This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52007PC0294
Opinion of the Commission pursuant to Article 251 (2), third subparagraph, point (c) of the EC Treaty, on the European Parliament's amendments to the Council's common position regarding the proposal for a Directive of the European Parliament and of the Council on the assessment and management of floods amending the proposal of the Commission pursuant to Article 250 (2) of the EC Treaty
Opinjoni tal-Kummissjoni skond l-Artikolu 251 (2), it-tielet subparagrafu, punt (c) tat-Trattat tal-KE, dwar l-emendi tal-Parlament Ewropew għall-pożizzjoni komuni tal-Kunsill rigward il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-valutazzjoni u l-immaniġġjar ta' l-għargħar li temenda l-proposta tal-Kummissjoni skond l-Artikolu 250(2) tat-Trattat tal-KE
Opinjoni tal-Kummissjoni skond l-Artikolu 251 (2), it-tielet subparagrafu, punt (c) tat-Trattat tal-KE, dwar l-emendi tal-Parlament Ewropew għall-pożizzjoni komuni tal-Kunsill rigward il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-valutazzjoni u l-immaniġġjar ta' l-għargħar li temenda l-proposta tal-Kummissjoni skond l-Artikolu 250(2) tat-Trattat tal-KE
/* KUMM/2007/0294 finali - COD 2006/0005 */
Opinjoni tal-Kummissjoni skond l-Artikolu 251 (2), it-tielet subparagrafu, punt (c) tat-Trattat tal-KE, dwar l-emendi tal-Parlament Ewropew għall-pożizzjoni komuni tal-Kunsill rigward il-proposta għal direttiva tal-Parlament ewropew u tal-Kunsill dwar il-valutazzjoni u l-immaniġġjar ta' l-għargħar li temenda l-proposta tal-Kummissjoni skond l-Artikolu 250(2) tat-Trattat tal-KE /* KUMM/2007/0294 finali - COD 2006/0005 */
[pic] | IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ | Brussell, 25.5.2007 COM(2007) 294 finali 2006/0005(COD) OPINJONI TAL-KUMMISSJONI skond l-Artikolu 251 (2), it-tielet subparagrafu, punt (c) tat-Trattat tal-KE, dwar l-emendi tal-Parlament Ewropew għall-pożizzjoni komuni tal-Kunsill rigward il-proposta għal DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar il-valutazzjoni u l-immaniġġjar ta' l-għargħar LI TEMENDA L-PROPOSTA TAL-KUMMISSJONI skond l-Artikolu 250(2) tat-Trattat tal-KE 2006/0005(COD) OPINJONI TAL-KUMMISSJONIskond l-Artikolu 251 (2), it-tielet subparagrafu, punt (c) tat-Trattat tal-KE,dwar l-emendi tal-Parlament Ewropewgħall-pożizzjoni komuni tal-Kunsill rigwardil-proposta għal DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar il-valutazzjoni u l-immaniġġjar ta' l-għargħar (Test b'rilevanza għaż-ŻEE) 1. L-ISFOND Il-Proċedura - Fid-18 ta' Jannar 2006, il-Kummissjoni ppreżentat proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[1] dwar il-valutazzjoni u l-immaniġġjar ta’ l-għargħar għall-adozzjoni permezz tal-proċedura ta’ kodeċiżjoni kif stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat tal- KE. - Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew ta l-Opinjoni tiegħu fis-17 ta' Mejju 2006. - Il-Parlament Ewropew adotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari fit-13 ta' Ġunju 2006. - Il-Kunsill adotta l-Pożizzjoni Komuni tiegħu fit-23 ta' Novembru 2006. - Il-Parlament Ewropew adotta l-pożizzjoni tiegħu fit-tieni qari fil-25 ta' April 2007. L-għan tal-proposta tal-Kummissjoni L-għan tal-proposta huwa li jkun stabbilit qafas għall-valutazzjoni u l-immaniġġjar tar-riskji ta' l-għargħar, bil-għan li jitnaqqsu l-konsegwenzi ħżiena għas-saħħa tal-bniedem, l-ambjent, il-wirt kulturali u l-attività ekonomika marbuta ma' l-għargħar fil-Komunità. 2. Il-kummenti tal-Kummissjoni 2.1. Kummenti ġenerali Fit-25 ta' April 2007, il-Parlament Ewropew adotta 26 mid-69 emenda li tressqu. Is-26 emenda adottata mill-Parlament ilkoll kienu parti minn pakkett ta' kompromess maqbul mal-Kunsill. Il-Kummissjoni hija fil-qagħda li taċċetta għal kollox is-26 emenda kollha. 2.2. Kummenti dettaljati Il-Kummissjoni hija fil-qagħda li taċċetta l-emendi 43 sa 52 għall-premessi li jiċċaraw iktar id-dispożizzjonijiet fid-Direttiva fir-rigward ta' rabtiet mad-Direttiva ta' Qafas dwar l-Ilma (2000/60/KE) u r-rwol tat-tibdil tal-klima, l-immaniġġjar ta' pjanuri ta' l-għargħar, it-tniġġis ambjentali, is-solidarjetà f'baċiri tax-xmara komuni u l-użu ta' l-aħjar teknoloġiji disponibbli. Fir-rigward tal-pożizzjonijiet sostantivi, il-Kummissjoni taċċetta l-emendi 53 sa 69 għax dawn itejbu l-Pożizzjoni Komuni billi jsaħħu: - il-konsiderazzjoni ta' l-għargħar fil-ġejjieni, inkluża l-konsiderazzjoni tat-tibdil fil-klima, id-difiżi eżistenti kontra l-għargħar fil-valutazzjoni preliminarja tar-riskju ta' l-għargħar, kif ukoll li s-sena 2011 tiġi stabbilta bħala d-data għal din il-valutazzjoni (l-Emendi 53-58, 66); - il-funzjoni meħtieġa għal għejun importanti oħra ta' tniġġis (l-Emenda 59); - il-pjanijiet ta' ġestjoni ta' riskju ta' l-għargħar fir-rigward ta' l-immaniġġjar tal-pjanuri ta' l-għargħar u l-prattika ta' l-użu ta' l-art sostenibbli, is-solidarjetà u l-prijoritizzazzjoni (l-Emendi 60-61, 68, 69); - il-koordinazzjoni mad-Direttiva ta' Qafas dwar l-Ilma (2000/60/KE) (Emendi 62-63); - il-proċedura tal-Komitoloġija (l-Emendi 64-65) u; - il-konsiderazzjoni ta' l-effetti potenzjali tat-tibdil fil-klima fir-rapport tal-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni (l-Emenda 67). 2.3. Proposta emendata Skond l-Artikolu 250(2) tat-Trattat tal-KE, il-Kummissjoni temenda l-proposta tagħha kif stabbilit hawn fuq. [1] COM (2006) 15 finali (2006/0005 (COD))