This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52007PC0438(01)
Proposal for a Council Decision concerning the signing of the Agreement between the European Community and the Republic of Serbia on readmission
Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-iffirmar tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubbika tas-Serbja dwar l-ilqugħ mill-ġdid
Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-iffirmar tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubbika tas-Serbja dwar l-ilqugħ mill-ġdid
/* KUMM/2007/0438 finali - CNS 2007/0153 */
[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ | Brussel 23.7.2007 KUMM(2007) 438 finali 2007/0153 (CNS) Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar l-iffirmar tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubbika tas-Serbja dwar l-ilqugħ mill-ġdid Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubbika tas-Serbja dwar l-ilqugħ mill-ġdid (preżentati mill-Kummissjoni) MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI I. IL-QAFAS POLITIKU U LEGALI L-importanza għar-Repubblika tas-Serbja, kif ukoll għall-pajjiżi l-oħrajn kollha tal-Balkani tal-Punent, li jittrattaw il-kwistjonijiet ta’ migrazzjoni illegali ġiet affermata mill-ġdid fil-konklużjonijiet tas-Samit UE-Balkani tal-Punent li sar f’Tessaloniki fil-21 ta’ Ġunju 2003, li kkonferma wkoll il-perspettiva Ewropea tal-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent. Skond l-istess dokument, id-djalogu dwar il-kwistjonijiet tal-viża se jiddependi fuq il-ġlieda kontra, fost l-oħrajn, l-immigrazzjoni illegali. Dwar l- ilqugħ mill-ġdid, l-“aġenda ta’ Tessaloniki” ħabbret l-impenn ta’ l-UE li twettaq u tikkonkludi ftehimiet dwar l-ilqugħ mill-ġdid mal-pajjiżi kollha fir-reġjun. Hija wkoll stiednet lir-Repubblika tas-Serbja u lil pajjiżi oħrajn tal-Balkani tal-Punent jieħdu l-miżuri kollha neċessarji biex jiffaċilitaw l-konklużjoni, u jiżguraw l-implimentazzjoni, ta’ dawn il-ftehimiet. Fit-13 ta’ Novembru 2006 il-Kunsill ta’ l-Affarijiet Ġenerali u tar-Relazzjonijiet Esterni awtorizza b’mod formali lill-Kummissjoni tinnegozja ftehim dwar l- ilqugħ mill-ġdid mar-Repubblika tas-Serbja. Fl-istess jum il-Kunsill adotta direttivi ta’ negozjar ta’ ftehimiet dwar l-ilqugħ mill-ġdid mal-pajjiżi l-oħrajn tal-Balkani tal-Punent. F’Novembru 2006 il-Kummissjoni ttrażmettiet abbozz ta’ ftehim bejn il-Komunità Ewropea u s-Serbja lill-awtoritajiet Serbjani. In-negozjati bdew fit-30 ta’ Novembru 2006 u l-ewwel sessjoni formali saret fi Brussell fl-4 ta’ Diċembru 2006. Saru żewġ sessjonijiet oħrajn fi Brussell u Belgrade rispettivament b’mod parallel ("dahar-ma’-dahar") man-negozjati dwar ftehim dwar faċilitazzjoni tal-viża KE-Serbja. Barra minn dan, kultant ġew ippreparati negozjati formali permezz ta’ laqgħat informali ta’ l-esperti. L-aħħar sessjoni formali ta’ negozjati saret fil-11 ta’ April 2007, li waqtha sar qbil dwar il-kwistjonijiet kollha pendenti ħlief waħda, inkluż l-ilqugħ mill-ġdid tal-persuni li qabel kellhom nazzjonalità tar-Repubblika Federali Soċjalista tal-Jugoslavja li ma kisbu ebda nazzjonalità oħra. Għall-aħħar kwistjoni li fadal, li tikkonċerna l-kundizzjonijiet għall-ilqugħ mill-ġdid ta’ persuni ta’ nazzjonalità ta’ pajjiżi terzi u persuni mingħajr Stat, il-Kummissjoni kellha tikkonsulta lill-Istati Membri, u dan għamlitu fil-25 ta’ April fil-qafas tal-Grupp ta’ Ħidma tal-Kunsill dwar il-Migrazzjoni u l-Espulsjoni. Fuq il-bażi ta’ din il-konsultazzjoni, il-Kummissjoni waslet għal qbil mall-parti Serbjana dwar il-kwistjoni pendenti fi Brussell fis-16 ta’ Mejju. It-test finali ġie inizjalat min-negozjaturi ewlenin taż-żewġ naħat fl-istess jum. L-Istati Membri ġew mgħarrfa u kkonsultati b’mod regolari fl-istadji kollha (informali u formali) tan-negozjati dwar l- ilqugħ mill-ġdid. Min-naħa tal-Komunità, il-bażi legali tal-Ftehim huwa l-Artikolu 63(3)(b), flimkien ma’ l-Artikolu 300 KE. Il-proposti annessi jikkostitwixxu l-istrumenti legali biex jiġi ffirmat u konkluż il-Ftehim dwar l- ilqugħ mill-ġdid. Il-Kunsill jiddeċiedi b’maġġoranza kkwalifikata. Il-Parlament Ewropew se jkollu jiġi kkonsultat b’mod formali dwar il-konklużjoni tal-Ftehim, skond l-Artikolu 300(3) tat-Trattat KE. Id-deċiżjoni proposta dwar il-konklużjoni tistabbilixxi l-arranġamenti neċessarji interni għall-applikazzjoni prattika tal-Ftehim. B’mod partikolari din tispeċifika li l-Kummissjoni tirrappreżenta lill-Komunità fil-Kumitat Konġunt ta’ l-Ilqugħ mill-Ġdid stabbilit mill-Artikolu 18 tal-Ftehim. Skond l-Artikolu 18(5), il-Kumitat ta’ l-Ilqugħ mill-Ġdid għandu jistabbilixxi r-regoli tiegħu ta’ proċedura. Bħalma huwa l-każ għall-ftehimiet l-oħrajn dwar l-ilqugħ mill-ġdid, il-pożizzjoni Komuntarja mill-ġdid f’dan ir-rigward għandha tiġi stabbilita mill-Kummissjoni b’konsultazzjoni ma’ kumitat speċjali maħtur mill-Kunsill. Dwar deċiżjonijiet oħrajn li għandhom jittieħdu mill-Kumitat Konġunt, il-pożizzjoni tal-Komunità għandha tiġi stabbilita skond id-dispożizzjonijiet applikabbli tat-Trattat. II. IR-RIżULTAT TAN-NEGOZJATI Il-Kummissjoni tqis li ntlaħqu l-għanijiet li waqqaf il-Kunsill fid-direttivi tiegħu dwar negozjati u li l-abbozz tal-Ftehim dwar l-ilqugħ mill-ġdid huwa aċċettabbli għall-Komunità. L-abbozz tal-Ftehim dwar l-ilqugħ mill-ġdid mar-Repubblika tas-Serbja sa fejn possibbli ġie armonizzat ma’ l-abbozzi tal-Ftehimiet dwar l-ilqugħ mill-ġdid mal-pajjiżi l-oħrajn tal-Balkani tal-Punent. Il-kontenut finali tiegħu jista’ jiġi mqassar kif ġej: - Il-Ftehim huwa mqassam fi 8 taqsimiet bi 23 Artikolu b’kollox. Fih ukoll 7 Annessi, li jiffurmaw parti integrali minnu u 7 dikjarazzjonijiet konġunti. - L-obbligi ta’ l-ilqugħ mill-ġdid stabbiliti fil-Ftehim (l-Artikoli 2 sa 5) huma mfassla b’mod għal kollox reċiproku, li jinkludi l-persuni ta’ nazzjonalità tal-pajjiż stess (l-Artikoli 2 u 4) kif ukoll persuni ta’ nazzjonalità ta’ pajjiżi terzi u persuni mingħajr stat inkluż, għas-Serbja, il-persuni li qabel kellhom nazzjonalità tar-Repubblika Federali Soċjalista tal-Jugoslavja li ma kisbu ebda nazzjonalità oħra (l-Artikoli 3 u 5). - L-obbligu li pajjiż jilqa' lura lil persuni tan-nazzjonalità tiegħu jinkludi wkoll dawk li qabel kellhom in-nazzjonalità tiegħu li rrinunzjaw, jew iċċaħħdu min-nazzjonalità tagħhom mingħajr ma jiksbu nazzjonalità ta’ Stat ieħor. - L-obbligu ta’ l-ilqugħ mill-ġdid fir-rigward ta’ persuni ta’ nazzjonalità tal-pajjiż stess ikopri wkoll lill-membri tal-familja (jiġifieri l-konjuġi u l-ulied mhux miżżewġa li għadhom minorenni) li għandhom nazzjonalità differenti minn dik tal-persuna li se jintlaqa' lura u li m’għandhomx dritt indipendenti ta’ residenza fl-Istat li jagħmel it-talba. - L-obbligu li pajjiż jilqa' lura lil persuni ta’ nazzjonalità ta’ pajjiż terz u lil persuni mingħajr nazzjonalità (l-Artikolu 3) huwa marbut ma’ dawn il-prerekwiżiti li ġejjin: (a) il-persuna kkonċernata għandha, jew fil-ħin tad-dħul kellha, viża valida jew permess ta’ residenza validu, maħruġ/a mill-Istat li lilu saret it-talba, jew (b) il-persuna kkonċernata daħlet illegalment u direttament fit-territorju ta’ l-Istat li għamel it-talba wara li tkun żaret jew għamlet tranżitu mit-territorju ta’ l-Istat Membru li lilu saret it-talba. Minn dawn l-obbligi huma eżentati l-persuni fi tranżitu bl-ajru u l-persuni kollha li lilhom l-Istat li għamel it-talba ħareġ viża jew awtorizzazzjoni ta’ residenza qabel jew wara ma jkunu daħlu fit-territorju tiegħu. - Dawk li qabel kellhom nazzjonalità tar-Repubblika Federali Soċjalista tal-Jugoslavja u li ma kisbu ebda nazzjonalità oħra ġew ittrattati bħala kategorija separata (l-Artikolu 3(3)). Is-Serbja se taċċetta li tilqagħhom mill-ġdid kemm-il darba jintlaħqu żewġ kondizzjonijiet: il-post tat-twelid tagħhom kien fit-territorju tas-Serbja u l-post ta’ residenza permanenti tagħhom fid-data ta’ l-independenza tas-Serbja (jiġifieri s-27 ta’ April 1992) kien fit-territorju ta’ dak l-Istat. Il-kondizzjonijiet speċifiċi biex jintlaqgħu lura l-persuni f'din il-kategorija ġew applikati b’mod orizzontali fil-ftehimiet kollha dwar l-ilqugħ mill-ġdid mal-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent. - Kemm għall-persuni ta’ nazzjonalità tagħha, fil-każ ta’ skadenza ta’ żmien definit, kif ukoll għal persuni ta’ nazzjonalità ta’ pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat, fil-każijiet kollha, is-Serbja taċċetta l-użu tad-dokument ta’ l-ivjaġġar standard ta’ l-UE għall-iskopijiet ta’ tkeċċija (l-Artikoli 2(4) u 3(4)). - It-Taqsima III tal-Ftehim (l-Artikoli 6 sa 9 flimkien ma’ l-Annessi 1 sa 6) fiha d-dispożizzjonijiet tekniċi neċessarji dwar il-proċedura ta’ l-ilqugħ mill-ġdid (il-forma u l-kontenut ta’ l-applikazzjoni ta’ l-ilqugħ mill-ġdid, il-mezzi ta’ prova, it-termini, il-modalitajiet tat-trasferiment u l-modalitajiet tat-trasport). Hija provduta xi flessibilità proċedurali mill-fatt li ma tkun meħtieġa ebda ilqugħ mill-ġdid fil-każijiet fejn il-persuna li se tintlaqa' lura għandha passaport nazzjonali validu u, jekk hija persuna ta’ nazzjonalità ta’ pajjiż terz, għandha wkoll viża jew awtorizzazzjoni ta’ residenza valida ta’ l-Istat li għandu jerġa’ jilqagħha lura (l-Artikolu 6(2)). L-Artikolu 6(3) fih element proċedurali ieħor importanti, l-imsejħa proċedura aċċellerata, li ġiet miftiehma għal persuni maqbuda fir-reġjun tal-fruntiera. Taħt il-proċedura aċċellerata, l-applikazzjonijiet għall-ilqugħ lura għandhom jiġu sottomessi, u għandhom jingħataw ir-risposti, fi żmien jumejn ta’ xogħol, filwaqt li taħt il-proċedura normali t-terminu għar-risposti huwa ta’ għaxart ijiem tal-kalendarju, bi dritt ta’ estensjoni sa sitt ijiem tal-kalendarju fuq talba u f’każijiet motivati. - Il-ftehim fih ukoll taqsima dwar operazzjonijiet ta’ tranżitu (l-Artikoli 13 u 14 flimkien ma’ l-Anness 7). - L-Artikoli 15 sa 17 fihom ir-regoli neċessarji dwar l-spejjeż, il-protezzjoni tad-data u r-relazzjoni ma’ obbligi Internazzjonali oħrajn. - Il-Kumitat Konġunt dwar l-ilqugħ mill-Ġdid se jkun kompost, u jkollu l-funzjonijiet u s-setgħat, kif stabbilit fl-Artikolu 18. - Sabiex il-Ftehim jiġi eżegwit fil-prattika, l-Artikolu 19 joħloq il-possibbiltà li s-Serbja u l-Istati Membri individwali jikkonkludu Protokolli bilaterali ta’ implimentazzjoni. Ir-relazzjoni bejn il-Protokolli bilaterali ta’ implimentazzjoni u wkoll ta’ ftehimiet bilaterali oħrajn ta’ l-ilqugħ mill-ġdid bejn is-Serbja u l-Istati Membri individwali ma’ dan il-Ftehim hija ċċarata mill-Artikolu 20. - Id-dispożizzjonijiet finali (l-Art. 21 sa 23) fihom ir-regoli neċessarji dwar id-dħul fis-seħħ, it-terminu, l-emendi possibbli, is-sospensjoni, it-tmiem u l-istat legali ta’ l-Annessi tal-ftehim. - Is-sitwazzjoni speċifika tad-Danimarka hija riflessa fil-preambolu, l-Artikoli 1(d), 21(2) u f’dikjarazzjoni konġunta mehmuża mal-Ftehim. L-assoċjazzjoni fil-qrib tan-Norveġja, l-Iżlanda u l-Iżvizzera ma’ l-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp ta’ l- acquis ta’ Schengen hija riflessa bl-istess mod f’dikjarazzjonijiet konġunti għall-Ftehim. III. Konklużjonijiet Fid-dawl tar-riżultati msemmija hawn fuq, il-Kummissjoni tipproponi li l-Kunsill - jiddeċiedi li l-Ftehim jiġi ffirmat f’isem il-Komunità u jawtorizza lill-President tal-Kunsill jaħtar lill-persuna/i bis-setgħa li tiffirma/jiffirmaw f’isem il-Komunità; - japprova, wara li jikkonsulta lill-Parlament Ewropew, il-Ftehim anness bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tas-Serbja dwar l-ilqugħ mill-ġdid. Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar l-iffirmar tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubbika tas-Serbja dwar l-ilqugħ mill-ġdid IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA , Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, b’mod partikolari l-Artikolu 63, paragrafu 3 (b), flimkien ma’ l-ewwel sentenza ta’ l-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 300(2) tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni [1], BILLI: (1) Bid-Deċiżjoni tiegħu tat-13 ta’ Novembru 2006, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni tinnegozja ftehim bejn il-Kummissjoni Ewropea u r-Repubblika tas-Serbja dwar l-ilqugħ mill-ġdid. (2) In-negozjati għall-ftehim saru bejn it-30 ta’ Novembru 2006 u s-16 ta’ Mejju 2007. (3) Bla ħsara għall-konklużjoni possibbli tiegħu f’data aktar tard, il-Ftehim inizjalat fi Brussell fl-14 ta’ Mejju 2007 għandu jiġi ffirmat. (4) Skond l-Artikolu 3 tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u l-Irlanda, anness mat-Trattat dwar Unjoni Ewropea u mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, ir-Renju Unit innotifika x-xewqa tiegħu li jieħu sehem fl-adozzjoni u fl-applikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni. (5) Skond l-Artikolu 3 tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u l-Irlanda, anness mat-Trattat dwar Unjoni Ewropea u mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, l-Irlanda nnotifikat ix-xewqa tagħha li tieħu sehem fl-adozzjoni u fl-applikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni. (6) Skond l-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka mehmuż mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, id-Danimarka ma tiħux sehem fl-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni u għalhekk mhijiex marbuta minnha jew suġġetta għall-applikazzjoni tagħha. IDDEĊIEDA KIF ĠEJ: Artikolu Suġġett għal konklużjoni possibbli f’data aktar tard, il-President tal-Kunsill b’dan huwa awtorizzat jinnomina lill-persuna/i bis-setgħa li tiffirma/jiffirmaw, f’isem il-Komunità Ewropea, il-Ftehim bejn il-Kummissjoni Ewropea u r-Repubblika tas-Serbja dwar l-ilqugħ mill-ġdid. Magħmul fi Brussell, fl-………..ta’…………2007. Għall-Kunsill Il-President 2007/0153 (CNS) Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubbika tas-Serbja dwar l-ilqugħ mill-ġdid IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, b’mod partikolari l-Artikolu 63, paragrafu 3 (b), flimkien ma’ l-ewwel sentenza ta’ l-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 300 (2) u l-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 300 (3) tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni [2], Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [3] BILLI: (1) Il-Kummissjoni nnegozjat f’isem il-Komunità Ewropea Ftehim mar-Repubblika tas-Serbja dwar l-ilqugħ mill-ġdid; (2) Dan il-Ftehim ġie ffirmat, f’isem il-Komunità Ewropea, fl-…….2007 bla ħsara għall-konklużjoni possibbli tiegħu f’data aktar tard, skond id-Deċiżjoni ……../……/KE tal-Kunsill tal-[………….] (3) Dan il-Ftehim għandu jiġi approvat. (4) Il-Ftehim jistabbilixxi Kumitat Konġunt ta’ l-Ilqugħ mill-Ġdid li jista’ jadotta r-regoli tal-proċedura tiegħu. Huwa xieraq li tiġi kkontemplata proċedura simplifikata għall-istabbiliment tal-pożizzjoni Komunitarja f’dan il-każ. (5) Skond l-Artikolu 3 tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u l-Irlanda, anness mat-Trattat dwar Unjoni Ewropea u mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, ir-Renju Unit innotifika x-xewqa tiegħu li jieħu sehem fl-adozzjoni u fl-applikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni. (6) Skond l-Artikolu 3 tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u l-Irlanda, anness mat-Trattat dwar Unjoni Ewropea u mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, l-Irlanda nnotifikat ix-xewqa tagħha li tieħu sehem fl-adozzjoni u fl-applikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni. (7) Skond l-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka mehmuż mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, id-Danimarka ma tiħux sehem fl-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni u għalhekk mhijiex marbuta minnha jew suġġetta għall-applikazzjoni tagħha, IDDEĊIEDA KIF ĠEJ: Artikolu 1 Il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tas-Serbja dwar l-ilqugħ mill-ġdid huwa b’dan approvat f’isem il-Komunità. It-test tal-ftehim huwa anness ma’ din id-Deċiżjoni. Artikolu 2 Il-President tal-Kunsill għandu jagħti n-notifika provduta fl-Artikolu 22 paragrafu 2 tal-Ftehim [4]. Artikolu 3 Il-Kummissjoni għandha tirrappreżenta lill-Komunità fil-Kumitat Konġunt ta’ l-Ilqugħ mill-Ġdid stabbilit mill-Artikolu 18 tal-Ftehim. Artikolu 4 Il-pożizzjoni tal-Komunità fi ħdan il-Kumitat Konġunt ta’ esperti dwar l-adozzjoni tar-regoli tal-proċedura tiegħu kif meħtieġ skond l-Artikolu 18 (5) tal-Ftehim għandha tittieħed mill-Kummissjoni wara konsultazzjoni ma’ kumitat speċjali maħtur mill-Kunsill. Artikolu 5 Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fil- Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea . Magħmul fi Brussell, fl-………..ta’…………2007 Għall-Kunsill Il-President Anness FTEHIM BEJN IL-KOMUNITÀ EWROPEA U IR-REPUBBLIKA TAS-SERBJA DWAR L-ILQUGĦ MILL-ĠDID TA’ PERSUNI LI JIRRISJEDU MINGĦAJR AWTORIZZAZZJONI FTEHIM bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tas-Serbja dwar l- ilqugħ mill-ġdid ta’ persuni li jirrisjedu mingħajr awtorizzazzjoni IL-PARTIJIET KUNTRAENTI L-GĦOLJIN IL-KOMUNITÀ EWROPEA minn hawn ’il quddiem imsejħa “l-Komunità”, u IR-REPUBBLIKA TAS-SERBJA, minn hawn ’il quddiem imsejħa “Serbja”, Determinati li jsaħħu l-kooperazzjoni tagħhom sabiex jiġġieldu kontra l-immigrazzjoni illegali b’mod aktar effettiv, Filwaqt li jixtiequ jistabbilixxu, permezz ta’ dan il-Ftehim u fuq il-bażi tar-reċiproċità, proċeduri mgħaġġla u effettivi għall-identifikazzjoni u d-dħul lura sikur u ordinat ta’ persuni li ma jilħqux, jew li m’għadhomx jilħqu, il-kondizzjonijiet ta’ dħul, preżenza jew residenza fit-territorji tas-Serbja jew wieħed mill-Istati Membri ta’ l-Unjoni Ewropea, u biex jiffaċilitaw it-tranżitu ta’ dawn il-persuni bi spirtu ta’ kooperazzjoni; Filwaqt li jenfasizzaw li dan il-Ftehim għandu jkun mingħajr preġudizzju għad-drittijiet, l-obbligi u r-responsabbiltajiet tal-Komunità, l-Istati Membri ta’ l-Unjoni Ewropea u s-Serbja li jirriżultaw mil-Liġi Internazzjonali u, b’mod partikolari, mill-Konvenzjoni Ewropea ta’ l-4 ta’ Novembru 1950 għall-Protezzjoni tad-Drittijiet Umani u l-Libertajiet Fundamentali u l-Konvenzjoni tat-28 ta’ Lulju 1951 dwar l-Istatus tar-Refuġjati; Filwaqt li jikkunsidraw li d-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Ftehim, li jaqa’ fl-ambitu tat-Titolu IV tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, ma jgħoddux għad-Danimarka skond il-Protokoll dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka mehmuż mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, FTIEHMU KIF ĠEJ: Artikolu 1 Definizzjonijiet Għall-għanijiet ta’ dan il-Ftehim: (a) “Partijiet Kuntraenti” tfisser is-Serbja u l-Komunità; (b) “Persuna ta’ nazzjonalità tas-Serbja” tfisser kwalunkwe persuna li għandha nazzjonalità tar-Repubblika tas-Serbja, skond il-leġiżlazzjoni tagħha; (c) “Persuna ta’ nazzjonalità ta’ Stat Membru” tfisser kwalunkwe persuna li għandha nazzjonalità kif definit għal skopijiet Komunitarji, ta’ Stat Membru; (d) “Stat Membru" għandha tfisser kwalunkwe Stat Membru ta’ l-Unjoni Ewropea, ħlief ir-Renju tad-Danimarka; (e) “Persuna ta’ nazzjonalità ta’ pajjiż terz” tfisser kwalunkwe persuna li għandha nazzjonalità li mhijiex tas-Serbja jew ta’ wieħed mill-Istati Membri; (f) “Persuna mingħajr stat” tfisser kwalunkwe persuna li m’għandhiex nazzjonalità; (g) “Awtorizzazzjoni ta’ residenza" għandha tfisser permess uffiċjali ta’ kwalunkwe tip maħruġ mis-Serbja jew minn wieħed mill-Istati Membri li jintitola lill-persuna li toqgħod fit-territorju tagħha jew tiegħu. Dan ma jinkludix permessi temporanji biex il-persuna tibqa’ fit-territorju ta’ l-istati msemmija in konnessjoni ma’ l-ipproċessar ta’ applikazzjoni ta’ ażil jew applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni ta’ residenza; (h) “Viża" għandha tfisser awtorizzazzjoni maħruġa jew deċiżjoni meħuda mis-Serbja jew minn xi wieħed mill-Istati Membri, li hija meħtieġa biex persuna tidħol, jew tgħaddi mit-territorju tagħha jew tiegħu. Dan m’għandux jinkludi l-kategorija speċifika tal-viża ta’ tranżitu fl-ajruport; (i) “Stat li għamel it-talba" għandu jfisser l-Istat (Serbja jew wieħed mill-Istati Membri) li ssottometta applikazzjoni ta’ ilqugħ mill-ġdid skond l-Artikolu 7 jew jew applikazzjoni ta’ tranżitu skond l-Artikolu 14 ta’ dan il-Ftehim; (j) “Stat li lilu saret it-talba" għandu jfisser l-Istat (Serbja jew wieħed mill-Istati Membri) li lilu hija indirizzata applikazzjoni ta’ ilqugħ mill-ġdid skond l-Artikolu 7 jew applikazzjoni għal tranżitu skond l-Artikolu 14 ta’ dan il-Ftehim; (k) “L-Awtorità Kompetenti" għandha tfisser kull awtorità nazzjonali tas-Serbja jew wieħed mill-Istati Membri li għandha l-inkarigu li timplimenta dan il-Ftehim skond l-Artikolu 19 (1) (a) tiegħu. (l) “Reġjun fuq il-fruntiera” għandha tfisser żona li testendi sa 30 kilometru mill-fruntiera komuni fuq l-art bejn Stat Membru u s-Serbja, kif ukoll it-territorji ta’ l-ajruporti internazzjonali ta’ l-Istati Membri u s-Serbja. (m) “Tranżitu" għandu jfisser il-passaġġ ta’ ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna mingħajr stat mit-territorju tal-pajjiż li saritlu t-talba waqt il-vjaġġ mill-Istat li għamel it-talba sal-pajjiż tad-destinazzjoni. TAQSIMA I. L-OBBLIGI TA' ILQUGħ MILL-ĠDID MIS-SERBJA Artikolu 2 L- ilqugħ mill-ġdid tal-persuni ta’ nazzjonalità tas-Serbja (1) Is-Serbja għandha tħalli tidħol mill-ġdid, wara applikazzjoni minn Stat Membru u mingħajr formalitajiet ulterjuri minbarra dawk provduti f’dan l-Ftehim, kull persuna li ma tissodisfax jew m'għadhiex tissodisfa l-kondizzjonijiet tad-dħul, preżenza jew residenza fit-territorju ta’ l-Istat Membru li jagħmel it-talba sakemm huwa stabbilit jew jista’ jiġi assunt b’mod validu fuq bażi ta’ provi prima facie li jkunu ġew provduti, li għandha n-nazzjonalità tas-Serbja . (2) Is-Serbja għandha wkoll tħalli jidħlu mill-ġdid: - ulied minorenni mhux miżżewġa tal-persuni msemmija fil-paragrafu 1, irrispettivament mill-post tat-twelid jew ta’ nazzjonalità tagħhom, kemm-il darba m’għandhomx dritt indipendenti ta’ residenza fl-Istat Membru li jkun għamel it-talba; - konjuġi, li għandhom nazzjonalità oħra, tal-persuni msemmija fil-paragrafu 1, kemm-il darba għandhom id-dritt li jidħlu u joqogħdu fit-territorju tas-Serbja, kemm-il darba m’għandhomx dritt indipendenti ta’ residenza fl-Istat Membru li jkun għamel it-talba. (3) Is-Serbja għandha wkoll tħalli jidħlu mill-ġdid lil persuni li rrinunzjaw in-nazzjonalità tas-Serbja minn meta daħlu fit-territorju ta’ Stat Membru, kemm-il darba dawn il-persuni ma ġewx għall-inqas imwiegħda n-naturalizzazzjoni minn xi wieħed mill-Istati Membri. (4) Wara li s-Serbja tkun tat risposta pożittiva għall-applikazzjoni ta’ lqugħ mill-ġdid, il-Missjoni Diplomatika jew l-Uffiċċju Konsulari kompetenti tas-Serbja għandha/u minnufih u mhux aktar tard minn tlitt ijiem ta’ xogħol, t/joħroġ id-dokument ta’ l-ivjaġġar meħtieġ biex il-persuna li se titħalla tidħol mill-ġdid tmur lura, b’validità ta’ mhux inqas minn 3 xhur. Jekk għal raġunijiet legali jew fattwali, il-persuna kkonċernata ma tistax tiġi trasferita waqt il-perjodu ta’ validità tad-dokument ta’ l-ivjaġġar li nħareġ inizjalment, il-Missjoni Diplomatika jew Uffiċċju Konsulari kompetenti tas-Serbja għandha/u, fi żmien 14-il jum tal-kalendarju, t/joħroġ dokument ta’ l-ivjaġġar ġdid bl-istess perjodu ta’ validità. Jekk fi żmien 14-il jum tal-kalendarju s-Serbja ma tkunx ħarġet id-dokument ta’ l-ivjaġġar ġdid, hija titqies li tkun aċċettat l-użu tad-dokument ta’ l-ivjaġġar standard ġdid ta’ l-UE għall-iskopijiet ta’ tkeċċija[5]. (5) Fil-każ li l-persuna li se tkun titħalla tidħol mill-ġdid ghandha nazzjonalità ta' stat terz minbarra n-nazzjonalità Serbjana, l-Istat Membru li jagħmel it-talba għandu jqis ir-rieda tal-persuna li se tkun titħalla tidħol mill-ġdid fl-istat fejn hija tippreferi. Artikolu 3 L- ilqugħ mill-ġdid ta' persuni pajjiżi terzi u persuni mingħajr stat (1) Is-Serbja għandha tħalli jidħlu mill-ġdid, wara applikazzjoni minn Stat Membru u mingħajr ebda formalità oħra ħlief dawk provduti f’dan il-Ftehim, lill-persuni kollha ta’ nazzjonalità ta’ pajjiż terz jew persuni mingħajr stat li ma tissodisfax, jew m'għadhiex tissodisfa l-kondizzjonijiet fis-seħħ dwar id-dħul, il-preżenza jew ir-residenza fit-territorju ta’ l-Istat Membru li jagħmel it-talba kemm-il darba ma jiġix ippruvat, jew jista’ jiġi assunt b’mod validu fuq il-bażi ta’ provi prima facie provduti, li dawn il-persuni a) għandhom fil-pussess tagħhom, jew fil-ħin tad-dħul kellhom fil-pussess tagħhom, viża jew awtorizzazzjoni ta’ residenza valida maħruġa mis-Serbja; jew b) daħlu illegalment u direttament fit-territorju ta’ l-Istati Membri wara li jkunu qagħdu fi, jew għamlu tranżitu mit-territorju tas-Serbja. (2) L-obbligu ta’ l-ilqugħ mill-ġdid ipprovdut f’paragrafu 1 m’għandux jgħodd jekk a) il-persuna ta’ nazzjonalità ta’ pajjiż terz jew persuna mingħajr stat kienet biss fi tranżitu bl-ajru minn Ajruport Internazzjonali tas-Serbja; jew b) l-Istat Membru li għamel it-talba ħareġ lill-persuna ta’ nazzjonalità ta’ pajjiż terz jew persuna mingħajr stat viża jew awtorizzazzjoni ta’ residenza sakemm - dik il-persuna m’għandhiex fil-pussess tagħha viża jew awtorizzazzjoni ta’ residenza, maħruġa mis-Serbja, li tiskadi wara; jew - il-viża jew awtorizzazzjoni ta’ residenza maħruġa mill-Istat Membru li għamel it-talba nkisbet bl-użu ta’ dokumenti foloz jew iffalsifikati, jew billi saru dikjarazzjonijiet foloz, u dik il-persuna żaret jew għamlet tranżitu mit-territorju tas-Serbja; jew - dik il-persuna tonqos milli tosserva xi kondizzjoni annessa mal-viża u dik il-persuna żaret jew għamlet tranżitu mit-territorju tas-Serbja. (3) Is-Serbja għandha wkoll tħalli jidħlu mill-ġdid, wara applikazzjoni minn Stat Membru, lil persuni li qabel kellhom nazzjonalità ta’ dik li qabel kienet ir-Repubblika Soċjalista Federali tal-Jugoslavja li ma kisbu ebda nazzjonalità oħra u li l-post tat-twelid tagħhom, u l-post ta’ residenza permanenti tagħhom fis-27 ta’ April 1992, kienu fit-territorju tas-Serbja. (4) Wara li s-Serbja tagħti tweġiba pożittiva għall-applikazzjoni għall-ilqugħ mill-ġdid, l-Istat Membru li jkun Għamel it-Talba joħroġ lill-persuna li l-ilqugħ mill-ġdid tagħha ġie aċċettat id-dokument ta' l-ivjaġġar standard ta’ l-UE għall-iskopijiet ta’ tkeċċija6. TAQSIMA II. L-OBBLIGI TA’ L-ILQUGħ MILL-ĠDID MILL-KOMUNITÀ Artikolu 4 L- ilqugħ mill-ġdid ta’ ċittadini ta’ l-Istati Membri (1) Stat Membru għandu jħalli tidħol mill-ġdid, wara applikazzjoni mis-Serbja u mingħajr formalitajiet ulterjuri ħlief dawk provduti f’dan l-Ftehim, kull persuna li ma tissodisfax jew m'għadhiex tissodisfa l-kondizzjonijiet tad-dħul, preżenza jew residenza fit-territorju tas-Serbja li jagħmel it-talba sakemm huwa stabbilit jew jista’ jiġi assunt b’mod validu fuq bażi ta’ provi prima facie li jkunu ġew provduti, li għandha n-nazzjonalità ta’ dak l-Istat Membru. (2) Stat Membru għandu wkoll iħalli jidħlu mill-ġdid: - ulied minorenni mhux miżżewġa tal-persuni msemmija fil-paragrafu 1, irrispettivament mill-post tat-twelid jew ta’ nazzjonalità tagħhom, kemm-il darba m’għandhomx dritt indipendenti ta’ residenza fis-Serbja; - konjuġi, li għandhom nazzjonalità oħra, tal-persuni msemmija fil-paragrafu 1, kemm-il darba għandhom id-dritt li jidħlu u joqogħdu fit-territorju tas-Serbja, kemm-il darba m’għandhomx dritt indipendenti ta’ residenza fis-Serbja; (3) Stat Membru għandu wkoll iħalli jidħlu mill-ġdid lil persuni li rrinunzjaw in-nazzjonalità ta’ Stat Membru minn meta daħlu fit-territorju tas-Serbja, kemm-il darba dawn il-persuni ma ġewx għall-inqas imwiegħda n-naturalizzazzjoni mis-Serbja. (4) Wara li l-Istat Membru li lilu saret it-talba ta tweġiba pożittiva għall-applikazzjoni għall-ilqugħ mill-ġdid, il-Missjoni Diplomatika jew l-Uffiċċju Konsulari kompetenti ta’ dak l-Istat Membru għandha/u minnufih u mhux aktar tard minn tlitt ijiem ta’ xogħol, t/joħroġ id-dokument ta’ l-ivjaġġar meħtieġ biex il-persuna li se titħalla tidħol mill-ġdid tmur lura, b’validità ta’ mhux inqas minn 3 xhur. Jekk għal raġunijiet legali jew fattwali, il-persuna kkonċernata ma tistax tiġi trasferita waqt il-perjodu ta’ validità tad-dokument ta’ l-ivjaġġar li nħareġ inizjalment, il-Missjoni Diplomatika jew Uffiċċju Konsulari kompetenti ta’ dak l-Istat Membru għandha/u, fi żmien 14-il jum tal-kalendarju, t/joħroġ dokument ta’ l-ivjaġġar ġdid bl-istess perjodu ta’ validità. (5) Fil-każ li l-persuna li se tkun titħalla tidħol mill-ġdid ghandha nazzjonalità ta' stat terz minbarra n-nazzjonalità ta’ l-Istat Membru li lilu tkun saret it-talba, is-Serbja għandha tqis ir-rieda tal-persuna li se tkun titħalla tidħol mill-ġdid fl-istat fejn hija tippreferi. Artikolu 5 L- ilqugħ mill-ġdid ta’ persuni ta’ nazzjonalità ta’ pajjiżi tezi u persuni mingħajr stat (1) Stat Membru għandu jħalli tidħol mill-ġdid, wara applikazzjoni mis-Serbja u mingħajr formalitajiet ulterjuri minbarra dawk provduti f’dan l-Ftehim, iċ-ċittadini kollha ta’ nazzjonalità ta’ pajjiż terz jew persuni mingħajr stat li ma tissodisfax jew m'għadhiex tissodisfa l-kondizzjonijiet legali tad-dħul, il-preżenza jew ir-residenza fit-territorju tas-Serbja kemm-il darba huwa stabbilit jew jista’ jiġi assunt b’mod validu fuq bażi ta’ provi prima facie li jkunu ġew provduti, li dawn il-persuni a) għandhom fil-pussess tagħhom, jew fil-ħin tad-dħul kellhom fil-pussess tagħhom, viża jew awtorizzazzjoni ta’ residenza valida maħruġa mill-Istat Membru li lilu saret it-talba; jew b) daħlu illegalment u direttament fit-territorju tas-Serbja wara li jkunu qagħdu fi, jew għamlu tranżitu mit-territorju ta’ l-Istat Membru li lilu saret it-talba . (2) L-obbligu ta’ l-ilqugħ mill-ġdid ipprovdut f’paragrafu 1 m’għandux jgħodd jekk a) il-persuna ta’ nazzjonalità ta’ pajjiż terz jew persuna mingħajr stat kienu biss fi tranżitu bl-ajru minn Ajruport Internazzjonali ta’ l-Istat Membru li lilu saret it-talba; jew b) is-Serbja ħarġet lill-persuna ta’ nazzjonalità ta’ pajjiż terz jew persuna mingħajr stat viża jew awtorizzazzjoni ta’ residenza qabel jew wara d-dħul fit-territorju tagħha, kemm-il darba - dik il-persuna m’għandhiex fil-pussess tagħha viża jew awtorizzazzjoni ta’ residenza, maħruġa mill-Istat Membru li lilu saret it-talba, li għandha perjodu itwal ta’ validità itwal; jew - il-viża jew awtorizzazzjoni ta’ residenza maħruġa mis-Serbja nkisbet bl-użu ta’ dokumenti foloz jew iffalsifikati, jew billi saru dikjarazzjonijiet foloz, u l-peruna kkonċernata tkun baqgħet fit-territorju ta' l-Istat Membru li Jagħmel it-Talb jew tkun għamlet tranżitu minnu, jew - dik il-persuna tonqos milli tosserva xi kondizzjoni annessa mal-viża u l-persuna kkonċernata tkun baqgħet fit-territorju ta' l-Istat Membru li Jagħmel it-Talb jew tkun għamlet tranżitu minnu. (3) L-obbligu ta’ l-ilqugħ mill-ġdid fil-paragrafu 1 huwa għall-Istat Membru li ħareġ viża jew awtorizzazzjoni ta’ residenza. Jekk żewġ Stati Membri jew aktar ikunu ħarġu viża jew awtorizzazzjoni ta’ residenza, l-obbligu ta’ l-ilqugħ mill-ġdid fil-paragrafu 1 jaqa’ fuq l-Istat Membru li ħareġ id-dokument b’perjodu ta’ validità itwal jew, jekk wieħed jew bosta jkunu diġà skadew, id-dokument li għadu validu. Jekk id-dokumenti kollha jkunu skadew, l-obbligu ta’ l-ilqugħ mill-ġdid fil-paragrafu 1 jaqa’ fuq l-Istat Membru li ħareġ id-dokument bid-data ta’ l-iskadenza l-aktar riċenti. Jekk ma jistgħux jiġu ppreżentati dawk id-dokumenti, l-obbligu ta’ l-ilqugħ mill-ġdid fil-paragrafu 1 jaqa’ fuq l-Istat Membru ta’ l-aħħar ħruġ. (4) Wara li l-Istat Membru jkun ta tweġiba pożittiva għall-applikazzjoni għall-ilqugħ mill-ġdid, is-Serbja toħroġ lill-persuna li l-ilqugħ mill-ġdid tagħha jkun ġie aċċettat, id-dokument ta' l-ivjaġġar meħtieġ biex din tmur lura. TAQSIMA III. IL-PROċEDURA TA’ LQUGħ MILL-ĠDID Artikolu 6 Prinċipji (1) Suġġett għall-paragrafu 2, kwalunkwe trasferiment ta’ persuna li għandha titħalla tidħol mill-ġdid fuq il-bażi ta’ wieħed mill-obbligi li jinsabu fl-Artikoli 2 sa 5 għandha teħtieġ is-sottomissjoni ta’ applikazzjoni ta’ lqugħ mill-ġdid lill-awtorità kompetenti ta’ l-Istat li lilu saret it-talba. (2) M’għandha tkun meħtieġa ebda applikazzjoni ta’ lqugħ mill-ġdid fejn il-persuna li għandha titħalla tidħol mill-ġdid għandha fil-pussess tagħha dokument ta' l-ivjaġġar validu u, fil-każ li dik il-persuna hija persuna ta’ nazzjonalità ta’ pajjiż terz jew persuna mingħajr stat, għandha wkoll viża jew awtorizzazzjoni ta’ residenza validi ta’ l-Istat li lilu tkun saret it-talba. (3) Jekk persuna ġiet imwaqqfa fir-reġun tal-fruntiera (inklużi l-ajruporti) ta’ l-Istat li għamel it-talba wara li din tkun qasmet il-fruntiera illegalment hija u ġejja direttament mit-territorju ta’ l-Istat Membru li lilu saret it-talba, l-Istat li jagħmel it-talba jista’ jissottometti applikazzjoni għall-ilqugħ mill-ġdid fi żmien jumejn ta’ xogħol wara li din il-persuna tkun ġiet imwaqqfa (il-proċedura aċċellerata). Artikolu 7 L-applikazzjoni ta’ lqugħ mill-ġdid (1) Sa fejn possibbli, kull applikazzjoni ta’ lqugħ mill-ġdid għandu jkun fiha din l-informazzjoni li ġejja: a) id-dettalji tal-persuna li għandha tiġi ammessa mill-ġdid (eż., ismijet, kunjomijiet, data u post tat-twelid u l-aħħar post ta’ residenza) u, fejn xieraq, id-dettalji ta’ l-ulied minorenni mhux miżżewġa u/jew tal-konjuġi; b) dokumenti fuq il-bażi ta’ liema għandha tiġi pprovata n-nazzjonalità u indikazzjoni tal-mezzi li bihom l-evidenza prima facie tan-nazzjonalità, tat-tranżitu, il-kondizzjonijiet għall-ilqugħ mill-ġdid ta’ persuni ta’ nazzjonalità ta’ pajjiżi terzi u persuni mingħajr stat u d-dħul u r-residenza illegali se tiġi pprovduta. c) ritratt tal-persuna li għandha titħalla tidħol mill-ġdid. (2) Sa fejn hu possibbli, l-applikazzjoni għall-ilqugħ mill-ġdid għandu jkollha wkoll l-informazzjoni li ġejja: a) dikjarazzjoni li tindika li l-persuna li għandha tkun trasferita jista’ jkollha bżonn għajnuna jew kura, sakemm il-persuna kkonċernata tkun tat il-kunsens espliċitu tagħha għal din l-istqarrija; b) kull miżura oħra ta’ protezzjoni jew sigurtà, jew informazzjoni dwar is-saħħa tal-persuna, li tista’ tkun meħtieġa fil-każ individwali ta’ trasferiment. (3) Formola komuni li għandha tintuża fl-applikazzjonijiet ta’ lqugħ mill-ġdid hija mehmuża bħala l-Anness 6 ta’ dan il-Ftehim. Artikolu 8 Mezzi ta’ prova dwar in-nazzjonalità (1) Il-prova dwar in-nazzjonalità skond l-Artikolu 2 (1) u l-Artikolu 4 (1) tista’ b’mod partikolari tiġi pprovduta permezz tad-dokumenti elenkati fl-Anness 1 ta’ dan il-Ftehim, anki meta l-perjodu ta’ validità tagħhom ikun skada. Jekk dokumenti bħal dawn ikunu ppreżentati, l-Istati Membri u s-Serbja għandhom jirrikonoxxu reċiprokament in-nazzjonalità mingħajr ebda ħtieġa ta’ verifika ulterjuri. Il-prova ta’ nazzjonalità ma tistax tiġi provduta permezz ta’ dokumenti foloz. (2) Il-prova prima facie dwar in-nazzjonalità skond l-Artikolu 2 (1) u l-Artikolu 4 (1) tista’ b’mod partikolari tiġi pprovduta permezz tad-dokumenti elenkati fl-Anness 2 ta’ dan il-Ftehim, anki meta l-perjodu ta’ validità tagħhom ikun skada. Jekk dokumenti bħal dawn ikunu ppreżentati, l-Istati Membri u s-Serbja għandhom iqisu li n-nazzjonalità ġiet stabbilita, kemm-il darba ma jkunux jistgħu jippruvaw mod ieħor. Il-prova prima facie dwar in-nazzjonalità ma tistax tiġi provduta permezz ta’ dokumenti foloz. (3) Jekk l-ebda wieħed mid-dokumenti elenkati fl-Annessi 1 jew 2 ma jkun jista’ jiġi ppreżentat, ir-rappreżentanzi diplomatiċi u konsulari ta’ l-Istat li lilu saret it-talba għandhom fuq talba, jagħmlu l-arranġamenti biex tintervista lill-persuna li se titħalla tidħol mill-ġdid mingħajr dewmien żejjed, u mhux aktar tard minn tlitt ijiem ta’ xogħol mid-data tat-talba, sabiex tiġi stabbilita n-nazzjonalità tagħha. Artikolu 9 Mezzi ta’ prova dwar persuni ta’ nazzjonalità ta’ pajjiżi terzi u persuni mingħajr stat (1) Il-prova dwar il-kondizzjonijiet ta’ l-ilqugħ mill-ġdid ta’ persuni ta’ nazzjonalità ta’ pajjiżi terzi u persuni mingħajr stat skond l-Artikolu 3 (1) u l-Artikolu 5 (1) għandha tingħata b’mod partikolari permezz ta’ l-evidenza elenkata fl-Anness 3 ta’ dan il-Ftehim; ma tistax tiġi provduta permezz ta’ dokumenti foloz. Tali prova għandha tiġi rikonoxxuta reċiprokament mill-Istati Membri u mis-Serbja mingħajr ħtieġa ta’ ebda investigazzjoni ulterjuri. (2) Il-prova prima facie dwar il-kondizzjonijiet ta’ l-ilqugħ mill-ġdid ta’ persuni ta’ nazzjonalità ta’ pajjiżi terzi u persuni mingħajr stat skond l-Artikolu 3 (1) u l-Artikolu 5 (1) għandha tingħata b’mod partikolari permezz ta’ l-evidenza elenkata fl-Anness 4 ta’ dan il-Ftehim; ma tistax tiġi provduta permezz ta’ dokumenti foloz. Fejn hija ppreżentata din l-evidenza prima facie, l-Istati Membri u s-Serbja għandhom iqisu li l-kondizzjonijiet ġew stabbiliti, kemm-il darba ma jkunux jistgħu jipprovaw mod ieħor. (3) L-illegalità tad-dħul, preżenza jew residenza għandha tkun stabbilita permezz ta’ dokumenti tal-vjaġġ tal-persuna kkonċernata li fihom hija nieqsa l-viża neċessarja jew l-awtorizzazzjoni ta’ residenza għat-territorju ta’ l-Istat li għamel it-talba. Stqarrija mill-Istat li għamel it-talba li l-persuna kkonċernata nstabet li ma kellhiex id-dokumenti tal-vjaġġ, il-viża jew l-awtorizzazzjoni ta’ residenza neċessarji għandha wkoll tkun evidenza prima facie tad-dħul, tal-preżenza jew tar-residenza illegali. (4) Il-prova dwar il-kondizzjonijiet ta’ l-ilqugħ mill-ġdid ta’ persuni li qabel kellhom nazzjonalità ta’ dik li qabel kienet ir-Repubblika Soċjalista Federali tal-Jugoslavja stabbiliti fl-Artikolu 3 (3) għandha tingħata b’mod partikolari permezz ta’ l-evidenza elenkata fl-Anness 5a ta’ dan il-Ftehim; ma tistax tiġi provduta permezz ta’ dokumenti foloz. Is-Serbja għandha tirrikonoxxi reċiprokament tali prova mingħajr ma titlob investigazzjoni ulterjuri. (5) Il-prova prima facie dwar il-kondizzjonijiet ta’ l-ilqugħ mill-ġdid ta’ persuni li qabel kellhom nazzjonalità ta’ dik li qabel kienet ir-Repubblika Soċjalista Federali tal-Jugoslavja stabbiliti fl-Artikolu 3 (3) għandha tingħata b’mod partikolari permezz ta’ l-evidenza elenkata fl-Anness 5b ta’ dan il-Ftehim; ma tistax tiġi provduta permezz ta’ dokumenti foloz. Fejn hija ppreżentata din l-evidenza prima facie , is-Serbja għandha tqis li l-kondizzjonijiet ġew stabbiliti, kemm-il darba ma tkunx tista’ tipprova mod ieħor. (6) Jekk l-ebda wieħed mid-dokumenti elenkati fl-Anness 5a u fl-Anness 5b ma jkun jista’ jiġi ppreżentat, ir-rappreżentanzi diplomatiċi u konsulari kompetenti tas-Serbja għandhom, fuq talba, jagħmlu l-arranġamenti biex jintervistaw lill-persuna li se titħalla tidħol mill-ġdid mingħajr dewmien, u mhux aktar tard minn tlitt ijiem ta’ xogħol mid-data tat-talba, sabiex tiġi stabbilita n-nazzjonalità tagħha. Artikolu 10 Termini (1) L-applikazzjoni għall-ilqugħ mill-ġdid għandha tkun sottomessa lill-awtorità kompetenti ta’ l-Istat li lilu saret it-talba mhux aktar tard minn sena wara li l-awtorità kompetenti ta’ l-Istat li għamel it-talba tkun saret taf li persuna ta’ nazzjonalità ta’ pajjiż terz jew persuna mingħajr stat ma tilħaqx, jew m’għadhiex tilħaq, il-kondizzjonijiet fis-seħħ għad-dħul, il-preżenza jew ir-residenza. Fejn hemm ostakoli legali jew fattwali għas-sottomissjoni ta’ l-applikazzjoni fil-ħin, it-terminu għandu, fuq talba ta’ l-Istat li għamel it-talba, jiġi estiż iżda biss sakemm jieqfu jeżistu l-ostakoli. (2) Għandha tingħata tweġiba bil-miktub għall-applikazzjoni ta’ ilqugħ mill-ġdid - fi żmien jumejn ta’ xogħol jekk l-applikazzjoni tkun saret taħt il-proċedura aċċellerata (l-Artikolu 6(3)); - fi żmien għaxart ijiem tal-kalendarju fil-każijiet l-oħrajn kollha. Dawn it-termini jibdew jgħoddu mid-data meta hija rċevuta t-talba għall-ilqugħ mill-ġdid. Jekk ma jkun hemm ebda risposta f’dan it-terminu, it-trasferiment jitqies li ġie milqugħ. (3) Fejn hemm ostakoli legali jew fattwali biex issir risposta għall-applikazzjoni fi żmien għaxart ijiem tal-kalendarju, dan it-terminu jista’, fuq talba motivata kif xieraq, jiġi estiż b’mhux aktar minn sitt ijiem tal-kalendarju. Jekk ma hemm ebda risposta fit-terminu estiż, it-trasferiment jitqies li ġie milqugħ. (4) Għandhom jingħataw raġunijiet għaċ-ċaħda ta’ talba għall-ilqugħ mill-ġdid. (5 ) Wara li jkun ingħata l-qbil jew, fejn xieraq, wara li jiskadi t-terminu stabbilit fil-paragrafu 2, il-persuna kkonċernata għanda tiġi ttrasferita fi żmien tliet xhur. Fuq talba ta’ l-Istat li għamel it-talba, dan it-terminu jista’ jiġi estiż biż-żmien li hemm bżonn biex jiġu ttrattati l-ostakoli legali jew prattiċi. Artikolu 11 Modalitajiet tat-trasferiment u l-mezzi tat-trasport (1) Qabel ma tintbagħat lura persuna, l-awtoritajiet kompetenti tas-Serbja u ta’ l-Istat Membru kkonċernat għandhom jagħmlu l-arranġamenti bil-miktub minn qabel dwar id-data tat-trasferiment, il-punt tad-dħul, il-possibbiltà ta’ skorta, u informazzjoni oħra rilevanti għat-trasferiment. (2) It-trasport jista’ jsir bl-ajru jew l-art. Ir-ritorn bl-ajru m’għandux ikun limitat għall-użu tat-trasportaturi bl-ajru nazzjonali tas-Serbja jew l-Istati Membri u jista’ jsir bl-użu ta’ titjiriet skedati jew b’titjiriet ta’ ajruplani mikrija. Fil-każ ta’ ritorn bl-iskorta, dawn l-iskorti m’għandhomx ikunu limitati għal persuni awtorizzati ta’ l-Istat li għamel it-talba, kemm-il darba huma persuni awtorizzati mis-Serbja jew minn kwalunkwe Stat Membru. Artikolu 12 Lqugħ mill-ġdid bi żball L-Istat li għamel it-talba għandu jieħu lura lil kwalunkwe persuna li tħalliet tidħol mill-ġdid mill-Istat li lilu saret it-talba, jekk jiġi stabbilit, fi żmien tliet xhur wara t-trasferiment tal-persuna kkonċernata, li r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 2 sa 5 ta’ dan il-Ftehim ma ntlaħqux . F’dawn il-każijiet id-dispożizzjonijiet proċedurali ta’ dan il-Ftehim għandhom jgħoddu mutatis mutandis u għandha tiġi pprovduta l-informazzjoni kollha disponibbli dwar l-identità u n-nazzjonalità attwali tal-persuna li se tittieħed lura. TAQSIMA IV. OPERAZZJONIJIET TA’ TRANżITU Artikolu 13 Prinċipji (1) L-Istati Membri u s-Serbja għandhom jillimitaw it-tranżitu ta’ persuni ta’ nazzjonalità ta’ pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat għall-każijiet fejn dawn il-persuni ma jistgħux jintbagħtu lura direttament lejn l-Istat ta’ destinazzjoni. (2) Is-Serbja għandha tippermetti t-tranżitu ta’ persuni ta’ nazzjonalità ta’ pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat jekk Stat Membru jitlob dan, u Stat Membru għandu jawtorizza t-tranżitu ta’ persuni ta’ nazzjonalità ta’ pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat jekk is-Serbja titlob dan, jekk ikunu assigurati l-vjaġġ lejn id-destinazzjoni li jgħaddi minn Stati ta’ tranżitu oħrajn possibbli u l-ilqugħ mill-ġdid mill-Istat ta’ destinazzjoni. (3) It-tranżitu jista’ jiġi rrifjutat mis-Serbja jew minn Stat Membru a) jekk il-persuna ta’ nazzjonalità ta’ pajjiż terz jew persuna mingħajr stat hija f’riskju li tkun suġġetta għat-tortura jew trattament jew kastig inuman jew degradanti jew il-piena tal-mewt jew persekuzzjoni minħabba r-razza, ir-reliġjon, in-nazzjonalità, is-sħubija f'xi grupp soċjali partikolari jew konvinzjoni politika tagħha fl-Istat ta’ destinazzjoni jew Stat ieħor ta’ tranżitu; jew b) jekk il-persuna ta’ nazzjonalità ta’ pajjiż terz jew persuna mingħajr stat ikun suġġett għal sanzjonijiet kriminali fl-Istat li lilu tkun saret it-talba jew f’xi Stat ieħor ta’ tranżitu; jew c) minħabba raġunijiet ta’ saħħa pubblika, sigurtà domestika, ordni pubblika jew interessi oħra nazzjonali ta’ l-Istat li lilu saret it-talba . (4) Is-Serbja jew Stat Membru jistgħu jirrevokaw kull awtorizzazzjoni maħruġa jekk jinqalgħu jew jitfaċċaw iċ-ċirkustanzi li saret referenza għalihom fil-paragrafu 3 li jżommu milli ssir l-operazzjoni ta’ tranżitu, jew jekk il-vjaġġ lejn id-destinazzjoni lejn Stati possibbli ta’ tranżitu jew l-ilqugħ mill-ġdid mill-Istat ta’ destinazzjoni ma jibqgħux assigurat. F’dan il-każ, l-Istat li għamel it-talba għandu jieħu lura lill-persuna ta’ nazzjonalità ta’ pajjiż terz jew persuna mingħajr stat, kif meħtieġ u mingħajr dewmien. Artikolu 14 Proċedura tat- tranżitu (1) Applikazzjoni għall-operazzjonijiet ta’ tranżitu għandha tkun sottomessa lill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat li lilu saret it-talba bil-miktub u għandu jkollha l-informazzjoni li ġejja: a) it-tip ta’ tranżitu (bl-ajru jew l-art), Stati oħra possibbli ta’ tranżitu u d-destinazzjoni finali ppjanata; b) id-dettalji tal-persuna kkonċernata (per eżempju l-isem, il-kunjom, l-isem ta’ xebba, l-ismijiet oħra użati/li bihom kienet magħrufa jew psewdonimi , id-data tat-twelid u – fejn possibbli – il-post tat-twelid, in-nazzjonalità, il-lingwa, it-tip u n-numru ta’ dokument tal-vjaġġ); c) fejn hu maħsub li ser ikun il-punt tad-dħul u l-użu possibbli ta’ l-iskorti; d) dikjarazzjoni li fil-fehma ta’ l-Istat li għamel it-talba il-kondizzjonijiet taħt l-Artikolu 13 (2) intlaħqu, u ma hija magħrufa ebda raġuni għar-rifjut skond l-Artikolu 13 (3). Formola komuni li għandha tintuża fl-applikazzjonijiet ta’ tranżitu hija mehmuża ma’ Anness 7 ta’ dan il-Ftehim. (2) Fi żmien ħamest ijiem tal-kalendarju l-Istat li lilu saret it-talba għandu jinforma bil-miktub lill-Istat li għamel it-talba dwar l-ilqugħ, jikkonferma l-punt tad-dħul u l-punt ippjanat ta’ l-ilqugħ, jew jinfurmah dwar ir-rifjut ta’ l-ilqugħ u r-raġunijiet għal dan ir-rifjut. (3) Jekk l-operazzjoni ta’ tranżitu ssir bl-ajru, il-persuna li tkun ser tintlaqa' u l-iskorti possibbli jkunu eżentati milli jkollhom viża ta’ tranżitu ta’ l-ajruport. (4) L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat li lilu saret it-talba għandhom, wara konsultazzjonijiet reċiproċi, jgħinu fl-operazzjonijiet ta’ tranżitu, b’mod partikolari permezz ta’ sorveljanza tal-persuni kkonċernati u l-għoti ta’ amenitajiet xierqa għal dak l-iskop. TAQSIMA V. SPEJJEż Artikolu 15 Spejjeż tat-trasport u t-tranżitu Bla preġudizzju għad-dritt ta’ l-awtoritajiet kompetenti li jiġbru lura l-ispejjeż marbuta ma’ l-ilqugħ mill-ġdid mingħand il-persuna li ser tiddaħħal lura jew partijiet terzi, l-ispejjeż kollha tat-trasport marbuta ma’ l-ilqugħ mill-ġdid u t-tranżitu sal-fruntiera ta’ l-Istat tad-destinazzjoni finali, għandhom jitħallsu mill-Istat li għamel it-talba. TAQSIMA VI. KLAWżOLA TAL-PROTEZZJONI TAD- DATA U TAN-NUQQAS TA’ EFFETT Artikolu 16 Protezzjoni tad- Data Il-komunikazzjoni ta’ data personali għandha sseħħ biss jekk komunikazzjoni bħal din hija meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ dan il-Ftehim mill-awtoritajiet kompetenti tas-Serbja jew ta’ Stat Membru skond il-każ. L-ipproċessar u t-trattament ta’ data personali f’każ partikolari għandhom ikunu suġġetti għal-liġijiet domestiċi tas-Serbja u, fejn il-kontrollur huwa awtorità kompetenti ta’ Stat Membru, għad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 95/46/KE[6]u tal-liġi nazzjonali ta’ dak l-Istat Membru adottati skond id-direttiva. Għandhom jgħoddu wkoll il-prinċipji li ġejjin: (a) id- data personali għandha tiġi proċessata b’mod ġust u legali; (b) id- data personali għandha tinġabar għall-iskop speċifikat, espliċitu u leġittimu ta’ l-implimentazzjoni ta’ dan il-Ftehim u ma tiġix ipproċessata aktar mill-awtorità li tikkomunikaha jew mill-awtorità li tirċeviha b’mod mhux kompatibbli ma’ dan l-iskop; (c) id- data personali għandha tkun adegwata, relevanti u mhux eċċessiva b'relazzjoni ma’ l-għan li għalih tinġabar u/jew tkun ipproċessata aktar; b’mod partikolari, id- data personali komunikata tista’ tkun biss dwar dan li ġej: - id-dettalji tal-persuna li ser tiġi ttrasferita (eż, ismijiet, kunjomijijiet, xi ismijiet preċedenti, l-ismijiet l-oħra użati/li bihom kienet magħrufa jew psewdonimi, is-sess, l-istat ċivili, id-data u l-post tat-twelid, in-nazzjonalità kurrenti u preċedenti); - il-passsport, il-karta ta’ l-identità jew il-liċenzja tas-sewqan (in-numru, il-perjodu ta’ validità, id-data tal-ħruġ, l-awtorità tal-ħruġ, il-post tal-ħruġ); - waqfiet u itinerarji; - informazzjoni oħra meħtieġa biex tkun identifikata l-persuna li ser tkun trasferita jew biex ikunu eżaminati r-rekwiżiti ta’ ilqugħ mill-ġdid skond dan il-Ftehim. (d) id- data personali għandha tkun eżatta u, fejn meħtieġ, tinżamm aġġornata. (e) id- data personali għandha tinżamm b’mod li jippermetti l-identifikazzjoni tas-suġġetti tad- data għal mhux iktar mill-perjodu neċessarju għall-iskop li għalih inġabret id- data jew li kompliet tiġi proċessata; (f) kemm l-awtorità li tikkomunika d- data personali kif ukoll l-awtorità li tirċeviha għandhom jieħdu kull pass raġonevoli biex jiżguraw kif xieraq il-korrezzjoni, it-tħassir jew l-imblukkar tad- data personali fejn l-ipproċessar tagħha ma jħarisx id-dispożizzjonijiet ta’ dan l-artikoli, b’mod partikolari għaliex dik id- data mhijiex xierqa, rilevanti, preċiża jew għaliex hija eċċessiva fir-rigward ta’ l-iskop ta’ l-ipproċessar. Dan jinkludi n-notifika ta’ kull korrezzjoni, tħassir jew imblukkar ta’ data bħal din lill-Parti l-oħra; (g) fuq talba, l-awtorità li tirċievi għandha tinforma lill-awtorità li komunikanti dwar l-użu tad- data komunikata u r-riżultati miksuba minn dan. (h) id- data personali tista’ tkun komunikata biss lill-awtoritajiet kompetenti. Komunikazzjoni ulterjuri lil entitajiet oħrajn teħtieġ kunsens minn qabel ta’ l-awtorità kompetenti kumunikanti. (i) l-awtorità kompetenti kumunikanti u l-awtorità kompetenti li tirċievi huma obbligati li jirreġistraw bil-miktub il-komunikazzjoni u l-wasla tad- data personali. Artikolu 17 Klawżola ta’ nuqqas ta’ effett (1) Dan il-ftehim għandu jkun mingħajr preġudizzju għad-drittijiet, l-obbligi u r-responsabbiltajiet tal-Komunità, l-Istati Membri u s-Serbja li jirriżultaw mil-Liġi Internazzjonali u, b’mod partikolari, minn - il-Konvenzjoni tat-28 ta’ Lulju 1951 dwar l-Istat tar-Refuġjati kif emendata bil-Protokoll tal-31 ta’ Jannar 1967 dwar l-Istat tar-Refuġjati; - il-konvenzjonijiet internazzjonali li jiddeterminaw l-Istat responsabbli li jeżamina l-applikazzjoni għall-kenn li jkunu ġew sottomessi; - il-Konvenzjoni Ewropea ta’ l-4 ta’ Novembru 1950 dwar il-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Libertajiet Fundamentali; - il-Konvenzjoni ta’ l-10 ta’ Diċembru 1984 kontra t-Tortura u Trattament jew Kastig ieħor Kiefer, Inuman jew Degradanti; - il-konvenzjonijiet internazzjonali dwar l-estradizzjoni; - il-konvenzjonijiet u l-ftehimiet internazzjonali multilaterali dwar l-ilqugħ mill-ġdid ta’ persuni ta’ nazzjonalità barranija. (2) Xejn f’dan il-Ftehim m’għandu jrażżan ir-ritorn ta’ persuna taħt arranġamenti oħrajn formali jew informali. TAQSIMA VII. IMPLIMENTAZZJONI U L-APPLIKAZZJONI Artikolu 18 Kumitat konġunt ta’ l- ilqugħ mill-ġdid (1) Il-Partijiet Kuntraenti għandhom jipprovdu għajnuna reċiproka fl-applikazzjoni u l-interpretazzjoni ta’ dan il-Ftehim. Għal dan l-iskop, għandhom jaħtru kumitat konġunt ta’ l-ilqugħ mill-ġdid (minn hawn ’il quddiem magħruf bħala "il-Kumitat") li se jkollu b'mod partikolari l-kompitu a) li jissorvelja l-applikazzjoni ta’ dan il-Ftehim; b) li jiddeċiedi dwar l-arranġamenti neċessarji għall-applikazzjoni b’mod uniformi ta’ dan il-Ftehim ; c) li jkollu skambju regolari ta’ informazzjoni dwar il-Protokolli ta’ implimentazzjoni mfassla mill-Istati Membri individwali u s-Serbja skond l-Artikolu 19; d) li jag ħmel rakkomandazzjonijiet għal emendi għal dan il-Ftehim u l-annessi tiegħu. (2) Id-deċiżjonijiet tal-Kumitat għandhom jorbtu lill-Partijiet Kuntraenti . (3) Il-Kumitat għandu jkun kompost minn rappreżentanti tal-Komunità u tas-Serbja; il-Komunità għandha tkun rappreżentata mill-Kummissjoni. (4) Il-Kumitat għandu jiltaqa’ meta meħtieġ fuq talba ta’ waħda mill-Partijiet Kuntraenti. (5) Il-Kumitat għandu jistabbilixxi r-regoli tiegħu ta’ proċedura. Artikolu 19 Protokolli ta’ Implimentazzjoni (1) Fuq talba ta’ Stat Membru jew tas-Serbja, is-Serbja u Stat Membru għandhom ifasslu Protokoll ta’ Implimentazzjoni li għandu jkopri regoli dwar a) il-ħatra ta’ l-awtoritajiet kompetenti, il-punti fejn tinqasam il-fruntiera u l-iskambju ta’ punti ta’ kuntatt; b) il-modalitajiet għar-ritorn taħt il-proċedura aċċellerata; c) il-kondizzjonijiet ta’ ritorni skortati, inkluż it-tranżitu ta’ persuni ta’ nazzjonalità ta’ pajjiżi terzi u persuni mingħajr stat li jkollhom skorta magħhom; d) mezzi u dokumenti minbarra dawk elenkati fl-Annessi 1 sa 5 ta’ dan il-ftehim. (2) Il-Protokolli ta’ Implimentazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jidħlu fis-seħħ biss wara li jiġi notifikat il-Kumitat ta’ l-ilqugħ mill-ġdid imsemmi fl-Artikolu 18. (3) Is-Serbja taqbel li tapplika kull dispożizzjoni ta’ Protokoll ta’ Implimentazzjoni mfassal ma’ Stat Membru wieħed ukoll fir-relazzjonijiet tagħha ma’ xi Stat Membru ieħor, fuq talba ta’ dan ta’ l-aħħar. Artikolu 20 Relazzjoni ta’ l-Istati Membri ma' ftehimiet jew arranġamenti bilaterali dwar l-ilqugħ mill-ġdid Id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Ftehim għandhom jieħdu preċedenza fuq id-dispożizzjonijiet ta’ kwalunkwe ftehim jew arranġament bilaterali dwar l-ilqugħ mill-ġdid ta’ persuni li jirrisjedu mingħajr awtorizzazzjoni li kienu, jew jistgħu jiġu skond l-Artikolu 19, konklużi bejn Stati Membri individwali u s-Serbja, sa fejn id-dispożizzjonijiet ta’ dawn ta’ l-aħħar huma inkompatibbli ma’ dawk ta’ dan il-Ftehim. TAQSIMA VIII. DISPOżIZZJONIJIET FINALI Artikolu 21 L-applikazzjoni territorjali (1) Bla ħsara għall-paragrafu 2, dan il-Ftehim għandu japplika għat-territorju fejn jgħodd it-Trattat li Jistabbilixxi l-Komuntià Ewropea u fit-territorju tas-Serbja8. (2) Dan il-Ftehim m’għandux japplika għat-territorju tar-Renju tad-Danimarka. Artikolu 22 Dħul fis-seħħ, it-terminu u t-terminazzjoni (1) Dan il-Ftehim għandu jiġi rratifikat jew approvat mill-Partijiet skond il-proċeduri rispettivi tagħhom. (2) Dan il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ fl-ewwel jum tat-tieni xahar wara d-data li fiha l-Partijiet Kuntraenti jinnotifikaw lil xulxin li l-proċeduri msemmija fl-ewwel paragrafu ġew konklużi. (3) Dan il-Ftehim huwa konkluż għal żmien illimitat. (4) Kull Parti Kontraenti tista tiddenunċja, kompletament jew parzjalment, dan il-Ftehim billi tinnotifika lill-Parti Kontraenti l-oħra u wara li tkun l-ewwel ikkonsultat lill-kumitat imsemmi fl-Artikolu 18, tissospendi temporanjament, għal kollox jew parzjalment, l-implimentazzjoni ta’ dan il-Ftehim fir-rigward ta’ persuni ta’ nazzjonalità ta’ pajjiżi terzi u persuni mingħajr nazzjonalità, għal raġunijiet ta’ sigurtà, il-protezzjoni ta’ l-ordni pubblika jew is-saħħa pubblika. Is-sospensjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-tieni jum wara l-jum tan-notifika. (5) Kull Parti Kontraenti tista tiddenunċja dan il-Ftehim billi tinnotifika lill-Parti Kontraenti l-oħra b’mod uffiċjali. Dan il-Ftehim jieqaf jgħodd sitt xhur wara d-data ta’ din in-notifika. Artikolu 23 Annessi L-Annessi 1 sa 7 għandhom jiffurmaw parti integrali minn dan il-Ftehim. Magħmul f’ ............ fil- ........ jum ta’ ........... tas-sena............ f’żewġ oriġinali bil-lingwa Bulgara, Ċeka, Daniża, Olandiża, Ingliża, Estonjana, Finlandiża, Franċiża, Ġermaniża, Griega, Ungeriża, Taljana, Latvjana, Litwana, Maltija, Pollakka, Portugiża, Rumena, Slovakka, Slovena, Spanjola, Żvediża u Serba, u kull wieħed minn dawn it-testi huma awtentiċi indaqs. Għall-Komunità Ewropea (…) | Għar-Repubblika tas-Serbja (…) | Anness 1 LISTA TA’ DOKUMENTI li l-preżentazzjoni tag ħHOM TITQIES PROVA TA’ NAZZJONALITÀ (ARTIKOLI 2 (1), 4 (1) U 8 (1)) Fejn l-Istat li lilu saret it-talba huwa wieħed mill-Istati Membri: - passaporti ta’ kwalunkwe tip (passaporti nazzjonali, passaporti diplomatiċi, passaporti tas-servizz, passaporti kollettivi u passaporti surrogati inklużi l-passaporti tat-tfal); - karti ta’ l-identità ta’ kwalunkwe tip (inklużi dawk temporanji u dawk provviżorji). Fejn l-Istat li lilu saret it-talba huwa s-Serbja: - passaporti ta’ kwalunkwe tip (passaporti nazzjonali, passaporti diplomatiċi, passaporti tas-servizz, passaporti kollettivi u passaporti surrogati inklużi l-passaporti tat-tfal) maħruġa wara s-27 ta’ Lulju 1996 skond il-Liġi dwar id-Dokumenti tal-Vjaġġ tal-Persuni ta’ Nazzjonalità Jugoslava ta’ l-1996 kif ukoll l-emendi leġiżlattivi sussegwenti wara l-adozzjoni tal-Liġi l-ġdida dwar id-Dokumenti tal-Vjaġġ tas-Serbja; - karti ta’ l-identità ta’ kwalunkwe tip (inklużi dawk temporanji u dawk provviżorji) maħruġa wara l-1 ta’ Jannar 2000. Anness 2 LISTA TA’ DOKUMENTI li l-preżentazzjoni tag ħHOM TITQIES PROVA PRIMA FACIE TA’ NAZZJONALITÀ (ARTIKOLI 2 (1), 4 (1) U 8 (2)) Fejn l-Istat li lilu saret it-talba huwa xi wieħed mill-Istati Membri jew is-Serbja: - fotokopji ta’ kwalunkwe mid-dokumenti elenkati fl-Anness 1 ta’ dan il-Ftehim; - ċertifikati tan-nazzjonalità u dokumenti oħrajn maħruġa mill-awtoritajiet responsabbli li jindikaw in-nazzjonalità; - kotba tas-servizz u karti ta’ l-identità militari; - kotba tar-reġistrazzjoni tal-baħħara u karti tas-servizz ta’ kaptani; - ċertifikati taċ-ċittadinanza u dokumenti oħrajn uffiċjali li jsemmu jew li jindikaw iċ-ċittadinanza b’mod ċar. - karti ta’ l-identità tal-kumpanniji; - liċenzji tas-sewqan jew fotokopji tagħhom; - ċertifikati tat-twelid jew fotokopji tagħhom; - karti ta’ l-identità tal-kumpanniji jew fotokopji tagħhom; - dikjarazzjonijiet ta’ xhieda; - dikjarazzjonijiet magħmula mill-persuna kkonċernata u l-lingwa li titkellem, inkluż permezz ta’ riżultat ta’ test uffiċjali; - kwalunkwe dokument ieħor li jista’ jgħin biex tiġi stabbilita n-nazzjonalità tal-persuna kkonċernata. Fejn l-Istat li lilu saret it-talba huwa s-Serbja: - passaporti ta’ kwalunkwe tip (passaporti nazzjonali, passaporti diplomatiċi, passaporti tas-servizz, passaporti kollettivi u passaporti surrogati inklużi l-passaporti tat-tfal) maħruġa bejn is-27 ta’ April 1992 u s-27 ta’ Lulju 1996 u fotokopji tagħhom; - karti ta’ l-identità ta’ kwalunkwe tip (inklużi dawk temporanji u dawk provviżorji) maħruġa bejn is-27 ta’ April 1992 u l-1 ta’ Jannar 2000 u fotokopji tagħhom. - Anness 3 LISTA KOMUNI TA’ DOKUMENTI LI JITQIESU PROVA TAL-KONDIZZJONIJIET G ħall-ilqugħ MILL-ġDID TA’ PERSUNI TA’ NAZZJONALITÀ TA’ PAJJIżI TERZI JEW PERSUNI MINGħAJR STAT (ARTIKOLI 3 (1), 5 (1) U 9 (1)) - timbri tad-dħul/tluq jew endorsjar simili fid-dokument tal-vjaġġ tal-persuna kkonċernata jew evidenza oħra tad-dħul/ħruġ (eż., fotografika); - dokumenti bl-isem, ċertifikati u kontijiet ta’ kwalunkwe tip (eż., kontijiet tal-lukandi, karti ta’ l-appuntament għat-tobba/dentisti, karti ta’ dħul għal istituzzjonijiet pubbliċiprivati, ftehimiet tal-kiri tal-karozzi, irċevuti tal-karti tal-kreditu, eċċ.) li juru b’mod ċar li l-persuna kkonċernata qagħdet fit-territorju ta’ l-Istat li lilu saret it-talba; - biljetti bl-isem u/jew listi tal-passiġġiera ta’ passaġġi bl-ajru, bil-ferrovija, bil-kowċ jew bilbaħar li juru l-preżenza ta’ l-itinerarju tal-persuna kkonċernata fit-territorju ta’ l-Istat li lilu saret it-talba; - informazzjoni li turi li l-persuna kkonċernata użat is-servizzi ta’ messaġġier jew aġenzija ta’ l-ivjaġġar; - dikjarazzjonijiet uffiċjali magħmula, b’mod partikolari, mill-impjegati ta’ l-awtorità tal-fruntieri li jistgħu jixhdu li l-persuna kkonċernata qasmet il-fruntiera. - Anness 4 Lista komuni ta' dokumenti ta’ li jitqiesu prova prima facie tal-kundizzjonijiet għall-ilqugħ mill-ġdid ta’ persuni ta’ nazzjonalità ta’ pajjiżi terzijew persuni mingħajr stat (ARTIKOLI 3 (1), 5 (1) U 9 (2)) - dikjarazzjoni uffiċjali tal-persuna kkonċernata fi proċeduri ġudizzjarji jew amministrattivi; - xhieda li jistgħu jixhdu li l-persuna qasmet il-fruntiera; - deskrizzjoni maħruġa mill-awtoritajiet rilvanti ta’ l-Istat li jagħmel it-talba, tal-post u ċ-ċirkostanzi taħt liema l-persuna kkonċernata ġiet interċettata wara li tkun daħlet fit-territorju ta’ dak l-Istat; - informazzjoni dwar l-identità u/jew żjara ta’ persuna li tkun ġiet provduta minn Organizzazzjoni Internazzjonali (eż. UNHCR); - rapporti/konferma ta’ informazzjoni minn membri tal-familja, sħab fil-vjaġġ, eċċ.; - dikjarazzjoni tal-persuna kkonċernata. Anness 5 LISTA TA’ DOKUMENTI LI JITQIESU BħALA PROVA JEW PROVA PRIMA FACIE TAL-KUNDIZZJONIJIET TA’ L-ILQUGħ MILL-ġDID TA’ PERSUNI LI QABEL KELLHOM NAZZJONALITÀ TA’ DIK LI QABEL KIENET IR-REPUBBLIKA SOċJALISTA FEDERALI TAL-JUGOSLAVJA (ARTIKOLI 3 (3), 9 (4) U 9 (5)) Anness 5a (Dokumenti meqjusa bħala prova) - ċertifikati tat-twelid jew fotokopji tagħhom maħruġa minn dik li qabel kienet ir-Repubblika Soċjalista Federali tal-Jugoslavja; - dokumenti pubbliċi, inklużi karti ta’ l-identità, jew fotokopji tagħhom maħruġa mis-Serbja, minn dik li qabel kienet ir-Repubblika Federali tal-Jugoslavja, minn dik li qabel kienet l-Unjoni ta’ l-Istati ta’ Serbja u Montenegro, jew dik li qabel kienet ir-Repubblika Federalista Soċjalista tal-Jugoslavja li jispeċifikaw il-post tat-twelid u/jew il-post tar-residenza permanenti kif meħtieġ mill-Artikolu 3(3). Anness 5b (Dokumenti meqjusa bħala prova prima facie ) - Dokumenti jew ċertifikati oħrajn jew fotokopji tagħhom li jindikaw il-post tat-twelid u/jew il-post tar-residenza permanenti fit-territorju tas-Serbja; - Dikjarazzjoni uffiċjali mill-persuna kkonċernata fi proċeduri ġudizzjarji jew amministrattivi. - Anness 6 [pic] | [L-arma tar-Repubblika tas-Serbja] | ..............................................................………… ................................................................……….… | .................................................................…….. (Il-post u d-data) | (Isem l-awtorità li tagħmel it-talba) | Referenza: .............................................…………… Lil ................................................................……….… | (PROĊEDURA AĊĊELLERATA | ................................................................……….… ................................................................………… (Isem l-awtorità li lilha saret it-talba) | L-APPLIKAZZJONI TA’ LQUGĦ MILL-ĠDID skond l-Artikolu 7 tal-Ftehim ta'........... bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tas-Serbja dwar l-ilqugħ mill-ġdid ta’ persuni li jirrisjedu mingħajr awtorizzazzjoni DETTALJI PERSONALI L-isem sħiħ (ħażżez sing taħt il-kunjom): ...........................................................……………………………… 2. Kunjomok xebba ...........................................................……………………………… 3. Data u post tat-twelid: ...........................................................……………………………… | Ritratt | 1. 4. Sess u deskrizzjoni fiżika (tul, kulur ta’ l-għajnejn, marki li jiddistingwu, eċċ.): …………………………………………………………………………………………...................…………………. 5. Magħruf/a wkoll bħala (ismijiet ta’ qabel, ismijiet oħrajn użati jew li bihom kont magħruf/a jew psewdonimi): ...........................................................................................................................………..................………………. 6. Nazzjonalità u lsien: ...........................................................................................................................………...................……………… 7. Stat ċivili:( miżżewweġ/miżżewġa ( għażeb/għażba( divorzjat/a( armel/armla Jekk miżżewweġ/miżżewġa: isem il-konjuġi ............................................................................................................................ Isem u età ta’ l-ulied (jekk hemm)........................................................................................... ........................................................................................... ………………………....………………….......................... .......................................................................................... 8. Jekk magħruf, l-aħħar indirizz fl-Istat li jagħmel it-talba u fl-Istat li lilu saret it-talba: ............................................................................................................................………....................………… B. DETTALJI PERSJONALI TAL-KONJUġI (JEKK APPLIKABBLI) 1. Isem sħiħ (ħażżeż sing taħt il-kunjom):................................................................................................................................. 2. Kunjomok xebba: …………………………………...........................................................……………………………… 3. Data u post tat-twelid:…………………………............................................................……………………………… 4. Sess u deskrizzjoni fiżika (tul, kulur ta’ l-għajnejn, marki li jiddistingwu, eċċ.): …………………………………………………………………………………………...................…………………. 5. Magħrufa wkoll bħala (ismijiet ta’ qabel, ismijiet oħrajn użati jew li bihom kont magħrufa jew psewdonimi): ...........................................................................................................................………..................………………. 6. Nazzjonalità u lsien: ...........................................................................................................................………...................……………… 7. JEKK MAGħRUF, L-AħħAR INDIRIZZ TAR-RESIDENZA FL-ISTAT LI LILU SARET IT-TALBA C. DETTALJI PERSONALI TA’ L-ULIED (JEKK APPLIKABBLI) 1. Isem sħiħ (ħażżeż sing taħt il-kunjom):................................................................................................................................. 2. Data u post tat-twelid:…………………………............................................................……………………………… 3. Sess u deskrizzjoni fiżika (tul, kulur ta’ l-għajnejn, marki li jiddistingwu, eċċ.): …………………………………………………………………………………………...................…………………. 4. Nazzjonalità u lsien: ..........................................................................................................................………...................……………… 5. Data dwar il-ġenituri (data u post tat-twelid), jekk differenti mid- data pprovduta taħt A u B ……………………………………………………………………………………………………………………………… D. ĊIRKUSTANZI SPEċJALI RELATATI MAL-PERSUNA LI QED TIġI TTRASFERITA 1.Stat tas-saħħa (eż., riferenza possibbli għall-kura medika; isem Latin ta’ mard li jittieħed): ............................................................................................................................................……………………… 2. Indikazzjoni ta’ persuna ta’ periklu partikolari (eż., suspettata minn offiża gravi; imġiba aggressiva): ............................................................................................................................................……………………… E. MEZZI TA’ EVIDENZA MEHMUżA 1..................................................................………… (Nru tal-Passaport) | ......................................................................………… (data u post tal-ħruġ) | ..................................................................………… (awtorità li ħarġitu) | ......................................................................……….. (data ta’ l-iskadenza) | 2..................................................................………… (Nru tal-karta ta’ l-Identità.) | ......................................................................………… (data u post tal-ħruġ) | ..................................................................………… (awtorità li ħarġitha) | ......................................................................………… (data ta’ l-iskadenza) | 3..................................................................………… (Nru tal-liċenzja tas-sewqan) | ......................................................................………... (data u post tal-ħruġ) | ..................................................................………… (awtorità li ħarġitha) | ......................................................................………… (data ta’ l-iskadenza) | 4..................................................................………… (Nru ta’ dokument uffiċjali ieħor) | ......................................................................………… (data u post tal-ħruġ) | ..................................................................………… (awtorità li ħarġitu) | ......................................................................………… (data ta’ l-iskadenza) | F. OSSERVAZZJONIJIET ....................................................................................................................................................................…………… ....................................................................................................................................................................…………… ……………………………………………………………………………………………………………………………... ................................................... (Firma)(Siġill/ Timbru) 1.1.1.1. Anness 7 [pic] | [L-arma tar-Repubblika tas-Serbja] | ..............................................................………… ................................................................……….. | .................................................................……… (Il-post u d-data) | (Isem l-awtorità li tagħmel it-talba) | Referenza................................................................………… Lil ................................................................…………. | ................................................................………… ................................................................………… (Isem l-awtorità li lilha saret it-talba) | APPLIKAZZJONI TA’ TRANŻITU Skond l-Artikolu 14 tal-Ftehim ta'........... bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tas-Serbja dwar l- ilqugħ mill-ġdid ta’ persuni li jirrisjedu mingħajr awtorizzazzjoni DETTALJI PERSONALI L-isem sħiħ (ħażżeż sing taħt il-kunjom): ............................................................. 2. Kunjomok xebba: ............................................................. 3. Data u post tat-twelid: ............................................................. | Ritratt | 2. 4. Sess u deskrizzjoni fiżika (tul, kulur ta’ l-għajnejn, marki li jiddistingwu, eċċ.): ………………………………………………………………………………………………………. 6. Magħrufa wkoll bħala (ismijiet ta’ qabel, ismijiet oħrajn użati jew li bihom kont magħrufa jew psewdonimi): ...........................................................................................................................……………….…… 7. Nazzjonalità u lsien: .............................................................................................................................………………….. 8. Tip u numru tad-dokument tal-vjaġġ: .............................................................................................................................………… B. OPERAZZJONI TAT-TRANżITU 1.Tip ta’ tranżitu Bl-ajru | Bl-art | - 2. Stat tad-destinazzjoni finali ………………………………………………………………………………………………………. 3. Stati oħrajn fejn possibbilment hemm tranżitu ………………………………………………………………………………………………………… 4. Punt fejn huwa propost li tinqasam il-fruntiera, ħin tat-trasferiment u skorti possibbli ………………………………………………………………………………………………………… ………………………………………………………………………………………………………… ………………………………………………………………………………………………………… 5. L-ilqugħ garantit fi kwalunkwe Stat ieħor ta’ tranżitu u fl-Istat tad-destinazzjoni finali(L-Artikolu 13 il-paragrafu 2) iva | le | - 6. Għarfien ta’ raġuni għal rifjut ta’ tranżitu(L-Artikolu 13 il-paragrafu 3) iva | le | - C. OSSERVAZZJONIJIET ..............................................................................................................................................……………. ..............................................................................................................................................……………. ..............................................................................................................................................…………….. .....................................................................................................………………………….…………….. ................................................... (Firma) (siġill / timbru) Dikjarazzjoni Konġunta dwar ir-Reintegrazzjoni Il-Partijiet Kuntraenti jagħrfu l-ħtieġa ta’ reintegrazzjoni soċjoekonomika effiċjenti, effettiva u sostenibbli taċ-ċittadini ripatrijati tar-Repubblika tas-Serbja. Huma jikkonfermaw l-intenzjoni tagħhom li jżidu l-isforzi tagħhom, finanzjarjament ukoll, biex jappoġġjaw din ir-reintegrazzjoni, filwaqt li jqisu l-għajnuna finanzjarja Komunitarja disponibbli għal dan l-għan. Dikjarazzjoni Konġunta dwar l-Artikoli 2(3) u 4(3) Il-Partijiet Kuntraenti jinnutaw li, skond il-liġijiet dwar in-nazzjonalità tar-Repubblika tas-Serbja u ta’ l-Istati Membri, mhuwiex possibbli għal ċittadin tar-Repubblika tas-Serbja jew ta’ l-Unjoni Ewropea li jiġi mċaħħad min-nazzjonalità tiegħu jew tagħha. Il-Partijiet jaqblu li jikkonsultaw lil xulxin fi żmien xieraq, jekk tinbidel din is-sitwazzjoni legali. Dikjarazzjoni Konġunta dwar l-Artikoli 3 u 5 Il-partijiet se jippruvaw jibagħtu lura kull persuna ta’ nazzjonalità ta’ pajjiż terz li ma jissodisfax, jew li m’għadux jissodisfa l-kondizzjonijiet legali fis-seħħ għal dħul, preżenza jew residenza fit-territorji rispettivi tagħhom, lill-pajjiż ta’ l-oriġini tagħha. Dikjarazzjoni mir-Repubblika tas-Serbja dwar iċ-ċittadinanza Ir-Repubblika tas-Serbja tiddikjara li skond il-Liġi taċ-Ċittadinanza tar-Repubblika tas-Serbja ( Gazzetta Uffiċjali tar-Repubblika tas-Serbja Nru 135/04), iċ-ċittadinanza tar-Repubblika tas-Serbja li jkollu ċittadin tar-Repubblika tas-Serbja ma tistax tiġi mitmuma b’rinunzja, jekk din il-persuna tonqos li tipprovdi l-evidenza li tipprova li se tiġi ammessa għal ċittadinanza barranija fil-mument meta tissottometti t-talba għar-rinunzja għaċ-ċittadinanza tar-Repubblika tas-Serbja. Dikjarazzjoni Konġunta dwar id-Danimarka Il-Partijiet jinnutaw li dan il-Ftehim ma jgħoddx għat-territorju tar-Renju tad-Danimarka u lanqas għall-persuni ta’ nazzjonalità tar-Renju tad-Danimarka. F’dawn iċ-ċirkostanzi jidher xieraq li s-Serbja u d-Danimarka jikkonkludu ftehim dwar l-ilqugħ mill-ġdid taħt l-istess kondizzjonijiet bħal dan il-Ftehim. Dikjarazzjoni Konġunta dwar l-Iżlanda u n-Norveġja Il-Partijiet jinnutaw ir-relazzjoni mill-viċin bejn il-Komunità Ewropea u n-Norveġja u l-Iżlanda, b’mod partikolari bis-saħħa tal-Ftehim tat-18 ta’ Mejju 1999 dwar l-assoċjazzjoni ta’ dawn il-pajjiżi ma’ l-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp ta’ l-acquis ta’ Schengen. F’dawn iċ-ċirkostanzi jidher xieraq li s-Serbja tikkonkludi ftehim dwar l-ilqugħ mill-ġdid ma’ l-Iżlanda u n-Norveġja taħt l-istess kundizzjonijiet bħal dan il-Ftehim. Dikjarazzjoni Konġunta dwar l-Iżvizzera Il-Partijiet jinnutaw li l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Iżvizzera ffirmaw ftehim dwar l-assoċjazzjoni ta’ l-Iżvizzera ma’ l-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp ta’ l-acquis ta’ Schengen. Ladarba dan il-ftehim ta’ assoċjazzjoni jidħol fis-seħħ, jidher xieraq li s-Serbja tikkonkludi ftehim dwar l-ilqugħ mill-ġdid ma’ l-Iżvizzera taħt l-istess kondizzjonijiet bħal dan il-Ftehim. [1] ĠU C [2] ĠU C [3] [...] [4] Id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim se tiġi ppubblikata fil- Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill. 5 Skond il-forma stabbilita fir-rakkomandazzjoni tal-Kunsill ta’ l-UE tat-30 ta’ Novembru 1994. 6 Skond il-forma stabbilita fir-rakkomandazzjoni tal-Kunsill ta’ l-UE tat-30 ta’ Novembru 1994. 7 Id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 95/46/KE ta’ l-24 ta’ Ottubru, 1995 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward ta’ l-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data (ĠU L 281 of 23.11.1995, p. 31). 8 L-ambitu ta’ l-applikabbiltà territorjali dwar is-Serbja jiġi definit fin-negozjati mingħajr preġudizzju għar Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti 1244 ta' l-10 ta’ Ġunju 1999.