EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52006SC0866

Abbozz - Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) li jemenda r-Regolament (KE, Euratom) Nru 2342/2002 tal-Kummissjoni li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-eżekuzzjoni tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-Kunsill dwar ir-Regolament Finanzjaru applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej

/* SEK/2006/0866 finali */

Please be aware that this draft act does not constitute the final position of the institution.

52006SC0866

Abbozz - Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) li jemenda r-Regolament (KE, Euratom) Nru 2342/2002 tal-Kummissjoni li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-eżekuzzjoni tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-Kunsill dwar ir-Regolament Finanzjaru applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej /* SEK/2006/0866 finali */


[pic] | IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ |

Brussel 4.7.2006

SEG(2006) 866 finali

Abbozz

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE, Euratom)

li jemenda r-Regolament (KE, Euratom) Nru 2342/2002 tal-Kummissjoni li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-eżekuzzjoni tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-Kunsill dwar ir-Regolament Finanzjaru applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej

MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

Proċedura

Fit-18 ta’ Mejju 2006, il-Kummissjoni approvat proposta modifikata għar-reviżjoni tar-Regolamenti Finanzjarji (RF)[1], li fiha huma inkorporati fil-parti l-kbira tagħhom l-opinjonijiet ta' l-istituzzjonijiet l-oħra u li tieħu kont tal-preokkupazzjonijiet espressi mir-rappreżentanti tas-soċjetà ċivili. L-għan ewlieni tal-proposta modifikata tal-Kummissjoni huwa li tittejjeb l-effiċjenza u t-trasparenza tar-regoli billi jintlaħaq bilanċ aħjar bejn l-ispejjeż tal-kontroll u r-riskji finanzjarji filwaqt li jinżamm livell għoli ta’ protezzjoni għall-fondi tal-Komunità.

Skond l-Artikolu 184 tar-RF kurrenti, proċedura ta' konċiljazzjoni bejn il-Kunsill u l-Parlament issa se tkun neċessarja, jekk il-Parlament jitlob dan, qabel il-Kunsill jadotta definittivament ir-reviżjoni tar-RF. L-għan huwa li jintlaħaq ftehim malajr dwar ir-RF fl-2006 sabiex l-emendi jkunu jistgħu jidħlu fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2007, flimkien ma' ġenerazzjoni ġdida ta' programmi ta' nfiq.

Sabiex jitħaffef il-proċess leġiżlattiv il-Kummissjoni issa qed tieħu l-inizjattivi sabiex tippreżenta abbozz ta’ Regolament li jemenda r-Regolament Nru 2342/2002 li jistabbilixxi r-regoli ta’ l-implimentazzjoni (RI) tar-RF u sabiex tikkonsulta ma' l-Istituzzjonijiet l-oħra dwar l-emendi proposti għar-RI.

Dan l-abbozz ta' proposta jirrigwarda l-emendi għar-RI li jistgħu jsiru biss wara li jkun modifikat minn qabel l-RF, jiġifieri l-emendi “marbuta” mar-reviżjoni tar-RF li kienet trażmessa lill-istituzzjonijiet l-oħra għall-informazzjoni. Huwa fil-biċċa l-kbira bbażat fuq id-dokument ta’ ħidma ta’ l-istaff tal-Kummissjoni[2] dwar ir-RI marbut ippreżentat f’Ottubru 2005. Minbarra dan, dan l-abbozz ta’ proposta jieħu f’kunsiderazzjoni l-emendi vvutati mill-Parlament Ewropew dwar ir-RF li f’dak li jirrigwarda s-sustanza tagħom jikkonċernaw ir-RI. Sabiex tingħata lill-istituzzjonijiet l-oħra l-opportunità li jesprimu opinjoni dwarhom, il-bidliet li ġejjin minn dawk l-emendi tal-PE huma inklużi fl-abbozz preżenti anki jekk mhux formalment meħtieġa modifikazzjoni minn qabel tar-RF.

Sakemm il-proċess tar-reviżjoni tar-Regolament Finanzjarju jiżviluppa mingħajr problemi u l-Kunsill jadotta r-Regolament Finanzjarju revedut kmieni fil-Ħarifa u fl-istess ħin l-Istituzzjonijiet jagħtu l-fehma tagħhom dwar dan l-abbozz ta’ Regolament, il-Kummissjoni tkun tista’ tieħu dawk l-opinjonijiet f'kunsiderazzjoni u tadotta b'mod definittiv ir-Regolament dwar ir-RI “marbut” fit-tieni nofs ta’ l-2006. Huwa ttamat li dan iseħħ kmieni biżżejjed sabiex is-servizzi jkunu jistgħu jitħejjew għall-applikazzjoni tal-bidliet leġiżlattivi. B’hekk, il-pakkett sħiħ tar-regoli finanzjarji l-ġodda jkun jista’ jibda japplika minn Jannar 2007.

EMENDI PROPOSTI

Prinċipji baġitarji – interessi minn ħlasijiet ta’ pre-finanzjament

Fejn għandu x’jaqsam il-prinċipju ta’ l- unità tal-baġit , ir-regoli l-ġodda proposti fl-Artikolu 5a tar-RF għall- irkupru ta’ l-interessi fuq il-pre-finanzjamenti jinħtieġ li jkunu ppreċiżati aktar. L-ewwelnett, l-ammont ta' prefinanzjament li għandu jiġi kkunsidrat bħala ammont sinifikanti, li meta jinqabeż l-interessi skond l-RF ikollhom jinġabru (ir-regola “de minimis”), huwa stabbilit għal EUR 50,000, bħala regola ġenerali, u EUR 250,000 għal azzjonijiet esterni (Artikolu 3) fid-dawl ta' l-ispeċifiċità ta’ dawn l-azzjonijiet u l-involviment qawwi ta’ l-NGOs fl-implimentazzjoni tagħhom. Iżda dak il-limitu għandu jiżdied għal EUR 750,000 f’każi ta’ għajnuna għall-ġestjoni tal-kriżijiet u operazzjonijiet ta’ għajnuna umanitarja biex jirrifletti l-eċċezzjoni tal-ġestjoni finanzjarja f’dan il-qasam (pereżempju l-fatt li l-pre-finanzjament ikun ikopri spejjeż li jkunu diġà saru qabel l-għoti tas-sussidju).

It-tieninett, l-emenda proposta tar-RF (Artikolu 5a) tesiġi li fir-RI tidher lista tal-każijiet fejn, b’deroga mir-regola proposta li l-interessi jitnaqqsu mill-pagament finali, l-interessi fuq il-pre-finanzjament għandhom jiġi rkuprati kull sena sabiex b’hekk jitħarsu l-interessi finanzjarji ta’ l-UE. Il-kontabilità bbażata fuq id-dovuti tirrikjedi li d-dħul li jkun inqala’, jekk l-ammont ikun wieħed sinifikanti, għandu jiġi kkuntjat fis-sena finanzjarja ta’ meta jkun inqala’. Meta jitqies dan u fid-dawl tal- policies differenti implimentati mill-Kummissjoni, qed jiġi propost limitu ta’ EUR 750,000 (l-Artikolu 4 tar-RI).

Fir-rigwrad tal- prinċipju ta’ l-unità tal-kontijiet , tiddaħħal dispożizzjoni ġdida fl-Artikolu 7(1) sabiex ikun evitat li l-konverżjonijiet tal-muniti jkollhom impatt sinifikanti fuq il-livell tal-kofinanzjament ta’ l-Unjoni, kif mitlub mill-Parlament Ewropew fl-emenda tiegħu Nru 32.

Fir-rigward tal- prinċipju ta’ l-ispeċifikazzjoni tal-baġit, skond l-emendi proposti ta’ l-Artikoli 22 u 23 tar-RF, f’xi każi trasferimenti fl-ambitu ta’ 10% ta’ l-approprjazzjonijiet fuq linja baġitarja huma soġġetti għal proċedura aktar flessibbli minn dawk li jaqbżu l-limitu ta’ 10%. Il-metodu ta’ kif huwa kkalkulat il-limitu ta’ 10% għandu jiġi ċċarat (l-Artikolu 17). Fl-istess ħin, l-Artikolu 17(1) jispeċifika meta jibda jgħodd iż-żmien għall-fini ta’ l-iskadenza taħt il-"proċedura tan-notifika".

Wara d-diskussjonijiet mal-Qorti, il-Kunsill u l-PE, il-pjan ta’ azzjoni lejn qafas integrat ta' kontroll intern jiddefinixxi l-livell ta' riskju tolerrabbli fil-ġestjoni tar-riskji ta' illegalità jew irregolarità fit-tranżazzjonijiet sottostanti. Fil-Ġestjoni Finanzjarja dan il-kunċett ġie definit fl-Artikolu 30a (3). Ir-regoli ta’ l-implimentazzjoni jagħmlu l-qafas ġenerali aktar espliċitu, iżda informazzjoni dettaljata dwar il-kontrolli trid tiġi ppreżentata fil-kuntest ta' l-atti bażiċi, jew ir-regoli ta’ l-implimentazzjoni tas-settur tagħhom. Il-proċess se jiġi approfondit aktar permezz ta’ diskussjoni inter-istituzzjonali stipulata mill-azzjoni 4 tal-pjan ta’ azzjoni tal-Kummissjoni lejn qafas integrat ta' kontroll intern[3]. Perjodu ta’ tranżizzjoni se jkun stipulat sa l-2009 għar-reviżjoni, fejn meħtieġ, tad-dikjarazzjonijiet finanzjarji u/jew atti legali.

Metodi ta’ ġestjoni

Ir-RI għandu jiġi emendat biex ikun speċifikat li, fuq il-bażi tal-modifikazzjoni proposta ta’ l-Art. 54 (2) (c) RF, l-użu ta’ ġestjoni ċentralizzata indiretta m’għandux jibqa’ limitat għal korpi tas-settur pubbliku nazzjonali imma għandu jkun estiż għal organizzazzjonijiet tas-settur pubbliku internazzjonali, għal konsulenti speċjali tas-CFSP li huma fdati bil-ġestjoni ta’ azzjonijiet speċifiċi fil-qasam tal-politika barranija u tas-sigurtà, u għal korpi minn pajjiżi terzi li mhumiex fost dawk imsemmija diġà fl-Art. 38 RI (l-Artikoli 38, 39, 41 tar-RI). Sabiex iħarsu l-interessi finanzjarji tal-komunità, dawk li ġiet fdata lilhom il-ġestjoni ta’ azzjonijiet speċifiċi fil-qasam tal-politika barranija u tas-sigurtà għandhom jistabbilixxu l-istrutturi u l-proċeduri xierqa biex jerfgħu r-responsabbiltà għall-fondi li jkunu se jamministraw (l-Artikolu 39a tar-RI). Dan jipprovdi qafas aktar sodisfaċenti għall-prattika attwali. Fl-istess ħin, ladarba r-restrizzjonijiet dwar l-użu ta’ l-aġenziji nazzjonali, speċjalment il-ħtieġa li l-att bażiku jawtorizza l-użu tagħhom, tneħħew fir-reviżjoni proposta tar-RF, huwa wkoll meħtieġ li jitneħħew xi limitazzjonijiet oħra li huma fir-RI, bħall-proċedura ta’ komitoloġija sabiex jiġi ssimplifikat u faċilitat l-użu ta’ l-aġenziji nazzjonali. F’dawn il-każi, madankollu, il-Kummissjoni għandha tinforma fuq bażi annwali lill-awtorità leġiżlattiva dwar id-dmirijiet ta’ implimentazzjoni ddelegati u l-entitajiet konċernati.

Rigward il- kontrolli li trid tagħmel il-Kummissjoni tad-diversi metodi ta’ ġestjoni , il-Kummissjoni pproponiet ir-reviżjoni tar-RF sabiex tintroduċi sett ta' obbligi bażiċi komuni għall-ġestjoni indiretta u deċentralizzata (Artikolu 56). Huwa meħtieġ li dawn ir-regoli jkunu kkumplimentati billi jkun speċifikat li f’dawn iż-żewġ mudelli ta’ ġestjoni, il-Kummissjoni tista’ tirrikonoxxi bħala ekwivalenti għal tagħha, dejjem b’rispett lejn l-istandards aċċettati internazzjonalment, il-proċeduri ta’ xiri tal-korpi u l-awtoritajiet imsemmija fl-Artikolu 54 (2) (c) RF u 166 (1) (a) tar-RF (għall-pajjiżi terzi).

Fil-ġestjoni konġunta, l-iskop tal- ġabra annwali ta’ verifiki u dikjarazzjonijiet disponibbli li ssir referenza għaliha fl-Artikolu 42a il-ġdid se jkun li tkun faċilitata l-analiżi mill-Kummissjoni ta’ l-attivitajiet ta' l-Istati Membri fil-qasam tal-verifika u l-kontroll billi jitpoġġew għad-dispożizzjoni opinjonijiet tal-verifika u dikjarazzjonijiet tal-ġestjoni relevanti dwar il-benefiċjarji ta’ programmi ta’ l-UE taħt ġestjoni konġunta.

Fir-rigward tal- ġestjoni konġunta , il-prinċipji għall-għoti ta' kuntratti u għotjiet iridu jiġu rispettati mill-organizzazzjonijiet internazzjonali u stabbiliti fil-ftehimiet konklużi magħhom.

Operaturi finanzjarji

L-artikoli 74 u 75 għandhom ikunu ristrutturati u simplifikati mingħajr ma jkun affettwat il-kontenut tagħhom. F’konformità mal-proposta modifikata tal-Kummissjoni dwar ir-RF, il-possibilità li l-uffiċjal ta’ l-awtorizzazzjoni b’delega jirreferi l-kwistjoni għall- bord ta’ l-irregolaritajiet finanzjarji hija introdotta fl-Artikolu 75 IR.

Rkupru tad-djun

Fejn jidħlu l- privileġġi , l-emenda proposta tar-RF tintroduċi l-prinċipju (l-Artikolu ġdid 73a tar-RF) li l-pretenzjonijiet Komunitarji igawdu l-istess privileġġi fis-sistemi legali nazzjonali li jgawdu l-intitolamenti fiskali ta' l-Istati Membri (“il-prinċipju ta' l-ekwivalenza”, magħruf diġà f'konnessjoni mal-KEFA[4]) Billi fil-liġi nazzjonali jista’ jeżisti grad ta’ privileġġ għal diversi taxxi, huwa meħtieġ li tkun identifikata minn fost it-taxxi differenti, dik li l-pretenzjonijiet Komunitarji xieraq li jkunu ekwivalenti għaliha. F’dan ir-rigward, it-taxxa fuq il-valur miżjud tidher li tgawdi biżżejjed uniformità kullimkien fl-UE biex il-Komunità tkun tista' teżerċita d-dritt preferenzjali tagħha b'effikaċja ndaqs f'kull wieħed mill-Istati Membri. Fl-istess ħin, huwa meħtieġ li jkun speċifikat li t-trattament speċjali japplika wkoll għall-interessi bl-arretrati skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 86 tar-RE.

F’konformità mal-prinċipji tal-ġestjoni finanzjarja tajba u ċ-ċertezza legali, il-modifika proposta tar-RF (l-Artikolu ġdid 73b tar-RF) tintroduċi perjodu ta’ limitazzjoni ġenerali ta’ ħames snin għad-djun u l-intitolamenti Komunitarji kontra terzi, wara liema l-pretenzjoni għad-dejn taqa’. Għalhekk, ir-RE għandu jkun fih ġabra dettaljata ta’ regoli għall-ispeċifikar ta’ meta jibda dan il-perjodu ta’ limitazzjoni u tar-raġunijiet f'każijiet ta' interruzzjoni tiegħu (l-Artikolu 85c), li l-biċċa l-kbira tagħhom huma msejsa fuq ir-regoli applikabbli fl-Istati Membri. F’konformità mal-prinċipju ta’ trattament indaqs ta’ l-operaturi, l-atti li jistgħu jinterrompu perjodu ta’ limitazzjoni jinkludu l-passi proċedurali meħuda kemm mill-Komunità kif ukoll minn terzi li jista' jkollhom xi intitolament kontra l-Komunità. Skond l-emenda Nru 72 tal-PE, huwa speċifikat li fil-każijiet ta’ debituri li jkunu responsabbli in solidum, interruzzjoni fir-rigward ta’ wieħed minnhom għandha tapplika għall-oħrajn.

Xiri pubbliku u kuntratti

F’setturi fejn ikun hemm żvilupp mgħaġġel fil-prezzijiet u t-teknoloġija, u sabiex tkun żgurata ġestjoni finanzjarja tajba, kuntratti ta’ qafas mingħajr ftuħ mill-ġdid tal-kompetizzjoni għandhom jinkludu dispożizzjonijiet dwar reviżjoni f’nofs il-perjodu. Jekk il-kundizzjonijiet stabbiliti inizjalment ma jkunux għadhom adattati għax-xejriet tal-prezzijiet jew l-iżvilupp teknoloġiku, l-awtorità li tagħti l-kuntratti m’għandhiex tuża l-qafas ta’ kuntratt ikkonċernat u għandha tieħu l-passi meħtieġa sabiex ittemmu, kif mitlub mill-PE (Emenda Nru 80).

Informazzjoni dwar kuntratti speċifiċi bbażati fuq qafas ta’ kuntratt għandha tingħata kif mitlub mill-PE. Għal dan l-għan, informazzjoni relatata mal-valur u l-benefiċjarji ta’ kuntratti speċifiċi bbażati fuq qafas ta’ kuntratt u mogħtija matul is-sena finanzjarja għandhom ikunu ppubblikati fuq il-websajt ta’ l-internet ta’ l-awtorità li tagħti l-kuntratti mhux aktar tard mill-31 ta’ Marzu wara tmiem din is-sena finanzjarja, jekk bħala riżultat tal-konklużjoni ta’ kuntratt speċifiku jew volum aggregat ta’ kuntratti speċifiċi l-limiti li ssir referenza għalihom fl-Artikolu 158 ikunu nqabżu.

Wara l-emendi tal-PE, l-awtorità li tagħti l-kuntratti tista', fuq il-bażi ta' l-analiżi tagħha tar-riskju, tibqa' lura milli titlob id-dikjarazzjoni li ssir referenza għaliha fis-sub-paragrafu 1 li l-kandidati jew dawk li jitfgħu offerti ma jkunux f’waħda mis-sitwazzjonijiet li jwasslu għal esklużjoni għal kuntratti ta’ valur ta’ EUR 3,500 jew anqas u għal għajnuna esterna, EUR 10,000.

Kull fejn ikun xieraq, teknikament fattibbli u ekonomikament effiċjenti, kif mitlub mill-PE, kuntratti b’valur daqs jew akbar mill-limiti stabbiliti fl-Artikolu 158 għandhom jingħataw fl-istess żmien u bħala lottijiet separati .

Informazzjoni dwar rimedji legali disponibbli għandha tkun indikata mill-awtorità li tagħti l-kuntratti lil dawk li jkunu tefgħu offerti li ma jkunux intlaqgħu, kif mitlub mill-PE.

Ladarba huwa possibbli li istituzzjoni twettaq proċedura ta' xiri b'mod konġunt ma' awtorità li tagħti l-kuntratti minn Stat Membru, ir-RI għandu jispeċifika liema proċedura ta’ xiri għandha tapplika għal dawk il-każijiet.

Sabiex tkun żgurata ġestjoni xierqa tal- bank ċentrali tad- data dwar l-esklużjonijiet , l-arranġamenti prattiċi ewlenin għall-użu tal-bank tad- data għandhom ikunu stabbiliti fir-RI.

F’konformità mal-prinċipju ta’ proporzjonalità, l-operaturi ekonomiċi li jinsabu f'waħda mis- sitwazzjonijiet ta’ esklużjoni ġuridika msemmija fir-RF m’għandhomx ikunu esklużi b’mod indefinit milli jipparteċipaw fi proċedura ta’ xiri pubbliku. Għaldaqstant, il-kriterji dwar it-tul ta’ l-esklużjoni għandhom ikunu speċifikati fir-RI.

Bħala riżultat tar-reviżjoni tar-RF, jenħtieġ li d-dispożizzjonijiet tar-RE dwar il- penali jkunu adattati kif xieraq (l-Artikolu 134a tar-RE).

Għas-saħħa taċ-ċertezza legali, il-modalitajiet u l-eċċezzjonijiet għall-i standstill procedure qabel l-iffirmar ta' kuntratt għandhom ikunu speċifikati fir-RI. Minbarra dan, fid-dawl tal-proposta riċenti għal Direttiva fir-rigward tat-titjib ta' l-effikaċja tal-proċeduri tar-reviżjoni dwar l-għoti tal-kuntratti pubbliċi[5], u l-modalitajiet ta’ l- i standstill procedure fil-każ ta’ aġġudikamenti diretti ta' kuntratti pubbliċi għandhom ikunu speċifikati wkoll fir-RI.

Għotjiet

Fid-dawl tal-modifikazzjonijiet proposti għall-Artikolu 108(2) u (3) tar-RF, li jikkjarifikaw x’inhu u x’mhux sussidju, ċerti tipi ta’ parteċipazzjoni u investiment fil-kapital u strumenti li jġorru riskju għandhom ikunu definiti (l-Artikolu 160b RE). Minbarra dan, huwa neċessarju li jkun stabbilit liema mir-regoli fit-Titolu dwar l-għotjiet japplikaw għal dawn il-forom ta’ finanzjament. Fejn għandhom x’jaqsmu l-programmi li jippromwovu l-investiment (per eżempju, fil-każ ta’ l-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju (SME)), b’mod partikolari l-programm qafas tal-kompetittività propost mill-Kummissjoni, il-Komunità tikkontribwixxi għall-faċilitajiet ta’ kapital ta’ riskju u ta’ garanzija amministrati mill-istituzzjonijiet finanzjarji.

Sabiex tiġi ssimplifikata l-ġestjoni ta’ ċerti tipi ta’ għotjiet, partikolarment għotjiet żgħar jew dawk li jkollhom kontenut standardizzat, l-għotjiet għandhom jingħataw jew b'deċiżjoni tal-Kummissjoni jew bi ftehim miktub mal-benefiċjarju, li ssir referenza għalih fl-Artikolu 108 tar-RF. F'dawn il-każijiet għal raġunijiet ta' koeżjoni u konsistenza, il-programm annwali ta' ħidma għandu jiddetermina liema strument legali għandu jintuża għal dak l-iskop (Artikolu 160e). Xi Artikoli għandhom jiġu adattati sabiex jirriflettu l-introduzzjoni tad-deċiżjonijiet fil-proċess ta' l-għoti ta' l-għotjiet.

Dwar il- liġi applikabbli għall-ftehimiet kemm ta’ kuntratti kif ukoll ta’ sussidji , il-politika kutrattwali Komunitarja għandha ssir konformi ma’ l-aqwa prattika internazzjonali biex ikun żgurat li l-liġi Komunitarja tkun applikabbli għar-relazzjonijiet kuntrattwali kollha li huma parti fihom l-istituzzjonijiet. Għal dan il-għan, l-uffiċjali ta’ l-awtorizzazzjoni għandhom jinġiegħlu jdaħħlu fil-kuntratti tal-ħruġ ta’ offerti u l-arranġamenti tas-sussidji li jgħaddu minn taħt idejhom klawsola tal-liġi applikabbli li tispeċifika li l-liġi Komunitarja tapplika bi prijorità, u magħha biex tikkomplementaha, jekk ikun xieraq, il-liġi nazzjonali li dwarha jkunu qablu l-partijiet (l-Artikoli 130, 164 tar-RE). Dan huwa ta’ importanza partikolari biex ikun żgurat li t-tisħiħ propost fil-possibiltajiet ta’ rkupru jista’ jkollu l-effett sħiħ tiegħu.

Iffinanzjar permezz ta’ somom sħaħ u rati fissi għandhom jiġu deċiżi fuq il-bażi ta' l-ispejjeż jew il-kategorija ta' l-ispejjeż li jikkonċernawhom, stabbiliti permezz ta’ mezzi oġġettivi bħal data ta’ statistika, sabiex tinkiseb assigurazzjoni xierqa li, a priori , is-somom ta’ darba u r-rati fissi ma jkunux jinkludu qligħ. Dawn l-elementi oġġettivi għandhom ikunu vvalutati b’mod regolari u aġġornati mill-Kummissjoni fuq l-istess bażi (l-Artikolu 165 (2) tar-RE). Barra minn hekk, jidher xieraq li jkunu stipulati kontrolli ex-post bil-għan li jiġi vverifikat li ċ-ċirkustanza li ġġenerat id-dritt għall-finanzjament ta' somma ta' darba jew rata fissa tkun tabilħaqq seħħet. Jekk dawn il-kontrolli jiżvelaw li ċ-ċirkustanza ma tkunx seħħet u li, konsegwentement, il-pagament ikun tħallas lill-benefiċjarju bi żball, il-Kummissjoni jkollha d-dmir li tirkupra sal-limitu ta’ l-ammont tal-finanzjament tas-somma ta’ darba jew ir-rata fissa u, f’każ ta’ dikjarazzjoni falza mill-benefiċjarju, li timponi penali finanzjarji sa 50% tal-finanzjament tas-somma ta’ darba jew ir-rata fissa (l-Artikolu 165(3) tar-RE).

Ir- regola tal-ko-finanzjament hija ċċarata, b'mod partikolari fil-każ ta' finanzjament permezz ta’ somom ta' darba u rati fissi (Artikolu 165a)

B’reazzjoni għal talba mill-PE, hija stipulata espressament il-possibilità ta’ l-adozzjoni tal- programm annwali tal-ħidma fi stadju bikri, matul is-sena ta’ qabel (Artikolu 166).

Sabiex jitħarsu l-interessi tal-benefiċjarji u sabiex tissaħħaħ iċ-ċertezza legali, bidliet fil-kontenut ta' sejħa għall-propsti għandhom jibqgħu l-eċċezzjoni. L-applikanti għandhom jingħataw il-benefiċċju ta' skadenza supplementari jekk dawn il-bidliet ikunu sostanzjali. Dawn il-bidliet għandhom ikunu suġġetti għall-istess kundizzjonijiet ta’ pubblikazzjoni bħas-sejħa nnifisha.

Fir-rigward ta’ l-għoti ta’ għotjiet , l-eċċezzjonijiet għall-ħtieġa ta’ sejħa għall-proposti għandhom ikunu estiżi biex ikopru deroga eżistenti skond ir-regoli ta’ parteċipazzjoni, fil-qasam tar-riċerka u l-iżvilupp. Dan jagħmel possibbli li l-għotjiet jingħataw direttament lill-benefiċjarji identifikati mill-Kummissjoni għal proposti ta’ kwalità għolja bil-kundizzjoni li dawn ma jaqgħux fl-ambitu ta’ sejħiet programmati għal proposti għas-sena finanzjarja konċernata. Fid-dawl ta’ l-esperjenza akkwistata, għandhom jiġu introdotti derogi oħra biex ikunu koperti azzjonijiet b’karatteristiċi speċifiċi li jesiġu eżekuzzjoni minn korp b’kompetenza partikolari jew b'poter istituzzjonali jew amministrattiv, mingħajr ma din neċessarjament tikkwalifika bħala monopolju ( de facto jew de jure ).

Sabiex iħarsu l-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet, ir-rappreżentanti tal- benefiċjarji li ma jkollhomx personalità ġuridika għandhom juru li huma kapaċi jaġixxu għan-nom tagħhom u li kapaċi joffru garanziji finanzjarji ekwivalenti għal dawk offruti minn persuni legali (l-Artikolu 174a tar-RI).

Kif mitlub mill-PE, u sabiex tinfurmaha, il-Kummissjoni għandha kull sena tibgħat lill-awtorità baġitarja informazzjoni dwar il-proċeduri ta’ l-għotjiet.

Sabiex tiżdied l-effiċjenza tas-sejħiet għall-proposti, il-Kummissjoni għandha tipprovdi informazzjoni u gwida lill-applikanti dwar ir-regoli applikabbli għall-għoti ta’ għotjiet.

Sabiex jiġi ċċarat liema spejjeż jistgħu jkunu eliġibbli għall-iffinanzjar tal-Komunità, lista indikattiva hija stipulata f'Artikolu ġdid.

F’dak li jirrigwarda x-xiri, huma inklużi dispożizzjonijiet sabiex jiġu stabbiliti l-kundizzjonijiet għat-tfigħ ta’ l-applikazzjonijiet, partikolarment għal applikazzjoni mitfugħa b’mezzi elettroniċi.

Bil-għan li tiġi ffaċilitata l-ġestjoni tal-proċedura ta’ l-għot i, u f’konformità mal-prinċipju tal-prinċipju tal-ġestjoni finanzjarja tajba, ir-RF għandhom jikkonfermaw b’mod espliċitu l-possibbiltà li s-sejħa għall-proposti tkun ristretta għal kategorija partikolari ta’ benefiċjarji. B’hekk il-Kummissjoni, filwaqt li tirrispetta b’mod xieraq il-prinċipji ta’ trattament indaqs u ta’ non-diskriminazzjoni, tkun tista’ timmira sejħiet għall-proposti lejn kategoriji speċifiċi jew lejn tipi ta’ entitajiet li lilhom jolqot l-aktar il-programm konċernat (l-Artikolu 175a tar-RI). Eżempju ta’ dan huwa l-iskemi ta’ ġemellaġġ fil-qasam tar-relazzjonijiet esterni li l-organizzazzjonijiet li dawn ikunu mmirati lejhom huma l-awtoritajiet amministrattivi ta' l-Istati Membri li għandhom "jittewmu" ma' awtoritajiet amministrattivi f'pajjiżi terzi u jaqsmu magħhom il-kompetenzi tagħhom.

Kif mitlub mill-PE, u sabiex jiġu infurmati kemm jista’ jkun malajr l-applikanti dwar il-possibilità tas-suċċess ta’ l-applikazzjonijiet tagħhom, il-proċedura tat-tfigħ, u l-proċedura ta' l-evalwazzjoni jistgħu jinqasmu fi stadji differenti, biex b'hekk ikun possibbli li jkunu rrifjutati fi stadju bikri l-proposti li ma jista' jkollhom l-ebda possibilità ta' suċċess wara dan l-istadju tal-proċedura.

Skond id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 114(3) tar-RF, l-għotjiet ta’ valur baxx ħafna huma definiti, b’referenza għall-ammont tax-xiri b’offerta unika fl-Artikolu 129(3) tar-RE (jiġifieri EUR 3,500).

Kif mitlub mill-PE, u sabiex tittejjeb il-kwalità tal-proposti, u jiġu megħjuna l-applikanti, informazzjoni addizzjonali tista’ tintalab minnhom matul il-proċedura ta’ l-għoti, b’mod partikolari fil-każ ta’ żbalji materjali evidenti fl-applikazzjonijiet.

Fir-rigward ta’ somom ta’ darba, il-livell li, meta jaqbżuh, l-ammonti ta’ l-unitajiet ta’ somom ta’ darba għandhom ikunu determinati fl-att bażiku huwa stabbilit għal EUR 25,000 (l-Artikolu 181 tar-RE). Min-naħa l-oħra, l-ammonti ta’ l-unitajiet ta’ somom ta’ darba li huma anqas minn EUR 25,000, kif ukoll l-ammonti b’rata fissa, iridu jkunu ffissati mill-Kummissjoni.

Il- kuntratti neċessarji li l-benefiċjarji jridu jikkonkludu biex ikunu jistgħu jiġu eżegwiti l-għotjiet għandhom ikunu ssimplifikati biex il-ġestjoni tagħhom mill-benefiċjarji u l-Kummissjoni ssir eħfef. Kull meta dawn il-kuntratti jkunu ta’ valur baxx, ir-regoli li għandhom jiġu segwiti mill-benefiċjarju għandhom ikunu limitati għal dak li hu strettament meħtieġ, jiġiferi l-prinċipju tal-ġestjoni finanzjarja tajba u n-nuqqas ta' kunflitt ta' interessi. Għal kuntratti akbar, l-uffiċjal ta’ l-awtorizzazzjoni għandu jkun jista’ jiddetermina obbligi speċifiċi oħra bbażati fuq dawk applikabbli għall-istituzzjonijiet għal kuntratti ekwivalenti.

A ppoġġ finanzjarju għal partijiet terzi li jista’ jingħata minn benefiċjarju ta’ għotja tal-Komunità huwa organizzat b'tali mod li jeskludi poter ta' diskrezzjoni u jkun limitat għall-ammont totali ta' EUR 100,000 (Artikolu 184a RE).

Kontabilità

Huwa neċessarju li jkun iċċarat l-istatus tar- rapport dwar il-ġestjoni baġitarja u finanzjarja (l-Artikolu 185 tar-RE) li jitressaq mal-kontijiet skond l-Artikolu 122 tar-RF għandu jkun ikkjarifikat, b’mod partikolari l-fatt li dan ir-rapport huwa separat minn dak dwar l-eżekuzzjoni tal-baġit imsemmi fl-Artikolu 121 tar-RF.

Azzjonijiet Esterni

Fir-rigward ta’ xi komponenti tal-programmi multi-annwali IPA u ENPI li jużaw impenji maqsuma (split commitments), il-Kummissjoni pproponiet fir-reviżjoni ta' l-Artikolu 166(3) tar-RF li tintroduċi regoli ta' diżimpenn “n + 4” . Huwa neċessarju li din ir-regola tkun ukoll speċifikata fir-RE, b’mod partikolari fir-rigward tal-proċedura u l-konsegwenzi tad-diżimpenn awtomatiku.

Il-possibilità ta’ proċeduri ta’ xiri sigriet għal raġunijiet ta’ sigurtà, li diġà kienet introdotta għax-xiri f’isem l-istituzzjonijiet fl-Artikoli 119 u 127 RE, issa hija estiża għax-xiri operattiv tar-relazzjonijiet esterni (Artikoli 240, 242, 244, 246 RE). Minbarra dan, il-limitu għall- proċedura negozjata fuq il-bażi ta’ offerta waħda (infiq operattiv) qed jiżdied minn EUR 5,000 għal EUR 10,000 sabiex tiżdied il-flessibilità tal-ġestjoni (Artikoli 241, 243, 245 RE).

Uffiċċji

Fid-dawl tal-problemi speċifiċi li qegħdin iħabbtu wiċċhom magħhom l-uffiċċji interistituzzjonali Ewropej b’mod partikolari l- Uffiċċju għall-Pubblikazzjonijiet Uffiċjali (OPOCE), il-Kummissjoni pproponiet li tinkludi fir-RF l-possibbiltà li l-istituzzjonijiet jiddelegaw il-poteri ta' uffiċjal ta’ l-awtorizzazzjoni lid-diretturi ta' dan it-tip ta' uffiċċji (l-Artikoli 171 u 174a tar-RF). Sabiex tiġi implimentata din il-possibiltà, għandhom ikunu speċifikati l-arranġamenti meħtieġa (l-Artikoli 256 u 258a tar-RE) u jiġi indikat b’mod partikolari li l-impenn baġitarju għandu jibqa’ r-responsabbiltà ta’ kull istituzzjoni, filwaqt li l-atti l-oħra kollha jistgħu jiġu delegati lid-Direttur ta’ l-Uffiċċju.

Esperti esterni

Dwar l-għażla ta’ esperti individwali esterni għall-evalwazzjoni tal-proposti u forom oħra ta’ għajnuna teknika, il-proċeduri simplifikati mħabbra fir-RF jenħtieġ li jiġu definiti. Dawn għandhom jinkludu l-pubblikazzjoni ta’ sejħa miftuħa għal espressjonijiet ta’ interess sabiex titfassal lista xierqa ta’ esperti eliġibbli u ssir għażla minn dawn fuq il-bażi tal-kapaċità teknika, biex b'hekk tiġi eskluża d-diskriminazzjoni.

Abbozz

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE, Euratom) Nru …/…

ta’ […]

li jemenda r-Regolament (KE, Euratom) Nru 2342/2002 tal-Kummissjoni li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-eżekuzzjoni tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-Kunsill dwar ir-Regolament Finanzjaru applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea ta' l-Enerġija Atomika,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li japplika għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej[6], u b’mod partikulari l-Artikolu 183 tiegħu,

Wara li kkonsultat lill-Parlament Ewropew, il-Kunsill, Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej, il-Qorti ta' l-Awdituri, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, il-Kumitat tar-Reġjuni, l-Ombudsman u l-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad- Data ,

Billi:

1. Skond il-prinċipji tal-baġit, b’mod partikulari l-prinċipju ta' l-unità, ir-regoli stabbiliti fir-Regolament Finanzjarju għall-irkuprar ta' imgħax fuq pre-finanzjamenti jenħtieġ li jiġu speċifikati fir-regoli ta’ implimentazzjoni. B’hekk, għandu jiġi ċċarat liema ammont għandu jiġi kkunsidrat bħala ammont konsiderevoli. Taħt dan il-limitu, ma għandux ikun dovut lill-Komunitajiet Ewropej imgħax fuq pre-finanzjament. Għandhom jiġu speċifikati wkoll il-każijiet fejn imgħax iġġenerat fuq pre-finanzjament għandu jiġi rkuprat kull sena sabiex jiġu protetti l-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet.

2. F’dak li jirrigwarda l-prinċipju ta’ speċifikazzjoni, għandha tingħata definizzjoni preċiża tal-metodi ta’ kalkolu tal-limiti taż-żmien u tal-limiti perċentwali li għandhom jiġu rispettati għal trasferimenti ta’ approporjazzjonijiet tal-Kummissjoni u ta’ l-Istituzzjonijiet l-oħra. Minbarra dan, ladarba d-dispożizzjoni dwar il-proċeduri għal trasferimenti mill-Istituzzjonijiet l-oħra għajr il-Kummissjoni ġiet konsolidata fir-Regolament Finanzjarju, din tista' għaldaqstant titħassar mir-regoli ta' implimentazzjoni;

3. Rigward il-metodi ta’ implimentazzjoni tal-baġit, b’mod partikulari l-ġestjoni ċentralizzata indiretta, għandu jiġi speċifikat li l-persuni fdati bit-tmexxija ta’ azzjonijiet speċifiċi skond it-Titolu V tat-Trattat ta’ l-UE għandhom ikunu obbligati li jwaqqfu l-istrutturi u l-proċeduri meħtieġa sabiex jassumu responsabbiltà għall-fondi li dawn ikollhom jamministraw. Fl-istess ħin, ladarba r-Regolament Finanzjarju rivedut neħħa l-ħtieġa għal awtorizzazzjoni minn qabel fl-att bażiku għal rikors għal korpi nazzjonali fdati b’inkarigi pubbliċi, huwa neċessarju li d-dispożizzjonijiet li jirreferu għall-proċeduri ta’ komitoloġija f’dan ir-rigward, jitneħħew mir-regoli ta’ implimentazzjoni.

4. Rigward il-metodi ta’ ġestjoni konġunta, il-kontenut tal-ġabra annwali tal-verifiki u d-dikjarazzjonijiet disponibbli li ssir referenza għaliha fl-Artikolu 53b tar-Regolament Finanzjarju għandu jkun speċifikat.

5. Rigward il-ġestjoni konġunta, jenħtieġ li jiddaħħlu dispożizzjonijiet speċifiċi li jagħtu dettalji tal-kontenut ta' l-arranġamenti li għandhom jiġu konklużi mill-Kummissjoni fil-kooperazzjoni tagħha ma' organizzazzjonijiet internazzjonali.

6. Rigward ir-responsabbiltà ta’ l-operaturi finanzjarji, għandu jiġi ċċarat li l-awtorità li taħtar tista’ titlob l-opinjoni tal-bord ta’ l-irregolaritajiet finanzjarji dwar każ, fuq il-bażi ta' informazzjoni pprovduta minn membru ta’ l-istaff skond id-dispożizzjoni rilevanti tar-Regolament Finanzjarju. Minbarra dan, l-uffiċjal ta’ l-awtorizzazzjoni b’delega għandu jkun intitolat li jirreferi kwistjoni lill-panel ta’ irregolaritajiet finanzjarji, jekk jikkunsidra li tkun seħħet irregolarità finanzjarja.

7. Rigward l-irkuprar ta' djun, skond il-prinċipju stabbilit fir-Regolament Finanzjarju li talbiet tal-Komunità jgawdu l-istess privileġġi f’sistemi legali nazzjonali bħal drittijiet fiskali li jappartjenu għall-Istati Membri, jenħtieġ li tiġi stabbilita t-taxxa li magħha għandha tiġi mqabbla l-pretenzjoni tal-Komunità għal każijiet fejn l-istat li jkun qed jinforza jistipula gradi differenti ta’ privileġġ tad-drittijiet fiskali skond it-taxxa involuta.

8. Ladarba perijodu ta’ limitazzjoni ta’ ħames snin huwa stabbilit fir-Regolament Finanzjarju għal djun u drittijiet tal-Komunità, jenħtieġ li jiġu speċifikati r-regoli dwar id-dati tal-bidu u r-raġunijiet għal interruzzjonijiet tal-perjodu ta’ limitazzjoni, kemm għall-Istituzzjonijiet kif ukoll għall-partijiet terzi li jkollhom talba li tista’ tiġi infurzata kontra l-Istituzzjonijiet.

9. Rigward l-appalti, kuntratti ta’ qafas li ma jinvolvux ftuħ mill-ġdid tal-kompetizzjoni f’setturi suġġetti għal xejra ta’ żieda mgħaġġla fil-prezzijiet u l-iżvilupp teknoloġiku għandhom ikunu suġġetti għal reviżjoni f'nofs il-perjodu tagħhom u l-awtorità li tagħti l-kuntratt għandha tieħu l-miżuri xierqa, inkluż it-terminazzjoni tal-kuntratt ta' qafas.

10. F’konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, għal kuntratti b’valur ta’ mhux aktar minn EUR 3,500 u EUR 10,000 għal għajnuna esterna, l-awtorità li tagħti l-kuntratti għandha tkun tista’, fuq il-bażi ta' l-analiżi tagħha tar-riskju, ma titlobx mingħand il-kandidati jew dawk li jitfgħu l-offerti d-dikjarazzjoni li huma ma jkunux f’waħda mis-sitwazzjonijiet li jwasslu għal esklużjoni.

11. Għal raġunijiet ta’ simplifikazzjoni, ħlasijiet kontra fatturi mingħajr ma l-offerta tkun aċċettata minn qabel għandhom ikunu possibbli għal ammont ta' EUR 500 jew anqas, u għal għajnuna esterna għandha tkun possibbli l-proċedura kompetittiva nnegozjata għall-għoti ta' kuntratti ta' forniment għandu jkun possibbli għal kuntratti b'valur ta' anqas minn EUR 60,000.

12. Kull fejn ikun xieraq, teknikament fattibbli, u ekonomikament effiċjenti, kuntratti ta’ xiri b’valur daqs jew akbar mill-limiti stabbiliti fl-Artikolu 158 tar-Regolament Finanzjarju għandhom jingħataw fl-istess żmien u bħala lottijiet separati.

13. Informazzjoni dwar rimedji legali disponibbli għandha tkun indikata mill-awtorità li tagħti l-kuntratti lil dawk li jkunu tefgħu offerti li ma ntlaqgħux.

14. Ladarba huwa possibbli li istituzzjoni twettaq proċedura ta' xiri b'mod konġunt ma' awtorità li tagħti l-kuntratti minn Stat Membru, għandu jkun speċifikat liema proċedura ta’ xiri għandha tapplika għal dawk il-każijiet.

15. Sabiex tkun żgurata ġestjoni xierqa tal-bank ċentrali tad- data dwar l-esklużjonijiet, l-arranġamenti prattiċi ewlenin għall-użu tal-bank tad- data għandhom ikunu stabbiliti.

16. F’konformità mal-prinċipju ta’ proporzjonalità, l-operaturi ekonomiċi li jkunu jinsabu f'waħda mis-sitwazzjonijiet ta’ esklużjoni ġuridika msemmija fir-Regolament Finanzjarju m’għandhomx ikunu esklużi b’mod indefinit milli jipparteċipaw fi proċeduri ta’ xiri pubbliku. Għaldaqstant, il-kriterji dwar it-tul ta’ l-esklużjoni għandhom ikunu speċifikati.

17. Bħala riżultat tar-reviżjoni tar-Regolament Finanzjarju, id-dispożizzjonijiet dwar il-penali għandhom jiġu adattati kif xieraq.

18. Għas-saħħa taċ-ċertezza legali, il-modalitajiet u l-eċċezzjonijiet għall-istandstill procedure qabel l-iffirmar ta' kuntratt għandha tkun speċifikata.

19. Dispożizzjoni xierqa għandha tiddetermina sa liema punt il-forom partikulari ta' finanzjament stabbiliti fl-Artikolu 108(3) tar-Regolament Finanzjarju għandhom ikunu trattati bl-istess mod bħal għotjiet taħt it-Titolu VI ta’ l-Ewwel Parti.

20. Sabiex tkun żgurata l-konsistenza fl-użu ta' l-istrumenti legali li permezz tagħhom jingħataw l-għotjiet – deċiżjoni jew ftehim bil-miktub – il-programm annwali ta’ ħidma għandu jiddetermina liema strument legali għandu jintuża għal dak l-iskop. Huwa meħtieġ li xi artikoli jkunu adattati sabiex jieħdu f’kunsiderazzjoni l-introduzzjoni ta’ deċiżjonijiet fil-proċedura ta’ aġġudikar ta' l-għotjiet.

21. Sabiex jiġi żgurat li l-liġi tal-Komunità tkun applikabbli għar-relazzjonijiet legali kollha li huma parti fihom l-Istituzzjonijiet, għandu jsir obbligatorju għall-uffiċjali ta’ l-awtorizzazzjoni li jdaħħlu fil-kuntratti u l-ftehimiet ta’ għotjiet tagħhom kollha klawżola speċifika dwar l-applikabilità tal-liġi tal-Komunità, kumplimentata kif xieraq bil-liġi nazzjonali miftiehma mill-partijiet.

22. Għal dak li jikkonċerna l-aġġudikazzjoni ta’ għotjiet, l-eċċezzjonijiet għall-obbligu għal sejħa għal proposti għandhom jiġu estiżi sabiex ikopru l-possibbiltà li teżisti taħt ir-regolamenti preżenti fil-qasam tar-riċerka u l-iżvilupp, li jingħataw għotjiet direttament lil benefiċjarji identifikati mill-Kummissjoni għal proposti ta’ kwalità għolja li ma jaqgħux fl-ambitu ta’ sejħiet ipprogrammati għal proposti għas-sena finanzjarja kkonċernata. Minbarra dan, fid-dawl ta’ l-esperjenza akkwistata, għandha tiġi introdotta deroga addizzjonali li tkopri azzjonijiet b’karatteristiċi speċifiċi li jeħtieġu korp ta’ implimentazzjoni b’kompetenza partikulari jew poter amministrattiv, mingħajr ma dan jikkwalifika neċessarjament bħala monopolju.

23. Sabiex jiġu protetti l-interessi finanzjarji tal-Komunità, għandu jiġi speċifikat li r-rappreżentanti tal-benefiċjarji li ma jkollhomx personalità legali, għandhom jippruvaw li għandhom il-kapaċità li jaġixxu f’isimhom u għandhom joffru garanziji finanzjarji ekwivalenti għal dawk ipprovduti minn persuni legali.

24. Sabiex tiġi ffaċilitata l-ġestjoni tal-proċedura ta’ l-għotja, u skond il-prinċipju tal-ġestjoni finanzjarja tajba, għanda tiġi stipulata l-possibbiltà li sejħa għal proposti tiġi ristretta għal kategorija magħżula ta’ benefiċjarji. B’hekk il-Kummissjoni tkun tista’, filwaqt li tirrispetta l-prinċipji ta’ trattament indaqs u ta’ non-diskriminazzjoni, tirrifjuta applikazzjonijiet minn entitajiet li ma jkunx applikabbli għalihom il-programm ikkonċernat.

25. Sabiex ikunu megħjuna l-applikanti, u sabiex tiżdied l-effiċjenza tas-sejħiet għall-proposti, ċerti passi proċedurali għandhom jittejbu. Il-Kummissjoni għandha tipprovdi informazzjoni u pariri lill-applikanti dwar ir-regoli applikabbli għall-aġġudikar ta’ għotjiet u għandha tinfurmahom kemm jista’ jkun malajr dwar il-possibilità ta’ suċċess ta’ l-applikazzjonijiet tagħhom. Huwa possibbli li l-proċedura ta’ sottomissjoni u l-proċedura ta’ evalwazzjoni fi stadji differenti, u b’hekk ikun possibbli li jkunu mwarrba fi stadju bikri l-proposti li ma jistax ikollhom possibilità ta' suċċess fl-istadji ta' wara. Sabiex ikun iċċarat liema spejjeż jistgħu jkunu eliġibbli għall-iffinanzjar tal-Komunità, għandha tkun stipulata lista indikattiva. Huwa wkoll xieraq li jkunu ddeterminati l-kundizzjonijiet għas-sottomissjoni ta’ l-applikazzjonijiet, partikolarment għal applikazzjonijiet sottomessi permezz ta' mezzi elettroniċi. Minbarra dan, għandu jkun possibbli li tintalab informazzjoni addizzjonali lill-applikanti matul il-proċedura ta' aġġudikar, b'mod partikolari fil-każ ta' żbalji materjali evidenti fl-applikazzjonijiet.

26. Il-possibilità ta’ l-adozzjoni ta’ programm annwali ta’ ħidma fi stadju bikri, matul is-sena ta’ qabel, għandha tkun stipulata sabiex ikun possibbli li jsiru s-sejħiet għall-proposti kemm jista’ jkun malajr qabel il-bidu tas-sena li jkunu relatati magħha.

27. Għar-raġunijiet tat-trasparenza, il-Kummissjoni għandha kull sena tinforma lill-awotorità baġitarja dwar il-ġestjoni tal-proċeduri ta’ l-aġġudikar ta’ l-għotjiet.

28. Sabiex jitħarsu l-interessi tal-benefiċjarji u tiżdied iċ-ċertezza legali, modifiki għall-kontenut tas-sejħa għall-proposti għandhom jibqgħu l-eċċezzjoni, u l-applikanti għandhom jibbenefikaw minn skadenza supplementari jekk dwan il-modifiki jkunu sostanzjali. Għandhom ikunu suġġetti għall-istess kundizzjonijiet ta' pubblikazzjoni bħas-sejħa nnifisha.

29. Dwar somom ta’ darba, irid jiġi speċifikat li l-ammonti għal kull waħda mis-somom ta’ darba taħt limitu ta’ EUR 25,000 u l-ammonti ta’ rati fissi għandhom jiġu stabbiliti mill-Kummissjoni fuq il-bażi ta' elementi oġġettivi, bħal data statistikali fejn din tkun disponibbli; dawn l-ammonti għandhom jiġu kkunsidrati mill-ġdid b’mod regolari mill-Kummissjoni fuq l-istess bażi. Min-naħa l-oħra, somom ta’ darba ta’ aktar minn limitu ta’ EUR 25,000 għandhom jiġu stabbiliti fl-att bażiku. Barra minn hekk, l-uffiċjal ta’ l-awtorizzazzjoni responsabbli għandu jwettaq kontrolli ex-post xierqa sabiex jiċċertifika li l-kundizzjonijiet għall-aġġudikazzjoni tagħhom jkunu ġew rispettati, pereżempju li l-avveniment li jkun ta lok għas-somom ta’ darba jew għar-rati fissi fil-fatt ikun seħħ. Dawn il-kontrolli għandhom ikunu indipendenti mill-kontrolli mwettqa għal għotjiet intenzjonati bħala ħlas lura ta’ l-ispejjeż eliġibbli li fil-fatt ikunu ntefqu. Ir-regola ta’ l-assenza ta’ qligħ u tal-kofinazjament għandha tkun speċifikata.

30. Rigward kuntratti meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ għotja komunitarja, għandu jiġi speċifikat li, kull meta dawn il-kuntratti jkunu ta’ valur baxx, ir-regoli li għandhom jiġu segwiti mill-benefiċjarju għandhom ikunu limitati għal dak li hu strettament meħtieġ, jiġiferi l-prinċipju tal-ġestjoni tajba u l-assenza ta' kunflitt ta' interessi. Għal kuntratti ta’ valur akbar, l-uffiċjal awtorizzanti jista’ jistabbilixxi obbligi speċifiċi addizzjonali bbażati fuq dawk applikabbli għall-Istituzzjonijiet għal kuntratti ekwivalenti.

31. L-appoġġ finanzjarju għal partijiet terzi li jistgħu jingħataw minn benefiċjarju ta’ għotja tal-Komunità għandu jkun organizzat b’tali mod li ma jħallix spazju għad-diskrezzjoni u jkun limitat għal ammont totali ta’ EUR 100,000 kif mitlub mill-Artikolu 120 tar-Regolament Finanzjarju.

32. Rigward iż-żamma u l-preżentazzjoni ta’ kontijiet, għandu jiġi ċċarat li r-rapport dwar it-tmexxija tal-baġit u dik finanzjarja li jakkumpanja l-kontijiet skond l-Artikolu 122 tar-Regolament Finanzjarju huwa separat mir-rapport dwar l-implimentazzjoni tal-baġit imsemmi fl-Artikolu 121 tar-Regolament Finanzjarju. Fl-istess ħin, skond il-modifiki għall-iskop ta’ konsolidazzjoni stabbiliti fir-Regolament Finanzjarju, ir-referenzi kollha preċedenti għall-korpi msemmija fl-Artikolu 185 tar-Regolament Finanzjarju għandhom jiġu sostitwiti b'referenza għall-korpi msemmija fl-Artikolu 121 tar-Regolament Finanzjarju.

33. Fir-rigward ta’ xi komponenti tar-Regolament tal-Kunsill Nru …./….[7] li Jistabbilixxi Strument għall-Għajnuna ta’ qabel is-Sħubija (IPA) u r-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru …./…..[8] li jistabbilixxi dispożizzjonijiet ġenerali li jwaqqfu Strument għall-Viċinat u l-Partenarjat Ewropew (ENPI) bl-użu ta' impejni maqsuma (split commitments), ir-Regolament Finanzjarju introduċa regola ta' diżimpenn ta' “n+4”. Huwa għalhekk neċessarju li jkunu stipulati dispożizzjonijiet speċifiċi dettaljati, b’mod partikolari dwar il-proċedura u l-konsegwenzi tad-diżimpenn awtomatiku.

34. Fir-rigward ta’ l-azzjonijiet esterni, huma meħtieġa miżuri oħra ta' simplifikazzjoni. B’mod partikolari, il-limitu għall-proċedura nnegozjata fuq il-bażi ta’ l-offerta unika għandu jiżdied. Il-possibilità ta’ proċeduri ta’ xiri sigriet għal raġunijiet ta’ sigurtà, li diġà kienet introdotta għax-xiri f’isem l-istituzzjonijiet, issa hija estiża għax-xiri operattiv tar-relazzjonijiet esterni.

35. Rigward l-uffiċċji inter-istituzzjonali, ir-regoli speċifiċi għall-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet Uffiċjali (OPOCE) għandhom jiġu emendati wara li ġiet introdotta fir-Regolamenti Finanzjarji l-possibbiltà l-ġdida għal delega inter-istituzzjonali lid-diretturi ta’ uffiċċji Ewropej inter-istituzzjonali. F’dan ir-rigward, l-impenn baġitarju għandu jibqa’ r-responsabbiltà ta’ kull Istituzzjoni, li tiddeċiedi fuq il-pubblikazzjoni tad-dokumenti tagħha, filwaqt li kull att sussegwenti jista’ jiġi delegat lid-direttur ta’ l-OPOCE,

36. Rigward esperti individwali esterni meħtieġa għall-evalwazzjoni ta’ proposti u forom oħra ta’ assistenza teknika, għandu jkun possibbli li dawn l-esperti jiġu magħżula minn lista mfassla fuq il-bażi tal-kapaċità teknika tagħhom, wara l-pubblikazzjoni ta' sejħa għall-offerti.

37. Ir-Regolament (KE, Euratom) Nru 2342/2002 għandu għalhekk jiġi emendat kif xieraq,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE, Euratom) Nru 2342/2002 huwa emendat kif ġej:

38. L-Artikolu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 2 Inventarju ta' l-atti leġislattivi dwar l-implimentazzjoni tal-baġit (L-Artikolu 2 tar-Regolament Finanzjarju)

Il-Kummissjoni għandha kull sena taġġorna fl-abbozz ta' baġit preliminari l-informazzjoni dwar l-atti msemmija fl-Artikolu 2 tar-Regolament Finanzjarju.”

39. L-Artikolu 3 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 3 Firxa tal-pre-finanzjament (Artikolu 5a tar-Regolament Finanzjarju)

1. Fil-każ ta’ tmexxija ċentralizzata diretta li tinvolvi numru ta’ msieħba, tmexxija ċentralizzata indiretta u tmexxija deċentralizzata fit-tifsira ta’ l-Artikolu 53 tar-Regolament Finanzjarju, ir-regoli stipulati fl-Artikolu 5a tar-Regolament Finanzjarju għandhom japplikaw biss għall-entità li tirċievi l-pre-finanzjament direttament mill-Kummissjoni.

2. Il-pre-finanzjament għandu jitqies bħala li jirrappreżenta ammont konsiderevoli fit-tifsira ta’ l-Artikolu 5a(2)(a) tar-Regolament Finanzjarju jekk l-ammont ikun ogħla minn EUR 50,0000.

Madankollu, għal azzjonijiet esterni l-prefinanzjament għandu jitqies bħala li jirrappreżenta ammont sinifikanti jekk l-ammont ikun ogħla minn EUR 150,000. Għal operazzjonijiet ta’ għajnuna fil-ġestjoni tal-kriżijiet u ta’ għajnuna umanitarja, il-prefinanzjament għandu jitqies li jirrappreżenta ammont sinifikanti jekk ikun ogħla minn EUR 750,000 għal kull ftehim fl-aħħar ta’ kull sena finanzjarja u jekk dan ikun għal proġetti li jdumu aktar minn 12-il xahar.”

40. L-Artikolu 4 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 4 Irkupru ta’ interessi mill-prefinanzjament (Artikolu 5a tar-Regolament Finanzjarju)

1. L-uffiċjal ta’ l-awtorizzazzjoni responsabbli għandu jirkupra għal kull perjodu ta’ rrapurtar wara l-implimentazzjoni tal-ftehim l-ammont ta’ interessi ġġenerati minn ħlasijiet ta’ prefinanzjament li jeċċedu EUR 750,000 għal kull ftehim fl-aħħar ta’ kull sena finanzjarja.

2. L-uffiċjal ta’ l-awtorizzazzjoni responsabbli jista’ jirkupra, għallinqas darba fis-sena, l-ammont ta’ interessi ġġenerati minn ħlasijiet ta’ prefinanzjament ta’ anqas minn dawk imsemmija fil-paragrafi 1 u 2, billi jittieħdu f’kunsiderazzjoni r-riskji assoċjati mal-kuntest tal-ġestjoni tiegħu u n-natura ta' l-azzjonijiet iffinanzjati.

3. L-uffiċjal ta’ l-awtorizzazzjoni responsabbli għandu jirkupra l-ammont ta’ interessi ġġenerati mill-ħlasijiet ta’ prefinanzjament li jkunu ogħla mill-bilanċ ta’ l-ammonti dovuti kif imsemmija fl-Artikolu 5a(1) tar-Regolament Finanzjarju.”

41. L-Artikolu 4a li ġej għandu jidaħħal:

“Artikolu 4a Reġistrazzjoni fil-kontijiet ta’ interessi ġġenerati mill-prefinanzjament (Artikolu 5a tar-Regolament Finanzjarju)

1. Uffiċjali ta’ l-awtorizzazzjoni għandhom jiżguraw li, fi ftehim ta’ għotja konklużi ma’ benefiċjarji u intermedjarji, il-pre-finanzjament jitħallas f'kontijiet bankarji jew sub-kontijiet li jippermettu li jiġu identifikati l-fondi u l-interessi relatati. Altrimenti, il-metodi ta’ kontabilità tal-benefiċjarji jew l-intermedjarji għandhom jgħamluha possibbili li jiġu identifikati l-fondi mħallsa mill-Komunità u l-interessi jew benefiċċji oħra ġġenerati minn dawn il-fondi.

2. Fil-każijiet imsemmija fit-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 5a(1) tar-Regolament Finanzjarju, l-uffiċjal awtorizzanti responsabbli jfassal qabel it-tmiem ta' kull sena finanzjarja estimi ta’ l-ammont ta’ kwalunkwe imgħax jew benefiċċju ekwivalenti ġġenerat minn dawn il-fondi u jistabbilixxi proviżjoni għal dak l-ammont. Il-proviżjoni għandha tiddaħħal fil-kontijiet u kklerjata permezz ta’ rkupru effettiv, wara l-implimentazzjoni tal-ftehim.

Meta l-prefinanzjament isir mill-istess partita tal-baġit, skond l-istess att bażiku u lil benefiċjarji inklużi taħt l-istess proċedura ta' għotja, l-uffiċjal ta’ l-awtorizzazzjoni jista' jagħmel stima waħda ta' ammonti li għandhom jitħallsu minn għadd ta' debituri.

3. L-Artikolu 3 sa 4a għandhom ikunu bla ħsara għal-inklużjoni ta’ prefinanzjamenti fuq in-naħa ta’ l-assi ta’ dikjarazzjonijiet finanzjarji, kif stabbiliti fir-regoli tal-kontabilità msemmija fl-Artikolu 133 tar-Regolament Finanzjarju.”

42. Fil-punt (c) ta’ l-Artikolu 5, “Artikoli 157 u 181(5) tar-Regolament Finanzjarju” huma sostitwiti b’ “Artikoli 157 u 160a tar-Regolament Finanzjarju”.

43. F’Artikolu 7, jidħol il-paragrafu 1 li ġej:

"1a Sabiex ikun evitat li l-operazzjonijiet tal-kambju tal-muniti jkollhom impatt sinifikanti fuq il-livell ta’ kofinanzjament tal-Komunità, l-arranġamenti speċifiċi għall-konverżjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jistipulaw, jekk ikun xieraq, li r-rata tal-kambju bejn l-euro u muniti oħra tiġi kkalkulata bl-użu tar-rata tal-kambju medja ta’ kuljum f’perjodu partikolari".

44. L-Artikolu 10 huwa emendat kif ġej:

(a) Fil-paragrafu 1, l-ewwel subparagrafu, punt (b) hu sostitwit b’li ġej:

“(b) fid-dikjarazzjoni ta' l-infiq, ir-rimarki dwar il-baġit, inklużi rimarki ġenerali, għandhom juru liema linji jistgħu jirċievu l-approprjazzjonijiet li jikkorrispondu mad-dħul assenjat li jkunu saru disponibbli.”

(b) Fil-paragrafu 1, it-tieni subparagrafu hu sostitwit b’li ġej:

"Fil-każ imsemmi fil-punt (a) ta' l-ewwel subparagrafu, għandha ssir entrata nominali (p.m.) u d-dħul mistenni għandu jiddaħħal bħala tagħrif fir-rimarki".

(c) Fl-ewwel sentenza tal-paragrafu 2, “Artikolu 161(2) tar-Regolament Finanzjarju” hu sostitwit b’ “Artikoli 160(1a) u 161(2) tar-Regolament Finanzjarju”.

45. L-Artikolu 11 huwa emendat kif ġej:

(a) Fil-paragrafu 1, “Artikolu 5 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1150/2000” hu sostitwit b’ “Artikolu xx tar-Regolament (KE, Euratom) Nru […./….]”.

(b) Fil-paragrafu 4, “ir-Regolament (KE, Euratom) Nru 1150/2000” hu sostitwit b’”ir-Regolament (KE, Euratom) Nru […./….]”.”

46. L-Artikolu 13a li ġej għandu jidaħħal:

“Artikolu 13a Spejjeż li jirriżultaw meta jkunu aċċettati donazzjonijiet lill-Komunitajiet (L-Artikolu 19 tar-Regolament Finanzjarju)

Spejjeż imsemmija fl-Artikolu 19(2) tar-Regolament Finanzjarju għandhom jinkludu l-ispejjeż sussegwenti involuti meta jkunu aċċettati donazzjonijiet lill-Komunitajiet kif stmati mill-Kummissjoni.”

47. L-Artikolu 14 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 14 Ħlas ta' l-ammont nett (L-Artikolu 20(1) tar-Regolament Finanzjarju)

Skond l-Artikolu 20(1) tar-Regolament Finanzjarju, it-tnaqqis li ġej jista' jsir minn talbiet għal pagament, fatturi jew dikjarazzjonijiet, li mbagħad jiġu proċessati għall-ħlas ta’ l-ammont nett:

(a) pieni imposti fuq partijiet għal kuntratti ta' xiri jew ftehim ta' għotjiet;

(b) skontijiet, rifużjonijiet u tnaqqis fuq fatturi individwali u talbiet għal ħlas;

(c) imgħax iġġenerat minn ħlasijiet ta’ pre-finanzjament, kif imsemmi fl-Artikolu 5a(1), l-ewwel subparagrafu tar-Regolament Finanzjarju.”

48. L-Artikolu 16 huwa mħassar.

49. L-Artikolu 17 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 17 Regoli dwar l-ikkalkular tal-limiti taż-żmien u l-perċentwali fuq it-trasferimenti (L-Artikoli 22 u 23 tar-Regolament Finanzjarju)

1. Il-limiti taż-żmien stabbiliti fl-Artikolu 24 tar-Regolament Finanzjarju li huma applikabbli għal deċiżjonijiet dwar trasferimenti li ssir referenza għalihom f’Artikolu 22(1) u Artikolu 23(1) punti (b) u (c) tar-Regolament Finanzjarju għandhom jitqiesu li bdew fid-data li fiha l-awtorità baġitarja kienet infurmata mill-istituzzjoni dwar it-trasferiment ippjanat.

2. Il-perċentwali msemmija fl-Artikoli 22 u 23 tar-Regolament Finanzjarju għandhom jiġu kkalkulati fil-waqt li tkun saret it-talba għat-trasferiment u b’referenza għall-approporjazzjonijiet stipulati fil-baġit, inklużi baġits ta’ emenda.

3. Għal-limiti perċentwali msemmija fl-Artikoli 22 u 23 tar-Regolament Finanzjarju, l-ammont li għandu jittieħed f’kunsiderazzjoni għandu jkun is-somma tat-trasferimenti li għandhom isiru fuq il-linja li minnha jkunu qed isiru t-trasferimenti, wara li jkun sar aġġustament għal trasferimenti ta’ qabel. L-ammont li jikkorrispondi mat-trasferimenti li jistgħu jitwettqu b’mod awtonomu mill-Istituzzjoni kkonċernata mingħajr deċiżjoni ta’ l-awtorità tal-baġit ma għandux jittieħed f’kunsiderazzjoni.”

50. Fl-ewwel sentenza ta’ l-Artikolu 20, “l-ewwel subparagarfu ta’ l-Artikolu 26(2) tar-Regolament Finanzjarju” hu sostitwit b'“Artikolu 26 tar-Regolament Finanzjarju”.

51. Fl-Artikolu 22, l-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 huwa mħassar.

52. L-Artikolu 23 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 23 Pubblikazzjoni proviżorja tal-baġit (L-Artikolu 29 tar-Regolament Finanzjarju)

Ġabra fil-qosor taċ-ċifri tal-budget trid tkun ippubblikata fuq is-sit ta' l-internet ta' l-istituzzjonijiet malajr kemm jista' jkun, u fi żmien mhux aktar minn erba' ġimgħat mill-adozzjoni finali tal-baġit, fuq inizjattiva tal-Kummissjoni, sakemm ikun ippubblikat uffiċjalment fil- Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej .

53. Wara l-Artikolu 23, jidħol il-Kapitolu ġdid 7a li ġej:

"KAPITOLU 7(Kapitolu 9 tar-Regolament Finanzjarju)Il-prinċipju tal-kontroll effettiv u effikaċi"

“Artikolu 23a Definizzjoni ta’ kontroll intern effettiv u effikaċi (L-Artikolu 3a(1) tar-Regolament Finanzjarju)

1. Il-kontroll intern effettiv huwa bbażat fuq l-aħjar prattika internazzjonali u jinkludi b’mod partikolari:

(a) is-segregazzjoni tad-dmirijiet,

(b) strateġija xierqa ta’ ġestjoni u kontroll tar-riskju inklużi kontrolli fuq il-livell tal-benefiċjarju;

(c) l-evitar ta’ kunflitti ta’ interessi;

(d) traċċabilità adegwata għall-verifika ( adequate data trails ) u integrità tad- data f’sistemi tad- data ;

(e) proċeduri għall-monitoraġġ tar-riżultati u għat-tkomplija tal-ħidma fuq dgħufijiet u eċċezzjonijiet fil-kontroll intern li jkunu identifikati;

(f) evalwazzjonijiet perjodiċi tat-tħaddim tajjeb tas-sistema tal-kontroll.

2. Kontroll intern effiċjenti huwa bbażat fuq l-elementi li ġejjin:

(a) b’kunsiderazzjoni tal-mod ta' ġestjoni applikat, l-implimentazzjoni ta’ istrateġiji xierqa ta’ ġestjoni u kontroll tar-riskju koordinati bejn l-operaturi relevanti involuti fil-katina tal-kontroll, b'bilanċ bejn l-ispejjeż għall-baġit tal-Komunità u l-benefiċċji tal-kontrolli u bil-livell tal-kontroll stabbilit sabiex jintlaħaq livell ta' riskju tollerabbli;

(b) l-aċċessibilità tar-riżulati tal-kontroll għall-operaturi relevanti kollha involuti fil-katina tal-kontroll;

(c) l-applikazzjoni f’waqtha ta’ miżuri korrettivi inklużi, fejn xieraq, penali dissważivi;

(d) għoti ta' assigurazzjoni mill-maniġment fil-livell xieraq ta’ ġestjoni, li jkunu ġew stabbiliti sistemi li jipprovdu assigurazzjoni raġonevoli dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet sottostanti.”

“Artikolu 23b Implimentazzjoni tal-kontroll intern (L-Artikoli 30a(3) u 33(2)(d) tar-Regolament Finanzjarju)

1. Il-Kummissjoni għandha tiddeskrivi fid-Dikjarazzjoni Finanzjarja li ssir referenza għaliha fl-Artikolu 28 tar-Regolament Finanzjarju r-riskju inerenti fl-implimentazzjoni ta' att bażiku u l-mekkaniżmi ewlenin ta' kontroll meħtieġa sabiex dak ir-riskju jkun indirizzat u jintlaħaq livell adegwat ta' kontroll, wara li jitqiesu l-ispejjeż għall-baġit tal-Komunità u l-benefiċċji tal-kontrolli għall-oqsma differenti tal-politika u l-valur tan-nefqa kkonċernata.

2. F’konformità ma’ l-att bażiku, il-Kummissjoni għandha, fejn meħtieġ, tlesti l-modalitajiet għall-ġestjoni tar-riskji inerenti billi:

(a) tindika l-livell u l-intensità tal-kontrolli li jkunu kkunsidrati bħala suffiċjenti jekk ma jinstabux irregolaritajiet jew illegalitajiet sinifikanti;

(b) definizzjoni tal-kriterji minimi għat-teħid ta' kampjuni għall-kontroll kif ukoll żamma ta' informazzjoni dwar ir-raġunijiet għall-għażla magħmula fl-eżerċizzju tat-teħid tal-kampjuni;

(c) speċifikar ta’ obbligi ta’ rappurtar dwar il-kontrolli magħmula.

3. Il-Kummissjoni għandha tirraporta dwar l-implimentazzjoni tal-mekkaniżmi ewlenin ta’ kontroll, li hi tkun stabbiliet, fid-dikjarazzjoni ta’ l-attività msemmija fl-Artikolu 33 tar-Regolament Finanzjarju, li għandha tinforma lill-awtorità baġitarja dwar l-adegwatezza ta’ dawn il-kontrolli u r-riżorsi assoċjati meħtieġa għall-baġit tal-Komunità.”

54. L-Artikolu 25 huwa emendat kif ġej:

(a) il-punt (a)(ii) hu sostitwit b'dan li ġej:

“(ii) għal kull kategorija ta’ staff, skema ta’ l-organizzazzjoni ta’ postijiet tax-xogħol stabbiliti fil-baġit u persuni li jokkupqw postijiet fil-bidu tas-sena li fiha jkun ippreżentat l-abbozz preliminari tal-baġit, li tindika d-distribuzzjoni tagħhom skond il-grad u l-unità amministrattiva;”

55. L-Artikolu 31 huwa mħassar.

56. L-Artikolu 32 huwa emendat kif ġej:

(a) Fit-Titolu, “l-Artikolu l49(2)(a) u (b)” huwa sostitwit bl-“Artikolu 49(6)(a) u (b)”.

(b) Fil-paragrafu 1, “l-Artikolu 49(2)(a)” huwa sostitwit bl-“Artikolu 49(6)(a)”.

(c) Fil-paragrafu 2, “l-Artikolu 49(2)(b)” hu sostitwit bl-“Artikolu 49(6)(b)”.

57. Fit-titolu ta’ l-Artikolu 33, “l-Artikolu 49(2)(c) huwa sostitwit bl-“Artikolu 49(6)(d)”.

58. Fl-Artikolu 34, paragrafu 3 li ġej huwa miżjud:

“3. Għandu jitqies li jeżisti kunflitt ta’ interessi jekk applikant, kandidat jew ta' dak li jkun tefa' l-offerta jkun membru ta’ l-istaff, sakemm il-parteċipazzjoni tiegħu f’din il-proċedura ma tkunx ġiet awtorizzata minn qabel mis-superjur tiegħu.”

59. L-Artikolu 35 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 35 Kontrolli li għandhom isiru mill-Kummissjoni (L-Artikoli 53b, 53d, 54(2)(c) u 56 tar-Regolament Finanzjarju)

1. Deċiżjonijiet li jafdaw inkarigi eżekuttivi lill-entitajiet jew persuni msemmija fl-Artikolu 56 tar-Regolament Finanzjarju għandhom jinkludu l-arranġamenti xierqa kollha biex tiġi żgurata t-trasparenza ta’ l-operazzjonijiet imwettqa.

2. Il-Kummissjoni għandha teżamina dawn l-arranġamenti kif ikun meħtieġ kull meta jkun kemm tibdiliet sostanzjali fil-proċeduri jew sistemi applikati minn dawn l-entitajiet jew persuni sabiex tiżgura konformità kontinwa mal-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 56.

3. L-entitajiet jew persuni kkonċernati għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni, f'perjodu ta' żmien speċifiku, bi kwalunkwe informazzjoni li din titlob u għandhom jgħarrfuha bla dewmien bi kwalunkwe tibdiliet fil-proċeduri jew sistemi tagħhom. Il-Kummissjoni għandha, kif ikun xieraq, tistabbilixxi dawk l-obbligi fl-istrumenti ta' delega jew fil-ftehimiet konklużi ma' dawk l-entitajiet jew persuni.

4. Il-Kummissjoni tista’ taċċetta li l-proċeduri ta’ xiri tal-korpi msemmija fl-Artikoli 54(2)(c) u tal-benefiċjarji li ssir referenza għalihom fl-Artikolu 166(1)(a) tar-Regolament Finanzjarju huma ekwivalenti għal dawk tagħha stess, fir-rispett dovut ta’ l-istandards aċċettati internazzjonalment.

5. Meta l-Kummissjoni timplimenta l-baġit b’ġestjoni konġunta, ikunu jgħoddu l-ftehimiet ta’ verifikazzjoni milħuqa ma' l-organizzazzjonijiet ikkonċernati.

6. Il-verifika esterna indipendenti li ssir referenza għaliha fl-Artikolu 56(1)(d) tar-Regolament Finanzjarju għandha għallinqas tkun servizz ta' verifika funzjonalment indipendenti mill-entità li lilha l-Kummissjoni tafda l-inkarigi ta' l-implimentazzjoni."

60. Fl-Artikolu 36, “Artikolu 53” hu mibdul b’“Artikolu 53a”.

61. Fl-Artikolu 37, il-paragrafu 2 huwa mħassar.

62. L-Artikolu 38 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 38 Eliġibilità ta’ korpi nazzjonali jew internazzjonali tas-settur pubbliku jew entitajiet tal-liġi privata b’missjoni ta’ servizz pubbliku għad-delegazzjoni ta’ poteri u kundizzjonijiet relatati magħhom (l-Artikolu 54(2)(c) tar-Regolament Finanzjarju)

1. Il-Kummissjoni tista’ tiddelega inkarigi li jinvolvu l-eżerċizzju ta’ awtorità pubblika lil:

(a) korpi internazzjonali tas-settur pubbliku;

(b) korpi nazzjonali tas-settur pubbliku jew entitajiet tal-liġi privata b’missjoni ta’ settur pubbliku li jkunu rregolati mil-liġi ta’ wieħed mill-Istati Membri, wieħed mill-Istati taż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE) jew wieħed mill-pajjiżi li li huma kandidati għal sħubija fl-Unjoni Ewropea jew, jekk ikun xieraq, mil-liġi ta’ kwalunkwe Stat ieħor.

2. Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-entitajiet imsemmija fil-Paragrafu 1 joffru garanzija finanzjarja xierqa, preferibilment minn awtorità pubblika, b'mod partikolari dwar l-irkupru sħiħ ta' l-ammonti dovuti lill-Kummissjoni.

3. Meta l-Kummissojni tkun qed tippjana li tafda inkarigi li jinvolvu l-eżerċizzju ta' awtorità pubblika, b'mod partikolari inkarigi ta' implimentazzjoni tal-baġit, lil xi korp imsemmi fil-punt (c) ta' l-Artikolu 54(2) tar-Regolament Finanzjarju, għandha tanalizza l-konformità mal-prinċipji ta’ l-ekonomija, l-effikaċja u l-effiċjenza.

63. L-Artikolu 39 huwa emendat kif ġej:

(a) It-titolu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 39 Nomina ta' entitajiet nazzjonali jew internazzjonali tas-settur pubbliku jew entitajiet tal-liġi privata b'missjoni ta' servizz pubbliku (Artikolu 54(2)(c) tar-Regolament Finanzjarju)”

(b) Fil-paragrafu 2, l-ewwel sentenza hi sostitwita b’li ġej:

“Dawn il-korpi, entitajiet jew korpi internazzjonali tas-settur pubbliku għandhom jintgħażlu b’mod oġġettiv u trasparenti, skond il-prinċipju tal-ġestjoni finanzjarja tajba, biex ikunu jikkonformaw ma’ l-obbligi ta’ implimentazzjoni identifikati mill-Kummissjoni.”

(c) Fil-paragrafu 3, l-aħħar sentenza hi sostitwita b'dan li ġej:

“F'kull każ ieħor, il-Kummissjoni għandha tinnomina dawn il-korpi jew entitajiet bi qbil ma' l-Istati Membri jew pajjiżi kkonċernati.”

(d) Huwa miżjud paragrafu 4 ġdid:

“4. Meta l-Kummissjoni tafda inkarigi ta’ implimentazzjoni lil aġenziji jew entitajiet skond punti (c) ta' l-Artikolu 54(2) tar-Regolament Finanzjarju, hija għandha tinforma ta’ kull sena lill-awtorità leġiżlattiva dwar il-każijiet u l-korpi kkonċernati.”

64. Għandu jidaħħal l-Artikolu 39a li ġej:

“Artikolu 39a Persuni fdati bil-ġestjoni ta’ azzjonijiet speċifiċi skond it-Titolu V tat-Trattat ta’ l-Unjoni Ewropea (L-Artikolu 54(2)(d) tar-Regolament Finanzjarju)

Persuni fdati bil-ġestjoni ta’ azzjonijiet speċifiċi kif imsemmija fil-punt (d) ta’ l-Artikolu 54(2) tar-Regolament Finanzjarju għandhom iwaqqfu l-istrutturi u l-proċeduri xierqa sabiex jassumu r-responsabbiltà għall-fondi li dawn ikunu se jamministraw. Dawn il-persuni għandu jkollhom l-istatus ta’ Konsulenti Speċjali tas-CFSP tal-Kummissjoni skond l-Artikoli 1 u 5 tal-Kundizzjonijiet ta’ l-Impjieg ta’ Aġenti Oħra tal-Komunitajiet Ewropej.”

65. L-Artikolu 41 huwa emendat kif ġej:

(a) It-titolu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 41 Arranġamenti ddettaljati għal tmexxija ċentralizzata indiretta (Artikoli 54(2)(b), (c) u (d) tar-Regolament Finanzjarju)”

(b) L-ewwel paragrafu hu sostitwit b'li ġej:

“1. Meta l-Kummissjoni tafda inkarigi ta’ implimentazzjoni lil korpi, entitajiet jew persuni taħt il-punti (b), (c) u (d) ta’ l-Artikolu 54(2) tar-Regolament Finanzjarju, din għandha tikkonkludi ftehim magħhom li jistabbilixxi l-arranġamenti dettaljati għall-ġestjoni tal-fondi u l-protezzjoni ta' l-interessi finanzjarji ta’ l-Unjoni.”

(c) Il-Paragrafu 3 huwa sostitwit b'li ġej:

“3. L-aġenziji, entitajiet jew persuni msemmija fil-paragrafu 1 m'għandux ikollhom l-istatus ta' uffiċjali li jawtorizzaw b'delega.”

66. L-Artikolu 42 huwa emendat kif ġej:

(a) Fit-titolu, “Artikolu 53” huwa sostitwit minn “Artikoli 53b u 53c.”

(b) Fil-paragrafu 1, “Artikolu 53(5)” huwa sostitwit minn “Artikoli 53b u 53c.”

67. Jiddaħħal Artikolu 42a ġdid li ġej:

“Artikolu 42a Ġabra tal-verifiki u d-dikjarazzjonijiet (Artikolu 53b tar-Regolament Finanzjarju)

1. Il-ġabriet fil-qosor għandhom ikunu pprovduti mill-korp ta’ koordinazzjoni xieraq nominat mill-Istat Membru għall-qasam ta’ nfiq ikkonċernat.

2. Il-ġabra fil-qosor tal-verifiki għandha:

(a) tipprovdi ħarsa ġenerali lejn iċ-ċertifikati stabbiliti mill-korpi taċ-ċertifikazzjoni (agrikoltura) u lejn l-opinjonijiet tal-verifika pprovduti mill-awtoritajiet tal-verifika (miżuri strutturali u simili);

(b) tkun provvduta sal-15 ta’ Frar tas-sena ta’ wara dik ta' l-attività tal-verifika għan-nefqa agrikola u għal miżuri strutturali u oħrajn simili.

3. Il-ġabra fil-qosor relatata mad-dikjarazzjonijiet għandha:

(a) tipprovdi ħarsa ġenerali lejn id-dikjarazzjonijiet ta’ assigurazzjoni pprovduti mill-awtoritajiet li jħallsu (agrikoltura) u ta' ċertifikazzjonijiet mill-awtoritajiet taċ-ċertifikazzjoni (miżuri strutturali u oħrajn simili);

(b) tingħata sal-15 ta’ Frar tas-sena ta’ wara għan-nefqa agrikola u għal miżuri strutturali u oħrajn simili.”

68. Jiddaħħal l-Artikolu 42b li ġej:

“Artikolu 42bEvalwazzjoni ta’ l-effiċjenza ta’ sistemi interni ta’ kontroll(Artikolu 53b tar-Regolament Finanzjarju)

F’ġestjoni maqsuma, deċentralizzata u indiretta, fejn l-ispejjeż tal-kontrolli ma jkunux iddebitati lill-baġit tal-Komunità, l-evalwazzjoni ta' l-effiċjenza tas-sistemi ta' kontroll intern u, fejn ikun xieraq, l-implimentazzjoni ta' miżuri korrettivi, huma r-responsabbiltà rispettivament ta' l-Istati Membri, il-pajjiżi terzi jew il-korpi li lilhom tkun ġiet fdata l-implimentazzjoni tal-miżuri korrettivi.”

69. L-Artikolu 43 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 43 Ġestjoni konġunta (Artikoli 53d, 108a u 165 tar-Regolament Finanzjarju)

1. Il-Kummissjoni għandha tiżgura li jeżistu arranġamenti xierqa għall-kontroll u l-verifika ta' l-azzjoni kollha kemm hi.

2. L-organizzazzjonijiet internazzjonali msemmija fl-Artikolu 53d tar-Regolament Finanzjarju huma dawn li ġejjin:

(a) organizzazzjonijiet internazzjonali tas-settur pubbliku mwaqqfa permezz ta’ ftehimiet intergovernattivi, u aġenziji speċjalizzati mwaqqfa minn organizzazzjonijiet bħal dawn;

(b) il-Kumitat Internazzjonali tas-Salib l-Aħmar (ICRC);

(c) il-Federazzjoni Internazzjonali tas-Soċjetajiet Nazzjonali tas-Salib l-Aħmar u tan-Nofs Qamar l-Aħmar;

(d) il-Bank Ewropew għall-Investiment u l-Fond Ewropew għall-Investiment.

3. Meta l-baġit ikun implimentat permezz ta’ tmexxija konġunta ta’ organizzazzjonijiet internazzjonali skond l-Artikoli 53d u 165 tar-Regolament Finanzjarju, l-organizzazzjonijiet u l-azzjonijiet li għandhom jiġu ffinanzjati għandhom jintgħażlu b’mod oġġettiv u trasparenti.

4. Bla preġudizzju għall-Artikolu 35, ftehim konklużi ma’ l-organizzazzjonijiet internazzjonali msemmija fl-Artikolu 53d tar-Regolament Finanzjarju għandhom jinkludu, b’mod partikulari:

(a) definizzjoni ta’ l-azzjoni, il-proġett jew il-programm li għandhom ikunu implimentati taħt tmexxija konġunta;

(b) il-kundizzjonijiet u l-arranġamenti dettaljati għall-implimentazzjoni tagħhom, inkluż b’mod partikolari l-prinċipji għal deċiżjonijiet ta’ xiri jew ta’ għoti.

(c) ir-regoli dwar ir-rapportaġġ lill-Kummissjoni dwar din l-implimentazzjoni;

(d) dispożizzjonijiet li jobbligaw lill-organizzazzjoni fdata b’inkarigi ta’ implimentazzjoni li teskludi kandidati u applikanti mill-parteċipazzjoni fi proċedura ta’ xiri jew għoti li jinsabu f’waħda mis-sitwazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 93(1)(a) (b) u (e) u 94 (a) (b) tar-Regolament Finanzjarju.

(e) il-kondizzjonijiet għall-pagamenti tal-kontribuzzjoni tal-Komunità, u d-dokumenti sekondarji meħtieġa biex jiġu ġġustifikati l-pagamenti;

(f) il-kondizzjonijiet għat-tmiem ta' din l-implimentazzjoni;

(g) l-arranġamenti dettalijati għall-iskrutinju tal-Kummissjoni;

(h) dispożizzjonijiet dwar l-użu ta’ kwalunkwe imgħax akkumulat;

(i) dispożizzjonijiet li jiggarantixxu l-viżilibità ta’ l-azzjoni, proġett jew programm tal-Komunità f’relazzjoni ma’ l-attivitajiet l-oħra ta’ l-organizzazzjoni.

5. Proġett jew programm hu kkunsidrat bħala elaborat b’mod konġunt meta l-Kummissjoni u l-korp internazzjonali tas-settur pubbliku jivvalutaw b’mod konġunt il-vijabilità u jiddefinixxu l-ftehimiet ta’ l-implimentazzjoni.

6. Fl-implimentazzjoni ta' proġetti fil-ġestjoni konġunta, l-organizzazzjonijiet internazzjonali għandhom għallinqas jikkonformaw mal-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a) proċeduri ta’ xiri u ta’ għoti għandhom jikkonformaw mal-prinċipji ta’ trasparenza, proporzjonalità, ġestjoni finanzjarja tajba, kontroll intern effettiv u effiċjenti, trattament ugwali u non-diskriminazzjoni, assenza ta' kunflitt ta' interessi u rispett għall-istandards internazzjonali;

(b) l-għotjiet ma jistgħux ikunu kumulattivi jew jingħataw b’mod retrospettiv, għandhom jinvolvu l-kofinanzjament u ma għandux ikollohom l-għan jew l-effett li jipproduċu profitt għall-benefiċjarju.

Dawn il-kundizzjonijiet għandhom ikunu stabbiliti espressament fil-ftehimiet konklużi ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali.”

70. Fl-Artikolu 45, il-paragrafu 2 “grad A1" huwa sostitwit bi “grad AD16”.

71. Fl-Artikolu 58, paragrafu 3 “ir-Regolament (KE, Euratom) Nru 1150/2000” hu sostitwit b’“ir-Regolament (KE, Euratom) Nru …./….”.

72. Fl-Artikolu 67, il-paragrafu 4 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“4. Ħlasijiet minn kontijiet ta’ l-imprest jistgħu jsiru permezz ta’ trasferiment ta’ kreditu bankarju, inkluża s-sistema tad-debitu dirett li ssir referenza għaliha fl-Artikolu 80, it-tieni subparagrafu tar-Regolament Finanzjarju, b’ċekk jew mezz ieħor ta’ ħlas, skond l-istruzzjonijiet stabbiliti mill-uffiċjal tal-kontabilità.”

73. Fl-Artikolu 72, “Regolamenti ta’ l-Istaff ta' l-Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej u l-Kundizzjonijiet ta’ Impjieg ta’ Aġenti Oħra tal-Komunitajiet Ewropej (minn hawn ‘il quddiem “ir-Regolamenti ta’ l-Istaff”) hija sostitwita b’“ir-Regolamenti ta’ l-Istaff”.

74. L-Artikolu 74 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 74 Irregolaritajiet finanzjarji (L-Artikoli 60(6) u 66(4) tar-Regolament Finanzjarju)

Bla ħsara għall-poteri ta’ l-Uffiċċju Ewropew għal Kontra l-Frodi (OLAF), il-bord speċjalizzat dwar l-irregolaritajiet finanzjarji (minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ ‘il-bord’) għandu jkun kompetenti għal kull ksur ta’ dispożizzjoni tar-Regolament Finanzjarju jew ta’ dispożizzjoni relatata mal-ġestjoni finanzjarja jew il-kontroll ta’ operazzjonijiet li jirriżultaw minn azzjoni jew ommissjoni ta’ membru ta’ l-istaff.”

75. L-Artikolu 75 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 75 Bord ta’ l-irregolaritajiet finanzjarji (L-Artikolu 60(6) u 66(4) tar-Regolament Finanzjarju)

1. Każijiet ta’ irregolaritajiet finanzjarji kif imsemmija fl-Artikolu 74 għandhom jiġu mgħoddija lill-panel għal opinjoni mill-awtorità li taħtar skond l-Artikolu 66(4), it-tieni paragrafu, tar-Regolament Finanzjarju.

Uffiċjal li jawtorizza, permezz ta’ delega, jista’ jirreferi kwistjoni lill-bord jekk jikkunsidra li tkun seħħet irregolarità finanzjarja.

Il-bord għandu jagħti opinjoni li tevalwa jekk ikunux seħħew irregolaritajiet skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 74, kemm dawn ikunu serji u x’jistgħu jkunu l-konsegwenzi tagħhom. Jekk l-analiżi tal-bord tissuġġerixxi li l-każ li ngħadda lilu huwa każ għall-OLAF, dan għandu jitrażmetti l-fajl tal-każ lill-awtorità li taħtar bla dewmien u għandu jgħarraf lill-OLAF minnufih.

Meta l-bord jiġi mgħarraf direttament b’kwistjoni minn membru ta’ l-istaff skond l-Artikolu 60(6) tar-Regolament Finanzjarju, dan għandu jgħaddi l-fajl lill-awtorità li taħtar u għandu jinforma lill-membru ta’ l-istaff. L-awtorità li taħtar tista’ titlob l-opinjoni tal-bord dwar dan il-każ.

2. L-istituzzjoni jew, fil-każ ta’ bord konġunt, l-istituzzjonijiet li jkunu qed jieħdu sehem, għandhom, skond l-organizzazzjoni interna tagħhom stess, jispeċifikaw l-arranġamenti operattivi tal-bord u l-kompożizzjoni tiegħu, li għandha tinkludi personalità esterna bil-kwalifiki u l-kompetenza metieġa.”

76. Fl-Artikolu 77(2), l-ewwel sentenza hija sostitwita b’li ġej:

“Suġġett għall-Artikoli 160(1a) u 161(2) tar-Regolament Finanzjarju, stima ta’ l-ammonti reċivibbli ma għandhiex ikollha l-effett li tagħmel disponibbli approprjazzjonijiet għall-impenji.”

77. Fl-Artikolu 78 (3), il-punt (f) hu sostitwit b’li ġej:

“(f) jekk, wara li jkunu ttieħdu dawk il-passi kollha, l-ammont ma jkunx irkuprat kollu, l-istituzzjoni għandha tagħmel l-irkupru permezz ta’ infurzar skond l-Artikolu 72(2) tar-Regolament Finanzjarju.”

78. Fl-Artikolu 84, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b'li ġej:

“2. Bla ħsara għall-Artikolu 83, fejn il-metodu ta’ rkupru msemmi fil-paragrafu 1 ma jkunx jista’ jintuża u d-debitur ikun naqas milli jħallas wara li jkun irċieva l-ittra ta’ avviż formali mibgħuta mill-uffiċjal tal-kontabilità, l-uffiċjal tal-kontabilità għandu jinforza l-irkupru skond l-Artikolu 72(2) tar-Regolament Finanzjarju.”

79. L-Artikolu 85b li ġej hu mdaħħal:

“Artikolu 85bPrivileġġi marbuta ma’ ammonti riċevibbli mill-Komunitajiet (Artikolu 73a tar-Regolament Finanzjarju)

Fejn, fl-Istat Membru li fil-ġuriżdizzjoni tiegħu ikollu jiġi infurzat l-irkupru, il-privileġġi ġenerali jew speċjali marbuta ma’ pretenzjonijiet fiskali, l-ammonti riċevibbli mill-Komunitajiet għandhom igawdu privileġġi ta’ l-istess grad bħal dawk mogħtija fir-rigward tat-taxxa fuq il-valur miżjud mil-liġi nazzjonali applikabbli.

Il-privileġġi marbuta ma’ ammonti riċevibbli mill-Komunitajiet għandhom ikopru kemm id-dejn prinċipali u kif ukoll l-imgħax.”

80. L-Artikolu 85c li ġej hu mdaħħal:

“Artikolu 85cRegoli għal perjodi ta’ limitazzjoni (L-Artikolu 73b tar-Regolament Finanzjarju)

1. Il-perjodu ta’ limitazzjoni għal drittijiet tal-Komunitajiet fir-rigward ta’ partijiet terzi għandu jibda jiddekorri malli tinqabeż l-iskadenza kkomunikata lid-debitur fin-nota ta' debitu kif speċifikat fl-Artikolu 78(3)(b).

Il-perjodu ta’ limitazzjoni għal drittijiet ta’ partijiet terzi fir-rigward tal-Komunitajiet għandu jibda jiddekorri mill-ġurnata li fiha jkun dovut il-ħlas tad-drittijiet lill-parti terza skond l-impenn legali relevanti.

2. Il-perjodu ta’ limitazzjoni għal drittijiet tal-Komunitajiet fir-rigward ta’ partijiet terzi għandu jiġi interrott minn kwalunkwe att ta’ Istituzzjoni, jew Stat Membru li jkun qed jaġixxi fuq it-talba ta’ Istituzzjoni, innotifikat lill-parti terza u bl-għan li jiġi rkuprat id-dejn.

Il-perjodu ta’ limitazzjoni għal drittijiet ta’ partijiet terzi fir-rigward tal-Komunitajiet għandu jiġi interrott minn kwalunkwe att notifikat lill-Komunitajiet mill-kredituri tagħhom jew f’isem il-kredituri tagħhom bl-għan li jiġi rkuprat id-dejn.

3. Perjodu ta’ limitazzjoni ġdid ta’ 5 snin għandu jibda jiddekorri mill-ġurnata ta’ wara l-interruzzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 2.

4. Kwalunkwe azzjoni legali li tirrigwarda ammont riċevibbli kif imsemmi fil-paragrafu 1, inklużi azzjonijiet miġjuba quddiem il-qorti li aktar tard tiddikjara li ma għandhiex kompetenza, għandha tinterrompi il-perjodu ta’ limitazzjoni. Il-perjodu l-ġdid ta’ limitazzjoni ta’ 5 snin ma għandux jibda sakemm tingħata sentenza li jkollha s-saħħa ta’ res judicata jew sakemm ikun hemm soluzzjoni extra-ġudizzjarja bejn l-istess partijiet fuq l-istess azzjoni.

5. Meta l-uffiċjal tal-kontabilità jagħti lid-debitur żmien addizzjonali għall-ħlas skond l-Artikolu 85, dan għandu jitqies bħala interruzzjoni tal-perjodu ta’ limitazzjoni. Il-perjodu l-ġdid ta’ limitazzjoni ta’ 5 snin għandu jibda jiddekorri mill-ġurnata ta’ wara l-iskadenza taż-żmien estiż għall-ħlas.

6. Drittijiet m’għandhomx jiġu rkuprati wara l-iskadenza tal-perjodu ta’ limitazzjoni, kif inhu stabbilit fil-paragrafi 1 sa 5.”

81. Fl-Artikolu 87(3), it-tieni sentenza hija sostitwita b’dan li ġej:

“L-uffiċjal ta’ l-awtorizzazzjoni responsabbli għandu jirrinunzja l-irkupru skond l-Artikolu 81.”

82. L-Artikolu 93 huwa mħassar.

83. Fl-Artikolu 94 (1), hu miżjud il-punt (f) li ġej:

“(f) fejn istituzzjoni tkun iddelegat il-poteri ta’ uffiċjal ta’ l-awtorizzazzjoni lid-direttur ta’ uffiċċju interistituzzjonali Ewropew skond l-Artikolu 174a(1) tar-Regolament Finanzjarju.”

84. Fl-artikolu 106, il-paragrafu 6 segwenti huwa miżjud:

"6. L-istituzzjonijiet għandhom jippreżentaw lill-awtorità baġitarja rapport dwar ir-rispett tal-limiti taż-żmien u dwar is-sospensjoni tal-limiti taż-żmien stabbiliti fil-paragrafi 1 sa 5."

85. Fit-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 115 (2), “Regolamenti ta’ l-Istaff” hu sostitwit b’ “Regolamenti ta’ l-Istaff ta’ l-Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.”

86. Fl-Artikolu 116 (6), l-aħħar sentenza ta’ l-ewwel subparagrafu hija sostitwita b’li ġej:

“Dawk li jkunu talbu sabiex jitħallew jieħdu sehem fi proċedura ristretta, djalogu kompetittiv, jew proċedura nnegozjata huma msemmija bħala “kandidati”.”

87. L-Artikolu 117 huwa emendat kif ġej:

(a) Il-Paragrafu (1) huwa sostitwit b'li ġej:

"1. Fejn ikun konkluż qafas ta’ kuntratt ma’ diversi operaturi ekonomiċi, dawn ta’ l-aħħar għandhom ikunu mill-inqas tlieta, sakemm ikun hemm biżżejjed operaturi ekonomiċi li jissodisfaw il-kriterji ta’ l-għażla u/jew ta’ offerti ammissibbli li jirrispettaw il-kriterji ta' l-għoti.

Qafas ta’ kuntratt ma’ numru ta’ operaturi ekonomiċi jista’ jieħu l-forma ta’ kuntratti li jkunu separati iżda konklużi f’termini identiċi.Kuntratti ta' qafas ma jistgħux ikunu għal iktar minn erba' snin, ħlief f'każi eċċezzjonali ġustifikati b'mod partikolari mill-materja tal-qafas ta’ kuntratt.F’setturi suġġetti għal evoluzzjoni mgħaġġla til-prezzijiet u t-teknoloġija kuntratti ta' qafas mingħajr il-ftuħ mill-ġdid tal-kompetizzjoni għandhom jinkludu dispożizzjoni dwar reviżjoni f'nofs il-perjodu tagħhom. Jekk il-kundizzjonijiet stabbiliti inizjalment ma jkunux għadhom adattati għall-evoluzzjoni tal-prezzijiet tat-teknoloġija, l-awtorità li tagħti l-kuntratti m’għandhiex tuża l-qafas ta’ kuntratt ikkonċernat u għandha tieħu l-passi meħtieġa sabiex ittemmu.”

88. L-Artikolu 118 huwa emendat kif ġej

(a) Fil-paragrafu 3, hu miżjud is-subparagrafu li ġej:

“Awtoritajiet li jagħtu l-kuntratti għandhom ukoll, fejn ikun xieraq, jispeċifikaw fl-avviż tal-kuntratt li l-proċedura ta’ xiri hija proċedura xiri inter-istituzzjonali. F’dawn il-każijiet, l-avviż tal-kuntratt għandha tindika l-ismijiet ta’ l-istituzzjonijiet, aġenziji eżekuttivi jew korpi li jissemmew fl-Artikolu 185 tar-Regolament Finanzjarju li jkunu involuti fil-proċedura ta’ xiri, l-Istituzzjoni responsabbli mill-proċedura ta’ xiri u l-volum globali tal-kuntratti għal dawk l-istituzzjonijiet, aġenziji eżekuttivi jew korpi.”

(b) Il-paragrafu 4 huwa sostitwit b’li ġej:

(i) It-tieni subparagrafu hu sostitwit b’li ġej:“L-avviż ta' l-għoti tal-kuntratt jintbagħat lill-OPOCE f’dawn il-limiti ta’ żmien li ġejjin:

(i) Mhux iktar tard minn tmienja u erbgħin jum kalendarju minn meta tingħalaq il-proċedura, jiġifieri minn meta jkun iffirmat il-kuntratt jew il-qafas ta’ kuntratt. Madankollu, notifiki li jikkonċernaw kuntratti bbażati fuq sistema dinamika ta’ xiri jistgħu jinġabru flimkien fuq bażi ta’ kull tliet xhur. F’dawn il-każijiet, huma għandhom jintbagħtu lill-OPOCE mhux aktar tard minn tmienja u erbgħin jum wara t-tmiem ta’ kull perjodu ta' tliet xhur.

(ii) Fil-każ ta’ kuntratt jew qafas ta’ kuntratt b’valur daqs jew akbar mil-limiti stabbiliti fl-Artikolu 158 u mogħtija wara proċedura negozjata mingħajr pubblikazzjoni minn qabel ta’ avviż ta’ kuntratt, fi żmien biżżejjed biex il-pubblikazzjoni sseħħ qabel il-firma tal-kuntratt, skond it-termini u l-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 158a, paragrafu 1.

(ii) Jiddaħħal is-subparagrafu li ġej:

“Informazzjoni relatata mal-valur u l-benefiċjarji ta’ kuntratti speċifiċi bbażati fuq qafas ta’ kuntratt matul sena finanzjarja għandhom ikunu ppubblikati fuq is-sit ta’ l-internet ta’ l-awtorità tal-kuntratti mhux aktar tard mill-31 ta’ Marzu wara tmiem din is-sena finanzjarja, jekk bħala riżultat tal-konklużjoni ta’ kuntratt speċifiku jew volum aggregat ta’ kuntratti speċifiċi l-limiti li ssir referenza għalihom fl-Artikolu 158 ikunu nqabżu.”

89. Fl-Artikolu 123(2), l-ewwel sub-paragrafu hu sostitwit b’li ġej:

“Fi proċeduri nnegozjati u wara djalogu kompetittiv, in-numru ta’ kandidati mistiedna jinnegozjaw jew jagħmlu offerta ma jistgħux ikunu anqas minn tlieta, sakemm numru suffiċjenti ta’ kandidati jissodisfaw il-kriterji ta’ l-għażla.”

90. Jiddaħħal l-Artikolu 125c li ġej:

“Artikolu 125c Proċedura ta’ xiri konġunt ma’ Stat Membru (L-Artikolu 91 tar-Regolament Finanzjarju)

Fil-każ ta’ proċedura konġunta ta' xiri bejn istituzzjoni waħda u l-awtorità tal-kuntratti fi Stat Membru wieħed jew aktar, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet proċedurali applikabbli għall-istituzzjonijiet. F’każijiet ġustifikati kif jixraq, l-istituzzjoni tista’ tiddeċiedi li r-regoli proċedurali applikabbli għall-awtorità tal-kuntratti minn Stat Membru għandhom japplikaw sakemm dawn ikunu jistgħu jiġu kkunsidrati bħala ekwivalenti għal dawk ta’ l-istituzzjoni.”

91. Artikolu 129(4) huwa sostitwit b’li ġej:

“4. Ħlasijiet ta' ammonti anqas minn EUR 500 fir-rigward ta' elementi ta' nfiq jistgħu jikkonsistu sempliċiment fi ħlasijiet kontra fatturi, mingħajr ma tkun aċċettata offerta minn qabel.”

92. L-Artikolu 130 huwa emendat kif ġej:

(a) Fil-paragrafu 3, il-punt (a) hu sostitwit b’li ġej:

“(a) jispeċifikaw il-kriterji ta’ esklużjoni u ta’ selezzjoni li japplikaw għall-kuntratt, minbarra fi djalogu kompetittiv, fil-proċedura ristretta u fil-proċedura nnegozjata wara l-pubblikazzjoni ta’ l-avviż imsemmi fl-Artikolu 127; f’dawn il-każijiet dawk il-kriterji għandhom japplikaw biss fl-avviż tal-kuntratt jew fis-sejħa għall-espressjoni ta’ interess;”

(b) Il-paragrafu 4 huwa sostitwit b’li ġej:

(i) il-punt (c) hu sostitwit b’li ġej:

“(c) jiddikjaraw li, meta l-Kummissjoni tkun l-awtorità li tagħti l-kuntratt, il-liġi tal-Komunità hija l-liġi li tapplika għall-kuntratt, ikkumplimentata, fejn hu meħtieġ, minn liġi nazzjonali kif speċifikat fil-kuntratt;”

(ii) jiddaħħal il-punt (d) li ġej:

“(d) jispeċifikaw il-qorti kompetenti li tisma’ l-kawżi.”

(c) Fil-paragrafu 5, tiddaħħal is-sentenza li ġejja:

“L-awtorità tal-kuntratti tista’ wkoll titlob li l-kandidat jew min jitfa' offerta jipprovdi kull informazzjoni dwar il-kapaċitajiet finanzjarji u operattivi tas-subkuntrattur ippjanat, b'mod partikolari meta s-subkontrattar ikun jirrappreżenta parti sinifikanti tal-kuntratt.”

93. L-Artikolu 133 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 133 Attivitajiet illegali li jwasslu għal esklużjonijiet (l-Artikoli 93 u 114 tar-Regolament Finanzjarju)

Il-każijiet imsemmija fil-punt (e) ta' l-Artikolu 93(1) tar-Regolament Finanzjarju għandhom ikunu dawn li ġejjin:

(a) każijiet ta’ frodi msemmija fl-Artikolu 1 tal-Konvenzjoni dwar il-protezzjoni ta’ l-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet Ewropej imfassla mill-Att tal-Kunsill tas-26 ta’ Lulju 1995[9];

(b) każijiet ta’ korruzzjoni kif imsemmija fl-Artikolu 3 tal-Konvenzjoni dwar il-ġlieda kontra l-korruzzjoni li tinvolvi uffiċjali tal-Komunitajiet Ewoprej jew uffiċjali ta’ l-Istati Membri ta’ l-Unjoni Ewropea, imfassla mill-Att tal-Kunsill tas-26 ta’ Mejju 1997[10];

(c) każijiet ta’ involviment f’organizzazzjoni kriminali, kif definita fl-Artikolu 2(1) ta’ l-Azzjoni Konġunta 98/733/JHA tal-Kunsill[11];

(d) każijiet ta' ħasil ta' flus kif definit fl-Artikolu 1 tad-Direttiva tal-Kunsill 91/308/KEE[12].”

94. Jidaħħal l-Artikolu 133a li ġej:

“Artikolu 133a Applikazzjoni tal-kriterji ta' l-esklużjoni (L-Artikoli 93, 94, 95 u 96 tar-Regolament Finanzjarju)

1. Sabiex ikun determinat it-tul ta’ l-esklużjoni u tkun żgurata l-konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, l-istituzzjoni responsabbli għandha tieħu f'kunsiderazzjoni b'mod partikolari s-serjetà tal-fatti, b'mod partikolari l-impatt tagħhom fuq l-interessi finanzjarji u l-immaġini tal-Komunitajiet u ż-żmien li jkun għadda, it-tul u r-rikorrenza ta' l-offiża, l-intenzjoni jew il-grad ta' negliġenza ta' l-entità kkonċernata u l-miżuri meħuda mill-entità kkonċernata sabiex tirranġa s-sitwazzjoni.

2. Il-perjodu msemmi fl-Artikolu 93(3) tar-Regolament Finanzjarju huwa stabbilit għal massimu ta’ 5 snin:

(a) mid-data tas-sentenza li jkollha s-saħħa ta’ res judicata , fil-każijiet imsemmija fil-punt (b), (e) ta’ l-Artikolu 93(1) tar-Regolament Finanzjarju;

(b) mid-data li fiha l-ksur ikun sar jew, fil-każ ta' ksur kontinwu jew ripetut, id-data li fiha l-ksur ikun spiċċa, fil-każijiet imsemmija fil-punt (c) ta' l-Artikolu 93(1) tar-Regolament Finanzjarju.

Dak il-perjodu ta’ esklużjoni jista’ jiġi estiż għal 10 snin fil-każ ta’ offiża ripetuta fi żmien ħames snin mid-data msemmija fil-punti (a) u (b), b’kunsiderazzjoni xierqa għas-subparagrafu 1.

3. Il-kandidati u dawk li jitfgħu offerti għandhom ikunu esklużi minn proċedura ta' xiri jew għoti sakemm ikunu f'waħda mis-sitwazzjonijiet imsemmija fil-punti (a) u (d) ta' l-Artikolu 93 tar-Regolament Finanzjarju.”

95. L-Artikolu 134 huwa emendat kif ġej:

(a) It-titolu ta' l-Artikolu 134 huwa sostitwit b'li ġej:

"Artikolu 134 Evidenza (L-Artikolu 93 u 94 tar-Regolament Finanzjarju)"

(b) Fil-paragrafu 1, hu miżjud is-subparagrafu li ġej:

"L-awtorità li tagħti l-kuntratti tista', fuq il-bażi ta' l-analiżi tagħha tar-riskju, ma titlobx id-dikjarazzjoni li ssir referenza għaliha fis-sub-paragrafu 1 li l-kandidati jew dawk li jitfgħu offerti ma jkunux f’waħda mis-sitwazzjonijiet li ssir referenza għalihom fl-Artikoli 93 u 94 għal kuntratti ta’ valur ta’ EUR 3,500 msemmija fl-Artikolu 129(3) u EUR 10,000 imsemmija fl-Artikoli 241(1) l-aħħar subparagrafu, 243(1) l-aħħar subparagrafu, 245(1) l-aħħar subparagrafu."

(c) Jiddaħħal il-paragrafu 6 li ġej:

“6. Meta jkun hemm talba mill-awtorità li tagħti l-kuntratti, il-kandidat jew min jitfa' l-offerti għandhom jippreżentaw dikjarazzjoni fuq l-unur tagħhom mis-subkontrattur ippjanat li ma jkunx f'waħda mis-sitwazzjonijiet imsemmija fl-Artikoli 93 u 94 tar-Regolament Finanzjarju.Fil-każ ta’ dubju dwar din id-dikjarazzjoni fuq l-unur, l-aworità li tagħti l-kuntratti għandha titlob evidenza kif imsemmi fil-paragrafi 3 u 4. Paragrafu 5 għandu japplika wkoll fejn xieraq.”

96. Jiddaħħlu l-Artikoli 134a u 134b li ġejjin:

"Artikolu 134a Bank tad-data ċentrali komuni (L-Artikolu 95 tar-Regolament Finanzjarju)

1. L-istituzzjonijiet, aġenziji eżekuttivi, awtoritajiet u korpi msemmija fl-Artikoli 95(1) u (2) tar-Regolament Finanzjarju għandhom jittrażmettu lill-Kummissjonij, f’format strutturat, informazzjoni dwar il-parti terza kkonċernata, ir-raġunijiet u t-tul ta’ l-esklużjoni. Huma għandhom ukoll jittrażmettu informazzjoni dwar persuni naturali b’poter ta’ rappreżentazzjoni, teħid ta’ deċiżjonijiet jew kontroll fuq din il-parti terza, li jkunu f'waħda mis-sitwazzjonijiet imsemmija fl-Artikoli 93, 94 u 96(1)(b) u (2)(a).

L-awtoritajiet ta’ l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw informazzjoni dwar esklużjonijiet skond l-Artikolu 93(1) (a) tar-Regolament Finanzjarju biss għal kuntratti li jaqgħu taħt id-Direttiva 2004/18/KE.

Huma għandhom jiċċertifikaw lill-Kummissjoni li l-informazzjoni kienet stabbilita u trażmessa f’konformità mar-regoli dwar il-ħarsien tad- data personali u li l-parti terza kkonċernata ġiet infurmata dwar it-trażmissjoni ta' l-informazzjoni. Huma għandhom jaġġornaw, fejn xieraq, l-informazzjoni trażmessa.

2. F'konformità mar-regoli tal-Komunità dwar l-ipproċessar tad- data personali, il-Kummissjoni għandha, permezz ta' protokoll assigurat u fuq bażi regolari, tipprovdi data validata li jkun hemm fil-bank tad- data lil persuni nnominati fl-istituzzjonijiet, aġenziji eżekuttivi, awtoritajiet u korpi msemmija fil-paragrafu 1.

3. Id-dħul ta’ partijiet terzi fil-bank tad- data u t-tneħħija tagħhom skond Artikolu 95(1) tar-Regolament Finanzjarju għandu jsir fuq talba miktuba ta' l-uffiċjal ta' l-awtorizzazzjoni risponsabbli indirizzata lill-uffiċjal tal-kontabilità tal-Kummissjoni. L-uffiċjal ta’ l-awtorizzazzjoni risponsabbli għat-talba ta’ dħul ta’ partijiet terzi fil-bank tad- data u t-tneħħija tagħhom flimkien mal-proċedura għandhom ikunu stabbiliti fir-regoli amministrattivi ta’ l-istituzzjoni kkonċernata, l-aġenzija eżekuttiva, jew korp imsemmi fl-Artikolu 185 tar-Regolament Finanzjarju.

4. Meta tiġi rċevuta komunikazzjoni mibgħuta skond Artikolu 95(2) l-ewwel subparagrafu tar-Regolament Finanzjarju, l-uffiċjal ta' l-awtorizzazzjoni tal-Kummissjoni risponsabbli għall-programm jew azzjoni kkonċernati għandu, wara li jkun ivverifika li l-parti terza hija identifikata b'mod ċar u li r-raġunijiet u t-tul ta' l-esklużjoni huma indikati, jwassalha lill-uffiċjal tal-kontabilità tal-Kummissjoni għal inklużjoni fil-bank tad- data .

“Artikolu 134bPieni Amministrattivi u finanzjarji (Artikoli 96 u 114 tar-Regolament Finanzjarju)

1. Bla ħsara għall-applikazzjoni ta’ pieni stipulati fil-kuntratt, kandidati jew dawk li jitgħu offerti u kuntratturi li jkunu għamlu dikjarazzjonijiet foloz, ikunu għamlu żbalji sostanzjali jew ikkommettew irregolaritajiet u frodi, jew ikunu instabu fi ksur serju ta’ l-obbligi kuntrattwali tagħhom jistgħu jiġu esklużi mill-kuntratti u għotjiet kollha ffinanzjati mill-baġit tal-Komunità għal perjodu massimu ta’ seba’ snin mid-data li fiha jkun ġie stabbilit il-ksur, kif ikkonfermat wara proċedura kontenzjuża mal-kuntrattur.

Dak il-perjodu jista’ jiġi estiż għal 10 snin fil-każ ta’ offiża ripetuta fi żmien ħames snin mid-data msemmija l-ewwel subparagrafu.

2. Dawk li jitfgħu offerti jew kandidati li jkunu għamlu dikjarazzjonijiet foloz jistgħu jkunu suġġetti wkoll għal pieni finanzjarji li jirrappreżentaw minn 2% sa 10% tal-valur totali stmat tal-kuntratt li jkun qed jiġi aġġudikat.

Kuntratturi li jkunu nstabu fi ksur serju ta’ l-obbligi kuntrattwali tagħhom jistgħu jirċievu pieni finanzjarji li jirrappreżentaw minn 2% sa 10% tal-valur totali tal-kuntratt ikkonċernat.

Din ir-rata tista’ tiżdied għal 4% sa 20% fil-każ ta’ ksur ripetut fi żmien ħames snin mid-data msemmija fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1.”

3. L-istituzzjoni għandha tistabbilixxi l-penali amministrattivi jew finanzjarji filwaqt li tqis b’mod partikolari l-elementi msemmija fl-Artikolu 133a(1).”

97. Fl-Artikolu 140(3), l-ewwel sub-paragrafu hu emendat kif ġej:

“Fi proċeduri ristretti, f’każijiet ta’ użu tad-djalogu kompetittiv imsemmi fl-Artikolu 125b u fi proċeduri nnegozjati b’publikazzjoni ta’ avviz ta’ kuntratt għal kuntratti ta’ ‘l fuq mil-limiti stabbiliti fl-Artikolu 158, il-limitu ta' żmien għall-wasla ta’ talbiet għall-parteċipazzjoni ma għandux ikun anqas minn sebgħa u tletin ġurnata mid-data li fih ikun intbagħat l-avviż tal-kuntratt.”

98. Fl-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 146, hi miżjuda s-sentenza li ġejja:

“Madankollu, l-uffiċjal ta’ l-awtorizzazzjoni responsabbli jista’ jiddeċiedi li l-kumitat ta’ valutazzjoni għandu jevalwa u jikklassifika biss il-kriterji ta’ aġġudikazzjoni u li l-kriterji ta’ esklużjoni u selezzjoni għandhom jiġu valutati b'mezzi oħra xierqa li jiggarantixxu l-assenza ta’ kunflitt ta’ interessi.”

99. Artikolu 147 huwa emendat kif ġej:

(a) Il-Paragrafu 1 huwa sostitwit b'li ġej:

“1. Titħejja u tkun iddatata reġistrazzjoni bil-miktub ta' l-evalwazzjoni u l-gradazzjoni tat-talbiet għall-parteċipazzjoni u offerti li jkunu ddikjarati li jissodisfaw il-kundizzjonijiet . Ir-reġistrazzjoni miktuba għandha tiġi ffirmata mill-membri kollha tal-kumitat ta’ valutazzjoni u, jekk il-kumitat ta’ valutazzjoni ma jkunx ingħata r-responsabbiltà għall-valutazzjoni u l-gradazzjoni tal-kriterji ta’ esklużjoni u għażla, mill-persuni li jkunu ngħataw dik ir-responsabbiltà mill-uffiċjal ta’ l-awtorizzazzjoni responsabbli. Din għandha tinżamm għal użu futur.”

b) Fil-paragrafu 3, hu miżjud is-subparagrafu li ġej:

“Fil-każ tal-proċedura ta’ xiri interistituzzjonali, id-deċiżjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu għandha tittieħed mill-awtorità li tagħti l-kuntratt responsabbli għall-proċedura ta’ xiri.”

100. Artikolu 149 huwa emendat kif ġej:

(a) It-titolu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

"Artikolu 149 Tagħrif għall-kandidati u għal min jitfa' l-offerti (Artikoli 100(2), 101 u 105 tar-Regolament Finanzjarju)”

(b) Il-paragrafu 3 huwa emendat kif ġej:

(i) L-ewwel paragrafu hu sostitwit b'li ġej:“Fil-każ ta’ kuntratti mogħtija mill-Istituzzjonijiet tal-Komunità f'isimhom stess, b'valur daqs il-limiti msemmija fl-Artikolu 158 jew aktar minnhom, u li ma jkunux esklużi mill-firxa ta' l-applikazzjoni tad-Direttiva 2004/18/KE, l-awtorità li tagħti l-kuntratti għandha tinforma lil dawk kollha li jitfgħu offerti jew kandidati li ma jkunux irnexxew, fl-istess ħin u individwalment, bil-posta u bil-feks jew il-posta elettronika, li l-applikazzjoni jew l-offerta tagħhom ma jkunux intlaqgħu:

(a) ftit wara li jkunu ttieħdu d-deċiżjonijiet dwar il-kriterji ta' esklużjoni u ta' għażla u qabel id-deċiżjoni ta' l-aġġudikazzjoni, jew

(b) fir-rigward ta’ deċiżjonijiet ta’ aġġudikazzjoni u deċiżjonijiet ta' rifjut ta' offerti, kemm jista' jkun malajr wara d-deċiżjoni ta' l-aġġudikazzjoni u sa mhux aktar tard mill-ġimgħa ta' wara.F’kull każ, l-awtorità li tagħti l-kuntratti għandha tindika r-raġunijiet għaliex l-offerta jew applikazzjoni ma jkunux ġew aċċettati u r-rimedji legali disponibbli."

(ii) Ir-raba’ subparagrafu huwa mħassar.

101. Jidaħħal l-Artikolu 149a li ġej:

"Artikolu 149a Firma tal-kuntratt (Artikoli 100 u 105 tar-Regolament Finanzjarju)

L-implimentazzjoni ta’ kuntratt m’għandihiex tibda qabel ma jkun ġie ffirmat il-kuntratt.”

102. L-Artikolu 155 huwa emendat kif ġej

(a) Fil-paragrafu 1, jiddaħħal is-subparagrafu li ġej:

"Kull fejn ikun xieraq, teknikament fattibbli u ekonomikament effiċjenti kuntratti b’valur ta’ daqs jew akbar mill-limiti stabbiliti fl-Artikolu 158 għandhom jingħataw fl-istess żmien u bħala lottijiet separati."

(b) Jiddaħħal il-paragrafu 4 li ġej:

"Fejn kuntratt ikollu jingħata f’forma ta' lottijiet separati, dawk li jitfgħu l-offerti għandhom ikunu evalwati separatament għal kull lott. Jekk jiġu aġġudikati diversi lottijiet lill-istess offerent, jista' jiġi ffirmat kuntratt wieħed li jkopri dawn il-lottijiet."

103. Jidaħħal l-Artikolu 158a li ġej:

“Artikolu 158aPerjodu ta’ pawsa qabel il-firma tal-kuntratt (Artikolu 105 tar-Regolament Finanzjarju)

1. Suġġett għall-paragrafu 2, l-awtorità li tagħti l-kuntratti m’għandhiex tiffirma l-kuntratt jew qafas ta’ kuntratt, kopert mid-Direttiva 2004/18/KE, ma’ l-offerent li jkun ġie aċċettat qabel ma jkunu għaddew għaxart’ ijiem kalendarji:

(a) mill-jum ta’ wara li jkunu ntbagħtu flimkien id-deċeżjoni ta’ l-aġġudikazzjoni d-deċiżjonijiet li jirrifjutaw l-offerti, jew:

(b) fejn il-kuntratt jew qafas ta’ kuntratt jingħata permezz ta’ proċedura nnegozjata mingħajr il-pubblikazzjoni minn qabel ta' avviż ta' kuntratt, mill-jum wara dak li fih l-avviż ta' għoti ta' kuntratt imsemmi fl-Artikolu 118 jkun ġie ppubblikat fil- Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea .Jekk ikun meħtieġ l-awtorità li tagħti l-kuntratt tista’ tissospendi l-iffirmar tal-kuntratt għal aktar studju jekk dan ikun ġustifikat mit-talbiet jew kummenti li jsiru mill-offerenti jew kandidati li ma jkunux irnexxew jew li jkollhom xi lment jew minn xi informazzjoni relevanti oħra li hija tkun irċeviet. It-talbiet jew kummenti u l-informazzjoni għandhom jaslu matul l-għaxar ġranet kalendarji wara n-notifika tad-deċiżjonijiet ta' rifjut jew ta' aġġudikament jew, fejn ikun applikabbli, il-pubblikazzjoni ta' avviż ta' kuntratt. Fil-każ ta’ sospensjoni, il-kandidati jew offerenti kollha għandhom ikunu infurmati fi żmien tlett ijiem ta’ xogħol wara d-deċiżjoni ta’ sospensjoni.

Minbarra fil-każijiet stipulati fil-paragrafu 2, kull kuntratt iffirmat qabel jiskadi l-perjodu ta' għaxart ijiem kalendarji għandu jkun null u bla effett.

2. Il-perjodu ta’ għaxart ijiem kalendarji qabel l-iffirmar tal-kuntratt m’għandux japplika fil-każijiet li ġejjin:

(a) fil-każ ta’ proċeduri miftuħa fejn tkun ġiet ippreżentata offerta waħda biss;

((b) fil-każ ta' proċeduri ristretti jew negozjati wara l-pubblikazzjoni minn qabel ta' avviż ta' kuntratt fejn l-offerent li lilu l-kuntratt ikollu jingħata kien l-uniku wieħed li jissodisfa l-kriterji ta' esklużjoni u għażla, sakemm, f’konformità ma’ Artikolu 149(3), l-ewwel subparagrafu, punt (a), il-kandidati jew offerenti l-oħra jkunu ġew informati dwar ir-raġunijiet ta’ l-esklużjoni jew rifjut tagħhom ftit wara li jkunu ttieħdu d-deċiżjonijiet relevanti fuq il-bażi tal-kriterji ta' esklużjoni u għażla;

(c) fil-każ ta’ kuntratti speċifiċi bbażati fuq qafas ta’ kuntratt u b’applikazzjoni tat-termini stabbiliti f’dan il-qafas ta' kuntratt, mingħajr ma terġa’ tinfetaħ il-kompetizzjoni.

(d) f’każ ta’ urġenza estrema li tissemma' fl-Artikolu 126(1)(c).”

104. Fl-Artikolu 160, it-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1, il-paragrafu 2 u l-paragrafu 3 huma mħassra.

105. Jiddaħħlu l-Artikoli 160a, 160b, 160c, 160d u 160e li ġejjin:

“Artikolu 160a Kontribuzzjonijiet imħallsin bħala abbonament (Artikolu 108 tar-Regolament Finanzjarju)

Il-kontribuzzjonijiet imħallsin bħala abbonament imsemmija fil-punt (d) ta’ l-Artikolu 108(2) tar-Regolament Finanzjarju huma somom imħallsa lil korpi li l-Komunitajiet ikunu membri tagħhom, skond id-deċiżjonijiet tal-baġit u l-kundizzjonijiet ta' ħlas stabbiliti mill-korp ikkonċernat.”

“Artikolu 160 b Parteċipazzjonijiet (Artikolu 108 tar-Regolament Finanzjarju)

Għall-fini ta’ l-Artikolu 108(2) u (3) tar-Regolament Finanzjarju, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a) “parteċipazzjoni fil-kapital” tfisser propjetà ( ownership ) f’organizzazzjoni jew proġett akkwistata permezz ta’ investiment, li fiha r-redditu fuq l-investiment jiddependi fuq il-profittabilità ta’ l-organizzazzjoni jew proġett;

(b) “ pussess ta’ ishma ” tfisser parteċipazzjoni fil-kapital fil-forma ta’ ishma f’organizzazzjoni jew proġett;

(c) “ investiment fil-kapital ” tfisser li jiġi pprovdut kapital lil impriża minn investitur bi skambju ma’ propjetà parzjali ta’ dik l-impriża fejn, minbarra dan, dan l-investitur ikun jista’ jassumi xi kontroll amministrattiv ta’ l-impriża u jkun jista’ jgawdi minn profitti futuri;

(d) “ iffinanzjar fi kważi-kapital ” tfisser tip ta’ ffinanzjar li ġeneralment jinvolvi taħlita ta’ kapital u ta’ dejn, fejn il-kapital iħalli lill-investituri jakkwistaw rata għolja ta’ redditu fuq is-suċċess tal-kumpanija u/jew fejn il-komponent tad-dejn jinvolvi prezz miżjud li jikkontribwixxi għar-redditu ta' l-investitur.”

(e) “ strument li jġorr riskju ” tfisser strument finanzjarju li jiggarantixxi l-kopertura ta’ riskju definit, b’mod totali jew parzjali, possibilment fi skambju ma’ remunerazzjoni miftiehma.”

“Artikolu 160cRegoli speċifiċi (Artikolu 108(3) tar-Regolament Finanzjarju)

1. Fejn għotjiet huma msemmija fil-punti (a) u (b) ta’ l-Artikolu 108(3) tar-Regolament Finanzjarju huma aġġudikati mill-Kummissjoni taħt il-ġestjoni ċentralizzata diretta, dawn għandhom ikunu suġġetti għad-dispożizzjonijiet ta’ dan it-Titolu, bl-eċċezzjoni tad-dispożizzjonijiet li ġejjin:

(a) ir-regola ta’ bla profitt kif imsemmija fl-Artikolu 165;

(b) il-kundizzjoni ta’ kofinanzjament kif imsemmija fl-Artikolu 172;

(c) għall-azzjonijiet li l-għan tagħhom hu l-infurzar mill-ġdid tal-kapaċità finanzjarja ta’ benefiċjarju jew il-ġenerazzjoni ta’ dħul, il-valutazzjoni tal-vijabilità finanzjarja ta’ l-applikant kif imsemmi fl-Artikolu 173(4);

(d) il-kundizzjoni ta’ garanzija bil-quddiem kif imsemmija fl-Artikolu 182.

Id-dispożizzjoni ta’ l-ewwel subparagrafu hija bla ħsara għat-trattament tal-kontabilità ta’ l-għotjiet ikkonċernati, li għandu jkun determinat mill-uffiċjal tal-kontabilità skond standards internazzjonali tal-kontabilità.

2. Fil-każijiet kollha fejn issir kontribuzzjoni finanzjarja, l-uffiċjal ta’ l-awtorizzazzjoni responsabbli għandu jassigura li jkunu saru arranġamenti xierqa mar-reċipjent tal-kontribuzzjoni li jiddefinixxu l-modalitajiet għall-ħlas u l-kontroll.”

“Artikolu 160dPremjijiet (Artikolu 109(3)(b) tar-Regolament Finanzjarju)

Għall-fini tal-punt (b) ta’ l-Artikolu 109(3) tar-Regolament Finanzjarju, il-premjijiet huma dak li jista’ jinkiseb b’kandidatura f’kompetizzjoni.

Dawn għandhom jingħataw minn bord ta’ mħallfin li jkunu ħielsa li jiddeċiedu jekk għandhomx jingħataw premjijiet jew le skond il-valutazzjoni tal-kwalità tal-kandidaturi b'referenza għar-regoli tal-kompetizzjoni.

L-ammont tal-premju ma għandux ikun marbut ma’ l-ispejjeż imħallsa minn min jirċevieh.

Ir-regoli tal-kompetizzjoni għandhom jistabbilixxu l-kundizzjonijiet u l-kriterji ta' l-aġġudikazzjoni u l-ammont tal-premju.”

Artikolu 160eFtehim u deċiżjoni dwar għotjiet (Artikolu 108(1) tar-Regolament Finanzjarju)

1. Għal kull programm jew azzjoni tal-komunità, il-programm annwali ta’ ħidma għandu jiddetermina jekk l-għotjiet ikunux koperti biss b’deċiżjoni jew ukoll bi ftehim miktub.

2. Sabiex ikun determinat l-istrument li għandu jintuża, għandhom jitqiesu l-elementi li ġejjin għandhom:

- it-trattament ugwali u non-diskriminatorju bejn il-benefiċjarji, b’mod partikolari fuq il-bażi tan-nazzjonalità jew tal-post ġeografiku;

- il-koerenza ta’ dak l-istrument ma' strumenti oħra użati fl-istess programm jew azzjoni tal-komunità;

- il-kumplessità u l-istandardizzazzjoni tal-kontenut ta’ l-azzjonijiet jew programmi ta’ xogħol iffinanzjati.

3. Fil-każ ta’ programmi ġestiti minn diversi uffiċjali ta’ l-awtorizzazzjoni, l-istrument li għandu jintuża għandu jkun determinat f’konsultazzjoni bejn dawn l-uffiċjali ta’ l-awtorizzazzjoni risponsabbli.”

106. L-Artikolu 163 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 163Partenarjati (Artikolu 108 tar-Regolament Finanzjarju)

1. Għotjiet speċifiċi jistgħu jiffurmaw parti minn qafas ta’ partenarjat.

2. Qafas ta’ partenarjat jista’ jkun stabbilit bħala kooperazzjoni fit-tul bejn il-Kummissjoni u l-benefiċjarji ta’ l-għotjiet. Din tista’ tieħu l-forma ta’ ftehim ta’ qafas ta’ partenarjat jew deċiżjoni ta’ qafas ta’ parternarjat.

Il-ftehim jew deċiżjoni ta’ qafas ta’ partenarjat għandhom jispeċifikaw l-għanijiet komuni, in-natura ta' azzjonijiet ippjanati ta' darba jew bħala parti minn programm ta' xogħol ta' kull sena, il-proċedura ta' għoti ta' konċessjonijiet speċifiċi, skond il-prinċipji u regoli tal-proċedura f'dan it-Titolu, u d-drittijiet ġenerali u l-obbligi ta' kull parti skond il-ftehim jew deċiżjoni speċifiċi.

It-tul tal-partenarjat ma’ jistax jaqbeż l-erba’ snin, ħlief f’każijiet eċċezzjonali, ġustifikati b'mod partikolari mis-suġġett tal-qafas ta’ partenarjat.

Uffiċjali ta’ l-awtorizzazzjoni ma jistgħux jużaw il-ftehimiet jew deċiżjonijiet ta’ qafas ta’ partenarjat b’mod mhux xieraq jew jużawhom b'mod li l-iskop jew l-effett ikun kuntrarju għall-prinċipji ta' trasparenza jew trattament ugwali ta' l-applikanti.

3. Ftehimiet jew deċiżjonijiet ta’ qafas ta’ partenarjat ikunu magħduda bħala għotjiet għall-iskopijiet tal-proċedura ta' l-aġġudikazzjoni; huma għandhom ikunu suġġetti għall-proċeduri ta’ pubblikazzjoni minn qabel imsemmija fl-Artikolu 167.

4. Għotjiet speċifiċi bbażati fuq il-ftehimiet jew deċiżjonijiet ta’ qafas ta’ partenarjat għandhom jingħataw skond il-proċeduri stabbiliti f’dawk il-ftehimiet jew deċiżjonijiet, f’konformità mal-prinċipji ta' dan it-Titolu.

Huma għandhom ikunu suġġetti għall-proċeduri tal-pubblikazzjoni ex post stabbiliti fl-Artikolu 169.”

107. Artikolu 164 huwa emendat kif ġej:

(a) Il-paragrafu 1 huwa emendat kif ġej:

(i) L-ewwel sentenza hija sostitwita b'dan li ġej:

“1. Id-deċiżjoni jew ftehim ta' għoti għandu b'mod partikolari jistabbilixxi:”

(ii) punt (d) hu sostitwit b'dan li ġej:

“(d) l-ispiża totali stmata ta’ l-azzjoni u l-fondi tal-Komunità stipulati, bħala limitu globali espress bħala valur assolut, miżjud kif inhu xieraq permezz ta' indikazzjoni ta':

(i) ir-rata massima ta’ fondi ta’ l-ispejjeż ta’ l-azzjoni jew programm ta’ xogħol approvat fil-każ imsemmi fil-punt (a) ta’ l-Artikolu 108a(1) tar-Regolament Finanzjarju;

(iii) l-iffinanzjar b' somma ta’ darba u/jew rata fissa msemmi fil-punti (b) u (c) ta’ l-Artikolu 108a(1) tar-Regolament Finanzjarju;

(iii) taħlita ta' (i) u (ii).

(iii) il-punti (f) u (g) huma sostitwiti b’li ġej:

(f) it-termini u kundizzjonijiet ġenerali applikabbli għall-ftehimiet kollha ta’ dak it-tip, bħall-aċċettazzjoni mill-benefiċjarju ta’ verifiki mill-Kummissjoni, OLAF u l-Qorti ta’ l-Awdituri u tar-regoli ta’ publikazzjoni ex post imsemmija fl-Artikolu 169, skond ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[13]; għal ftehimiet ta’ għotjiet, dawn it-termini ġenerali għandhom, b’mod partikulari:

(i) jispeċifikaw li l-liġi tal-Komunità hija l-liġi li tapplika għall-ftehim ta’ l-għotja, ikkumplimentata, fejn hu meħtieġ, mil-liġi nazzjonali kif speċifikat fil-ftehim ta’ l-għotja;

(ii) jispeċifikaw il-qorti kompetenti li tisma’ t-tilwim.

(g) il-baġit globali stmat.”

(iv) jiddaħħal il-punt (ga) li ġej:

“(ga) kif ikun xieraq, dettalji ta’ l-ispejjeż eliġibbli ta’ l-azzjoni jew programm ta’ xogħol approvat u/jew tal-finanzjament b’somma sħiħa jew rata fissa msemmija fl-Artikolu 108a(1) tar-Regolament Finanzjarju;”

(b) Paragrafu 2 huwa sostitwit b'li ġej:

“Fil-każi msemmija fl-Artikolu 163, id-deċiżjoni ta’ qafas ta’ partenarjat jew ftehim ta’ qafas ta’ partenarjat għandhom jispeċifikaw l-informazzjoni msemmija fil-punti (a),(b), (ċ)(i), (d)(ii), (f), (h), (i) u (j) tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu.

Id-deċiżjoni jew ftehim speċifiċi għandu jkun fihom l-informazzjoni msemmija fil-punti (a), (b) (c), (d), (e), (g) u (ga) tal-paragrafu 1 u, fejn meħtieġ, il-punt (i) tiegħu.”

108. Fl-Artikolu 165, il-paragrafi 1 u 2 huma sostitwiti b'dan li ġej:

“1. Għal kull benefiċjarju, qligħ hu definit bħala:

(a) fil-każ ta’ għotja għal azzjoni, bilanċ pożittiv ta’ dħul fuq l-ispejjeż tal-benefiċjarju meta t-talba tkun saret għall-ħlas finali;

(b) fil-każ ta’ għotja operattiva, bilanċ favorevoli fuq il-baġit operattiv tal-benefiċjarju;

2. Iffinanzjar permezz ta’ somom ta’ darba u rati fissi għandhom jiġu deċiżi skond l-Artikolu 181 fuq il-bażi ta' l-ispejjeż jew il-kategorija ta' l-ispejjeż li jirrelataw magħhom, stabbiliti permezz ta’ mezzi oġġettivi bħal data statistiċi, b’tali mod li jkun eskluż qligħ a priori . Fuq l-istess bażi, dawn l-ammonti għandhom jiġu valutati mill-ġdid u, fejn hu xieraq, aġġustati mill-Kummissjoni kull sentejn.

F’dak il-każ, u għal kull għotja, l-assenza ta' qligħ hija verifikata fiż-żmien meta jiġu stabbiliti l-ammonti.

Fejn il-kontrolli ex-post fuq l-avveniment li jiġġenera juru li l-avveniment ma jkunx seħħ u jkun sar ħlas mhux dovut lill-benefiċjarju fuq finanzjament permezz ta’ somma ta’ darba jew rata fissa, il-Kummissjoni għandha tkun intitolata li tirkupra sa l-ammont tal-finanzjament permezz ta’ somma ta’ darba jew rata fissa u, fil-każ ta’ dikjarazzjoni falza dwar il-finanzjament permezz ta’ somma ta’ darba jew rata fissa, għandha timponi pieni finanzjarji sa 50% mill-ammont totali tal-finanzjament permezz ta’ somma ta’ darba jew rata fissa.

Dawn il-kontrolli huma bla ħsara għall-verifika u ċ-ċertifikazzjoni ta’ spejjeż attwali meħtieġa għall-ħlas ta’ għotjiet jew partijiet minn forom kombinati ta' għotjiet li jikkonsistu fil-ħlas lura ta' proporzjon speċifikat ta' l-ispejjeż eliġibbli.”

109. Jidaħħal l-Artikolu 165a li ġej:

“Artikolu 165aRegola ta’ kofinanzjament (Artikolu 109 tar-Regolament Finanzjarju)

1. Il-kofinanzjament jirrikjedi li parti mill-ispejjeż ta’ azzjoni jew l-ispejjeż biex titmexxa entità jinġarru mill-benefiċjarju ta’ għotja, jew permezz ta’ kontribuzzjoni oħra minbarra dik tal-Komunità.

2. Fil-każ ta’ għotjiet li jieħdu waħda mill-forom previsti fil-punti (b) jew (c) ta’ l-Artikolu 108a(1), jew taħlita ta’ dawn, il-kofinanzjament għandu jkun valutat biss fl-istadju ta’ l-evalwazzjoni ta' l-applikazzjoni għall-għotja.”

110. Fl-Artikolu 166(1), l-ewwel sub-paragrafu hu sostitwit b’li ġej:

“Programm ta' kull sena għall-konċessjonijiet għandu jitħejja minn kull uffiċjal ta’ l-awtorizzazzjoni responsabbli. Dan il-programm ta’ ħidma għandu jiġi adottat mill-istituzzjoni u ppubblikat fuq is-sit ta’ l-internet ta’ l-istituzzjoni mill-aktar fis possibbli, jekk meħtieġ matul is-sena ta’ qabel, u mhux aktar tard mill-31 ta’ Marzu ta’ kull sena finanzjarja.”

111. Artikolu 167 huwa mmodifikat kif ġej:

(a) is-subparagrafu (b) ta’ l-ewwel subparagrafu huwa sostitwit b’li ġej:

“(b) l-eliġibbilta, esklużjoni, għażla u għoti kif imsemmija fl-Artikoli 114 u 115 tar-Regolament Finanzjarju, u d-dokumenti ta' sostenn relevanti;”

(b) il-paragrafu 2 huwa sostitwit b'li ġej:

“2. Sejħiet għall-proposti jkunu ppubblikati fis-sit ta' l-Internet ta' l-istituzzjonijiet Ewropej u b'kull mezz xieraq ieħor, inkluż il- Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea , tingħata l-akbar pubbliċità possibbli fost benefiċjarji potenzali. Kull modifika tal-kontenut tas-sejħiet għall-proposti hija wkoll suġġetta għall-pubblikazzjoni taħt l-istess kundizzjonijiet.”

112. l-Artikolu 168(1) huwa emendat kif ġej:

(a) il-punt (d) tal-paragrafu 1 huwa sostitwit b’li ġej:

“(d) għal korpi identifikati bl-att bażiku, fis-sens ta’ l-Artikolu 49 tar-Regolament Finanzjarju, bħala benefiċjarji ta’ għotja.”

(b) il-punti (e) u (f) li ġejjin huma miżjuda

“(e) fil-każ tar-riċerka u l-iżvilupp teknoloġiku, għal korpi identifikati fil-programm annwali ta’ ħidma msemmi fl-Artikolu 110 tar-Regolament Finanzjarju, fejn l-att bażiku jipprovdi espressament għal dik il-possibbiltà, u bil-kundizzjoni li l-proġett ma jkunx jaqa’ taħt sejħa għal proposti;

(f) għal azzjonijiet b’karatteristiki speċifiċi li jeħtieġu tip partikulari ta’ korp minħabba fil-kompetenza teknika tiegħu, il-livell għoli ta’ speċjalizzazzjoni tiegħu jew il-poter amministrattiv tiegħu, bil-kundizzjoni li l-azzjonijiet ikkonċernati ma jkunux jaqgħu taħt sejħa għal proposti ppubblikata jew ippjanata. Dawn il-każijiet għandhom jiġu ssostanzjati kif xieraq fid-deċiżjoni ta’ aġġudikazzjoni.”

113. Artikolu 169 huwa emendat kif ġej:

(a) Fil-paragrafu 2, il-punt (c) hu sostitwit b’li ġej:

“(c) l-ammont aġġudikat u, ħlief fil-każ ta’ finanzjament permezz ta’ somma ta’ darba jew rata fissa kif imsemmi fl-Artikolu 108a (1)(b) u (c) tar-Regolament Finanzjarju, ir-rata ta’ finanzjament ta’ l-ispejjeż ta’ l-azzjoni jew tal-programm ta’ ħidma approvat.”

(b) Jiddaħħal il-paragrafu 3 li ġej:

“3. Wara l-pubblikazzjoni skond il-paragrafu 2, meta mitluba mill-awtorità baġitarja, il-Kummissjoni għandha tibgħat lil din ta’ l-aħħar rapport dwar:

(a) in-numru ta’ applikanti fis-sena ta' qabel;

(b) in-numru u l-perċentwal ta’ applikazzjonijiet aċċettati għal kull sejħa għal proposti;

(c) it-tul medju tal-proċedura mid-data ta’ l-għeluq tas-sejħa għall-proposti sa l-aġġudikazzjoni ta’ l-għotja."

114. Jidaħħal l-Artikolu 169a li ġej:

“Artikolu 165aTagħrif għall-applikanti (Artikolu 110 tar-Regolament Finanzjarju)

Il-Kummissjoni għandha tipprovdi tagħrif u pariri lill-applikanti b’dawn il-mezzi li ġejjin:

(a) tistabbilixxi standards konġunti għall-forom ta’ applikazzjoni għal għotjiet simili u tissorvelja d-daqs tal-formoli ta’ applikazzjoni u l-faċilità li biha jistgħu jinqraw;

(b) tipprovdi informazzjoni lil applikanti potenzjali b’mod partikolari permezz ta’ laqgħat u l-għoti ta’ kotba ta’ informazzjoni.

(c) iżżomm fil-Fajl ta' l-Entitajiet Legali msemmi fl-Artikolu 64 data permanenti dwar il-benefiċjarji.”

115. Fl-Artikolu 172, jiżdied il-paragrafu 4 li ġej:

“4. Il-prinċipju tal-kofinanzjament għandu jkun ikkunsidrat bħala rispettat fejn il-kontribuzzjoni tal-Komunità tkun imfassla sabiex tkopri ċerti spejjeż amministrattivi ta' istituzzjoni finanzjarja, inkluż, fejn ikun xieraq, miżata varjabbli li tikkostitwixxi inċentiva relatata ma' l-eżekuzzjoni, b’relazzjoni mat-tmexxija ta’ proġett jew programm li jifforma ħaġa sħiħa indissolubbli.”

116. Jidaħħal l-Artikolu 172a li ġej:

«Artikolu 172a Spejjeż eliġibbli (Artikolu 113 tar-Regolament Finanzjarju)

1. Spejjeż eliġibbli huma spejjeż imġarrba mill-benefiċjarju ta’ għotja li jissodisfaw il-kriterji kollha li ġejjin:

(a) huma konnessi mas-suġġett ta' l-għotja,

(b) huma indikati fl-istima tal-baġit globali ta’ l-azzjoni jew tal-programm ta’ ħidma,

(c) huma neċessarji għall-implimentazzjoni ta’ l-azzjoni jew il-programm ta’ ħidma li jkun is-suġġett tal-ftehim,

(d) għandhom ikunu effettivament inġarrew mill-benefiċjarju, jkunu rreġistrati fil-kontijiet tiegħu skond il-prinċipji tal-kontabilità applikabbli, u jkunu ddikjarati bħala konformi mal-kundizzjonijiet tal-leġiżlazzjoni applikabbli tat-taxxa u l-leġiżlazzjoni soċjali,

(e) iridu jkunu identifikabbli u verifikabbli,

(f) huma raġonevoli, ġustifikati u jikkonformaw mal-kundizzjonijiet tal-ġestjoni finanzjara tajba, b’mod partikolari dwar l-ekonomija u l-effiċjenza ekonomika,

(g) minbarra għall-verifiki, huma ġġenerati matul l-implimentazzjoni ta' l-azzjoni jew tal-programm ta' ħidma.

2. Suġġett għad-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 1, u dawk inklużi fl-att bażiku, l-ispejjeż li ġejjin jistgħu jitqiesu bħala eliġibbli mill-uffiċjal ta’ l-awtorizzazzjoni responsabbli:

(a) spejjeż relatati ma’ garanzija bankarja jew garanzija simili li għandha titpoġġa mill-benefiċjarju ta' l-għotja skond l-Artikolu 118 tar-Regolament Finanzjarju;

(b) spejjeż relatati mal-verifiki esterni mitluba mill-uffiċjal ta' l-awtorizzazzjoni responsabbli jew meta ssir it-talba għall-finanzjament jew meta ssir it-talba għall-ħlas;

(c) taxxa fuq il-valur miżjud imħallsa, u li ma tistax tiġi rifondata lill-benefiċjarju skond il-leġiżlazzjoni nazzjonali applikabbli;

(d) spejjeż ta’ deprezzament, sakemm dawn ikunu effettivament inġarru mill-benefiċjarju;

(e) spejjeż ta’ nfiq amministrattivi, staff u tagħmir, inklużi l-ispejjeż tal-pagi tal-persunal ta' l-amministrazzjonijiet nazzjonali sakemm dawn ikunu relatati ma' l-ispejjeż ta' attivitajiet li l-awtorità pubblika relevanti ma kenitx twettaqhom kieku ma jkunx sar il-proġett ikkonċernat.”

117. Jiddaħħal l-Artikolu 172b li ġej:

“Artikolu 172b Applikazzjonijiet ta' finanzjament (Artikolu 114 tar-Regolament Finanzjarju)

1. L-arranġamenti għas-sottomissjoni ta' applikazzjonijiet għal għotjiet għandhom ikunu determinati mill-uffiċjal ta' l-awtorizzazzjoni responsabbli, li jista' jagħżel il-metodu tas-sottomissjoni. Applikazzjonijiet għal għotjiet jistgħu jsiru permezz ta’ ittra jew permezz ta’ mezzi elettroniċi.

Il-mezzi ta’ komunikazzjoni magħżula għandhom ikunu non-diskriminatorji fin-natura tagħhom u m’għandux ikollhom l-effett li jnaqqsu l-aċċess ta’ l-applikanti għall-proċedura ta’ aġġudikazzjoni.

Il-mezzi ta’ komunikazzjoni magħżula għandhom ikunu tali li jiżguraw li l-kundizzjonijiet li ġejjin ikunu ssodisfati:

(a) kull sottomissjoni għandu jkun fiha l-informazzjoni kollha meħtieġa għall-evalwazzjoni tagħha;

(b) l-integrità tad-data għandha tiġi ppreżervata;

(c) il-kunfidenzjalità tal-proposti għandha tiġi ppreżervata.

Għall-fini tal-punt (c), l-uffiċjal ta’ l-awtorizzazzjoni responsabbli għandu jeżamina l-kontenut ta' l-applikazzjonijiet biss wara li jkun skada l-limitu ta' żmien stabbilit għas-sottomissjoni tagħhom.

L-uffiċjal ta’ l-awtorizzazzjoni responsabbli jista’ jitlob li s-sottomissjoni elettronika tkun akkumpanjata minn firma elettronika avvanzata fis-sens tad-Direttiva 1999/93/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

2. Meta l-uffiċjal ta’ l-awtorizzazzjoni responsabbli jawtorizza s-sottomissjoni ta’ applikazzjonijiet b’mezzi elettroniċi, l-għodda użati u l-karatteristiċi tekniċi tagħhom għandhom ikunu non-diskriminatorji fin-natura tagħhom, ġeneralment disponibbli u interoperabbli mal-prodotti tat-teknoloġija ta' l-informazzjoni u tal-komunikazzjoni f'użu ġenerali. L-informazzjoni li tirrigwarda l-ispeċifikazzjonijiet meħtieġa għall-preżentazzjoni ta’ l-applikazzjonijiet, inkluża encryption għandha titpoġġa għad-dispożizzjoni ta’ l-applikanti.

Minbarra dan, il-mezzi biex jintlaqgħu l-applikazzjonijiet b’mod elettroniku għandhom jiggarantixxu s-sigurtà u l-kunfidenzjalità.

3. Fejn is-sottomissjoni tkun permezz ta’ ittra, l-applikanti jistgħu jagħżlu li jissottomenttu l-applikazzjonijiet:

(a) jew bil-posta jew b’servizz tal-kurjer, f’liema każ is-sejħa għall-proposti għandha tispeċifika li l-evidenza għandha tikkonsisti fid-data ta’ meta tintbagħat, il-marka tal-posta jew id-data ta’ l-irċevuta tad-depożitu;

(b) bl-idejn sa l-uffiċċji ta’ l-istituzzjoni mill-applikant personalment jew permezz ta’ aġent, għal liema fini s-sejħa għall-proposti għandha tispeċifika d-dipartiment li għandu l-applikazzjonijiet għandhom jitwasslu fi skambju ma’ fattura ffirmata u datata.”

118. Fl-Artikolu 173, il-paragrafu 3 huwa sostitwit b'li ġej:

“3. Il-baġit għall-azzjoni jew il-baġit operattiv mehmuż ma’ l-applikazzjoni għandu jkollu dħul u spiża ta’ bilanċ, suġġett għal dispożizzjonijiet għal varjazzjonijiet possibbli fir-rata tal-kambju, u għandu jindika l-ispejjeż li huma eliġibbli għal finanzjament mill-baġit tal-Komunità.”

119. L-Artikolu 174 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 174 Evidenza ta' non-esklużjoni (Artikolu 114 tar-Regolament Finanzjarju)

Applikanti għandhom jiddikjaraw fuq il-kelma tagħhom li ma jkunux jinsabu f'xi qagħda minn dawk li hemm lista tagħhom fl-Artikolu 93(1) u 94 tar-Regolament Finanzjarju. L-uffiċjal ta’ l-awtorizzazzjoni responsabbli jista’, skond l-analiżi tiegħu tar-riskju, jitlob l-evidenza msemmija fl-Artikolu 134. L-applikanti għandhom jipprovdu din il-prova, sakemm ma tkunx teżisti impossibbiltà materjali rikonoxxuta mill-uffiċjal ta’ l-awtorizzazzjoni responsabbli.”

120. Jidaħħal l-Artikolu 174a li ġej:

“Artikolu 174 a Applikanti li m’għandhomx personalità legali (Artikolu 114 tar-Regolament Finanzjarju)

Meta tiġi sottomessa applikazzjoni għal għotja minn applikant li ma jkollux personalità legali, skond it-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 114(2) tar-Regolament Finanzjarju, ir-rappreżentanti ta' dan l-applikant għandhom jippruvaw li jkollhom il-kapaċità li jidħlu f’rabtiet legali f’isem l-applikant, u għandhom joffru garanziji finanzjarji ekwivalenti għal dawk ipprovduti minn persuni legali.”

121. Artikolu 175 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 175 Pieni finanzjarji u amministrattivi (Artikolu 114 tar-Regolament Finanzjarju)

Pieni finanzjarji jew amministrattivi, jew it-tnejn, jistgħu jiġu imposti fuq applikanti li jkunu għamlu dikjarazzjonijiet foloz, żbalji sostanzjali jew li kkommettew irregolaritajiet u frodi, skond il-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 134a fi proporzjon mal-valur ta’ l-għotjiet in kwistjoni.

Dawn il-pieni finanzjarji jew amministrattivi, jew it-tnejn, jistgħu jiġu imposti wkoll fuq benefiċjarji li jkunu nstabu fi ksur serju ta’ l-obbligi kuntrattwali tagħhom.”

122. Jidaħħal l-Artikolu 175a li ġej:

“Artikolu 175a Kriterji ta' eliġibilità (Artikolu 114 tar-Regolament Finanzjarju)

1. Il-kriterji ta’ eliġibilità għandhom jiġu ppubblikati fis-sejħa għal proposti.

2. Il-kriterji ta’ eliġibilità għandhom jiddeterminaw il-kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni f’sejħa għal proposti. Dawk il-kriterji għandhom jiġu stabbiliti b'attenzjoni xierqa għall-għanijiet ta' l-azzjoni u għandhom ikunu konformi mal-prinċipji ta' trasparenza u ta' non-diskriminazzjoni.”

123. Jiddaħħal l-Artikolu 175b li ġej:

“Artikolu 175b Ġħotjiet ta’ valur baxx ħafna (Artikolu 114(3) tar-Regolament Finanzjarju)

Għotjiet ta’ valur baxx ħafna huma definiti bħala għotjiet li ma jaqbżux EUR 3,500.”

124. Fl-Artikolu 176(3), jiżdied is-subparagrafu li ġej:

“jekk ma kienu ntalbu l-ebda dokumenti ta’ appoġġ fis-sejħa għall-proposti u jekk l-uffiċjal ta’ l-awtorizzazzjoni responsabbli jkollu dubji dwar il-kapaċità finanzjarja jew operattiva ta’ l-applikanti, huwa għandu jitlobhom jipprovduh b’dokumenti xierqa.”

125. Artikolu 178 huwa modifikat kif ġej:

(a) Jiddaħħal il-paragrafu 1a li ġej:

“1a. L-uffiċjal ta’ l-awtorizzazzjoni responsabbli għandu, fejn ikun xieraq, jaqsam il-proċess f’diversi stadji proċedurali. Ir-regoli li jirregolaw il-proċess huma mħabbra fis-sejħa għall-proposti.Fejn sejħa għall-proposti tispeċifika proċedura ta' sottomissjoni f'żewġ stadji, dawk il-proposti biss li jissodisfaw il-kriterji ta' evalwazzjoni għall-ewwel stadju għandhom jintalbu jissottomettu proposta sħiħa fit-tieni stadju.Fejn sejħa għall-proposti tispeċifika proċedura ta' evalwazzjoni f'żewġ stadji, dawk il-proposti biss li jgħaddu mill-ewwel stadju, fuq il-bażi ta’ l-evelwazzjoni ta’ sett limitat ta’ kriterji, għandhom jgħaddu għal aktar evalwazzjoni.L-applikanti li l-proposti tagħhom ikunu rrifjutati fi kwalunkwe stadju għandhom jiġu infurmati f’konformità ma’ l-Artikolu 116 (3) tar-Regolament Finanzjarju.Kull stadju sussegwenti tal-proċedura għandu jkun distint b’mod ċar minn dak ta’ qablu.L-istess dokumenti u informazzjoni m’għandhomx jintalbu aktar minn darba matul l-istess proċedura.”

(b) Paragrafu 2 huwa sostitwit b'li ġej:

“2. Madankollu il-kumitat ta' evalwazzjoni, jew fejn ikun xieraq, l-uffiċjal ta’ l-awtorizzazzjoni responsabbli jista' jitlob lil applikant biex jipprovdi iktar materjal jew biex jikkjarifika d-dokumenti ta' sostenn mogħtija f'konnessjoni ma’ l-applikazzjoni, b’mod partikolari fil-każ ta’ żbalji materjali evidenti.

L-uffiċjal ta’ l-awtorizzazzjoni għandu jżomm rekords xierqa tal-kuntatti ma’ l-applikanti matul il-proċedura.”

126. L-Artikolu 180(2) huwa modifikat kif ġej:

(a) Fis-subparagrafu 2, il-punt (a) huwa sostitwit b’li ġej:

“(a) Għotjiet għal azzjoni ta’ EUR 750,000 jew aktar, meta l-ammonti kumulattivi ta—talbiet għal ħlas ikunu ta’ anqas minn EUR 325,000.”

(b) Fil-paragrafu 3, jiddaħħal il-punt (d) li ġej:

“(d) Benefiċjarji ta’ għotjiet multipli li jkunu pprovdew ċertifikazzjoni indipendenti li toffri garanziji ekwivalenti dwar is-sistemi ta’ kontroll u metodoloġija użati għat-tħejjija tal-klejms tagħhom.”

127. Jidaħħal l-Artikolu 180a li ġej:

“Artikolu 180aForom ta’ għotjiet (Artikolu 108a tar-Regolament Finanzjarju)

1. Għotjiet komunitarji fil-forma msemmija fil-punt (a) ta’ l-Artikolu 108a(1) tar-Regolament Finanzjarju, għandhom jiġu kkalkulati fuq il-bażi ta’ l-ispejjeż eliġibbli, li huma definiti bħala spejjeż li fil-fatt tħallsu mill-benefiċjarju u soġġetti għal stima preliminari tal-baġit kif sottomessa mal-proposta u inkluża fil-ftehim jew deċiżjoni ta’ l-għotja.

2. Somom ta’ darba kif imsemmija fil-punt (b) ta’ l-Artikolu 108a(1) tar-Regolament Finanzjarju għandhom ikopru f’termini globali ċerti spejjeż meħtieġa għat-twettiq ta’ azzjoni, jew għall-operazzjoni annwali ta’ benefiċjarju, skond it-termini tal-ftehim u fuq il-bażi ta’ stima.

3. Iffinanzjar b’rata fissa kif imsemmi fil-punt (c) ta l-Artikolu 108a(1) tar-Regolament Finanzjarju għandu jkopri kategoriji speċifiċi ta’ nefqa li huma identifikati b’mod ċar minn qabel kemm billi jiġi applikat perċentwal iffissat minn qabel b’konformità ma’ l-Artikolu 181(4) jew permezz ta’ l-applikazzjoni ta’ skala standard ta’ spejjeż għal kull unità.”

128. Artikolu 181 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 181Somom ta’ darba u ffinanzjar b’rata fissa (Artikolu 108a tar-Regolament Finanzjarju)

1. Il-Kummissjoni tista’ b’deċiżjoni tawtorizza l-użu ta' dawn li ġejjin:

(a) somma ta’ darba ( lump sum ) waħda jew aktar b’valur ta’ EUR 25,000 jew anqas għal kull waħda, li jkopru kategorija differenti waħda jew aktar ta’ spejjeż eliġibbli;

(b) finanzjament b’rata fissa, b’mod partikulari fuq il-bażi ta’ l-iskala mehmuża mar-Regolament ta’ l-Istaff jew kif approvat kull sena mill-Kummissjoni, għall-ispejjeż ta’ l-akkomodazzjoni u l- allowances ta’ kuljum għal spejjeż ta' missjonijiet.

Din id-deċiżjoni tal-Kummissjoni għandha tiddetermina l-ammont massimu għat-total ta’ dan il-finanzjament awtorizzat, skond l-għotja jew tip ta’ għotja.

2. Fejn ikun xieraq, somom ta’ darba li jaqbżu valur għal kull waħda ta’ EUR 25,000 għandhom ikunu awtorizzati fl-att bażiku li għandu jistabbilixxi l-kundizzjonijiet ta’ l-aġġudikazzjoni u l-ammonti massimi.

Dawn l-ammonti għandhom jiġu aġġustati kull sentejn mill-Kummissjoni fuq il-bażi ta’ mezzi oġġettivi, bħal data statistiċi, kif imsemmi fl-Artikolu 165(2).

3. Id-deċiżjoni jew ftehim ta’ l-għotja jistgħu jawtorizzaw, fil-forma ta’ rati fissi, iffinanzjar ta’ l-ispejjeż indiretti tal-benefiċjarju sa massimu ta’ 7% mill-ispejjeż eliġibbli diretti totali għall-azzjoni, ħlief fejn il-benefiċjarju jkun qed jirċievi għotja operattiva ffinanzjata mill-baġit tal-Komunità. Il-limitu ta’ 7 % jista’ jinqabeż permezz ta’ deċiżjoni mmotivata tal-Kummissjoni.

4. Il-ftehim ta’ l-għotja għandu jkun fih id-dispożizzjonijiet kollha meħtieġa sabiex jiġi vverifikat li l-kundizzjonijiet għall-aġġudikazzjoni tal-finanzjament b'somom ta’ darba jew rati fissi jkunu ġew irrispettati.”

129. Artikolu 184 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 184Kuntratti ta’ implimentazzjoni(Artikolu 120 tar-Regolament Finanzjarju)

1. Bla ħsara għall-applikazzjoni tad-direttivi dwar l-appalti pubbliċi, fejn l-implimentazzjoni ta’ l-azzjonijiet assistiti tirrikjedi l-aġġudikazzjoni ta’ kuntratti ta’ appalt, benefiċjarji ta’ għotjiet għandhom jaġġudikaw il-kuntratt lill-offerta li tagħti l-aħjar valur għall-flus, jiġifieri lill-offerta li tagħti l-aħjar relazzjoni bejn il-prezz u l-kwalità, filwaqt li tingħata attenzjoni biex jiġu evitati kwalunkwe kunflitti ta’ interessi.

2. Fejn l-implimentazzjoni ta’ l-azzjonijiet assistiti tkun tirrikjedi l-aġġudikazzjoni ta’ kuntratt ta’ appalt b’valur ta’ aktar minn EUR 60,000, l-uffiċjal ta’ l-awtorizzazzjoni responsabbli jista’ jobbliga lill-benefiċjarji li jobdu regoli speċjali minbarra dawk imsemmija fil-paragrafu 1. Dawk ir-regoli speċjali għandhom ikunu bbażati fuq dawk misjuba fir-Regolament Finanzjarju u stabbiliti b’kunsiderazzjoni xierqa għall-valur tal-kuntratti kkonċernati, id-daqs relattiv tal-kontribuzzjoni tal-Komunità f’relazzjoni ma’ l-ispiża totali ta’ l-azzjoni u r-riskju. Dawn ir-regoli speċjali għandhom jiġu inklużi fid-deċiżjoni jew il-ftehim ta' l-għotja.

130. Jidaħħal l-Artikolu 184a li ġej:

“Artikolu 184aAppoġġ finanzjarju lil partijiet terzi (Artikolu 120(2) tar-Regolament Finanzjarju

1. Sakemm l-għanijiet jew riżultati miksuba jkunu ddettaljati biżżejjed fil-kundizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 120(2)(b) tar-Regolament Finanzjarju, il-marġini tad-diskrezjoni jista’ jitqies li jkun ġie eżawrit jekk id-deċiżjoni jew il-ftehim ta’ l-għotja jispeċifikaw ukoll:

(a) l-ammonti minimi u massimi ta' l-appoġġ finanzjarju li jistgħu jitħallsu lil parti terza u l-kriterji biex ikun determinat l-ammont preċiż;

(b) it-tipi differenti ta’ attività li jistgħu jirċievu dan l-appoġġ finanzjarju, fuq il-bażi ta' lista fissa.

2. Għall-fini ta’ l-Artikolu 120(2)(c), l-ammont massimu ta' appoġġ finanzjarju li jista’ jitħallas lil partijiet terzi minn benefiċjarju huwa EUR 60,000, b’massimu ta’ EUR 200 għal kull parti terza.”

131. Fl-Artikolu 185, jiddaħħal is-subparagrafu li ġej:

“Ir-rapport dwar il-ġestjoni tal-baġit u dik finanzjarja għandu jkun separat mir-rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit imsemmija fl-artikolu 121 tar-Regolament Finanzjarju.”

132. Fl-Artikolu 187, “Artikolu 185” hu sostitwit b’“Artikolu 121”.

133. Fl-Artikolu 207(1), “Artikolu 185” hu sostitwit b’“Artikolu 121”.

134. Fl-Artikolu 209(1), “Artikolu 185” hu sostitwit b’“Artikolu 121”.

135. Fl-Artikolu 210, “Artikolu 185” hu sostitwit b’“Artikolu 121”.

136. Fl-Artikolu 219(1), “Is-Sezzjoni ta’ Garanzija tal-FAEGG” hu sostitwit b’“FAEG”.

137. Fl-Artikolu 225, “Artikolu 185” hu sostitwit b’“Artikolu 121”.

138. Fit-Titolu I tal-Parti II, it-titolu hu sostitwit b' dan li ġej:

“Titolu I(Titolu II tar-Regolament Finanzjarju)Il-Fondi Strutturali, il-Fond ta’ Koeżjoni, il-Fond Ewropew Għas-Sajd, u l-Fond Agrikolu għall-Iżvilupp Rurali”

139. Fl-Artikolu 228, “il-Fondi Strutturali u l-Fond ta’ Koeżjoni” hu sostitwit b’“il-Fondi Strutturali, il-Fond ta’ Koeżjoni, il-Fond Ewropew għas-Sajd u l-Fond Agrikolu għall-Iżvilupp Rurali”.

140. Fl-Artikolu 229, jiddaħħal il-paragrafu 7 li ġej:

“7. L-estimi ta’ l-ammont riċevibbli, kif imsemmi fl-Artikolu 160(1a) tar-Regolament Finanzjarju għandhom jintbagħtu lill-uffiċjali tal-kontabilità għar-reġistrazzjoni.”

141. Fl-Artikolu 232(1), ir-referenza għal “Artikolu 164” hi sostitwita b’“Artikolu 56”.

142. l-Artikolu 232(2) huwa emendat kif ġej:

(a) il-punti (a) u (b) huma sostitwiti b'dan li ġej:

“(a) li jiżgura konformità mal-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 56(1) u (2) tar-Regolament Finanzjarju;”

“(b) li jiddikjara li, jekk il-kriterji minimi stabbiliti fl-Artikolu 56(1) u (2) tar-Regolament Finanzjarju ma jibqgħux jiġu osservati, il-Kummissjoni tista’ tissospendi jew ittemm l-implimentazzjoni tal-ftehim;”

(b) fil-punt (c), ir-referenza għal “Artikolu 53(5)” hi sostitwita b’“Artikolu 53c”.

(c) punt (d) hu sostitwit b'dan li ġej:

“(d) li jwaqqaf il-mekkaniżmi ta’ korrezzjoni finanzjarja msemmija fl-Artikolu 53(c) tar-Regolament Finanzjarju u speċifikati fl-Artikolu 42, b’mod partikulari għal dak li jirrigwarda l-irkuprar permezz ta’ tpattija ( offsetting ) fejn l-azzjoni tkun totalment deċentralizzata.”

143. Jidaħħal l-Artikolu 233a li ġej :

“Artikolu 233a Diżimpenn awtomatiku (Artikolu 166(3) tar-Regolament Finanzjarju)

1. Fl-ikkalkular tad-diżimpenn awtomatiku stipulat fl-Artikolu 166(3)(a) tar-Regolament Finanzjarju, dan li ġej m’għandux jitqies:

(i) dik il-parti mill-impenji tal-baġit li għaliha tkun saret dikjarazzjoni ta' nfiq iżda li r-rimbursar tagħhom ikun ġie interrott jew sospiż mill-Kummissjoni fil-31 ta' Diċembru tas-sena n + 4;

(ii) dik il-parti ta' l-impenji tal-baġit li għalihom ma jkunx possibbli li jsir il-ħlas jew dikjarazzjoni ta’ nfiq għal raġunijiet ta’ force majeure li jkunu jaffettwaw serjament l-implimentazzjoni tal-programm. Awtoritajiet nazzjonali li jgħidu li jkun hemm force majeure għandhom juru l-konsegwenzi diretti fuq l-implimentazzjoni tal-programm kollu jew parti minnu.

2. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-pajjiżi benefiċjarji u l-awtoritajiet ikkonċernati kmieni biżżejjed jekk ikun hemm riskju ta’ diżimpenn awtomatiku. Hija għandha tinfurmahom dwar l-ammont involut kif indikat mill-informazzjoni fil-pussess tagħha. Il-pajjiżi benefiċjarji għandu jkollhom xahrejn minn meta jirċievu din l-informazzjoni sabiex jaqblu ma' l-ammont ikkonċernat jew ma' l-osservazzjonijiet preżenti. Il-Kummissjoni għandha twettaq diżimpenn awtomatiku mhux aktar tard minn disa’ xhur wara l-limitu ta’ żmien stabbilit fl-Artikolu 166(3)(a) u (b) tar-Regolament Finanzjarju.

3. Fil-każ ta’ diżimpenn awtomatiku, il-kontribut finanzjarju tal-Komunità għall-programmi kkonċernati għandu jitnaqqas, għas-sena kkonċernata, bl-ammont awtomatikament diżimpenjat. Il-pajjiż benefiċjarju għandu jipproduċi pjan revedut ta’ finanzjament li jaqsam it-tnaqqis ta’ l-għajnuna bejn il-prijoritajiet u l-miżuri jekk relevanti. Jekk ma tagħmilx dan, il-Kummissjoni għandha tnaqqas l-ammonti allokati għal kull prijorità u miżura jekk relevanti pro rata.”

144. L-Artikolu 237 huwa modifikat kif ġej:

(a) Fil-paragrafu 1, l-ewwel subparagrafu huwa sostitwit b’li ġej:

“1. L-Artikoli 118 sa 121, bl-eċċezzjoni tad-definizzjoni, Artikolu 122(3) u (4), Artikoli 123, 126 sa 129, 131(3) sa (6), Artikolu 139(2), Artikoli 140 sa 146, Artikolu 148 u Artikoli 151, 152 u 158(a) m’għandhomx japplikaw għal kuntratti ta’ xiri konklużi jew f’isem l-awtoritajiet kontraenti msemmija fil-punti (a) u (b) ta’ l-Artikolu (a) u (b) ta’ l-Artikolu 167(1) tar-Regolament Finanzjarju.”

(b) Il-Paragrafu 3 jitħassar.

145. L-Artikolu 240(3) huwa modifikat kif ġej:

“3. L-avviż ta’ l-aġġudikazzjoni għandu jintbagħat meta jiġi ffirmat il-kuntratt ħlief fejn, jekk ikun għadu meħtieġ, il-kuntatt kien iddikjarat sigriet jew fejn it-twettiq tal-kuntratt ikollu jkun akkumpanjat minn miżuri speċjali ta' sigurtà, jew meta l-ħarsien ta' l-interessi essenzjali ta' l-Unjoni Ewropea, jew il-pajjiż benefiċjarju jitolbu dan, u fejn il-pubblikazzjoni ta' l-avviż ta’ aġġudikazzjoni titqies bħalal mhux xierqa.”

146. Fl-Artikolu 241(1), it-tieni subparagrafu hu sostitwit b’li ġej:

“Kuntratti b’valur ta’ anqas minn EUR 10 000 jistgħu jingħataw fuq bażi ta' offerta waħda.”

147. Fl-Artikolu 242(1), jiddaħħal il-punt (h) ġdid:

“(h) Għal kuntratti ddikjarati bħala sigrieti, jew għal kuntratti li t-twettiq tagħhom irid ikun akkumpanjat minn miżuri speċjali ta’ sigurtà jew meta l-ħarsien ta’ l-interessi essenzjali ta’ l-Unjoni Ewropea jew il-pajjiż benefiċjarju jitlob dan.”

148. L-Artikolu 243 huwa emendat kif ġej:

(a) Fil-paragrafu 1, il-punt (c) huwa sostitwit b’li ġej:

“(c) għal kuntratti b’valur ta’ anqas minn EUR 60,000: proċedura nnegozjata kompetittiva fis-sens ta’ paragrafu 2.

(b) Fil-paragrafu 1, it-tieni subparagrafu huwa sostitwit b’li ġej:Kuntratti b’valur ta’ anqas minn EUR 10000 jistgħu jingħataw fuq bażi ta' offerta waħda."

149. Fl-Artikolu 244(1), jiddaħħlu l-punti (f), (g) u (h) li ġejjin:

“(f) Għal kuntratti ddikjarati bħala sigrieti, jew għal kuntratti li t-twettiq tagħhom irid ikun akkumpanjat minn miżuri speċjali ta’ sigurtà jew meta l-ħarsien ta’ l-interessi essenzjali ta’ l-Unjoni Ewropea jew il-pajjiż benefiċjarju jitlob dan;

(g) għal kuntratti fir-rigward ta’ provvisti kkwotati u mixtrija f'suq tal-prodotti;

(h) għal kuntratti fir-rigward ta’ xiri b’termini partikolarment vantaġġjużi, jew mingħand fornitur li jkun se jtemm l-attivitajiet tan-negozju tieghu b’mod definit, jew ir-riċevituri jew il-likwidaturi ta’ falliment, ftehim mal-kredituri, jew proċedura simili skond il-liġi nazzjonali.”

150. Fl-Artikolu 245(1), it-tieni subparagrafu hu sostitwit b’li ġej:

“Kuntratti b’valur ta’ anqas minn EUR 10,000 jistgħu jingħataw fuq bażi ta' offerta waħda.”

151. Fl-Artikolu 246(1), jiddaħħal il-punt (e) ġdid:

“(e) Għal kuntratti ddikjarati bħala sigrieti, jew għal kuntratti li t-twettiq tagħhom irid ikun akkumpanjat minn miżuri speċjali ta’ sigurtà jew meta l-ħarsien ta’ l-interessi essenzjali ta’ l-Unjoni Ewropea jew il-pajjiż benefiċjarju jitlob dan.”

152. Artikolu 253 huwa emendat kif ġej:

(a) Fil-paragrafu 1, jiddaħħal il-punt (e) ġdid:

“(e) fejn ikun fl-interessi tal-Komunità li tkun id-donatur uniku għal azzjoni, u b’mod partikolari sabiex tkun żgurata l-viżibilità ta’ azzjoni tal-Komunità.”

(b) Fil-paragrafu 2, hu miżjud is-subparagrafu li ġej:

“Madankollu, fil-każ tal-punt (e) tal-paragrafu 1, għandhom jingħataw raġunijiet fid-deċiżjoni ta' finanzjament tal-Kummissjoni.”

153. Artikolu 258 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 258 Delegazzjonijiet mill-istituzzjonijiet lil uffiċċji interistituzzjonali (l-Artikoli 171 u 174a tar-Regolament Finanzjarju)

Kull istituzzjoni għandha tkun responsabbli għall-impenji baġitarji. L-Istituzzjonijiet jistgħu jiddelegaw lid-Direttur ta’ l-uffiċċju interistituzzjonali kkonċernat kull att sussegwenti, b’mod partikulari impenji legali, validazzjoni ta’ l-ispiża, awtorizzazzjoni ta’ pagamenti u implimentazzjoni ta’ dħul, u għandhom jistabbilixxu l-limiti u l-kundizzjonijiet għal din id-delega ta’ poteri.”

154. Jidaħħal l-Artikolu 258a li ġej :

“Artikolu 258a Regoli speċifiċi għall-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijet Uffiċjali (l-Artikoli 171 u 174a tar-Regolament Finanzjarju)

Rigward l-Uffiċċju għall-Pubblikazzjonijiet Uffiċjali (OPOCE), kull Istituzzjoni għandha tiddeċiedi dwar il-politika tagħha tal-pubblikazzjoni.

Il-qligħ nett mil-bejgħ tal-pubblikazzjonijiet għandu jerġa’ jintuża bħala dħul assenjat mill-istituzzjoni li tkun kitbet dawk il-pubblikazzjonijiet, skond l-Artikolu 18 tar-Regolament Finanzjarju.”

155. L-Artikolu 261 huwa mħassar.

156. Fil-Parti II, jiddaħħal it-Titolu VI li ġej:

"TITOLU VI (TITOLU VII TAR-REGOLAMENT FINANZJARJU) ESPERTI"

157. Jiddaħħal l-Artikolu 265a li ġej:

“Artikolu 265a Esperti esterni għall-evalwazzjoni u l-għajnuna teknika (Artikolu 179a tar-Regolament Finanzjarju)

1. Għal valuri ta’ anqas mil-limiti stabbiliti fl-Artikolu 158(1)(a), esperti esterni jistgħu jintgħażlu fuq il-bażi tal-proċedura deskritta fil-paragrafu 2 għal inkarigi li jinvolvu partikolarment l-evalwazzjoni ta’ proposti u l-għajnuna teknika.

2. Għandha tiġi ppubblikata sejħa għall-espressjoni ta’ interess b’mod partikolari fil- Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea jew is-sit ta’ l-internet ta’ l-istituzzjoni sabiex tkun żgurata pubbliċità massima fost kandidati potenzjali u bil-għan li titwaqqaf lista ta’ esperti.

Il-lista magħmula wara s-sejħa għall-espressjonijiet ta’ interess għandha tkun valida għal mhux aktar minn tliet snin mid-data li fiha l-avviż jiġi ppubblikat.

Kull persuna interessata tista' tissottometti applikazzjoni f'kull ħin matul il-perjodu ta' validita' tal-lista, ħlief għall-aħħar tliet xhur ta' dak il-perjodu.

3. Applikanti esterni m’għandhomx jidhru fuq il-lista msemmija fil-paragrafu 2 jekk ikunu f’waħda mis-sitwazzjonijiet ta’ esklużjoni msemmija fl-Artikolu 93 tar-Regolament Finanzjarju.

4. Esperti esterni li jidhru fil-lista msemmija fil-paragrafu 2 għandhom jintgħażlu fuq il-bażi ta’ l-abilità tagħhom li jwettqu l-inkarigi msemmija fil-paragrafu 1 u skond il-prinċipji ta’ non-diskriminazzjoni, trattament indaqs u assenza ta’ kunflitt ta’ interessi.”

158. Artikolu 269 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 269 Ġestjoni deċentralizzata ta' l-għajnuna ta' qabel l-adeżjoni (Artikolu 53c tar-Regolament Finanzjarju)

B'konnessjoni ma’ l-għajnuna ta’ qabel l-adeżjoni msemmija fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3906/89[14] u Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 555/2000[15], ir-regoli li jikkonċernaw kontrolli stabbiliti fl-Artikolu 35 ma jaffettwawx il-ġestjoni deċentralizzata li tkun qed titħaddem diġà fil-pajjiżi kandidati kkonċernati.”

159. Jidaħħal l-Artikolu 269a li ġej:

“Artikolu 269a Disposizzjonijiet ta’ tranżizzjoni (l-Artikoli 30a u 95 tar-Regolament Finanzjarju)

Artikoli 23a, 23b u 134a għandhom japplikaw għall-ewwel darba mill-1 ta' Jannar 2009.

160. Fl-Artikolu 271, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'li ġej:

“1. Il-limiti u l-ammonti preskritti fl-Artikoli 54, 67, 119, 126, 128, 129, 130, 135, 151, 152, 164, 172, 173, 175b, 180, 181, 182, 226, 241, 243, 245 u 250 għandhom ikunu aġġornati kull tlett snin mal-movimenti ta' l-indiċi tal-prezzijiet tal-konsumatur fil-Komunità.”

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil- Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea .

Għandu jibda japplika mill-1 ta' Jannar 2007.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Kummissjoni

Membru tal-Kummissjoni

[1] COM(2006)213.

[2] SEC(2005)1244.

[3] COM(2006)0009.

[4] Ir-Rakkomandazzjoni 86/198/KEFA, ĠU L 144, 29.5.1986, p. 40, adottata wara s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-17 ta’ Mejju 1983, Każ 168/82, [1983] ECR 1681.

[5] COM(2006)195

[6] ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1 Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE, Euratom) Nru […/…] (ĠU L […], […] p. […].

[7] ĠU L […], […] p. […].

[8] ĠU L […], […] p. […].

[9] ĠU C 316, 27.11.1995, p. 48.

[10] ĠU C 195, 25.6.1997, p. 1.

[11] ĠU L 351, 29.12.1998, p. 1.

[12] ĠU L 166, 28.6.1991, p. 77.

[13] ĠU L 8, 12.1.2001, p.1.

[14] ĠU L 375, 23.12.1989, p. 11

[15] ĠU L 68, 16.3.2000, p. 3

Top