. Għalehekk, proposta għal żieda ta' dan it-tip hija mniżżla hawn taħt.

2007/0281 (CNS)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-KUNSILL

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1234/2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) rigward il-kwoti nazzjonali fuq il-ħalib

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 37 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni[1],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew[2],

Billi:

1. L-Anness IX għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007[3] (ir-Regolament Waħdieni dwar OKS) jistabbilixxi l-kwoti nazzjonali ta’ ħalib għas-seba’ perjodi ta’ 12-il xahar li jibdew fl-1 ta’ April 2008 fi ħdan is-sistema tal-kwota tal-ħalib għal-limitazzjoni tal-produzzjoni.

2. L-Artikolu 66(3) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 jipprovdi li dawk il-kwoti nazzjonali huma stabbiliti mingħajr preġudizzju għal reviżjoni possibbli fid-dawl tas-sitwazzjoni ġenerali tas-suq u kondizzjonijiet partikolari eżistenti f'ċerti Stati Membri.

3. Il-Kunsill talab li l-Kummissjoni twettaq rapport ta' prospettiva dwar is-suq meta kienu ġew implimentati għal kollox ir-riformi ta' l-2003 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq tal-ħalib u l-prodotti tal-ħalib bil-ħsieb li jiġi evalwat jekk l-allokazzjoni ta’ kwoti addizzjonali kinitx xierqa.

4. Dan ir-rapport sar[4] u kkonkluda li s-sitwazzjoni attwali tas-swieq tal-Komunità u tad-dinja u s-sitwazzjoni tagħhom prevista għall-perjodu sa’ l-2014, jiġġustifikaw żieda addizzjonali ta’ 2 % fil-kwota biex iktar ħalib ikun jista’ jkun prodott fil-Komunità biex jgħin biex jintlaħqu r-rekwiżiti tas-suq emerġenti għal-prodotti tal-ħalib.

5. Għalhekk, huwa xieraq li ssir żieda ta’ 2 % fil-kwoti ta’ l-Istati Membri kollha kif jidher fl-Anness IX għar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 mill-1 ta’ April 2008.

6. Għalhekk, ir-Regolament (KE) Nru 1234/2007 għandu jiġi emendat kif xieraq,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-Punt 1 ta’ l-Anness IX għar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 jinbidel fit-test fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara pubblikazzjoni tiegħu fil- Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea .

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Kunsill

Il-President

ANNESS

1. Kwoti nazzjonali

Stat Membru | Kwantitajiet (tunnellati) |

Il-Belġju | 3 427 288,740 |

Il-Bulgarija | 998 580,000 |

Ir-Repubblika Ċeka | 2 792 689,620 |

Id-Danimarka | 4 612 619,520 |

Il-Ġermanja | 28 847 420,391 |

L-Estonja | 659 295,360 |

L-Irlanda | 5 503 679,280 |

Il-Greċja | 836 923,260 |

Spanja | 6 239 289,000 |

Franza | 25 091 321,700 |

L-Italja | 10 740 661,200 |

Ċipru | 148 104,000 |

Il-Latvja | 743 220,960 |

Il-Litwanja | 1 738 935,780 |

Lussemburgu | 278 545,680 |

L-Ungerija | 2 029 861,200 |

Malta | 49 671,960 |

L-Olanda | 11 465 630,280 |

L-Awstrija | 2 847 478,469 |

Il-Polonja | 9 567 745,860 |

Il-Portugall | 1 987 521,000 |

Ir-Rumanija | 3 118 140,000 |

Is-Slovenja | 588 170,760 |

Is-Slovakkja | 1 061 603,760 |

Il-Finlandja | 2 491 930,710 |

L-Iżvezja | 3 419 595,900 |

Ir-Renju Unit | 15 125 168,940 |

DIKJARAZZJONI FINANZJARJA |

1. | LINJA TAL-BAĠIT: 05 02 12 | APPROPRJAZZJONIJIET: EUR 167 000 000. |

2. | TITLU: Proposta għal Regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1234/2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) rigward il-kwoti Nazzjonali fuq il-ħalib. |

3. | BAŻI ĠURIDIKA: L-Artikolu 37 tat-Trattat. |

4. | GĦANIJIET: Żieda ta’ 2 % fil-kwota fuq il-ħalib fl-1 ta’ April 2008 biex tiġi ffaċilitata l-produzzjoni suffiċjenti tal-ħalib fl-Unjoni Ewropea. |

5. | IMPLIKAZZJONIJIET FINANZJARJI | PERJODU TA’ 12-IL XAHAR (EUR miljun) | SENA FINANZJARJA ATTWALI 2008 (EUR miljun) | SENA FINANZJARJA KONSEGWENTI 2009 (EUR miljun) |

5.0 | NEFQA – MĦALLSA MILL-BAĠIT TAL-KE (RIFUŻJONIJIET/INTERVENTI) | p.m. | p.m. | p.m. |

5.1 | DĦUL – RIŻORSI PROPJI TAL-KE (IMPOSTI/DAZJI TAD-DWANA) | – | – | – |

2010 | 2011 | 2012 | 2013 |

5.0.1 | NEFQA STMATA | p.m. | p.m. | p.m. | p.m. |

5.1.1 | DĦUL STMAT | – | – | – | – |

5.2 | METODU TA’ KALKOLU: – |

6.0 | JISTA’ IL-PROĠETT JIĠI FINANZJAT MILL-APPROPRJAZZJONIJIET INKLUŻI FIL-KAPITOLU RELEVANTI TAL-BAĠIT ATTWALI? | IVA LE |

6.1 | JISTA’ IL-PROĠETT JIĠI FINANZJAT MINN TRASFERIMENT BEJN IL-KAPITOLI TAL-BAĠIT ATTWALI? | IVA LE |

6.2 | IKUN MEĦTIEĠ BAĠIT SUPPLIMENTARJU? | IVA LE |

6.3 | JEĦTIEĠ LI JIDDAĦĦLU APPROPRJAZZJONIJIET F’BAĠITS TAL-ĠEJJIENI? | IVA LE |

OSSERVAZZJONIJIET: 1) Il-proposta m’għandha l-ebda impatt fuq in-nefqa amministrattiva. 2) Skond l-analiżi ta’ l-impatt ta’ żieda ta’ 2 % fil-kwota fuq il-ħalib permezz tal-mudell ta’ AGLINK ta’ l-OECD, il-biċċa l-kbira taż-żieda fil-produzzjoni tal-ħalib se tkun ikkunsmata fis-swieq interni, u l-prezzijiet tas-suq ta’ l-UE se jibqgħu ogħla mill-livelli tal-prezz ta’ interventi. Għalhekk, ma jkunx hemm bżonn li l-għajnuniet għall-konsum fis-suq intern jerġgħu jkunu introdotti. Mil-lat ta' l-esportazzjoni, il-mudell ta’ l-AGLINK jipprevedi li l-UE tista' terġa' tiggwadanja ftit mill-kwantitajiet fuq is-swieq ta’ esportazzjoni tal-pajjiżi terzi wara ż-żieda fil-kwota. Din iż-żieda fil-kwantitajiet mhijiex mistennija tinfluwenza l-prezz tas-suq dinji b’tali mod li tkun meħtieġa l-introduzzjoni mill-ġdid ta’ esportazzjoni. Barra minn hekk, saret assunzjoni li l-kwota miżjuda kollha se tkun prodotta. Fil-każ li ma jirriżultax f’dan, il-bidla fil-kwantitajiet għall-esportazzjoni tkun inqas mir-riżultat mill-mudell, kif indikat fl-Anness II għar-rapport ta’ prospettiva dwar is-suq tal-ħalib. |

[1] ĠU C …, …, p. ….

[2] ĠU C …, …, p. ….

[3] ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

[4] COM(2007) ….

Top