This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52007PC0477(01)
Proposal for a Council Decision concerning the signature of an Agreement between the Community and the Swiss Confederation in the audiovisual field, establishing the terms and conditions for the participation of the Swiss Confederation in the Community programme MEDIA 2007, and a Final Act
Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill li tikkonċerna l-iffirmar ta’ Ftehim bejn il-Komunità u l-Konfederazzjoni Żvizzera fil-qasam awdjoviżiv, li jistabbilixxi t-termini u l-kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera fil-programm tal-Komunità MEDIA 2007, u Att Finali
Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill li tikkonċerna l-iffirmar ta’ Ftehim bejn il-Komunità u l-Konfederazzjoni Żvizzera fil-qasam awdjoviżiv, li jistabbilixxi t-termini u l-kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera fil-programm tal-Komunità MEDIA 2007, u Att Finali
/* KUMM/2007/0477 finali */
Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill li tikkonċerna l-iffirmar ta’ Ftehim bejn il-Komunità u l-Konfederazzjoni Żvizzera fil-qasam awdjoviżiv, li jistabbilixxi t-termini u l-kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera fil-programm tal-Komunità MEDIA 2007, u Att Finali /* KUMM/2007/0477 finali */
[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ | Brussel 21.8.2007 KUMM(2007) 477 finali 2007/0171 (CNS) Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL li tikkonċerna l-iffirmar ta’ Ftehim bejn il-Komunità u l-Konfederazzjoni Żvizzera fil-qasam awdjoviżiv, li jistabbilixxi t-termini u l-kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera fil-programm tal-Komunità MEDIA 2007, u Att Finali Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL li tikkonċerna l-konklużjoni ta’ Ftehim bejn il-Komunità u l-Konfederazzjoni Żvizzera fil-qasam awdjoviżiv, li jistabbilixxi t-termini u l-kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera fil-programm tal-Komunità MEDIA 2007, u Att Finali (preżentati mill-Kummissjoni) MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI Il-parteċipazzjoni fil-programm tal-Komunità MEDIA 2007, kif indikat fl-Artikolu 8 tad-Deċiżjoni li tistabbilixxi l-programm[1], hija miftuħa għall-pajjiżi ta' l-EFTA li huma membri taż-ŻEE, kif ukoll għall-pajjiżi terzi Ewropej li huma parti fil-Konvenzjoni tal-Kunsill ta' l-Ewropa dwar it-Televiżjoni bejn il-Fruntieri. Il-ftuħ tal-Programmi għal pajjiżi terzi Ewropej bħal dawn huwa suġġett għal eżami minn qabel dwar il-kompatibbiltà tal-leġiżlazzjoni nazzjonali tagħhom ma' l-acquis Komunitarju, fid-dimensjonijiet interni u esterni tiegħu. Wara r-riżultati tar-referendum ta’ l-1992, li ċaħdu l-parteċipazzjoni ta’ l-Iżvizzera fil-Ftehim taż-ŻEE, l-Iżvizzera wriet interess kontinwu li ssaħħaħ il-kooperazzjoni ma’ l-UE fis-settur awdjoviżiv. F’dikjarazzjoni konġunta dwar negozjati futuri marbuta mas-seba' ftehimiet bejn il-Komunità Ewropea u l-Iżvizzera ffirmati fil-21 ta’ Ġunju 1999, iż-żewġ naħat stqarrew li x-xogħol ta' tħejjija għan-negozjati dwar il-parteċipazzjoni Żvizzera fil-programmi MEDIA tal-Komunità għandu jipproċedi malajr. Dan il-qasam ta' kooperazzjoni inbeda tassew matul iċ-ċiklu segwenti ta' negozjati bilaterali. Fis-26 ta’ Ottubru 2004 l-Komunità Ewropea u l-Iżvizzera ffirmaw Ftehim dwar il-parteċipazzjoni ta’ l-Iżvizzera fil-programmi MEDIA Plus u MEDIA Taħriġ[2]. Il-ftehim daħal fis-seħħ fl-1 ta' April 2006[3]. Malli ntemmu l-programmi MEDIA Plus u MEDIA Taħriġ, il-ftehim wasal fi tmiemu fil-31 ta’ Diċembru 2006. Fit-12 ta’ Frar 2007 il-Kunsill awtorizza l-ftuħ tan-negozjati ma’ l-Iżvizzera għall-parteċipazzjoni tagħha fil-programm MEDIA 2007. Fuq il-bażi tad-direttivi ta’ negozjar mehmuża mad-deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza l-ftuħ tan-negozjati, u f’konsultazzjoni mal-kumitat rilevanti maħtur mill-Kunsill, il-Kummissjoni mexxiet negozjati ma’ l-Iżvizzera għal Ftehim ġdid li jippermetti l-parteċipazzjoni tagħha fil-MEDIA 2007. L-abbozz ta’ Ftehim u abbozz ta’ l-Att Finali ġew inizjalati fit-2 ta’ Lulju 2007. Iż-żewġ dokumenti huma mehmuża mal-proposti għal deċiżjonijiet tal-Kunsill. L-Iżvizzera hija l-ewwel, u bħalissa l-uniku, pajjiż Ewropew li mhuwiex membru taż-ŻEE u lanqas pajjiż kandidat u se jieħu sehem f’dan il-programm. Il-kwistjonijiet ewlenin indirizzati fl-abbozz ta’ Ftehim huma dawn li ġejjin: - B’konformità mal-prerekwiżiti għall-parteċipazzjoni stipulati fid-deċiżjoni li tistabbilixxi l-programm, il-Ftehim jiddefinixxi, fl-Anness I, il-kundizzjonijiet li għandhom jintlaħqu mill-qafas regolatorju tax-xandir Żvizzeru, kif ukoll arranġamenti oħra rilevanti, li għandhom ikunu fis-seħħ hekk kif jidħol fis-seħħ il-Ftehim. F’dan ir-rigward, id-dispożizzjonijiet li huma diġà inklużi fil-ftehim preċedenti ġew riveduti u kompluti biex ikun hemm kompatibbiltà aktar mill-qrib tal-leġiżlazzjoni Żvizzera ma’ l-acquis: L-Artikoli 1 u 4 fl-Anness I jippermettu approssimazzjoni akbar tad-dispożizzjonijiet dwar il-libertà ta' riċezzjoni u ritrażmissjoni tax-xandir u l-Artikolu 2 fl-istess Anness I jiggarantixxi l-konformità Żvizzera mad-dispożizzjonijiet Komunitarji dwar miżuri li ttieħdu għas-salvagwardja tax-xandir ta’ avvenimenti ta’ importanza kbira għas-soċjetà – Artikolu 3a tad-Direttiva ‘Televiżjoni mingħajr Fruntieri’ . Il-Komunità se toffri trattament identiku lill-Iżvizzera permezz ta’ dikjarazzjoni tal-Kunsill inkluża fl-Att Finali. - Il-proġetti u l-inizjattivi mressqa minn parteċipanti mill-Iżvizzera se jkunu suġġetti għall-istess kundizzjonijiet, regoli u proċeduri marbuta ma' dawn il-programmi kif inhuma applikati għall-Istati Membri, b’mod partikolari rigward il-preżentazzjoni, il-valutazzjoni u l-għażla ta’ applikazzjonijiet u proġetti, ir-responsabbiltajiet ta’ l-istrutturi nazzjonali fl-implimentazzjoni tal-programm, u l-attivitajiet marbuta mal-monitoraġġ tal-parteċipazzjoni tagħhom fil-programm. - Kull sena l-Iżvizzera se tħallas kontribuzzjoni lill-programm, kif stabbilit fl-Anness II tal-Ftehim. - Fir-rigward ta’ kontroll finanzjarju u kwistjonijiet ta’ verifika, l-Iżvizzera għandha tikkonforma mad-dispożizzjonijiet Komunitarji, inklużi l-kontrolli minn korpi Komunitarji, kif stabbilit fl-Anness III. - Il-Ftehim għandu jiġi applikat b’mod provviżorju sa mid-data ta’ l-iffirmar tiegħu u għandu jkompli japplika sa tmiem il-programm, jew sa meta waħda min-naħat tinnotifika lin-naħa l-oħra bix-xewqa tagħha li ttemm il-Ftehim. - Il-Ftehim se jkun immexxi minn kumitat konġunt, magħmul minn rappreżentanti taż-żewġ partijiet. Fit-30 ta’ Mejju 2007, l-Iżvizzera bagħtet ittra lill-Kummissjoni (il-Kunsillier Federali Couchepin lill-Kummissarju Reding) fejn saħqet li l-pożizzjonijiet Żvizzeri dwar id-dimensjoni esterna tal-politika awdjoviżiva huma konformi ma' dawk ta' l-Unjoni Ewropea, pożizzjonijiet li l-Iżvizzera żżomm fin-negozjati internazzjonali rilevanti. F’din il-linja, l-ittra indikat li l-Iżvizzera bħalissa tinsab fil-proċess li tirratifika l-Konvenzjoni tal-UNESCO dwar il-Promozzjoni tad-Diversità ta’ l-Espressjonijiet Kulturali. Fl-istess spirtu ta’ l-ittra, sabiex tkun żgurata l-implimentazzjoni soda tal-Ftehim u msaħħa l-kooperazzjoni fi kwistjonijiet li jikkonċernaw il-politika awdjoviżiva, fl-Att Finali ġiet inkluża Dikjarazzjoni Konġunta li tistabbilixxi djalogu ta’ benefiċċju reċiproku dwar dawn il-kwistjonijiet. It-tieni Dikjarazzjoni Konġunta hija sinjal ta’ l-impenn tal-Partijiet li jadattaw il-Ftehim, permezz tal-Kumitat Konġunt, ladarba tidħol fis-seħħ ir-reviżjoni tad-Direttiva attwali “Televiżjoni mingħajr Fruntieri”. B’analoġija ma’ l-arranġamenti li twettqu mal-firma tal-Ftehim preċedenti fl-20 ta’ Ottubru 2004, id-Dikjarazzjoni tal-Kunsill tkopri mistoqsijiet dwar l-attendenza tar-rappreżentanti ta’ l-Iżvizzera fil-laqgħat tal-Kumitat tal-Programm bħala osservaturi, għall-punti li jikkonċernaw l-Iżvizzera. Qed tiġi proposta t-tieni Dikjarazzjoni tal-Kunsill dwar l-Anness I, sabiex l-Iżvizzera tingħata trattament identiku bi qbil ma’ l-impenji meħuda mill-Iżvizzera dwar avvenimenti ta' importanza kbira għas-soċjetà . Il-Kummissjoni ġġudikat ir-riżultati tan-negozjati bħala sodisfaċenti u titlob lill-Kunsill biex jawtorizza l-firma f’isem il-Komunità Ewropea tal-Ftehim bejn il-Komunità u l-Konfederazzjoni Żvizzera fil-qasam awdjoviżiv, li jistabbilixxi t-termini u l-kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera fil-programm tal-Komunità MEDIA 2007, u Att Finali. Id-deċiżjoni proposta dwar il-firma u l-applikazzjoni provviżorja timplimenta d-dispożizzjoni ta’ l-abbozz ta’ Ftehim dwar l-applikazzjoni provviżorja sa mill-jum tal-firma. Id-dispożizzjoni se tippermetti lill-parteċipanti mill-Iżvizzera li jieħdu sehem xorta f’għadd sinifikanti ta’ sejħiet. L-Iżvizzera se tikkontribwixxi finanzjarjament għall-programm MEDIA 2007 bħallikieku pparteċipat mill-ewwel jum. Id-deċiżjoni proposta dwar il-konklużjoni tistabbilixxi rabta politika bejn dan il-Ftehim u s-seba’ ftehimiet iffirmati fil-21 ta’ Ġunju 1999, b’mod partikolari l-Ftehim dwar il-Moviment Liberu tal-Persuni li għalih l-Iżvizzera għandha tiddeċiedi fl-2009 dwar it-tkomplija tiegħu, deċiżjoni li x’aktarx se tkun is-suġġett ta’ referendum. Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL li tikkonċerna l-iffirmar ta’ Ftehim bejn il-Komunità u l-Konfederazzjoni Żvizzera fil-qasam awdjoviżiv, li jistabbilixxi t-termini u l-kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera fil-programm tal-Komunità MEDIA 2007, u Att Finali IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 150 (4) u 157 (3), flimkien ma’ l-Artikolu 300 (2), l-ewwel sentenza tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni, Billi: (1) Id-Deċiżjoni Nru 1718/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Novembru 2006 dwar l-implimentazzjoni ta’ programm ta’ appoġġ għas-settur awdjoviżiv Ewropew (MEDIA 2007) (ĠU L 327, 24.11.2006, P. 12), u b’mod partikolari l-Artikolu 8 tagħha, tipprevedi li l-programm ikun miftuħ għall-parteċipazzjoni tal-pajjiżi li huma partijiet fil-Konvenzjoni tal-Kunsill ta' l-Ewropa dwar it-Televiżjoni bejn il-Fruntieri minbarra l-pajjiżi ta’ l-EFTA li huma parti mill-Ftehim taż-ŻEE u l-pajjiżi kandidati għall-adeżjoni ma’ l-Unjoni Ewropea, fuq il-bażi ta’ approprjazzjonijiet supplimentari, skond il-kundizzjonijiet li għandhom jiġu stabbiliti fi ftehim bejn il-partijiet ikkonċernati. (2) Il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni biex tinnegozja, f’isem il-Komunità Ewropea, Ftehim biex tippermetti lill-Konfederazzjoni Żvizzera li tipparteċipa f’dan il-programm u Att Finali għal dak il-Ftehim. (3) In-negozjati ġew konklużi fit-2 ta’ Lulju 2007 billi ġie inizjalat abbozz ta’ Ftehim. (4) L-Artikolu 13 tal-Ftehim jipprevedi li għandu jiġi applikat b’mod provviżorju sa mid-data tal-firma. (5) Dan il-Ftehim u l-Att Finali għandhom jiġu ffirmati, IDDEĊIDIET KIF ĠEJ: Artikolu 1 Suġġett għall-konklużjoni tiegħu f'data aktar tard, il-President tal-Kunsill hu hawnhekk awtorizzat li jaħtar il-persuna/i bis-setgħa li tiffirma/jiffirmaw il-Ftehim sabiex torbot/jorbtu l-Komunità, u l-Att Finali. Artikolu 2 Il-Ftehim għandu jiġi applikat b’mod provviżorju sa mid-data tal-firma. Artikolu 3 Il-Kummissjoni għandha tirrappreżenta lill-Komunità fil-Kumitat Konġunt previst fl-Artikolu 8 tal-Ftehim. Artikolu 4 Dan il-Ftehim huwa marbut mas-seba’ ftehimiet iffirmati ma’ l-Iżvizzera fil-21 ta’ Ġunju 1999 u konklużi mid-Deċiżjoni tal-Kunsill ta’ l-4 ta’ April 2002. Dan il-Ftehim mhux se jiġi mġedded jew innegozjat mill-ġdid skond l-Artikolu 12 tiegħu f’każ li l-ftehimiet imsemmija fl-ewwel paragrafu jkunu ġew mitmuma. Artikolu 5 Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fil- Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea . It-testi tal-Ftehim u ta' l-Att Finali huma mehmuża ma' din id-Deċiżjoni. Magħmula fi Brussell, Għall-Kunsill Il-President 2007/0171 (CNS) Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL li tikkonċerna l-konklużjoni ta’ Ftehim bejn il-Komunità u l-Konfederazzjoni Żvizzera fil-qasam awdjoviżiv, li jistabbilixxi t-termini u l-kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera fil-programm tal-Komunità MEDIA 2007, u Att Finali IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 150 (4) u 157 (3), flimkien ma' l-Artikolu 300(2), l-ewwel sentenza, u l-Artikolu 300(3), l-ewwel subparagrafu tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew[4], Billi: (1) Il-Kummissjoni nnegozjat, f'isem il-Komunità Ewropea, ftehim biex tippermetti lill-Konfederazzjoni Żvizzera li tipparteċipa fil-programm tal-Komunità MEDIA 2007, u Att finali. (2) Il-Ftehim u l-Att Finali ġew iffirmati f'isem il-Komunità fil-………….2007, suġġett għal konklużjoni f'data ulterjuri, skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill .../.../2007[5]. (3) Dan il-ftehim għandu jkun approvat, IDDEĊIDIET KIF ĠEJ: Artikolu 1 Il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera fil-qasam Awdjoviżiv, li jadotta t-termini u l-kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera fil-programm tal-Komunità MEDIA 2007, hu hawnhekk approvat f'isem il-Komunità Ewropea. Artikolu 2 Il-President tal-Kunsill għandu, f'isem il-Komunità, jagħti n-notifiki previsti fl-Artikolu 13 tal-Ftehim. Artikolu 3 Il-Kummissjoni għandha tirrappreżenta lill-Komunità fil-Kumitat Konġunt previst fl-Artikolu 8 tal-Ftehim. Artikolu 4 Dan il-Ftehim huwa marbut mas-seba’ ftehimiet iffirmati ma’ l-Iżvizzera fil-21 ta’ Ġunju 1999 u konklużi mid-Deċiżjoni tal-Kunsill ta’ l-4 ta’ April 2002. Dan il-Ftehim mhux se jiġi mġedded jew innegozjat mill-ġdid skond l-Artikolu 12 tiegħu f’każ li l-ftehimiet imsemmija fil-Paragrafu 1 ikunu ġew mitmuma. Artikolu 5 Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fil- Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea . Magħmula fi Brussell, Għall-Kunsill Il-President FTEHIM bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera fil-qasam awdjoviżiv, li jistabbilixxi t-termini u l-kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera fil-programm tal-Komunità MEDIA 2007 IL-KOMUNITÀ EWROPEA, minn hawn ’il quddiem imsejħa ‘il-Komunità’, min-naħa l-waħda, u L-KONFEDERAZZJONI ŻVIZZERA, minn hawn ’il quddiem imsejħa ‘Żvizzera’, min-naħa l-oħra, minn hawn ’il quddiem it-tnejn flimkien imsejħa ‘il-Partijiet Kontraenti’, BILLI l-Komunità, skond id-Deċiżjoni Nru 1718/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Novembru 2006[6], stabbiliet programm ta’ appoġġ għas-settur awdjoviżiv Ewropew (minn hawn ’il quddiem ‘id-Deċiżjoni li tistabbilixxi l-programm MEDIA 2007’); BILLI l-Artikolu 8 tad-Deċiżjoni li tistabbilixxi l-programm MEDIA 2007 jipprovdi, taħt ċerti kundizzjonijiet, għall-parteċipazzjoni ta' pajjiżi terzi li huma parti fil-Konvenzjoni tal-Kunsill ta' l-Ewropa dwar it-Televiżjoni bejn il-Fruntieri, minbarra l-pajjiżi ta’ l-EFTA li huma parti mill-Ftehim taż-ŻEE u l-pajjiżi kandidati għall-adeżjoni ma’ l-Unjoni Ewropea, fuq il-bażi ta’ approprjazzjonijiet supplimentari u proċeduri speċifiċi li għandhom jiġu stabbiliti fi ftehim bejn il-partijiet ikkonċernati; BILLI minħabba d-dispożizzjoni msemmija hawn fuq il-ftuħ tal-programm għal dawn il-pajjiżi terzi huwa suġġett għal eżami minn qabel tal-kompatibbiltà tal-leġiżlazzjoni tagħhom ma’ l- acquis communautaire rilevanti; BILLI l-Iżvizzera ħadet sehem fil-programmi MEDIA Plus u MEDIA Taħriġ li waslu fi tmiemhom fil-31 ta’ Diċembru 2006; BILLI l-Iżvizzera impenjat ruħha li tlesti l-qafas leġiżlattiv tagħha biex tiżgura l-livell meħtieġ ta' kompatibbiltà ma’ l- acquis communautaire ; billi, għaldaqstant, fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim, l-Iżvizzera tilħaq il-kundizzjonijiet ta’ parteċipazzjoni stabbiliti fl-Artikolu 8 tad-Deċiżjoni li tistabbilixxi l-programm MEDIA 2007; BILLI, b’mod partikolari, il-kooperazzjoni bejn il-Komunità u l-Iżvizzera, bl-għan li jintlaħqu l-objettivi ffissati għall-programm MEDIA 2007, fil-kuntest ta’ l-attivitajiet ta’ kooperazzjoni transnazzjonali li jinvolvu l-Komunità u l-Iżvizzera, min-natura tagħha ttejjeb l-impatt ta’ l-azzjonijiet differenti meħuda skond dan il-programm u ssaħħaħ il-livelli ta’ ħila tar-riżorsi umani fil-Komunità u fl-Iżvizzera; BILLI l-Partijiet Kontraenti għandhom interess komuni fl-iżvilupp ta’ l-industrija Ewropea tal-programmi awdjoviżivi fil-kuntest ta’ kooperazzjoni aktar estensiva; BILLI l-Partijiet Kontraenti konsegwentement jippretendu li jiksbu benefiċċji reċiproċi mill-parteċipazzjoni ta' l-Iżvizzera fil-programm MEDIA 2007, FTIEHMU KIF ĠEJ: Artikolu 1 Suġġett L-għan tal-kooperazzjoni bejn il-Komunità u l-Iżvizzera stabbilita b’dan il-Ftehim huwa s-sehem ta' l-Iżvizzera fl-azzjonijiet kollha taħt il-programm MEDIA 2007. Sakemm dan il-Ftehim ma jipprevedix mod ieħor, dan għandu jseħħ bir-rispett dovut għall-objettivi, il-kriterji, il-proċeduri u l-iskadenzi stipulati mid-Deċiżjoni li tistabbilixxi l-programm MEDIA 2007. Artikolu 2 Kompatibbiltà ta’ l-oqsfa leġiżlattivi Sabiex tkun kapaċi tilħaq il-kundizzjonijiet ta’ parteċipazzjoni stipulati mid-Deċiżjoni li tistabbilixxi l-programm MEDIA 2007 fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim, l-Iżvizzera se timplimenta l-miżuri deskritti fl-Anness I, bl-għan li tlesti l-qafas leġiżlattiv tagħha biex tiżgura l-livell meħtieġ ta' kompatibbiltà ma’ l- acquis communautaire . Artikolu 3 Eliġibbiltà Sakemm dan il-Ftehim ma jipprevedix mod ieħor: 1. Il-kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni ta’ organizzazzjonijiet u individwi mill-Iżvizzera f’kull waħda mill-azzjonijiet għandhom ikunu l-istess bħal dawk applikabbli għal organizzazzjonijiet u individwi mill-Istati Membri tal-Komunità. 2. L-eliġibbiltà ta’ istituzzjonijiet, organizzazzjonijiet u individwi mill-Iżvizzera għandha tiġi rregolata mid-dispożizzjonijiet rilevanti fid-Deċiżjoni li tistabbilixxi l-programm MEDIA 2007. 3. Sabiex tkun żgurata d-dimensjoni Komunitarja tal-programm, il-proġetti u l-attivitajiet kollha li jinneċessitaw sħubija Ewropea għandhom, biex ikunu eliġibbli għall-appoġġ finanzjarju tal-Komunità, jinkludu għall-inqas imsieħeb wieħed minn wieħed mill-Istati Membri tal-Komunità. Proġetti u azzjonijiet oħrajn għandhom jippreżentaw dimensjoni Ewropea u Komunitarja ċara. Artikolu 4 Proċeduri 1. It-termini u l-kundizzjonijiet għall-preżentazzjoni, il-valutazzjoni u l-għażla ta' applikazzjonijiet minn istituzzjonijiet, organizzazzjonijiet u individwi mill-Iżvizzera għandhom ikunu l-istess bħal dawk applikabbli għal istituzzjonijiet, organizzazzjonijiet u individwi eliġibbli mill-Istati Membri tal-Komunità. 2. Skond id-dispożizzjonijiet rilevanti fid-Deċiżjoni li tistabbilixxi l-programm MEDIA 2007, il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (minn hawn ’il quddiem imsejħa ‘il-Kummissjoni’) tista' tikkunsidra esperti Żvizzeri meta taħtar esperti indipendenti biex jgħinuha fl-evalwazzjoni tal-proġetti. 3. Il-lingwa li għandha tintuża fil-kuntatti kollha mal-Kummissjoni, rigward il-proċess ta’ applikazzjoni, il-kuntratti, ir-rapporti li għandhom jiġu ppreżentati u aspetti amministrattivi oħra tal-programm, għandha tkun waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Komunità. Artikolu 5 Strutturi nazzjonali 1. L-Iżvizzera għandha tistabbilixxi l-istrutturi u l-mekkaniżmi xierqa fil-livell nazzjonali u għandha tadotta l-miżuri l-oħra meħtieġa għall-organizzazzjoni u l-koordinazzjoni nazzjonali ta' l-attivitajiet biex timplimenta l-programm MEDIA 2007 skond id-dispożizzjonijiet rilevanti fid-Deċiżjoni li tistabbilixxi dan il-programm. B’mod partikolari, l-Iżvizzera impenjat ruħha li tistabbilixxi MEDIA Desk b’kooperazzjoni mal-Kummissjoni. 2. L-ammont massimu ta’ appoġġ finanzjarju li għandu jiġi allokat mill-programm għall-attivitajiet tal-MEDIA Desk m’għandux jaqbeż il-50 % tal-baġit totali għal dawn l-attivitajiet. Artikolu 6 Dispożizzjonijiet finanzjarji Sabiex tkopri l-ispejjeż li jirriżultaw mill-parteċipazzjoni tagħha fil-programm MEDIA 2007, l-Iżvizzera kull sena se tħallas kontribuzzjoni lill-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea skond it-termini u l-kundizzjonijiet stipulati fl-Anness II. Artikolu 7 Kontroll finanzjarju Ir-regoli dwar il-kontroll finanzjarju marbut mal-parteċipanti Żvizzeri fil-programm MEDIA 2007 huma stipulati fl-Anness III. Artikolu 8 Kumitat Konġunt 1. Kumitat Konġunt huwa hawnhekk stabbilit. 2. Il-Kumitat Konġunt għandu jkun magħmul minn rappreżentanti tal-Komunità u rappreżentanti ta' l-Iżvizzera. Għandu jaġixxi bi ftehim reċiproku. 3. Il-Kumitat Konġunt għandu jkun responsabbli għall-ġestjoni u l-implimentazzjoni korretta ta’ dan il-Ftehim. 4. Fuq talba ta’ xi ħadd minnhom, il-Partijiet Kontraenti għandhom jaqsmu l-informazzjoni u jwettqu konsultazzjonijiet fi ħdan il-Kumitat Konġunt dwar l-attivitajiet koperti minn dan il-Ftehim u marbuta ma' l-aspetti finanzjarji. 5. Sabiex jiddiskuti t-tħaddim xieraq ta’ dan il-Ftehim, il-Kumitat Konġunt għandu jiltaqa’ fuq talba ta’ waħda mill-Partijiet Kontraenti. Għandu jadotta r-regoli tiegħu ta’ proċedura u jista’ joħloq gruppi ta’ ħidma biex jgħinuh fix-xogħol tiegħu. 6. Il-Partijiet Kontraenti jistgħu jressqu xi tilwim marbut ma’ l-interpretazzjoni jew l-applikazzjoni ta’ dan il-Ftehim lill-Kumitat Konġunt. Il-Kumitat Konġunt jista’ jsolvi dan it-tilwim u għandu jingħata kull informazzjoni li tista' tkun utli għal eżami fil-fond tas-sitwazzjoni bl-għan li tinstab soluzzjoni aċċettabbli. Għal dan il-għan, il-Kumitat Konġunt għandu jeżamina l-possibbiltajiet kollha biex jinżamm it-tħaddim xieraq ta' dan il-Ftehim. 7. Il-Kumitat Konġunt għandu jeżamina perjodikament l-Annessi ta’ dan il-Ftehim. Fuq proposta minn waħda mill-Partijiet Kontraenti, hu jista’ jiddeċiedi li jemendahom. Artikolu 9 Monitoraġġ, evalwazzjoni u rapporti Mingħajr preġudizzju għar-responsabbiltajiet tal-Komunità fir-rigward tal-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-programm skond id-dispożizzjonijiet rilevanti fid-Deċiżjoni li tisabbilixxi l-programm MEDIA 2007, il-parteċipazzjoni ta’ l-Iżvizzera fil-programm MEDIA 2007 għandha tiġi mmonitorjata kontinwament fil-kuntest ta’ sħubija bejn il-Komunità u l-Iżvizzera. Sabiex tgħinha fit-tħejjija tar-rapporti dwar l-esperjenza miksuba fl-applikazzjoni tal-programm, l-Iżvizzera għandha tippreżenta kontribuzzjoni lill-Kummissjoni fejn tiddeskrivi l-miżuri nazzjonali meħuda mill-Iżvizzera f’dan ir-rigward. Hi għandha tieħu sehem f’kull attività speċifika oħra proposta mill-Komunità għal dan l-għan. Artikolu 10 Annessi L-Annessi ta' dan il-Ftehim se jiffurmaw parti integrali minnu. Artikolu 11 Applikazzjoni territorjali Dan il-Ftehim għandu japplika għat-territorji li fihom japplika t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, skond il-kundizzjonijiet stabbiliti f'dak it-Trattat, u għat-territorju ta’ l-Iżvizzera. Artikolu 12 Tul u terminazzjoni 1. Dan il-Ftehim huwa konkluż għat-tul tal-programm MEDIA 2007. 2. Jekk il-Komunità tadotta programm ġdid multiannwali ta’ appoġġ għas-settur awdjoviżiv Ewropew, dan il-Ftehim jista’ jiġi estiż jew innegozjat mill-ġdid skond kundizzjonijiet maqbula reċiprokament. 3. Kemm il-Komunità kif ukoll l-Iżvizzera jistgħu jtemmu dan il-Ftehim billi jinnotifikaw lill-Parti l-oħra bid-deċiżjoni tagħhom. Il-Ftehim għandu jieqaf japplika 12-il xahar wara d-data ta' din in-notifika. Il-proġetti u l-attivitajiet li jkunu fis-seħħ fil-waqt tat-terminazzjoni għandhom jissoktaw sakemm jitlestew skond il-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan il-Ftehim. Il-Partijiet Kontraenti għandhom isolvu bi ftehim reċiproku xi kwistjonijiet oħra dwar it-terminazzjoni. Artikolu 13 Dħul fis-seħħ u applikazzjoni provviżorja Dan il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ fl-ewwel jum ta’ l-ewwel xahar wara n-notifika mill-Partijiet Kontraenti li jkunu temmew il-proċeduri rispettivi tagħhom. Għandu jiġi applikat b’mod provviżorju sa mid-data meta jkun iffirmat. Artikolu 14 Użu tal-lingwi Dan il-Ftehim għandu jitfassal f'żewġ kopji bil-lingwa Bulgara, Ċeka, Daniża, Estonjana, Finlandiża, Franċiża, Ġermaniża, Griega, Ingliża, Latvjana, Litwana, Maltija, Olandiża, Pollakka, Portugiża, Rumena, Slovakka, Slovena, Spanjola, Żvediża, Taljana, u Ungeriża, b'kull test ikun ugwalment awtentiku. Magħmul fi ……….. fi……. Għall-Komunità Ewropea | Għall-Konfederazzjoni Żvizzera | ANNESS I Artikolu 1 Libertà ta’ riċezzjoni u ritrażmissjoni tax-xandir 1. L-Iżvizzera għandha tiżgura l-libertà ta’ riċezzjoni u ritrażmissjoni fit-territorju tagħha fir-rigward tax-xandir televiżiv taħt il-ġuriżdizzjoni ta’ Stat Membru tal-Komunità (kif stabbilit skond id-Direttiva tal-Kunsill 89/552/KEE tat-3 ta’ Ottubru 1989 dwar il-koordinazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, b’regolament jew b’azzjoni amministrattiva fl-Istati Membri rigward it-twettiq ta’ attivitajiet ta’ xandir televiżiv[7], minn hawn ’il quddiem imsejħa ‘id-Direttiva Televiżjoni mingħajr Fruntieri’, kif emendata mid-Direttiva 97/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill), skond il-proċeduri li ġejjin: L-Iżvizzera għandha żżomm id-dritt li (a) tissospendi r-ritrażmissjoni tax-xandir minn organizzazzjoni ta’ xandir televiżiv, taħt il-ġuriżdizzjoni ta’ Stat Membru tal-Komunità, li b’mod ċar, serju u gravi kisret ir-regoli dwar il-ħarsien tal-minuri u tad-dinjità umana stipulati fl-Artikoli 22 u 22a tad-Direttiva ‘Televiżjoni mingħajr Fruntieri’; (b) tieħu azzjoni kontra organizzazzjoni ta’ xandir televiżiv li hi stabbilita fit-territorju ta’ Stat Membru tal-Komunità iżda li l-attività tagħha hija indirizzata kompletament jew primarjament lejn it-territorju Żvizzeru, jekk il-post ta’ stabbiliment intgħażel bl-għan li jiġu evażi r-regoli li kienu jkunu applikabbli għall-organizzazzjoni li kieku kienet stabbilita fit-territorju Żvizzeru. Dawn il-kundizzjonijiet se jiġu interpretati fid-dawl tal-każistika rilevanti tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej. 2. Fil-każijiet imsemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, għandha tittieħed azzjoni wara skambju ta’ fehmiet fi ħdan il-Kumitat Konġunt stabbilit skond dan il-Ftehim. Artikolu 2 Avvenimenti ta' importanza kbira għas-soċjetà 1. L-Iżvizzera għandha tiżgura li x-xandara fil-ġuriżdizzjoni tagħha ma jeżerċitawx drittijiet esklussivi fuq avvenimenti ta’ importanza kbira skond il-lista ta’ Stat Membru tal-Komunità b’tali mod li proporzjon sostanzjali tal-pubbliku ta’ dan l-Istat Membru jkun mċaħħad milli jsegwi dawn l-avvenimenti, skond l-Artikolu 3a tad-Direttiva ‘Televiżjoni mingħajr Fruntieri’. 2. Skond id-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 3a tad-Direttiva ‘Televiżjoni mingħajr Fruntieri’, l-Iżvizzera għandha tgħarraf lill-Kummissjoni Ewropea dwar il-miżuri meħuda jew li għandhom jittieħdu f’dan ir-rigward. Artikolu 3 Promozzjoni tad-distribuzzjoni u l-produzzjoni ta' xogħlijiet Ewropej Għall-għan ta’ l-implimentazzjoni tal-miżuri dwar il-promozzjoni u d-distribuzzjoni ta' xogħlijiet Ewropej, id-definizzjoni ta’ xogħol Ewropew għandha tkun dik stipulata fl-Artikolu 6 tad-Direttiva ‘Televiżjoni mingħajr Fruntieri’. Artikolu 4 Dispożizzjonijiet tranżitorji L-Artikolu 1 f’dan l-Anness se japplika mit-30 ta’ Novembru 2009. Qabel it-30 ta’ Novembru 2009, id-dispożizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 1 ta’ l-Anness II tal-Ftehim tas-26 ta’ Ottubru 2004 bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera fil-qasam awdjoviżiv, li jistabbilixxi t-termini u l-kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera fil-programmi tal-Komunità MEDIA Plus u MEDIA Taħriġ se jibqgħu japplikaw. ANNESS II Kontribuzzjoni finanzjarja ta’ l-Iżvizzera lill-MEDIA 2007 1. Il-kontribuzzjoni finanzjarja li għandha ssir mill-Iżvizzera lill-baġit ta’ l-Unjoni Ewropea biex tipparteċipa fil-programm MEDIA 2007 għandha tkun kif ġej (f’euro): 2007 | 2008 | 2009 | 2010 | 2011 | 2012 | 2013 | 4 205 000 | 5 805 677 | 5 921 591 | 6 039 823 | 6 160 419 | 6 283 427 | 6 408 897 | 2. Ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej[8] u r-regoli ta’ implimentazzjoni tiegħu[9] għandhom japplikaw, b’mod partikolari għall-ġestjoni tal-kontribuzzjoni ta’ l-Iżvizzera. 3. L-ispejjeż għall-ivvjaġġar u għall-għajxien tar-rappreżentanti u ta’ l-esperti mill-Iżvizzera f’dak li għandu x’jaqsam mal-parteċipazzjoni tagħhom fil-laqgħat organizzati mill-Kummissjoni b’rabta ma’ l-implimentazzjoni tal-programm għandhom jiġu rimborżati mill-Kummissjoni fuq l-istess bażi u skond il-proċeduri li bħalissa huma fis-seħħ għal esperti mill-Istati Membri tal-Komunità. 4. Wara l-applikazzjoni provviżorja ta’ dan il-Ftehim, u fil-bidu ta’ kull sena sussegwenti, il-Kummissjoni se tibgħat talba lill-Iżvizzera għal fondi li jikkorrispondu għall-kontribuzzjoni tagħha lill-baġit għall-programm, skond dan il-Ftehim. Din il-kontribuzzjoni għandha tiġi espressa f'euro u mħallsa ġo kont bankarju ta’ l-euro tal-Kummissjoni. 5. L-Iżvizzera għandha tħallas il-kontribuzzjoni tagħha sa l-1 ta’ April, jekk it-talba għall-fondi tintbagħat mill-Kummissjoni qabel l-1 ta’ Marzu, jew mhux aktar tard minn 30 jum wara t-talba għall-fondi jekk din tintbagħat mill-Kummissjoni wara dik id-data. Kull dewmien fil-ħlas tal-kontribuzzjoni se jimplika l-ħlas ta' imgħax mill-Iżvizzera fuq l-ammont pendenti mid-data dovuta. Ir-rata ta' l-interessi għandha tikkorrispondi għar-rata applikata mill-Bank Ċentrali Ewropew, fid-data dovuta, għall-operazzjonijiet tiegħu f'euro, b’żieda ta' 3.5 punti perċentwali. ANNESS III Kontroll finanzjarju tal-parteċipanti Żvizzeri fil-programm MEDIA 2007 Artikolu 1 Komunikazzjoni diretta Il-Kummissjoni għandha tikkomunika direttament mal-parteċipanti tal-programm stabbiliti fl-Iżvizzera u mas-sottokuntratturi tagħhom. Dawn jistgħu jippreżentaw direttament lill-Kummissjoni l-informazzjoni u d-dokumentazzjoni rilevanti kollha li huma obbligati li jipprovdu fuq il-bażi ta’ l-istrumenti msemmija f'dan il-Ftehim u tal-kuntratti konklużi biex jiġu implimentati. Artikolu 2 Verifiki 1. Skond ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej, kif emendat l-aħħar bir-Regolament Nru 1995/2006 tat-13 ta’ Diċembru 2006, u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2342/2002 tat-23 ta’ Diċembru 2002 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002, kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 478/2007 tat-23 ta’ April 2007, u skond id-dispożizzjonijiet l-oħra msemmija f’dan il-Ftehim, id-deċiżjonijiet dwar ftehim ta’ għotja li jinvolvu l-parteċipanti tal-programm stabbiliti fl-Iżvizzera jistgħu jipprevedu verifiki xjentifiċi, finanzjarji, teknoloġiċi jew verifiki oħra li għandhom jitmexxew f’kull ħin fl-istabbilimenti tal-parteċipanti jew tas-sottokuntratturi tagħhom mill-istaff tal-Kummissjoni jew persuni oħra awtorizzati mill-Kummissjoni. 2. L-istaff tal-Kummissjoni u persuni oħra awtorizzati mill-Kummissjoni għandu jkollhom aċċess xieraq għas-siti, xogħlijiet u dokumenti u għall-informazzjoni kollha meħtieġa sabiex iwettqu t-tali verifiki, inkluż informazzjoni fil-forma elettronika. Dan id-dritt ta' aċċess għandu jiġi ddikjarat b’mod espliċitu fil-kuntratti konklużi biex jiġu implimentati l-istrumenti msemmija f'dan il-ftehim. 3. Il-Qorti ta' l-Awdituri tal-Komunitajiet Ewropej għandu jkollha l-istess drittijiet bħall-Kummissjoni. 4. Il-verifiki jistgħu jsiru wara li jiskadi l-programm jew dan il-Ftehim, skond it-termini stabbiliti fil-kuntratti kkonċernati. 5. L-Uffiċċju Federali tal-Verifika Żvizzeru għandu jiġi mgħarraf minn qabel bil-verifiki li għandhom isiru fit-territorju Żvizzeru. Din l-informazzjoni mhijiex kundizzjoni legali għat-twettiq tal-verifiki. Artikolu 3 Kontrolli fuq il-post 1. Fi ħdan il-Qafas ta’ dan il-Ftehim, il-Kummissjoni (u l-OLAF) hija awtorizzata li twettaq kontrolli u spezzjonijiet fuq il-post fit-territorju Żvizzeru, skond it-termini u l-kundizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 tal-11 ta' Novembru 1996 dwar il-kontrolli u l-ispezzjonijiet fuq il-post imwettqa mill-Kummissjoni sabiex tħares l-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet Ewropej kontra l-frodi u irregolarijiet oħra. 2. Il-kontrolli u l-ispezzjonijiet fuq il-post għandhom jitħejjew u jitmexxew mill-Kummissjoni b'kollaborazzjoni mill-qrib ma' l-Uffiċċju Federali tal-Verifika Żvizzeru jew ma' l-awtoritajiet kompetenti Żvizzeri oħra nnominati mill-Uffiċċju Federali tal-Verifika Żvizzeru, li għandhom jiġu nnotifikati fi żmien xieraq dwar l-iskop, l-għan u l-bażi legali tal-kontrolli u l-ispezzjonijiet, sabiex ikunu jistgħu jipprovdu l-għajnuna kollha meħtieġa. Għal dak il-għan, l-uffiċjali ta' l-awtoritajiet kompetenti Żvizzeri jistgħu jipparteċipaw fil-kontrolli u fl-ispezzjonijiet fuq il-post. 3. Jekk l-awtoritajiet Żvizzeri kkonċernati jkunu jixtiequ hekk, il-kontrolli u l-ispezzjonijiet fuq il-post jistgħu jitwettqu b’mod konġunt mill-Kummissjoni u minnhom. 4. Jekk il-parteċipanti fil-programm MEDIA 2007 jopponu għal kontroll jew spezzjoni fuq il-post, l-awtoritajiet Żvizzeri, b'konformità mar-regoli nazzjonali, għandhom jagħtu l-assistenza meħtieġa lill-ispetturi tal-Kummissjoni biex jaqdu dmirijiethom ta' kontroll u spezzjoni fuq il-post. 5. Il-Kummissjoni għandha tħejji rapport malajr kemm jista' jkun lill-Uffiċċju Federali tal-Verifika Żvizzeru dwar xi fatt jew suspett marbut ma’ xi irregolarità li tkun waslet għan-notifika tagħha waqt li jkunu qed isiru l-kontrolli jew l-ispezzjonijiet fuq il-post. F’kull każ, il-Kummissjoni hija obbligata li tgħarraf lill-awtorità msemmija hawn fuq bir-riżultat ta' tali kontrolli u spezzjonijiet. Artikolu 4 Informazzjoni u konsultazzjoni 1. Għall-għanijiet ta' implimentazzjoni korretta ta' dan l-Anness, l-awtoritajiet kompetenti Żvizzeri u Komunitarji għandhom jaqsmu l-informazzjoni b’mod regolari u, fuq talba ta' waħda mill-Partijiet, għandhom iwettqu konsultazzjonijiet. 2. L-awtoritajiet kompetenti Żvizzeri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni mingħajr dewmien dwar kull informazzjoni li tkun waslet għan-notifika tagħhom li tindika xi irregolarità b'rabta mal-konklużjoni u l-implimentazzjoni ta’ kuntratti jew ftehim konklużi biex ikunu implimentati l-istrumenti msemmija f’dan il-Ftehim. Artikolu 5 Kunfidenzjalità L-informazzjoni kkomunikata jew miksuba f’kull għamla skond dan l-Anness għandha tkun koperta bis-segretezza professjonali u mħarsa bl-istess mod bħalma tkun imħarsa informazzjoni simili mill-liġi Żvizzera u mid-dispożizzjonijiet korrispondenti applikabbli għall-istituzzjonijiet tal-Komunità. Tali informazzjoni ma tistax tiġi kkomunikata għajr lil persuni fl-istituzzjonijiet tal-Komunità, fl-Istati Membri jew fl-Iżvizzera, li l-funzjonijiet tagħhom jirrikjedu li jkunu jafu biha, l-anqas ma tista’ tintuża għal għanijiet oħra ħlief dawk biex ikun żgurat il-ħarsien effettiv ta' l-interessi finanzjarji tal-Partijiet Kontraenti. Artikolu 6 Miżuri amministrattivi u penali Mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tal-liġi kriminali Żvizzera, jistgħu jiġu imposti miżuri amministrattivi u penali mill-Kummissjoni skond ir-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002, ir-Regolament (KE, Euratom) Nru 2342/2002 u r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95 tat-18 ta' Diċembru 1995 dwar il-ħarsien ta' l-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet Ewropej. Artikolu 7 Irkupru u infurzar Id-deċiżjonijiet meħuda mill-Kummissjoni taħt il-programm MEDIA 2007 fl-ambitu ta' dan il-Ftehim li jimponu obbligu ta’ ħlas ta’ flus fuq persuni oħra li mhumiex Stati, għandhom jiġu infurzati fl-Iżvizzera. L-ordni għall-infurzar għandu jinħareġ, mingħajr ebda kontroll iehor ħlief il-verifika ta' l-awtentiċità ta' l-att, mill-awtorità nnominata mill-gvern Żvizzeru, li għandha tgħarraf lill-Kummissjoni b'dan mingħajr dewmien żejjed. L-infurzar għandu jseħħ b'konformità mar-regoli ta’ proċedura Żvizzeri. Il-legalità tad-deċiżjoni ta’ l-infurzar għandha tkun soġġetta għal kontroll mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej. Is-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej u tal-Qorti tal-Prim Istanza sussegwenti għal klawsola ta' arbitraġġ huma infurzabbli bl-istess termini. ATT FINALI Il-plenipotenzjari tal-KOMUNITÀ EWROPEA u tal-KONFEDERAZZJONI ŻVIZZERA, li ltaqgħu fi ……..fi ……….. 2007, għall-iffirmar tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera fil-qasam awdjoviżiv, li jistabbilixxi t-termini u l-kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera fil-programm tal-Komunità MEDIA 2007, adottaw id-dikjarazzjonijiet konġunti li ġejjin, li jinsabu mehmuża ma' dan l-Att Finali: Id-Dikjarazzjoni Konġunta mill-Partijiet Kontraenti dwar l-iżvilupp ta’ djalogu ta’ benefiċċju reċiproku dwar il-politika awdjoviżiva. Id-Dikjarazzjoni Konġunta mill-Partijiet Kontraenti dwar l-adattament tal-Ftehim għad-Direttiva ġdida tal-Komunità. Huma ħadu nota wkoll tad-dikjarazzjonijiet li ġejjin, li jinsabu mehmuża ma' dan l-Att Finali: Id-Dikjarazzjoni tal-Kunsill dwar il-parteċipazzjoni Żvizzera fil-kumitati. Id-Dikjarazzjoni tal-Kunsill dwar l-Anness I tal-Ftehim. Magħmul fi …….. fi…………………… Għall-Konfederazzjoni Żvizzera | Għall-Komunità Ewropea | DIKJARAZZJONI KONĠUNTA mill-Partijiet Kontraenti dwar l-iżvilupp ta’ djalogu ta’ benefiċċju reċiproku dwar il-politika awdjoviżiva Iż-żewġ Partijiet jiddikjaraw li, bl-għan li tkun żgurata l-implimentazzjoni korretta tal-Ftehim u jkun ikkonsolidat l-ispirtu ta' kooperazzjoni fi kwistjonijiet marbuta mal-politika awdjoviżiva, l-iżvilupp ta' djalogu dwar dawn is-suġġetti huwa kwistjoni ta’ interess komuni. Iż-żewġ Partijiet jiddikjaraw li dan id-djalogu se jseħħ kemm fi ħdan il-Kumitat Konġunt stabbilit skond il-Ftehim u f’areni oħra, fejn ikun xieraq u kull meta jkun meħtieġ. Iż-żewġ Partijiet jiddikjaraw li, b’dan il-ħsieb, ir-rappreżentanti ta’ l-Iżvizzera jistgħu jiġu mistiedna għal laqgħat li jsiru fil-marġinu tal-laqgħat tal-‘Kumitat ta' Kuntatt’ stabbilit bid-Direttiva 97/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Ġunju 1997 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 89/552/KEE dwar il-koordinazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, b’regolament jew b’azzjoni amministrattiva fl-Istati Membri rigward it-twettiq ta’ attivitajiet ta’ xandir televiżiv. DIKJARAZZJONI KONĠUNTA mill-Partijiet Kontraenti dwar l-adattament tal-Ftehim għad-Direttiva ġdida tal-Komunità Il-Partijiet jiddikjaraw li meta tiġi adottata Direttiva ġdida fuq il-bażi tal-Proposta tal-Kummissjoni għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 89/552/KEE (COM/2005/0646 finali), il-Kumitat Konġunt għandu jiddeċiedi dwar is-sostituzzjoni fl-Artikolu 1 ta’ l-Anness I, tar-referenza għad-Direttiva 97/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill b’referenza għad-direttiva l-ġdida. DIKJARAZZJONI TAL-KUNSILL dwar il-parteċipazzjoni Żvizzera fil-kumitati Il-Kunsill jaqbel li r-rappreżentanti ta' l-Iżvizzera għandhom, sakemm il-kwistjonijiet jikkonċernawhom, jattendu l-laqgħat tal-kumitati u tal-gruppi ta' esperti tal-programm MEDIA bħala osservaturi. Dawn il-kumitati u gruppi ta’ esperti għandhom jiltaqgħu mingħajr ir-rappreżentanti Żvizzeri meta ssir il-votazzjoni. DIKJARAZZJONI TAL-KUNSILL dwar l-Anness I tal-Ftehim Għat-tħaddim tajjeb tal-Ftehim, i) bi qbil ma’ l-impenn ta’ l-Iżvizzera dwar il-libertà ta’ riċezzjoni u ritrażmissjoni tax-xandir, ix-xandiriet televiżivi taħt il-ġuriżdizzjoni ta’ l-Iżvizzera għandhom jingħataw l-istess trattament li l-Iżvizzera tapplika għal xandiriet televiżivi taħt il-ġuriżdizzjoni ta’ Stat Membru tal-Komunità, kif stabbilit fl-Artikolu 1 f’dan l-Anness. ii) bi qbil ma’ l-impenn ta’ l-Iżvizzera biex tiffaċilita l-applikazzjoni ta’ dispożizzjonijiet dwar il-miżuri meħuda mill-Istati Membri biex ikun żgurat ix-xandir ta’ avvenimenti ta’ importanza kbira għas-soċjetà, trattament ugwali għal dak mogħti lill-miżuri ta' l-Istati Membri previsti skond l-Artikolu 3a tad-Direttiva ‘Televiżjoni mingħajr Fruntieri', għandu jingħata lil miżuri meħuda jew li għandhom jittieħdu mill-Iżvizzera f'dan ir-rigward. DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA 1. ISEM TAL-PROPOSTA Proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-iffirmar ta' Ftehim bejn il-Komunità u l-Konfederazzjoni Żvizzera fil-qasam Awdjoviżiv, li jistabbilixxi t-termini u l-kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera fil-programmi tal-Komunità MEDIA 2007, u Att finali. 2. QAFAS ABM / ABB Qasam ta’ politika: Soċjetà Informatika u Mezzi tax-Xandir 3. LINJI TAL-BAĠIT 4. Il-linji tal-baġit (linji operattivi u linji relatati ta’ għajnuna teknika u amministrattiva (eż-linji B.A) inklużi l-intestaturi: 5. Il-parteċipazzjoni ta’ l-imsieħba Żvizzeri f’attivitajiet tal-programm, kif ukoll l-ispejjeż marbuta ma' l-implimentazzjoni tal-Ftehim (spejjeż ta' l-ivvjaġġar ta' esperti Ewropej u uffiċjali tal-Kummissjoni fuq missjonijiet, sessjonijiet ta' ħidma, seminars u laqgħat) se jiġu ddebitati lil intestaturi baġitarji speċifiċi għall-programm MEDIA 2007 u linji baġitarji relatati:09 06 01 Media 200709 01 04 05 MEDIA 2007 Nefqa fuq ġestjoni Amministrattiva09 01 04 30 L-Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżwali u l-Kultura – Sussidju għall-programmi taħt l-intestatura 3B 6. Il-parteċipazzjoni Żvizzera 7. Linja baġitarja 6033 (dħul). 8. It-tul ta' żmien ta' l-azzjoni u ta' l-impatt finanzjarju: Mid-data ta’ l-iffirmar tagħha għat-tul tal-programm MEDIA 2007, kif stabbilit fl-Artikoli 12 u 13 tal-Ftehim. 9. Karatteristiċi tal-baġit (żid ir-ringieli jekk meħtieġ): Linja baġitarja | Tip ta' nefqa | Ġdid | Kontribuzzjoni mill-EFTA | Kontribuzzjoni mill-pajjiżi applikanti | Intestatura fil-perspettiva finanzjarja | 06 06 01 09 01 04 05 09 01 04 30 | Mhux obblig. Mhux obblig. Mhux obblig. | Diff[10] Mhux diff[11] Mhux diff | Le Le Le | Iva Iva Iva | Iva Iva Iva | Nru 3B Nru 3B Nru 3B | 10. TAQSIRA TAR-RIŻORSI 11. Riżorsi Finanzjarji 12. Taqsira ta’ l-approprjazzonijiet ta’ impenn (CA) u l-approprjazzjonijiet ta’ ħlas (PA) € f | TOTAL ta’ CA inkluż il-kofinanzjament | a+c+d+e+f | 13. Il-kompatibbiltà ma' l-Ipprogrammar Finanzjarju x Il-proposta hija kompatibbli ma' l-ipprogrammar finanzjarju eżistenti. ( Il-proposta se tikkonsisti fl-ipprogrammar mill-ġdid ta’ l-intestatura rilevanti fil-perspettiva finanzjarja. ( Il-proposta tista’ teħtieġ l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Ftehim Interistituzzjonali[15] (jiġifieri strument ta’ flessibbiltà jew reviżjoni tal-perspettiva finanzjarja). 14. L-impatt finanzjarju fuq id-Dħul ( Il-proposta ma għandhiex implikazzjonijiet finanzjarji fuq id-dħul x Il-proposta tħalli impatt finanzjarju – l-effett fuq id-dħul hu kif ġej: € Qabel l-azzjoni [Sena n - 1] | Is-sitwazzjoni wara l-azzjoni | B*, C*/AST | 12 360 | 8 missjonijiet ta’ jumejn | 24 720 | Kumpens għall-ivvjaġġar u kumpens għall-għajxien għal 16-il parteċipant f’laqgħat li jdumu jumejn | (8 240+ 6 180) =14 420 | Kumpens għall-ivvjaġġar u kumpens għall-għajxien għal tliet parteċipanti f’laqgħat li jdumu jumejn Kumpens għall-ivvjaġġar u kumpens għall-għajxien għal żewġ esperti Żvizzeri f’żewġ laqgħat li jdumu medja ta' ħamest ijiem | 15. Spiża finanzjarja ta’ riżorsi umani u spejjeż assoċjati mhux inklużi fl-ammont ta’ referenza € Tip ta’ riżorsi umani |2007 |2008 |2009 |2010 |2011 |2012 |2013 |Total | |Uffiċjali u persunal temporanju (XX 01 01) | | | | | | | | | |Persunal iffinanzjat mill-Artikolu XX 01 02 (awżiljarju, END, persunal b'kuntratt, eċċ.) (speċifika l-linja baġitarja) |0 |0 |0 |0 |0 |0 |0 |0 | | Spiża totali fuq Riżorsi Umani u spejjeż assoċjati (MHUX inklużi fl-ammont ta’ referenza) | | | | | | | | | | Kalkolu – Uffiċjali u aġenti Temporanji - NA Għandha ssir referenza għall-Punt 8.2.1, jekk applikabbli Kalkolu – Persunal iffinanzjat taħt l-Art. XX 01 02 - NA Għandha ssir referenza għall-Punt 8.2.1, jekk applikabbli 16. Nefqa amministrattiva oħra mhux inkluża fl-ammont ta' referenza € | 2007 |2008 |2009 |2010 |2011 |2012 |2013 |TOTAL | |XX 01 02 11 01 – Missjonijiet | | | | | | | | | |XX 01 02 11 02 – Laqgħat u Konferenzi | | | | | | | | | |XX 01 02 11 03[22] – Kumitati | | | | | | | | | |XX 01 02 11 04 – Studji u konsultazzjonijiet | | | | | | | | | |XX 01 02 11 05 – Sistemi ta' informazzjoni | | | | | | | | | | 2. Total ta' Nefqiet Oħrajn ta' Ġestjoni (XX 01 02 11) | | | | | | | | | | 3. Nefqa oħra ta’ natura amministrattiva (speċifika billi tindika r-referenza għall-linja baġitarja) | | | | | | | | | | Total ta’ nefqa Amministrattiva, għajr riżorsi umani u nefqiet assoċjati (li MHUMIEX inklużi fl-ammont ta’ referenza) |0 |0 |0 |0 |0 |0 |0 | | |Kalkolu – Nefqa amministrattiva oħra mhux inkluża fl-ammont ta' referenza ANNESS METODU TA’ KALKOLU TA' L-EFFETT FUQ ID-DĦUL Il-kontribuzzjoni ta’ l-Iżvizzera lill-baġit tal-programm MEDIA 2007 tqis żewġ elementi: - l-ispejjeż operattivi prevedibbli, li ġew ikkalkolati fuq il-bażi tal-baġits tal-programm u l-kapaċità stmata ta’ assorbiment tal-pajjiż, - l-ispejjeż amministrattivi prevedibbli, li jikkorrispondu għal-laqgħat, għall-missjonijiet u għal impjegat A temporanju wieħed. ***** [1] Id-Deċiżjoni Nru 1718/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Novembru 2006 dwar l-implimentazzjoni ta' programm ta' appoġġ lis-settur awdjoviżiv Ewropew (MEDIA 2007) (ĠU L 327, 24.11.2006, p. 12). 2 ĠU L 90, tat-28.3.2006, p. 23. 3 ĠU L 90, tat-28.3.2006, p. 35. 4 ĠU C..., ... p. .... 5 ĠU L … ta’ …, p…. 6 Id-Deċiżjoni Nru 1718/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Novembru 2006 dwar l-implimentazzjoni ta' programm ta' appoġġ għas-settur awdjoviżiv Ewropew (MEDIA 2007) (ĠU L 327, 24.11.2006, p. 12). 7 Id-Direttiva tal-Kunsill 89/552/KEE tat-3 ta’ Ottubru 1989 dwar il-koordinazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, b’regolament jew b’azzjoni amministrattiva fi Stati Membri rigward it-twettiq ta’ attivitajiet ta’ xandir televiżiv (ĠU L 298, 17.10.1989, p. 23). 8 Ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU L 248 tas-16.9.2002, p.1), kif immodifikat mir-Regolament Nru 1995/2006 tat-13 ta’ Diċembru 2006 (ĠU L 390 tat-30.12.2006, p.1). 9 Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2342/2002 tat-23 ta’ Diċembru 2002 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (ĠU L 357 tal-31.12.2002, p.1), kif immodifikat l-aħħar mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 478/2007 tat-23 ta’ April 2007 (ĠU L 111 tat-28.04.2007, p.13-45). [2] Approprjazzjonijiet differenzjati. [3] Approprjazzjonijiet mhux differenzjati. [4] Nefqa li ma taqax taħt il-Kapitolu xx 01 tat-Titolu xx ikkonċernat. [5] Nefqa skond l-Artikolu xx 01 04 tat-Titolu xx. [6] Nefqa skond l-Kapitolu xx 01 minbarra l-Artikoli xx 01 04 jew xx 01 05. [7] Ara l-punti 19 u 24 tal-ftehim Interistituzzjonali. [8] Jekk jiġi indikat aktar minn metodu wieħed, jekk jogħġbok agħti dettalji addizzjonali fit-taqsima "Kummenti rilevanti" ta' dan il-punt. [9] Kif imfisser fit-Taqsima 5.3. [10] In-nefqa tiegħu MHIX koperta mill-ammont ta’ referenza. [11] In-nefqa tiegħu MHIX koperta mill-ammont ta’ referenza. [12] In-nefqa tiegħu inkluża fi ħdan l-ammont ta’ referenza. [13] Kumitati għall-ġestjoni tal-programmi u eventwalment kumitati għall-għażla ta’ proġetti [14] Speċifika t-tip ta’ kumitat u l-grupp li għalih jappartjeni.