This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52007PC0038
Proposal for a Council Decision on a Community position within the EU-Mexico Joint Committee relating to Annex III to Decision No 2/2000 of the EU-Mexico Joint Council of 23 March 2000, concerning the definition of the concept of 'originating products' and methods of administrative cooperation
Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar pożizzjoni Komunitarja fi ħdan il-Kumitat Konġunt bejn l-UE u l-Messiku fir-rigward ta' l-Anness III tad-Deċiżjoni Nru 2/2000 tal-Kunsill Konġunt bejn l-UE u l-Messiku tat-23 ta' Marzu 2000, dwar it-tifsira tal-kunċett tal-'prodotti li joriġinaw minn' u tal-metodi ta' kooperazzjoni amministrattiva
Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar pożizzjoni Komunitarja fi ħdan il-Kumitat Konġunt bejn l-UE u l-Messiku fir-rigward ta' l-Anness III tad-Deċiżjoni Nru 2/2000 tal-Kunsill Konġunt bejn l-UE u l-Messiku tat-23 ta' Marzu 2000, dwar it-tifsira tal-kunċett tal-'prodotti li joriġinaw minn' u tal-metodi ta' kooperazzjoni amministrattiva
/* KUMM/2007/0038 finali - ACC 2007/0011 */
Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar pożizzjoni Komunitarja fi ħdan il-Kumitat Konġunt bejn l-UE u l-Messiku fir-rigward ta' l-Anness III tad-Deċiżjoni Nru 2/2000 tal-Kunsill Konġunt bejn l-UE u l-Messiku tat-23 ta' Marzu 2000, dwar it-tifsira tal-kunċett tal-'prodotti li joriġinaw minn' u tal-metodi ta' kooperazzjoni amministrattiva /* KUMM/2007/0038 finali - ACC 2007/0011 */
[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ | Brussel 31.1.2007 KUMM(2007) 38 finali 2007/0011 (ACC) Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar pożizzjoni Komunitarja fi ħdan il-Kumitat Konġunt bejn l-UE u l-Messiku fir-rigward ta' l-Anness III tad-Deċiżjoni Nru 2/2000 tal-Kunsill Konġunt bejn l-UE u l-Messiku tat-23 ta' Marzu 2000, dwar it-tifsira tal-kunċett tal-'prodotti li joriġinaw minn' u tal-metodi ta' kooperazzjoni amministrattiva (preżentata mill-Kummissjoni) MEMORANDUM TA' SPJEGAZZJONI . IL-KUNTEST TAL-PROPOSTA | 110 | Ir-raġunijiet u l-għanijiet tal-proposta Il-Ftehim ta' Sħubija Ekonomika, Koordinazzjoni Politika u Kooperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u l-Istati Uniti Messikani, min-naħa l-oħra, ġie ffirmat fi Brussell fit-8 ta' Diċembru 1997. Id-dispożizzjonijiet tal-liberalizzazzjoni tas-suq kienu ġew stabbiliti fid-Deċiżjoni Nru 2/2000 tal-Kunsill Konġunt bejn l-UE u l-Messiku, imwaqqaf bil-Ftehim (minn hawn 'il quddiem "Deċiżjoni Nru 2/2000"). L-Anness III tad-Deċiżjoni Nru 2/2000 tal-Kunsill Konġunt bejn l-UE u l-Messiku, dwar it-tifsira tal-kunċett tal-'prodotti li joriġinaw minn' u l-metodi tal-kooperazzjoni amministrattiva, jistabilixxi r-regoli ta' l-oriġini għall-prodotti li joriġinaw mit-territorju tal-Partijiet f'dan il-Ftehim. Il-Messiku u l-Komunità qablu li jdaħħlu ċerti emendi għar-regoli ta' l-oriġini li jaqgħu fl-Anness III tad-Deċiżjoni Nru 2/2000. | 120 | Il-kuntest ġenerali Xi wħud mir-regoli ta' l-oriġini li jinsabu fl-Anness III tad-Deċiżjoni Nru 2/2000 kienu ġew maqbula inizjalment fuq bażi temporanja u jeħtieġu monitoraġġ regolari. Dan huwa l-każ partikolarment tar-regoli speċjali li japplikaw għal ċerti prodotti kimiċi tat-titli HS (Sistema Armonizzata) 2914 u 2915, kif ukoll ta' dawk li japplikaw għall-ġlud u għall-prodotti tal-ġilda tat-titli HS 4104 u 4107. Id-deroga temporarja għall-prodotti kimiċi ġiet maqbula inizjalment sat-30 ta' Ġunju 2003. Dan il-perjodu sussegwentement kien ġie estiż sat-30 ta' Ġunju 2006. Illum qiegħed jiġi pproponut li jkun estiż il-perjodu tat-twettiq ta' dawn ir-regoli speċjali għal tliet snin oħra, jiġifieri sat-30 ta' Ġunju 2009. Id-Deroga temporanja għall-ġlud u għall-prodotti tal-ġilda kienet ġiet maqbula inizjalment sal-31 ta' Diċembru 2002, marbuta mal-konklużjoni probabbli tan-negozjati tad-WTO li kienu għaddejjin f'dak iż-żmien. Dan il-perjodu sussegwentement kien ġie estiż sal-31 ta' Diċembru 2004. Illum qiegħed jiġi pproponut li jkun estiż il-perjodu ta' l-applikazzjoni ta' dawn ir-regoli speċjali sal-konklużjoni tan-negozjati tad-WTO. L-Anness III tad-Deċiżjoni Nru 2/2000 jistabbilixxi kwoti annwali għall-esportazzjoni Komunitarji lejn il-Messiku ta' ċerti tessuti u prodotti tax-xedd tas-saqajn skond it-twettiq ta' regoli speċjali ta' l-oriġini. Dawn il-'kwoti ta' oriġini' jikkonċernaw il-prodotti tat-tessuti tat-titli HS 5208 sa 5212, 5407 u 5408, 5512 sa 5516, 5801, 5806 u 5811, u prodotti taż-żraben tat-titli HS 6402, 6403 u 6404. L-Anness III tad-Deċiżjoni Nru 2/2000 jipprovdi li dawk il-kwoti annwali tat-tessuti u tax-xedd tas-saqajn jridu jiġu allokati mill-Messiku bi rkant. Fiż-żewġ każijiet il-Ftehim jipprovdi għal reviżjoni tal-kwoti, fl-2003 fil-każ tat-tessuti u fl-2004 fil-każ tax-xedd tas-saqajn. Ir-rata ta' l-użu tal-kwoti kienet konsistentement baxxa ħafna, sitwazzjoni li l-Komunità tħoss li hi riżultat ta' tmexxija mxekkla tal-kwoti min-naħa tal-Messiku. Illum qed jiġi ppropost li jinbidel il-metodu ta' mmaniġġjar ta' dawn 'il-kwoti ta' oriġini' mis-sistema preżenti ta' rkant għal waħda ta' "min jiġi l-ewwel, jinqeda l-ewwel". Ir-regola speċifika ta' l-oriġini stabbilita fl-Anness III tad-Deċiżjoni Nru 2/2000 għall-prodotti taċ-ċereali tat-titlu HS 1904 ma jippermettix l-użu tal-qamħirrun Zea indurata mhux ta' l-oriġini fil-manifatturar tal-prodotti f'dan it-titlu. Dan it-tip partikulari ta' qamħirrun, li huwa meħtieġ għall-manifatturar ta' ċerti prodotti, fosthom kornflejks, madankollu mhuwiex disponibbli fiż-żona preferenzjali. Issa qiegħda tiġi pproposta l-introduzzjoni ta' eċċezjoni li tippermetti l-użu tal-qamħirrun Zea indurata mhux ta' l-oriġini. Ir-regola speċifika ta' l-oriġini kif stabbilita fl-Anness III tad-Deċiżjoni Nru 2/2000 għall-aluminju ferrobattut tat-titlu HS 7601 tiddeskrivi x-xogħol jew l-ipproċessar meħtieġa għall-akkwist ta' l-oriġini b'mod restrittiv, u tħalli barra l-aktar proċessi komuni użati fl-industrija tal-manifatturar. Issa qiegħed ikun propost li tiġi inkluża regola alternattiva li twessa' l-ambitu tat-tħaddim jew ta' l-ipproċessar għall-akkwist ta' l-oriġini. | 139 | Dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam tal-proposta M’hemm l-ebda dispożizzjoni eżistenti fil-qasam tal-proposta. | 141 | Il-konsistenza mal-politiki u l-għanijiet l-oħra ta' l-Unjoni Mhux applikabbli. | KONSULTAZZJONI MAL-PARTIJIET INTERESSATI U EVALWAZZJONI TA' L-IMPATT | Konsultazzjoni mal-partijiet interessati | 219 | Mhux rilevanti. Din il-proposta tintroduċi emendi għal test ta' qabel. | Ġbir u użu ta' għarfien espert | 229 | Ma kienx hemm ħtieġa ta' għarfien espert estern. | 230 | L-evalwazzjoni ta' l-impatt Mhux rilevanti. Din il-proposta ddaħħal emendi għal ftehim bilaterali tal-kummerċ diġà eżistenti. Ma kien hemm l-ebda opzjoni oħra biex tiġi kkunsidrata. Mhux rilevanti. Għar-raġunijiet mogħtijin hawn fuq, ma kien hemm l-ebda opzjoni oħra biex tiġi kkunsidrata. | ELEMENTI LEGALI TAL-PROPOSTA | 305 | Sommarju ta’ l-azzjoni proposta Il-Kunsill intalab biex jadotta pożizzjoni Komunitarja fuq abbozz ta' Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt bejn l-Unjoni Ewropea u l-Messiku li ddaħħal emendi għar-regoli ta' l-oriġini inklużi fl-Anness III tad-Deċiżjoni Nru 2/2000 tal-Kunsill Konġunt bejn l-UE u l-Messiku, dwar it-tifsira tal-kunċett tal-'prodotti li joriġinaw minn' u tal-metodi ta' kooperazzjoni amministrattiva. | 310 | Il-bażi legali L-Artikolu 38 ta' l-Anness III tad-Deċiżjoni Nru 2/2000 tal-Kunsill Konġunt bejn l-UE u l-Messiku jagħti s-setgħa lill-Kumitat Konġunt biex jemenda dan l-Anness. | 329 | Il-prinċipju tas-sussidjarjetà Il-proposta taqa’ taħt il-kompetenza esklussiva tal-Komunità. Għalhekk il-prinċipju tas-sussidjarjetà ma japplikax. | Il-prinċipju tal-proporzjonalità Il-proposta hija konformi mal-prinċipju tal-proporzjonalità għar-raġuni(jiet) li ġejja/in. | 331 | Mhux rilevanti | 332 | Mhux rilevanti | Għażla ta’ l-istrumenti | 341 | L-Istrumenti proposti: oħrajn. | 342 | Mezzi oħra ma jkunux adattati għar-raġuni(jiet) li ġejja/in. Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt bejn l-UE u l-Messiku | IMPLIKAZZJONI GħALL-BAġIT | 409 | Il-proposta ma għandha l-ebda effett fuq il-baġit tal-Komunità. | 1. 2007/0011 (ACC) Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar pożizzjoni Komunitarja fi ħdan il-Kumitat Konġunt bejn l-UE u l-Messiku fir-rigward ta' l-Anness III tad-Deċiżjoni Nru 2/2000 tal-Kunsill Konġunt bejn l-UE u l-Messiku tat-23 ta' Marzu 2000, dwar it-tifsira tal-kunċett tal-'prodotti li joriġinaw minn' u tal-metodi ta' kooperazzjoni amministrattiva IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 133 tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni, Billi: (1) Il-Ftehim ta' Sħubija Ekonomika, Koordinazzjoni Politika u Kooperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u l-Istati Uniti Messikani, min-naħa l-oħra, ġie ffirmat fi Brussell fit-8 ta' Diċembru 1997[1]. Id-dispożizzjonijiet tal-liberalizzazzjoni tas-suq kienu ġew stabbiliti fid-Deċiżjoni Nru 2/2000 tal-Kunsill Konġunt bejn l-UE u l-Messiku, imwaqqaf bil-Ftehim (minn hawn 'il quddiem "Deċiżjoni Nru 2/2000")[2]. (2) L-Anness III tad-Deċiżjoni Nru 2/2000 tal-Kunsill Konġunt bejn l-UE u l-Messiku, dwar it-tifsira tal-kunċett tal-'prodotti li joriġinaw minn' u l-metodi ta' kooperazzjoni amministrattiva, jistabilixxi r-regoli ta' l-oriġini għall-prodotti li joriġinaw mit-territorju tal-Partijiet f'dan il-Ftehim. (3) L-Artikolu 38 ta' l-Anness III tad-Deċiżjoni Nru 2/2000 jipprovdi li l-Kumitat Konġunt jista' jemenda dan l-Anness. (4) Il-Messiku u l-Komunità qablu li jdaħħlu ċerti emendi għar-regoli ta' l-oriġini inklużi fl-Anness III tad-Deċiżjoni Nru 2/2000, IDDEĊIEDA KIF ĠEJ: Artikolu Waħdieni Il-pożizzjoni li trid taddotta l-Komunità fil-Kumitat Konġunt bejn l-UE u l-Messiku rigward l-Anness III tad-Deċiżjoni Nru 2/2000 tal-Kunsill Konġunt bejn l-UE u l-Messiku tat-23 ta' Marzu 2000, dwar it-tifsira tal-kunċett tal-'prodotti li joriġinaw minn' u l-metodi ta' kooperazzjoni amministrattiva, hija dik imniżżla fl-abbozz mehmuż ta' Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt. Magħmula fi Brussell, Għall-Kunsill Il-President ABBOZZ DEĊIŻJONI Nru …/2007 TAL-KUMITAT KONĠUNT BEJN L-UNJONI EWROPEA U L-MESSIKU ta’ ... 2007 fir-rigward ta' l-Anness III tad-Deċiżjoni Nru 2/2000 tal-Kunsill Konġunt bejn l-UE u l-Messiku tat-23 ta' Marzu 2000, dwar it-tifsira tal-kunċett tal-'prodotti li joriġinaw minn' u l-metodi ta' kooperazzjoni amministrattiva IL-KUMITAT KONĠUNT, Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni Nru 2/2000 tal-Kunsill Konġunt bejn l-UE u l-Messiku tat-23 ta' Marzu 2000[3] (minn hawn 'il quddiem "Deċiżjoni Nru 2/2000"), u b'mod partikulari l-Anness III tiegħu dwar it-tifsira tal-kunċett tal-'prodotti li joriġinaw minn' u l-metodi ta' kooperazzjoni amministrattiva; Billi: (1) L-Anness III tad-Deċiżjoni Nru 2/2000 jistabbilixxi r-regoli ta' l-oriġini għall-prodotti li joriġinaw mit-territorju tal-Partijiet f'dan il-Ftehim. (2) Skond id-Dikjarazzjoni Konġunta V tad-Deċiżjoni Nru 2/2000, il-Kumitat Konġunt irid jirrevedi l-bżonn li jestendi wara t-30 ta' Ġunju 2003 l-applikazzjoni tar-regoli stabbiliti fin-Noti 2 u 3 ta' l-Appendiċi II(a), jekk il-kundizzjonijiet ekonomiċi li ffurmaw il-bażi biex ġew stabbiliti ir-regoli stipulati f'dawk in-Noti jibqgħu kif kienu. Fit-22 ta' Marzu 2004 il-Kumitat Konġunt adotta d-Deċiżjoni Nru 1/2004 tal-Kumitat Konġunt bejn l-UE u l-Messiku[4] li testendi l-applikazzjoni tar-regoli ta' l-oriġini stabiliti fin-Noti 2 u 3 ta' l-Appendiċi II(a) ta' l-Anness III tad-Deċiżjoni Nru 2/2000 sat-30 ta' Ġunju 2006. (3) Hu kkunsidrat xieraq li għal darb'oħra tiġi estiża, fuq bażi temporanja, l-applikazzjoni tar-regoli ta' l-oriġini stabbiliti fin-Noti 2 u 3 ta' l-Appendiċi II(a) ta' l-Anness III tad-Deċiżjoni Nru 2/2000, sabiex tiġi żgurata t-tkomplija ta' l-applikazzjoni tal-vantaġġi reċiproki kif ipprovduti skond dik id-Deċiżjoni. (4) Skond id-Dikjarazzjoni Konġunta VI tad-Deċiżjoni Nru 2/2000, il-Kumitat Konġunt irid jestendi wara l-31 ta' Diċembru 2002 ir-regoli ta' l-oriġini stabbiliti fin-Nota 4 ta' l-Appendiċi II(a) ta' l-Anness III tad-Deċiżjoni Nru 2/2000 sakemm tkun intemmet il-fażi attwali tan-negozzjati multilaterali fl-Organizzazjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO). (5) Bid-Deċiżjoni Nru 1/2002 tal-Kumitat Konġunt bejn l-UE u l-Messiku ta' l-20 ta' Diċembru 2002[5], l-applikazzjoni tar-regoli ta' l-oriġini stabbiliti fin-Nota 4 ta' l-Appendiċi II(a) ta' l-Anness III tad-Deċiżjoni Nru 2/2000 ġiet estiża sal-31 ta' Diċembru 2004. Sal-lum in-negozjati tal-WTO għadhom mhux magħluqa u għalhekk hu neċessarju li terġa' tiġi estiża l-applikazzjoni ta' dawn ir-regoli ta' l-oriġini, sabiex tiġi żgurata t-tkomplija ta' l-applikazzjoni tal-vantaġġi reċiproki pprovduti skond id-Deċiżjoni Nru 2/2000. (6) Il-metodu ta' tmexxija li qiegħed jintuża attwalment biex jiġu allokati l-kwoti annwali stabbiliti fl-Appendiċi II ta' l-Anness III tad-Deċiżjoni Nru 2/2000 għall-prodotti kklassifikati taħt it-titli HS (Sistema Armoniżżata) 5208 sa 5212, 5407 u 5408, 5512 sa 5516, 5801, 5806 u 5811 esportati mill-Komunità lejn il-Messiku jrid jinbidel mis-sistema preżenti ta' rkant għal waħda ta' "min jiġi l-ewwel, jinqeda l-ewwel", sabiex jiġi ssimplifikat l-aċċess għal dawn il-kwoti u togħla r-rata ta' l-użu. (7) Il-metodu ta' tmexxija li qiegħed jintuża attwalment biex jiġu allokati l-kwoti annwali stabbiliti fin-Nota 9 ta' l-Appendiċi II(a) ta' l-Anness III tad-Deċiżjoni Nru 2/2000 għall-prodotti kklassifikati taħt it-titli HS 6402 sa 6404 esportati mill-Komunità lejn il-Messiku jrid jinbidel mis-sistema preżenti ta' rkant għal waħda ta' "min jiġi l-ewwel, jinqeda l-ewwel", sabiex jiġi ssimplifikat l-aċċess għal dawn il-kwoti u togħla r-rata ta' l-użu. (8) Ir-regola ta' l-oriġini stabbilita fl-Appendiċi II ta' l-Anness III tad-Deċiżjoni Nru 2/2000 għall-prodotti kklassifikati taħt it-titlu HS 1904 trid tiġi emendata biex tippermetti l-użu tal-qamħirrun Zea indurata mhux ta' oriġini fil-manifatturar tal-prodotti ta' dan it-titlu. (9) Ir-regola ta' l-oriġini stabbilita fl-Appendiċi II ta' l-Anness III tad-Deċiżjoni Nru 2/2000 għall-prodotti kklassifikati taħt it-titlu HS 7601 trid tiġi emendata biex tippermetti l-akkwist ta' l-oriġini permezz ta' diversi proċessi ta' manifattura. IDDEĊIEDA KIF ĠEJ: Artikolu 1 Ir-regoli ta' l-oriġini stabbiliti fin-Noti 2 u 3 ta' l-Appendiċi II(a) ta' l-Anness III tad-Deċiżjoni Nru 2/2000 jibqgħu applikabbli sat-30 ta' Ġunju 2009 minflok ir-regoli ta' l-oriġini stabbiliti fl-Appendiċi II ta' l-Anness III għal dik id-Deċiżjoni. Artikolu 2 Ir-regoli ta' l-oriġini stabbiliti fin-Nota 4 ta' l-Appendiċi II(a) ta' l-Anness III tad-Deċiżjoni Nru 2/2000 jibqgħu applikabbli sakemm tintemm il-fażi attwali tan-negozjati tad-WTO, minflok ir-regoli ta' l-oriġini stabbiliti fl-Appendiċi II ta' l-Anness III ta' dik id-Deċiżjoni. Artikolu 3 1. It-test tan-noti f'qiegħ il-paġna fl-Appendiċi II ta' l-Anness III tad-Deċiżjoni Nru 2/2000 li jagħmel riferenza għall-prodotti kklassifikati taħt it-titli HS 5208 sa 5212, 5407 u 5408, 5512 sa 5516, 5801, 5806 u 5811, iridu jiġu mibdula mat-test li jinsab fl-Anness I ta' din id-Deċiżjoni. 2. Trid tiżdied Nota 13 ġdida ma' l-Appendiċi II(a) ta' l-Anness III tad-Deċiżjoni Nru 2/2000, li t-test tiegħu jinsab fl-Anness I ta' din id-Deċiżjoni. Artikolu 4 It-test tan-Nota 9 ta' l-Appendiċi II(a) ta' l-Anness III tad-Deċiżjoni Nru 2/2000 irid jiġi mibdul mat-test li jinsab fl-Anness II ta' din id-Deċiżjoni. Artikolu 5 Ir-regola ta' l-oriġini stabbilita fl-Appendiċi II ta' l-Anness III tad-Deċiżjoni Nru 2/2000 għall-prodotti kklassifikati taħt it-titlu HS 1904 trid tiġi mibdula mat-test li jinsab fl-Anness III ta' din id-Deċiżjoni. Artikolu 6 Ir-regola ta' l-oriġini stabbilita fl-Appendiċi II ta' l-Anness III tad-Deċiżjoni Nru 2/2000 għall-prodotti kklassifikati taħt it-titlu HS 7601 trid tiġi mibdula mat-test li jinsab fl-Anness IV ta' din id-Deċiżjoni. Artikolu 7 Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fid-data ta' meta l-Partijiet jiskambjaw in-notifiki miktuba li jiċċertifikaw it-tlestija tal-proċeduri legali rispettivi tagħhom. L-Artikolu 1 għandu japplika mill-1 ta' Lulju 2006. L-Artikolu 2 għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2005. Magħmula fi Brussell, Għall-Kumitat Konġunt Il-President ANNESS ANNESS I (Imsemmi fl-Artikolu 3) IT-TEST TAN-NOTI TA' QIEGħ IL-PAġNA FL-APPENDIċI II TA' L-ANNESS III TAD-DEċIżJONI NRU 2/2000 LI JIRREFERI GħALL-PRODOTTI KKLASSIFIKATI TAħT IT-TITLI HS 5208 SA 5212, 5407 U 5408, 5512 SA 5516, 5801, 5806 U 5811 NOTA TA' QIEGħ IL-PAġNA GħAT-TITLI HS 5208 SA 5212 Ir-regola ta' l-istampar trid tiġi applikata biss għall-esportazzjoni mill-KE lejn il-Messiku għal kwota annwali totali ta' 2,000,000 m2. Din il-kwota trid tiġi allokata mill-Messiku fuq bażi ta' "min jiġi l-ewwel, jinqeda l-ewwel". Ara n-Nota 13 ta' l-Appendiċi II(a). IN-NOTA TA' QIEGħ IL-PAġNA TAT-TITLI HS 5407 U 5408 Ir-regola ta' l-istampar trid tiġi applikata biss għall-esportazzjoni mill-KE lejn il-Messiku għal kwota annwali kumplessiva ta' 3,500,000 m2. Din il-kwota trid tiġi allokata mill-Messiku fuq bażi ta' "min jiġi l-ewwel, jinqeda l-ewwel". Ara n-Nota 13 ta' l-Appendiċi II(a). NOTA TA' QIEGħ IL-PAġNA TAT-TITLI HS 5512 SA 5516 Ir-regola ta' l-istampar trid tiġi applikata biss għall-esportazzjoni mill-KE lejn il-Messiku għal kwota annwali kumplessiva ta' 2,000,000 m2. Din il-kwota trid tiġi allokata mill-Messiku fuq bażi ta' "min jiġi l-ewwel, jinqeda l-ewwel". Ara n-Nota 13 ta' l-Appendiċi II(a). NOTA TA' QIEGħ IL-PAġNA TAT-TITLI HS 5801, 5806 U 5811 Għat-titli HS 5801, 5806 u 5811, ir-regola ta' l-istampar trid tiġi applikata biss għall-esportazzjonijiet mill-KE lejn il-Messiku għal kwota annwali kumplessiva ta' 500,000 m2. Din il-kwota trid tiġi allokata mill-Messiku fuq bażi ta' "min jiġi l-ewwel, jinqeda l-ewwel". Ara n-Nota 13 ta' l-Appendiċi II(a). IT-TEST TAN-NOTA 13 TA' L-APPENDIċI II(A) TA' L-ANNESS III TAD-DEċIżJONI NRU 2/2000 Nota 13 Il-Messiku jrid jalloka l-benefiċċju tal-kwoti annwali stabbiliti fl-Appendiċi II għall-prodotti kklassifikati bit-titli HS 5208 sa 5212, 5407 u 5408, 5512 sa 5516, 5801, 5806 u 5811 fuq bażi ta' "min jiġi l-ewwel, jinqeda l-ewwel". Fl-2009, il-Kumitat Konġunt irid jirrevedi l-kwoti annwali sabiex dawn jiġu aġġustati fid-dawl ta' l-esperjenza ta' l-immaniġġjar tagħhom u tal-fluss tal-kummerċ bilaterali. ANNESS II (Imsemmi fl-Artikolu 4) IT-TEST TAN-NOTA 9 TA' L-APPENDIċI II(A) TA' L-ANNESS III TAD-DEċIżJONI NRU 2/2000 Nota 9 Għat-titli HS 6402, 6403 u 6404: Titli HS | Deskrizzjoni tal-prodott | Xogħol jew ipproċessar imwettaq fuq materjali li ma joriġinawx, li jikkonferixxu status li joriġinaw | (1) | (2) | (3) jew (4) | 6402 sa 6404 | Xedd tas-saqajn tal-plastik, tal-ġilda u tat-tessuti | Manifattura minn materjali ta’ kull titlu, għajr minn immuntaturi ta’ wċuħ imwaħħlin ma’ qigħan ta’ ġewwa jew ma’ komponenti ta’ qigħan oħra tat-titlu 6406 | Din ir-regola tista' tikkonferixxi l-oriġini biss lill-merkanzija li hi esportata mill-UE lejn il-Messiku, sal-kwoti annwali għal kull titlu kif jidhru hawn taħt: 6402 | 120 000 par | 6403, biss għall-pari b'valur doganali ta' aktar minn USD 20 | 250 000 (par tan-nisa) 250 000 (par ta' l-irġiel) 125 000 (par tat-tfal) | 6404 | 120 000 par | Il-Messiku jrid jalloka l-benefiċċju ta' dawn il-kwoti annwali fuq bażi ta' "minn jiġi l-ewwel, jinqeda l-ewwel". Fl-2009, il-Kumitat Konġunt irid jirrevedi il-kundizzjonijiet stabbiliti f'din in-Nota sabiex jadattahom fid-dawl ta' l-esperjenza fl-immaniġġjar tal-kwoti, bil-għan li jkun permess l-użu effettiv ta' l-opportunitajiet ta' kummerċ offruti. ANNESS III (Imsemmi fl-Artikolu 5) IR-REGOLA TA' L-ORIġINI STABBILITA FL-APPENDIċI II TA' L-ANNESS III TAD-DEċIżJONI NRU 2/2000 GħALL-PRODOTTI KLASSIFIKATI TAħT IT-TITLU HS 1904 Titlu HS | Deskrizzjoni tal-prodott | Xogħol jew ipproċessar imwettaq fuq materjali li ma joriġinawx, li jikkonferixxu status li joriġinaw | (1) | (2) | (3) jew (4) | 1904 | Ikel ippreparat miksub mill-infiħ jew mix-xiwi ta’ ċereali jew prodotti taċ-ċereali (pereżempju, il-kornflejks); ċereali (minbarra l-qamħirrun) b'forma ta' qamħa jew b'forma ta' flejk jew qamħ maħdum ieħor (minbarra d-dqiq, ix-xgħir u s-smida); imsajjar minn qabel, jew ippreparat b'mod ieħor, mhux speċifikat jew inkluż xi mkien ieħor | Manifattura: minn materjali mhux ikklassifikati fit-titlu 1806, – li fiha ċ-ċereali u d-dqiq kollha (ħlief għall-qamħ durum u l-qamħirrum Zea indurata, u d-derivati tagħhom) użati jridu jkunu miksuba kompletament, – li fiha l-valur ta' kwalunkwe materjal tal-Kapitolu 17 użat ma jaqbiżx it-30% tal-prezz tal-fabbrika tal-prodott | ANNESS IV (Imsemmi fl-Artikolu 6) IR-REGOLA TA' L-ORIġINI STABBILITA FL-APPENDIċI II TA' L-ANNESS III TAD-DEċIżJONI NRU 2/2000 GħALL-PRODOTTI KKLASSIFIKATI TAħT IT-TITLU HS 7601 Titlu HS | Deskrizzjoni tal-prodott | Xogħol jew ipproċessar imwettaq fuq materjali li ma joriġinawx, li jikkonferixxu status li joriġinaw | (1) | (2) | (3) jew (4) | 7601 | Aluminju ferrobattut | Manifattura: minn materjali ta’ kwalunkwe titlu, ħlief dak tal-prodott, u – li fiha l-valur tal-materjali kollha użati ma jaqbiżx 50% tal-prezz tal-fabbrika tal-prodott jew Manifattura permezz ta’ trattament termali jew elettrolitiku minn aluminju mhux allojd jew skart u fdal ta’ l-aluminju | [1] ĠU L 276, 28.10.2000, p. 45. [2] ĠU L 157, 30.6.2000, p. 10 u ĠU L 245, 29.9.2000, p. 1 (Annessi). Id-Deċiżjoni kif emendata l-aħħar mid-Deċiżjoni Nru 1/2004 tal-Kumitat Konġunt bejn l-Unjoni Ewropea u l-Messiku (ĠU L 113, 20.4.2004, p. 60). [3] ĠU L 157, 30.6.2000, p. 10 u ĠU L 245, 29.9.2000, p. 1 (Annessi). Id-Deċiżjoni kif emendata l-aħħar mid-Deċiżjoni Nru 1/2004 tal-Kumitat Konġunt bejn l-Unjoni Ewropea u l-Messiku (ĠU L 113, 20.4.2004, p. 60). [4] ĠU L 113, 20.4.2004, p. 60. [5] ĠU L 44, 18.2.2003, p.97.