Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52007PC0765

    Proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-issimplifikar tat-termini u l-kundizzjonijiet tat-trasferimenti ta' prodotti relatati mad-difiża fi ħdan il-Komunità {SEG(2007) 1593} {SEG(2007) 1574}

    /* KUMM/2007/0765 finali - COD 2007/0279 */

    52007PC0765

    Proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-issimplifikar tat-termini u l-kundizzjonijiet tat-trasferimenti ta' prodotti relatati mad-difiża fi ħdan il-Komunità {SEG(2007) 1593} {SEG(2007) 1574} /* KUMM/2007/0765 finali - COD 2007/0279 */


    [pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ |

    Brussel 5.12.2007

    KUMM(2007) 765 finali

    2007/0279 (COD)

    Proposta għal

    DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

    dwar l-issimplifikar tat-termini u l-kundizzjonijiet tat-trasferimenti ta' prodotti relatati mad-difiża fi ħdan il-Komunità

    (preżentata mill-Kummissjoni) {SEG(2007) 1593}{SEG(2007) 1574}

    MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

    1. KUNTEST TAL-PROPOSTA

    1.1. Ir-raġunijiet u l-għanijiet tal-proposta

    Fl-Istati Membri kollha, l-esportazzjoni tal-prodotti relatati mad-difiża (inkluż tagħmir militari komprensiv kif ukoll sotto-sistemi, komponenti, partijiet, teknoloġiji ...) hija soġġetta għal skemi nazzjonali ta' liċenzjar. Is-suq Ewropew tad-difiża huwa konsegwentement frammentat f'27 sistema nazzjonali ta’ liċenzjar li huma ferm differenti f'termini ta' proċedura, skop u dewmien meħtieġ, minkejja sforzi ta' koordinament bejn numru limitat ta' Stati Membri.

    Dawn il-bosta partijiet ta' skemi ta' liċenzjar mhux biss jimponu piż amministrattiv sinifikanti fuq il-kumpaniji, imma wkoll iġibu bosta dewmien – kultant sa numru ta' xhur. B'mod ċar illum dawn il-piżijiet jidhru li huma sproporzjonati mal-bżonnijiet proprja tal-kontroll: l-applikazzjonijiet tal-liċenzji għal trasferimenti fil-Komunità rari jiġu rifjutati.

    Aktar minn hekk, l-industriji tad-difiża u l-gvernijiet ta' l-UE ma jistgħux jiddependu b'mod sħiħ fuq il-katini tagħhom ta’ provvista minħabba l-inċertezza legali li tirriżulta mill-bżonn għal awtorizzazzjoni individwali ta’ trasferimenti.

    Dawn id-diverġenzi jikkostitwixxu impediment ewlieni għall-kompetittività ta' l-industrija, u ostaklu konsiderevoli għall-emerġenza ta' Suq Ewropew għat-Tagħmir tad-Difiża (EDEM) kif ukoll il-funzjonanment tas-Suq Intern.

    L-għan ta' din il-proposta huwa li tnaqqas dawn l-ostakli għaċ-ċirkolazzjoni ta' oġġetti u servizzi relatati mad-difiża (prodotti) fi ħdan is-Suq Intern, u li tnaqqas it-tfixkil li jirriżulta fil-kompetizzjoni, billi jiġu simplifikati u armonizzati l-kundizzjonijiet u l-proċeduri tal-liċenzjar. Fid-dawl tal-fatturi speċifiċi tas-suq tad-difiża u l-bżonn li titħares is-sigurtà nazzjonali, mhux qed jiġi propost li jitneħħew il-kundizzjonijiet tal-liċenzji imma minflok jiġu sostitwiti b'sistema mtejba ta' liċenzji ġenerali jew globali, fejn il-liċenzjar individwali jibqa' eċċezzjoni. Sistema simili tipprovdi garanziji dwar l-affidabbiltà tar-reċipjent fir-rigward tar-restrizzjonijiet preskritti mill-Istat Membru ta' l-oriġini. Dan jagħti kontribuzzjoni importanti lejn:

    - it-tisħiħ tal-kompetittività ta' l-industrija Ewropea tad-difiża, billi jiffaċilita l-ispeċjalizzazzjoni tagħha u billi jiffavorixxi kooperazzjoni industrijali madwar l-UE;

    - it-tisħiħ tas-sigurtà tal-provvista ta’ prodotti Ewropej tad-difiża (xiri u manutenzjoni) għall-Istati Membri.

    1.2. Il-kuntest ġenerali

    Gruppi ta' Stati Membri, u l-Unjoni Ewropea, ippruvaw jindirizzaw dawn il-kwistjonijiet billi jsegwu arranġamenti ad hoc jew parzjali:

    - Il-Ministri tad-Difiża ta' sitt Stati Membri fl-1998 iffirmaw Ittra ta' Intenzjoni (LoI, sewgita bil-Ftehim ta' Farnborough fis-sena 2000) li kellha l-għan, inter alia li tiffaċilita r-ristrutturar ta' l-industrija Ewropea tad-difiża permezz ta' inter alia miżuri komuni fir-rigward tal-proċeduri ta' l-esportazzjoni. Bil-ftehim, in-nazzjonijiet firmatarji, qablu li japplikaw proċeduri ta' esportazzjoni simplifikati għal trasferimenti. Sussegwentement ebda Stat Membru ma ngħaqad fl-LoI.

    - Fil-qafas tal-Politika Estera u ta' Sigurtà Komuni, il-Kunsill fl-1998 adotta Kodiċi ta' Kondotta għall-Esportatazzjoni ta' Armi sabiex isaħħaħ il-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri u jippromwovi konverġenza fir-rigward ta' l-esportazzjonijiet ta' l-armi konvenzjonali. Aktar minn hekk, il-Kunsill qed jipprepara li jadotta Kodiċi aġġornat bħala pożizzjoni komuni bażata fuq l-Artikolu 15 tat-Trattat ta' l-UE.

    - Riċentement, l-Istati Membri ħolqu l-Aġenzija Ewropea tad-Difiża li l-għanijiet tagħha jinkludu l-"appoġġ għall-ħolqien ta' kooperazzjoni mal-Kummissjoni, kif jixraq, ta' suq Ewropew tat-Tagħmir tad-Difiża kompetittiv internazzjonalment, li jipprovdi aktar spinta u kontribut għal regoli ta' żvilupp u armonizzazzjoni ta’ regoli u r-regolamenti li jaffettwaw is-suq Ewropew tad-difiża, partikolarment b'applikazzjoni tar-regola u l-proċeduri madwar l-UE adattati minn dawk negozjati fil-proċess tal-Ftehim Qafas ta' l-Ittra ta' Intenzjoni (LoI)".

    Il-Kumitat ta' Direzzjoni ta' l-Aġenzija adotta sistema għal Kodiċi ta' Kondotta applikabbli minn Lulju 2006 dwar kuntratti ta’ difiża taħt sitwazzjonijiet koperti bl-Artikolu 296 tat-TKE. Dan il-Kodiċi ta' Kondotta jinkoraġġixxi inter alia lill-Istati Membri li jissottoskrivu biex jissimplifikaw trasferimenti u tranżiti intrakomunitarji ta' oġġetti u teknoloġiji tad-difiża.

    Wara 50 sena ta' integrazzjoni Ewropea, il-proposta tal-Kummissjoni tagħraf li, sakemm jintlaħqu ċerti kundizzjonijiet, it-trasferimenti intrakomunitarji ma għadhomx iġibu l-istess riskju lis-sigurtà nazzjonali bħal esportazzjonijiet lil pajjiżi terzi jew reġjuni fi kriżi. Bħalissa, it-trasferimenti fi ħdan l-UE huma proċessati b'mod simili bħal esportazzjonijiet lejn pajjiżi terzi, u effettivament jassimilaw l-Istati Membri bħal pajjiżi terzi. Billi jiġi trattat ir-riskju ta' esportazzjoni mill-ġdid b'mod ċar, il-proposta tal-KE għandha l-għan li tirrinforza l-fiduċja reċiproka, u hekk twitti t-triq għal trasferimenti simplifikati fl-UE.

    Skond studju li sar għall-Kummissjoni Ewropea fl-2005 bit-titolu "Trasferimenti Intrakomunitarji ta' Prodotti tad-Difiża"[1], l-ispejjeż diretti[2] u indiretti[3] ta' l-ostakli għal trasferimenti intrakomunitarji jammontaw għal € 3.16 biljun fis-sena. L-ipproċessar tal-liċenzji għandu spiża diretta ta' € 434 miljun/sena filwaqt li l-ispejjeż indiretti ġew stmati għal € 2.73 biljun/sena. Għalkemm huwa ferm diffiċli li jiġu valutati l-benefiċċji minn kooperazzjoni industrijali b'anqas problemi u minn aktar sigurtà ta' provvista għall-Istati Membri, huwa magħruf minn bosta li l-kooperazzjoni industrijali hija mfixkla mill-eżistenza ta' sistemi separati ta’ liċenzjar nazzjonali. Il-kumpaniji tad-difiża pan-Ewropej ukoll jaffaċċjaw diffikultajiet fil-kooperazzjoni transkonfinali bejn l-impjanti differenti minħabba sistemi ta’ liċenzjar diverġenti.

    Il-proposta ssegwi l-linja proposta mill-Kummissjoni fil-Komunikazzjoni tagħha ta' l-2003 dwar kwistjonijiet industrijali u tas-suq "Lejn Politika ta' l-UE dwar it-Tagħmir tad-Difiża"[4].

    1.3. Id-dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam tal-proposta

    Il-Komunità għadha ma adottatx il-leġiżlazzjoni sekondarja fil-qasam tal-proposta.

    1.4. Il-konsistenza ma' politiki oħra ta' l-Unjoni u l-kooperazzjoni internazzjonali

    Din il-proposta hija parti minn pakkett ta' difiża li jinkludi: komunikazzjoni umbrella u żewġ inizjattivi leġiżlattivi, dwar l-appalti pubbliċi u dwar it-trasferimenti ta' prodotti relatati mad-difiża rispettivament.

    - Faċilitar tat-trasferimenti jikkumplimentaw il-proposta dwar il-kisbiet fid-difiża: swieq miftuħa tad-difiża jippresupponu aspettattiva raġjonevoli mix-xerrej li prodotti ordnati jitwasslu mingħajr ostakli amministrattivi żejda. Aktar minn hekk, minkejja li l-liċenzji rari jiġu rifjutati, il-possibbiltà "teoretika" li jista' jsir rifjut hija inċentiva għall-Istati Membri biex jippreferu jagħtu x-xogħol militari lil produttur nazzjonali minflok kompetitur Ewropew (possibilment b'aktar vantaġġi). L-iffaċilitar tat-trasferimenti intrakomunitarji jikkontribwixxi għall-effettività tad-direttiva dwar l-akkwisti fid-difiża u jgħin biex jissaħħaħ il-ftuħ tas-swieq tad-difiża ta' l-Istati Membri.

    - Il-Politika Estera u ta' Sigurtà Komuni (PESK): Filwaqt li għandha l-għan ewlieni li t-twettiq tas-Suq Intern għal prodotti ta' difiża, din l-inizjattiva se tikkontribwixxi wkoll biex jinkisbu l-għanijiet tal-PESK, bħal titjib fis-sigurtà ta’ provvista għall-forzi armati ta' l-Istati Membri, kif ukoll għanijiet politiċi ta' l-industrija bħall-promozzjoni ta' Bażi Ewropea Industrijali u Teknoloġika tad-Difiża (EDTIB) soda. It-titjib fil-kooperazzjoni industrijali għandu jiġġenera ekonomiji ta' l-iskala (u għalhekk iwassal għal aktar "valur għall-flus" tagħmir tad-difiża), u għalhekk jippermetti lill-forzi armati ta' l-Istati Membri li jimmassimizzaw l-effettività ta' l-investimenti tagħhom fit-tagħmir tad-difiża.

    - L-aġenda ta' Liżbona: din il-kunsiderazzjoni ta' l-aħħar torbot ma' l-għanijiet ta' Liżbona bħat-tisħiħ tal-kompetittività internazzjonali ta' l-industriji Ewropej (tad-difiża) u impjiegi siguri fl-Ewropa.

    - LoI: Il-proposta hija kumpatibbli u kumplimentari għax-xogħol li għaddej fl-LoI. Din se jkollha bżonn l-għodod meħtieġa komuni li sussegwentement jistgħu jiġu żviluppati aktar fuq bażi intergovernattiva.

    2. KONSULTAZZJONI MAL-PARTIJIET INTERESSATI U L-VALUTAZZJONI TA’ L-IMPATT

    2.1. Il-konsultazzjoni mal-partijiet interessati

    Il-metodi ta’ konsultazzjoni, is-setturi ewlenin fil-mira u l-profil ġenerali tal-parteċipanti:

    Bejn Marzu 2006 u Settembru 2006, il-Kummissjoni organizzat konsultazzjoni pubblika. Din ġiet segwita bejn Settembru 2006 u Lulju 2007 bi tliet settijiet ta' gruppi ta' ħidma ma' l-industrija u l-Istati Membri. Matul il-fażi preparatorja, is-servizzi tal-Kummissjoni kellhom kuntatti mill-qrib ma' varjetà ta' partijiet interessati: korpi rappreżentattivi ta' l-industrija (notevolment l-Assoċjazzjoni Ajruspazjali u tad-Difiża – ASD), organizzazzjonijiet mhux governattivi, awtoritajiet lokali u rappreżentanti tal-kumpanija.

    Matul il-proċess ta' konsultazzjoni paġna fuq il-websajt tad-DĠ ENTR li kienet tipprovdi d-dokumenti kollha relevanti ġiet aġġornata regolarment.

    Sinteżi tat-tweġibiet u kif tqiesu:

    Saret konsultazzjoni miftuħa fuq l-internet mill-21/04/2006 sal-15/09/2006. Il-Kummissjoni rċeviet 25 risposta. Ir-riżultati ta' din il-kunsultazzjoni huma disponibbli fuq il-websajt Europa: http://ec.europa.eu/enterprise/regulation/inst_sp/defense_en.htm

    2.2. Ġbir u użu ta’ għarfien espert

    Oqsma xjentifiċi/ta’ għarfien espert ikkonċernati:

    L-għarfien espert meħtieġ għal trasferimenti ta’ prodotti tad-difiża ġie assigurat b'mod sħiħ matul il-proċess ta' konsultazzjoni u l-valutazzjoni ta' l-opinjonijiet tal-partijiet interessati.

    Il-metodoloġija użata:

    Il-konsulenti li għamlu l-istudju inizjali, u pprovdew l-elementi għall-Istudju dwar il-Valutazzjoni ta’ l-Impatt, ħadmu b’kollaborazzjoni mill-qrib ma’ l-esperti fil-kontroll ta’ l-esportazzjonijiet mill-industrija u l-amministrazzjonijiet nazzjonali. Huma għamlu wkoll diskussjonijiet ma’ esperti mill-ASD u ma’ l-akkademiċi. Aktar minn hekk, is-servizzi tal-Kummissjoni spiss talbu opinjoni ta’ l-esperti mill-industrija u mill-Istati Membri dwar materji speċifiċi.

    L-organizzazzjonijiet/esperti ewlenin ikkonsultati:

    Industriji tad-difiża rappreżentati fl-ASD, kumpanji individwali, akkademiċi, awtoritajiet nazzjonali kompetenti.

    Sommarju tal-pariri miksuba u użati:

    Kummenti inizjali mill-industrija u mill-Istati Membri wrew l-għażliet prinċipali li ġejjin:

    - titneħħa l-għażla ta’ sistema ċentrali kompjuterizzata ta’ traċċabbiltà;

    - il-Lista Militari Komuni tal-Kunsill (CML) tittieħed bħala l-iskop tad-direttiva;

    - tinżamm il-kundizzjoni għal liċenzjar nazzjonali: tiġi promossa żona mingħajr liċenzji fl-UE li tmur lilhinn minn dak li jista’ jinkiseb fil-kuntest preżenti (ebda politika esterna komuni u integrazzjoni politika mhux sħiħa). Madankollu, il-Kummissjoni ngħatat parir li tista’ tgħin fil-promozzjoni ta’ sistema tal-liċenzjar simplifikata u armonizzata.

    - promozzjoni taċ-ċertifikazzjoni ta’ kumpaniji li jirċievi prodotti relatati mad-difiża bħala mezz biex l-Istati Membri jiġu żgurati bl-affidabbiltà tal-kumpanija fir-rigward tar-rispett tal-limitazzjonijiet ta' l-esportazzjoni wara t-trasferiment.

    Mezzi użati biex l-għarfien espert isir disponibbli pubblikament:

    Opinjonijiet miġbura mill-esperti industrijali u ta’ l-Istati Membri saru disponibbli fuq il-websajt Europa: http://ec.europa.eu/enterprise/regulation/inst_sp/defense_en.htm

    2.3. Valutazzjoni ta' l-Impatt

    Il-Kummissjoni għamlet valutazzjoni ta’ l-impatt biex issaħħaħ din il-proposta. Dan ir-rapport huwa disponibbli fil-websajt Europa:http://ec.europa.eu/enterprise/regulation/inst_sp/defense_en.htm

    Il-valutazzjoni ta' l-impatt eżaminat żewġ alternattivi: ebda bidla fil-politika, jew inizjattiva leġiżlattiva. Kunsiderazzjoni tat-tielet possibbiltà, azzjoni mhux leġiżlattiva, uriet malajr li l-effetti probabbli tagħha fuq il-liġi nazzjonali tas-sistemi ta’ liċenzjar ikunu insinifikanti. Għażla simili ma tkunx sostanzjalment differenti mill-prattiki nazzjonali kurrenti u allura tkun simili għall-għażla "ebda bidla fil-politika”.

    “Ebda bidla fil-politika” tkun tinvolvi li wieħed joqgħod fuq arranġamenti intergovernattivi possibbli biex juri l-piż amministrattiv ta’ liċenzjar estensiv. Madankollu, il-ftehimiet intergovernattivi ta’ l-imgħoddi wrew ftit suċċess, u r-restrizzjoni tagħhom għal ftit Stati Membri setgħet potenzjalment timmina l-għan doppju li tittejjeb is-sigurtà tal-provvista għall-Istati Membri kollha u l-isfruttar ta’ firxa wiesgħa tal-kompetenzi Ewropej u kapaċitajiet uniċi, b’mod partikolari dawk il-kompetenzi li jinsabu fl-Istati Membri l-ġodda.

    Fi ħdan il-firxa wiesgħa ta' possibbiltajiet ta' azzjoni leġiżlattiva, l-għażla ta' ħolqien ta' żona ħielsa minn liċenzji u l-immaniġġjar tal-ħruġ ta' liċenzji intrakomunitarji tat-trasferiment fuq livell ta' UE ġiet ikkunsidrata, imma finalment twarrbet minħabba n-nuqqas attwali ta’ politika esterna komuni u nuqqas ta’ integrazzjoni politika bejn l-Istati Membri.

    L-għażla leġiżlattiva l-oħra eżaminata kienet biex tissimplifika u tqarreb l-iskemi nazzjonali ta' liċenzjar u prattiċi regolatorji permezz ta' l-iżvilupp progressiv ta' liċenzji ġenerali u globali, fuq naħa, u miżuri ta' sigurtà u li jibnu l-fiduċja bħaċ-ċertifikazzjoni ta’ kumpaniji tad-difiża u garanziji dwar ir-rispett minn kumpaniji tal-limitazzjonijiet ta’ l-esportazzjoni, fuq in-naħa l-oħra.

    Filwaqt li wieħed iżomm f’moħħu li s-simplifikazzjoni tista’ ġġib progress biss jekk jiġu provduti garanziji tas-sigurtà qawwija, l-analiżi ta' l-impatt tissuġġerixxi li l-aħjar kombinazzjoni tkun:

    - il-provvediment ta’ liċenzji nazzjonali ġenerali u globali sabiex jiġu indirizzati bl-aħjar mod il-varjetà ta’ trasferimenti u l-punti sensittivi differenti tal-prodotti tad-difiża;

    - il-promozzjoni ta' liċenzjar ġenerali f’każijiet fejn it-tħassib tas-sigurtà (b’mod partikolari fir-rigward ta' l-esportazzjoni mill-ġdid mhux mixtieqa) kienet taħt kontroll: trasferimenti lil gvernijiet ta’ l-UE, trasferimenti lil kumpaniji ċertifikati u fejn xieraq trasferimenti relatati ma’ programmi ta’ kooperazzjoni intergovernattivi.

    3. ELEMENTI LEGALI TAL-PROPOSTA

    3.1. Taqsira ta’ l-azzjoni proposta

    Din il-proposta għandha l-għan li tissimplifika u tarmonizza t-trasferimenti tal-prodotti tad-difiża fi ħdan l-UE. Din l-istrateġija fiha żewġ partijiet:

    - rigward is-simplifikazzjoni, il-proposta teħtieġ li l-Istati Membri jagħtu liċenzji ġenerali u globali għal trasferimenti intra-UE u liċenzji individwali għandhom jinżammu għal ċirkostanzi eċċezzjonali;

    - rigward l-armonizzazzjoni, il-proposta tobbliga lill-Istati Membri li jistabbilixxu sistemi ta’ liċenzjar ġenerali għal żewġ tipi ta’ trasferimenti ta’ prodotti relatati mad-difiża: trasferimenti lil gvernijiet f’kull Stat Membru ieħor; trasferimenti lil reċipjenti fi Stati Membri oħra ċertifikati skond il-kriterji komuni fid-direttiva. Aktar minn hekk, l-Istati Membri huma obbligati li jiddeterminaw għal kull liċenzja t-termini u l-kundizzjonijiet ta’ l-użu tagħha, b’mod partikolari fir-rigward tal-prodotti relatati mad-difiża koperti u l-użi possibbli tagħhom kif ukoll jirrappurtaw l-obbligi tal-kumpaniji li jużaw il-liċenzji.

    Sabiex jakkumpanjaw l-iżvilupp progressiv tal-liċenzji ġenerali u globali mal-garanziji għall-ħarsien tas-sigurtà nazzjonali, il-proposta tinkludi żewġ elementi biex titrawwem fiduċja bejn l-Istati Membri, b’mod partikolari fir-rigward tar-rispett mill-kumpaniji tal-limitazzjonijiet ta’ l-esportazzjoni marbuta mat-trasferimenti li joriġinaw fl-Istat Membru:

    - L-Istati Membri jkollhom jiċċertifikaw skond il-kundizzjonijiet komuni dawk il-kumpaniji li jixtiequ jissupplixxu skond il-liċenzji ġenerali maħruġa fi Stati Membri oħra;

    - Meta japplikaw għal liċenzja ta’ esportazzjoni, il-kumpaniji jkollhom jikkonfermaw ma’ l-awtoritajiet kompetenti tagħha li huma jirrispettaw il-limitazzjonijiet ta’ l-esportazzjoni maħruġa mill-Istat Membru ta’ l-oriġini.

    Din il-proposta għandha titqies bħala kontribuzzjoni biex tinkiseb aktar trasparenza fis-swieq tad-difiża bejn l-Istati Membri. L-użu ta' liċenzji ġenerali għal prodotti relatati mad-difiża miksuba minn fornituri stabbiliti fi Stat Membru ieħor itejjeb ferm is-sigurtà ta’ provvista f’bażi ta’ provista madwar l-UE.

    3.2. Bażi legali

    L-Artikolu 95 tat-Trattat tal-KE.

    3.3. Il-prinċipju tas-sussidjarjetà

    Kif spjegat fil-komunikazzjoni interpretattiva adottata mill-Kummissjoni fil-kuntest ta’ kuntratti pubbliċi[5], id-dispożizzjonijiet tat-Trattat dwar il-moviment ħieles ta' l-oġġetti japplika b'mod sħiħ għal dawn il-prodotti. Il-Komunità għandha għalhekk kompetenza esklussiva għall-organizzazzjoni tal-kundizzjonijiet għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa billi tarmonizza l-kundizzjonijiet tal-liċenzjar ta’ prodotti relatati mad-difiża fi ħdan il-Komunità Ewropea. B’mod partikolari rigward il-ħolqien ta’ fiduċja reċiproka, huwa meħtieġ li l-awtoritajiet tal-pajjiż ta' l-oriġini jiġu provduti b'garanziji dwar ir-rispett tal-limitazzjonijiet ta' esportazzjoni mill-kumpaniji tad-destinazzjoni. B’miżuri komuni mfassla biex jiżguraw ir-rispett tal-limitazzjonijiet ta’ l-esportazzjoni mill-kumpaniji, il-kooperazzjoni amministrattiva u l-kontroll tal-fruntieri esterni, il-proposta se tipprovdi valur miżjud sinifikanti. B’żieda mal-kooperazzjoni amministrattiva, x’aktarx li jiżdied il-livell ta’ fiduċja reċiproka bejn l-Istati Membri, li hija prerekwiżit f’materji ta’ difiża u sigurtà.

    Kif turi l-esperjenza preċedenti, azzjoni mmexxija biss fuq livell ta’ Stat Membru x’aktarx ma tipprovdix livell ugwali ta’ aġir fil-ħin. Xi Stati Membri ħadu azzjonijiet biex jiffaċilitaw iċ-ċirkolazzjoni ta’ prodotti tad-difiża u għaddej xogħol ta’ kooperazzjoni intergovernattiv fil-qafas tal-LoI bejn sitt Stati Membri li huma produtturi ewlenin. Madankollu, il-benefiċċji ta' inizjattivi purament nazzjonali kienu biss għal kumpaniji esportaturi fl-Istati Membri konċernati u ma kinux kapaċi jindirizzaw il-problemi ta’ dawn il-kumpaniji biex tittejjeb is-sigurtà ta’ provvista transkonfinali mal-komponenti. Estensjoni sempliċi ta’ ftehimiet simili għal aktar Stat Membri tista’ taffaċċja diffikultajiet sostanzjali.

    Fl-istess ħin, il-grad ta’ intervent tal-Komunità ma jaqbiżx dak li hu meħtieġ biex jinkisbu l-għanijiet tal-Komunità. Sakemm il-miżuri proposti jġibu fiduċja reċiproka bejn l-Istati Membri, ma hemmx bżonn ta’ deċiżjonijiet ċentralizzati għal liċenzjar ta’ prodotti jew aktar armonizzar ta’ politiki esterni komuni. Is-sussidjarjetà hija salvagwardjata bir-rispett ta’ deċiżjonijiet fil-politika mill-Istati Membri fil-qafas tal-politiki tagħhom esteri u tas-sigurtà u l-koordinazzjoni tagħhom fi ħdan il-PESK.

    3.4. Il-prinċipju tal-proporzjonalità

    Din il-proposta hija konformi mal-prinċipju tal-proporzjonalità għar-raġunijiet li ġejjin:

    Il-proposta tnaqqas ix-xogħol għall-awtoritajiet nazzjonali u l-industrija billi tissostitwixxi liċenzji ġenerali u globali għal liċenzji individwali kemm jista' jkun. Filwaqt li tobbliga t-twaqqif ta' proċeduri ta' ċertifikazzjoni fl-Istati Membri kollha, il-parti l-kbira ta' kumpaniji kbar fis-settur tad-difiża huma fil-parti l-kbira tagħhom diġà skrutinizzati mill-gvernijiet nazzjonali fid-dawl tas-sensittività tas-settur - per eżempju, permezz ta' programmi ta' konformità jew superviżjoni simili. Attivitajiet normali ta’ monitoraġġ mill-awtoritajiet nazzjonali jkomplu.

    3.5. L-għażla ta' l-istrumenti

    L-istrument propost huwa direttiva.

    Strumenti oħrajn ma jkunux xierqa minħabba r-raġunijiet li ġejjin:

    L-Istati Membri huma primarjament responsabbli għas-simplifikazzjoni tal-liċenzjar. Il-provvediment ta’ aktar awtonomija lill-Istati Membri huwa l-aħjar mod biex jitwaqqfu liċenzji globali u ġenerali, direttiva tieħu kont aħjar ta’ l-ispeċifitajiet u s-sens akut tal-materji tad-difiża. Direttiva hija għalhekk l-aktar strument adatt.

    4. IMPLIKAZZJONI BAġITARJA

    Il-proposta għandha implikazzjonijiet għall-baġit tal-Komunità li ġejjin mill-ħidmiet ġodda segwenti:

    - biex tikkoopera fix-xogħol tal-Kunsill fid-dawl ta’ l-aġġornament ta’ l-Anness tal-Lista Militari Komuni;

    - biex tirrapporta dwar il-miżuri meħuda mill-Istati Membri biex jimplimentaw id-dispożizzjonijiet ta’ din id-direttiva;

    - biex tirrapporta dwar il-funzjonament tad-direttiva u l-impatt tagħha fuq l-iżviluppi tas-suq Ewropew tat-tagħmir tad-difiża u l-bażi Ewropea tad-difiża teknoloġika u industrijali;

    - biex torganizza x-xogħol tal-grupp ta’ Kooperazzjoni (hawn taħt);

    - biex tissorvelja l-konformità tal-proċeduri u metodi ta’ kooperazzjoni bejn l-Istati Membri u tuża s-setgħat tagħha jekk meħtieġ.

    Il-ħidmiet imsemmija hawn fuq jistgħu jeħtieġu persunal u għajnuna teknika addizzjonali kif muri fil-karta finanzjarja annessa mal-proposta għal direttiva.

    Il-Kummissjoni tipprevedi l-ħolqien ta’ grupp ta’ Kooperazzjoni magħmul minn rappreżentanti ta’ Stati Membri u presedut minn rappreżentant tal-Kummissjoni. Il-ħidmiet tal-grupp ikunu li jeżamina kwalunkwe kwistjoni li għandha x'taqsam ma' l-applikazzjoni ta' din id-Direttiva li tista' titqajjem jew mill-president jew minn rappreżentant ta' Stat Membru u, inter alia biex jevalwa:

    - il-miżuri implimentati f'kull Stat Membru fuq il-bażi tar-rapport tal-Kummissjoni;

    - l-użu tal-klawżola ta’ salvagwardja;

    - il-miżuri li għandhom jittieħdu mill-Istati Membri biex jinfurmaw l-operaturi bl-obbligi tagħhom taħt din id-direttiva;

    - u biex jipprovdi gwida rigward il-forom ta’ liċenzji.

    5. INFORMAZZJONI ADDIZZJONALI

    5.1. Is-simplifikazzjoni

    Il-proposta tipprevdi s-simplifikazzjoni tal-proċeduri amministrattivi għall-awtoritajiet pubbliċi u s-simplifikazzjoni ta' proċeduri amministrattivi għal dawk privati.

    Il-proposta se tnaqqas ix-xogħol għall-awtoritajiet nazzjonali billi tnaqqas in-numru ta’ applikazzjonijiet għal-liċenzji.

    Għall-kumpaniji tad-difiża, il-proposta se tnaqqas sew il-piż assoċjat għall-applikazzjonijiet tal-liċenzji.

    5.2. Klawżola ta' analiżi/reviżjoni/estinzjoni awtomatika

    Il-proposta tinkludi klawżola ta' reviżjoni.

    5.3. Iż-Żona Ekonomika Ewropea

    L-att propost jikkonċerna kwistjoni taż-ŻEE u għalhekk għandu jestendi għaż-Żona Ekonomika Ewropea.

    2007/0279 (COD)

    Proposta għal

    DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

    dwar l-issimplifikar tat-termini u l-kundizzjonijiet tat-trasferimenti ta' prodotti relatati mad-difi ża fi ħdan il-Komunità (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

    IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 95 tiegħu,

    Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni[6],

    Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew[7],

    Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni[8],

    Filwaqt li jaġixxu bi qbil mal-proċedura stipulata fl-Artikolu 251 tat-Trattat[9],

    Billi:

    (1) It-Trattat jipprevedi għall-istabbiliment ta' suq intern, inkluż l-abolizzjoni, bejn l-Istati Membri, ta' l-ostakli għal-libertà ta' moviment għal servizzi u oġġetti, u l-istabbiliment ta' sistema li tassigura li ma jkunx hemm tfixkil għall-kompetizzjoni fis-suq komuni.

    (2) Id-dispożizzjonijiet tat-Trattat li jistabbilixxu suq intern japplikaw għall-oġġetti u s-servizzi kollha provduti bi ħlas inkluż prodotti relatati mad-difiża imma ma jżommux lill-Istati Membri li taħt ċerti kundizzjonijiet jieħdu miżuri oħra f’każijiet individwali fejn jikkunsidraw li huma meħtieġa li jħarsu l-interessi essenzjali tas-sigurtà tagħhom.

    (3) Il-liġijiet, regolamenti u miżuri amministrattivi fl-Istati Membri rigward it-trasferiment ta' prodotti relatati mad-difiża fi ħdan il-Komunità fihom ċerti disparitajiet, li jistgħu jfixklu l-moviment ħieles tal-prodotti relatati mad-difiża u jistgħu jfixklu l-kompetizzjoni fi ħdan is-suq intern.

    (4) L-għanijiet segwiti b’mod ġenerali bil-liġijiet u r-regolamenti ta’ l-Istati Membri jinkludu ż-żamma tad-drittijiet tal-bniedem, il-paċi, is-sigurtà u l-istabbiltà permezz ta’ sistemi ta’ kontroll strett u r-restrizzjoni ta’ l-esportazzjoni u l-proliferazzjoni tal-prodotti relatati mad-difiża lil pajjiżi terzi kif ukoll lil Stati Membri oħra.

    (5) Restrizzjonijiet simili fuq il-moviment ta’ prodotti relatati mad-difiża fi ħdan il-Komunità ma jistgħux jiġu mneħħija b’mod ġenerali permezz ta’ l-applikazzjoni diretta tal-prinċipji tal-moviment ħieles ta’ l-oġġetti u s-servizzi provduti bit-Trattat minħabba li dawk ir-restrizzjonijiet jistgħu jkunu ġustifikati fuq bażi ta’ każ b’każ skond l-Artikoli 30 jew 296 tat-Trattat.

    (6) Dawk il-liġijiet u r-regolamenti ta’ l-Istati Membri għalhekk għandhom bżonn jiġu armonizzati b’tali mod li jissimplifikaw it-trasferiment intrakomunitarju ta’ prodotti relatati mad-difiżża sabiex jiġi żgurat il-funzjonament tas-suq intern.

    (7) L-armonizzazzjoni ta’ dawk il-liġijiet u r-regolamenti ta’ l-Istati Membri ma għandhiex tkun ta’ preġudizzju għall-obbligi ta’ l-Istati Membri taħt is-sistemi internazzjonali relevanti ta’ nuqqas ta' proliferazzjoni, arranġamenti ta' kontroll fuq l-esportazzjoni, għal trattati jew għad-diskrezzjoni ta' l-Istati Membri fuq il-politika ta' esportazzjoni.

    (8) Din id-direttiva ma għandhiex tapplika għal prodotti relatati mad-difiża li jgħaddu biss mit-territorju tal-Komunità, jiġifieri dawk li ma ngħatawx trattament jew użu tad-dwana approvat ta' xort'oħra għajr mill-proċedura ta' tranżizzjoni esterna jew li huma mqiegħda biss f'żona libera jew maħżen ħieles u fejn ma għandha tinżamm l-ebda reġistrazzjoni tagħhom f'rekord tal-materjal approvat.

    (9) Din id-direttiva għandha tkopri l-prodotti kollha relatati mad-difiża li jikkorrispondu ma' dawk elenkati fil-Lista Militari Komuni ta' l-Unjoni Ewropea[10] inklużi sotto-sistemi, komponenti, partijiet, trasferiment tat-teknoloġija, manutenzjoni u tiswija.

    (10) Sabiex jittrattaw ir-riskji simili assoċjati mat-trasferiment ta' prodotti relatati mad-difiża li m'humiex elenkati fl-Anness għal din id-Direttiva, l-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu japplikaw din id-direttiva għal dawk il-prodotti ta’ difiża relatati u għalhekk jagħmlu t-trasferiment ta’ dawk il-prodotti ta’ difiża relatati soġġett għall-istess regoli.

    (11) L-għanijiet taż-żamma tad-drittijiet tal-bniedem, il-paċi, is-sigurtà u l-istabbiltà segwiti ġeneralment mil-liġijiet u r-regolamenti ta’ l-Istati Membri li jillimitaw it-trasferiment ta’ prodotti relatati mad-difiża, jeħtieġu li t-trasferiment ta’ dawk il-prodotti fi ħdan il-Komunità jibqa’ soġġett għall-awtorizzazzjoni mill-Istati Membri ta’ l-oriġini u l-garanziji fl-Istati Membri fejn jaslu.

    (12) Fid-dawl tas-salvagwardji provduti f'din id-direttiva għall-ħarsien ta' dawk l-għanijiet l-Istati Membri ma jkollhomx bżonn aktar jintroduċu jew iżommu restrizzjonijiet oħra għall-kisba ta' dawk l-għanijiet.

    (13) Din id-direttiva ma għandhiex tkun ta’ preġudizzju għall-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet meħtieġa għall-ħarsien ta' l-ordni pubbliku bħas-sigurtà tat-trasport.

    (14) Kull trasferiment ta’ prodotti relatati mad-difiża fi ħdan il-Komunità Ewropea għandu jkun soġġett għal awtorizzazzjoni minn qabel permezz ta’ liċenzji ta’ trasferiment globali jew individwali mogħtija jew maħruġa mill-Istat Membru fejn huwa stabbilit il-fornitur. Skond il-prinċipji li jikkostitwixxu s-suq intern l-awtorizzazzjoni għandha tkun valida madwar il-Komunità u l-ebda awtorizzazzjoni oħra għat-tranżitu fl-Istati Membri l-oħra jew għall-importazzjoni fi Stati Membri oħra ma għandha tkun meħtieġa.

    (15) L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw it-tip ta' liċenzji għall-prodotti relatati mad-difiża jew kategorija ta' prodotti relatati mad-difiża u t-termini u l-kundizzjonijiet ta’ kull waħda mil-liċenzji tat-trasferiment, filwaqt li jieħdu kont tas-sensittività tat-trasferiment.

    (16) Rigward is-sotto-sistemi u l-komponenti, l-Istati Membri għandhom iżommu lura mil-limitazzjonijiet ta’ l-esportazzjoni kemm jista’ jkun billi jaċċettaw dikjarazzjonijiet ta’ l-użu mir-reċipjenti li jieħdu kont tal-grad ta’ integrazzjoni ta’ sotto-sistemi u komponenti bħal dawn fil-prodotti tar-reċipjenti nfushom.

    (17) Sabiex jiġi faċilitat it-trasferiment tal-prodotti relatati mad-difiża, liċenzji ġenerali għandhom jiġu ppubblikati mir-regolamenti ta’ l-Istati Membri li jipprovdu awtorizzazzjoni għal trasferiment ta’ prodotti relatati mad-difiża lil kull kumpanija li tissodisfa t-termini u l-kundizzjonijiet definiti f’kull liċenzja ġenerali.

    (18) Liċenzja ġenerali għandha tiġi ppubblikata għal trasferimenti ta’ prodotti relatati mad-difiża lill-forzi armati sabiex tiżdied sew is-sigurtà ta’ provvista għall-Istati Membri kollha li jagħżlu li jagħmlu kuntratti fi ħdan il-Komunità.

    (19) Liċenzja ġenerali għandha tiġi pubblikata għal trasferimenti ta’ sotto-sistemi u komponenti għal kumpaniji tad-difiża Ewropej ċertifikati sabiex titrawwem kooperazzjoni bejn l-integrazzjoni ta’ dawk il-kumpaniji, b’mod partikolari bl-iffaċilitar ta’ l-ottimizzazzjoni tal-katini ta’ provvista u l-ekonomiji ta’ l-iskala.

    (20) L-Istati Membri li qed jipparteċipaw f’programm ta’ kooperazzjoni jistgħu jippubblikaw liċenzja ġenerali għal trasferimenti ta’ prodotti relatati mad-difiża lil reċipjenti fi Stati Membri oħra li qed jipparteċipaw għall-eżekuzzjoni ta’ dak il-programm ta’ kooperazzjoni. Dan ittejjeb ferm il-kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni fi programmi ta’ kooperazzjoni minn kumpaniji stabbiliti fi Stati Membri li qed jipparteċipaw.

    (21) L-Istati Membri għandhom ikunu kapaċi jippubblikaw aktar liċenzji ġenerali għall-każijiet fejn ir-riskji għaż-żamma tad-drittijiet tal-bniedem, il-paċi, is-sigurtà u l-istabbiltà huma baxxi fid-dawl tan-natura tal-prodotti u r-reċipjenti.

    (22) F’każijiet fejn il-liċenzji ġenerali ma jistgħux jiġu pubblikati, l-Istati Membri għandhom jagħtu liċenzji globali fuq talba minn kumpaniji individwali, ħlief f'każijiet fejn it-talba hija limitata għal trasferiment wieħed jew fejn in-natura tal-prodott u r-reċipjent jiġġustifikaw l-għoti ta’ liċenzja individwali fid-dawl tal-ħarsien ta’ l-interessi essenzjali tagħhom tas-sigurtà jew konformità mas-sistemi relevanti internazzjonali ta’ nuqqas ta' proliferazzjoni, arranġamenti ta’ kontroll fuq l-esportazzjoni jew trattati.

    (23) Il-kumpaniji għandhom jinfurmaw lill-awtoritajiet kompetenti bl-użu tal-liċenzji ġenerali fid-dawl taż-żamma tad-drittijiet tal-bniedem, il-paċi, is-sigurtà u l-istabbiltà kif ukoll biex jippermettu rappurtar trasparenti ta' trasferimenti ta’ prodotti relatati mad-difiża fid-dawl tal-kontroll demokratiku.

    (24) Il-grad ta’ laxkezza ta’ l-Istati Membri fid-determinazzjoni tat-termini u l-kundizzjonijiet ta’ liċenzji ta’ trasferiment ġenerali, globali u individwali għandu jkun flessibbli biżżejjed biex jippermetti kooperazzzjoni kontinwa taħt il-qafas internazzjonali eżistenti fuq il-kontroll fuq l-esportazzjoni. Minħabba li d-deċiżjoni li tingħata jew tiġi miċħuda esportazzjoni għandha tibqa’ għad-diskrezzjoni ta’ kull Stat Membru, kooperazzjoni simili għandha tiġi minn koordinazzjoni voluntarja tal-politiki ta’ esportazzjoni.

    (25) Għall-applikazzjoni ta’ din id-direttiva, l-Istati Membri għandhom jibqgħu intitolati biex isegwu u jiżviluppaw aktar il-kooperazzjoni intergovernattiva attwali kif implimentata inter alia fl-Ittra ta' Intenzjoni.

    (26) Sabiex jikkumpensaw għas-sostituzzjoni progressiva ta’ kontroll ex-post ġenerali għal kontroll individwali ex-ante fl-Istat Membru ta’ l-oriġini tal-prodotti relatati mad-difiża, il-kundizzjonijiet għal fiduċja reċiproka għandhom jinħolqu fl-inklużjoni ta’ garanziji li jiżguraw li l-prodotti relatati mad-difiża ma jiġux esportati bi ksur tal-limitazzjonijiet ta’ esportazzjoni lil pajjiżi terzi.

    (27) L-Istati Membri jikkooperaw fil-qafas tal-Kodiċi ta’ l-Unjoni Ewropea ta' Kondotta għal Esportazzjonijiet ta' Armi, adottata mill-Kunsill fit-8 ta' Ġunju 1998, permezz ta’ applikazzjoni voluntarja tal-kriterji komuni kif ukoll notifika ta' rifjut u mekkaniżmi ta’ konsultazzjoni fid-dawl ta’ żieda fil-konverġenza fl-applikazzjoni tal-politiki ta’ l-esportazzjoni tagħhom ta’ prodotti relatati mad-difiża lil pajjiżi terzi.

    (28) Il-fornituri għandhom jinfurmaw lir-reċipjenti b’kull limitazzjoni marbuta mal-liċenzji ta’ trasferiment sabiex jippermettu li tinbena fiduċja reċiproka fl-abbiltà tar-reċipjenti li jirrispettaw limitazzjonijiet bħal dawn wara t-trasferiment, b'mod partikolari fil-każ ta' talba għal esportazzjoni lejn pajjiżi terzi.

    (29) Għandu jitħalla f'idejn il-kumpaniji biex jiddeċiedu jekk li benefiċċji li ġejjin mill-possibbiltà li jirċievu prodotti relatati mad-difiża taħt liċenzja ġenerali tat-trasferiment jiġġustifikawx it-talba għal ċertifikazzjoni. Trasferimenti fi ħdan grupp ta’ kumpaniji għandhom jibbenefikaw minn liċenzja ġenerali ta’ trasferiment f’każijiet fejn il-membri tal-grupp huma ċertifikati fl-Istati Membri rispettivi fejn huma stabbiliti.

    (30) Il-kriterji komuni għaċ-ċertifikazzjoni huma meħtieġa sabiex jippermettu li tinbena fiduċja reċiproka, b’mod partikolari fl-abbiltà tar-reċipjenti li jirrispettaw il-limitazzjonijiet ta' esportazzjoni ta’ prodotti relatati mad-difiża li jaslu taħt liċenzja ta’ trasferiment minn Stat Membru ieħor.

    (31) Sabiex tiġi faċilitata l-fiduċja reċiproka, ir-reċipjenti tal-prodotti relatati mad-difiża trasferiti għandhom iżommu lura milli jesportaw dawk il-prodotti fejn il-liċenzji ta' trasferiment ikun fihom limitazzjonijiet ta' l-esportazzjoni.

    (32) Il-kumpaniji għandhom jiddikjaraw lill-awtoritajiet kompetenti, fil-ħin tat-talba ta' liċenzja ta' esportazzjoni lil pajjiż terz, jekk ikunux osservaw kull limitazzjoni ta' l-esportazzjoni mehmuża mat-trasferiment ta' prodotti relatati mad-difiża mill-Istat Membru li ħareġ dik il-liċenzja ta' trasferiment.

    (33) Il-kumpaniji għandhom ifornu evidenza tal-liċenzji ta' esportazzjoni fil-fruntiera esterna komuni tal-Komunità lill-awtorità doganali kompetenti fil-mument ta' esportazzjoni lil pajjiż terz ta' prodott relatat mad-difiża taħt liċenzja ta' trasferiment.

    (34) Il-lista fl-Anness tal-prodotti relatati mad-difiża għandha tiġi aġġornata f'konformità mal-Lista Militari Komuni ta' l-Unjoni Ewropea (CML).

    (35) Huwa meħtieġ biex tinbena fiduċja reċiproka u fiduċja progressiva li l-Istati Membri jiddeterminaw biżżejjed miżuri effettivi biex jiżguraw l-infurzar tad-dispożizzjonijiet ta' din id-direttiva u b'mod partikolari dawk li jipprevedu biex il-kumpaniji jirrispettaw il-kriterji komuni ta' ċertifikazzjoni u limitazzjonijiet għal aktar użu ta' prodotti relatati mad-difiża trasferiti wara trasferiment.

    (36) F'każijiet fejn Stat Membru ta' l-Oriġini kellu dubju raġjonevoli jekk reċipjent ta' ċertifikazzjoni kienx qed jirrispetta kull kundizzjoni mehmuża mal-liċenzja ta' trasferiment ġenerali, dan għandu mhux biss jinforma lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni, imma jkun kapaċi wkoll proviżorjament jissospendi l-effetti tal-liċenzji tiegħu ta' trasferiment lil kumpanija simili wara li jkun qies ir-responsabbiltà għaż-żamma tad-drittijiet tal-bniedem, il-paċi, is-sigurtà u l-istabbiltà.

    (37) Biex titrawwem fiduċja reċiproka, l-applikazzjoni tal-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi adottati biex jiżguraw konformità ma' din id-direttiva għandhom jiġu diferiti. Dan jippermetti, qabel l-applikazzjoni ta' dawk id-dispożizzjonijiet, li jiġi evalwat il-progress magħmul fuq il-bażi ta' rapport imħejji mill-Kummissjoni li huwa bbażat fuq l-informazzjoni sottomessa mill-Istati Membri fuq il-miżuri meħuda.

    (38) Il-Kummissjoni għandha tippubblika regolarment rapport dwar l-implimentazzjoni ta' din id-direttiva li jista' jiġi akkumpanjat bi proposti leġiżlattivi, fejn xieraq.

    (39) Minħabba li l-għanijiet ta' l-azzjoni li trid tittieħed, jiġifieri l-kisba ta' suq intern permezz ta' l-introduzzjoni ta' sistema obbligatorja ta' liċenzjar għal prodotti relatati mad-difiża, ma jistgħux jinkisbu biżżejjed mill-Istati Membri fid-dawl tad-diverġenza tal-proċeduri preżenti ta' liċenzjar u n-natura transkonfinali tat-trasferimenti u jistgħu jinkisbu aħjar fuq livell ta' Komunità, il-Komunità tista' tadotta miżuri, skond il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat. F'konformità mal-prinċipju ta' proporzjonalità, kif stabbilit f'dak l-Artikolu, din id-direttiva ma tmurx lilhinn minn dak li hu meħtieġ sabiex jinkisbu dawn l-għanijiet.

    (40) Il-miżuri meħiteġa għall-implimentazzjoni ta' din id-direttiva għandhom jiġu adottati skond id-deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tipprovdi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta' l-implimentazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni[11].

    (41) B'mod partikolari għandha tingħata setgħa lill-Kummissjoni biex temenda l-Anness. Minħabba li dawk il-miżuri huma ta' skop ġenerali u huma mfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' din id-direttiva, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

    ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

    Kapitolu I Suġġett, ambitu u definizzjonijiet

    Artikolu 1 Suġġett

    1. Din id-direttiva tistabbilixxi r-regoli u l-proċeduri għal trasferiment ta' prodotti relatati mad-difiża fi ħdan is-suq intern.

    2. Din id-direttiva ma taffettwax il-politiki ta' esportazzjoni ta' l-Istati Membri.

    Artikolu 2 Skop

    1. Din id-direttiva tapplika għal prodotti relatati mad-difiża .

    2. L-Istati Membri jistgħu japplikaw id-dispożizzjonijiet ta' din id-direttiva mutatis mutandis għal prodotti relatati mad-difiża apparti dawk inklużi fl-Anness, imma li t-trasferiment tagħhom fi ħdan il-Komunità joħloq riskji simili għaż-żamma tad-drittijiet tal-bniedem, il-paċi, is-sigurtà u l-istabbiltà.

    3. Meta Stat Membru jagħmel użu tal-possibbiltà stabbilita fil-paragrafu 2, għandu jippubblika lista ta' dawk il-prodotti u jinforma lill-Kummissjoni u lil-Istati Membri l-oħra b'dan.

    Artikolu 3 Definizzjonijiet

    Għall-iskopijiet ta' din id-direttiva preżenti, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

    1. "prodott relatat mad-difiża" ifisser kull prodott imfassal speċifikament għal użu militari u mniżżel fl-Anness;

    2. "trasferiment" ifisser kull trażmissjoni ta' prodott relatat mad-difiża lil reċipjent fi Stat Membru ieħor fil-kuntest ta' tranżazzjoni kummerċjali;

    3. "fornitur" ifisser persuna legali jew naturali stabbilita fil-Komunità li hija legalment responsabbli għat-trasferiment;

    4. "reċipjent" ifisser persuna legali jew naturali stabbilita fil-Komunità li hija legalment responsabbli għall-wasla tat-trasferiment fi Stat Membru ieħor;

    5. "liċenzja tat-trasferiment" ifisser awtorizzazzjoni minn awtorità nazzjonali ta' Stat Membri għall-fornituri ta' prodotti relatati mad-difiża lil reċipjent fi Stat Membru ieħor;

    6. "liċenzja ta' l-esportazzjoni" ifisser awtorizzazzjoni biex prodotti relatati mad-difiża jiġu fornuti lil reċipjent f'pajjiż terz.

    Kapitolu II Liċenzji ta' trasferiment

    Artikolu 4 Dispożizzjonijiet ġenerali

    1. It-trasferiment ta' prodotti relatati mad-difiża bejn l-Istati Membri għandu jkun soġġett għal awtorizzazzjoni minn qabel. Ebda awtorizzazzjoni oħra minn Stati Membri oħra ma għandha tkun meħtieġa għat-tranżitu mill-Istati Membri jew għall-importazzjoni fi Stati Membri oħra tal-prodotti relatati mad-difiża mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet meħtieġa għall-ħarsien ta' l-ordni pubbliku bħas-sigurtà tat-trasport.

    2. L-Istati Membri għandhom jagħtu lill-fornituri stabbiliti fit-territorji rispettivi tagħhom liċenzji ta' trasferiment ġenerali, globali jew individwali.

    3. L-Istati Membri għandhom jagħżlu t-tip ta' liċenzja għal prodotti relatati mad-difiża jew kategoriji ta' prodotti relatati mad-difiża konċernati skond id-dispożizzjonijiet ta' dan l-Artikolu u l-Artikoli 5, 6 u 7.

    4. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw it-termini u l-kundizzjonijiet għal liċenzji ta' trasferiment, b'mod partikolari kull limitazzjoni dwar l-esportazzjoni ta' prodotti relatati mad-difiża lil reċipjenti f'pajjiżi terzi, wara li jkunu kkunsidraw ir-riskji għaż-żamma tad-drittijiet tal-bniedem, il-paċi, is-sigurtà u l-istabbiltà li jinħolqu bit-trasferiment. L-Istati Membri jistgħu jsewgu u jestendu l-kooperazzjoni intergovernattiva eżistenti sabiex jiksbu l-għanijiet ta' din id-direttiva.

    5. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw it-termini u l-kundizzjonijiet tal-liċenzji ta' trasferiment għal sottosistemi u komponenti fuq il-bażi tal-valutazzjoni tas-sensittività tat-trasferiment skond il-kriterji li ġejjin:

    7. in-natura tas-sotto-sistemi u l-komponenti f'relazzjoni mal-prodotti li fihom għandhom jiġu inkoporati u f'relazzjoni ma' kull użu aħħari tal-prodotti li jista' jagħti lok għal tħassib;

    8. is-sinifikat tas-sottosistemi u l-komponenti f'relazzjoni mal-prodotti li fihom huma inkorporati.

    6. Ħlief fejn l-Istati Membri jikkunsidraw li t-trasferiment tas-sottosistemi jew komponenti huwa sensittiv, l-Istati Membri għandhom iżommu lura milli jimponu limitazzjonijiet ta' l-esportazzjoni għal tali sottosistemi jew komponenti jekk ir-reċipjent jipprovdi dikjarazzjoni ta' l-użu li tiddikjara li s-sottosistemi jew komponenti soġġetti għal dik il-liċenzja ta' trasferiment huma integrati fil-prodotti tiegħu u għalhekk fi stadju aktar tard ma jistgħux jiġu trasferiti jew esportati.

    7. L-Istati Membri jistgħu jirrevokaw jew jillimitaw l-użu ta' liċenzji ta' trasferiment li jkunu ħarġu f'kwalunkwe żmien, għar-raġunijiet tal-ħarsien ta' l-interessi essenzjali tas-sigurtà tagħhom.

    8. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw ir-reċipjenti tal-liċenzji ta' trasferiment b'mod mhux diskriminatorju sakemm ma jkunx meħtieġ għall-ħarsien ta' l-interessi essenzjali tas-sigurtà tagħhom

    Artikolu 5 Liċenzji ġenerali ta' trasferiment

    1. L-Istati Membri għandhom joħorġu liċenzji ġenerali tat-trasferiment li direttament jawtorizzaw lill-fornituri stabbiliti fit-territorji rispettivi tagħhom li jissodisfaw it-termini u l-kundizzjonijiet mehmuża mal-liċenzja biex jagħmlu għadd ta' trasferimenti ta' għadd ta' prodotti relatati mad-difiża għal kategorija jew kategoriji ta' reċipjenti li jinsabu fi Stat Membru ieħor, għall-anqas f'dawn il-każijiet

    9. ir-reċipjent huwa parti mill-forzi armati ta' Stat Membru;

    10. ir-reċipjent huwa kumpanija ċertifikata skond l-Artikolu 9.

    2. L-Istati Membri parteċipanti fil-programm ta' kooperazzjoni intergovernattiva bejn l-Istati Membri rigward l-iżvilupp, il-produzzjoni u l-użu ta' prodott relatat mad-difiża wieħed jew aktar jistgħu joħorġu liċenzja ġenerali tat-trasferiment lil Stati Membri oħra li jipparteċipaw f'dak il-programm li huma meħtieġa għall-eżekuzzjoni ta' dak il-programm.

    Artikolu 6 Liċenzji globali ta' trasferiment

    1. L-Istati Membri għandhom jagħtu liċenzji globali ta' trasferiment lil fornitur individwali wara talba minnu għal awtorizzazzjoni ta' trasferiment wieħed jew għadd ta' trasferimenti ta' prodott relatat mad-difiża wieħed jew aktar lil reċipjent wieħed jew aktar fi Stat Membru ieħor.

    2. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw f'kull liċenzja globali ta' trasferiment il-prodotti relatati mad-difiża jew kategorija ta' prodotti koperti bil-liċenzja globali ta' trasferiment, ir-reċipjenti awtorizzati jew kategorija ta' reċipjenti, u ż-żmien kopert bil-liċenzja.

    Liċenzja globali ta' trasferiment għandha tkun valida għal perjodu ta' 3 snin mill-anqas.

    Artikolu 7 Liċenzji individwali ta' trasferiment

    L-Istati Membri għandhom jagħtu liċenzji individwali ta' trasferiment lil fornitur individwali fuq talba li ssir minnu għal awtorizzazzjoni ta' trasferiment wieħed ta' prodotti relatati mad-difiża lil reċipjenti wieħed, f'wieħed mill-każijiet li ġejjin biss:

    11. fejn it-talba għal liċenzja hija limitata għal trasferiment wieħed;

    12. fejn hija meħtieġa għall-ħarsien ta' l-interessi essenzjali tas-sigurtà;

    13. fejn hi meħtieġa għal konformità ma' l-obbligi u l-impenji ta' l-Istati Membri taħt is-sistemi internazzjonali ta' nuqqas ta' proliferazzjoni relevanti, arranġamenti ta' kontroll ta' l-esportazzjoni jew trattati.

    Kapitolu III Informazzjoni, ċertifikazzjoni u esportazzjoni wara t-trasferiment

    Artikolu 8 Informazzjoni mill-fornituri

    1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-fornituri tal-prodotti relatati mad-difiża jinfurmaw lir-reċipjenti bit-termini u l-kundizzjonijiet tal-liċenzja ta' trasferiment relatata ma' l-esportazzjoni tal-prodotti relatati mad-difiża .

    2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-fornituri jinfurmaw lill-awtoritajiet kompetenti bl-intenzjoni tagħhom li jużaw liċenzja ġenerali ta' trasferiment għall-ewwel darba.

    3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-fornituri jżommu reġistri dettaljati tat-trasferimenti tagħhom, skond il-prattiċi fis-seħħ fl-Istat Membru rispettiv. Reġistri simili għandhom jinkludu dokumenti kummerċjali li fihom l-informazzjoni li ġejja:

    14. id-deskrizzjoni tal-prodott relatat mad-difiża;

    15. il-kwantità tal-prodott relatat mad-difiża u d-dati tat-trasferiment;

    16. l-isem u l-indirizz tal-fornituri u tar-reċipjent;

    17. fejn magħruf, l-użu aħħari u l-persuna li qed tagħmel użu aħħari tal-prodott relatat mad-difiża.

    18. prova li l-informazzjoni dwar il-limitu ta' esportazzjoni mehmuż ma' liċenzja ta' trasferiment ġiet trażmessa lil reċipjent ta' prodotti relatati mad-difiża.

    4. Id-dokumenti msemmija fil-paragrafu 3 għandhom jinżammu għal mill-inqas tliet snin mill-aħħar tas-sena li fiha seħħ it-trasferiment. Meta mitluba dawn għandhom jingħataw lill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru li fih huwa stabbilit il-fornitur.

    Artikolu 9 Ċerifikazzjoni

    1. L-Istati Membri għandhom jaħtru awtoritajiet kompetenti biex jagħmlu ċ-ċertifikazzjoni tar-reċipjenti stabbiliti fit-territorji rispettivi tagħhom.

    2. Iċ-ċertifikazzjoni għandha tistabbilixxi b'mod partikolari l-kapaċità tar-reċipjent li josserva l-limitazzjonijiet ta' l-esportazzjoni ta' prodotti relatati mad-difiża li jaslu taħt liċenzja ta' trasferiment minn Stat Membru ieħor skond il-kriterji li ġejjin:

    19. esperjenza bil-provi u reputazzjoni fl-attivitajiet tad-difiża, b'mod partikolari bl-awtorizzazzjoni għall-produzzjoni u kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti relatati mad-difiża u bl-impjegar ta' persunal maniġerjali bl-esperjenza;

    20. attività industrijali relevanti fil-prodotti relatati mad-difiża fi ħdan il-Komunità, b'mod partikolari kapaċità ta' sistemi/sottosistemi ta' integrazzjoni;

    21. il-ħatra ta' uffiċjal anzjan bħala uffiċjal dedikat personalment responsabbli għat-trasferimenti u għall-esportazzjonijiet;

    22. impenn bil-miktub mill-kumpanija iffirmat minn uffiċjal anzjan imsemmi fil-punt c), li l-kumpanija tiegħu se tieħu l-passi kollha meħtieġa biex tosserva u tinforza l-kundizzjonijiet speċifiċi kollha relatati ma' l-użu aħħari u esportazzjoni ta' kull komponent jew prodott li jasal;

    23. impenn bil-miktub mill-kumpanija iffirmat minn uffiċjal anzjan imsemmi fil-punt c), biex l-awtoritajiet kompetenti jkollhom informazzjoni dettaljata bi tweġiba għal talbiet jew mistoqsijiet rigward utenti aħħarija jew użu aħħari tal-prodotti esportati, trasferiti jew li jaslu taħt liċenzja ta' trasferiment minn Stat Membru ieħor mill-kumpanija;

    24. deskrizzjoni, iffirmata wkoll mill-uffiċjal anzjan imsemmi fil-punt c), tal-programm intern tal-konformità, jew is-sistema ta' l-immaniġġjar ta' l-esportazzjoni, implimentata mill-kumpanija.

    Id-deskrizzjoni msemmija fil-punt f) ta' l-ewwel sottoparagrafu għandha tipprovdi dettalji tar-riżorsi organizzattivi, umani u tekniċi allokati għall-immaniġġjar tat-trasferimenti u l-esportazzjonijiet, il-katina tar-responsabbiltà fl-istruttura tal-kumpanija, proċeduri interni ta' verifika, taħriġ tal-persunal u qawmien ta’ għarfien, arranġamenti tas-sigurtà fiżiċi u tekniċi, żamma ta’ reġistri u traċċabbiltà tat-trasferimenti u esportazzjonijiet.

    3. Iċ-ċertifikati għandu jkun fihom l-informazzjoni li ġejja:

    25. l-awtorità kompetenti li toħroġ iċ-ċertifikat

    26. l-isem u l-indirizz tar-reċipjent;

    27. dikjarazzjoni tal-konformità tar-reċipjent mal-kriterji msemmija fil-paragrafu 2;

    28. id-data tal-ħruġ u l-perjodu tal-validità taċ-ċertifikat.

    Għall-għanijiet tal-punt (d), il-perjodu taċ-ċertifikat fi kwalunkwe każ ma għandux jaqbeż il-ħames snin.

    4. Iċ-ċertifikati jista' jkun fihom aktar kundizzjonijiet relatati ma' dan li ġej:

    29. il-provvediment ta' informazzjoni meħtieġa għall-verifika tal-konformità mal-kriterji komuni;

    30. is-sospensjoni jew ir-revoka taċ-ċertifikat.

    5. L-awtoritajiet kompetenti għandhom regolarment jissorveljaw il-konformità tar-reċipjent mal-kriterji msemmija fil-paragrafu 2, u ma' kull kundizzjoni mehmuża maċ-ċertifikati msemmija fil-paragrafu 4.

    6. L-Istati Membri għandhom jirrikonoxxu kull ċertifikat maħruġ fi Stat Membru ieħor.

    7. Jekk awtorità kompetenti ssib li min ikollu ċertifikat stabbilit fuq it-territorju ta' l-Istat Membru rispettiv ma għadux jissodisfa l-kriterji msemmija fil-paragrafu 2 u l-kundizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 4, għandha tieħu l-miżuri adatti. Miżuri tali jistgħu jinkludu r-revoka taċ-ċertifikat. L-awtorità kompetenti għandha tinforma lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra bid-deċiżjoni tagħha.

    8. L-Istati Membri għandhom jippubblikaw u jaġġornaw regolarment il-lista ta' reċipjenti ċertifikati u jinfurmaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra b'dan.

    Il-Kummissjoni għandha tagħmel din l-informazzjoni disponibbli għall-pubbliku fuq il-Websajt tagħha.

    Artikolu 10 Limitazzjonijiet ta' l-esportazzjoni

    1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li r-reċipjenti tal-prodotti relatati mad-difiża, meta japplikaw għal liċenzja ta' esportazzjoni, jikkonfermaw ma' l-awtoritajiet kompetenti, f'każijiet fejn prodotti simili jaslu taħt liċenzja ta' trasferiment minn Stat Membru ieħor ikollhom limitazzjonijiet ta' l-esportazzjoni mehmuża magħhom, li t-termini ta' dawk il-limitazzjonijiet ġew rispettati.

    2. Fejn il-kunsens mill-Istat Membru ta' l-Oriġini għall-esportazzjoni kontemplata hija meħtieġa, imma ma tkunx inkisbet, l-Istati Membri għandhom jikkonsultaw ma' l-Istat Membru ta' l-Oriġini.

    .

    Kapitolu IV Kooperazzjoni amministrattiva u doganali

    Artikolu 11 Il-kooperazzjoni doganali

    1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, meta jtemmu l-formalitajiet għall-esportazzjoni ta' prodotti relatati mad-difiża fl-uffiċċju tad-dwana responsabbli għall-immaniġġjar tad-dikjarazzjoni ta' l-esportazzjoni, l-esportatur għandu jforni prova li kiseb kwalunkwe awtorizzazzjoni ta' esportazzjoni neċessarja.

    2. Bla ħsara għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2913/92[12], Stat Membru jista' wkoll, għal perjodu li ma jaqbiżx it-30 jum, jissospendi l-proċess ta' esportazzjoni mit-territorju tiegħu, jew, jekk neċessarju, b'xi mod ieħor jipprevjeni prodotti relatati mad-difiża li jaslu minn Stat Membru ieħor taħt liċenzja tat-trasferiment u inkorporati fi prodott relatat mad-difiża ieħor milli jħalli l-Komunità mit-territorju tiegħu, jekk jikkunsidra li:

    31. l-informazzjoni relevanti dwar il-limitazzjoni ta' l-esportazzjoni lil pajjiżi terzi rigward prodotti relatati mad-difiża inklużi fil-liċenzja ta' trasferiment, ma ġewx meqjusa meta ngħatat il-liċenzja ta' esportazzjoni;

    32. iċ-ċirkustanzi tbiddlu materjalment minn meta ngħatat il-liċenzja ta' esportazzjoni.

    3. L-Istati Membri jistgħu jipprevedu li l-formalitajiet doganali għall-esportazzjoni ta' prodotti relatati mad-difiża jistgħu jsiru biss f'ċerti uffiċċji doganali.

    4. L-Istati Membri li jagħmlu użu mill-għażla stabbilita fil-paragrafu 3 għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni bl-uffiċċji tad-dwana b'dan il-poter xieraq. Il-Kummissjoni għandha tippubblika din l-informazzjoni fis-serje C tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

    Artikolu 12 L-iskambju ta' l-informazzjoni

    B'kooperazzjoni mal-Kummissjoni, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri adatti biex jistabbilixxu kooperazzjoni diretta u jiskambjaw l-informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti.

    Kapitolu V Aġġornar tal-Lista ta' prodotti relatati mad-difiża

    Artikolu 13 L-Adattament ta' l-Anness

    1. Il-Kummissjoni għandha taġġorna l-lista ta' prodotti relatati mad-difiża stabbilita fl-Anness f'konformità mal-Lista Militari Komuni ta' l-Unjoni Ewropea.

    2. Il-miżuri mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' din id-direttiva għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju li tissemma' fl-Artikolu 14(2).

    Artikolu 14 Kumitat

    1. Il-Kummissjoni għandu jkollha l-għajnuna ta' kumitat.

    2. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5a(1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, fir-rigward tad-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 8 tagħha.

    Kapitolu VI Dispożizzjonijiet finali

    Artikolu 15 Miżuri ta' salvagwardja

    1. Jekk Stat Membru li joħroġ il-liċenzji jikkunsidra li hemm riskju serju li xi reċipjent ċertifikat fi Stat Membru ieħor reċipjent mhux se jirrispetta xi kundizzjoni mehmuża ma' liċenzja ġenerali tat-trasferiment, għandu jinforma lill-Istat Membru l-ieħor u jitlob valutazzjoni tas-sitwazzjoni.

    2. Jekk id-dubji jkomplu jippersistu, l-Istat Membru jista' proviżorjament jissospendi l-effett tal-liċenzja ġenerali ta' trasferiment tiegħu fir-rigward ta' kumpaniji bħal dawn. Għandu jinforma lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni bir-raġunijiet għall-miżura ta' salvagwardja. L-Istat Membru li ħareġ il-miżura ta' salvagwardja jista' jiddeċiedi li jneħħi l-miżura ta' salvagwardja jekk jikkunsidra li ma għadhiex ġustifikata.

    Artikolu 16 Rappurtar

    1. Il-Kummissjoni għandha tirrapporta miżuri simili meħuda mill-Istati Membri fid-dawl tat-traspożizzjoni ta' din id-direttiva, u b'mod partikolari l-Artikoli 9-12, 15 tagħha, sa [12-il xahar wara d-data tat-traspożizzjoni ta' din id-direttiva].

    2. Il-Kummissjoni għandha, billi tibda mhux aktar tard minn [5 snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-direttiva], tissottometti regolarment rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni ta' din id-direttiva u l-impatt tagħha fuq l-iżviluppi tas-suq Ewropew tat-tagħmir tad-difiża u l-Bażi Ewropea Industrijali u Teknoloġija tad-Difiża, akkumpanjat bi proposta leġiżlattiva, fejn jixraq.

    Artikolu 17 Traspożizzjoni

    1. L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sa [data tad-dħul fis-seħħ + 18-il xahar] l-aktar tard, il-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa għal konformità ma' din id-direttiva. Għandhom imbagħad jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test ta' dawk id-dispożizzjonijiet u tabella ta' korrelazzjoni bejn dawk id-dispożizzjonijiet u din id-direttiva.

    Għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet minn [data tad-dħul fis-seħħ + 36 xahar].

    Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, għandu jkollhom referenza għal din id-direttiva jew ikunu akkumpanjati b'referenza simili fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif għandha ssir referenza bħal din.

    2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert b'din id-direttiva.

    Artikolu 18 Id-dħul fis-seħħ

    Din id-direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha fil- Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea .

    Artikolu 19 Indirizzar

    Din id-direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmula fi Brussell, […]

    Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill

    Il-President Il-President

    ANNESS

    ML1 Armi biċ-ċilindru lixx ta' kalibru inqas minn 20 mm, armi oħrajn u armi awtomatiċi ta' kalibru ta' 12.7 mm (kalibru ta' 0.50 pulzier) jew inqas u aċċessorji, kif ġej, u komponenti ddisinjati apposta għalihom:

    a. Xkubetti, karabini, rivolvers, pistoli, pistoli mitralji u mitralji:

    Nota ML1.a. ma jirregolax li ġej:

    1. Azzarini, xkubetti u karabini manifatturati qabel l-1938;

    2. Riproduzzjonijiet ta' azzarini, xkubetti u karabini li l-oriġinali tagħhom kienu manifatturati qabel l-1890;

    3. Rivolvers, pistoli u mitralji manifatturati qabel l-1890, u r-riproduzzjonijiet tagħhom;

    b. Armi biċ-ċilindru lixx, kif ġej:

    1. Armi biċ-ċilindru lixx iddisinjati speċjalment għall-użu militari;

    2. Armi oħrajn biċ-ċilindru lixx, kif ġej:

    a. Kompletamnet awtomatiċi;

    b. Semi-awtomatiċi jew b'ażżjoni ta' pompa;

    c. Armi li jużaw munizzjon bla kaxxetta;

    d. Sajlensers, ippustjar speċjali ta' l-ixkubetta, kompartimenti tal-munizzjon, strumenti ottiċi ta' mira għall-armi u strumenti li jrażżnu l-fulminata għal armi rregolati permezz tas-subpunti ML1.a., ML1.b. jew ML1.c.

    Nota 1 ML1 ma jirregolax armi biċ-ċilindru lixx użati għal kaċċa jew għal skopijiet ta' sport. Dawn l-armi ma jistgħux ikunu ddisinjati apposta għal użu militari jew ikunu kompletament awtomatiċi.

    Nota 2 ML1 ma jirregolax armi tan-nar iddisinjati apposta għal munizzjon inerti u li ma għandhomx il-kapaċità li jisparaw kwalunkwe munizzjon kontrollat.

    Nota 3 ML1 ma jirregolax armi li jużaw munizzjon b'għata ta' perkussjoni mhux ċentrali u li mhumiex kompletament awtomatiċi.

    Nota 4 ML1.d. ma jirregolax strumenti ottiċi ta' mira għall-armi mingħajr ipproċessar elettroniku ta' l-immaġini b'ingrandiment ta' 4 darbiet jew inqas, sakemm mhumiex iddisinjati jew immodifikati apposta għal użu militari.

    ML2 ARMI BIċ-ċILINDRU LIXX TA' KALIBRU TA' 20 MM JEW AKTAR, ħLIEF ARMI JEW ARMAMENT TA' KALIBRU AKBAR MINN 12.7 MM (KALIBRU TA' 0.50 PULZIER), PROJETTURI U AċċESSORJI, KIF ġEJ, U U KOMPONENTI SPEċJALI MAGħMULA GħALIHOM.

    a. Armi tan-nar, ħowitzers, kanun, kanuni li jisparaw balal f'angolu għoli (mortars), armi ta' kontra t-tankijiet tal-gwerra, armi li jisparaw projettili, armi li jwaddbu l-fjamma, xkubetti, xkubetti mingħajr imbuttatura wara l-isparatura, armi biċ-ċilindru lixx u tagħmir tagħhom għat-trażżin tal-fulminata.

    Nota 1 ML2.a. jinkludi injetturi, tagħmir ta' kejl, tankijiet għall-ħażna u komponenti ddisinjati apposta għal użu ta' kkargar likwidu ta' propulsjoni għal kwalunkwe tagħmir irregolat permezz ta' ML2.a.

    Nota 2 ML2.a. ma jirregolax li ġej:

    1. Azzarini, xkubetti u karabini manifatturati qabel l-1938;

    2. Riproduzzjonijiet ta' azzarini, xkubetti u karabini li l-oriġinali tagħhom kienu mmanifatturati qabel l-1890.

    b. Armi li jwaddbu jew jiġġeneraw duħħan, gass jew materjali pirotekniċi;

    Nota ML2.a. ma jirregolax il-pistoli ta' sinjalazzjoni:

    c. Strumenti ottiċi ta' mira għall-armi .

    ML3 MUNIZZJON U TAGħMIR GħALL-KALIBRAR TAL-MIċċA, KIF ġEJ, U L-KOMPONENTI TAGħHOM IDDISINJATI GħALIHOM:

    a. Munizzjon għall-armi rregolati permezz ta' ML1, ML2 jew ML12;

    b. Tagħmir għall-kalibrar tal-miċċa ddisinjati apposta għal munizzjon irregolat permezz ta' ML3.a.

    Nota 1 Komponenti ddisinjati apposta jinkludu:

    a. Manifatturi tal-metall jew tal-plastik bħal pereżempju kapsijiet ta' perkussjoni, diski ta' l-iskrataċ, apparat li jikkarga u elementi metalliċi tal-munizzjon;

    b. Tagħmir ta' sikurezza u ta' armament, miċeċ, sensers u tagħmir ta' prajmer;

    c. Provvisti ta' l-enerġija li jagħtu produzzjoni operattiva għolja ta' darba;

    d. Kaxxetti kombustibbli għall-ikkargar;

    e. Submunizzjon inklużi bombi żgħar, mini żgħar u projettili bi gwida terminali.

    Nota 2 Il-punt ML3.a. ma jirregolax munizzjon irbattut mingħajr projettili (blankstar) u munizzjoni in bjank b'kaxxetta mtaqba.

    Nota 3 ML3.a. ma jirregolax skrataċ iddisinjati apposta għal kwalunkwe skop minn fost dwan li ġejjin:

    a. Sinjalazzjoni;

    b. Tnaffir ta' l-għasafar; jew

    c. Xigħil ta' fjakkoli tal-gass fil-ġibjuni taż-żejt.

    ML4 BOMBI, TORPIDOWS, ROKITS, MISSILI, TAGħMIR SPLUSSIV IEħOR U TAGħMIR GħALL-IKKARGAR U TAGħMIR U AċċESSORJI RELATATI, KIF ġEJ, IDDISINJATI APPOSTA GħAL UżU MILITARI, U KOMPONENTI TAGħHOM IDDINSINJATI APPOSTA:

    NB: Għal tagħmir ta' gwida u navigazzjoni, ara ML11, in-Nota 7.

    a. Bombi, torpidows, granati, ċilindri tad-duħħan, rokits, mini, missili, bombi tal-qiegħ, bombi għad-demolizzjoni, tagħmir għad-demolizzjoni, kits tad-demolizzjoni, tagħmir 'pirotekniku', skrataċ u simulaturi (jiġifieri tagħmir li jagħmel simulazzjoni tal-karatteristiċi ta' kwalunkwe wieħed minn dawn l-oġġetti);

    Nota ML4.a. jinkludi:

    1. Granati tad-duħħan, bombi tan-nar, bombi inċendjarji, u tagħmir splussiv;

    2. Żnienen għall-muturi rokits tal-missili u l-ponot tal-vetturi ta' rġigħ lura fl-atmosfera dinjija.

    b. Tagħmir iddisinjat apposta għall-operat, il-kontroll, l-attivazzjoni, motorizzazzjoni għal missjoni operattiva waħda, il-varar, l-ippożizzjonar, id-dragar, in-newtralizzar, id-distrazzjoni, l-interferenza, id-detonazzjoni jew l-iżvelar ta' oġġetti rregolati permezz ta' ML4.a.

    Nota ML4.b. jinkludi:

    1. Apparat mobbli għal-likwifikazzjoni tal-gass, li kapaċi jipproduċi 1 000 kg jew aktar kuljum ta' gass fil-forma likwida;

    2. Kejbil konduttur ta' l-elettriku li jżomm f'wiċċ l-ilma adattat għad-dragar tal-mini manjetiċi.

    Nota Teknika

    Tagħmir li jinżamm fl-idejn, apposta limitat unikament għall-iżvelar ta' oġġetti metalliċi u li ma għandux il-kapaċità li jiddistingwi bejn mini u oġġetti oħra tal-metall, mhuwiex meqjus li huwa ddisinjat apposta għall-iżvelar ta' oġġetti rregolati permezz ta' ML4.a.

    ML5 APPARAT GħAD-DIREZZJONI TA' L-ISPARATURA, U TAGħMIR RELATAT TA' ALLARM U TWISSIJA, U SISTEMI RELATATI, APPARAT TA' PROVA, TA' ALLINJAMENT U TA' KONTROMIżURA, KIF ġEJ, IDDISINJAT APPOSTA GħAL UżU MILITARI, U KOMPONENTI U AċċESSORJI DDISINJATI APPOSTA GħALIHOM:

    a. Strumenti ottiċi ta' mira għall-armi, kompjuters għall-ibbumbardjar, apparat ta' ppużizzjonar u sistemi ta' kontroll ta' l-armi;

    b. Sistemi ta' inferenza, ta' destinazzjoni, ta' telemetrija, ta' sorveljanza jew ta' ppedinar tal-bersall; żvelar, fużjoni tad- data , tagħmir ta' rikonjizzjoni u identifikazzjoni; u tagħmir ta' integrazzjoni tas-sensers;

    c. Tagħmir ta' kontromiżura għall-oġġetti rregolati permezz ta' ML5.a. jew ML5.b.;

    d. Tagħmir ta' prova jew ta' allinjament fuq il-kamp tal-battalja, iddisinjat apposta għall-oġġetti rregolati permezz ML5.a. jew ML5.b.;

    ML6 VETTURI TERRESTRI U KOMPONENTI, KIF ġEJ:

    NB: Għal tagħmir ta' gwida u navigazzjoni, ara ML11, in-Nota 7.

    a. Vetturi terrestri u komponenti għalihom, iddisinjati jew modifikati apposta għal użu militari;

    Nota Teknika

    Għall-iskopijiet ta' ML6.a. it-terminu vetturi terrestri jinkludi trejlers.

    b. Vetturi b'qabda integrali tar-roti użati għall-offroad, li ġew immanifatturati jew immuntati b'materjali biex jagħtu protezzjoni ballistika sal-livell III (NIJ 0108.01, Settembru 1985, jew standard nazzjonali komparabbli) jew aqwa.

    NB: Ara wkoll ML13.a.

    Nota 1 ML6.a. jinkludi:

    a. Tankijiet tal-gwerra u vetturi militari armati oħra u vetturi militari mgħammra b'ippustjar għall-armi jew b'tagħmir għat-tqegħid tal-mini jew għall-isparar ta' munizzjon irregolati permezz ta' ML4;

    b. Vetturi korazzati;

    c. Vetturi anfibi u vetturi kapaċi jaqsmu l-ilmijiet fondi;

    d. Vetturi ta' sokkors u vetturi għall-irmunkar jew it-trasport ta' sistemi ta' munizzjoni jew ta' armi u tagħmir assoċjat għat-tqandil ta' tagħbija.

    Nota 2 Modifika ta' vettura terrestri għal użu militari rregolata permezz ta' ML6.a. tinvolvi bidla strutturali, elettrika jew mekkanika li tinvolvi komponent wieħed jew aktar iddisinjat apposta. Komponenti tali jinkludu:

    a. Għata tat-tajer pnewmatiku tat-tip iddisinjati apposta biex ikunu tajbin għal kontra l-balal jew li jistgħu jitħaddmu anki meta titilqilhom l-arja;

    b. Sistemi ta' kontroll tal-pressjoni tan-nefħa tat-tajers, operati minn ġewwa ta' vettura miexja;

    c. Protezzjoni korazzata ta' partijiet fundamentali (pereżempju, għat-tankijiet tal-karburant jew il-kabini tas-sewqan);

    d. Rinforzi speċjali jew ippustjar għall-armi;

    e. Tagħmir li jiskura d-dawl.

    Nota 3 ML6 ma jirregolax vetturi ċivili, jew trakkijiet iddisinjati jew modifikati għal trasport ta' flus jew oġġetti prezzjużi, li għandhom protezzjoni korazzata jew ballistika.

    ML7 AġENTI TOSSIċI KIMIċI JEW BIJOLOġIċI, 'AġENTI GħALL-KONTROLL TAR-REWWIXTA', MATERJALI RADJUATTIVI, TAGħMIR RELATAT, KOMPONENTI U MATERJALI KIF ġEJ:

    a. Aġenti bijoloġiċi u materjali radjoattivi 'adattati għal użu fi gwerra' biex idarrbu l-umani jew l-annimali, jiddegradaw it-tagħmir jew jagħmlu ħsara lill-uċuħ tar-raba' jew l-ambjent;

    b. Aġenti tal-gwerra kimika li jinkludu:

    1. Aġenti li jattakkaw is-sistema nervuża:

    a. O-Alkyl (daqs jew inferjuri għal C10, inkluż cycloalkyl) alkyl (Methyl, Ethyl, n-Propyl jew Isopropyl) — phosphonofluoridates, bħalma huma:

    Sarin (GB):O-Isopropyl methylphosphonofluoridate (CAS 107-44-8); kif ukoll

    Soman (GD):O-Pinacolyl methylphosphonofluoridate (CAS 96-64-0);

    b. O-Alkyl (daqs jew inferjuri għal C10, inkluż cycloalkyl) N,N-dialkyl (Methyl, Ethyl, n-Propyl jew Isopropyl) phosphoramidocyanidates, bħalma huma:

    Tabun (GA):O-Ethyl N,N-dimethylphosphoramidocyanidate (CAS 77-81-6);

    c. O-Alkyl (daqs jew inferjuri għal C10, inkluż cycloalkyl) S-2-dialkyl (Methyl, Ethyl,n-Propyl jew Isopropyl)-aminoethyl alkyl (Methyl, Ethyl, n-Propyl jew Isopropyl) phospho-nothiolates u alkylated kif ukoll protonated salts, bħalma huma:

    VX: O-Ethyl S-2-diisopropylaminoethyl methyl phosphonothiolate (CAS 50782-69-9);

    2. Aġenti viżikanti għal gwerra kimika:

    a. Ipriti (gass tal-mustarda), bħalma huma:

    1. 2-Chloroethylchloromethylsulphide (CAS 2625-76-5);

    2. Bis(2-chloroethyl) sulphide (CAS 505-60-2);

    3. Bis(2-chloroethylthio) methane (CAS 63869-13-6);

    4. 1,2-bis (2-chloroethylthio) ethane (CAS 3563-36-8);

    5. 1,3-bis (2-chloroethylthio) -n-propane (CAS 63905-10-2);

    6. 1,4-bis (2-chloroethylthio) -n-butane (CAS 142868-93-7);

    7. 1,5-bis (2-chloroethylthio) -n-pentane (CAS 142868-94-8);

    8. Bis (2-chloroethylthiomethyl) ether (CAS 63918-90-1);

    9. Bis (2-chloroethylthioethyl) ether (CAS 63918-89-8);

    b. Lewisiti, bħalma huma:

    1. 2-chlorovinyldichloroarsine (CAS 541-25-3);

    2. Tris (2-chlorovinyl) arsine (CAS 40334-70-1);

    3. Bis (2-chlorovinyl) chloroarsine (CAS 40334-69-8);

    c. Ipriti (nitroġenu tal-mustarda), bħalma huma:

    1. HN1: bis (2-chloroethyl) ethylamine (CAS 538-07-8);

    2. HN2: bis (2-chloroethyl) methylamine (CAS 51-75-2);

    3. HN3: tris (2-chloroethyl) amine (CAS 555-77-1);

    3. Aġenti inkapaċitanti għal gwerra kimika, bħalma huma:

    a. 3-Quinuclidinyl benzilate (BZ) (CAS 6581-06-2);

    4. Aġenti defoljanti għal gwerra kimika, bħalma huma:

    a. Butyl 2-chloro-4-fluorophenoxyacetate (LNF);

    b. 2,4,5-trichlorophenoxyacetic acid imħallat ma' 2,4-dichlorophenoxyacetic acid (Agent Orange).

    c. Prekursuri binarji u perkursuri ewlenin għal gwerra kimika, kif ġej:

    1. Alkyl (Methyl, Ethyl, n-Propyl jew Isopropyl) Phosphonyl Difluorides, bħalma huma:

    DF: Methyl Phosphonyldifluoride (CAS 676-99-3);

    2. O-Alkyl (H jew daqs jew inferjuri għal C10, inkluż cycloalkyl) O-2-dialkyl (Methyl, Ethyl, n-Propyl jew Isopropyl) aminoethyl alkyl (Methyl, Ethyl, n-Propyl jew Isopropyl) phosphonites u alkylated kif ukoll protonated salts korrispondenti, bħalma huma:

    QL: O-Ethyl-2-di-isopropylaminoethyl methylphosphonite (CAS 57856-11-8);

    3. Chlorosarin: O-Isopropyl methylphosphonochloridate (CAS 1445-76-7);

    4. Chlorosoman: O-Pinacolyl methylphosphonochloridate (CAS 7040-57-5);

    d. 'Aġenti għal kontroll ta' rvell', sustanzi kimiċi attivi u kombinazzjonijiet tagħhom, li jinkludu:

    1. α-Bromobenzeneacetonitrile, (Bromobenzyl cyanide) (CA) (CAS 5798-79-8);

    2. [(2-chlorophenyl) methylene] propanedinitrile, (o-Chlorobenzylidenemalononitrile (CS) (CAS 2698-41-1);

    3. 2-Chloro-1-phenylethanone, Phenylacyl chloride (ω-chloroacetophenone) (CN) (CAS 532-27-4);

    4. Dibenz-(b,f)-1,4-oxazephine, (CR) (CAS 257-07-8);

    5. 10-Chloro-5,10-dihydrophenarsazine, (Phenarsazine chloride), (Adamsite), (DM) (CAS 578-94-9);

    6. N-Nonanoylmorpholine, (MPA) (CAS 5299-64-9);

    Nota 1 ML7.d. ma jirregolax 'aġenti li jikkontrollaw irvell ppakkjati individwalment għal skopijiet ta' awtodifiża personali;

    Nota 2 ML7.d. ma jirregolax is-sustanzi kimiċi attivi u kombinazzjonijiet tagħhom identifikati u ppakkjati għal produzzjoni ta' l-ikel jew għal skopijiet mediċi.

    e. Tagħmir iddisinjat jew modifikat apposta għal użu militari, li jxerred kwalunkwe wieħed mill-komponenti ddisinjati apposta għalih:

    1. Materjali jew aġenti rregolati permezz ta' ML7.a., ML7.b. jew ML7d.; jew

    2. Aġenti għall-gwerra kimika magħmula minn prekursuri rregolati mill-punt ML7.c.

    f. Tagħmir ta' protezzjoni jew dekontaminazzjoni, komponenti ddisinjati apposta għalih, u taħlitiet kimiċi formulati apposta, kif ġej:

    1. Tagħmir iddisinjat jew modifikat apposta għal użu militari, bħala difiża kontra materjali rregolati permezz tal-punti ML7.a., ML7.b. jew ML7.d. u komponenti ddisnjati apposta għalih.

    2. Tagħmir iddisinjat jew modifikat apposta għal użu militari, bħala difiża kontra materjali rregolati permezz tal-punti ML7.a., ML7.b. jew ML7.d. u komponenti ddisinjati apposta għalih.

    3. Taħlitiet kimiċi ddisinjati/formulati apposta għad-dikontaminazzjoni ta' oġġetti kkontaminati bil-materjali rregolati permezz tal-punti ML7.a. jew ML7.b.

    Nota ML7.f.1. jinkludi:

    a. Unitajiet ta' l-arja kkundizzjonata ddisinjati apposta jew modifikati għal filtrazzjoni bijoloġika jew kimika;

    b. Ilbies ta' protezzjoni.

    NB: Għal maskli tal-gass għal użu ċivili, tagħmir protettiv u ta' dekontaminazzjoni ara wkoll l-entrata 1A004 fil-Lista ta' l-UE tal-prodotti u t-teknoloġiji b'użu doppju.

    g. Tagħmir iddisinjat jew modifikat apposta għal użu militari, għall-iżvelar jew l-identifikar ta' materjali rregolati permezz tal-punti ML7.a. jew ML7.b. jew ML7.d. u komponenti ddisnjati apposta għalih;

    Nota ML1.a. ma jirregolax dożimetri personali għall-monitoraġġ tar-radjazzjoni.

    NB: Ara wkoll l-annotazzjoni 1A004 fil-Lista ta' l-UE tal-prodotti u t-teknoloġiji b'użu doppju.

    h. 'Bijopolimeri' ddisinjati jew ipproċessati apposta biex jiżvelaw jew jidentifikaw aġenti tal-gwerra kimika rregolati permezz tal-punt ML7.b., u l-kulturi ta' ċelloli speċifiċi użati biex jipproduċuhom;

    i. Bijokatalizzaturi' għad-dikontaminazzjoni jew id-degradazzjoni ta' aġenti tal-gwerra kimika, u sistemi bijoloġiċi għalihom, kif ġej:

    1. 'Bijokatalizzaturi' ddisinjati apposta għad-dekontaminazzjoni jew id-degradazzjoni ta' aġenti tal-gwerra kimika rregolati permezz tal-punt ML7.b. li jirriżultaw minn għażla diretta tal-laboratorju jew mill-manipulazzjoni ġenetika ta' sistemi bijoloġiċi;

    2. Sistemi bijoloġiċi, kif ġej: 'organiżmi espressivi b'aġent patoneġiku', virus jew kulturi ta' ċelloli li fihom tagħrif ġenetiku speċifiku għall-produzzjoni ta' 'bijokatalizzaturi' rregolati permezz tal-punt ML7.i.1.;

    Nota 1 Il-punti ML7.b. u ML7.d. ma jirregolawx:

    a. Cyanogen chloride (CAS 506-77-4). Ara 1C450.a.5. fil-Lista ta' l-UE tal-prodotti u t-teknoloġiji b'użu doppju;

    b. Hydrocyanic acid (CAS 74-90-8);

    c. Chlorine (CAS 7782-50-5);

    d. Carbonyl chloride (phosgene) (CAS 75-44-5). Ara 1C450.a.4. fil-Lista ta' l-UE tal-prodotti u t-teknoloġiji b'użu doppju;

    e. Diphosgene (trichloromethyl-chloroformate) (CAS 503-38-8);

    f. Imħassar;

    g. Xylyl bromide, ortho: (CAS 89-92-9), meta: (CAS 620-13-3), para: (CAS 104-81-4);h. Benzyl bromide (CAS 100-39-0);

    i. Benzyl iodide (CAS 620-05-3);

    j. Bromo acetone (CAS 598-31-2);

    k. Cyanogen bromide (CAS 506-68-3);

    l. Bromo methylethylketone (CAS 816-40-0);

    m. Chloro acetone (CAS 78-95-5);

    n. Ethyl iodoacetate (CAS 623-48-3);

    o. Iodo acetone (CAS 3019-04-3);

    p. Chloropicrin (CAS 76-06-2). Ara 1C450.a.7. fil-Lista ta' l-UE tal-prodotti u t-teknoloġiji b'użu doppju.

    Nota 2 Il-kulturi ta' ċelloli u sistemi bijoloġiċi elenkati fil-punti ML7.h. u ML7.i.2. huma esklussivi u dawn is-subpunti ma jirregolawx ċelloli jew sistemi bijoloġiċi għall-skopijiet ċivili, bħalma huma dawk agrikoli, farmaċewtiċi, mediċi, veterinarji, ambjentali, ta' ġestjoni ta' l-iskart, jew fl-industrija alimentari.

    ML8 'MATERJALI ENERġETIċI', U SUSTANZI RELATATI, KIF ġEJ:

    NB: Ara wkoll 1C011 fil-Lista ta' l-UE tal-prodotti u t-teknoloġiji b'użu doppju.

    Noti Tekniċi

    1. Għall-iskopijiet ta' din l-annotazzjoni, taħlita tirreferi għal kompożizzjoni ta' żewġ sustanzi jew aktar b'mill-inqas sustanza waħda elenkata fis-subpunti ta' l-ML8.

    2. Kull sustanza elenkata fis-subpunti ta' l-ML8 hija rregolata permezz tal-lista, ukoll meta utilizzata f'applikazzjoni li mhijiex dik indikata. (eż. TAGN hija sustanza użata fil-biċċa l-kbira bħala splussiv iżda tista' tintuża wkoll jew bħala karburant inkella bħala ossidant.)

    a. 'Splussivi', kif ġej, u taħlitiet tagħhom:

    1. ADNBF (aminodinitrobenzofuroxan jew 7-amino-4,6-dinitrobenzofurazane-1-oxide) (CAS 97096-78-1);

    2. BNCP (cis-bis (5-nitrotetrazolato) tetra amine-cobalt (III) perchlorate) (CAS 117412-28-9);

    3. CL-14 (diamino dinitrobenzofuroxan jew 5,7-diamino-4,6-dinitrobenzofurazane-1-oxide) (CAS 117907-74-1);

    4. CL-20 (HNIW jew Hexanitrohexaazaisowurtzitane) (CAS 135285-90-4); chlathrates ta' CL-20 (ara wkoll ML8.g.3. u g.4. għal ‘prekursuri’ tagħha);

    5. CP (2-(5-cyanotetrazolato) penta amine-cobalt (III) Perchlorate) (CAS 70247-32-4);

    6. DADE (l,l-diamino-2,2-dinitroethylene, FOX7);

    7. DATB (diaminotrinitrobenzene) (CAS 1630-08-6);

    8. DDFP (1,4-dinitrodifurazanopiperazine);

    9. DDPO (2,6-diamino-3,5-dinitropyrazine-l-oxide, PZO) (CAS 194486-77-6);

    10. DIPAM (3,3'-diamino-2,2',4,4',6,6'-hexanitrobiphenyl jew dipicramide) (CAS 17215-44-0);

    11. DNGU (DINGU jew dinitroglycoluril) (CAS 55510-04-8);

    12. Furazans, kif ġej:

    a. DAAOF (diaminoazoxyfurazan);

    b. DAAzF (diaminoazofurazan) (CAS 78644-90-3);

    13. HMX u derivattivi (ara wkoll ML8.g.5. għal ‘prekursuri’ tagħha), kif ġej:

    a. HMX (Cyclotetramethylenetetranitramine, octahydro-l,3,5,7-tetranitro-l,3,5,7-tetrazine, l,3,5,7-tetranitro-l,3,5,7-tetraza-cyclooctane, octogen jewr octogene) (CAS 2691-41-0);

    b. difluoroaminated analogs ta' HMX;

    c. K-55 (2,4,6,8-tetranitro-2,4,6,8-tetraazabicyclo [3,3,0]-octanone-3, tetranitrosemiglycouril jew keto-bicyclic HMX) (CAS 130256-72-3);

    14. HNAD (hexanitroadamantane) (CAS 143850-71-9);

    15. HNS (hexanitrostilbene) (CAS 20062-22-0);

    16. Imidazoles, kif ġej:

    a. BNNII (Octahydro-2,5-bis(nitroimino)imidazo [4,5-d]imidazole);

    b. DNI (2,4-dinitroimidazole) (CAS 5213-49-0);

    c. FDIA (l-fluoro-2,4-dinitroimidazole);

    d. NTDNIA (N-(2-nitrotriazolo)-2,4-dinitroimidazole);

    e. PTIA (l-picryl-2,4,5-trinitroimidazole);

    17. NTNMH (l-(2-nitrotriazolo)-2-dinitromethylene hydrazine);

    18. ΝΤΟ (ONTA or 3-nitro-l,2,4-triazol-5-one) (CAS 932-64-9);

    19. Polynitrocubanes b'aktar minn erba' gruppi tan-nitro;

    20. PYX (2,6-Bis(picrylamino)-3,5-dinitropyridine) (CAS 38082-89-2);

    21. RDX u derivattivi, kif ġej:

    a. RDX (cyclotrimethylenetrinitramine, cyclonite, T4, hexahydro-l,3,5-trinitro-l,3,5-triazine, l,3,5-trinitro-l,3,5-triaza-cyclohexane, hexogen or hexogene) (CAS 121-82-4);

    b. Keto-RDX (K-6 or 2,4,6-trinitro-2,4,6-triazacyclohexanone) (CAS 115029-35-1);

    22. TAGN (triaminoguanidinenitrate) (CAS 4000-16-2);

    23. TATB (triaminotrinitrobenzene) (CAS 3058-38-6) (ara wkoll ML8.g.7 għal ‘prekursuri’ tiegħu);

    24. TEDDZ (3,3,7,7-tetrabis(difluoroamine) octahydro-l,5-dinitro-l,5-diazocine);

    25. Tetrazoles, kif ġej:

    a. NTAT (nitrotriazol aminotetrazole);

    b. NTNT (l-N-(2-nitrotriazolo)-4-nitrotetrazole);

    26. Tetryl (trinitrophenylmethylnitramine) (CAS 479-45-8);

    27. TNAD (l,4,5,8-tetranitro-l,4,5,8-tetraazadecalin) (CAS 135877-16-6) (ara wkoll ML8.g.6. għal ‘prekursuri’ tiegħu);

    28. TNAZ (1,3,3-trinitroazetidine) (CAS 97645-24-4) (ara wkoll ML8.g.2 għal ‘prekursuri’ tiegħu);

    29. TNGU (SORGUYL jew tetranitroglycoluril) (CAS 55510-03-7);

    30. TNP (l,4,5,8-tetranitro-pyridazino[4,5-d]pyridazine) (CAS 229176-04-9);

    31. Triazines, kif ġej:

    a. DNAM (2-oxy-4,6-dinitroamino-s-triazine) (CAS 19899-80-0);

    b. NNHT (2-nitroimino-5-nitro-hexahydro-l,3,5-triazine) (CAS 130400-13-4);

    32. Triazoles, kif ġej:

    a. 5-azido-2-nitrotriazole;

    b. ADHTDN (4-amino-3,5-dihydrazino-l,2,4-triazole dinitramide) (CAS 1614-08-0);

    c. ADNT (l-amino-3,5-dinitro-l,2,4-triazole);

    d. BDNTA ([bis-dinitrotriazole]amine);

    e. DBT (3,3'-dinitro-5,5-bi-l,2,4-triazole) (CAS 30003-46-4);

    f. DNBT (dinitrobistriazole) (CAS 70890-46-9);

    g. NTDNA (2-nitrotriazole 5-dinitramide) (CAS 75393-84-9);

    h. NTDNT (1-N-(2-nitrotriazolo) 3,5-dinitrotriazole);

    i. PDNT (1-picryl-3,5-dinitrotriazole);

    j. TACOT (tetranitrobenzotriazolobenzotriazole) (CAS 25243-36-1);

    33. Kwalunkwe splussiv mhux elenkat x'imkien ieħor f'ML8.a. b'veloċità ta' detonazzjoni li taqbeż 8 700 m/s f'densità massima jew bi pressjoni ta' detonazzjoni li taqbeż 34 GPa (340 kbar);

    34. Splussivi organiċi oħra mhux elenkati x'imkien ieħor f'ML8.a. li jiġġeneraw pressjonijiet ta' detonazzjoni ta' 25 GPa (250 kbar) jew aktar li għandhom jibqgħu stabbli f'temperaturi ta' 523 K (250 °Ċ) jew ogħla minn hekk għal perjodi ta' ħames minuti jew aktar.

    b. 'Propellenti', kif ġej:

    1. Kwalunkwe 'propellent' tal-Klassi 1.1 tan-Nazzjonijiet Uniti (NU) b'impuls speċifiku teoretiku (f'kundizzjonijiet standard) ta' aktar minn 250 sekonda għal komposti mhux metallizzati, jew aktar minn 270 sekonda għal komposti ta' l-aluminju;

    2. Kwalunkwe 'propellent' tal-Klassi 1.3 tan-Nazzjonijiet Uniti (NU) b'impuls speċifiku teoretiku (f'kundizzjonijiet standard) ta' aktar minn 230 sekonda għal komposti mhux aloġenjati, jew aktar minn 266 sekonda għal komposti metallizzati;

    3. 'Propellentii' li għandhom forza kostanti ta' aktar minn 1 200 kJ/kg;

    4. 'Propellenti' li jistgħu jifilħu rata ta' ħruq lineari ta' stat kostanti ta' aktar minn 38 mm/s f'kundizzjonijiet standard (kif imkejla fl-għamla ta' filament uniku inibit) ta' pressjoni ta' 6,89 MPa (68,9 bar) u 294 K (21 °Ċ);

    5. 'Propellenti' bbażati fuq elastomeri modifikati b'fużjoni doppja (EMCDB) b'kapaċità ta' estensjoni fi sforz massimu ta' aktar minn 5 % f'233 K (-40 °Ċ);

    6. Kwalunke 'propellent' li fih sustanzi elenkati f'ML8.a.

    c. Materjali 'pirotekniċi', karburanti u sustanzi relatati, kif ġej, u taħlitiet tagħhom:

    1. Karburanti ta' l-ajruplani fformolati apposta għal skopijiet militari;

    2. Alane (aluminum hydride) (CAS 7784-21-6);

    3. Carboranes; decaborane (CAS 17702-41-9); pentaboranes (CAS 19624-22-7 and 18433-84-6) u d-derivattivi tagħhom;

    4. Hydrazine u d-derivattivi, kif ġej (ara wkoll ML8.d.8. u d.9. għad-derivattivi ossidanti tal-hydrazine):

    a. Hydrazine (CAS 302-01-2) f'konċentrazzjonijiet ta' 70 % jew aktar;

    b. Monomethyl hydrazine (CAS 60-34-4);

    c. Dimethyl hydrazine simetriku (CAS 540-73-8);

    d. Dimethyl hydrazine mhux simetriku (CAS 57-14-7);

    5. Karburanti tal-metall fl-għamla ta' partiċelli sew jekk sferiċi, atomizzati, sferojdali, f'biċċiet jew mitħuna, immanifatturati minn materjal li jikkonsisti minn 99 % jew aktar ta' kwalunkwe wiħed minn dawn li ġejjin:

    a. Metalli u taħlitiet tagħhom, kif ġej:

    1. Beryllium (CAS 7440-41-7) f'daqsijiet ta' partiċelli ta' inqas minn 60 μm;

    2. Trab tal-ħadid (CAS 7439-89-6) f'daqsijiet ta' partiċelli ta' 3 μm jew inqas prodotti permezz ta' tnaqqis ta' ossidu tal-ħadid bl-idroġenu;

    b. Taħlitiet, li fihom kwalunkwe wieħed minn dawn li ġejjin:

    1. Zirconium (CAS 7440-67-7), magnesium (CAS 7439-95-4) jew ligi tagħhom f'daqsijiet ta' partiċelli ta' inqas minn 60 μm;

    2. Karburanti ta' Boron (CAS 7440-42-8) jew boron carbide (CAS 12069-32-8) ta' purità ta' 85 % jew ogħla u f'daqsijiet ta' partiċelli ta' inqas minn 60 μm;

    6. Materjali militari li fihom ġelifikanti għal karburanti ta' l-idrokarburiċi fformolati apposta għal użu f'armi li jwaddbu l-fjamma jew munizzjon inċendjarja, bħalma huma metal stearates jew palmates (eż. octal (CAS 637-12-7)) u ġelifikanti M1, M2, u M3;

    7. Perchlorates, chlorates u chromates imħallta bit-trab tal-metall jew komponenti oħra ta' karburant b'kontenut kbir ta' l-enerġija;

    8. Trab sferiku ta' l-aluminium (CAS 7439-90-5) f'daqsijiet ta' partiċelli ta' 60 μm jew inqas, manifatturat minn materjal b'kontenut ta' aluminju ta' 99 % jew aktar;

    9. Titanium subhydride (TiHn) ta' stoichiometry jew ekwivalenti għal n = 0,65 sa 1,68.

    Nota 1 Il-karburanti ta' l-ajruplani rregolati permezz ta' ML8.c.1. huma prodotti li tlestew mhux il-kostitwenti tagħhom.

    Nota 2 ML8.c.4.a. ma jirregolax taħlitiet ta' hydrazine ifformolati apposta għall-kontroll ta' korrużjoni.

    Nota 3 Splussivi u karburanti li fihom il-metalli jew il-ligi elenkati f'ML8.c.5. huma rregolati kemm jekk il-metalli jew il-ligi huma inkapsulati fl-aluminju, il-manjesju, iż-zirconium, jew il-beryllium kif ukoll jekk mhumiex.

    Nota 4 ML8.c.5.b.2. ma jirregolax boron u boron carbide mogħni bil-boron-10 (20 % jew aktar tal-kontenut totali tal-boron-10).

    d. Ossidanti, kif ġej, u taħlitiet tagħhom:

    1. ADN (ammonium dinitramide jew SR 12) (CAS 140456-78-6);

    2. AP (ammonium perchlorate) (CAS 7790-98-9);

    3. Komposti magħmula minn wieħed minn kwalunkwe wieħed minn dawn li ġejjin:

    a. Halogens oħrajn:

    b. Ossiġenu; jew

    c. Nitroġenu;

    Nota 1 ML8.d.3 ma jirregolax chlorine trifluoride: Ara 1C238 fil-Lista ta' l-UE tal-prodotti u t-teknoloġiji b'użu doppju.

    Nota 2 ML8.d.3 ma jirregolax nitrogen trifluoride fl-istat tiegħu ta' gass.

    4. DNAD (1,3-dinitro-1,3-diazetidine) (CAS 78246-06-7);

    5. HAN (hydroxylammonium nitrate) (CAS 13465-08-2);

    6. HAP (hydroxylammonium perchlorate) (CAS 15588-62-2);

    7. HNF (hydrazinium nitroformate) (CAS 20773-28-8);

    8. Hydrazine nitrate (CAS 37836-27-4);

    9. Hydrazine perchlorate (CAS 27978-54-7);

    10. Ossidanti likwidi li jinkludu jew li fihom nitric acid aħmar inibit li jdaħħan (IRFNA) (CAS 8007-58-7);

    Nota ML8.d.10 ma jirregolax aċidu nitriku mhux inibit li jdaħħan.

    e. Binders, plastiċizzanti, monomeri, polymers, kif ġej:

    1. AMMO azidomethylmethyloxetane u l-polymers tiegħu) (CAS 90683-29-7) (ara wkoll ML8.g.1. għal ‘prekursuri’ tiegħu);

    2. BAMO (bisazidomethyloxetane u l-polymers tiegħu) (CAS 17607-20-4) (ara wkoll ML8.g.1. għal ‘prekursuri’ tiegħu);

    3. BDNPA (bis (2,2-dinitropropyl)acetal) (CAS 5108-69-0);

    4. BDNPF (bis (2,2-dinitropropyl)formal) (CAS 5917-61-3);

    5. BTTN (triaminotrinitrobenzene) (CAS 6659-60-5) (ara wkoll ML8.g.8. għal ‘prekursuri’ tiegħu);

    6. Monomeri enerġetiċi, plastiċizzanti u polymers li fihom gruppi ta' nitro, azido, nitrate, nitraza jew difluoroamino fformulati apposta għal użu militari;

    7. FAMAO (3-difluoroaminomethyl-3-azidomethyl oxetane) u l-polymers tiegħu;

    8. FEFO (bis-(2-fluoro-2,2-dinitroethyl) formal) (CAS 17003-79-1);

    9. FPF-1 (poly-2,2,3,3,4,4-hexafluoropentane-1,5-diol formal) (CAS 376-90-9);

    10. FPF-3 (poly-2,4,4,5,5,6,6-heptafluoro-2-tri-fluoromethyl-3-oxaheptane-1,7-diol formal);

    11. GAP (glycidylazide polymer) (CAS 143178-24-9) u d-derivattivi tiegħu;

    12. HTPB (hydroxyl terminated polybutadiene) b'funzjonalità ta' hydroxyl li hija ugwali jew aktar minn 2,2 u ugwali jew inqas minn 2,4, valur tal-hydroxyl ta' inqas minn 0,77 meq/g, u b'viskożità f'30 °Ċ ta' inqas minn 47 poise (CAS 69102-90-5);

    13. Poly(epichlorohydrin) bil-piż molekulari baxx (inqas minn 10 000), funzjonalizzat bl-akoħol; poly(epichlorohydrindiol) u triol;

    14. NENAs (komposti ta' nitratoethylnitramine) (CAS 17096-47-8, 85068-73-1, 82486-83-7, 82486-82-6 u 85954-06-9);

    15. PGN (poly-GLYN, polyglycidylnitrate jew poly(nitratomethyl oxirane) (CAS 27814-48-8);

    16. Poly-NIMMO (poly nitratomethylmethyloxetane) jew poly-NMMO (poly[3-Nitratomethyl-3-methyloxetane]) (CAS 84051-81-0) ;

    17. Polynitroorthocarbonates ;

    18. TVOPA (1,2,3-tris[1,2-bis(difluoroamino)ethoxy] propan jew prodott ta' addizzjoni ta' tris vinoxy propane) (CAS 53159-39-0).

    f. Adittivi, kif ġej:

    1. Copper salicylate bażiku (CAS 62320-94-9);

    2. BHEGA (bis-(2-hydroxyethyl) glycolamide) (CAS 17409-41-5);

    3. BNO (butadienenitrileoxide) (CAS 9003-18-3);

    4. Derivattivi tal-ferrocene, kif ġej:

    a. Butacene (CAS 125856-62-4);

    b. Catocene (2,2-bis-ethylferrocenyl propane) (CAS 37206-42-1);

    c. Ferrocene carboxylic acids;

    d. n-butyl-ferrocene (CAS 31904-29-7);

    e. Derivattivi oħra tal-prodott ta' addizzjoni ta' polymer ferrocene;

    5. Lead beta-resorcylate (CAS 20936-32-7);

    6. Lead citrate (CAS 14450-60-3);

    7. Lead-copper chelates ta' beta-resorcylate jew salicylates (CAS 68411-07-4);

    8. Lead maleate (CAS 19136-34-6);

    9. Lead salicylate (CAS 15748-73-9);

    10. Lead stannate (CAS 12036-31-6);

    11. MAPO (tris-1-(2-methyl)aziridinyl phosphine oxide) (CAS 57-39-6); BOBBA 8 (bis(2-methyl aziridinyl) 2-(2-hydroxypropanoxy) propylamino phosphine oxide); and other MAPO derivatives;

    12. Methyl BAPO (bis(2-methyl aziridinyl) methylamino phosphine oxide) (CAS 85068-72-0);

    13. N-methyl-p-nitroaniline (CAS 100-15-2);

    14. 3-Nitraza-1,5-pentane diisocyanate (CAS 7406-61-9);

    15. Aġenti organo-metalliċi ta' akkumpanjament, kif ġejjin:

    a. Neopentyl[diallyl]oxy, tri[dioctyl]phosphato-titanate (CAS 103850-22-2); magħruf ukoll bħala titanium IV, 2,2[bis 2-propenolato-methyl, butanolato, tris (dioctyl) phosphato] (CAS 110438-25-0); jew LICA 12 (CAS 103850-22-2);

    b. Titanju IV, [(2-propenolato-1) methyl, n-propanolatomethyl] butanolato-1, tris[dioctyl] pyrophosphate jew KR3538;

    c. Titanju IV, [(2-propenolato-1)methyl, n-propanolatomethyl] butanolato-1, tris(dioctyl)- phosphate;

    16. Polycyanodifluoroaminoethyleneoxide;

    17. Polyfunctional aziridine amides bi strutturi isophthalic, trimesic (BITA jew butylene imine tri-mesamide), isocyanuric jew trimethyladipic ta' rinforz u sostituti ta' 2-methyl jew 2-ethyl fiċ-ċirku ta' l-;

    18. Propyleneimine (2-methylaziridine) (CAS 75-55-8);

    19. Iron oxide suprafin (Fe2O3) b'erja speċifika tal-wiċċ ta' aktar minn 250 m2/g u ta' daqs medju tal-partiċelli ta' 3,0 nm jew inqas;

    20. TEPAN (tetraethylenepentaamineacrylonitrile) (CAS 68412-45-3); cyanoethylated polyamines u l-imlieħ tagħhom;

    21. TEPANOL (tetraethylenepentaamineacrylonitrileglycidol) (CAS 68412-46-4); cyanoethylated polyamines miżjuda bi glycidol u l-melħ tagħhom;

    22. TPB (triphenyl bismuth) (CAS 603-33-8).

    g. 'Prekursuri', kif ġej:

    NB: F'ML8.g. ir-referenzi huma għal 'Materjali Enerġetiċi' rregolati li huma manifatturati minn dawn is-sustanzi.

    1. BCMO (bischloromethyloxetane) (CAS 142173-26-0) (ara wkoll ML8.e.1. u e.2.);

    2. Dinitroazetidine-t-butyl salt (CAS 125735-38-8) (ara wkoll ML8.a.28.);

    3. HBIW (hexabenzylhexaazaisowurtzitane) (CAS 124782-15-6) (ara wkoll ML8.a.4.);

    4. TAIW (tetraacetyldibenzylhexaazaisowurtzitane) (ara wkoll ML8.a.4.);

    5. TAT (1,3,5,7 tetraacetyl-1,3,5,7,-tetraaza cyclo-octane) (CAS 41378-98-7) (ara wkoll ML8.a.13.);

    6. 1,4,5,8-tetraazadecalin (CAS 5409-42-7) (ara wkoll ML8.a.27.);

    7. 1,3,5-trichlorobenzene (CAS 108-70-3) (ara wkoll ML8.a.23.);

    8. 1,2,4-trihydroxybutane (1,2,4-butanetriol) (CAS 3068-00-6) (ara wkoll L8.e.5.).

    Nota 5 Għall-ikkargar u t-tagħmir ara Ml4.

    Nota 6 ML8 ma jirregolax is-sustanzi li ġejjin ħlief jekk huma komposti jew imħallta bil-'materjal enerġetiku' imsemmi f'ML8.a. jew b'metalli fil-forma ta' trab f'ML8.c.:

    a. Ammonium picrate;

    b. Black powder;

    c. Hexanitrodiphenylamine;

    d. Difluoroamine;

    e. Nitrostarch;

    f. Potassium nitrate;

    g. Tetranitronaphthalene;

    h. Trinitroanisol;

    i. Trinitronaphthalene;

    j. Trinitroxylene;

    k. N-pyrrolidinone; 1-methyl-2-pyrrolidinone;

    l. Dioctylmaleate;

    m. Ethylhexylacrylate;

    n. Triethylaluminium (TEA), trimethylaluminium (TMA), u pyrophoric metal alkyls oħra u aryls ta' lithium, sodju, manjesju, zinc jew boron;

    o. Nitrocelluose;

    p. Nitroglycerin (or glyceroltrinitrate, trinitroglycerine) (NG);

    q. 2,4,6-trinitrotoluene (TNT);

    r. Ethylenediaminedinitrate (EDDN);

    s. Pentaerythritoltetranitrate (PETN);

    t. Lead azide, lead styphnate normali u bażiku, u splussivi primarji jew kompożizzjonijiet ta' prajmer li fihom azides or azide complexes;

    u. Triethyleneglycoldinitrate (TEGDN);

    v. 2,4,6-trinitroresorcinol (styphnic acid);

    w. Diethyldiphenyl urea; dimethylidiphenyl urea; methylethyldiphenyl urea [Centralites];

    x. N,N-diphenylurea (unsymmetrical diphenylurea);

    y. Methyl-N,N-diphenylurea (methyl unsymmetrical diphenylurea);

    z. Ethyl-N,N-diphenylurea (ethyl unsymmetrical diphenylurea);

    aa. 2-Nitrodiphenylamine (2-NDPA);

    bb. 4-Nitrodiphenylamine (4-NDPA);

    cc. 2,2-dinitropropanol;

    dd. Nitroguanidine (ara 1C011.d. fil-Lista ta' l-UE tal-prodotti u t-teknoloġiji b'użu doppju).

    ML9 BASTIMENTI TAL-GWERRA, TAGħMIR U AċċESSORJI NAVALI SPEċJALI, KIF ġEJ, U KOMPONENTI GħALIHOM, IDDISINJATI APPOSTA GħAL UżU MILITARI.

    NB: Għal tagħmir ta' gwida u navigazzjoni, ara ML11, in-Nota 7.

    a. Bastimenti ta' kombattiment u bastimenti (tal-wiċċ jew ta' taħt l-ilma) ddisinjati apposta jew modifikati għal azzjoni ta' attakk jew difensiva, kemm jekk konvertiti għal użu mhux militari kif ukoll jekk le, irrispettivament mill-istat attwali ta' tiswija jew mill-kundizzjoni tagħhom ta' tħaddim, u kemm jekk fihom sistemi ta' distribuzzjoni awtomatika ta' l-armi jew korazza kif ukoll jekk le, u u bwieq jew partijiet mill-bwieq għal bastimenti bħal dawn;

    b. Magni u sistemi ta' propulsjoni, kif ġej:

    1. Magni jaħdmu bid-diesel iddisinjati apposta għas-sottomarini biż-żewġ karatteristiċi li ġejjin:

    a. Ħruġ ta' qawwa ta' 1,12 MW (1 500 hp.) jew aktar; kif ukoll

    b. Veloċità rotarja ta' 700 rpm jew aktar;

    2. Magni jaħdmu bl-elettriku ddisinjati apposta għal sottomarini li għandhom il-karatteristiċi kollha li ġejjin:

    a. Ħruġ ta' qawwa ta' aktar minn 0,75 MW (1 000 hp.);

    b. Irriversjar rapidu;

    c. Imkessħa bil-likwidu; kif ukoll

    d. Kompletament magħluqa;

    3. Magni mhux manjetiċi li jaħdmu bid-diesel iddisinjati apposta għal użu militari bi ħruġ ta' qawwa ta' 37,3 kW (50 hp.) jew aktar u b'kontenut mhux manjetiku li jaqbeż b'75 % l-massa totali;

    4. Sistemi ta' Propulsjoni Indipendenti mill-Arja ddisinjati apposta għas-sottomarini;

    Nota Teknika

    'Propulsjoni Indipendenti mill-Arja' tippermetti lil sottomarin taħt l-ilma jopera s-sistema ta' propulsjoni tiegħu, mingħajr aċċess għal ossiġenu atmosferiku, għal żmien itwal minn dak li kien ikun permess minn batteriji. Dan ma jinkludix qawwa nukleari.

    c. Apparat ta' żvelar ta' taħt l-ilma ddisinjat apposta għal użu militari u l-kontrolli tiegħu;

    d. Xbieki tas-sottomarini u xbieki kontra t-torpidows;

    e. Mhux użat;

    f. Penetraturi u konnekters tal-bwieq iddisinjati apposta għal użu militari li jippermettu l-interazzjoni ma' tagħmir estern għal bastiment;

    Nota ML9.f. jinkludi konnekters għal bastimenti li huma tat-tip tal-konduttur uniku, ta' diversi kondutturi, koassjali jew tal-gwida bil-mewġa, u penetraturi tal-bwieq għall-bastimenti, li t-tnejn li huma kapaċi jibqgħu jirreżistu d-dħul ta' l-ilma minn barra u li jżommu l-karatteristiċi meħtieġa fi profonditajiet marini li jaqbżu l-100 m; u konnekters ta' l-ottika fibrika u penetratur ottiċi tal-bwieq iddisinjati apposta għat-trażmissjoni tar-raġġ 'laser' irrispettivament mill-profondità. Dan il-punt ma jinkludix penetraturi normali tal-bwieq għax-xaft ta' propulsjoni u għax-xaft ta' kontroll fl-uċuħ idrodinamiċi.

    g. Kuxxinetti ( bearings ) silenzjużi, b'sospensjoni bil-gass jew manjetika, b'kontrolli għas-soppressjoni tal-vibrazzjonijiet jew tal-fulminata, u tagħmir li fih dawk il-kuxxinetti, iddisinjati apposta għal użu militari.

    ML10 ‘AJRUPLAN’, ‘VETTURI EħFEF MILL-ARJA’, VETTURI TA' L-AJRU MINGħAJR EKWIPAġġ, MAGNI TA' L-AJRONAWTIKA U TAGħMIR GħALL-‘AJRUPLANI’, TAGħMIR U KOMPONENTI RELATATI, IDDISINJATI JEW IMMODIFIKATI APPOSTA GħAL UżU MILITARI, KIF ġEJ:

    NB: Għal tagħmir ta' gwida u ta' nagivazzjoni, ara ML11, Nota 7.

    a. ‘Ajruplani’ tal-ġlied u komponenti ddisinjati apposta għalihom;

    b. 'Ajruplani' u 'vetturi eħfef mill-arja' oħra ddisinjati jew immodifikati apposta għal użu militari, inklużi t-tkixxif militari, l-attakk, it-taħriġ militari, it-trasportazzjoni u t-tfigħ mill-ajru ta' truppi jew tagħmir militari, appoġġ għal-loġistika, u komponenti ddisinjati apposta għalihom;

    c. Vetturi ta' l-ajru mingħajr ekwipaġġ u tagħmir relatat, iddisinjati jew immodifikati apposta għal użu militari, kif ġej, u komponenti ddisinjati apposta għalihom:

    1. Vetturi ta' l-ajru mingħajr ekwipaġġ inklużi vetturi ta' l-ajru misjuqa mill-bogħod (RPVs), vetturi programmabbli awtonomi u 'vetturi eħfef mill-arja';

    2. Apparat assoċjat ta' illanċjar u tagħmir għal appoġġ fuq l-art;

    3. Tagħmir relatat għall-kmand u l-kontroll;

    d. Magni ta' l-ajronawtika ddisinjati jew immodifikati apposta għal użu militari, u komponenti ddisinjati apposta għalihom;

    e. Tagħmir ta' l-ajru, inkluż tagħmir għar-riforniment tal-karburant waqt titjira, iddisinjat apposta għal użu ma' l-'ajruplani' rregolati minn ML10.a. jew ML10.b. jew il-magni ta' l-ajronawtika rregolati minn ML10.d., u komponenti ddisinjati apposta għalihom;

    f. Apparat għal riforniment bi pressjoni tal-karburant , tagħmir għal riforniment tal-karburant, tagħmir iddisinjat apposta biex jiffaċilita operazzjonijiet f'żoni konfinati u tagħmir ta' fuq l-art, żviluppati apposta għall-'ajruplani' rregolati minn ML10.a. jew ML10.b., jew għal magni ta' l-ajronawtika rregolati minn ML10.d.;

    g. Elmi militari u maskli protettivi u komponenti ddisinjati apposta għalihom, tagħmir taħt pressjoni għan-nifs u lbies bi pressjoni parzjali għal użu f''ajruplani', ilbies kontra l-gravità, konvertituri ta' l-ossiġenu likwidu użati għall-'ajruplani' jew il-missili, u katapulti u tagħmir attivat permess ta' kariga splussiva għall-ħarba tal-persunal mill-'ajruplan' f'każ ta' emerġenza;

    h. Paraxuts u tagħmir relatat, użat għall-persunal tal-ġlied, tfigħ ta' merkanzija jew deċelarazzjoni ta' l-'ajruplan', kif ġej, u komponenti ddisinjati apposta għalihom:

    1. Paraxuts għal:

    a. Tfigħ ta' morini f'pożizzjoni preċiża;

    b. Tfigħ ta' paratruppi;

    2. Paraxuts tal-merkanzija;

    3. Paragliders, paraxuts li jaħdmu permezz tar-reżistenza, paraxuts stabilizzaturi għall-kontroll ta' l-istabilità u l-pożizzjoni tagħhom waqt it-titjira ta' korpi f'waqgħa vertikali (per eżempju, kapsuli ta' rkupru, sedili ta' espulsjoni, bombi);

    4. Paraxuts stabilizzaturi għal użu ma' sistemi ta' sedili ta' espulsjoni li jirregolaw is-sekwenza ta' ftuħ u nfiħ ta' paraxuts ta' l-emerġenza;

    5. Paraxuts ta' rkupru għal missili gwidati, vetturi ta' l-ajru mingħajr pilota jew vetturi spazzjali;

    6. Paraxuts ta' avviċinament u paraxuts għad-deċelerazzjoni għall-inżul;

    7. Paraxuts militari oħra;

    8. Tagħmir iddisinjat apposta għal paraxutisti ta' altitudni għolja (per eżempju lbies, elmi speċjali, sistemi għan-nifs, tagħmir tan-navigazzjoni);

    i. Sistemi ta' pilotaġġ awtomatiku għal tagħbija mitfugħa bil-paraxut; tagħmir iddisinjat jew immodifikat apposta għal użu militari għall-inżul bi ftuħ ikkontrollat fi kwalunkwe għoli, inkluż tagħmir ta' l-ossiġenu.

    Nota 1 ML10.b. ma jirregolax 'ajruplani' jew varjanti ta' dawk 'l-ajruplani' iddisinjati apposta għal użu militari li:

    a. Mhumiex konfigurati għal użu militari u mhumiex mgħammra b'tagħmir jew aċċessorji ddisinjati jew immodifikati apposta għal użu militari; kif ukoll

    b. Ġew iċċertifikati għal użu ċivili mill-awtorità ta' l-avjazzjoni ċivili fi stat parteċipanti ta' l-Arranġament ta' Wassenaar.

    Nota 2 ML10.d. ma jirregolax:

    a. Magni ta' l-ajronawtika ddisinjati jew immodifikati għal użu militari li ġew iċċertifikati minn awtoritajiet ta' l-avjazzjoni ċivili fi stat parteċipanti fl-Arranġament ta' Wassenaar għal użu f''ajruplani ċivili', jew komponenti ddisinjati apposta għalihom;

    b. Magni reċiprokanti jew komponenti ddisinjati apposta għalihom, ħlief dawk iddisinjati apposta għal vetturi ta' l-ajru mingħajr ekwipaġġ.

    Nota 3 Ir-regolament f'ML10.b. u ML10.d. fuq komponenti ddisinjati apposta u tagħmir relatat għal 'ajruplani' mhux militari jew magni ta' l-ajronawtika mmodifikati għal użu militari japplika biss għal dawk il-komponenti militari u għal tagħmir relatat militari meħtieġ għall-immodifikar għal użu militari.

    ML11 TAGħMIR ELETTRONIKU MHUX IRREGOLATI X'IMKIEN IEħOR FUQ IL-LISTA KOMUNI MILITARI TA' L-UE, KIF ġEJ, U KOMPONENTI DDISINJATI APPOSTA GħALIHOM:

    a. Tagħmir elettroniku ddisinjat apposta għal użu militari;

    Nota ML11 jinkludi:

    1. Tagħmir ta' kontramiżura elettronika u tagħmir ta' kontra-kontramiżura elettronika (jiġifieri, tagħmir maħsub biex jintroduċi sinjali estranji jew erronji f'riċevituri tal-komunikazzjoni bir-radar jew bir-radju jew inkella jfixkel ir-riċezzjoni, l-operat jew l-effettività ta' riċevituri elettroniċi avversarji inkluż it-tagħmir ta' kontramiżura tagħhom), inkluż tagħmir ta' disturbazzjoni jew kontradisturbazzjoni;

    2. Tubi b'aġilità ta' frekwenza;

    3. Sistemi jew tagħmir elettroniċi ddisinjati jew għas-sorveljanza u l-monitoraġġ ta' l-ispettru elettro-manjetiku għal finijiet ta' tagħrif sigriet militari jew ta' sigurtà jew inkella b'kontra-azzjoni għal tali sorveljanza u monitoraġġ;

    4. Tagħmir ta' kontramiżuri ta' taħt l-ilma, inkluż tagħmir ta' disturbazzjoni u ta' distrazzjoni akustiku u manjetiku ddisinjat biex jintroduċi sinjali estranji jew erronji f'riċevituri sonarji;

    5. Tagħmir ta' sigurtà għall-ipproċessar tad- data , tagħmir għas-sigurtà tad- data u tagħmir ta' sigurtà għal linji ta' trasmissjoni u ta' senjalazzjoni, bl-użu ta' proċessi ta' ċċifrar;

    6. Tagħmir għall-identifikazzjoni, l-awtentikazzjoni u l-installazzjoni ta' ċifrarji u r-rekwiżiti kollha tat-tfassil ta' sistema krittografiika, produzzjoni u distribuzzjoni ta' ċifrarji;

    7. Tagħmir ta' gwida u navigazzjoni;

    8. Tagħmir ta' trasmissjoni ta' komunikazzjonijiet bir-radju troposcatter diġitali;

    9. Demodulaturi diġitali ddisinjati apposta għal tagħrif sigriet ta' sinjali.

    b. Tagħmir għad-disturbazzjoni ta' Sistemi Globali ta' Navigazzjoni bis-Satellita (GNSS).

    ML12 SISTEMI TA' ARMI B'ENERġIJA KINETIKA B'VELOċITÀ GħOLJA U TAGħMIR RELATAT, KIF ġEJ, U KOMPONENTI DDISINJATI APPOSTA GħALIHOM:

    a. Sistemi ta' armi b'enerġija kinetika ddisinjati apposta għall-qerda jew l-abort ta' bersall;

    b. Faċilitajiet ta' ttestjar u evalwazzjoni u mudelli ta' ttestjar maħsuba apposta, inklużi strumentazzjoni u miri dijagnostiċi, għall-ittestjar dinamiku ta' projetturi u sistemi ta' l-enerġija kinetika.

    NB: Għal sistemi ta' l-armi li jużaw munizzjon sub-kalibru jew li jagħmlu użu biss minn propulsjoni kimika u munizzjoni għalihom, ara ML1 sa ML4.

    Nota 1 ML12 jinkludi li ġej meta ddisinjati apposta għal sistemi ta' armi b'enerġija kinetika:

    a. Sistemi ta' propulsjoni għat-tnedija kapaċi jaċċelleraw mases akbar minn 0,1 g għal veloċitajiet li jaqbżu 1,6 km/s, f'modi ta' tluq uniċi jew rapidi.

    b. Tagħmir ta' produzzjoni ta' qawwa immedjata disponibbli, ta' korazza elettrika, ta' ħażna ta' enerġija, ta' ġestjoni termali, ta' kundizzjonament, ħażna ta' enerġija, kommutazzjoni, jew ta' manipulazzjoni tal-karburant; u interfaces ta' l-elettriku bejn il-provvista ta' l-enerġija, il-kanun u l-funzjonijiet ta' gwida elettrika tat-turretta;

    c. Sistemi ta' akkwist tal-bersall, ittrekkjar, kontroll tan-nar jew valutazzjoni tad-dannu;

    d. Sistemi awtogwidati ta' riċerka, ta' gwida jew ta' propulsjoni devjata (aċċellerazzjoni laterali) għal-projettili.

    Nota 2 ML12 jirregola sistema ta' armi bl-użu ta' kwalunkwe wieħed mill-metodi li ġejjin ta' propulsjoni:

    a. Elettromanjetika;

    b. Elettrotermali;

    c. Plasma;

    d. Gass ħafif; jew

    e. Kimika (meta użata flimkien ma' kwalunkwe wieħed minn dawn ta' hawn fuq).

    ML13 TAGħMIR BLINDAT JEW PROTETTIV U KOSTRUZZJONIJIET U KOMPONENTI, KIF ġEJ:

    a. Pjanċa korazzata kif ġej:

    1. Manifatturata sabiex tikkonforma ma' standard jew speċifikazzjoni militari; jew

    2. Adatta għal użu militari;

    b. Kostruzzjonijiet ta' materjali metalliċi jew non-metalliċi jew taħlitiet tagħhom iddisinjati apposta biex jipprovdu protezzjoni ballistika għal sistemi militari, u komponenti ddisinjati apposta għalihom;

    c. Elmi manifatturati skond standards jew speċifikazzjonijiet militari, jew standards nazzjonali komparabbli, u komponenti tagħhom iddisinjati apposta, jiġifieri qafas ta' l-elmu, inforra u kuxxinett ta' rinforz;

    d. Korazza tal-ġisem u indumenti protettivi manifatturati f'konformità ma' standards jew speċifikazzjonijiet militari, jew l-ekwivalenti, u komponenti ddisinjati apposta għalihom.

    Nota 1 ML13.b. jinkludi materjali ddisinjati apposta sabiex jiffurmaw armatura reattiva għall-isplussivi jew biex jiġu mibnija xelters militari.

    Nota 2 ML13.c. ma jirregolax elmi ta' l-azzar konvenzjonali, la dawk immodifikati u lanqas dawk iddisinjati biex jaċċettaw, u lanqas mgħammra bi kwalunkwe tip ta' apparat aċċessorju.

    Nota 3 ML13.c. u d. ma jirregolawx elmi, korazzatura tal-ġisem jew indumenti protettivi meta jkunu qed jakkumpanjaw l-utent tagħhom għall-protezzjoni personali ta' l-utent stess.

    Nota 4 L-uniċi elmi ddisinjati apposta għal persunal responsabbli li jinnewtralizzaw il-bombi li huma rregolati mill-ML13. huma dawk iddisinjati apposta għal użu militari.

    NB 1: Ara wkoll l-annotazzjoni 1A005 fuq il-Lista ta' Użu Doppju ta' l-UE.

    NB 2: Għal 'materjali fibrużi jew filamentari' użati fil-manifattura ta' korazza tal-ġisem u elmi, ara l-annotazzjoni 1C010 fil-Lista ta' l-UE tal-prodotti u t-teknoloġiji b'użu doppju.

    ML14 TAGħMIR SPEċJALIZZAT GħAL TAħRIġ MILITARI JEW GħAS-SIMULAZZJONI TA' XENARJI MILITARI, SIMULATURI DDISINJATI APPOSTA GħAL TAħRIġ FL-UżU TA' KWALUNKWE ARMA TAN-NAR JEW ARMA RREGOLATA MINN ML1 JEW ML2, U KOMPONENTI U AċċESSORJI DDISINJATI APPOSTA GħALIHOM.

    Nota Teknika

    It-terminu 'tagħmir speċjalizzat għal taħriġ militari' jinkludi tipi militari ta' taħriġ ta' attakk, ta' taħriġ ta' titjir operattiv, ta' taħriġ għall-bersall bir-radar, ta' ġeneraturi ta' bersall bir-radar, ta' apparat ta' taħriġ fl-isparar, ta' taħriġ għall-gwerra kontra s-sottomarini, ta' simulaturi tat-titjir (inklużi ċ-ċentrifugi previsti għall-bniedem, maħsuba għat-taħriġ ta' piloti/astronawti), ta' taħriġ bir-radar, ta' simulaturi ta' titjir strumentali, ta' simulaturi ta' navigazzjoni, ta' simulaturi ta' tfigħ ta' missili, ta' tagħmir għall-bersall, ta' 'ajruplani' telegwidati, ta' taħriġ ta' l-armamenti, ta' taħriġ għall-gwida ta' 'ajruplani' mingħajr pilota, ta' unitajiet ta' taħriġ mobbli u ta' tagħmir tat-taħriġ għal operazzjonijiet militari ta' l-art.

    Nota 1 ML14 jinkludi sistemi ta' ġenerazzjoni ta' l-immaġni u ta' ambjent interattiv għal simulaturi meta ddisinjati jew immodifikati apposta għal użu militari.

    Nota 2 ML14 ma jirregolax tagħmir iddisinjat apposta għal taħriġ fl-użu ta' armi tal-kaċċa jew għall-isports.

    ML15 TAGħMIR TA' IMMAġNI JEW KONTRAMIżURA, KIF ġEJ, IDDISINJAT APPOSTA GħAL UżU MILITARI, U KOMPONENTI U AċċESSORJI DDISINJATI APPOSTA GħALIHOM:

    a. Reġistraturi u tagħmir ta' pproċessar ta' l-immaġni;

    b. Kameras, tagħmir fotografiku u tagħmir għall-ipproċessar tal-pellikoli;

    c. Tagħmir għall-intensifikazzjoni ta' l-immaġni;

    d. Tagħmir għal viżjoni bl-infra-aħmar jew għal viżjoni termali;

    e. Tagħmir għal elaborazzjoni ta' l-immaġni bir-radar;

    f. Tagħmir ta' kontramiżura jew ta' kontra-kontramiżura għat-tagħmir irregolat mis-subpunti ML15.a. sa ML15.e.

    Nota ML15.f. jinkludi tagħmir iddisinjat biex jiddegrada l-operat jew l-effettività tas-sistemi militari ta' elaborazzjoni tal-viżjoni jew biex inaqqas l-effetti ta' degradazzjoni bħal din.

    Nota 1 It-terminu 'komponenti ddisinjati apposta' jinkludi dan li ġej meta ddisinjati apposta għal użu militari:

    a. Tubi konvertituri ta' l-immaġni bid-dawl infra-aħmar;

    b. Tubi intensifikaturi ta' l-immaġni (minbarra l-ewwel ġenerazzjoni);

    c. Pjanċi tat-tip microchannel;

    d. Tubi ta' kamera tat-televiżjoni b'livell baxx ta' dawl;

    e. Muntaturi ta' apparat għall-iżvelar (inklużi sistemi ta' interkonnessjoni elettronika jew sistemi ta' interpretazzjoni);

    f. Tubi piroelettriċi tal-kameras tat-televiżjoni ;

    g. Sistemi tat-tkessiħ għal sistemi ta' viżjoni;

    h. Xaters attivati elettrikament tat-tip fotokromiku jew elettro-ottiku b'veloċità tax-xater ta' anqas minn 100 µs, ħlief fil-każ ta' xaters li huma parti essenzjali ta' kamera b'veloċità għolja;

    i. Invertituri ta' l-immaġni b'fibra ottika;

    j. Fotokatodi b'semikondutturi komposti

    Nota 2 ML15 ma jirregolax 'tubi intensifikaturi ta' l-immaġni ta' l-ewwel ġenerazzjoni' jew tagħmir iddisinjat apposta biex jinkorpora 'tubi intensifikaturi ta' l-immaġni ta' l-ewwel ġenerazzjoni'.

    NB: Għall-istatus ta' strumenti ottiċi ta' mira għall-armi li jinkorporaw 'tubi intensifikaturi ta' l-immaġni ta' l-ewwel ġenerazzjoni' ara l-entrati ML1., ML2. u ML5.a.

    NB: Ara wkoll l-entrati 6A002.a.2. u 6A002.b. fil-Lista ta' l-UE tal-prodotti u t-teknoloġiji b'użu doppju.

    ML16 FOROġ, FOROM U PRODOTTI MHUX KOMPLUTI OħRAJN LI L-UżU TAGħHOM FI PRODOTT IRREGOLAT HUWA IDENTIFIKABBLI MILL-KOMPOSIZZJONI TAL-MATERJAL, IL-ġEOMETRIJA JEW IL-FUNZJONI, U LI HUMA DDISINJATI APPOSTA GħAL KWALUNKWE PRODOTT RREGOLAT MINN ML1 SA ML4, ML6, ML9, ML10, ML12 JEW ML19.

    ML17 Tagħmir, materjali u libreriji mixxellanji, kif ġej, u komponenti ddisinjati apposta għalihom:

    a. Awtorespiraturi għall-għadis u apparat għall-għawm ta' taħt l-ilma, kif ġej:

    1. Apparat b'ċirkwit magħluq jew nofsu magħluq (b'riġenerazjoni ta' l-arja) ddisinjat apposta għal użu militari (jiġifieri, iddisinjat apposta sabiex ma jkunx manjetiku);

    2. Komponenti ddisinjati apposta għal użu fil-konverżjoni ta' apparat b'ċirkwit miftuħ għal użu militari;

    3. Artikoli ddisinjati esklussivament għal użu militari b'awtorespiraturi għall-għadis u apparat għall-għawm ta' taħt l-ilma;

    b. Tagħmir tal-kostruzzjoni mfassal apposta għal użu militari;

    c. Aċċessorji, passati u trattamenti għat-trażżin tal-fulminata, iddisinjati apposta għal użu militari;

    d. Tagħmir għall-assistenza teknika fuq il-post iddisinjat apposta għal użu f'żona ta' ġlied;

    e. 'Robots', unitajiet ta' kontroll tar-'robot' u t-'tarf ta' tagħmir ddisinjat għal interazzjoni ma' l-ambjent' tar-'robot', li jkollhom kwalunkwe waħda mill-karatteristiċi li ġejjin:

    1. Iddisinjati apposta għal użu militari;

    2. Jinkorporaw mezzi għall-protezzjoni ta' linji idrawliċi kontra panċers ikkawżati esternament minn frammenti ballistiċi (per eżempju, li jinkorporaw linji awtosiġillanti) u ddisinjati biex jużaw fluwidi idrawliċi bi flashing point ogħla minn 839 K (566 °Ċ); jew

    3. Iddisinjati jew predisposti apposta biex joperaw f'ambjent sottopost għal impulsi elettromanjetiċi (EMP);

    f. Libreriji (databases parametriċi tekniċi) iddisinjati apposta għal użu militari ma' tagħmir irregolat mil-Lista Komuni Militari ta' l-UE;

    g. Enerġija nukleari li tiġġenera tagħmir jew tagħmir ta' propulsjoni, inklużi 'reatturi nukleari', iddisinjati apposta għal użu militari u komponenti għalihom iddisinjati jew immodifikati apposta għal użu militari;

    h. Tagħmir jew materjal, mogħti passata jew ittrattat għat-trażżin tal-fulminata, iddisinjat apposta għal użu militari, minbarra dawk irregolati x'imkien ieħor fil-Lista Komuni Militari ta' l-UE;

    i. Simulaturi ddisinjati apposta għal 'reatturi nukleari' militari;

    j. Kmamar mobbli tat-tiswija ddisinjati jew immodifikati apposta għal manutenzjoni ta' tagħmir militari;

    k. Ġeneraturi ta' fuq il-post iddisinjati jew immodifikati apposta għal użu militari;

    l. Kontenituri ddisinjati jew immodifikati apposta għal użu militari;

    m. Laneċ, minbarra dawk irregolati x'imkien ieħor fil-Lista Komuni Militari ta' l-UE, pontijiet u puntuni, iddisinjati apposta għal użu militari;

    n. Mudelli ta' ttestjar iddisinjati apposta għall-'iżvilupp' ta' artikli rregolati minn ML4, ML6, ML9 jew ML10;

    0. Tagħmir ta' protezzjoni mil-lejżer (per eżempju, protezzjoni ta' l-għajnejn u protezzjoni sensorjali) iddisinjat apposta għal użu militari.

    Noti Tekniċi

    1. Għall-fini ta' ML17, it-terminu 'librerija' (database teknika parametrika) jfisser kollezzjoni ta' informazzjoni teknika ta' natura militari, li r-referenza għaliha tista' ttejjeb il-prestazzjoni ta' tagħmir jew sistemi militari.

    2. Għall-fini ta' ML17, 'immodifikat' tfisser kwalunkwe bidla strutturali, elettrika, mekkanika jew ta' tip ieħor li tipprovdi oġġett mhux militari b'kapaċitajiet ekwivalenti għal oġġett li huwa ddisinjat apposta għal użu militari.

    ML18 TAGħMIR GħALL-PRODUZZJONI TA' PRODOTTI RREGOLATI MIL-LISTA KOMUNI MILITARI TA' L-UE, KIF ġEJ:

    a. Apparat ta' produzzjoni ddisinjat jew immodifikat għal produzzjoni ta' "prodotti rregolatimil-Lista Komuni Militari ta' l-UE, u komponenti ddisinjati apposta għalihom;

    b. Faċilitajiet ta' ttestjar ambjentali ddisinjati apposta jew tagħmir iddisinjat apposta għalihom, għaċ-ċertifikazzjoni, il-kwalifikazzjoni jew l-ittestjar ta' prodotti rregolati mil-Lista Komuni Militari ta' l-UE.

    Nota Teknika

    Għall-finijiet ta' ML18, it-terminu 'produzzjoni' jinkludi disinn, eżaminar, manifattura, ittestjar u kontroll.

    Nota ML18.a. u ML18.b. jinkludu t-tagħmir li ġej:

    a. Nitraturi kontinwi;

    b. Apparat jew tagħmir ta' l-ittestjar ċentrifugali li għandu kwalunkwe waħda mill-karatteristiċi li ġejjin:

    1. Operat b'mutur jew muturi li għandu/għandhom ġibda (horsepower) totali vvalutat ta' aktar minn 298 kW (400 h.p.);

    2. Kapaċi jġorr tagħbija utli ta' 113 kg jew aktar; jew jew

    3. Kapaċi jeżerċita aċċelerazzjoni ċentrifugali ta' 8 g jew aktar fuq tagħbija utli ta' 91 kg jew aktar;

    c. Pressaturi għad-deidratazzjoni;

    d. Ekstruders tal-viti ddisinjati jew immodifikati apposta għal estrużjoni militari splussiva;

    e. Magni li jaqtgħu għad-daqs ta' propellenti estrużi;

    f. Sweetie barrels (tumblers) ta' dijametru ta' 1,85 m jew aktar u li għandhom kapaċità tal-prodott 'il fuq minn 227 kg;

    g. Miksers kontinwi għal propellenti solidi;

    h. Imtieħen idrawliċi għat-tfarrik jew it-tħin ta' l-ingredjenti ta' splussivi militari;

    i. Tagħmir biex jinkisbu kemm l-isferiċità kif ukoll l-uniformità tal-partiċelli tat-trab metalliku elenkat f'ML8.c.8.;

    j. Konvertituri tal-kurrent ta' konvezzjoni għall-konverżjoni tal-materjali elenkati f'ML8.c.3.

    ML19 SISTEMI TA' ARMI B'ENERġIJA DIRETTA (DEW), TAGħMIR RELATAT JEW TA' KONTROMIżURA U MUDELLI TA' TTESTJAR, KIF ġEJ, U KOMPONENTI DDISINJATI APPOSTA GħALIHOM:

    a. Sistemi 'lejżer' iddisinjati apposta għall-qerda tal-bersall tagħhom jew biex jimplimentaw il-falliment tal-missjoni ta' dan il-bersall;

    b. Sistemi b'raġġi tal-partiċelli kapaċi li jeqirdu l-bersall tagħhom jew li kapaċi jimplimentaw il-falliment tal-missjoni ta' dan il-bersall;

    c. Sistemi b'qawwa għolja ta' frekwenza-radju (RF) kapaċi li jeqirdu l-bersall tagħhom jew li kapaċi jimplimentaw il-falliment tal-missjoni ta' dan il-bersall;

    d. Tagħmir imfassal apposta biex isib jew jidentifika lil, jew biex jiddefendi minn, sistemi rregolati minn ML19.a. sa ML19.c.;

    e. Mudelli għal test fiżiku għas-sistemi, tagħmir u komponenti kontrollati minn dan il-Punt.

    f. Sistemi ta' mewġa kontinwa jew 'lejżer' ta' pulsazzjonijiet iddisinjati apposta biex jikkawżaw agħma permanenti għal viżjoni mhux modifikata, jiġifieri lill-għajn mikxufa jew lill-għajn b'tagħmir li jikkoreġi l-vista.

    Nota 1 Sistemi ta' armi b'enerġija diretta rregolati minn ML19 jinkludu sistemi li l-kapaċità tagħhom toriġina mill-applikazzjoni kontrollata ta':

    a. 'Lejżers' ta' mewġa kontinwa jew qawwa ta' pulsazzjonijiet suffiċjenti biex tikkawża qerda simili għall-metodu ta' munizzjon konvenzjonali;

    b. Aċċelleraturi ta' partiċelli li jipproġettaw raġġ ta' partiċelli ċċarġjati jew newtrali b'qawwa distruttiva;

    c. Trasmettituri ta' raġġ ta' frekwenza radju b'qawwa ta' pulsazzjoni għolja jew qawwa medja għolja li jipproduċu kampijiet biżżejjed intensi li jwaqqfu l-ħidma ta' ċirkwiti elettroniċi ta' bersall tagħhom fil-bogħod.

    Nota 2 ML19 jinkludi li ġej meta ddisinjat apposta għal sistemi ta' armi b'enerġija diretta:

    a. Ġenerazzjoni ta' qawwa primarja, ħażna ta' enerġija, iswiċċjar, kundizzjonar tal-qawwa jew tagħmir għall-manipulazzjoni tal-karburant;

    b. Akwist ta' bersall jew sistemi ta' ittrekkjar;

    c. Sistemi li kapċi jeżaminaw ħsara, distruzzjoni jew il-falliment tal-missjoni ta' dan il-bersall;

    d. Tagħmir għal manipulazzjoni propogazzjoni jew ippuntar tar-raġġi, ;

    e. Tagħmir b'kapaċità tar-raġġ multidirezzjonali għal operazzjonijiet b'bersalli multipli rapidi;

    f. Ottiċi adattivi u konjugaturi tal-fażi;

    g. Injetturi tal-kurrent għal raggi tal-joni negattivi ta' l-idroġenu;

    h. Komponenti ta' aċċelleratur ta' 'spazju kwalifikat';

    i. Tagħmir biex jillenbuta raġġ negattiv ta' joni;

    j. Tagħmir biex jikkontrolla u jagħti multidirezzjoni lil raġġ ta' joni ta' enerġija għolja;

    k. Tejp ta' 'spazju kwalifikat' biex jinnewtralizza raġġi negattivi ta' isotopi ta' l-idroġenu.

    ML20 TAGħMIR KRIJOġENIKU U 'SUPERKONDUTTIV', KIF ġEJ, U KOMPONENTI U AċċESSORJI DDISINJATI APPOSTA GħALIH:

    a. Tagħmir iddisinjat jew immuntat apposta biex jiġi installat ġo vettura għal applikazzjonijiet militari,tal-baħar, l-ajru jew ta' l-ispazju, li kapaċi jopera filwaqt li jinsab f'moviment u li kapaċi jipproduċijew jippreserva temperaturi iktar baxxi minn 103 K (-170 °C);

    Nota ML20.a. jinkludi sistemi mobbli li jinkorporaw jew jużaw aċċessorji jew komponenti manifatturati minn materjali konduttivi mhux metalliċi jew mhux elettriċi, bħal plastiks jew materjali mimlijin bl-epoxy.

    b. Tagħmir elettriku 'superkonduttiv' (makkinarju rotanti u trasformaturi) ddisinjat jew immuntat apposta biex ikun installat f'vettura għal applikazzjonijiet militari fuq l-art, fuq il-baħar, fl-ajru jew fl-ispazju, kapaċi li jopera waqt li jkun f'moviment.

    Nota ML20.b. ma jirregolax ġeneraturi ibridi omopolari ta' kurrent dirett li għandhom kutramenti tal-metall normali b'pol wieħed li jduru f'żona manjetika prodotta b'bobini superkondutturi, jekk dawk il-bobini huma l-uniċi komponent superkonduttur tal-ġeneratur.

    ML21 'SOFTWER', KIF ġEJ:

    a. 'Softwer' iddisinjat jew modifikat apposta għall-'iżvilupp', 'il-produzzjoni' jew 'l-użu' ta' tagħmir jew materjali rregolati mil-Lista Komuni Militari ta' l-UE;

    b. 'Softwer' speċifiku, kif ġej:

    1. 'Softwer' iddisinjat apposta għal:

    a. Immudellar, simulazzjoni jew evalwazzjoni ta' sistemi ta' armi militari;

    b. 'Żvilupp', monitoraġġ, manutenzjoni jew aġġornament ta' 'softwer' li huwa parti minn sistemi ta' armi militari;

    c. Immudellar jew simulazzjoni ta' xenarji ta' operazzjonijiet militari;

    d. Tmexxija, Komunikazzjonijiet, Kontroll u Tagħrif Sigriet (C3I) jew applikazzjonijiet ta' Tmexxija, Komunikazzjonijiet, Kontroll, Kompjuter u Tagħrif Sigriet (C4I);

    2. 'Softwer' biex ikunu determinati l-effetti ta' armi tal-gwerra konvenzjonali, nukleari, kimiċi jew bijoloġiċi.

    3. 'Softwer', mhux irregolat minn ML21.a., b.1. jew b.2., iddisinjat jew modifikat apposta biex jippermetti li tagħmir mhux irregolat mil-Lista Komuni Militari ta' l-UE jwettaq il-funzjonijiet militari ta' tagħmir kontrollat mil-Lista Komuni Militari ta' l-UE.

    ML22 'TEKNOLOġIJA', KIF ġEJ:

    a. 'Teknoloġija', minbarra dik speċifikata f'ML22.b., li hija 'meħtieġa' għall-'iżvilupp',il-'produzzjoni' jew l-'użu ta' l-artikli rregolati mil-Lista Komuni Militari ta' l-Unjoni Ewropea.

    b. 'Teknoloġija', kif ġej:

    1. 'Teknoloġija' 'meħtieġa' għad-disinn ta', l-immuntar ta' komponenti fi, u l-operazzjoni, il-manutenzjoni u t-tiswija ta' installazzjonijiet kompluti ta' produzzjoni għal oġġetti rregolati mil-Lista Komuni Militari ta' l-Unjoni Ewropea, ukoll jekk il-komponenti ta' dawn l-installazzjonijiet ta' produzzjoni ma humiex irregolati;

    2. 'Teknoloġija' 'meħtieġa' għall-'iżvilupp' u l-'produzzjoni' ta' armamenti żgħar ukoll jekk użata biex tipproduċi riproduzzjonijiet ta' armamenti antiki żgħar;

    3. 'Teknoloġija' 'meħtieġa' għall-'iżvilupp', il-'produzzjoni' jew l-'użu'" ta' aġenti tossikoloġiċi, tagħmir jew komponenti relatati rregolati minn ML7.a. sa ML7.g..;

    4. 'Teknoloġija' 'meħtieġa" għall-'iżvilupp', il-'produzzjoni' jew l-'użu' ta' 'bijopolimeri' jew kulturi ta' ċelloli speċifiċi rregolati minn ML7.h.;

    5. 'Teknoloġija' 'meħtieġa' esklussivament għall-inkorporazzjoni ta' 'bijokatalisti", irregolati minn ML7.i.1., f'sustanzi vetturi militari jew materjal militari.

    Nota 1 'Teknoloġija' 'meħtieġa' għall-'iżvilupp', il-'produzzjoni' jew l-'użu' ta' artikli rregolati fil-Lista Komuni Militari ta' l-Unjoni Ewropea tibqa' taħt kontroll ukoll meta applikabbli għal kwalunkwe artiklu mhux irregolat.

    Nota 2 ML22 ma jirregolax 'teknoloġija' kif ġej:

    a. Li hija l-minimu meħtieġ għall-installazzjoni, l-operati, il-manutenzjoni (kontroll) u t-tiswija ta' dawk l-artikli li mhumiex irregolati jew li l-esportazzjoni tagħhom kienet awtorizzata;

    b. Li hija 'fl-isfera pubblika', 'riċerka xjentifika bażika' jew l-informazzjoni minima meħtieġa għal applikazzjonijiet ta' brevetti;

    c. Għal induzzjoni manjetika għal propulsjoni kontinwa ta' tagħmir ta' trasport ċivili.

    DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA GĦAL PROPOSTI LI GĦANDHOM IMPATT BAĠITARJU ESKLUSSIVAMENT RISTRETT GĦAN-NAĦA TAD-DĦUL

    1. ISEM IL-PROPOSTA:

    Proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-termini u l-kundizzjonijiet ta' simplifikar għal prodotti relatati mad-difiża fi ħdan il-Komunità

    2. LINJI TAL-BAĠIT:

    Kapitolu u Artikolu: 02.0301

    Ammont ibbaġitjat għas-sena kkonċernata: 0

    3. IMPATT FINANZJARJU

    ( Il-proposta ma għandha l-ebda impatt finanzjarju

    ( Il-proposta ma għandha l-ebda impatt finanzjarju fuq in-nefqa iżda għandha impatt finanzjarju fuq id-dħul – l-effett huwa kif ġej:

    (€ miljuni espressi sa ċifra deċimali waħda)

    Linja tal-baġit | Dħul[13] | Perjodu ta' 12-il xahar li jibda minn jj/xx/ssss | [Sena n] |

    L-Artikolu ... | Impatt fuq ir-riżorsi proprji |

    L-Artikolu ... | Impatt fuq ir-riżorsi proprji |

    Is-sitwazzjoni wara l-azzjoni |

    [n+1] | [n+2] | [n+3] | [n+4] | [n+5] |

    L-Artikolu ... |

    L-Artikolu ... |

    4. MIŻURI KONTRA L-FRODI

    […]

    5. RIMARKI OĦRA

    […]

    DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA

    1. ISEM IL-PROPOSTA:

    Proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-termini u l-kundizzjonijiet ta' simplifikar għal prodotti relatati mad-difiża fi ħdan il-Komunità

    2. IL-QAFAS ABM / ABB

    Il-Qasam/Oqsma ta' Politika kkonċernati u assoċjati ma' l-Attività/Attivitajiet: ABB2 Suq inter għall-oġġettu u Politi Settorali

    3. IL-LINJI TAL-BAĠIT

    3.1. Linji baġitarji (linji operattivi u linji ta' għajnuna teknika u amministrattiva relatati (e ż.- linji B.A.)) inklużi l-intestaturi:

    02.0301

    3.2. Tul ta’ l-azzjoni u ta’ l-impatt finanzjarju:

    Kontinwu

    3.3. Karatteristiċi tal-baġit:

    Linja tal-baġit | Tip ta’ nefqa | Ġdid | Kontribuzzjoni EFTA | Kontribuzzjonijiet mill-pajjiżi applikanti | Intestatura f'perspettiva finanzjarja |

    02.0301 | Mhux Obblig. | Diff[14] | LE | IVA | LE | 1a |

    4. SINTEŻI TAR-RIŻORSI

    4.1. Ri żorsi Finanzjarji

    4.1.1. Taqsira ta' approprjazzjonijiet ta' impenn (AI) u approprjazzjonijiet ta’ ħlas (AĦ)

    EUR miljun (sa 3 punti deċimali)

    Tip ta’ nefqa | Taqsima Nru. | Sena 2007 | 2008 | 2009 | 2010 | 2011 | 2012 u wara | Total |

    Nefqa operattiva[15] |

    Approprjazzjonijiet ta’ Impenn (IA) | 8.1. | a | 0,200 | 0,200 |

    Approprjazzjonijiet ta’ Ħlas (AĦ) | b | 0,140 | 0,060 | 0,200 |

    Nefqa amministrattiva ikluża fl-ammont ta’ referenza[16] |

    Għajnuna teknika u amministrattiva (NDA) | 8.2.4. | c |

    AMMONT TA’ REFERENZA TOTALI |

    Approprjazzjonijiet ta’ Impenn | a+c | 0,200 | 0,200 |

    Approprjazzjonijiet ta' Ħlas | b+c | 0,140 | 0,060 | 0,200 |

    Nefqa amministrattiva mhux inkluża fl-ammont ta’ referenza[17] |

    Riżorsi umani u nefqa assoċjata (NDA) | 8.2.5. | d | 0,234 | 0,117 | 0,351 |

    Spejjeż amministrattivi, għajr għal riżorsi umani u spejjeż assoċjati, mhux inklużi fl-ammont ta’ referenza (NDA) | 8.2.6. | e | 0,070 | 0,115 | 0,185 |

    Spiża finanzjarja indikattiva totali ta’ l-intervenzjoni |

    TOTAL AI inkluż l-ispiża ta' Riżorsi Umani | a+c+d+e | 0,434 | 0,117 | 0,070 | 0,115 | 0,736 |

    L-AĦ TOTALI bl-inklużjoni tar-Riżorsi Umani | b+c+d+e | 0,374 | 0,177 | 0,070 | 0,115 | 0,736 |

    Dettalji ta’ kofinanzjament

    Jekk il-proposta tinvolvi kofinanzjament mill-Istati Membri, jew korpi oħrajn (jekk jogħġbok speċifika liema), għandha tiġi indikata stima tal-livell ta’ dan il-kofinanzjament fit-tabella hawn taħt (jistgħu jiżdiedu linji addizzjonali jekk jiġu previsti diversi korpi għad-dispożizzjoni tal-kofinanzjament):

    EUR miljun (sa 3 punti deċimali)

    Korp ta' kofinanzjament | Sena n | n + 1 | n + 2 | n + 3 | n + 4 | n + 5 u wara | Total |

    …………………… | f |

    TOTAL AI inkluż kofinanzjament | a+c+d+e+f |

    4.1.2. Kompatibbiltà ma’ Programmar Finanzjarju

    ( Il-proposta hija kompatibbli ma' l-ipprogrammar finanzjarju eżistenti.

    ( Il-proposta se tkun tikkonsisti fi programmar mill-ġdid ta’ l-intestatura rilevanti fil-perspettiva finanzjarja.

    ( Il-proposta tista’ teħtieġ l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Ftehim Interistituzzjonali[18] (jiġifieri strument ta’ flessibilità jew reviżjoni tal-perspettiva finanzjarja).

    4.1.3. Impatt finanzjarju fuq id-Dħul

    ( Il-proposta ma għandha l-ebda implikazzjonijiet finanzjarji fuq id-dħul

    ( Il-proposta għandha impatt finanzjarju – l-effett fuq id-dħul huwa kif ġej:

    EUR miljun (sa 3 punti deċimali)

    Qabel l-azzjoni [Sena n-1] | Is-sitwazzjoni wara l-azzjoni |

    Għadd totali ta’ riżorsi umani | 2 | 1 |

    5. IL-KARATTERISTIĊI U L-GĦANIJIET

    5.1. Jeħtieġ li jintlaħaq f’terminu ta’ żmien qasir jew twil

    It-trasferimenti fi ħdan l-UE ta' prodotti tad-difiża (inkluż tagħmir militari komprensiv kif ukoll sottosistemi, komponenti, partijiet, teknoloġiji ...) huma soġġetti għal liċenzjar ġenerali nazzjonali bl-istess mod bħal esportazzjonijiet ta' prodotti simili lil pajjiżi terzi. Is-suq Ewropew tad-difiża huwa konsegwentement frammentat f'27 sistema nazzjonali tal-liċenzjar li huma ferm different f'termini ta' proċedura, skop u dewmien meħtieġ, minkejja sforzi ta' koordinament bejn għadd limitat ta' Stati Membri. L-industriji tad-difiża u l-gvernijiet ta' l-UE ma għandhomx ċertezza fil-katina tagħhom ta' provvista minħabba xi inċertezzi li ġejjin minn sistemi diverġenti tal-liċenzjar. Dawn id-diverġenzi jikkostitwixxu impediment ewlieni għar-razzjonalità ta' l-industrija, u ostaklu konsiderevoli għall-emerġenza ta' Suq Ewropew għat-Tagħmir tad-Difiża (EDEM) kif ukoll il-funzjonament tas-Suq Intern.

    Wara l-impenji tagħha fil-kuntest tal-Komunikazzjoni tagħha ta' l-2003 dwar Politika ta' l-UE għat-Tagħmir tad-Difiża, u l-istudju ta' l-2005 "Trasferimenti Intrakomunitarji ta' Prodotti tad-Difiża", il-Kummissjoni trid tissimplifika u tarmonizza t-trasferimenti ta' prodotti tad-difiża fi ħdan l-UE. F'termini ta':

    - simplifikazzjoni, il-proposta tobbliga lill-Istati Membri li jistabbilixxu sistemi ta' liċenzji ġenerali u globali għal trasferimenti intra-UE u biex jillimitaw il-liċenzjar individwali għal ċirkostanzi eċċezzjonali;

    - armonizzazzjoni, il-proposta tobbliga lill-Istati Membri li jistabbilixxu sistemi ta’ liċenzji ġenerali għal żewġ tipi ta’ trasferimenti: trasferimenti lill-gvernijiet ta' l-UE; trasferimenti ta' komponenti militari lil kumpaniji ċertifikati mill-UE.

    Din il-proposta għandha titqies bħala li tappoġġa l-ftuħ tas-swieq tad-difiża: billi tissimplifika t-trasferiment ta' prodotti tad-difiża lill-gvernijiet ta' l-UE, se trawwem is-sigurtà ta’ provvista u għalhekk tnaqqas l-ostakli għal kuntratti transkonfinali.

    5.2. Valur miżjud ta' l-involviment Komunitarju u koerenza tal-proposta ma’ strumenti finanzjarji oħrajn u sinerġija possibbli

    Din il-proposta tappartjeni lil pakkett tad-difiża li jikkonsisti f'komunikazzjoni waħda ġenerali u żewġ inizjattivi leġiżlattivi dwar l-akkwist fid-difiża u dwar trasferimenti ta' prodotti relatati mad-difiża rispettivament, li jappoġġaw lil xulxin reċiprokament u jikkontribwixxu għall-għanijiet usa' ta' l-UE.

    Faċilitar tat-trasferimenti jikkumplimentaw il-proposta dwar il-kisbiet fid-difiża: il-ftuħ tas-swieq pubbliċi jippresupponu aspettattiva raġjonevoli mix-xerrej li prodotti ordnati jitwasslu mingħajr ostakli amministrattivi żejda. Aktar minn hekk, minkejja li l-liċenzji rari jiġu rifjutati, il-possibbiltà "teoretika" li jista' jsir rifjut hija inċentiva għall-Istati Membri biex jippreferu jagħtu x-xogħol militari lil produttur nazzjonali minflok kompetitur Ewropea (possibilment b'aktar vantaġġi).

    Il-Politika Estera u ta' Sigurtà Komuni (PESK): Filwaqt li għandha l-għan ewlieni li t-twettiq tas-Suq Intern għall-prodotti ta' difiża, din l-inizjattiva se tikkontribwixxi wkoll biex jinkisbu l-għanijiet tal-PESK, bħal titjib fis-sigurtà ta’ provvista għall-forzi armati ta' l-Istati Membri, kif ukoll għanijiet politiċi ta' l-industrija bħall-promozzjoni ta' Bażi Ewropea Industrijali u Teknoloġika tad-Difiża (EDTIB) soda. Barra minn hekk, it-titjib fil-kooperazzjoni industrijali għandu jiġġenera ekonomiji ta' l-iskala (u għalhekk iwassal għal aktar "valur għall-flus" fit-tagħmir tad-difiża), u għalhekk jippermetti lill-forzi armati ta' l-Istati Membri li jimmassimizzaw l-effettività ta' l-investimenti tagħhom fit-tagħmir tad-difiża.

    L-aġenda ta' liżbona: din il-kunsiderazzjoni ta' l-aħħar torbot ma' l-għanijiet ta' Liżbona bħat-tisħiħ tal-kompetittività internazzjonali ta' l-industriji Ewropej (tad-difiża) u impjiegi siguri fl-Ewropa.

    LoI: l-Ittra ta' Intenzjoni għal kooperazzjoni li sar qbil dwarha fl-1998 mis-sitt Stati Membri li l-aktar jipproduċu tagħmir tad-difiża għandha l-għan inter alia li tiffaċilita l-moviment ta' tagħmir militari bejn il-membri parteċipanti. Madankollu, ebda riżultati tanġibbli għadhom ma nkisbu f'dak il-kuntest. Il-proposta hija kumpatibbli u kumplimentarja għax-xogħol li għaddej fl-LoI. Din se jkollha bżonn l-għodod meħtieġa komuni li sussegwentement jistgħu jiġu żviluppati aktar fuq bażi intergovernattiva.

    5.3. Għanijiet, riżultati mistennija u indikaturi relatati tal-proposta fil-kuntest tal-qafas ABM

    L-għan ta' din il-proposta huwa li tnaqqas dawn l-ostakli għaċ-ċirkolazzjoni ta' prodotti relatati mad-difiża fi ħdan is-Suq Intern, u li tnaqqis it-tfixkil li jirriżulta fil-kompetizzjoni, billi jiġu simplifikati l-kundizzjonijiet u l-proċeduri tal-liċenzjar permezz ta' armonizzazzjoni fuq livell Ewropew. Fid-dawl tal-fatturi speċifiċi tas-suq tad-difiża u l-bżonn li titħares is-sigurtà nazzjonali, mhux qed jiġi propost li jitneħħew il-kundizzjonijiet tal-liċenzji imma minflok jiġu sostitwiti b'sistema mtejba ta' liċenzji ġenerali jew globali, u li jiġu provduti garanziji dwar l-affidabbiltà ta' l-abilità tar-reċipjenti biex jiġu evitati esportazzjonijiet mhux mixtieqa. Dan jagħti kontribuzzjoni importanti lejn:

    ( it-tisħiħ tal-kompetittività ta' l-industrija Ewropea tad-difiża, billi jiffaċilita l-ispeċjalizzazzjoni tagħha u billi jiffavorixxi kooperazzjoni industrijali madwar l-UE;

    ( it-tisħiħ tas-sigurtà ta’ provvista ta’ prodotti Ewropej tad-difiża (xiri u manutenzjoni) għall-Istati Membri.

    5.4. Metodu ta’ Implimentazzjoni (indikattiv)

    ( Tmexxija Ċentralizzata

    ( direttament mill-Kummissjoni

    ( indirettament permezz ta’ delega lil:

    ( Aġenziji eżekuttivi

    ( korpi stabbiliti mill-Komunitajiet kif imsemmi fl-art. 185 tar-Regolament Finanzjarju

    ( entitajiet mis-settur nazzjonali pubbliku/entitajiet b’missjoni ta’ servizz pubbliku

    ( Tmexxija maqsuma jew diċentralizzata

    ( ma’ Stati Membri

    ( ma’ pajjiżi terzi

    ( Tmexxija konġunta ma' organizzazzjonijiet internazzjonali (jekk jogħġbok speċifika)

    Kummenti rilevanti:

    6. SORVELJANZA U EVALWAZZJONI

    6.1. Sistema ta’ sorveljanza

    Il-proposta teħtieġ il-ħolqien ta' Grupp ta' Kooperazzjoni mill-Kummissjoni sabiex jeżamina kull kwistjoni rigward l-applikazzjoni ta' din id-direttiva li tista' titqajjem jew mill-President jew minn rappreżentant ta' Stat Membru. B'mod partikolari l-mandat ikopri

    a) valutazzjoni tal-miżuri implimentati f'kull Stat Membru fuq il-bażi tar-rapport tal-Kummissjoni;

    b) l-użu tal-klawżola ta’ salvagwardja

    c) il-miżuri li għandhom jittieħdu mill-Istati Membri biex jinfurmaw l-operaturi bl-obbligi tagħhom taħt din id-direttiva;

    d) gwida rigward il-forom tal-liċenzji;

    6.2. Valutazzjoni

    6.2.1. Valutazzjoni ex-ante

    Fuq il-bażi ta' l-informazzjoni provduta fi żmien 18-il xahar tad-dħul fis-seħħ mill-Istati Memrbi dwar il-miżuri ta' traspożizzjoni meħuda għal konformità ma' din id-direttiva, il-Kummissjoni se tippreżenta rapport dwar l-applikazzjoni ta' din id-direttiva, u b'mod partikolari l-Artikoli 9-12, 15 tagħha, fi żmien 30 xahar mid-data tad-dħul fis-seħħ tad-direttiva.

    Mhux aktar tard minn 5 snin wara d-data tat-trasponiment ta' din id-direttiva, il-Kummissjoni se tippubblika rapport dwar il-funzjonament tad-direttiva u l-impatt tagħha fuq l-iżviluppi tas-suq Ewropew tat-tagħmir tad-difiża u l-Bażi Ewropea Industrijali u Teknoloġika tad-Difiża, u tehmeż mar-rapport tagħha jekk meħtieġ, proposti adatti għall-emendi.

    6.2.2. Miżuri meħuda wara valutazzjoni intermedjarja/ex-post (tagħlimiet minn esperjenzi simili fl-imgħoddi)

    Mhux applikabbli

    6.2.3. Termini u frekwenza tal-valutazzjoni futura

    Kif adatt

    7. MIżURI KONTRA L-FRODI

    Jekk Stat Membru li joħroġ il-liċenzji jikkunsidra li hemm riskju serju li xi kumpanija ċertifikata fi Stat Membru ieħor reċipjent mhux se tirrispetta xi kundizzjoni mehmuża ma' liċenzja ġenerali tat-trasferiment, għandu jinforma lill-Istat Membru l-ieħor u jitlob valutazzjoni tas-sitwazzjoni.

    Jekk id-dubji jkomplu jippersistu, l-Istat Membri jista' proviżorjament jissospendi l-effett tal-liċenzji ġenerali ta' trasferiment tiegħu fir-rigward ta' kumpaniji bħal dawn. Għandu jinforma lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni bir-raġunijiet għall-miżura ta' salvagwardja.

    8. ID-DETTALJI TAR-RIŻORSI

    8.1. Għanijiet tal-proposta f’termini ta’ l-ispi ża finanzjarja tagħhom

    Approprjazzjonijiet ta’ impenn f’EUR miljun (sa 3 punti deċimali)

    Sena 2007 | Sena 2008 | Sena 2009 | Sena 2010 | Sena 2011 | Sena 2012 |

    Uffiċjali jew persunal temporanju[21] (XX 01 01) | A*/AD | 1 | 1 |

    B*, C*/AST | 1 ( B*) |

    Persunal ieħor iffinanzjat[22] bl-art. XX 01 02 |

    Persunal ieħor iffinanzjat[23] bl-art. XX 01 04/05 |

    TOTAL |

    8.2.2. Deskrizzjoni ta’ ħidmiet maħruġa mill-azzjoni

    Għalkemm l-għan tal-proposta huwa li twettaq is-Suq Intern, hija tirrigwarda kompletament settur ġdid ta' prodotti relatati mad-difiża li għalihom il-Kummissjoni għandha bżonn tiżviluppa perizja teknika adatta sabiex tipparteċipa b'mod sħiħ fix-xogħol tal-Kunsill u l-Parlament wara l-proposta. Huwa meħtieġ persunal addizzjonali:

    - biex jikkoopera mill-qrib max-xogħol tal-Kunsill fil-Lista Militari Komuni biex issir proposta għall-aġġornament ta' l-Anness;

    - biex jirrapporta dwar il-miżuri meħuda mill-Istati Membri biex jimplimentaw id-dispożizzjonijiet ta’ din id-direttiva;

    - biex jirrapporta dwar il-funzjonament tad-direttiva u l-impatt tagħha fuq l-iżviluppi tas-suq Ewropew tat-tagħmir tad-difiża u l-bażi Ewropea tad-difiża teknoloġika u industrijali;

    - biex jorganizza x-xogħol tal-grupp ta’ Kooperazzjoni;

    - biex jorganizza l-monitoraġġ permanenti fir-rigward tal-proċeduri u l-metodi ta’ kooperazzjoni bejn l-Istati Membri u l-użu s-setgħat tagħha jekk meħtieġ.

    8.2.3. Sorsi ta’ riżorsi umani (statutorji)

    ( Karigi attwalment allokati lit-tmexxija tal-programm li se jinbidlu jew jiġu estiżi

    ( Karigi allokati minn qabel fi ħdan l-eżerċizzju APS/PDB għas-sena n

    ( Karigi li se jintalbu fil-proċedura APS/PDB li jmiss

    ( Karigi li jridu jerġgħu jimtlew permezz ta’ riżorsi eżistenti fi ħdan is-servizz ta’ tmexxija (tqassim mill-ġdid intern)

    ( Karigi meħtieġa għal sena n iżda mhux previsti għall-eżerċizzju APS/PDB tas-sena konċernata

    8.2.4. Nefqa amministrattiva oħra inkluża fl-ammont ta’ referenza (XX 01 04/05 – Nefqa fuq tmexxija amministrattiva)

    EUR miljun (sa 3 punti deċimali)

    Linja tal-baġit (għadd u intestatura) | Sena n | Sena n+1 | Sena n+2 | Sena n+3 | Sena n+4 | Sena n+5 u wara | TOTAL |

    Għajnuna teknika u amministrattiva oħra |

    -intra muros |

    -extra muros |

    Għajnuna teknika u amministrattiva totali |

    8.2.5. Spiża finanzjarja ta’ riżorsi umani u spejjeż assoċjati mhux inklużi fl-ammont ta’ referenza

    EUR miljun (sa 3 punti deċimali)

    Tip ta’ riżorsi umani | Sena 2007 | Sena 2008 | Sena 2009 | Sena 2010 | Sena 2011 | Sena 2012 u wara |

    Uffiċjali u persunal temporanju (XX 01 01) | 0, 234 | 0,117 |

    Persunal finanzjat mill-Art. XX 01 02 (awżiljarju, TMIEM, persunal bil-kuntratt, eċċ.) (linja baġitarja speċifika) |

    Spiża totali ta’ Riżorsi Umani u spejjeż assoċjati (MHUX inklużi fl-ammont ta’ referenza) | 0,234 | 0,117 |

    Kalkolu – Uffiċjali u Aġenti Temporanji |

    […] |

    Kalkolu - Il-persunal iffinanzjat taħt l-art. XX 01 02 |

    […] |

    8.2.6. Nefqiet oħra amministrattivi mhux inklużi fl-ammont ta’ referenza

    EUR miljun (sa 3 punti deċimali) |

    Sena 2007 | Sena 2008 | Sena 2009 | Sena 2010 | Sena 2011 | Sena 2012 u wara | TOTAL |

    XX 01 02 11 01 – Missjonijiet |

    XX 01 02 11 02 – Laqgħat & Konferenzi | 0,035 | 0,115 |

    XX 01 02 11 03 – Kumitati[25] | 0,035 |

    XX 01 02 11 04 – Studji & Konsultazzjonijiet |

    XX 01 02 11 05 – Sistemi ta' tagħrif |

    Infiq Totali Ieħor ta natura Ġestjonarja (XX 01 02 11) | 0,07 | 0,115 |

    3 Infiq ieħor ta’ natura amministrattiva (speċifika u inkludi referenza għal-linja tal-baġit) |

    Nefqa amministrattivi totali, għajr għal riżorsi umani u spejjeż assoċjati (MHUX inklużi fl-ammont ta’ referenza) |

    Kalkolu - Nefqa amministrattiva oħra mhux inkluża fl-ammont ta’ referenza |

    […] |

    [1] http://ec.europa.eu/enterprise/regulation/inst_sp/defense_en.htm

    [2] Spejjeż strutturali u proċedurali relatati ma' l-eżekuzzjoni tal-proċessi tal-liċenzjar infushom: Spejjeż għall-preparament, sottomissjoni u mmaniġġjar tal-11 400 talba annwali għal liċenzji għal trasferimenti intrakomunitarji.

    [3] Spejjeż ta' l-opportunità (apparti spejjeż diretti) marbuta maż-żamma ta’ ostakli għal trasferimenti intrakomunitarji

    [4] KUMM(2003) 113 tal-11.03.2003

    [5] Komunikazzjoni Interpretattiva dwar l-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 296 tat-Trattat fil-qasam ta’ kuntratti ta’ difiża, KUMM(2006) 779 tas-7 ta’ Diċembru 2006.

    [6] ĠU C , , p. .

    [7] ĠU C , , p. .

    [8] ĠU C , , p. .

    [9] ĠU C , , p. .

    [10] ĠU L 88, 29.3.2007, p. 58.

    [11] ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23. Id-Deċiżjoni kif emendata bid-Deċiżjoni 2006/512/KE (ĠU L 200, 22.7.2006, p. 11).

    [12] ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1

    [13] F'dak li għandu x'jaqsam ma' riżorsi proprji tradizzjonali (dazji agrikoli, imposti fuq iz-zokkor, dazji tad-dwana) l-ammonti indikati għandhom ikunu ammonti netti, jiġifieri ammonti gross wara t-tneħħija ta' 25 % ta' l-ispejjeż tal-ġbir

    [14] Approprjazzjonijiet differenzjati

    [15] Nefqa li ma taqax taħt il-Kapitlu xx 01 tat-Titlu xx ikkonċernat.

    [16] Nefqa skond l-Artikolu xx 01 04 tat-Titlu xx.

    [17] Nefqa skond il-Kapitlu 01 minbarra l-Artikoli xx 01 04 jew xx 01 05.

    [18] Ara punti 19 u 24 tal-ftehim Interistituzzjonali.

    [19] Kolonni żejda għandhom jiġu miżjuda fejn meħtieġ jiġifieri jekk it-tul ta' l-azzjoni jaqbeż is-sitt snin

    [20] Kif deskritt taħt Taqsima 5.3

    [21] L-ispiża tiegħu MHIX koperta mill-ammont ta’ referenza

    [22] L-ispiża tiegħu MHIX koperta mill-ammont ta’ referenza

    [23] L-ispiża tiegħu hija inkluża fl-ammont ta’ referenza

    [24] Ir-referenzi għandhom isiru għall-dikjarazzjoni leġiżlattiva finanzjarja għall-Aġenzija(Aġenziji) Eżekuttivi konċernati.

    [25] Speċifika t-tip ta’ kumitat u l-grupp li għalih jappartjeni.

    Top