This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52007PC0787
Proposal for a Council Decision on the position to be taken by the Community within the Stabilisation and Association Council established by the Stabilisation and Association Agreement between the European Communities and their Member States, of the one part, and the former Yugoslav Republic of Macedonia, of the other part, with regard to the adoption of provisions on the co-ordination of the social security systems
Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed mill-Komunità fil-Kunsill ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni stabbilit bil-Ftehim dwar Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, fuq naħa, u l-eks Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, fuq in-naħa l-oħra, fir-rigward ta’ l-adozzjoni tad-dispożizzjonijiet dwar il-koordinazzjoni tas-sistemi tas-sigurtà soċjali
Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed mill-Komunità fil-Kunsill ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni stabbilit bil-Ftehim dwar Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, fuq naħa, u l-eks Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, fuq in-naħa l-oħra, fir-rigward ta’ l-adozzjoni tad-dispożizzjonijiet dwar il-koordinazzjoni tas-sistemi tas-sigurtà soċjali
/* KUMM/2007/0787 finali */
Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed mill-Komunità fil-Kunsill ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni stabbilit bil-Ftehim dwar Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, fuq naħa, u l-eks Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, fuq in-naħa l-oħra, fir-rigward ta’ l-adozzjoni tad-dispożizzjonijiet dwar il-koordinazzjoni tas-sistemi tas-sigurtà soċjali /* KUMM/2007/0787 finali */
[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ | Brussel 11.12.2007 KUMM(2007) 787 finali Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed mill-Komunità fil-Kunsill ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni stabbilit bil-Ftehim dwar Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, fuq naħa, u l-eks Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, fuq in-naħa l-oħra, fir-rigward ta’ l-adozzjoni tad-dispożizzjonijiet dwar il-koordinazzjoni tas-sistemi tas-sigurtà soċjali (preżentata mill-Kummissjoni) MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI KUNTEST TAL-PROPOSTA | 110 | Raġunijiet għall-proposta u l-għanijiet tagħha L-Artikolu 46 tal-Ftehimiet ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni (SAA) bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, fuq naħa, u l-eks Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, fuq in-naħa l-oħra,[1] jipprevedi li l-Kunsill ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni għandu b’deċiżjoni jadotta d-dispożizzjonijiet xierqa għall-implimentazzjoni ta’ l-għan iddefinit f’dan l-Artikolu. | 120 | Kuntest ġenerali Fil-livell tal-Komunità, is-sistemi tas-sigurtà soċjali ta’ l-Istati Membri huma kkoordinati mir-Regolament (KE) Nru 1408/71[2] u r-Regolament ta’ implimentazzjoni (KEE) Nru 574/72[3]. L-Artikolu 46 ta’ l-SAA ma’ l-eks Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja għandu dispożizzjonijiet għall-koordinazzjoni limitata bejn is-sistemi tas-sigurtà soċjali ta’ l-Istati Membri u l-eks Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja. Meħtieġa Deċiżjoni tal-Kunsill ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni stabbilit bl-SAA sabiex dawn id-dispożizzjonijiet jidħlu fis-seħħ. Numru ta’ Ftehimiet oħrajn ta’ Assoċjazzjoni ma’ pajjiżi terzi għandhom dispożizzjonijiet simili dwar il-koordinazzjoni tas-sistemi tas-sigurtà soċjali. Din il-proposta hi parti mill-pakkett ta’ proposti li jinkludu proposti simili dwar il-ftehimiet mal-Marokk, l-Alġerija, it-Tuniżija, il-Kroazja u Iżrael. Meħtieġa Deċiżjoni mill-Kunsill sabiex tiġi stabbilita l-pożizzjoni li trid tittieħed mill-Komunità fil-Kunsill ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni. | 130 | Dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam tal-proposta Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 859/2003[4] li jestendi d-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71 u r-Regolament (KEE) Nru 574/72 għal ċittadini ta’ pajjiżi terzi li mhumiex diġà koperti b’dawk id-dispożizzjonijiet unikament minħabba ċ-ċittadinanza tagħhom. Dan ir-Regolament diġà jkopri l-prinċipju ta’ aggregazzjoni tal-perjodi ta’ assigurazzjoni akkwistati mill-ħaddiema bin-nazzjonalità ta’ l-eks Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja fid-diversi Stati Membri rigward l-intitolament ta’ ċerti benefiċċji, kif iddefinit fl-Artikolu 46 (1), l-ewwel inċiż, ta’ l-SAA ma’ l-eks Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja. Madankollu, billi r-Regolament (KE) Nru 859/2003 hu bbażat fuq it-Titolu IV tat-Trattat, id-Danimarka mhix marbuta jew soġġetta għal dan ir-Regolament, skond l-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea. Dan japplika biss għar-Renju Unit u l-Irlanda, minħabba li, skond l-Artikolu 3 tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u l-Irlanda anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, iż-żewġ Stati Membri taw notifika li xtaqu jipparteċipaw fl-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 859/2003. | 141 | Konsistenza mal-politiki u l-għanijiet l-oħra ta’ l-Unjoni Mhux applikabbli. | KONSULTAZZJONI MAL-PARTIJIET INTERESSATI U STIMA TA’ L-IMPATT | Konsultazzjoni mal-partijiet interessati | 211 | Metodi ta’ konsultazzjoni, setturi ewlenin fil-mira u profil ġenerali tar-rispondenti Il-fatturi prinċipali ta’ din il-proposta ġew diskussi mad-delegazzjonijiet ta’ l-Istati Membri fil-Kummissjoni Amministrattiva dwar is-Sigurtà Soċjali għall-Ħaddiema Migranti, entità stabbilita bir-Regolament (KEE) Nru 1408/71. Id-delegazzjonijiet kellhom ukoll l-opportunità li jippreżentaw noti dwar is-suġġett. | 212 | Sommarju tat-tweġibiet u kif ġew ikkunsidrati Il-biċċa l-kbira tal-kummenti ta’ l-Istati Membri kienu ta’ natura ġenerali ħafna. Xi wħud minnhom, bħalma huma dawk li jirriferu għall-ħtieġa ta’ dispożizzjonijiet dwar verifiki amministrattivi u eżaminazzjoni medika, ġew ikkunsidrati fil-proposta. Kwistjonijiet oħra, b’mod partikolari dispożizzjonijiet dwar l-inforzar ta’ pieni amministrattivi, ma tqisux xierqa biex jiġu inklużi fil-proposta minħabba li jaqgħu barra mill-iskop ta’ l-Artikolu 46 ta’ l-SAA ma’ l-eks Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja. | Ġbir u użu ta’ kompetenza | 229 | Ma kienx hemm ħtieġa ta’ għarfien espert estern. | 230 | Stima ta’ l-impatt L-Artikolu 46 ta’ l-SAA ma’ l-eks Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja għandu dispożizzjonijiet dwar koordinazzjoni limitata bejn is-sistemi tas-sigurtà soċjali ta’ l-Istati Membri u l-eks Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja. Numru ta’ Ftehimiet oħrajn ta’ Assoċjazzjoni ma’ pajjiżi terzi għandhom dispożizzjonijiet simili dwar il-koordinazzjoni tas-sistemi tas-sigurtà soċjali. Dawn kollha jeħtiġilhom Deċiżjoni mill-Kunsill ta’ l-Assoċjazzjoni rilevanti sabiex dawn id-dispożizzjonijiet jidħlu fis-seħħ. L-għan ta’ dawn id-dispożizzjonijiet fil-qasam tas-sigurtà soċjali hu li ħaddiem minn pajjiż assoċjat ikkonċernat jista’ jirċievi ċerti benefiċċji ta’ sigurtà soċjali previsti bil-leġiżlazzjoni ta’ l-Istat(i) Membru(i) li hu jew kien soġġett għaliha. Dan japplika wkoll, b’mod reċiproku, għal ċittadin ta’ l-UE li qed jaħdem fil-pajjiż assoċjat. Billi d-dispożizzjonijiet kollha fil-proposti inklużi fil-pakkett korrenti tal-proposti fir-rigward tas-sitt pajjiżi assoċjati (il-Marokk, l-Alġerija, it-Tuniżija, l-eks Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, il-Kroazja u Iżrael) huma kważi l-istess, dan għandu jiffaċilita l-applikazzjoni ta’ dawn id-dispożizzjonijiet mill-istituzzjonijiet tas-sigurtà soċjali ta’ l-Istati Membri. Jista’ jkun hemm xi implikazzjonijiet finanzjarji għal istituzzjonijiet nazzjonali tas-sigurtà soċjali li jirriżultaw mill-applikazzjoni ta’ dawn il-proposti, peress li huma għandhom jipprovdu benefiċċji kif deskritt, pereżempju, fl-Artikolu 46 ta’ l-SAA ma’ l-eks Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja. Madankollu, dan l-Artikolu jikkonċerna biss persuni li qed jikkontribwixxu jew ikkontribwixxew għas-sistema nazzjonali tas-sigurtà soċjali tal-pajjiż ikkonċernat, kif previst skond il-leġiżlazzjoni nazzjonali. Ikun xi jkun il-każ, jista’ jkun diffiċli li jitkejjel l-impatt preċiż ta’ dawn il-proposti fuq is-sistemi nazzjonali tas-sigurtà soċjali f’dan l-istadju. | ELEMENTI ġURIDIċI TAL-PROPOSTA | 305 | Sommarju ta’ l-azzjoni proposta Din il-proposta tikkonsisti f’Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-pożizzjoni li trid tittieħed mill-Komunità fil-Kunsill ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni stabbilit mill-SAA ma’ l-eks Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja u, fl-Anness, ta’ Deċiżjoni tal-Kunsill ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni fil-qasam tas-sigurtà soċjali. Id-Deċiżjoni proposta tal-Kunsill ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni tissodisfa r-rekwiżit ta’ l-Artikolu 46 ta’ l-SAA ma’ l-eks Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja għal Deċiżjoni ta’ din ix-xorta, sabiex jitpoġġew fil-post il-prinċipji tas-sigurtà soċjali li jinsabu f’dan l-Artikolu. Id-Deċiżjoni għalhekk għandha dispożizzjonijiet ta’ implimentazzjoni fir-rigward ta’ dawn id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 46 ta’ l-SAA ma’ l-eks Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja li mhumiex diġà koperti bir-Regolament (KE) Nru 859/2003. Dan jikkonċerna b’mod partikolari d-dispożizzjonijiet dwar id-Danimarka dwar l-aggregazzjoni tal-perjodi ta’ assigurazzjoni akkwistati mill-ħaddiema bin-nazzjonalità ta’ l-eks Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja fid-diversi Stati Membri, l-esportazzjoni ta’ ċerti benefiċċji lejn l-eks Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja kif ukoll l-għoti ta’ benefiċċji familjari għal dawn il-ħaddiema għall-membri tal-familji tagħhom residenti legalment fl-istess Stat Membru bħal ħaddiem ikkonċernat. Barra minn hekk, id-Deċiżjoni tal-Kunsill ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni tiżgura li d-dispożizzjonijiet dwar l-esportazzjoni tal-benefiċċji u l-għoti tal-benefiċċji tal-familija japplikaw ukoll, b’mod reċiproku, għall-ħaddiema impjegati legalment fl-eks Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja u għall-membri tal-familji tagħhom residenti legalment fl-eks Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja. | 310 | Bażi ġuridika L-Artikolu 310 tat-Trattat b’mod konġunt ma’ dan l-Artikolu 300 (2), l-ewwel sotto-paragrafu, l-aħħar sentenza, u t-tieni sotto-paragrafu tiegħu. | 329 | Prinċipju ta’ sussidjarjetà Il-proposta taqa’ taħt il-kompetenza esklużiva tal-Komunità. Il-prinċipju tas-sussidjarjetà għaldaqstant ma japplikax. | Prinċipju ta’ proporzjonalità Il-proposta hija konformi mal-prinċipju tal-proporzjonalità għar-raġuni(jiet) kif ġej. | 331 | L-Istati Membri jkompli jkollhom kompetenza esklussiva biex jiddeterminaw, jorganizzaw u jiffinanzjaw is-sistema tas-sigurtà soċjali tagħhom. Il-proposta tiffaċilita biss il-koordinazzjoni tas-sistemi ta’ sigurtà soċjali ta’ l-Istati Membri u ta’ l-eks Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, għall-benefiċċju taċ-ċittadini ta’ dawn il-pajjiżi. Barra minn dan, il-proposta ma taffettwax xi dritt jew obbligu li jirriżultaw minn ftehimiet bilaterali dwar is-sigurtà soċjali konklużi bejn l-Istati Membri u l-eks Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja fejn din ta’ l-aħħar tipprovdi trattament ferm aktar favorevoli lill-persuni kkonċernati. | 332 | Il-proposta timminimizza l-piż finanzjarju u amministrattiv għall-awtoritajiet nazzjonali, billi hi parti minn pakkett ta’ proposti simili li jiżguraw l-istess applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tas-sigurtà soċjali misjuba fi Ftehimiet ta’ Assoċjazzjoni ma’ pajjiżi terzi. | Għażla ta’ strumenti | 341 | L-istrumenti proposti: Deċiżjoni tal-Kunsill (li fih fl-Anness Abbozz ta’ Deċiżjoni tal-Kunsill ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni). | 342 | Mezzi oħra ma jkunux xierqa għar-raġuni(jiet) kif ġej. M’hemm ebda għażla alternattiva għall-azzjoni proposta. L-Artikolu 46 ta’ l-SAA jeħtieġ Deċiżjoni tal-Kunsill rispettiv ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni. L-Artikolu 300 (2) tat-Trattat jipprevedi Deċiżjoni tal-Kunsill bl-għan li jiġu stabbiliti l-pożizzjonijiet li jridu jiġu adottati f’isem il-Komunità f’entità stabbilita bi Ftehim ta’ Assoċjazzjoni, meta din l-entità tissejjaħ biex tadotta deċiżjonijiet b’effetti legali. | IMPLIKAZZJONI BAġITARJA | 409 | Il-proposta ma għandha ebda implikazzjoni fuq il-baġit Komunitarju. | INFORMAZZJONI ADDIZZJONALI | 510 | Simplifikazzjoni | 511 | Il-proposta tipprevdi għas-simplifikazzjoni tal-proċeduri amministrattivi għall-awtoritajiet pubbliċi (UE jew nazzjonali), u għas-simplifikazzjoni tal-proċeduri ammnistrattivi għas-sessjonijiet privati. | 513 | Id-dispożizzjonijiet fil-proposta dwar il-koordinazzjoni tas-sistemi tas-sigurtà soċjali għaċ-ċittadini ta’ l-eks Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja huma kważi l-istess għal dawk iċ-ċittadini tal-pajjiżi assoċjati l-oħra. Dan se jwassal għal simplifikazzjoni tal-proċeduri u għal anqas piżijiet amministrattivi għall-istituzzjonijiet nazzjonali tas-sigurtà soċjali. | 514 | Il-persuni li jaqgħu taħt il-proposta mhumiex iffaċċjati b’diversi dispożizzjonijiet nazzjonali f’dak li jirrigwarda l-prinċipji tas-sigurtà soċjali misjuba fl-Artikolu 46 ta’ l-SAA ma’ l-eks Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, u jkunu għalhekk jistgħu minflok jistrieħu fuq dispożizzjonijiet fi ħdan il-Komunità. | 570 | Spjegazzjoni dettaljata tal-proposta A. Id-Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-pożizzjoni li trid tittieħed mill-Komunità fil-Kunsill ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni stabbilit mill-SAA ma’ l-eks Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja fir-rigward tad-dispożizzjonijiet għall-koordinazzjoni tas-sistemi tas-sigurtà soċjali. Artikolu 1 Dan l-Artikolu jikkjarifika r-relazzjonijiet legali bejn din id-Deċiżjoni tal-Kunsill u d-Deċiżjoni annessa tal-Kunsill ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni. B. Id-Deċiżjoni annessa tal-Kunsill ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni dwar id-dispożizzjonijiet għall-koordinazzjoni tas-sistemi tas-sigurtà soċjali misjuba fl-SAA. Parti I: Dispożizzjonijiet ġenerali Artikolu 1 Dan l-Artikolu jiddefinixxi, għall-finijiet tal-leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru u għall-fini tal-leġiżlazzjoni ta’ l-eks Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, it-termini "Ftehim", "Regolament", "Regolament ta’ implimentazzjoni", "Stat Membru", "ħaddiem", "membru tal-familja", "leġiżlazzjoni", "benefiċċji" u "benefiċċji familjari", u jirriferi għar-Regolament u r-Regolament ta’ implimentazzjoni għat-termini l-oħrajn użati fid-Deċiżjoni annessa. Artikolu 2 B’konformità mat-tqegħid tal-kliem fl-Artikolu 46 ta’ l-SAA ma’ l-eks Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, dan l-Artikolu jiddefinixxi l-persuni koperti bid-Deċiżjoni annessa. Parti II: Ir-relazzjonijiet bejn l-Istati Membri u l-eks Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja. Din il-Parti tad-Deċiżjoni annessa tkopri l-prinċipji misjuba fl-Artikolu 46 (1), it-tieni u t-tielet inċiżi, ta’ l-SAA ma’ l-eks Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja kif ukoll il-klawsola tar-reċiproċità fir-rigward taċ-ċittadini ta’ l-UE u l-membri tal-familji tagħhom, kif previst fl-aħħar paragrafu ta’ dan l-Artikolu. Artikolu 3 Dan l-Artikolu jelenka l-friegħi tas-sigurtà soċjali msemmija fl-Artikolu 46 (1), it-tieni u t-tielet inċiżi, ta’ l-SAA ma’ l-eks Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja li għaliha tapplika l-Parti II tad-Deċiżjoni annessa. Artikolu 4 Dan l-Artikolu għandu l-prinċipju ta’ l-esportazzjoni ta’ benfiċċji fi flus kif previst bl-Artikolu 46 (1), it-2 inċiż, ta’ l-SAA ma’ l-eks Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja u jagħmilha ċara li dan il-prinċipju hu limitat għall-benefiċċji misjuba fl-Artikolu 1 (h) ta’ l-anness tad-Deċiżjoni li jelenka l-benefiċċji msemmija f’dan l-inċiż. Artikolu 5 Dan l-Artikolu jispeċifika liema persuni koperti b’din il-proposta huma intitolati għall-benefiċċji familjari f’isem l-istat kompetenti. Jidher ċar minn dan l-Artikolu li, skond l-Artikolu 46 ta’ l-SAA ma’ l-eks Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, m’hemm ebda intitolament għal benefiċċji familjari għal membri tal-familja ta’ ħaddiem bin-nazzjonalità ta’ l-eks Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, jekk dawn il-membri tal-familja huma residenti barra t-territorju ta’ l-Unjoni Ewropea. Parti III: applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tas-sigurtà soċjali fir-rigward tad-Danimarka. Artikolu 6 Ir-Regolament (KE) Nru 859/2003 diġà jkopri l-prinċipju ta’ aggregazzjoni tal-perjodi ta’ assigurazzjoni akkwistati mill-ħaddiema bin-nazzjonalità ta’ l-eks Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja fil-Komunità rigward l-intitolament ta’ ċerti benefiċċji, kif iddefinit fl-Artikolu 46 (1), l-ewwel inċiż, ta’ l-SAA ma’ l-eks Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja. Madankollu, billi dan ir-Regolament hu bbażat fuq it-Titolu IV tat-Trattat, skond l-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka anness mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea d-Danimarka mhix marbuta jew suġġetta għalih. Dan l-Artikolu għalhekk jikkjarifika li d-Danimarka għandha tuża d-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolamenti (KEE) Nru 1408/71 u Nru 574/72 sabiex jiġi implimentat il-prinċipju ta’ aggregazzjoni ta’ hawn fuq. Parti IV: Disposizzjonijiet mixxellanji Artikolu 7 Dan l-Artikolu għandu dispożizzjonijiet ġenerali għal kooperazzjoni bejn l-Istati Membri u l-istituzzjonijiet, fuq naħa, u l-eks Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja u l-istituzzjonijiet tagħha, fuq in-naħa l-oħra, kif ukoll bejn il-benefiċjarji u l-istituzzjonijiet ikkonċernati. Dawn id-dispożizzjonijiet huma simili għal dawk ta’ l-Artikolu 84 (1), (2) u (3) tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71 u l-Artikolu 76 (3), (4), l-ewwel u t-tielet sotto-paragrafi, u (5) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004. Artikolu 8 Dan l-Artikolu jiffissa l-proċeduri għall-verifiki u l-eżaminazzjonijiet mediċi simili għal dawk misjuba fl-Artikolu 51 (1) tar-Regolament (KEE) Nru 574/72. Madankollu, hu jipprevedi l-possibbiltà li jiġu adottati dispożizzjonijiet oħrajn f’dan il-qasam. Artikolu 9 Dan l-Artikolu jirriferi għall-Anness II tad-Deċiżjoni annessa, li hu simili għall-Anness VI tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71 u għall-Anness XI tar-Regolament (KE) Nru 883/2004, u li hu neċessarju sabiex jiġu ffissati d-dispożizzjonijiet speċjali meħtieġa għall-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni ta’ l-eks Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja fir-rigward tad-Deċiżjoni annessa. Artikolu 10 Kif previst fl-Artikolu 46 ta’ l-SAA ma’ l-eks Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, dan l-Artikolu jispeċifika li dispożizzjonijiet ta’ ftehimiet bilaterali li jipprevedu trattament aktar favorevoli jibqgħu fis-seħħ. Artikolu 11 Dan l-Artikolu jipprevedi għall-possibbiltà li jiġu konklużi ftehimiet amministrattivi supplimentari. Artikolu 12 Id-dispożizzjonijiet tranżitorji previsti f’dan l-Artikolu jikkorrispondu mad-dispożizzjonijiet tranżitorji ta’ l-Artikolu 94 (1), (3), (4), (6) u (7) tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71 kif ukoll ma’ l-Artikolu 87 (1), (3), (4), (6) u (7) simili tar-Regolament (KE) Nru 883/2004. Artikolu 13 Dan l-Artikolu jikkjarifika l-istatus legali ta’ l-Annessi tad-Deċiżjoni annessa u l-proċedura biex jiġu emendati. Artikolu 14 Dan l-Artikolu għandu proċedura biex jiżgura li jittieħdu l-miżuri kollha meħtieġa għall-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni annessa. Artikolu 15 Dan l-Artikolu jikkjarifika d-data tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni annessa. | 1. Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed mill-Komunità fil-Kunsill ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni stabbilit bil-Ftehim dwar Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, fuq naħa, u l-eks Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, fuq in-naħa l-oħra, fir-rigward ta’ l-adozzjoni tad-dispożizzjonijiet dwar il-koordinazzjoni tas-sistemi tas-sigurtà soċjali IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 310 flimkien ma’ l-Artikolu 300 (2), l-ewwel sottoparagrafu, l-aħħar sentenza, u t-tieni sottoparagrafu tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni[5], Filwaqt li l-Artikolu 46 tal-Ftehimiet ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni li joħloq Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, fuq naħa, u l-eks Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, fuq in-naħa l-oħra, jistabbilixxi li l-Kunsill ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni għandu b’deċiżjoni jadotta d-dispożizzjonijiet xierqa għall-implimentazzjoni ta’ l-għan stabbilit f’dan l-Artikolu. IDDEĊIEDA KIF ĠEJ: Artikolu 1 Il-pożizzjoni li għandha tittieħed mill-Komunità fi ħdan il-Kunsill ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni stabbilit mill-Ftehim dwar Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri, fuq naħa, u l-eks Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, fuq in-naħa l-oħra, fir-rigward ta’ l-adozzjoni tad-dispożizzjonijiet dwar il-koordinazzjoni tas-sistemi tas-sigurtà soċjali li jinsabu fil-Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni għandha tkun ibbażata fuq l-abbozz tad-deċiżjoni tal-Kunsill ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni annessa ma’ din id-Deċiżjoni. Magħmul fi Brussell, Għall-Kunsill Il-President ANNESS ASSOĊJAZZJONI BEJN L-UNJONI EWROPEA U L-EKS REPUBBLIKA JUGOSLAVA TAL-MAĊEDONJA - Il-Kunsill ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni - DEĊIŻJONI Nru .../…. TAL-KUNSILL TA’ STABBILIZZAZZJONI U ASSOĊJAZZJONI stabbilit mill-Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u l-eks Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, min-naħa l-oħra. ta’ ... fir-rigward tad-dispożizzjonijiet għall-koordinazzjoni tas-sistemi ta’ sigurtà soċjali li jinsabu fil-Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni IL-KUNSILL TA’ STABBILIZZAZZJONI U ASSOĊJAZZJONI, Wara li kkunsidra l-Ftehim Ewropew li joħloq assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u l-eks Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, min-naħa l-oħra, u b’mod partikolari l-Artikolu 46 tiegħu, Billi 2. L-Artikolu 46 tal-Ftehim imsemmi jipprevedi koordinazzjoni bejn is-sistemi ta’ sigurtà soċjali ta’ l-eks Repubblika tal-Maċedonja u l-Istati Membri u jistipula l-prinċipji għal koordinazzjoni ta’ din ix-xorta. 3. L-Artikolu 46 tal-Ftehim imsemmi jistipula wkoll li Deċiżjoni tal-Kunsill ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni għandu jdaħħal fis-seħħ id-dispożizzjonijiet imsemmija f’dak l-Artikolu. 4. Fl-applikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni, id-dritt tal-ħaddiema bin-nazzjonalità ta’ l-eks Repubbika Jugoslava tal-Maċedonja għal benefiċċji familjari huwa suġġett għall-kundizzjoni li l-membri tal-familja tagħhom ikunu residenti legalment mal-ħaddiem ikkonċernat fl-Istat Membru fejn il-ħaddiem huwa impjegat. Id-Deċiżjoni ma tagħti ebda intitolament għall-benefiċċji familjari fir-rigward tal-membri tal-familji tagħhom residenti fi stat ieħor, eż. l-eks Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja. 5. Bħalissa, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 859/2003 jestendi d-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71 u r-Regolament (KEE) Nru 574/72 għal ċittadini ta’ pajjiżi terzi li mhumiex diġà koperti b’dawk id-dispożizzjonijiet unikament minħabba n-nazzjonalità tagħhom. Dan ir-Regolament huwa bbażat fuq it-Titolu IV tat-Trattat. Skond l-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, id-Danimarka ma ħaditx sehem fl-adozzjoni tar-Regolament (KE) Nru 859/2003 u għalhekk mhix marbuta bih jew suġġetta għalih. Għalhekk huwa neċessarju li jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet speċifiċi fir-rigward tad-Danimarka li jikkonċernaw dawk il-prinċipji li jinsabu fl-Artikolu 46 tal-Ftehim imsemmi, li huma diġà koperti minn dan ir-Regolament. 6. Jista’ jkun hemm bżonn li jkunu stabbiliti dispożizzjonijiet speċjali li jikkorrispondu mal-karatteristiċi speċifiċi tal-leġiżlazzjonijiet nazzjonali ta’ l-eks Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, sabiex tiġi ffaċilitata l-applikazzjoni tar-regoli tal-koordinazzjoni. 7. Din id-Deċiżjoni hija bla ħsara għad-drittijiet u l-obbligi li joħorġu mill-ftehimiet bilaterali bejn l-Istati Membri u l-eks Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja li jagħtu vantaġġi f’termini ta’ sigurtà soċjali. 8. Biex jiġi żgurat it-tħaddim bla problemi tal-koordinament tas-sistemi ta’ sigurtà soċjali ta’ l-Istati Membri u l-eks Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, hemm bżonn li jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet speċifiċi dwar il-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri u l-eks Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja kif ukoll bejn il-persuna kkonċernata u l-istituzzjoni ta’ l-istat kompetenti. 9. Dispożizzjonijiet tranżitorji għandhom jiġu adottati biex iħarsu lill-persuni koperti minn dan ir-Regolament u biex jiġi żgurat li ma jitilfux id-drittijiet b’riżultat tad-dħul fis-seħħ tiegħu. IDDEĊIEDA KIF ĠEJ: PARTI I DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI Artikolu 1 Definizzjonijiet 1. Għall-finijiet ta’ din id-Deċiżjoni: (a) "Ftehim" ifisser il-Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni li joħloq assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u l-eks Repubblika tal-Maċedonja, min-naħa l-oħra; (b) "Regolament" ifisser ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1408/71 dwar l-applikazzjoni ta’ l-iskemi tas-siġurtà soċjali għall-persuni impjegati u l-familja tagħhom li jiċċaqilqu ġewwa l-Komunità kif applikat fl-Istati Membri tal-Komunitajiet Ewropej; (c) "Regolament ta’ implimentazzjoni" jfisser ir-Regolamet tal-Kunsill (KEE) Nru 574/72 li jistipula l-proċedura għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71 dwar l-applikazzjoni ta’ skemi ta’ sigurtà soċjali għal persuni impjegati u l-familji tagħhom li jiċċaqilqu fi ħdan il-Komunità (d) "Stat Membru" jfisser Stat Membru tal-Komunitajiet Ewropej; (e) "ħaddiem" ifisser, (i) għall-finijiet tal-leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru, persuna impjegata fl-ambitu tat-tifsira ta’ l-Artikolu 1 (a) tar-Regolament; (ii) għall-finijiet tal-leġiżlazzjoni ta’ l-eks Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, persuna impjegata fl-ambitu tat-tifsira ta’ dik il-leġiżlazzjoni; (f) “membru tal-familja" jfisser, (i) għall-finijiet tal-leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru, membru tal-familja fl-ambitu tat-tifsira ta’ l-Artikolu 1 (f) tar-Regolament; (ii) għall-finijiet tal-leġiżlazzjoni ta’ l-eks Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, membru tal-familja fl-ambitu tat-tifsira ta’ dik il-leġiżlazzjoni; (g) "leġiżlazzjoni" tfisser, (i) fir-rigward ta’ l-Istati Membri, il-leġiżlazzjoni fl-ambitu tat-tifsira ta’ l-Artikolu 1 (j) tar-Regolament; (ii) fir-rigward ta’ l-eks Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, il-leġiżlazzjoni rilevanti li tapplika fl-eks Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja li għandha x’taqsam ma’ oqsma ta’ sigurtà soċjali li jikkonċernaw l-pensjonijiet tax-xjuħija u tas-superstiti, benefiċċji fir-rigward ta’ l-inċidenti fuq il-post tax-xogħol u mard marbut max-xogħol, jew fir-rigward ta’ l-invalidità li jirriżulta minn hemm, u l-benefiċċji familjari; (h) "benefiċċji" jfissru, (i) fir-rigward ta’ l-Istati Membri: - pensjonijiet tax-xjuħija u tas-superstiti, - benefiċċji marbutin ma’ inċidenti fuq il-post tax-xogħol u mard marbut max-xogħol, jew - benefiċċji għal invalidità b’riżultat ta’ inċidenti fuq il-post tax-xogħol u mard marbut max-xogħol, fl-ambitu tat-tifsira tar-Regolament, b’eċċezzjoni ta’ benefiċċji speċjali fi flus li mhumiex kontributorji kif iddefinit fl-Anness IIa tar-Regolament. (ii) fir-rigward ta’ l-eks Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, il-benefiċċji korrispondenti stipulati fil-leġiżlazzjoni ta’ l-eks Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, bl-eċċezzjoni ta’ benefiċċji speċjali fi flus mhux kontributorji kif stabbilit fl-Anness I tad-Deċiżjoni; (i) "benefiċċji familjari" jfissru, (i) fir-rigward ta’ l-Istati Membri, il-benefiċċji familjari fl-ambitu tat-tifsira ta’ l-Artikolu 1 (u) (i) tar-Regolament; (ii) Fir-rigward ta’ l-eks Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, il-benefiċċji familjari fl-ambitu tat-tifsira ta’ dik il-leġiżlazzjoni. 2. Termini oħrajn użati f’din id-Deċiżjoni għandu jkollhom it-tifsira li ngħatatilhom fir-Regolament u r-Regolament ta’ implimentazzjoni. Artikolu 2 Persuni koperti Din id-Deċiżjoni għandha tapplika: (a) għall-ħaddiema li huma ċittadini ta’ l-eks Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja u li huma jew kienu impjegati legalment fit-territorju ta’ l-Istati Membri u li huma jew kienu suġġetti għal-leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru jew iktar, u s-superstiti tagħhom, (b) għall-membri tal-familja tal-ħaddiema msemmija fil-paragrafu (a) bil-kundizzjoni li jkunu residenti legalment mal-ħaddiem ikkonċernat fl-Istat Membru fejn il-ħaddiem huwa impjegat, (c) għall-ħaddiema li huma ċittadini ta’ Stat Membru li huma jew kienu impjegati legalment fit-territorju ta’ l-eks Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja u li huma jew kienu suġġetti għal-leġiżlazzjoni ta’ l-eks Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, u s-superstiti tagħhom, u (d) għall-membri tal-familja tal-ħaddiema msemmija fil-paragrafu (c) bil-kundizzjoni li jkunu residenti legalment mal-ħaddiem ikkonċernat fl-eks Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja. PARTI II IR-RELAZZJONIJIET BEJN L-ISTATI MEMBRI U L-EKS REPUBBLIKA JUGOSLAVA TAL-MAĊEDONJA Artikolu 3 Oqsma koperti Il-Parti II ta’ din id-Deċiżjoni għandha tapplika għal-leġiżlazzjoni kollha ta’ l-Istati Membri u l-eks Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja li tikkonċerna l-fergħat tas-sigurtà soċjali li ġejjin: 10. benefiċċji tax-xjuħija; 11. benefiċċji tas-superstiti; 12. benefiċċji fir-rigward ta’ inċidenti fuq il-post tax-xogħol u mard marbut max-xogħol; 13. benefiċċji għal invalidità b’riżultat ta’ inċidenti fuq il-post tax-xogħol u mard marbut max-xogħol; 14. benefiċċji familjari. Artikolu 4 Rinunzja għal Klawsoli ta’ Residenza Il-benefiċċji fl-ambitu tat-tifsira ta’ l-Artikolu 1 (h) ma għandhom ikunu suġġetti għal ebda tnaqqis, modifika, sospensjoni, revoka jew konfiska minħabba l-fatt li l-benefiċjarju huwa residenti, (i) għall-fini ta’ benefiċċju skond il-leġiżlazzjoni ta’ l-eks Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, fit-territorju ta’ Stat Membru, jew (ii) għall-fini ta’ benefiċċju skond il-leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru, fl-eks Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja. Artikolu 5 Benefiċċji familjari 1. Il-ħaddiema kif imsemmija fl-Artikolu 2 (a) għandhom jirċievu skond il-leġiżlazzjoni ta’ l-Istat Membru kompetenti benefiċċji familjari għall-membri tal-familja tagħhom kif imsemmi fl-Artikolu 2 (b) bl-istess mod bħaċ-ċittadini ta’ dak l-Istat Membru. 2. Il-ħaddiema kif imsemmija fl-Artikolu 2 (c) għandhom jirċievu skond il-leġiżlazzjoni ta’ l-eks Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja benefiċċji familjari għall-membri tal-familja tagħhom kif imsemmi fl-Artikolu 2 (d) bl-istess mod bħaċ-ċittadini ta’ l-eks Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja. PARTI III APPLIKAZZJONI TAD-DISPOżIZZJONIJIET TAS-SIGURTÀ SOċJALI FIR-RIGWARD TAD-DANIMARKA. Artikolu 6 Dispożizzjoni ġenerali Għall-fini ta’ l-implimentazzjoni ta’ l-Artikolu 46 (1), l-ewwel inċiż, tal-Ftehim, id-Danimarka għandha tapplika d-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament u tar-Regolament ta’ implimentazzjoni għall-persuni msemmija fl-Artikolu 2 (a), safejn ikun neċessarju. PARTI IV DISPOŻIZZJONIJIET MIXXELLANJI Artikolu 7 Kooperazzjoni 1. L-Istati Membri u l-eks Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja għandhom jikkomunikaw bejniethom kull informazzjoni rigward: (a) il-miżuri meħuda għall-implimentazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 14; (b) bidliet fil-leġiżlazzjoni tagħhom li jistgħu jolqtu l-implimentazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni. 2. Għall-finijiet ta’ din id-Deċiżjoni, l-awtoritajiet u l-istituzzjonijiet ta’ l-Istati Membri u l-eks Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja għandhom joffru lil xulxin l-aħjar għajnuna li jistgħu u għandhom jaġixxu bħal li kieku qegħdin jimplimentaw l-leġiżlazzjoni tagħhom stess. L-għajnuna amministrattiva mogħtija minn dawn l-awtoritajiet u istituzzjonijiet għandha, bħala regola, tkun mingħajr ħlas. Madankollu, l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri u l-eks Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja jistgħu jaqblu li ċerti spejjeż ikunu rimborżati. 3. L-awtoritajiet u l-istituzzjonijiet ta’ l-Istati Membri u l-eks Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja jistgħu, għall-finijiet ta’ din id-Deċiżjoni, jikkomunikaw direttament ma’ xulxin u mal-persuni involuti jew mar-rappreżentanti tagħhom. 4. L-istituzzjonijiet u l-persuni koperti minn din id-Deċiżjoni għandhom id-dmir ta’ informazzjoni u kooperazzjoni reċiproċi biex jiżguraw l-implimentazzjoni korretta ta’ din id-Deċiżjoni. 5. Il-persuni kkonċernati għandhom jinfurmaw lill-istituzzjonijiet ta’ l-Istat Membru kompetenti jew ta’ l-eks Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, meta din ta’ l-aħħar tkun l-Istat kompetenti, jew ta’ l-Istat Membru ta’ residenza jew l-eks Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, meta din ta’ l-aħħar tkun l-istat ta’ residenza, malajr kemm jista’ jkun bi kwalunkwe bidla fis-sitwazzjoni personali jew familjari tagħhom li tolqot d-dritt tagħhom għal benefiċċji skond dan ir-Regolament. 6. In-nuqqas ta’ rispett ta’ l-obbligu ta’ informazzjoni msemmi fil-paragrafu 5 jista’ jwassal għall-applikazzjoni ta’ miżuri proporzjonati b’konformità mal-liġi nazzjonali. Madankollu, dawn il-miżuri għandhom ikunu ekwivalenti għal dawk applikabbli f’sitwazzjonijiet simili taħt il-liġi domestika u ma għandhomx jagħmluha impossibbli jew eċċessivament diffiċli fil-prattika għall-pretendenti biex jeżerċitaw d-drittijiet li jagħtihom dan ir-Regolament. Artikolu 8 Kontrolli Amministrattivi u Eżamijiet Mediċi 1. Meta persuna koperta minn din id-Deċiżjoni u li tirċievi l-benefiċċji msemmija fl-Artikolu 1 (h) tkun qed toqgħod jew tkun residenti (i) għall-fini ta’ benefiċċju skond il-leġiżlazzjoni ta’ l-eks Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, fit-territorju ta’ Stat Membru, jew (ii) għall-fini ta’ benefiċċju skond il-leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru, fl-eks Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, għandhom jitwettqu kontrolli amministrattivi u eżamijiet mediċi, fuq talba ta’ l-istituzzjoni responsabbli, mill-istituzzjoni tal-post fejn joqgħod jew ta’ residenza tal-benefiċjarju b’konformità mal-proċeduri stipulati mil-leġiżlazzjoni amministrata mill-istess amministrazzjoni. L-istituzzjoni responsabbli għall-ħlas għandha, madanakollu, tirriżerva d-dritt li jkollha lill-benefiċjarju eżaminat minn tabib li tagħżel hi. 2. Stat Membru jew iktar u l-eks Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja jistgħu, wara li jkunu infurmaw lill-Kunsill ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni, jaqblu fuq id-dispożizzjonijiet amministrattivi. Artikolu 9 Dispożizzjonijiet speċjali għall-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni ta’ l-eks Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja Dispożizzjonijiet speċjali għall-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni ta’ l-eks Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja jistgħu, jekk ikun hemm bżonn, ikunu stipulati fl-Anness II. Artikolu 10 Ftehimiet bilaterali iktar favorevoli Din id-Deċiżjoni ma għandha taffettwa ebda drittijiet jew obbligi li joħorġu minn ftehimiet bilaterali meta dawn ta’ l-aħħar jistipulaw trattament iktar favorevoli (tal-persuni kkonċernati). Artikolu 11 Ftehimiet li jissupplimentaw il-proċeduri għall-implimentazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni Żewġ Stati Membri jew iktar, jew l-eks Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja u Stat Membru jew iktar jistgħu, fejn ikun hemm bżonn, jikkonkludu ftehimiet maħsuba biex jissupplimentaw il-proċedura amministrattiva għall-implimentazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni. PARTI V DISPOŻIZZJONIJIET TRANŻITORJI U FINALI Artikolu 12 Dispożizzjonijiet tranżitorji 1. Ma għandhom jinkisbu ebda drittijiet minn din id-Deċiżjoni matul il-perjodu ta’ qabel id-data tad-dħul fis-seħħ tagħha. 2. Bla ħsara għall-paragrafu 1, dritt għandu jinkiseb skond din id-Deċiżjoni anke jekk ikun relatat ma’ kontinġenza li tkun qamet qabel id-data tad-dħul fis-seħħ tagħha. 3. Kwalunkwe benefiċċju, inklużi l-benefiċċji familjari, li ma jkunx ingħata jew li kien ġie sospiż minħabba n-nazzjonalità jew il-post ta’ residenza tal-persuna kkonċernata għandu, fuq talba ta’ din il-persuna, jingħata jew jitkompla b’effett mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Deċiżjoni, sakemm id-drittijiet li wasslu għall-benefiċċji li ngħataw qabel ma rriżultawx fi ħlas ta’ somma waħda f’daqqa. 4. Jekk talba msemmija fil-paragrafu 3 tintbagħat fi żmien sentejn mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan id-Deċiżjoni, id-drittijiet miksuba b’konformità ma’ din id-Deċiżjoni għandu jkollhom effett minn dik id-data, u l-leġiżlazzjoni ta’ kwalunkwe Stat Membru jew l-eks Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja li tikkonċerna r-rinunzja jew il-limitazzjoni ta’ drittijiet ma tistax tkun invokata kontra l-persuni kkonċernati. 5. Jekk tintbagħat talba msemmija fil-paragrafi 3 wara li jiskadi l-perjodu ta’ sentejn ta wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Deċiżjoni, drittijiet li ma jkunux intilfu jew li ma jkunux preskritti għandu jkollhom effett mid-data ta’ meta tkun intbagħtet it-talba, bla ħsara għal kwalunkwe dispożizzjonijiet aktar favorevoli fil-leġiżlazzjoni ta’ kwalunkwe Stat Membru jew l-eks Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja. Artikolu 13 Annessi ta’ din id-Deċiżjoni 1. L-Annessi ta’ din id-Deċiżjoni huma parti integrali minnu. 2. Fuq talba ta’ l-eks Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, dawn l-Annessi jistgħu jkunu emendati b’deċiżjoni tal-Kunsill ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni. Artikolu 14 Miżuri ta’ Implimentazzjoni 1. Il-Komunità u l-eks Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja għandhom it-tnejn li huma jieħdu l-miżuri neċessarji għall-implimentazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni u jikkomunikawhom lill-Kunsill ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni. 2. Il-Kunsill ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni għandu jieħu deċiżjoni li tikkonferma li ttieħdu l-miżuri kollha msemmija fil-paragrafu 1. Artikolu 15 Dħul fis-seħħ Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-ewwel jum ta’ l-ewwel xahar wara d-data tal-pubblikazzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kunsill ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni msemmi fl-Artikolu 14 (2) fil- Ġurnal Uffiċjali ta ’ l-Unjoni Ewropea . ANNESS I Lista tal-benefiċċji speċjali fi flus mhux kontributorji ta’ l-eks Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja … ANNESS II Dispożizzjonijiet speċjali għall-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni ta’ l-eks Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja … [1] ĠU L 84, 20.3.2004, p. 13. [2] ĠU L 149, 5.7.1971, p. 2. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 1992/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 392, 30.12.2006, p. 1). [3] ĠU L 74, 27.3.1972, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 311/2007 (ĠU L 82, 23.3.2007, p. 6). [4] ĠU L 124, 20.5.2003, p. 1. [5] ĠU C […], […], p. […].