Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52007PC0615

    Proposta għal regolament tal-Kunsill li jemenda r-regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni

    /* KUMM/2007/0615 finali */

    52007PC0615

    Proposta għal regolament tal-Kunsill li jemenda r-regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni /* KUMM/2007/0615 finali */


    [pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ |

    Brussel 17.10.2007

    KUMM(2007) 615 finali

    Proposta għal

    REGOLAMENT TAL-KUNSILL

    li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni

    (preżentata mill-Kummissjoni)

    MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

    1) KUNTEST TAL-PROPOSTA |

    Ir-raġunijiet għall-proposta u l-għanijiet tagħha Id-dispożizzjonijiet dwar ir-rata standard ta’ dazju ilhom ma jinbidlu mill-1997. Minn dak iż-żmien ir-rati tat-Tariffa Doganali Komuni (TDK) għal oġġetti normalment importati minn vjaġġaturi fil-bagalji personali tagħhom jew mibgħuta f’konsenji żgħar lil individwi privati tnaqqsu b'madwar 20%. Huwa għalhekk xieraq li r-rata standard ta’ dazju applikata f’dawn l-okkażjonijiet titnaqqas b’1% sa 2.5% sabiex tippermetti li persuni privati jibbenefikaw minn dawn it-tnaqqisiet. Barra minn hekk, meta tqis l-iżvilupp ta’ l-inflazzjoni tal-prezzijiet kemm fi u barra mill-Komunità għal prodotti normalment importati f’dawn l-okkażjonijiet u minħabba l-għadd akbar ta’ vjaġġaturi u konsenji privati, huwa xieraq li jiġi adattat limitu massimu li japplika għar-rata standard ta’ dazju ta’ EUR 700 sabiex jiffaċilita l-approvazzjoni doganali f'dawn is-sitwazzjonijiet. |

    Il-kuntest ġenerali Ir-reviżjoni ta’ dawn id-dispożizzjonijiet trid issir fil-kuntest tar-reviżjonijiet ta’ l-eżenzjoni minn dazju u taxxa fuq oġġetti importati fil-bagalji personali ta’ vjaġġaturi. Barra minn hekk, trid titqies bħala miżura li tiffaċilita l-approvazzjoni doganali ta’ konsenji żgħar mibgħuta mill-privat għal privat għal għanijiet mhux kummerċjali. |

    Dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam tal-proposta Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Komuni Doganali |

    Il-konsistenza ma' politiki u għanijiet oħra ta' l-Unjoni L-emenda proposta hija konformi ma’ l-għanijiet tal-Kummissjoni rigward faċilitazzjoni ta’ kummerċ u simplifikazzjoni ta' kontrolli doganali. |

    2) KONSULTAZZJONI MAL-PARTIJIET INTERESSATI U VALUTAZZJONI TA’ L-IMPATT |

    Il-konsultazzjoni mal-partijiet interessati |

    Metodi ta' konsultazzjoni, is-setturi ewlenin fil-mira u l-profil ġenerali ta' dawk li wieġbu Ġew ikkonsultati bil-miktub il-membri tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali – Leġislazzjoni Ġenerali. Sinteżi tat-tweġibiet u kif tqiesu Il-membri tal-Kumitat ma qajmux oġġezzjonijiet |

    Il-ġbir u l-użu ta’ għarfien espert |

    L-oqsma ta’ għarfien xjentifiku/espert involuti Mhux applikabbli Il-metodoloġija użata Mhux applikabbli L-organizzazzjonijiet/esperti ewlenin ikkonsultati Mhux applikabbli Sinteżi tal-pariri miksuba u użati Mhux applikabbli Il-mezzi użati biex l-għarfien espert isir disponibbli pubblikament Mhux applikabbli |

    Il-valutazzjoni ta’ l-impatt Il-miżura proposta għandha tnaqqas sinifikament il-ħtieġa li oġġetti li ġew importati minn persuni privati li qed jivvjaġġaw fil-Komunità jew li nbagħtu f’konsenji żgħar minn individwi privati f’pajjiż terz lil persuni privati fil-Komunità għal għanijiet mhux kummerċjali jiġu kklassifikati. Billi l-persuna li tiddikjara dawn l-oġġetti lid-dwana hija normalment obbligata li tikklassifika l-oġġetti importati skond id-dispożizzjonijiet tat-TDK u billi din il-klassifkazzjoni għandha tkun ikkontrollata mill-awtoritajiet tad-dwana, l-eliminazzjoni ta' din il-ħidma għal kważi l-każijiet involuti kollha, għandha tissimplifika b'mod sinifikanti u tħaffef il-proċess amministrattiv tar-rilaxx għal ċirkolazzjoni ħielsa ta’ l-oġġetti u b’hekk tagħmel l-approvazzjoni doganali aktar effiċjenti. |

    3) ELEMENTI ġURIDIċI TAL-PROPOSTA |

    Sinteżi ta' l-azzjoni proposta Proposta għal Regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffi u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni |

    Bażi ġuridika Art. 26 |

    Il-prinċipju tas-sussidjarjetà Il-proposta taqa’ taħt il-kompetenza esklussiva tal-Komunità. Il-prinċipju tas-sussidjarjetà għalhekk ma japplikax. |

    Il-prinċipju tal-proporzjonalità Mhux applikabbli |

    L-għażla ta' l-istrumenti |

    Strumenti proposti: Regolament. |

    Mezzi oħra ma jkunux adattati għar-raġuni(jiet) li ġejja(in). Bis-saħħa ta' l-Artikolu 26 tat-Trattat tal-KE d-dazji tat-Tariffi Doganali Komuni għandhom jkunu stabbiliti mill-Kunsill li jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata fuq proposta mill-Kummissjoni. |

    4) IMPLIKAZZJONI GħALL-BAġIT |

    Dazji doganali mhux ikkontrollati ta’ ammont stmat għal € 7.5 miljun. |

    5) INFORMAZZJONI ADDIZZJONALI |

    Simplifikazzjoni |

    Il-proposta tipprovdi wkoll għas-simplifikazzjoni ta’ l-approvazzjoni doganali ta’ oġġetti importati f’ċirkustanzi speċjali elenkati fir-Regolament. |

    Proposta għal

    REGOLAMENT TAL-KUNSILL

    li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni

    IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 26 tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni[1],

    Billi:

    (1) It-taqsima II D tad-dispożizzjonijiet preliminari tan-nomenklatura magħquda stipulati fl-Anness I għar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni[2] tipprovdi għal rata standard ta’ dazju doganali li jrid jitħallas ta’ rata fissa ta’ 3.5% ad valorem fuq oġġetti mibgħuta f’konsenji żgħar lil individwi privati jew li jinstabu f’bagalji privati ta’ vjaġġaturi, sakemm dawn l-importazzjonijiet ma humiex ta’ natura kummerċjali u l-valur totali tagħhom ma jaċċedix EUR 350 kull konsenja jew kull vjaġġatur.

    (2) Ir-rata fissa ta’ 3.5% ad valorem u l-limitu massimu ta’ EUR 350 ġew stipulati bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 866/97 tat-12 ta’ Mejju 1997 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2658/87 fir-rigward tad-dispożizzjonijiet preliminari tan-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika[3]. Dawn id-dispożizzjonijiet ma ġewx aġġustati minn dak inhar.

    (3) Mill-1997 ir-rati tad-dazji doganali għal oġġetti normalment imporatati minn vjaġġaturi fil-bagalji personali tagħhom jew mibgħuta f’konsenji żgħar lil individwi privati tnaqsu b'madwar 20%. Huwa għalhekk xieraq li r-rata standard titnaqqas b’1% għal 2.5%. Din ir-rata għandha tapplika biss għal oġġetti importati li r-rata ta' Tariffa Doganali Komuni tagħhom ma hiex "eżentata".

    (4) Barra minn hekk, meta tqis l-iżvilupp ta’ l-inflazzjoni tal-prezzijiet kemm fi u barra mill-Komunità għal prodotti normalment importati f’dawn l-okkażjonijiet u minħabba l-għadd akbar ta’ vjaġġaturi u konsenji privati, huwa xieraq li jiġi adattat limitu massimu ta’ EUR 700 sabiex jiffaċilita l-approvazzjoni doganali f'dawn is-sitwazzjonijiet.

    (5) Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 għandu għalhekk jiġi emendat skond dan,

    ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    L-Anness I, il-Parti 1 tat-Taqsima II tar-Regolament (KEE) Nru 2658/87 huwa emendat kif ġej:

    1) Il-Punt D.1 jinbidel b'dan li ġej:

    "1. Id-dazju doganali għandu jitħallas bir-rata fissa ta’ 2.5% ad valorem fuq oġġetti li jinstabu f’konsenji mibgħuta minn individwi, wieħed għall-ieħor, jew li jinstabu f'bagalji personali ta' vjaġġaturi, sakemm dawn l-importazjonijiet ma humiex ta' natura kummerċjali.

    Din ir-rata fissa ta’ 2.5 % dazju doganali għandha tapplika, sakemm il-valur intrinsiku ta’ l-oġġetti soġġetti għal dazji ta’ importazzjoni ma jaqbiżx EUR 700 għal kull konsenja jew għal kull vjaġġatur.

    Din il-valutazzjoni b'rata fissa ma għandhiex tapplika għal oġġetti li għalihom ir-rata tad-dazju fl-iskeda ta' dazji doganali hija "eżentata" u għal oġġetti tal-Kapitolu 24 li jinstabu f'konsenja jew f'bagalji personali tal-passiġġieri f'ammonti li jaċċedu dawk stipulati fl-Artikolu 31 jew fl-Artikolu 45 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 918/83[4]"

    2) Fil-punt D.3. “L-Artikoli 29 sa 31 u 45 sa 49 tar-Regolament (KEE) Nru 918/83.” għandha tinbidel bi “L-Artikoli 29 sa 31 u 45 tar-Regolament (KEE) Nru 918/83.”

    3) Fil-punt D.4. "€ 350" għandha tinbidel bi "EUR 700".

    4) Fil-punt D.5. "€ 350" għandha tinbidel bi "EUR 700".

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fl- Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

    Dan għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2008.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, [...]

    Ghall-Kunsill

    Il-President

    DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA GĦAL PROPOSTI LI GĦANDHOM IMPATT BAĠITARJU ESKLUSSIVAMENT RISTRETT GĦAN-NAĦA TAD-DĦUL

    1. L-ISEM TAL-PROPOSTA:

    Proposta għal Regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffi u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni

    2. LINJI TAL-BAĠIT:

    Kapitolu u Artikolu: Kap. 12 art. 120

    It-telf għas-snin li ġejjin imsemmija fil-kolonna “perjodu ta’ validità” ser ikun ikkalkolat separatament mir-regolamenti li ġejjin.

    Ammont allokat għas-sena finanzjarja 2008: € 16 431 900 000

    3. IMPATT FINANZJARJU

    ( Il-proposta m'għandha l-ebda impatt finanzjarju

    X Il-proposta ma għandha l-ebda impatt finanzjarju fuq in-nefqa iżda għandha impatt finanzjarju fuq id-dħul – l-effett huwa kif ġej:

    (€ miljuni espressi sa ċifra deċimali waħda)

    Linja tal-baġit | Dħul[5] | perjodu ta' 12-il xahar, b'bidu mill-jj/xx/ssss | [Sena 2008] |

    Artikolu 120 | Impatt fuq ir-riżorsi proprji | 01/01/2008 | - 7.5 |

    4. MIŻURI KONTRA L-FRODI

    5. RIMARKI OĦRA

    Spiża stmata ta' din l-operazzjoni

    Ma hemm ebda prova disponibbli dwar il-valur ta’ oġġetti importati soġġetti għar-rata standard ta’ dazju. Għall-kalkolu ta’ stima ta’ telf ta’ dħul kien għalhekk assumat li madwar 10 miljun dikjarazzjoni ta’ importazzjoni ta’ valur ta’ madwar € 100 għandhom ikunu soġġetti għar-rata standard ta’ dazju . Dan għandu jwassal għal telf ta’ dħul ta’ €100 * 10 miljun = € 1,000 miljun * 1.0 % = €10.0 miljun – 25 %= € 7.5 miljun.

    L-impatt ta' l-operazzjoni

    Il-miżura proposta għandha tnaqqas sinifikament il-ħtieġa li oġġetti li ġew importati minn persuni privati li qed jivjaġġaw fil-Komunità jew li nbagħtu f’konsenji żgħar minn individwi privati f’pajjiż terz lil persuni privati fil-Komunità għal għanijiet mhux kummerċjali jiġu kklassifikati. Billi l-persuna li tiddikjara dawn l-oġġetti lid-dwana hija normalment obbligata li tikklassifika l-oġġetti importati skond id-dispożizzjonijiet tat-TDK u billi din il-klassifkazzjoni għandha tkun ikkontrollata mill-awtoritajiet tad-dwana, l-eliminazzjoni ta' din il-ħidma għal kważi l-każijiet involuti kollha, għandha tissimplifika b'mod sinifikanti u tħaffef il-proċess amministrattiv tar-rilaxx għal ċirkolazzjoni ħielsa ta’ l-oġġetti u b’hekk tagħmel l-approvazzjoni doganali aktar effiċjenti.[pic][pic][pic]

    [1] ĠU C [...], [...], p. [...].

    [2] ĠU L 256, 7.9.1987, p.1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 580/2007 (ĠU L 137; 30.5.2007, p.1).

    [3] ĠU L 124, 16.5.1997, p.1.

    [4] ĠU L 105, 23.4.1983, p.1

    [5] F'dak li għandu x'jaqsam ma' riżorsi proprji tradizzjonali (dazji agrikoli, imposti fuq iz-zokkor, dazji doganali) jeħtieġ li l-ammonti indikati jkunu ammonti netti, jiġifieri ammonti grossi wara t-tnaqqis ta' 25% ta' l-ispejjeż tal-ġbir.

    Top