This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52007PC0102
Communication from the Commission to the European Parliament pursuant to the second subparagraph of Article 251(2) of the EC Treaty concerning the common position adopted by the Council with a view to the adoption of a Decision of the European Parliament and the Council establishing for the period 2007-2013 the specific programme "Fight against violence (Daphne III)" as part of the General programme "Fundamental Rights and Justice"
Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew skond it-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 251 (2) tat-Trattat tal-KE dwar pożizzjoni komuni meħuda mill-Kunsill bil-għan li tiġi adottata d-deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi għall-perjodu 2007-2013 il-programm speċifiku “Ġlieda kontra l-Vjolenza (DAPHNE III)” bħala parti mill-programm ġenerali “Drittijiet Fundamentali u Ġustizzja”
Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew skond it-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 251 (2) tat-Trattat tal-KE dwar pożizzjoni komuni meħuda mill-Kunsill bil-għan li tiġi adottata d-deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi għall-perjodu 2007-2013 il-programm speċifiku “Ġlieda kontra l-Vjolenza (DAPHNE III)” bħala parti mill-programm ġenerali “Drittijiet Fundamentali u Ġustizzja”
/* KUMM/2007/0102 finali - COD 2005/0037A */
Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew skond it-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 251 (2) tat-Trattat tal-KE dwar pożizzjoni komuni meħuda mill-Kunsill bil-għan li tiġi adottata d-deċiżjoni tal-Parlament ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi għall-perjodu 2007-2013 il-programm speċifiku “Ġlieda kontra l-Vjolenza (DAPHNE III)” bħala parti mill-programm ġenerali “Drittijiet Fundamentali u Ġustizzja” /* KUMM/2007/0102 finali - COD 2005/0037A */
[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ | Brussel 12.3.2007 KUMM(2007) 102 finali 2005/0037A (COD) KOMUNIKAZZJONI MILL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW skond it-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 251 (2) tat-Trattat tal-KE dwar pożizzjoni komuni meħuda mill-Kunsill bil-għan li tiġi adottata d-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi għall-perjodu 2007-2013 il-programm speċifiku “Ġlieda kontra l-Vjolenza (DAPHNE III)” bħala parti mill-programm ġenerali “Drittijiet Fundamentali u Ġustizzja” 2005/0037A (COD) KOMUNIKAZZJONI MILL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW skond it-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 251 (2) tat-Trattat tal-KE dwar pożizzjoni komuni meħuda mill-Kunsill bil-għan li tiġi adottata d-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi għall-perjodu 2007-2013 il-programm speċifiku “Ġlieda kontra l-Vjolenza (DAPHNE III)” bħala parti mill-programm ġenerali “Drittijiet Fundamentali u Ġustizzja” 1. SFOND Data tat-trażmissjoni tal-proposta lill-PE u lill-Kunsill(dokument COM([2006])[230] finali - [2005/[037A]COD) | is-24 ta’ Mejju 2006: (proposta modifikata wara s-separazzjoni tal-programmi “Ġlieda kontra l-Vjolenza (Daphne III)” u l-Prevenzjoni tal-konsum tad-droga u l-informazzjoni lill-pubbliku. | Data ta’ l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew: | id-19 ta’ Jannar 2006 | Data ta’ l-opinjoni tal-Parlament Ewropew fl-ewwel qari: | il-5 ta’ Settembru 2006 | Data ta’ l-adozzjoni tal-pożizzjoni komuni: | il-5 ta’ Marzu 2007 | 2. L-GĦAN TAL-PROPOSTA TAL-KUMMISSJONI DAPHNE III huwa programm ta’ finanzjament, b’pakkett finanzjarju ta’ 116.85 miljun EUR għall-perjodu 2007-2013, u li l-għanijiet tiegħu huma: Il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-forom kollha ta’ vjolenza li jseħħu fl-isferi pubbliċi jew privati kontra t-tfal, l-adolexxenti u n-nisa, billi jittieħdu miżuri preventivi u tingħata għajnuna lill-vittmi u lill-gruppi f’riskju; Il-promozzjoni ta’ azzjonijiet transnazzjonali maħsuba biex jinħolqu netwerks multidixxiplinari, jiġi assigurat l-iżvilupp ta’ l-għarfien, jiġi sensibilizzat il-pubbliku dwar il-vjolenza u jsir studju tal-fenomeni marbuta mal-vjolenza, u ssir riċerka u ġlieda kontra l-kawżi primarji tal-vjolenza fil-livelli kollha tas-soċjetà. 3. KUMMENTI DWAR IL-POŻIZZJONI KOMUNI Il-pożizzjoni komuni tal-Kunsill iżżomm l-elementi essenzjali tal-proposta inizjali tal-Kummissjoni u tqis l-emendi ewlenin adottati fl-ewwel qari mill-Parlament Ewropew. Id-diskussjonijiet bejn il-Parlament, il-Kunsill u l-Kummissjoni wasslu għal test ta’ kompromess, li jibbaża fuq il-pożizzjoni komuni tal-Kunsill. Id-differenzi ewlenin bejn il-posiżżjoni komuni, minn naħa u l-proposta inizjali tal-Kummissjoni huma li ġejjin: Il-programmi “DAPHNE III” u “L-PREVENZJONI TAL-KONSUM TAD-DROGA U L-INFORMAZZJONI” huma differenzjati. (Din il-qasma ġiet proposta mill-Kummissjoni nnifisha fil-proposta tagħha modifikata tas-24 ta’ Mejju 2006. L-Artikoli 2 u 3: l-għanijiet ġenerali u speċifiċi tal-programmi reġgħu ġew ifformulati, bil-għan li jkunu aktar ċari.) L-Artikolu 4.b: proposta ta’ proġett speċifiku għandha tkun eliġibbli għall-finanzjament jekk tinvolvi mill-inqas 2 Stati Membri (minflok 3 Stati Membri fil-proposta inizjali tal-Kummissjoni). L-Artikolu 4.d: Ir-referenza espliċita tal-federazzjoni Ewropea dwar it-tfal li għebu u li ġew abbużati sesswalment, bil-għan li jingħata sussidju għall-operat, tneħħiet. L-Artikolu 10: dwar il-komitoloġija, it-test ta’ kompromess iżomm il-prinċipju ta’ kumitat doppju (kumitat ta’ ġestjoni għall-adozzjoni tal-programmi ta’ ħidma annwali u kumitat konsultattiv għall-kwistjonijiet oħra), waqt li l-proposta inizjali tal-Kummissjoni tipprevedi biss kumitat konsultattiv. Dikjarazzjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tistieden lill-Kummissjoni tikkunsidra l-possibbiltà ta’ inizjattiva għal sena Ewropea kontra l-vjolenza lejn it-tfal, l-adolexxenti u n-nisa. Emendi oħra tal-Parlament dwar il-modifiki editorjali bil-għan li jitjieb it-test ġew inklużi wkoll. 4. KONKLUŻJONIJIET Il-Kummissjoni taċċetta l-pożizzjoni komuni, li tinkludi l-elementi ewlenin tal-proposta inizjali u tal-proposta modifikata tas-24 ta’ Mejju 2006 kif ukoll l-emendi ewlenin adottati mill-Parlament Ewropew.