EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52007PC0044

Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-pożizzjoni li trid tiġi adottata, f'isem il-Komunità, fi ħdan il-Kunsill Internazzjonali taż-Zrieragħ fir-rigward ta’ l-estensjoni tal-Konvenzjoni dwar in-Negozju taż-Żrieragħ, 1995

/* KUMM/2007/0044 finali - ACC 2007/0016 */

52007PC0044




[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ |

Brussel 6.2.2007

KUMM(2007) 44 finali

2007/0016 (ACC)

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

dwar il-pożizzjoni li trid tiġi adottata, f'isem il-Komunità, fi ħdan il-Kunsill Internazzjonali taż-Zrieragħ fir-rigward ta’ l-estensjoni tal-Konvenzjoni dwar in-Negozju taż-Żrieragħ, 1995

(preżentata mill-Kummissjoni)

MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1. Il-Konvenzjoni dwar in-Negozju taż-Żrieragħ, 1995 (minn hawn 'il quddiem: il-“Konvenzjoni”) ġiet konkluża mill-Komunità bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 96/88/KE[1] sat-30 ta’ Ġunju 1998 u minn dak iż-żmien ġiet estiża b’mod regolari. Il-Konvenzjoni ġiet estiża l-aħħar permezz tad-deċiżjoni tal-Kunsill Internazzjonali taż-Zrieragħ f’Ġunju ta’ l-2005 u għandha tibqa’ fis-seħħ sat-30 ta’ Ġunju 2007.

2. Huwa fl-interess tal-Komunità li ssir estensjoni oħra sa massimu ta’ sentejn tal-Konvenzjoni.

3. L-estensjoni tal-Konvenzjoni tikkonsisti milli jittawwal il-kontribut Komunitarju għall-baġit amministrattiv tal-Ftehim Internazzjonali dwar iż-Zrieragħ, li jkopri kemm il-Konvenzjoni kif ukoll il-Konvenzjoni dwar l-Għajnuna bl-Ikel ta’ l-1999. Dak il-kontribut huwa bbaġitjat skond il-punt 05 06 01 tal-baġit Komunitarju (Ftehimiet agrikoli internazzjonali).

4. L-għan ta’ din il-proposta huwa li tfittex l-awtorizzazzjoni tal-Kunsill biex il- Kummissjoni tivvota, f’isem il-Komunità, favur l-estensjoni tal-Konvenzjoni tal-Kummerċ taż-Żrieragħ sat-30 ta’ Ġunju 2009 fi ħdan il-Kunsill Internazzjonali taż-Zrieragħ.

2007/0016 (ACC)

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

dwar il-pożizzjoni li trid tiġi adottata, f'isem il-Komunità, fi ħdan il-Kunsill Internazzjonali taż-Zrieragħ fir-rigward ta’ l-estensjoni tal-Konvenzjoni dwar in-Negozju taż-Żrieragħ, 1995

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 133 flimkien ma' l-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 300(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni,

Billi:

5. Il-Konvenzjoni dwar in Negozju taż-Zrieragħ, 1995, ġiet konkluża mill-Komunità permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 96/88/KE[2] u ġiet estiża b’mod regolari għal perjodi oħra ta’ sentejn. Il-Konvenzjoni kienet estiża l-aħħar permezz tad-deċiżjoni tal-Kunsill Internazzjonali taż-Zrieragħ f’Ġunju 2005 u għandha tibqa’ fis-seħħ sat-30 ta’ Ġunju 2007. Huwa fl-interess tal-Komunità li ssir estensjoni oħra. Il-Kummissjoni li tirrapreżenta lill-Komunità fil-Konvenzjoni tan-Negozju taż-Zrieragħ għandha għalhekk tiġi awtorizzata biex tivvota favur estensjoni bħal din,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu Uniku

Il-Pożizzjoni tal-Komunità Ewropea fi ħdan il-Kunsill Internazzjonali taż-Zrieragħ hija li tivvota favur l-estensjoni tal-Konvenzjoni tan-Negozju taż-Zrieragħ 1995 għal perjodu ieħor, sa sentejn.

Il-Kummissjoni hija b’dan awtorizzata li tesprimi din il-pożizzjoni fi ħdan il-Kunsill Internazzjonali taż-Żrieragħ.

Magħmula fi Brussell,.

Għall-Kunsill

Il-President

DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA

Qasam ta’ politika: Agrikoltura u Żvilupp Rurali Attività: Aspetti internazzjonali tal-qasam tal-politika Agrikola u ta' l-Iżvilupp Rurali |

TITOLU TA' L-AZZJONI: ESTENSJONI TAL-KONVENZJONI TAN-NEGOZJU TAż-żRIERAGħ 1995 |

1. LINJA TA’ BAĠIT + INTESTATURA

INTESTATURA 4 – L-UE BħALA MSIEħBA GLOBALI

05 06 01: Ftehimiet agrikoli internazzjonali

2. ĊIFRI GLOBALI

2.1. Allokazzjoni totali għall-azzjoni (il-Parti B): EUR 0.937 miljun

2.2. Perjodu ta' l-applikazzjoni: mill-1.7.2007 sat-30.06.2009

2.3. Stima globali multijannwali tan-nefqa (EUR miljuni)

2008 | 2009 | Total |

Impenji | 0.464 | 0.473 | 0.937 |

Ħlasijiet | 0.464 | 0.473 | 0.937 |

2.4. Kompatibilità mal-programmazzjoni finanzjarja u l-perspettiva finanzjarja

X Il-proposta hija kompatibbli mal-programmazzjoni finanzjarja eżistenti.

2.5. L-impatt finanzjarju fuq id-dħul

X M’hemm l-ebda implikazzjoni finanzjarja (tinvolvi aspetti tekniċi dwar l-implimentazzjoni ta' miżura)

3. KARATTERISTIĊI TAL-BAĠIT

It-tip tan-nefqa | Ġdida | Il-parteċipazzjoni ta’ l-EFTA | Parteċipazzjoni ta’ pajjiżi applikanti | L-Intestatura fil-Perspettiva Finanzjarja |

Obbligatorja | Diff | LE | LE | LE | 4 L-UE bħala sieħba globali |

4. BAŻI ĠURIDIKA

L-Artikolu 133 flimkien ma' l-Artikolu 300(2) tat-Trattat.

5. DESKRIZZJONI U RAĠUNIJIET

5.1. Ħtieġa ta’ intervent mill-Komunità

Minħabba l-importanza ekonomika tagħha, speċjalment fis-settur agrikolu, il-KE jeħtiġilha tkun irrappreżentata fil-ftehimiet agrikoli internazzjonali, li huma mezz importanti biex jiġu segwiti l-iżviluppi globali u biex jitħarsu l-interessi Komunitarji għall-prodotti kkonċernati.

Il-ħlas tal-kontributi ta’ sħubija tal-KE lill-Kunsill Internazzjonali taż-Żrieragħ (IGC) jippermetti li jinkisbu l-għanijiet tal-ftehimiet internazzjonali. Il-Kunsill Internazzjonali taż-Żrieragħ, li huwa responsabbli għall-amministrazzjoni tal-Ftehim għall-Konvenzjoni tan-Negozju taż-Żrieragħ ta’ l-1995 u l-Konvenzjoni ta’ l-Għajnuna bl-Ikel ta’ l-1999, jippromwovi l-għanijiet tal-Ftehimiet, inklużi l-kooperazzjoni internazzjonali, l-iskambju ta' tagħrif statistiku, il-previżjoni tat-tendenzi tas-suq, fost l-oħrajn, u għall-Konvenzjoni ta' l-Għajnuna bl-Ikel, il-garanzija li l-pajjiżi ta’ żvilupp jiġu żgurati l-ammont minimu ta' għajnuna bl-ikel mill-Unjoni Ewropea. Huwa għalhekk fl-interessi tal-KE li tkun parti minn dawn il-Ftehimiet.

Il-kontributi tas-sħubjia huma ddeterminati fuq bażi annwali u hemm l-obbligu li jingħataw sakemm il-KE tibqa' membru tal-Ftehimiet.

Jidher ċar li jekk il-KE kellha twettaq waħedha l-istess azzjonijiet kif imwettqa mill-IGC, in-nefqa totali ta’ dawn tista’ tkun ħafna ikbar min-nefqa tal-kontributi tas-sħubija.

5.2. Azzjonijiet previsti u arranġamenti ta' intervent baġitarju

Il-KE tħallas id-drittijiet tas-sħubija fuq bażi annwali għall-Kunsill Internazzjonali taż-Żrieragħ.

Id-drittijiet għandhom jitħallsu sakemm il-KE tibqa' firmatarja tal-Ftehimiet.

Il-Kummissjoni Ewropea tipparteċipa bis-sħiħ fl-attivitajiet ta’ l-IGC biex tieħu vantaġġ totali tal-benefiċċji tas-sħubija.

6. IMPATT FINANZJARJU

6.1. Impatt totali finanzjarju fil-Parti B

Impenji (sat-tielet post deċimali): EUR 0.937 miljun għall-perjodu ta’ sentejn: EUR 0.464 miljun għall-2008 u EUR 0.473 miljun għall-2009.

6.2. Kalkolu

In-nefqa involuta fl-applikazzjoni taż-żewġ konvenzjonijiet hija koperta bil-kontributi annwali mill-membri kollha tal-konvenzjoni taż-Żrieragħ.

Kull kontribut huwa ffissat fi proporzjoni man-numru ta’ voti attribwiti għall-membru kkonċernat u fi proporzjoni ma’ l-importanza tiegħu fis-suq internazzjonali.

Hemm totali ta’ 2000 vot fil-Konvenzjoni, li minnhom l-Unjoni Ewropea għandha 406 (wara t-tkabbir). L-istess figura hija pproġettata għall-2008 u l-2009. In-nefqa stmata għal kull vot għall-2008 hija EUR 1 143 li tirriżulta f’kontribut Komunitarju ta' EUR 0.0464 miljun.

Għall-2009 u waqt li jitqies l-aġġustament tal-prezz għal kull vot, in-nefqa stmata hija ta’ EUR 0.473 miljun.

7. IMPATT FUQ IN-NEFQA MARBUTA MAL-PERSUNAL U L-AMMINISTRAZZJONI

7.1. Impatt fuq ir-riżorsi umani

Tipi ta’ xogħol | Persunal li jrid jiġi inkarigat għall-ġestjoni ta' l-azzjoni bl-użu tar-riżorsi eżistenti | Total | Deskrizzjoni tal-kompiti derivantimill-azzjoni |

Għadd ta' karigi permanenti | Għadd ta' karigi temporanji |

Uffiċjali permanenti jew persunal temporanju | A B C | 0.2 0.1 – | – – – | 0.2 0.1 – | Preparazzjoni għal attendenza fil-laqgħat u f'segwitu għal-laqgħat ta’ l-IGC |

Riżorsi umani oħra | – | – | – |

Total | 0.3 | – | 0.3 |

7.2. Impatt finanzjarju globali tar-riżorsi umani

It-tip ta’ riżorsi umani | Ammont EUR | Metodu ta' kalkolu: |

Uffiċjali Persunal temporanju | 35 400 | 0.3 x 118 000 |

Riżorsi umani oħra |

Total | 35 400 |

8. SEGWITU U VALUTAZZJONI

8.1. Arranġamenti għas-segwitu

Is-servizzi tal-Kummissjoni għandhom jipparteċipaw bis-sħiħ fil-Kumitati u l-Kunsill Amministrattivi ta’ l-IGC; Dawn huma l-entitajiet responsabbli biex jiddeterminaw il-kontributi tal-baġit.

Ir-rapporti dwar dawn il-laqgħat u dwar id-deċiżjonijiet meħuda waqt dawn il-laqgħat għandhom jiġu ppubblikati u jkunu disponibbli liberament għall-membri.

9. MIŻURI KONTRA L-FRODI

L-eżekuzzjoni u l-kontroll tal-kontributi tal-KE għandhom jiġu evalwati f’konformità mar-regoli previsti bil-Ftehim ta’ l-IGC.

Modalitajiet speċifiċi ta’ l-awditjar u l-kontroll huma stabbiliti fi ħdan il-bażi ġuridika ta' din l-organizzazzjoni internazzjonali.

Il-kontijiet ta’ din l-organizzazzjoni huma ċċertifikati minn awditur estern indipendenti. Din iċ-ċertifikazzjoni għandha titressaq lill-entità kompetenti ta’ l-IGC bil-għan tal-ksib ta’ l-approvazzjoni u l-pubblikazzjoni sussegwenti tagħha.

[1] ĠU L 21, 27.1.1996, p. 47.

[2] ĠU L 21, 27.1.1996, p. 47.

Top