EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52007DC0212

Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew - Politika Spazjali Ewropea {SEG(2007) 504} {SEG(2007) 505} {SEG(2007) 506}

/* KUMM/2007/0212 finali */

52007DC0212




[pic] | IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ |

Brussell, 26.4.2007

KUMM(2007) 212 finali

KOMUNIKAZZJONI MILL-KUMMISSJONI LILL-KUNSILL U LILL-PARLAMENT EWROPEW

Politika Spazjali Ewropea {SEG(2007) 504}{SEG(2007) 505}{SEG(2007) 506}

WERREJ

1. Introduzzjoni 3

2. Missjoni strateġika tal-Politika Spazjali Ewropea 4

3. Applikazzjonijiet 5

3.1. Navigazzjoni bis-Satellita 5

3.2. L-osservazzjoni tad-dinja 6

3.3. Il-komunikazzjoni bis-Satellita 7

3.4. Is-Sigurtà u d-difiża 7

4. Fondazzjonijiet 8

4.1. Ix-Xjenza u t-Teknoloġija 8

4.2. L-Istazzjon Spazjali Internazzjonali (ISS) u l-Esplorazzjoni tas-Sistema Solari 9

4.3. Aċċess għall-ispazju 9

5. Industrija ewropea spazjali kompetittiva 10

5.1. Il-qafas Regolatorju 10

5.2. Investiment pubbliku fl-ispazju 11

6. Il-Gestjoni 12

6.1. Qafas istituzzjonali 12

6.2. Programm Spazjali Ewropew Ikkoordinat 13

6.3. Relazzjonijiet Internazzjonali 13

ANNESS 1: Key actions 14

ANNESS 2: Glossary 16

1. INTRODUZZJONI

"F'nofs is-seklu 20, rajna l-pjaneta tagħna mill-ispazju għall-ewwel darba. L-istoriċi għandhom mnejn jiskopru eventwalment li din il-viżjoni kellha impatt fuq il-ħsieb akbar milli kellha r-rivoluzzjoni Kopernikana fis-seklu 16, li ħarbtet ix-xbieha li l-bniedem kellu tiegħu nnifsu meta ġie żvelat li d-Dinja mhijiex iċ-ċentru ta' l-Univers. Mill-Ispazju, naraw ballun żgħir fraġli ddominat mhux mill-attività u l-edifiċju tal-bniedem iżda minn taħlita ta' sħab, oċeani, ħdura u ħamrija" [1] .

L-ispazju jgħinna nifhmu l-fraġilità tas-sistemi tagħna tal-pjaneti u l-interrelazzjoni kumplessa tagħhom. Jagħtina wkoll l-għodod biex nindirizzaw ħafna sfidi oħra tas-seklu 21. Huwa essenzjali u urġenti li jsir użu effettiv minn dawn l-għodod fl-implimentazzjoni ta' medda wiesgħa ta' linji politiċi. Is-sistemi msejsa fuq l-ispazju jipprovdu tbassir aħjar tat-temp, xandir bis-satellita u servizzi ta' navigazzjoni avvanzati; jiftħu l-bieb għal opportunitajiet ġodda fit-tele-edukazzjoni u t-tele-mediċina. Huma kruċjali għal oqsma ewlenin ta' l-ekonomija: is-sistemi ta' komunikazzjoni, in-netwerks tal-provvista ta' l-elettriku, u n-netwerks finanzjarji kollha jiddependu mis-satelliti għas-sinkronizzazzjoni. Il-komunikazzjonijiet bis-satellita jġibu magħhom benefiċċji għal kull ċittadin billi jipprovdu soluzzjonijiet għas-servizzi effettivi fl-infiq bħalma huma t-TV b'definizzjoni għolja, il- broadband jew il- mobile TV , b'mod partikolari fiż-żoni maqtugħin u rurali. L-ispazju jikkontribwixxi wkoll għas-soċjetà msejsa fuq l-għarfien, billi jipprovdi l-għodod biex wieħed jifhem il-pjaneta tagħna, l-oriġini tagħha, l-ambjent, is-Sistema Solari u l-Univers. L-ispazju jista' jikkontribwixxi għall-koeżjoni u l-identità Ewropea, filwaqt li jintlaħqu ċ-ċittadini mill-pajjiżi kollha. Jista' jipprovdi wkoll appoġġ utli għal-linji politiċi esterni Ewropej b'mod partikolari għall-għajnuna umanitarja u l-politika ta' l-iżvilupp.

L-ispazju fl-Ewropa ġie żviluppat b'suċċess tul 30 sena fil-qafas ta' l-Aġenzija Spazjali Ewropea (ASE). Madankollu, fi żmien meta qed ifiġġu qawwiet ġodda b'ambizzjonijiet u ħiliet għolja f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-ispazju, l-Ewropa ma tistax taffordja li tibqa' lura fil-ksib ta' benefiċċji potenzjali strateġiċi u ekonomiċi ta' l-ispazju għaċ-ċittadini tagħha. Jeħtieġ li l-Ewropa tagħmel aktar sforzi biex iżżomm u ttejjeb il-pożizzjoni kompetittiva globali tagħha. Jeħtieġ li tibqa' fuq quddiem fis-sistemi spazjali u għalhekk tibqa' msieħba internazzjonali indispensabbli li tipprovdi kontribut ta' l-aqwa kwalità lill-inizjattivi globali.

Bil-wasla tal-milennju l-ġdid, il-ħtieġa li tiġi stabbilita Politika Spazjali Ewropea komprensiva biex twieġeb għal dawn l-isfidi ġiet rikonoxxuta b'mod wiesa' mill-UE, l-ASE, u l-Istati Membri tagħha. Din ġiet ikkonfermata mill-Kapijiet ta' l-Istati u l-Gvernijiet fl-UE u ġiet affermata fit-2 laqgħa tal-Kunsill Spazjali tal-2005. Il-Politika Spazjali Ewropea għandha tippermetti lill-Unjoni Ewropea, lill-Aġenzija Spazjali Ewropea (l-ASE) u lill-Istati Membri tagħhom biex iżidu l-koordinazzjoni ta' l-attivitajiet u l-programmi tagħhom, u biex jorganizzaw ir-rwoli rispettivi tagħhom fir-rigward ta' l-ispazju, filwaqt li jiġi pprovdut qafas aktar flessibbli biex jiffaċilita l-investiment Komunitarju fl-attivitajiet spazjali. Dan huwa ugwalment minnu fl-oqsma tal-programmi spazjali dwar is-sigurtà u d-difiża u fl-integrazzjoni tal-politika spazjali f'medda ta' relazzjonijiet esterni ta' l-UE.

Ittieħdu passi importanti oħra biex isaħħu r-relazzjoni bejn l-ASE u l-UE, inkluż l-istabbiliment tal-Ftehim Qafas tal-KE-ASE[2] u t-tnedija tal-proġetti ewlenin Ewropej Galileo u l-GMES[3].

Il-Kummissjoni stipulat l-elementi preliminari tal-politika spazjali fil-komunikazzjoni tagħha ta' Mejju 2005[4]. Il-Kunsill tal-Kompetittività ta' l-UE u l-Kunsill Ministerjali ta' l-ASE, li ltaqgħu f'Ġunju 2005 taħt il-Ftehim Qafas bħala 'l-Kunsill Spazjali', ta r-rispons tiegħu billi stipula linji-gwida dwar il-kuntest u n-natura tal-Politika Spazjali Ewropea u l-elementi preliminari akkumpanjanti ta' Programm Spazjali Ewropew.

Skond dan, dan id-dokument inġabar b'konsultazzjoni ma' l-Istati Membri taż-żewġ organizzazzjonijiet u ma' partijiet interessati oħra. Din l-ewwel Politika Spazjali Ewropea li qatt kienet teżisti hija dokument konġunt tal-Kummissjoni Ewropea u tad-Direttur Ġenerali ta' l-ASE.

2. MISSJONI STRATEġIKA TAL-POLITIKA SPAZJALI EWROPEA

L-iżvilupp ta' Politika Spazjali li tkun tassew Ewropea hija għażla strateġika għall-Ewropa, jekk din ma tridx li ssir irrilevanti. Is-sistemi spazjali huma assi strateġiċi li juru l-indipendenza u r-rieda li wieħed jassumi responsabilitajiet globali. Żviluppati inizjalment bħala proġetti ta' difiża jew xjentifiċi, issa jipprovdu infrastrutturi kummerċjali li fuqhom jiddependu setturi importanti ta' l-ekonomija u li huma rilevanti fil-ħajja ta' kuljum taċ-ċittadini. Madankollu, is-settur spazjali qed jiġi ffaċċat minn riskji teknoloġiċi u finanzjarji għolja u jeħtieġ deċizjonijiet strateġiċi dwar l-investimenti.

L-Ewropa teħtieġ politika spazjali effettiva li tippermettilha teżerċita tmexxija globali f'oqsma magħżula ta' politika skond l-interessi u l-valuri Ewropej . Sabiex twettaq rwol bħal dan, l-UE qed tistrieħ dejjem aktar fuq teħid awtonomu ta' deċizjonijiet imsejjes fuq sistemi ta' tagħrif u komunikazzjoni abbażi ta' l-ispazju. L-aċċess indipendenti għall-kapaċitajiet spazjali huwa għalhekk assi strateġiku għall-Ewropa.

Is-settur spazjali huwa mutur ta' u fattur li jiffaċilita s-Sħubija għat-Tkabbir Ekonomiku u għall-Impjiegi. L-ispazju huwa suq dinji ta' €90bn, li qed jikber b'7 fil-mija fis-sena. Il-kumpaniji Ewropej għandhom f'idejhom 40 fil-mija tas-swieq kummerċjali għall-manifattura tas-satelliti, servizzi ta' llanċjar u tas-satelliti. L-Ispazju joffri wkoll firxa kbira għall-innovazzjoni ta' teknoloġija għolja f'oqsma magħżula li jwasslu għall-possibilità ta' l-iżvilupp ta' swieq ewlenin.

Sabiex tirrispondi għall-isfidi deskritti hawn fuq, il-missjoni strateġika ta' politika spazjali Ewropea għandha tkun imsejsa fuq l-esplojtazzjoni paċifika ta' l-Ispazju mill-Istati membri kollha u għandha tfittex:

- li tiżviluppa u tisfrutta l-applikazzjonijiet spazjali li jservu l-għanijiet tal-politika pubblika ta' l-Ewropa u l-ħtiġijiet ta' l-intrapriżi u ċ-ċittadini Ewropej, inkluż fil-qasam ta' l-ambjent, l-iżvilupp u l-bidla globali fil-klima;

- li tissodisfa l-ħtiġijiet Ewropej ta' sigurtà u difiża marbuta ma' l-ispazju;

- li tiżgura industrija spazjali kompetittiva u b'saħħitha li trawwem l-innovazjoni, it-tkabbir u l-iżvilupp u t-twassil ta' servizzi sostenibbli, ta' kwalità għolja, u ta' infiq effettiv;

- li tikkontribwixxi lis-soċjetà msejsa fuq it-tagħrif billi tinvesti sewwa fix-xjenza msejsa fuq l-ispazju u billi jkollha rwol sinifikanti fl-għanijiet ta' esplorazzjoni internazzjonali;

- li tikseb aċċess mingħajr limitu għal teknoloġiji, sistemi u kapaċitajiet ġodda u kritiċi, sabiex tiżgura applikazzjonijiet spazjali Ewropej indipendenti.

Sabiex tikseb din il-missjoni strateġika, l-UE, l-ASE u l-Istati Membri tagħhom ikun jeħtiġilhom itejbu l-effiċjenza u l-effettività ta' l-attivitajiet spazjali tagħhom billi jieħdu passi sinifikanti :

- fl-istabbiliment ta' Programm Spazjali Ewropew u l-koordinazzjoni ta' attivitajiet spazjali f'livell nazzjonali u Ewropew, b'punt fokali fuq l-utenti;

- fiż-żieda tas-sinerġija bejn il-programmi u t-teknoloġiji ta' difiża u ta' l-ispazju ċivili , b'kunsiderazzjoni tal -kompetenzi istituzzjonali; kif ukoll

- fl-iżvilupp ta' strateġija konġunta ta' relazzjonijiet internazzjonali fl-ispazju.

3. APPLIKAZZJONIJIET

Is-sigriet għall-kisba ta' rendiment politiku, ekonomiku u soċjali massimu mill-investiment fit-teknoloġija ta' l-ispazju jinsab fl-iżvilupp u l-esplojtazzjoni ta' l-applikazzjonijiet spazjali, fil-kisba ta' l-għanijiet tal-politika tal-UE u l-ħtiġijiet ta' l-intrapriżi u ċ-ċittadini Ewropej. L-evoluzzjoni ta' ħtiġijiet ta' l-utenti Ewropej titlob l-iżvilupp ta' sistemi spazjali integrati, li bla ebda xkiel jorbot it-telekomunikazzjonijiet tas-satelliti u dawk terrrestrjali, l-ipożizzjonar u l-monitoraġġ f'oqsma ta' valur strateġiku, ekonomiku u soċjetali.

3.1. Navigazzjoni bis-Satellita

L-Ewropa hija impenjata li tistabbilixxi sistema ċivili globali ta' navigazzjoni bis-satellita taħt il-kontroll ta' l-UE. Is-swieq globali għat-tagħmir u s-servizzi tan-navigazzjoni bis-satellita huma stmati li jilħqu l-€400bn sa l-2025. Wara t-twaqqif ta' l-EGNOS[5], ġie żviluppat il-GALILEO bħala inizjattiva konġunta ta' l-UE u l-ASE. Billi hija infrastruttura strateġika[6], il-GALILEO tinkorpora fl-istrutturi tagħha ta' tmexxija l-istrumenti kollha meħtieġa biex tiżgura s-sigurtà tas-sistema.

L-istrutturi tat-tmexxija jeħtieġu li jiġu adattati biex jiżguraw l-aħjar valur għall-ħlas fit-tqassim u t-tħaddim ta' GALILEO, u involviment l-aktar effettiv ta' msieħba kemm pubbliċi kif ukoll privati. Ħafna pajjiżi li mhumiex membri ta' l-UE qed ifittxu li jissieħbu fil-programm. Il-kollaborazzjoni għandha tkun imsejsa fuq il-prinċipji tan-non-diskriminazzjoni u l-kooperazzjoni leali.

L-appoġġ tekniku għal GALILEO għandu jissokta permezz ta' riċerka ta' applikazzjonijiet u ta' programm koerenti ta' evoluzzjoni tas-sistema. Sabiex ikunu pprovduti applikazzjonijiet siguri u garantiti, għandhom jiġu implimentati il-qafas meħtieġ f'termini ta' servizzi u prodotti ċċertifikati, standards globali u kapaċitajiet ta' sorveljanza ta' l-interferenzi.

Huwa essenzjali li jkun żgurat li l-GALILEO jibda jaħdem mingħajr aktar dewmien u li jirsisti biex jipprovdi soluzzjonijiet siguri u l-aktar moderni. Il-GALILEO għandu jipprovdi aċċess ġust u mhux diskriminatorju u l-kontinwità u s-sikurezza tas-servizz. |

3.2. L-osservazzjoni tad-dinja

L-aċċess awtonomu għat-tagħrif relatat ma' l-ambjent, il-bidla fil-klima u s-sigurtà huwa ta' importanza strateġika għall-Ewropa. Il-benefiċċji ekonomiċi u soċjali li huma sostanzjali huma assoċjati ma' titjib fl-użu ta' tagħrif ġej mill-osservazzjoni tad-Dinja. Dan jista' jintuża fit-tħaddim tar-riżorsi naturali u għall-appoġġ ta' tħejjija f'waqtha mill-awtoritajiet pubbliċi sabiex jitnaqqsu l-effetti ta' kundizzjonijiet ħżiena ta' temp u l-bidla fil-klima, kif ukoll fil-ġestjoni tal-kriżijiet.

Il-GMES għandha ttejjeb il-kapaċità tas-sorveljanza u l-valutazzjoni ta' l-Ewropa fil-politika ta' l-ambjent u tikkontribwixxi fl-indirizzar tal-ħtiġijiet ta' sigurtà . Għandha tiffaċilita t-teħid tad-deċiżjonijiet fil-livelli kollha ta' gvern billi ttejjeb il-bażi ta' evidenza fl-oqsma politiċi fit-tliet pilastri kollha kemm huma tat-Trattat ta' l-UE. Is-sorveljanza hija wkoll element ewlieni fit-taqbida kontra l-bidla fil-klima. Is-Sistema Globali tas-Sistemi għall-Osservazzjonijiet tad-Dinja (GEOSS) timmira lejn sinerġija globali ta' l-osservazzjonijiet tad-Dinja li l-GMES tirrappreżenta l-kontribut ewlieni Ewropew lejha. L-ambitu tal-kontribuzzjoni reċiproka bejn il-GMES u l-GEOSS se jiddaħħal fl-istrateġija internazzjonali tal-GMES.

Il-Kummissjoni stabbiliet strateġija biex twassal il-GMES[7] skond il-mandat tal-Kunsill[8]. Din għandha tttejjeb bl-aħjar mod l-infrastruttura prevista Ewropea ta' l-ispazju u ta' fuq il-post u timla l-vojt li hemm identifikat sabiex tirrispondi għall-esiġenzi ta' l-utenti tas-servizz. Id-deċiżjonijiet li diġà ttieħdu jniedu l-proċess li jiggarantixxi d-disponibilità tal-komponent spazjali, li għandu jkun ko-finanzjat mill-ASE u mill-UE u kkoordinat u implimentat mill-ASE. L-Ewropa, b'mod parallel, se ttejjeb l-infrastrutturi u s-servizzi meteoroloġiċi tagħha.

Biex il-GMES taħdem b'mod sħiħ, l-UE u l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu arranġamenti xierqa ta' finanzjament, linji politiċi, infrastrutturi operattivi u arranġamenti ta' ġestjoni biex ikunu żgurati servizzi sostenibbli li jirrispondu għall-ħtiġijiet identifikati ta' l-utenti. |

3.3. Il-komunikazzjoni bis-Satellita

Il-komunikazzjonijiet bis-satellita, immexxija minn investimenti fis-settur privat, notevolment l-iktar mis-settur tax-xandir u tat-telekomunikazzjonijiet, jirrappreżentaw 40% tad-dħul attwali tas-settur spazjali Ewropew. Dawn huma parti integrali mit-Teknoloġiji ta' Tagħrif u ta' Komunikazzjoni, bħall-programm ta' modernizzazzjoni tal-Ġestjoni tat-Traffiku ta' l-Ajru fl-Ewropa. Is-sistemi ta' komunikazzjoni effettivi fl-infiq jiddependu minn taħlita komplementarja ta' netwerks ta' satelliti u netwerks terrestri. L-applikazzjonijiet operattivi jitmexxew mis-suq. Il-kumpaniji Ewropej jkollhom suċċess fis-swieq globali kemm fis-servizzi satellitarji fissi kif ukoll għal dawk mobbli, li juru karatteristiċi ta valur miżjud għoli, produttività qawwija fit-tkabbir u marġni wisgħin ta' profitt. Għandhom ifiġġu ħafna applikazzjonijiet ġodda fis-snin li ġejjin, assoċjati ma investiment b'riskju għoli u fuq terminu ta' żmien twil.

Il-linji politiċi Ewropej għandhom jiffaċilitaw l-introduzzjoni ta' servizzi innovattivi, li jinkludu l-aggregazzjoni tad-domanda fiż-żoni maqtugħin u rurali sabiex jippermettu li s-servizzi satelliti jkunu vijabbli daqs soluzzjonijiet terrestri. Il-kapaċitajiet tekniċi ta' l-industrija ta' l-ispazju jeħtieġu li jżommu l-istess pass tal-kompetituri globali, li ħafna minnhom huma msaħħa mill-investimenti fid-difiża. L-UE se tinvesti biex tavvanza l-iżviluppi teknoloġiċi sabiex tikseb il-konverġenza u l-interoperabilità bejn is-setturi tan-netwerking terrestri u dawk satelliti.

3.4. Is-Sigurtà u d-difiża

L-Istrateġija għas-Siġurtà ta' l-UE[9] enfasizzat li l-Ewropa tiffaċċja kontinwament sfidi li jinqalgħu u li huma aktar varjati, inqas viżibbli u inqas prevedibbli. Il-Kummissjoni identifikat is-sigurtà taċ-ċittadini ta' l-UE bħala waħda mit-tliet għanijiet fil-programm ta' ħidma tagħha. Sabiex jiġu ttrattati dawn l-isfidi li kontinwament jinqalgħu hemm bżonn ta' taħlita ta' soluzzjonijiet ċivili u militari. L-assi spazjali jipprovdu kontribut sinifikanti għal dan.

L-istrateġija ta' l-UE għall-ġestjoni ta' kriżi tenfasizza s-sinergija bejn l-atturi ċivili u dawk militari. Il-ħtiġijiet tas-sistemi spazjali għall-ippjanar u t-tmexxija ta' Operazzjonijiet ċivili u militari tal-Ġestjoni ta' Kriżi jidħlu fuq xulxin. Ħafna mill-programmi ċivili għandhom kapaċità b'użu multiplu u sistemi ppjanati bħall-GALILEO u l-GMES jista' jkollhom l-utenti militari. L-Istati Membri fil-Kunsill [10] identifikaw il-ħtiġijiet tas-sistema spazjali ġenerika ta' l-Ewropa għall-operazzjonijiet militari u enfasizzaw l-interoperabilità meħtieġa bejn l-utenti ċivili u dawk militari[11]. Il-ħila militari għandha tissokta fir-responsabbiltà ta' l-Istati Membri. Dan m'għandux iwaqqafhom milli jiksbu l-aħjar livell ta' kapaċità, fi ħdan il-limiti aċċettabbli għas-sovranità nazzjonali u l-interessi essenzjali tagħhom ta' sigurtà. Il-qsim u l-ġbir flimkien tar-riżorsi tal-programmi spażjali ċivili u militari Ewropej, bis-saħħa tat-teknoloġija b'użu multiplu u standards komuni, għandhom jippermettu aktar soluzzjonijiet li huma effettivi fl-infiq.

L-ekonomija u s-sigurtà ta' l-Ewropa u taċ-ċittadini tagħha qed jiddependu dejjem aktar fuq il-kapaċitajiet imsejsa fuq l-ispazju, li għandhom jiġu mħarsa kontra t-tfixkil. Fi ħdan il-qafas ta' prinċipji u kompetenzi istituzzjonali eżistenti ta' l-UE, l-Ewropa se ttejjeb sostanzjalment il-koordinazzjoni bejn il-programmi tagħha spazjali ta' difiża u dawk ċivili, filwaqt li żżomm ir-responsabilità primarja ta' l-utent aħħari għall-finanzjament. |

4. FONDAZZJONIJIET

4.1. Ix-Xjenza u t-Teknoloġija

L-UE, l-ASE u l-Istati Membri tagħhom iridu jkomplu jinvestu bil-qawwi għaż-żamma tat-tmexxija fix-xjenza msejsa fuq l-ispazju. B'dan il-mod hija tkun qed twessa' kontinwament il-fruntieri tat-teknoloġija, u tittrasferixxi l-innovazzjoni għall-applikazzjonijiet konkreti u b'hekk tikkontribwixxi direttament lill-kompetittività industrijali. Ix-xjenzati Ewropej identifikaw il-prijoritajiet attwali tagħhom. Rigward ix-xjenza ta' l-ispazju, dawn huma stipulati fil-'Viżjoni Kożmika' ta' l-ASE u jiffukaw fuq il-kundizzjonijiet għall-ħajja u l-formazzjoni planetarja u l-oriġini u l-liġijiet fundamentali ta' l-Univers. Rigward ix-xjenza fl-ispazju, il-prijoritajiet huma bażiċi u applikaw ir-riċerka f'dixxiplini bħall-fiżika tal-fluwidi u tal-kombustjoni, ix-xjenzi tal-materjali u l-fiżjoloġija tal-bniedem. Kien hemm qbil dwar il-prijoritajiet għax-xjenza dwar id-Dinja fil-programm "Pjaneta Ħajja" ( 'Living Planet' ) u l-FP 7 (Is-seba' Programm Qafas ) ta' l-ASE u dawn jinkludu s-silġ polari, iċ-ċirkolazzjoni ta' l-oċean u l-fiżika ta' l-intern tad-Dinja. Ix-xjenza ta' spiss tinvolvi l-kooperazzjoni internazzjonali, li 'l quddiem twassal għal aktar relazzjonijiet strateġiċi. Flimkien ma' dan, it-tisħiħ tas-sisien tax-xjenza u t-teknoloġija ta' l-ispazju ġie inkluż fl-FP7 ta' l-UE.

L-Ewropa se tkun ambizzjuża f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-innovazzjoni, l-identifikazzjoni ta' teknoloġiji kritiċi u l-garanzija tal-finanzjament tagħhom . It-trasferimenti tat-teknoloġija jridu jiġu sorveljati mill-qrib kemm għal raġunijiet ta' siġurtà kif ukoll għal raġunijiet kummerċjali. Is-sinerġiji ma' teknoloġiji mhux spazjali se jiġu mmassimizzati, b'appoġġ xieraq għall-kwalifikazzjoni spazjali ta' teknoloġiji ġodda. L-iżviluppi teknoloġiċi ġodda jistgħu jipprovdu opportunitajiet importanti għat-titjib fl-industriji ta' l-Istati Membri ta' l-UE, notevolment fl-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant. Il-proċess ta' l-armonizzazzjoni ta' programmi ta' żvilupp teknoloġiku mmexxi mill-ASE jipprovdi trasparenza dwar ir-riċerka madwar l-Ewropa u jwitti t-triq għal koordinazzjoni mtejba. L-UE għandha timpenja ruħha f'attivitajiet komplementarji permezz ta' l-FP7.

Iż-żamma u l-iżvilupp tal-kompetenza teknika fl-industrija spazjali Ewropea huma essenzjali jekk is-sistemi li għandhom jiġu żviluppati se jkunu msejsa fuq il-ħtiġijiet tal-linji politiċi Ewropej u l-industrija għandha tikkompeti b'suċċess. It-teknoloġija spazjali titmexxa istituzzjonalment. Pajjiżi bħaċ-Ċina u l-Indja qegħdin jikkontrollaw it-teknoloġija spazjali b'mod rapidu, u qed isiru kompetituri ta' sfida fis-suq kummerċjali. Il-mira ta' l-istrateġija Ewropea għall-iżvilupp teknoloġiku se tkun li jkun żgurat investiment sostenibbli u koordinat filwaqt li jinkiseb bilanċ aħjar bejn l-indipendenza teknoloġika, il-kooperazzjoni strateġika u s-serħan fuq il-forzi tas-suq.

L-Ewropa qed taffaċċja tnaqqis serju fl-interess f'dak li għandu x'jaqsam mal-karrieri fix-Xjenza, l-Inġinerija u t-Teknoloġija (XIT) fost iż-żgħażagħ kif ukoll fis-segwiment ta' karrieri fl-ambitu ta' l-XIT . Mingħajr kwantità u kwalità suffiċjenti ta' kapital uman f'oqsma relatati ma' l-XIT, l-ekonomija fl-Ewropoa msejsa fuq l-għarfien qed titqiegħed f' periklu. Programmi edukattivi u l-ħolqien ta' ambjent kreattiv għat-tagħlim żviluppati permezz ta' proġetti spazjali mill-aktar avvanzati jispiraw u jimmotivaw l-istudenti biex isegwu karrieri fl-XIT[12], u jwessgħu ukoll l-għarfien tax-xjenza fost il-pubbliku.

Attivitajiet imsejsa fuq l-ispazju jevokaw bil-qawwi t-teknoloġija tal-fruntieri u għandhom il-potenzjal li jiġbdu l-interess tal-ġenerazzjonijiet iż-żgħar. Il-Kummissjoni hija impenjata biex iżżid l-interess taż-żgħażagħ fl-XIT. Għal dan il-għan, qed jiġu diskussi rakkomandazzjonijiet fil-Grupp ta' Livell Għoli tax-Xjenza. Il-proġett ‘ European Space Education Resource Office ’ (ESERO) ta' l-ASE diġà qed jopera ma' l-esperti fl-edukazzjoni f'bosta Stati Membri biex jipprovdi l-ħtiġijiet edukattivi speċifiċi tar-reġjun ikkonċernat u sabiex jagħti aċċess faċli għan-netwerks nazzjonali li diġà jeżistu. L-Ewropa se tibni aktar fuq dan u fuq rabtiet oħra mas-settur ta' l-edukazzjoni.

Is-segwiment ta' xjenza ta' livell dinji huwa kruċjali fl-espansjoni tal-bażi ta' l-għarfien; għall-iżvilupp ta' teknoloġiji u applikazzjonijiet ġodda; u għall-attirazzjoni taż-żgħażagħ lejn ix-xjenza u l-inġinerija. |

4.2. L-Istazzjon Spazjali Internazzjonali (ISS) u l-Esplorazzjoni tas-Sistema Solari

L-isforz internazzjonali għall-esplorazzjoni jappella għall-politika b'mod sinifikanti b'viżjoni ta' identità Ewropea, minħabba fil-kontribut potenzjali tiegħu f'dak li għandu x'jaqsam mal-ħolqien ta' għarfien ġdid, mat-trawwim ta' l-innovazzjoni u t-tħaddim ta' kumpaniji u organizzazzjonijiet ġodda ta' riċerka fl-attivitajiet spazjali. L-Istati Uniti, iċ-Ċina u r-Russja mxew 'il quddiem fit-tnedija ta' pjanijiet spazjali ambizzjużi ta' esplorazzjoni. Issa jeħtieġ li l-Ewropa tirrispondi b'urġenza għall dawn l-isfidi.

L-esplorazzjoni u t-titjir tal-bniedem fl-ispazju huma aspetti emblematiċi ta' l-ispazju. L-SSI joffri opportunitajiet uniċi għar-riċerka fundamentali u applikata permezz ta' l-użu tal-kondizzjonijiet disponibbli fl-ispazju. Is-sehem Ewropew fil-modulu tal-laboratorju Columbus u fil-Vettura ta' Trasferiment Automatizzat u l-preżenza ta' ekwipaġġ Ewropew jiggarantixxi rwol viżibbli Ewropew f'din l-impriża. L-għarfien u l-ideat ġodda miksuba fl-SSI jiġu tradotti f'applikazzjonijiet innovattivi għall-benefiċċju tal-bnedmin fid-dinja, e.ż. għall-iżvilupp ta' materjal ġdid u terapiji ġodda fil-mediċina, u fit-tħejjija għal missjonijiet planetarji fil-ġejjieni.

Jeħtieġ li l-Ewropa tikseb l-aħjar użu ta' l-Istazzjon Spazjali Internazzjonali; u li tħejji għal programm ta' esplorazzjoni viżibbli, realizzabbli u solidu, li jinvolvi l-iżvilupp u l-wiri ta' teknoloġiji u ħiliet innovattivi u l-esplorazzjoni robotika ta' Mars, għat-tiftix ta' evidenza ta' ħajja u għarfien dwar kemm hi abitabbli din il-pjaneta. |

4.3. Aċċess għall-ispazju

L-aċċess għall-ispazju jitlob appoġġ politiku stabbli għal programm sostnut Ewropew għall-mezzi tal-lanċjar , li jiżgura d-disponibilità ta' l-infrastruttura fl-art. Għandhom isiru investimenti biex jittejbu l-mezzi ta' lanċjar eżistenti u jiġu żviluppati sistemi ġodda ta' lanċjar, imsejsa fuq valutazzjoni ta' għażliet fit-tul għall-kooperazzjoni strateġika. Is-suċċess kummerċjali kontinwu fis-swieq dinjija huwa kruċjali biex ikunu żgurati tariffi ta' prezzijiet li jistgħu jintlaħqu. Iżda billi s-suq huwa relattivament żgħir u huwa suq miftuħ domestiku istituzzjonali, huwa jesponi lis-settur Ewropew tal-lanċjar għal żiediet u tnaqqisiet qawwija fis-suq kummerċjali, li jpoġġu lill-industrija f'riskju.

J eħtieġ li l-Ewropa tapprofitta b'mod koerenti mill-assi ta' lanċjar fil-kontroll tagħha . Id-deċiżjoni li għandha x'taqsam mas-servizzi ta' lanċjar għal missjonijiet ta' l-ASE, u li ttieħdet matul il-Kunsill Ministerjali ta' l-ASE ta' l-2005, kienet pass importanti. Il-Politika Spazjali Ewropea għandha tistimula d-domanda għall-applikazzjonijiet tas-satelliti u s-servizzi tal-lanċjar. Għandha tkun disponibbli medda flessibbi ta' mezzi ta' lanċjar b'mod progressiv permezz ta' operatur wieħed mill-port spazjali Ewropew Guyana Space Centre , bil-mezz ta' lanċjar Vega żviluppat mill-ASE u Soyuz, il-mezz Russu ta' lanċjar li se jingħaqdu ma' Ariane 5.

L-aċċess indipendenti u effettiv fl-infiq għall-ħtiġijiet spazjali għandu jibqa' mira strateġika għall-Ewropa, li se tikkonsidra l-ewwel u qabel kollox ir-riżorsi ta' mezzi ta' lanċjar tagħha stess fid-definizzjoni u l-eżekuzzjoni tal-programmi Ewropej, imsejsa fuq l-infiq effettiv, l-affidabilità u s-sostenibilità tal-missjoni. |

5. INDUSTRIJA EWROPEA SPAZJALI KOMPETITTIVA

Industrija Ewropea spazjali kompetittiva hija ta' importanza strateġika. L-Ewropa teħtieġ kumpaniji b'saħħithom u kompetittivi globalment fl-iżvilupp u l-manifatturi ta' sistemi spazjali u fil-forniment ta' kapaċità satellitari u ta' servizzi b'valur miżjud. Sabiex tintlaħaq din il-mira, huwa essenzjali li l-atturi tal-politika pubblika Ewropea jiddefinixxu għanijiet ċari ta' politika fl-attivitajiet spazjali u jinvestu fondi pubbliċi sabiex dawn jintlaħqu. Dan l-investiment pubbliku jista' jgħin biex tinħoloq massa kritika li tistimula dejjem aktar l-investiment pubbliku u privat. Politika industrijali ffukata fuq l-ispazju għandha wkoll tistimula kumpaniji li qed jikkompetu tul il-katina ta' valur sħiħ u tgħin l-industrija biex tlaħħaq mal-varjazzjonijiet ċikliki għolja fid-domanda li huma tipiċi fis-settur spazjali, biex tinvesti fit-teknoloġija u tiżgura ż-żamma ta' kapaċitajiet kruċjali.

Politika industrijali effettiva teħtieġ tkopri ħafna fatturi, nklużi r-regolazzjoni, ix-xiri pubbliku u r-Riċerka u l-Iżvilupp.

5.1. Il-qafas Regolatorju

Hemm bosta fatturi ewlenin li jiddeterminaw il-qafas regolatorju speċifiku għas-settur spazjali:

- L-istandards jagħtu ċ-ċarezza rigward is-swieq tal-ġejjieni, bħala sisien ta' l-investiment. Fejn l-awtoritajiet pubbliċi huma l-utenti ewlenin ta' l-ispazju, huma dawn li jridu jmexxu l-iżvilupp ta' l-istandards.

- Hija urġenti interoperabilità sħiħa bejn is-sistemi nazzjonali u dawk Ewropej, dawk ta' l-ispazju u ta' l-art , jekk l-Ewropa għandha tapprofitta bis-sħiħ mill-assi spazjali differenti tagħha. L-interoperabilità u l-istandardizzazzjoni huma kwistjonijiet minsuġa flimkien.

- Linji politiċi ta' aċċess, b'mod partikolari linji politiċi ta' aċċess għad- data se jiġu żviluppati , f'konformità mad-direttiva INSPIRE, biex jiffaċilitaw il-kisba u l-isfruttar ta' dawk li jipprovdu s-servizz u ta' l-utenti, filwaqt li fl-istess ħin jiggarantixxu l-kontroll tat-tixrid ta' tagħrif sensittiv permezz ta' protokolli ċari.

- Il-kontrolli ta' l-esportazzjonijiet u l-importazzjonijiet jiffurmaw parti integrali minn settur strateġiku iżda dawn m'għandhomx iwaqqfu l-flussi tat-teknoloġiji bla ħsieb.

- Il-liċenzjar Pan-Ewropew tas-servizzi, l-ispettru u l-kontenut huma meħtieġa, kif ukoll reġim aktar flessibbli, imsejjes fuq is-suq, għall-allokazzjoni ta' l-ispettru tar-radju. Strateġija attiva mill-Istati Membri għall-allokazzjoni mill-ġdid ta' l-ispettru mhux utilizzat biżżejjed u li huwa attwalment allokat għas-servizzi pubbliċi u għall-militar, għandha tippermetti li jintlaħqu l-esiġenzi bejn l-infrastrutturi msejsa fuq l-ispazju u dawk terrestri b'mod aktar bilanċjat u li jippermetti għas-salvagwardja tal-firxiet ta' frekwenzi xjentifiċi[13].

5.2. Investiment pubbliku fl-ispazju

L-ispazju huwa suq ewlieni li fih l-awtoritajiet pubbliċi jistgħu joħolqu kundizzjonijiet għall-innovazzjoni mmexxija mill-industrija[14] . L-aggregazzjoni effiċjenti u effettiva fl-infiq tal-ħtiġijiet tal-linji politiċi pubbliċi għall-ispazju hija essenzjali u urġenti biex iżżomm il-benefiċċji ekonomiċi potenzjali u biex tattira aktar investiment pubbliku u privat. Il-linji intergovernattivi u ta' l-Unjoni Ewropea tal-finanzjament għandhom ikunu essenzjali, kif ukoll il-programmi nazzjonali u multilaterali. Meta wieħed iqis l-investiment tagħha relattivament limitat fl-ispazju, l-Ewropa qed tiffaċċja aktar minn qatt qabel l-isfida biex tevita d-dupplikazzjoni mhux sostenibbli. L-aċċess non-diskriminatorju għall-infrastruttura ffinanzjata pubblikament għandu wkoll ikun żgurat.

L-SMEs huma kruċjali għall-innvoazzjoni u l-esplorazzjoni ta' opportunitajiet ġodda tas-suq. Huma għandhom rwol qawwi fl-iżvilupp ta' applikazzjonijiet u servizzi ġodda. Kemm il-Programmi ta' l-UE kif ukoll dawk ta' l-ASE jinkoraġġixxu b'suċċess is-sehem ta' l-SMEs.

Il-KE qed iżżid in-nefqa tagħha fl-ispazju. Matul l-2007 sa l-2013, hija għandha tiddedika aktar minn €2.8bn għall-applikazzjonijiet u l-ativitajiet spazjali. Il-fondi Komunitarji, inklużi dawk amministrati permezz ta' programmi ta' l-ASE, huma kkontrollati mir-Regolament Finanzjarju ta' l-UE fuq il-bażi ta' kompetizzjoni miftuħa.

L-Istati Membri jinvestu ftit inqas minn €3bn kull sena permezz ta' l-ASE u ammont simili fi programmi nazzjonali. Il-programmi ta' l-ASE huma ggvernati mill-prinċipji tal-politika industrijali stabbiliti fil-Konvenzjoni ta' l-ASE, b'mod partikolari billi jisfruttaw l-ibbiddjar kompetittiv waqt li jitqassmu kuntratti industrijali fi proporzjon mal-finanzjament mill-Istati Membri ("redditu ġust"). Dan jipprovdi inċentiv lill-gvernijiet biex jinvestu fil-programmi spazjali Ewropej għar-Riċerka u l-Iżvilupp u jista' jikkontribwixxi għaż-żamma ta' fornituri li qed jikkompetu fl-Ewropa, filwaqt li jiġi llimitat ir-riskju assoċjat ma' l-ittfaċċar ta' monopolji. Wassal ukoll għall-ingranaġġ ta' fondi, għall-industriji kompetittivi u l-konverġenza ta' prijoritajiet nazzjonali. Madankollu, illimita wkoll ir-razzjonalizzazzjoni ta' faċilitajiet mal-kuntratturi prinċipali u l-ispeċjalizzazzjoni fost il-fornituri tas-sotto-sistemi.

Bl-għan li jittejbu dejjem aktar l-effiċjenza, l-ispeċjalizzazzjoni u l-kompetittività ta' l-industrija Ewropea u wara valutazzjoni tar-riforma l-aktar riċenti, il-proċess ta' l-introduzzjoni ta' flessibilità addizzjonali fir-regoli ta' l-ASE għandu jkompli jiżviluppa, billi titqies b'mod partikolari l-firxa antiċipata tar-reġistrazzjoni ta' l-ASE.

6. IL-GESTJONI

6.1. Qafas istituzzjonali

L-UE se tuża l-potenzjal tagħha kollu biex twassal għall-identifikazzjoni u l-ġabra tal-ħtiġijiet ta' l-utenti u biex tibni r-rieda politika li għandha sservi ta' appoġġ għal dawn il-ħtiġijiet u għal għanijiet politiċi usa'. Se tiżgura d-disponibilità u l-kontinwità tas-servizzi operattivi li jappoġġaw il-linji politiċi tagħha. Se tikkontribwixxi għall-iżvilupp, għat-tqassim u t-tħaddim ta' l-infrastruttura spazjali korrispondenti Ewropea, filwaqt li jsir użu massimu mill-assi eżistenti u ppjanati diponibbli għall-Ewropa, inklużi dawk ta' l-EUMETSAT[15]. Sar investiment Komunitarju skond il-kompetenzi eżistenti li ngħaqad flimkien ma' dak ta' l-Istati Membri u li għandu jissokta bl-istess mod. Il-membri aktar ġodda ta' l-UE huma ħerqana biex jespandu l-benefiċċji ta' l-ispazju għas-soċjetajiet u l-ekonomiji tagħhom; bosta qed japplikaw għal sħubija sħiħa fl-ASE.

L-ASE u l-Istati Membri tagħha u l-Istati li jikkooperaw se jiżviluppaw teknoloġiji u sistemi spazjali, filwaqt li jappoġġjaw l-innovazzjoni u l-kompetittività globali bi tħejjija għall-ġejjieni. L-attivitajiet tagħhom se jiffukaw fuq l-esplorazzjoni ta' l-ispazju u fuq l-għodod bażiċi: l-aċċess għall-ispazju, l-għarfien xjentifiku u t-teknoloġiji. Se jsegwu l-eċċellenza fix-xjenza u jappoġġjaw it-tħejjija teknoloġika u l-validazzjoni tas-sistemi spazjali filwaqt li jirrispondu għall-ħtiġijiet ta' l-utenti, inklużi dawk tal-linji poltiċi ta' l-UE. Għalhekk, għall-implimentazzjoni tal-programmi tal-komponenti spazjali tar-riċerka u l-iżvilupp li hija tiffinanzja, l-UE se tistrieħ fuq il-ġestjoni u l-għarfien espert tekniku ta' l-ASE, li se tikkoordina aġenziji u entitajiet rilevanti oħrajn fl-Ewropa.

L-istrateġiji differenti, il-proċessi legali separati u s-sħubija diverġenti ta' l-UE u l-ASE jistgħu jwasslu għal proċessi ingombranti tat-teħid tad-deċiżjonijiet , kif uriet l-esperjenza s'issa rigward il-GALILEO. Il-Ftehim Qafas wassal għal avvanzi sinifikanti fil-ħidma bejn il-KE u l-ASE , u ma' l-Istati Membri, fl-iżvilupp tal-politika. Il-Ftehim se jiġi valutat u mtejjeb jekk meħtieġ.

Huwa essenzjali li jkun hemm qafas ċar biex jiżgura tfassil ta' politika u ġestjoni tal-programmi effiċjenti kemm għall-korpi governattivi involuti kif ukoll għall-investituri u l-utenti tas-settur. Dan il-qafas għandu jkompli jħaddan l-attivitajiet li fihom l-Istati Membri jkunu jistgħu jieħdu sehem jekk iridu skond l-arranġamenti intergovernattivi, filwaqt li jirrikorru wkoll għar-riżorsi addizzjonali mir-riċerka u, jekk meħtieġ, għall-baġits Komunitarji operattivi. Għandu mnejn ikunu meħtieġa arranġamenti amministrattivi xierqa biex jakkomodaw lill-Istati Membri kollha ta' l-UE u ta' l-ASE. Il-qafas ta' l-UE għandu jiġi esplorat biex wieħed jara kif dan ikun jista' jippermetti arranġamenti ta' koordinazzjoni effettivi bħal dawn.

Il-Ftehim Qafas KE-ASE jipprovdi sisien sodi għall-arranġamenti ta' koordinazzjoni bejn l-azzjonijiet intergovernattivi u dawk Komunitarji. Billi l-ispazju dejjem aktar qed jikseb dimensjoni ta' l-UE, il-mira ta' l-UE u l-ASE tibqa' li dawn isegwu kooperazzjoni aktar mill-qrib u iżjed effiċenti, b'mod partikolari għall-iżvilupp ta' sistemi spazjali u biex isostnu servizzi assoċjati li jirrispondu għal-linji politiċi settorjali rilevanti ta' l-UE. |

6.2. Programm Spazjali Ewropew Ikkoordinat

Il-Programm Spazjali Ewropew se jsir bażi programmatiku komuni, inklussiv u flessibbi għall-implimentazzjoni ta' l-attivitajiet kollha relatati ma' l-ispazju . Il-EUMETSAT u entitajiet rilevanti oħra se jkunu assoċjati f'dan il-proċess. Kull proġett fil-Programm jibqa' suġġett għar-restrizzjonijiet legali u finanzjarji ta' l-entità li qed tiffinanzjah. Ir-rwol tas-settur privat fl-iżvilupp tal-prodotti u s-servizzi se jkun massimizzat; is-sħubiji pubbliċi-privati li jaqsmu r-riskju se jkunu esplorati kull fejn ikun possibbli. L-elementi preliminari tal-Programm jinsabu f'dokument assoċjat ma' din il-Politika.

Jeħieġ li l-Ewropa takkwista l-massimu b'mod konsistenti fil-komplementarjetà u t-trasparenza fil-programmi spazjali kollha, filwaqt li tevita kemm il-ħolqien ta' strutturi monopolistiċi kif ukoll il-kapaċità eċċessiva. L-Istati Membri għandhom ikomplu jorjentaw il-programmi nazzjonali tagħhom lejn għanijiet komuni Ewropej. L-utenti għandhom ikunu forza li tmexxi fil-proċess. |

6.3. Relazzjonijiet Internazzjonali

Jeħtieġ li l-Ewropa tibqa' msieħba internazzjonali indispensabbli li tipprovdi kontribut ta' l-aqwa kwalità lill-inizjattivi globali u teżerċita r-rwol tagħha ta' gwida f'oqsma magħżula skond l-interessi u l-valuri Ewropej. Filwaqt li żżomm atteġġjament miftuħ lejn il-kooperazzjoni, l-Ewropa trid tiddeċiedi dwar meta hija tista' tistrieħ fuq l-imsieħba u fejn tista' żżomm l-awtonomija. L-Ewropa se tivvaluta l-opportunitajiet għall-kooperazzjoni skond: l-aċċess li dawn iġibu għall-kapaċitajiet komplementari jew għas-swieq; tqassim ġust ta' l-isforzi, l-ispejjeż u r-riskji bejn l-imsieħba; il-kontribut tagħhom għal-linji politiċi esterni ta' l-UE, b'mod partikolari l-iżvilupp sostenibbli, il-kooperazzjoni mal-pajjiżi żviluppati, l-istabilità u l-għajnuna umanitarja, b'konċentrazzjoni partikolari fuq l-Afrika u l-Ewropa tal-Viċinat; u r-rilevanza tagħhom għall-prijoritajiet programmatiċi. Fis-segwiment ta' dawn l-għanijiet hija impenjata li tikkonforma mat-Trattati u l-Konvenzjonijiet tan-NU.

L-UE se tassumi r-rwol ta' gwida fir-rappreżentazzjoni globali tal-programmi ta' applikazzjonijiet għal-linji politiċi tagħha (b'mod partikolari l-GALILEO u l-GMES), filwaqt li l-ASE se tkun il-gwida fir-rappreżentazzjoni globali ta' l-Ewropa f'dak li għandu x'jaqsam ma' programmi fl-oqsma tax-xjenza, il-lanċjar, it-teknoloġija u t-titjir tal-bniedem fl-ispazju, filwaqt li dawn jibqgħu f'konsultazzjoni ma' xulxin u ma' l-Istati Membri u, skond kif meħtieġ, ma' msieħba oħra rilevanti bħall-EUMETSAT.

ANNESS 1: Key actions

The implementation of the European Space Policy during the short-term will involve a number of specific actions. These have been identified and are listed below.

1. During 2007, the Commission will draw up an action plan on the basis of the public response to its Green Paper on GALILEO applications; and will also propose the appropriate legal and managerial framework to address the requirements of international partners, while safeguarding European interests.

2. The first three operational GMES services covering land, marine and emergency response will enter pilot phase by 2008, funded under FP7. The Commission will make proposals by 2009 on the programmatic and institutional framework for a sustainable GMES system, after close consultation with stakeholders . ESA will continue to coordinate and implement the development of the GMES space infrastructure in line with identified needs of service users and by 2008 will also propose, in close cooperation with EUMETSAT, activities for Meteosat Third Generation .

3. On integrated space applications , ESA and Commission will propose new R&D projects, including integration with terrestrial systems, before end-2008. SESAR, the Single European Sky Air Traffic Management Research Programme will represent an example of structured demand for integrated services.

4. The EU will invest through FP7 on development of integrated satellite communications networks and services, to ensure interoperability with terrestrial networks for new market opportunities. ESA will invest in new technologies, system design capabilities and innovative services in the framework of its telecommunications R&D programme.

5. The different actors concerned with security and defence will continue to implement the 'ESDP and Space' Roadmap[16] and will set up a mechanism to exchange information and identify opportunities for increasing coordination and synergy. Before end-2007, the EU Council will identify the requirements within the ESDP framework relevant to GMES services dedicated to security users. ESA will propose a programme to develop common security technologies and infrastructures.

6. On space science and technology , ESA will prepare funding proposals in support of the Cosmic Vision Programme by 2008 and propose new technology R&D activities, in coordination with the EC through FP7, including to reduce dependence on critical technologies from non-European suppliers.

7. Europe will pursue the effective exploitation and utilisation of the International Space Station from 2007 onwards based on the launch of Automated Transfer Vehicle-based services and the Columbus module. By 2008, ESA will produce proposals for the involvement of Europe in the international exploration endeavour presenting options in planetary exploration and in cooperative development of human transport capabilities.

8. ESA will prepare scenarios and propose programmes to develop technologies for next generation launchers through 2008, while supporting the exploitation of existing systems. During 2007, the Commission will evaluate the benefits of negotiating reciprocal opening of public sector markets in its dialogues with major space partners.

9. The Commission envisages to ask the European standards organisations to make a systematic assessment of necessary future standardisation in support of the regulatory framework; intends to evaluate the need to legislate at European level to achieve the control of satellite-derived dat a dissemination or other harmonisation of legislation; further encourage the move to a flexible, market based approach for spectrum allocation and to encourage pan-EU approaches to spectrum use ; and to discuss with Member States and international partners how export control regulations can be better streamlined.

10. The Commission and ESA will propose to the Member States by 2008 a coordination mechanism covering all programmes , to operate in close coordination with EUMETSAT and other relevant entities, with a view to reinforcing and regularly updating the European Space Programme.

11. The EC-ESA Framework Agreement may be complemented as needed on the basis of an evaluation of experience to date. In addition, the Commission and ESA are conducting an appraisal of the main possible cost-efficient scenarios for optimising the organisation of space activities in Europe and adapting the EU-ESA relationship accordingly, in accordance with the request made by the 'Space Council' at its second meeting in June 2005.

12. The EU, ESA and their Member States will establish a coordination mechanism on international relations by end-2007, associating other relevant entities as appropriate, and develop a joint strategy for international relations in space by the end of 2008.

ANNESS 2: Glossary

Ariane | Europe's heavy payload space launcher. There have been several versions of the launcher from the first in 1979 to the present day Ariane 5. |

ATV | Automated Transfer Vehicle: multipurpose support spacecraft under development by ESA to be launched on Ariane 5 in order to transport supplies and fuel to the International Space Station |

CFSP | Common Foreign and Security Policy, established and is governed by Title V of the Treaty on European Union. |

Columbus | The European Space Agency's multifunction laboratory and largest contribution to the International Space Station. |

Cosmic Vision | ESA’s long-term plan for space science. |

CSG | Centre Spatial Guyanais, Europe’s spaceport operated by Centre National d’Etudes Spatiales (CNES) under an agreement with the European Space Agency. Strategic facility aimed at providing Europe with access to space with the optimal geographical conditions for geostationary launches. |

EC-ESA Framework Agreement | Framework Agreement between the European Community and the European Space Agency: approved on the EC side by Council Decision (12858/03 RECH 152 7 October 2003); came into force May 2004. |

EGNOS | European Geostationary Navigation Overlay Service, an augmentation signal to work in conjunction with the US Global Positioning System (GPS) and the Russian Global Orbiting Navigation Satellite System (GLONASS) military navigation satellite systems. |

ESDP | European Security and Defence Policy. |

'ESDP and Space' | Council 11616/1/04 ESDP and Space Roadmap' Initial roadmap for achieving the steps specified in the European Space Policy: ESDP and Space' (9505/05 dated 30 05 2005) |

EUMETSAT | European Organisation for the Exploitation of Meteorological Satellites, an intergovernmental organisation established by Convention. It currently has 20 members and 10 cooperating states |

European Security Strategy | 'A secure Europe in a better world – The European Security Strategy'; approved by the European Council on 12 December 2003. |

FP7 | The Seventh EU Framework Programme for Research and Technological Development |

GALILEO | Europe’s global radionavigation satellite system. Joint EU/ESA development composed of a constellation of 30 satellites in medium Earth orbit. GALILEO will provide users with highly accurate timing and positioning services. |

GEOSS | Global Earth Observation System of Systems. The purpose of GEOSS is to achieve comprehensive, coordinated and sustained observations of the Earth system, in order to improve monitoring of the state of the Earth, increase understanding of Earth processes, and enhance prediction of the behaviour of the Earth system. |

GMES | Global Monitoring for Environment and Security GMES is a joint EU/ESA initiative combining space and in-situ observing systems to support European goals regarding sustainable development and global governance. (see GMES: From Concept to Reality’ – COM(2005) 565 final (10.11.2006)). |

GNSS | Global Navigation Satellite System, a generic term for satellite systems providing global positioning and timing services. |

GSA | GNSS Supervisory Authority, created by an EU Council Regulation to managing the public interest in the Galileo project. |

INSPIRE | 'INfrastructure for SPatial InfoRmation in Europe', European Commission Proposal for a Directive. |

ISS | International Space Station: a research laboratory orbiting the Earth, currently being built through an international partnership. |

Living Planet | ESA’s long-term programme for Earth science. |

Meteosat | METEOrological SATellite, Europe's geostationary weather geostationary satellite system, developed by the European Space Agency and now operated by EUMETSAT. |

Partnership for Growth and Jobs | See Lisbon Action Programme for Growth and Employment, “Working Together for Growth and Jobs: a New Start for the Lisbon Strategy” COM(2005) 24, 2.2.2005. |

RSPG | Radio Spectrum Policy Group, see Commission Decision No 2002/622/EC of 26 July 2002 establishing a Radio Spectrum Policy Group [Official Journal L 198 of 24.07.2002] |

SESAR | Single European Sky Air Traffic Management Research Programme |

Soyuz | Russian space launcher being introduced to CSG under agreements between CNES, the Russian space agency and ESA. |

Space Council | The concomitant meeting of the Competitiveness Council of the EU and the Ministerial Council of the ESA, as established by the EC-ESA Framework Agreement. |

Vega | Small launcher currently under development by ESA, designed to place 300 to 2000 kg satellites into low-Earth orbit. |

[1] II-Ġejjieni Komuni Tagħna: Rapport tal-Kummissjoni Dinjija dwar l-Ambjent u l-Iżvilupp, NU 1987

[2] Id-Deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-iffirmar tal-Ftehim Kwadru bejn il-Komunità Ewropea u l-Aġenzija Spazjali Ewropea (12858/03 RECH 152 7 ta' Ottubru 2003)

[3] - Is-Sorveljanza Globali għall-Ambjent u s-Sigurtà

[4] Il-Politika Spazjali Ewropea - l-Elementi Preliminari COM(2005) 208 finali, 23.05.2005

[5] Is-Servizz Overlay tan-Navigazzjoni Ġeostazzjonarja Ewropea (EGNOS)

[6] Il-Kunsill Ewropew, Laeken, l-14 ta' Diċembru 2001

[7] 'Is-Sorveljanza Globali għall-Ambjent u s-Sigurtà (il-GMES): Mill-Kunċett għar-Realtà' - COM(2005) 565

[8] Reżoluzzjoni tal-Kunsill 2001/C 350/02 (13.11.2001)

[9] Ewropa aktar sigura f'dinja aħjar – L-Istrateġija Ewropea ta' Sigurtà

[10] 'L-ESDP u l-Ispazju'

[11] Il-Kumitat tal-Kunsill Ewropew għall-Ġestoni ta' Kriżijiet Ċivili.

[12] 'Pupils’ and Parents’ Views of the School Science Curriculum', King's College London, Jannar 2000

[13] Ir-Rapport tal-Grupp Politiku ta' l-Ispettru tar-Radju u l-Opinjoni tal-25 ta' Ottubru 2006

[14] “Inqiegħdu l-għarfien fil-prattika: strateġija wiesgħa għall-innovazzjoni għall-UE”, COM (2006) 502)

[15] Organizzazzjoni Ewropea għall-Utilizzazzjoni ta' Satelliti Meteoroloġiċi

[16] 'Initial roadmap for achieving the steps specified in the European Space Policy: ESDP and Space' (9505/05)

Top