This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52007PC0590
Proposal for a decision of the representatives of the governments of the Member states, meeting within the Council, Amending the decision No 2005/446/EC of 30 May 2005 setting the deadline for the commitment of the funds of the 9th European Development Fund (EDF)
Proposta għal deċiżjoni tar-rappreżentanti tal-gvernijiet ta' l-Istati Membri, li jiltaqgħu fil-kunsill, Li temenda d-deċiżjoni Nru 2005/446/KE tat-30 ta' Mejju 2005 li tistabbilixxi terminu ta' żmien għall-impenn tal-fondi tad-disa' Fond Ewropew għall-Iżvilupp (EDF)
Proposta għal deċiżjoni tar-rappreżentanti tal-gvernijiet ta' l-Istati Membri, li jiltaqgħu fil-kunsill, Li temenda d-deċiżjoni Nru 2005/446/KE tat-30 ta' Mejju 2005 li tistabbilixxi terminu ta' żmien għall-impenn tal-fondi tad-disa' Fond Ewropew għall-Iżvilupp (EDF)
/* KUMM/2007/0590 finali */
Proposta għal deċiżjoni tar-rappreżentanti tal-gvernijiet ta' l-Istati Membri, li jiltaqgħu fil-kunsill, Li temenda d-deċiżjoni Nru 2005/446/KE tat-30 ta' Mejju 2005 li tistabbilixxi terminu ta' żmien għall-impenn tal-fondi tad-disa' Fond Ewropew għall-Iżvilupp (EDF) /* KUMM/2007/0590 finali */
[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ | Brussel 11.10.2007 KUMM(2007) 590 finali Proposta għal DEĊIŻJONI TAR-RAPPREŻENTANTI TAL-GVERNIJIET TA' L-ISTATI MEMBRI, LI JILTAQGĦU FIL-KUNSILL, Li temenda d-deċiżjoni Nru 2005/446/KE tat-30 ta' Mejju 2005 li tistabbilixxi terminu ta' żmien għall-impenn tal-fondi tad-disa' Fond Ewropew għall-Iżvilupp (EDF) (preżentata mill-Kummissjoni) MEMORANDUM TA' SPJEGAZZJONI Skond l-Artikolu 2(4) tal-Ftehim Intern bejn ir-Rappreżentanti tal-Gvernijiet ta’ l-Istati Membri, li jiltaqgħu fil-Kunsill, dwar il-Finanzjament u l-Amminsitrazzjoni ta’ l-Għajnuna tal-Komunità taħt il-Protokoll Finanzjarju tal-Ftehim ta' Partenarjat bejn l-Istati ta’ l-Afrika, il-Karibew u l-Paċifiku u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha iffirmat f’Cotonou (Benin) fit-23 ta’ Ġunju ta’ l-2000 u l-allokazzjoni ta’ l-għajnuna finanzjarja għall-Pajjiżi u t-Territorji Extra-Ewropej li għalihom tapplika r-Raba' Parti tat-Trattat tal-KE (minn issa 'l quddiem imsejjaħ "id-disa' Ftehim Intern ta' l-EDF")[1], l-Istati Membri se jistabbilixxu qabel l-iskadenza tad-disa' EDF data li warajha l-fondi tad-disa' EDF ma jkunux jistgħu jiġu impenjati aktar. Bid-Deċiżjoni Nru 2005/446/KE tat-30 ta' Mejju 2005 u fuq il-bażi ta' evalwazzjoni tal-livell ta' realizzazzjoni ta' l-impenji u l-infiq taħt id-disa' EDF, ir-rappreżentanti tal-Gvernijiet ta' l-Istati Membri, li jiltaqgħu fil-Kunsill, stabbilixxew bħala l-31 ta' Diċembru 2007 id-data li warajha l-fondi tad-disa' EDF ma jkunux jistgħu jiġu impenjati aktar, filwaqt li ġie speċifikat li din id-data tista' tiġi riveduta jekk dan ikun meħtieġ (il-klawżola sunset )[2]. Id-data li warajha l-fondi tad-disa' EDF ma jkunux jistgħu jiġu impenjati aktar tista' issa tiġi kkonfermata. Madankollu, fid-dawl tal-kuntest li qed jevolvi, qed jiġu pproċessati tliet emendi sostantivi għad-deċiżjoni, li jwessgħu l-eċċezzjonijiet għar-regola ġenerali li kienu inizjalment limitati għall-ammont allokat sabiex jiffinanzja l-Faċilità ta' l-Investiment ġestita mill-BEI bħala fond rotanti li ma jkunx effettwat mill-klawżola sunset : - Skond parir legali dwar l-istatus tal-fondi allokati mis-sistema li tiggarantixxi l-istabbilizzazzjoni tad-dħul mill-esportazzjoni ta' prodotti agrikoli primarji taħt l-EDFs qabel id-disa' EDF (STABEX), il-Kunsill tal-Ministri AKP-KE, meta adotta l-Qafas Finanzjarju Multi-annwali għall-perjodu bejn l-2008 u l-2013[3], aċċetta li l-bilanċi u l-fondi mneħħija milli jkunu impenjati wara l-31 ta' Diċembru 2007 taħt is-sistema STABEX ma jkunux effettwati mill-klawżola sunset . Bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2007)2149 ta' l-24 ta' Mejju 2007, dawn il-fondi se jiġu ttrasferiti għall-programmi indikattivi nazzjonali rispettivi ta' l-Istati AKP ikkonċernati. - Minħabba d-dħul tard li jista' jkun hemm ta' l-għaxar EDF u ta' l-adozzjoni tal-Qafas Finanzjarju Multi-annwali għall-perjodu bejn l-2008 u l-2013, il-Kunsill tal-Ministri AKP-KE, aċċetta wkoll il-prinċipju li l-fondi jistgħu xorta waħda jkunu impenjati sakemm jidħol fis-seħħ l-għaxar EDF, iżda esklużivament "sabiex tkun żgurata l-abbiltà tax-xogħol ta' l-amministrazzjoni ta' l-UE u sabiex ikunu koperti l-ispejjeż rikorrenti għas-sostenn tal-proġetti li jkunu għaddejjin". - Id-dħul mill-imgħax fuq l-approprjazzjoni ta' l-EDF mhux se jkun effettwat mill-klawżola sunset . Ir-raġuni għal dan hija li dak id-dħul huwa użat biss għal "spejjeż marbuta ma' l-implimentazzjoni tar-riżorsi tad-disa' EDF", sakemm ma jkunx maqbul mod ieħor mill-Kunsill (id-disa' Ftehim Intern ta' l-EDF, l-Artikolu 9), jew għal "spejjeż ta' sostenn marbuta ma' l-EDF" (l-għaxar Ftehim Intern ta' l-EDF, l-Artikolu 6)[4]. Żewġ amministraturi tal-Kummissjoni u diversi impjegati pubbliċi mill-Pajjiżi u Territorji Extra-Ewropej Franċiżi (OCTs – Overseas Countries and Territories) fir-reġjun tal-Paċifiku li kienu responsabbli mit-tmexxija tal-proġetti u l-programmi tad-disa' EDF f'dawn l-OCTs mietu f'inċident ta' l-ajru fid-9 ta' Awissu 2007. Minħabba din il- force majeure traġika, qed jiġi propost ukoll li din id-data, li warajha l-fondi tad-disa' EDF ma jkunux jistgħu jiġu impenjati aktar, tiġi posposta għat-30 ta' Ġunju 2008 għal proġetti u programmi li għandhom jiġu ffinanzjati fl-OCTs Franċiżi li għalihom tapplika r-Raba' Parti tat-Trattat KE (il-Kaledonja l-Ġdida u l-Polineżja Franċiża). Għalhekk il-Kummissjoni tissuġġerixxi li r-Rappreżentanti tal-Gvernijiet ta’ l-Istati Membri jadottaw id-deċiżjoni mehmuża. Proposta għal DEĊIŻJONI TAR-RAPPREŻENTANTI TAL-GVERNIJIET TA' L-ISTATI MEMBRI, LI JILTAQGĦU FIL-KUNSILL, Li temenda d-deċiżjoni Nru 2005/446/KE tat-30 ta' Mejju 2005 li tistabbilixxi terminu ta' żmien għall-impenn tal-fondi tad-disa' Fond Ewropew għall-Iżvilupp (EDF) IR-RAPPREŻENTANTI TAL-GVERNIJIET TA' L-ISTATI MEMBRI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, LI JILTAQGĦU FIL-KUNSILL, Wara li kkunsidraw t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni, Wara li kkunsidraw il-Ftehim ta’ Partenarjat bejn il-membri tal-Grupp ta' l-Istati ta' l-Afrika, il-Karibew u l-Paċifiku fuq naħa, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha fuq in-naħa l-oħra, iffirmat f'Cotonou, fit-23 ta' Ġunju 2000[5] kif rivedut fil-Lussemburgu fil-25 ta' Ġunju 2005[6] (minn issa 'l quddiem imsejjaħ 'il-Ftehim ta’ Partenarjat AKP-KE'), Wara li kkunsidraw id-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-27 ta' Novembru 2001 dwar l-assoċjazzjoni tal-pajjiżi u t-territorji extra-Ewropej mal-Komunità Ewropea[7], minn issa 'l quddiem indikata bħala 'd-Deċiżjoni ta' l-Assoċjazzjoni Extra-Ewropea', u b'mod partikolari l-Artikolu 33a tagħha, Wara li kkunsidraw il-Ftehim Intern bejn ir-Rappreżentanti tal-Gvernijiet ta' l-Istati Membri, li jiltaqgħu fil-Kunsill, dwar il-Finanzjament u l-Amministrazzjoni ta’ l-Għajnuna Komunitarja taħt il-Protokoll Finanzjarju tal-Ftehim ta' Partenarjat AKP-KE[8], (minn issa 'l quddiem indikat bħala 'l-Ftehim Intern tad-disa' EDF', u b’mod partikolari l-Artikolu 2(4) tiegħu, Wara li kkunsidraw il-Ftehim Intern bejn ir-Rappreżentanti tal-Gvernijiet ta’ l-Istati Membri, li jiltaqgħu fil-Kunsill, dwar il-Finanzjament ta’ l-Għajnuna Komunitarja taħt il-Qafas Finanzjarju Multi-annwali għall-perjodu bejn l-2008 u l-2013 skond il-Ftehim ta’ Partenarjat ta' l-AKP-KE u dwar l-allokazzjoni ta’ assistenza finanzjarja għall-Pajjiżi u t-Territorji Extra-Ewropej li għalihom tapplika r-Raba' Parti tat-Trattat tal-KE[9] (minn issa 'l quddiem indikat bħala l-'Ftehim Intern ta' l-għaxar EDF') Billi: (1) Id-deċiżjoni tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet ta' l-Istati Membri li jiltaqgħu fil-Kunsill Nru 2005/446/KE tat-30 ta' Mejju 2005[10] tistabbilixxi l-31 ta' Diċembru 2007 bħala d-data li warajha l-fondi tad-disa' Fond Ewropew għall-Iżvilupp (minn issa 'l quddiem indikat bħala "l-EDF") ġestit mill-Kummissjoni, is-sussidji ta' l-imgħax ġestiti mill-Bank Ewropew ta' l-Investiment (minn issa ' quddiem indikat bħala "l-BEI") u d-dħul mill-imgħax fuq dawn l-approprjazzjonjiet m'għandhomx ikunu impenjati aktar. (2) Il-punt 4 ta' l-Anness Ib (il-qafas finanzjarju Multi-annwali għall-perjodu bejn l-2008 u l-2013) mal-ftehim ta' Partenarjat AKP-KE jipprovdi eċċezzjoni għal dik ir-regola ġenerali għal bilanċi u fondi mneħħija milli jkunu impenjati wara l-31 ta' Diċembru 2007 li jirriżultaw mis-sistema li tiggarantixxi l-istabbilizzazzjoni tad-dħul mill-esportazzjoni minn prodotti agrikoli primarji (STABEX) taħt l-EDFs qabel id-disa' EDF u għall-bilanċi li jifdal u r-rimborżi ta' l-ammonti allokati għall-finanzjament tal-Faċilità ta' l-Investiment, bl-esklużjoni tas-sussidji ta' l-imgħax relatati[11]. (3) Il-punt 4 ta' l-Anness Ib mal-Ftehim ta' Partenarjat AKP-KE jipprovdi wkoll li l-fondi jistgħu xorta waħda jiġu impenjati wara l-31 ta' Diċembru 2007 sabiex tiġi żgurata l-abbiltà tax-xogħol ta' l-amministrazzjoni ta' l-UE u sabiex jiġu koperti l-ispejjeż rikorrenti għas-sostenn tal-proġetti li jkunu għaddejjin sakemm jidħol fis-seħħ l-għaxar EDF. (4) Id-dħul fis-seħħ ta' l-għaxar EDF jista' jiġi estiż għal wara l-ewwel ta' Jannar 2008. (5) Id-Deċiżjoni tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet ta' l-Istati Membri li jiltaqgħu fil-Kunsill Nru 2005/446/KE tat-30 ta' Mejju 2005 u l-punt 4 ta' l-Anness Ib mal-Ftehim ta' Partenarjat AKP-KE jeħtieġu li jiġu rikonċiljati. (6) Minħabba l- force majeure , it-tmexxija tal-proġetti u l-programmi, iffinanzjati minn allokazzjonijiet finanzjarji disponibbli taħt id-disa' EDF wara d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni ta' allokazzjoni mill-ġdid wara r-reviżjoni ta' nofs it-terminu Nru C(2007)3856 tas-16 ta' Awissu 2007, ġiet posposta b'sitt xhur fil-Pajjiżi u t-Territorji Extra-Ewropej Franċiżi (minn issa 'l quddiem indikati bħala 'l-OCTs') fir-Reġjun tal-Paċifiku li għalihom tapplika r-Raba' Parti tat-Trattat KE. IDDEĊIDEW KIF ĠEJ: Artikolu Uniku (1) L-Artikoli 1 u 2 tad-Deċiżjoni tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet ta' l-Istati Membri li jiltaqgħu fil-Kunsill Nru 2005/446/EC huma mibdula b'dan li ġej: "Artikolu 1 1. Id-data li warajha l-fondi tad-disa' EDF ġestiti mill-Kummissjoni, ma jkunux impenjati, għandha tiġi stabbilita bħala l-31 ta' Diċembru 2007, minbarra l-bilanċi u l-fondi mneħħija milli jkunu impenjati li jirriżultaw mis-sistema li tiggarantixxi l-istabbilizzazzjoni tad-dħul mill-esportazzjoni minn prodotti agrikoli primarji (STABEX) taħt l-EDFs ta' qabel id-disa' EDF u għall-bilanċi ta' l-allokazzjonijiet tad-disa' EDF għall-finanzjament ta' l-inizjattivi msemmija fid-Dokumenti ta' l-Ipprogrammar Uniku ta' l-OCTs Franċiżi fir-Reġjun tal-Paċifiku. Din id-data tista' tiġi riveduta jekk dan ikun meħtieġ. 2. Il-bilanċi u l-fondi mneħħija mill-impenn wara l-31 ta' Diċembru 2007 li jirriżultaw mis-sistema li tiggarantixxi l-istabbilizzazzjoni tad-dħul mill-esportazzjoni minn prodotti agrikoli primarji (STABEX) taħt l-EDFs qabel id-disa' EDF għandhom jiġu ttrasferiti għall-għaxar EDF u għandhom jiġu allokati għall-programm indikattiv ta' l-Istati AKP u l-OCTs rispettivi. Id-data li warajha l-fondi tad-disa' EDF ġestiti mill-Kummissjoni għall-finanzjament ta' l-inizjattivi msemmija fid-Dokumenti ta' l-Ipprogrammar Uniku ta' l-OCTs Franċiżi fir-Reġjun tal-Paċifiku ma jkunux aktar impenjati, għandha tiġi stabbilita bħala t-30 ta' Ġunju 2008. 3. Meta d-dħul fis-seħħ ta' l-għaxar EDF jaqa' wara l-31 ta' Diċembru 2007, bilanċi mid-disa' EDF jew minn EDFs preċedenti jew fondi mneħħija mill-impenn minn proġetti taħt dawn l-EDFs jistgħu jiġu impenjati matul il-perjodu bejn il-31 ta' Diċembru 2007 u d-dħul fis-seħħ ta' l-għaxar EDF, f'liema każ għandhom jintużaw biss sabiex tiġi żgurata l-abbilta' tax-xogħol ta' l-amministrazzjoni ta' l-UE u sabiex tkopri l-ispejjeż rikorrenti għas-sostenn tal-proġetti li jkunu għaddejjin sakemm jidħol fis-seħħ l-għaxar EDF. 4. Id-dħul mill-imgħax fuq l-approprjazzjonijiet ta' l-EDF għandu jintuża sabiex ikopri l-ispejjeż marbuta ma' l-implimentazzjoni tar-riżorsi tad-disa' EDF skond l-Artikolu 9 tal-Ftehim Intern tad-disa' EDF sakemm jidħol fis-seħħ l-għaxar EDF, wara liema data dan id-dħul għandu jkun riżervat għal spejjeż ta' sostenn marbuta ma' l-EDF kif deskritt fl-Artikolu 6 tal-Ftehim Intern ta' l-għaxar EDF. Artikolu 2 (1) Id-data li warajha s-sussidji tar-rata ta' l-imgħax ġestiti mill-Bank Ewropew ta' l-Investiment (BEI) sabiex jipprovdu riżorsi tal-Faċilità ta' l-Investiment f'termini konċessjonali ma jkunux impenjati, għandha tiġi stabbilita bħala l-31 ta' Diċembru 2007 jew id-data tad-dħul fis-seħħ ta' l-għaxar EDF, skond liema minnhom tkun l-aktar tard. Din id-data tista' tiġi riveduta jekk dan ikun meħtieġ. (2) Il-bilanċi li jifdal u l-ispejjeż ta' l-ammonti allokati għall-finanzjament tal-Faċilità ta' l-Investiment ġestita mill-BEI, minbarra s-sussidji ta' l-imgħax relatati, għandhom jiġu ttrasferiti għall-għaxar EDF u għandhom jibqgħu allokati għall-Faċilità ta' l-Investiment." Magħmul fi Brussell, […] F’isem il-Gvernijiet ta’ l-Istati Membri Il-President [1] ĠU L 317, 15.12.2000, p. 355. [2] ĠU L 156, 18.6.2005, p. 19. [3] ĠU L 247, 9.9.2006, p. 22. [4] ĠU L 247, 9.9.2006, p. 32. [5] ĠU L 317, 15.12.2000, p. 3. [6] ĠU L 209, 11.8.2005, p. 27. [7] ĠU L 314, 30.11.2001 p. 1, kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/249/KE tad-19 ta’ Marzu 2007, ĠU L 109, 26.4.2007, p.33. [8] ĠU L 317, 15.12.2000, p. 355. [9] ĠU L 247, 9.9.2006, p. 32. [10] ĠU L 156, 18.6.2005, p. 19. [11] L-Annex Ib kif inkluż fl-Anness tad-Deċiżjoni Nru 1/2006 tal-Kunsill tal-Ministri AKP-KE tat-2.6.2006, ĠU L 247, 9.9.2006, p. 22.