EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52006SA0010
Special report No 10/2006 on ex post evaluations of Objectives 1 and 3 programmes 1994 to 1999 (Structural Funds), together with the Commission's replies
Rapport Speċjali Nru 10/2006 dwar evalwazzjonijiet ex-post tal-programmi ta' l-Objettivi 1 u 3 1994-1999 (Fondi Strutturali) flimkien mar-risposti tal-Kummissjoni
Rapport Speċjali Nru 10/2006 dwar evalwazzjonijiet ex-post tal-programmi ta' l-Objettivi 1 u 3 1994-1999 (Fondi Strutturali) flimkien mar-risposti tal-Kummissjoni
ĠU C 302, 12.12.2006, p. 1–40
(ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
12.12.2006 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C NaN/1 |
RAPPORT SPEĊJALI Nru 10/2006
dwar evalwazzjonijiet ex-post tal-programmi ta' l-Objettivi 1 u 3 1994-1999 (Fondi Strutturali) flimkien mar-risposti tal-Kummissjoni
(skond l-Artikolu 248(4), it-tieni sottoparagrafu, KE)
WERREJ
Glossarju
I-XI |
SOMMARJU |
1-9 |
INTRODUZZJONI |
6-9 |
Qafas għall-evalwazzjoni |
7-9 |
L-objettivi bażiċi stabbiliti għal kull evalwazzjoni |
10-14 |
L-ISKOP TAL-VERIFIKA |
15-80 |
EVALWAZZJONI EX-POST TA' L-OBJETTIV 1 MID-DĠ REGIO |
16-66 |
L-istima tal-Qorti tal-kwalità ta' l-evalwazzjoni |
16 |
Rimarki preliminari |
17-20 |
L-iżvilupp tal-kwistjonijiet li ltaqgħu magħhom ir-reġjuni sa mill-1994 |
21-28 |
Kemm huma xierqa l-istrateġiji adottati |
29-40 |
Evalwazzjoni ta' l-effettività |
41-44 |
Evalwazzjoni ta' l-effiċjenza |
45-53 |
Evalwazzjoni ta' l-impatt tal-FS |
54-66 |
Evalwazzjoni tas-sistemi tat-tmexxija |
67-75 |
Kemm huwa tajjeb il-qafas għall-evalwazzjoni |
67-70 |
It-Termini ta' Referenza |
71-75 |
Kemm hija tajba s-superviżjoni mill-Kummissjoni |
76-80 |
Relevanza ta' rakkomandazzjonijiet ta' l-evalwazzjoni għall-perijodi ta' programmar futuri |
81-113 |
EVALWAZZJONI EX-POST TA' AZZJONIJIET TA' L-FSE (TAĦT L-OBJETTIVI 1 U 3) MID-DĠ IMPJIEGI |
82-113 |
L-istima tal-Qorti tal-kwalità ta' l-evalwazzjoni |
82-87 |
Eżami tan-nuqqasijiet fid-dejta u fl-analiżi |
88 |
Evalwazzjonijiet ta' l-impatt ta' l-operat tal-FSE |
89 |
Evalwazzjoni ta' l-opportunitajiet indaqs |
90-93 |
Aspetti oħra eżaminati |
94-96 |
Kummenti dwar l-istima ġenerali mill-Kummissjoni |
97-102 |
Informazzjoni oħra mir-Rapporti Nazzjonali |
103-110 |
Kemm huwa tajjeb il-qafas għall-evalwazzjoni |
111-113 |
Rakkomandazzjonijiet li jikkonkludu l-evalwazzjoni |
114-118 |
KONKLUŻJONIJIET |
119-125 |
RAKKOMANDAZZJONIJIET |
ANNESSI:
Anness I — Analiżi dettaljata ta' l-għajnuna taħt il-Fondi Strutturali
Anness II — Il-PGD u r-rata ta' l-impjiegi
Anness III — It-tkabbir tal-PGD u l-fondi strutturali
Anness IV — Is-simulazzjonijiet HERMIN u l-qgħad
Ir-risposti tal-Kummissjoni
GLOSSARJU ADAPT Adattament ta' l-għadd ta' nies li jistgħu jaħdmu (Workforce) għall-Bidla Industrijali (Inizjattiva Komunitarja biex tippromwovi l-impjiegi u l-adattament ta' l-għadd ta' nies li jistgħu jaħdmu) ALMP Politiki tas-Suq tax-Xogħol Attiv CSF Qafas ta' Sostenn Komunitarju Deadweight Bidla osservata fost benefiċjarji diretti wara l-intervent pubbliku, jew irrappurtata minnhom stess, b'konsegwenza ta' l-intervent pubbliku, li setgħet tiġri, anke mingħajr l-intervent. Displacement effect Effett miksub f'reġjun eliġibbli a spejjeż ta' reġjun ieħor ERDF Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali FIFG Istrument Finanzjarju għall-Gwida tas-Sajd FS Fondi Strutturali FSE Fond Soċjali Ewropew Kumitati ta' Monitoraġġ Kumitat biex jissorvelja l-implimentazzjon strateġika tal-programm ta' finanzjament Mudell HERMIN Mudell makroekonomiku wżat biex jiġi stimulat l-impatt ta' l-interventi tal-Fondi Strutturali OP Programm Operattiv Rapport ta' Bidu Rapport li jinkludi kwistjonijiet metodoloġiċi bħal l-objettivi ta' l-evalwazzjoni, l-qafas metodoloġiku, il-kwestjonarji u l-organizzazzjonijiet li jridu jiġu kkuntattjati Rapport ta' Sinteżi Rapporti finali tad-DĠ REGIO (dwar l-Objettiv 1) u tad-DĠ Impjiegi (dwar l-Objettiv 3) dwar l-evalwazzjoni ex-post ta' l-azzjonijiet iffinanzjati mill-ERDF u l-FSE RTD Riċerka u Żvilupp Teknoloġiku SME Intrapriżi Żgħar u ta' Daqs Medju SPD Dokument ta' programmar waħdieni Soft outcome Riżultat li huwa diffiċli biex jiġi mkejjel b'mod kwantitattiv ToR Termini ta' Referenza
SOMMARJU
I. |
Il-verifika kkonċernat l-evalwazzjonijiet ex-post tal-Kummissjoni ta' l-interventi ffinanzjati mill-Fondi Strutturali fir-reġjuni ta' l-Objettivi 1 u 3 matul il-perijodu ta' programmar 1994-1999. L-ammont totali ta' dawn l-interventi kien ta' aktar minn 245 biljun euro, li jinkludi investimenti konġunti mis-setturi privati u pubbliċi. |
II. |
L-evalwazzjoni ex-post tipprova tqabbel ir-riżultati tan-nefqa reali ma' l-objettivi oriġinali. Dan il-mekkaniżmu jippermetti li informazzjoni miksuba matul perijodu ta' programmar tiġi utilizzata biex in-nefqa futura tal-Fondi Strutturali ssir b'mod aktar effettiv. L-evalwazzjonijiet ex-post kienu mwettqa mill-Kummissjoni li nqdiet b'konsulenti esterni kkuntrattati. |
III. |
L-objettivi tal-verifika lien li jekk, fit-tmiem ta' l-eżerċizzju ta' l-evalwazzjoni ex-post, il-Kummissjoni kinitx kapaċi tistma l-effetti ta' l-interventi relatati ma' l-objettivi u jekk ir-riżultati u r-rakkomandazzjonijiet kinux ta' għajnuna għar-reviżjoni tal-programmi mis-sena 2000 'il quddiem. |
IV. |
Il-bidu għall-verifika preżenti kien ir-Rapport ta' Sinteżi finali relattiv għal kull fond. Dawn ir-rapporti jiġbru fil-qosor l-evalwazzjoni ġenerali ta' l-impatt tal-fondi, u jiġbdu l-attenzjoni fuq l-elementi li għandhom ikunu ta' relevanza meta jittieħdu deċiżjonijiet dwar il-perijodi ta' programmar sussegwenti. Il-pass li kien imiss fil-proċess ta' verifika kien li ssir evalwazzjoni dwar jekk in-nuqqasijiet identifikati kinux konsegwenza ta' nuqqasijiet fit-ToRs jew problemi matul l-implimentazzjoni tal-proċess ta' evalwazzjoni. |
V. |
L-evalwazzjoni tan-nefqa tal-fondi strutturali fih inniffsu huwa proċess kumpless. Madanakollu, il-verifika identifikat nuqqasijiet fil-proċess ta' evalwazzjoni li ma jistgħux jiġu attribwiti biss għal tali diffikultajiet inerenti. |
VI. |
Il-Qorti identifikat in-nuqqasijiet segwenti fl-evalwazzjoni ta' l-interventi ffinanzjati mill-FS fir-reġjuni ta' l-Objettiv 1:
|
VII. |
Il-Qorti sabet li l-evalwazzjoni ta' l-azzjonijiet ta' l-FSE taħt l-Objettivi 1 u 3:
|
VIII. |
Il-Kummissjoni ma tidhirx li antiċipat ċerti diffikultajiet involuti fl-evalwazzjonijiet fit-termini ta' referenza li hija fformulat għall-evalwazzjonijiet. Il-Kummissjoni lanqas indirizzat kompletament in-nuqqasjiet fl-eżerċizzju ta' l-evalwazzjoni ex-post. Is-sejbiet tal-Qorti jindikaw li kien hemm nuqqasijet fis-superviżjoni ta' l-evalwazzjonijiet mill-Kummissjoni. |
IX. |
Min-naħa l-oħra, l-evalwazzjonijiet ippermettew li tinġabar informazzjoni utli dwar is-sistemi ta' tmexxija ta' l-interventi ffinanzjati mill-ERDF u mill-FSE. |
X. |
Madanakollu, filwaqt li ngħataw ċerti rakkomandazzjonijiet utli bħala input għall-perijodi ta' programmar futuri, il-Kummissjoni ma setgħatx tibbenifika kompletament mill-esperjenzi tal-programmi 1994-1999. |
XI. |
Il-Qorti tirrikmanda li:
|
INTRODUZZJONI
1. |
Sa mill-1996, il-Kummissjoni qegħda tiżvilupa l-evalwazzjoni tal-Fondi Strutturali f'qafas wieħed. It-terminu “evalwazzjoni” huwa definit mill-Kummissjoni bħala ġudizzju dwar interventi skond ir-riżultati, l-impatti u l-bżonnijiet tagħhom li huma jimmiraw li jissodisfaw (1). L-iskop prinċipali ta' l-attività ta' l-evalwazzjoni huwa li tagħti sostenn fit-teħid ta' deċiżjonijiet billi tipprovdi informazzjoni u opinjonijiet dwar ir-relevanza, l-ekonomija, l-effiċjenza, l-effettività, l-utilità u s-sostenibbilità ta' l-impatti ta' l-interventi ta' l-UE. Tali informazzjoni hija kruċjali biex jiġu mtejba interventi eżistenti, jew dawk li għadhom iridu jitfasslu, u għall-iffissar ta' prijoritajiet politiċi u għall-allokazzjoni ta' riżorsi. |
2. |
L-evalwazzjonijiet huma mwettqa f'livelli u stadji varji fiċ-ċiklu ta' l-ipprogrammar (sitt snin). L-aktar importanti huma:
|
3. |
Il-verifika tal-Qorti kienet tikkonċerna l-evalwazzjonijiet ex-post li l-Kummissjoni wettqet b'konnessjoni ma' interventi ffinanzjati mill-FS fir-reġjuni ta' l-Objettivi 1 u 3 matul l-perijodu ta' programmar 1994-1999. Għall-għan ta' din il-verifika, l-iskop ta' l-evalwazzjoni ex-post huwa dak kif definit fil-kollezzjoni MEANS (2). L-evalwazzjoni ex-post tikkonsisti f'rikapitolazzjoni u f'eżami tal-programm sħiħ, partikolarment ta' l-impatti tiegħu. Il-mira tagħha hija li tagħti kont ta' l-użu tar-riżorsi u tirrapporta dwar l-effettività u l-effiċjenza ta' l-interventi u sa liema punt l-effetti mistennija kienu miksuba. Hija tiffoka fuq fatturi ta' suċċess jew ta' falliment, u fuq is-sostenibbilità tar-riżultati u ta' l-impatti. Hija tipprova tasal għal konklużjonijiet li jistgħu jiġu ġeneralizzati u applikati għal programmi u reġjuni oħra (3). Huwa skond dan l-isfond li l-eżerċizzju ta' l-evalwazzjoni ex-post ġie eżaminat. |
4. |
Il-kompitu ta' l-evalwazzjoni ex-post, huwa parti minn “proċess” bbażat ukoll fuq ir-riżultati ta' evalwazzjoni ex-ante u eżami ta' nofs it-terminu. Barra dan, l-evalwazzjonijiet isiru f'livelli varji, kemm nazzjonali kif ukoll tematiċi u jwasslu għal rapport ta' sinteżi. Flimkien dawn jikkostitwixxu element importanti fil-ġestjoni tal-Fondi Strutturali, u b'mod partikolari, fl-ipprogrammar u l-eżami ta' l-assistenza tal-Komunità. Ir-responsabbiltà għall-proċess ta' evalwazzjoni taqa' fuq il-Kummissjoni (bi sħubija ma' l-Istati Membri). Huwa f'idejn il-Kummissjoni li tiddeċiedi liema aspetti ta' l-evalwazzjoni jitwettqu mis-servizzi tagħha u liema hija teħtieġ tikkuntrattja lill-entitajiet oħra. F'kull każ, ir-responsabbiltà ġenerali u finali tibqa' dejjem tal-Kummissjoni. |
5. |
Matul il-perijodu 1994-1999, l-għajnuna pprogrammata taħt it-titolu Fondi Strutturali (4) ammontat għal 136,4 biljun euro għall-“objettivi” u għal 14,5 biljun euro għall-“Inizjattivi tal-Komunità”. L-Anness I jagħti analiżi dettaljata ta' l-ewwel ammont skond l-Istati Membri u skond l-objettiv, u analiżi tat-tieni ammont skond l-inizjattiva tal-Komunità. Dawn il-fondi kienu kkumplimentati b'ammont supplementari ta' mill-inqas 95 biljun euro addizzjonali ta' investimenti konġunti mis-settur privat jew pubbliku (5), li jwassal għal investiment totali ta' aktar minn 245 biljun euro. |
Qafas għall-evalwazzjoni
6. |
L-evalwazzjonijiet ex-post kienu mwettqa f'isem u taħt id-direzzjoni tal-Kummissjoni. Wara proċedura ta' xogħol bl-appalt pubbliku, konsulent prinċipal kien magħżul għal kull grupp ta' objettivi ffissati u inizjattivi tal-Komunità. Fil-maġġoranza tal-każijiet, il-konsulent ingħata sostenn minn tim ta' persuni li jagħmlu l-evalwazzjoni fl-Istati Membri differenti (6) li l-irwol tagħhom kien li jwettqu l-evalwazzjonijiet neċessarji tal-programmi rispettivi fuq il-bażi ta' qafas metodoloġiku komuni. Barra dan, il-proċess ta' evalwazzjoni kien immonitorjat minn grupp ta' tmexxija. L-evalwazzjonijiet irriżultaw f'rapporti nazzjonali ppreparati mill-persuni li għamlu l-evalwazzjonijiet fil-pajjiżi differenti u r-Rapport ta' Sinteżi ppreparat mill-konsulenti kkuntrattati għal kull grupp ta' objettivi ffissati. Dawn ir-rapporti tlestew bejn, il-bidu ta' l-2003 u nofs l-2004. |
L-objettivi bażiċi stabbiliti għal kull evalwazzjoni
7. |
Id-Direttorati Ġenerali involuti għażlu approċċ varjat li jkopri numru kbir ta' kwistjonijiet. L-objettivi ġenerali ta' l-evalwazzjonijiet kienu li:
|
8. |
Biex jintlaħqu dawn l-objettivi ġenerali, it-termini ta' referenza (ToR's) stabbilew numru ta' mistoqsijiet ewlenin rigward it-temi segwenti: kemm hija xierqa l-istrateġija adottata, l-effiċjenza, l-impatt, it-tmexxija u l-implimentazzjoni tas-sistemi, il-valur addizzjonali Komunitarju u t-tagħlim miksub mill-ipprogrammar kurrenti għall-ipprogrammar futur. Bi ħsieb li jippjanaw ix-xogħol, it-termini ta' referenza stabbilew ukoll numru ta' kompiti speċifiċi u identifikaw ċertu numru ta' tekniki u sorsi ta' informazzjoni. |
9. |
It-ToR għal kull objettiv, kif miġbura mill-Kummissjoni, b'hekk provdew il-bażi għax-xogħol tal-persuni li għamlu l-evalwazzjonijiet. F'Jannar 2002, dawn kienu kkumplimentati bir-rapport ta' bidu u l-gwida ta' metodoloġija għall-Objettiv 1. Għall-azzjonijiet ta' l-FSE, dawn kienu kkumplimentati mir-rapport ta' progress fil-metodoloġija, f'Diċembru 2002, u l-mistoqsijiet ta' l-evalwazzjoni, inklużi f'kull rapport ta' evalwazzjoni nazzjonali. Għal dan il-għan, il-persuni li għamlu l-evalwazzjonijiet qagħdu fuq reċensjonijiet letterarji, kwestjonarji, intervisti ma' dawk involuti, analiżi ta' studji ta' każijiet u riċerka oħra fuq il-post, skond kif kien neċessarju. |
L-ISKOP TAL-VERIFIKA
10. |
L-objettivi ġenerali tal-verifika kienu li jeżaminaw jekk l-evalwazzjonijiet provdewx lill-Kummissjoni b'informazzjoni adegwata biex tistma l-effetti ta' l-interventi relatati ma' l-objettivi u jekk ir-riżultati u r-rakkomandazzjonijiet kinux ta' għajnuna għar-reviżjoni tal-programmi għal perijodi ta' programmar sussegwenti. |
11. |
Il-verifika ffukat fuq l-evalwazzjonijiet ex-post relattivi ma' l-interventi ta' l- ERDF taħt l-Objettiv 1 u interventi tal-FSE taħt l-Objettiv 1 u 3, li saru rispettivament mid-Direttorat Ġenerali għall-Politika Reġjonali (DĠ REGIO) u d-Direttorat Ġenerali għall-Impjiegi, Affarijiet Soċjali u Opportunitajiet Indaqs (DĠ Impjiegi). Ir-Rapporti Sinteżi rilevanti u kampjun ta' l-evalwazzjonijiet nazzjonali ġew eżaminati li kienu jikkorrispondu ma' dawn l-objettivi u strumenti magħżula (7)li, flimkien, kienu jirrappreżentaw l-ammont ta' 124 biljun euro li huwa 82 % ta' l-għajnuna totali ppjanata taħt il-FS għall-perijodu ta' programmar 1994-1999 (8). |
12. |
Għal kull evalwazzjoni, il-verifika ppruvat tirrispondi tliet mistoqsijiet:
|
13. |
B'mod partikolari, l-verifika eżaminat il-kwalità u l-kompletezza tar-rapporti fir-rigward ta' l-elementi segwenti ta' l-evalwazzjoni: jekk il-politiki kinux adattati u l-effettività, l-effiċjenza u l-impatt tal-miżuri, u wkoll dwar kif il-miżuri kellhom impatt fuq is-sistemi ta' tmexxija. Il-verifika stmat ukoll jekk ir-rwol tal-Kummissjoni fil-preparazzjoni, monitoraġġ u superviżjoni ta' l-evalwazzjonijiet kienx xieraq. |
14. |
L-ewwel parti ta' dan ir-rapport hija ddedikata għall-evalwazzjoni ex-post ta' interventi ta' l-ERDF fir-reġjuni ta' l-Objettiv 1 (paragrafi 15-80) filwaqt li t-tieni parti tkopri l-evalwazzjoni ex-post ta' l-azzjonijiet FSE taħt l-Objettiv 1 u 3 (paragrafi 81-113). |
EVALWAZZJONI EX-POST TA' L-OBJETTIV 1 MID-DĠ REGIO
15. |
Qabel issir l-istima dettaljata tal-kwalità ta' l-evalwazzjoni, huwa utli li tingħata idea ġenerali qasira tal-konklużjonijiet ta' l-evalwazzjoni tal-Kummissjoni. Dawn huma miġbura fil-qosor hawn taħt (ara l-kaxxa 1). Kaxxa 1Il-Konklużjonijiet ġenerali ta' l-Evalwazzjoni mid-DĠ REGIO:Ir-Rapport ta' Sinteżi jirrikonoxxi li l-fondi Strutturali kellhom impatt pożittiv fuq il-PGD tar-reġjuni ta' l-Objettiv 1 u li l-prestazzjoni ġenerali tagħhom, relattiva ma' l-UE fit-totalità tagħha, tjiebet. L-evalwazzjoni kkunsidrat li l-impatt kien ta' benefiċċju minħabba li kien jiddependi ħafna kemm fuq il-kapaċitajiet istituzzjonali kif ukoll fuq fatturi bħall-istruttura u dwar kemm hija miftuħa l-ekonomija u li dawn l-aspetti huma b'mod ċar kruċjali partikolarment għall-kapaċità ta' l-ekonomija biex tirrispondi għall-isfidi u l-opportunitajiet tal-proċess ta' l-integrazzjoni ekonomika. Madanakollu, innutat, li minħabba d-disparità tal-pajjiżi u l-kuntesti u minħabba limitazzjonijiet tad-dejta ta' monitoraġġ disponibbli u nuqqas ta' objettivi ċari, ma kienx possibli li r-riżultati jiġu miġbura flimkien biex tingħata stampa affidabbli tal-kisbiet ġenerali ta' l-Objettiv 1.Bħala stima ġenerali dwar jekk l-istrateġiji adottati kinux xierqa, ir-Rapport jikkonkludi li l-approċċ strateġiku għall-Objettiv 1 meħud fl-1994 għandu jkun ikkunsidrat bħal wieħed globalment xieraq f'kull wieħed mill-Istati Membri. Skond l-opinjoni tagħha: Il-kritika l-aktar sinifikanti ta' l-istrateġiji kienet li huma ma jikkostitwixxux aktar mit-total tal-partijiet tagħhom. Filwaqt li kull waħda kienet reazzjoni adegwata għall-bżonnijiet identifikati f'oqsma partikolari, kien hemm inqas indikazzjoni kif dawn l-elementi differenti kkontribwew lejn strateġija ta' żvilupp globali.Fir-rigward ta' l-effettività, ir-rapport indika li l-analiżi kienu l-parti l-kbira bbażati fuq opinjonijiet kwalittativi aktar milli fuq paraguni kwantitattivi ta' riżultati ma' l-objettivi minħabba nuqqasijiet fid-dejta disponibbli. Bħala kumment ġenerali, ir-Rapport jgħid li: Ħafna mill-azzjonijiet li jidhru bħala l-aktar effettivi kienu dawk ta' karattru essenzjalment ġenerali. Il-finanzjament, il-parti l-kbira għen biex jirrinforza disinni eżistenti ta' żvilupp ekonomiku relatati ma' l-attività, aktar milli jipprovdi bażi biex jiġu żviluppati attivitajiet ġodda biex jintlaħqu l-objettivi identifikati jew biex jiġu stimulati aktar approċċi innovattivi.Fir-rigward ta' l-impatt, ir-Rapport iddependa, għal bosta reġjuni, fuq approċċ ta' mudellar makroekonomiku biex jistma l-impatt tal-FS fuq il-koeżjoni ekonomika u soċjali. Huwa rrikonoxxa l-fatt li: Ir-riżultati miksuba inevitabilment ġejjin minn suppożizzjonijiet li saru fil-proċess ta' mudellar. Ir-rapport innota li l-iskala ta' l-impatt tagħhom, f'każijiet differenti, tirrifletti l-importanza u l-allokazzjoni relattiva tar-riżorsi CSF u fuq fatturi bħal fattur ta' għotjiet inizjali, strutturi ekonomiċi, livelli ta' kompetitività u l-grad ta' “ftuħ” ta' l-ekonomija kkonċernata. Dan wasal għall-konklużjonijiet ġenerali dwar l-impatt tal-fondi strutturali relattivi ma' fatturi esterni oħra u indika li, filwaqt li l-ħolqien tax-xogħol kien sostanzjali, deadweight u displacement probabilment kienu wkoll sostanzjali.Ir-Rapport ta' Sinteżi nkluda wkoll serje ta' osservazzjonijiet dwar it-tmexxija u l-implimentazzjoni. Il-konklużjoni ġenerali dwar dawn l-aspetti kienet li: L-arranġamenti tat-tmexxija u ta' l-implimentazzjoni, għalhemm ħafna drabi kkaratterizzati b'nuqqasijiet, kienu b'mod ġenerali tajbin għall-għan, u benefiċċji sinifikanti kienu miksuba permezz ta' l-approċċ ta' sħubija. Strutturi ta' teħid ta' deċiżjoni tipikament fallew li jistabbilixxu direzzjoni strateġika soda. Madanakollu, benefiċċji importanti f'temini ta' “valur miżjud” aktar wiesa' kienu miksuba permezz ta' l-approċċ ta' l-ipprogrammar u l-iżvilupp tal-prattiċi u kapaċità ta' tmexxija tas-settur pubbliku. |
L-istima tal-Qorti tal-kwalità ta' l-evalwazzjoni
Rimarki preliminari
16. |
Huwa importanti li wieħed jagħraf li l-approċċ globali adottat għal din l-evalwazzjoni ex-post iltaqa' ma' ċerti diffikultatjiet intrinsiċi. L-aktar importanti fosthom kienu: limitazzjonijiet tal-ħin, sensiela limitata ta' objettivi kwantifikati u n-nuqqas ta' indikaturi ta' riżultat/impatt dettaljati. Barra dan, ħafna drabi kien diffiċli biex l-impatt li jista' jiġi attribwit direttament għall-programmi u l-miżuri relatati jiġi iżolat peress li r-reġjuni mmirati frekwentament ibbenifikaw minn azzjonijiet oħra li huma importanti fil-kisba ta' objettivi simili. Kien diffiċli wkoll biex jiġu identifikati u mkejla l-effetti indiretti tan-nefqa tal-Fondi Strutturali. Madanakollu, l-Qorti tikkunsidra li ċerti nuqqasijiet fil-proċess ta' evalwazzjoni ma jistgħux jiġu attribwiti biss lill-diffikultajiet inerenti, imma kienu minħabba nuqqasijiet fil-proċess ta' evalwazzjoni li għandhom bżonn jiġu indirizzati, partikolarment qabel l-evalwazzjoni ex-post tal-perijodu ta' programmar 2000-2006. |
L-iżvilupp tal-kwistjonijiet li ltaqgħu magħhom ir-reġjuni sa mill-1994
17. |
Ir-Rapport ta' Sinteżi jibda' b'analiżi qasira ta' l-iżviluppi tal-PGD per capita, rati ta' qgħad u impjiegi fil-reġjuni varji kkonċernati (9). Ir-rapport jikkonkludi li: Livelli miżjuda tal-PGD per capita ġeneralment ma kinux ir-riżultat ta' rati miżjuda ta' impjiegi li rriżultaw minn ħolqien ta' xogħol (10). Tali konklużjoni tkun waħda potenzjalment importanti għal min jifformula l-politika. Din il-konklużjoni tissuġġerixxi li l-għan prinċipali tal-politika ta' koeżjoni li tnaqqas id-differenza fil-PGD ma ġiex megħjun biżżejjed permezz ta' titjib fir-rati ta' parteċipazzjoni fis-suq tax-xogħol (11), konklużjoni ta' relevanza kbira għall-SF. |
18. |
Mill-informazzjoni ppreżentata fir-Rapport ta' Sinteżi, huwa diffiċli li tiġi ġġudikata l-validità tad-dikjarazzjoni msemmija hawn fuq. Hemm ħafna reġjuni fejn il-PGD per capita żdied, kif żdiedu wkoll ir-rati ta' parteċipazzjoni. Madanakollu, hemm ċerti reġjuni fejn jew il-PGD per capita jew ir-rata ta' parteċipazzjoni naqsu jew żdiedu biss marġinalment. Il-Qorti pruvat tivverifika d-dikjarazzjoni msemmija fil-paragrafu 17 hawn fuq billi applikat tekniki statistiċi għad-dejta ppubblikata fir-Rapport ta' Sinteżi. Id-dettalji tekniċi huma mogħtija fl-Anness II u l-punti essenzjali huma miġbura fil-qasir hawn taħt. |
19. |
Ir-riżultati miksuba jindikaw li l-bidliet fl-impjiegi kellhom impatt statistikament importanti fuq il-PGD per capita reali. B'mod partikolari, żieda ta' punt perċentwali fir-rata ta' impjiegi kienet assoċjata ma' żieda ta' 0,24 ta' punt perċentwali fil-PGD per capita matul il-perijodu li qed jiġi evalwat. Dan ir-riżultat huwa inkonsistenti mal-konklużjoni tar-Rapport ta' Sinteżi msemmi hawn fuq. Ir-riżultat jissuġġerixxi wkoll li fil-fatt hemm ċertu potenzjal biex tiġi mnaqqsa d-differenza fil-PGD billi jiġu mtejba r-rati ta' parteċipazzjoni fis-suq tax-xogħol — riżultat rilevanti mill-perspettiva tal-politika. |
20. |
Biex tipprova aktar is-solidità tar-riżultat imsemmi hawn fuq, il-Qorti wettqet analiżi identika ta' 145 reġjun li għalihom dejta kienet disponibbli konsistentament (jiġifieri, mhux biss reġjuni ta' l-Objettiv 1). Ir-riżultati, irrappurtati wkoll fl-Anness II, juru riżultati simili ħafna fl-Unjoni. Dawn ir-riżultati juru li informazzjoni minn dejta bażika ma kinitx analizzata suffiċjentement u jindikaw relazzjoni importanti bejn iż-żidiet fil-PGD u ż-żidiet fir-rata ta' impjiegi li r-Rapport ta' Sinteżi ma għamilx enfasi fuqhom. |
Kemm huma xierqa l-istrateġiji adottati
21. |
It-tieni kapitolu tar-Rapport ta' Sinteżi jeżamina kemm huma xierqa l-istrateġiji adottati fir-rigward tal-bilanċ bejn ir-reġjuni, bejn il-programmi u bejn il-fondi. In-nefqiet ppjanati u attwali tal-programmi differenti tal-fondi strutturali (12) huma analizzati skond l-Istat Membru u skond it-tip ta' fond, imma mhux skond ir-reġjuni rilevanti, b'kuntrast ma' dak li sar fir-Rapport dwar il-PGD per capita u r-rati ta' qgħad u impjiegi fil-varji reġjuni ta' l-Objettiv 1. Dan jillimita l-analiżi li tista' ssir, bħal ma huwa nnutat mir-Rapport stess li jagħti r-riżultati ta' analiżi regressiva li tipprova tirrelata l-fondi ta' l-UE per capita skond l-Istat Membru mal-PGD għal kull abitant (13). Skond dan, ir-riżultati mogħtija fir-Rapport m'humiex statistikament sinifikanti u, konsegwentament huma ta' valur limitat. |
22. |
Madanakollu, il-Qorti applikat tekniki statistiċi kemmxejn differenti, billi użat l-istess dejta kif hemm fir-Rapport. Id-dettalji tekniċi ta' din l-analiżi huma mogħtija fl-Anness III u l-punti essenzjali huma miġbura fil-qosor hawn taħt. |
23. |
Ir-riżultati ta' din l-analiżi jikkonfermaw il-konklużjoni intuwittiva li aktar kemm ikunu għoljin il-fondi ta' l-UE provduti per capita, aktar tkun għolja ż-żieda tal-PGD per capita fl-Istati Membri. Dan ir-riżultat juri li b'approċċ aktar wiesa' jistgħu jsiru evalwazzjonijiet rilevanti anke permezz tad-database limitata li ntużat għal dan il-qasam importanti li qed jiġi kkunsidrat. |
24. |
Parti ċentrali ta' l-evalwazzjoni f'din is-sezzjoni tar-Rapport ta' Sinteżi hija bbażata fuq paragun ta' kategoriji varji ta' nefqa ppjanata fl-1994 u l-istima tan-nefqa attwali fl-1999. Madanakollu, id-dejta ppreżentata nstabet li kellha numru ta' żbalji jew diskrepanzi serji li jillimitaw il-validità tal-konklużjonijiet li jistgħu joħorġu. B'mod partikolari, fil-kaz ta' ħames Stati Membri, il-figura tan-nefqa attwali mogħtija taħt il-kolonna “total” (fit-tabella rilevanti ppubblikata fir-Rapport ta' Sinteżi) hija differenti mill-ammont tal-figuri li jidhru taħt il-kolonni individwali li jindikaw UE, nefqa tas-settur pubbliku u privat rispettivament (kif jidhru fl-istess tabella). Dawn id-diskrepanzi huma miġbura fil-qosor fit-Tabella 1. Il-persentaġġ tad-diskrepanza, li jidher fl-aħħar kolonna ta' din it-tabella, huwa sinifikanti u jimplika kontroll ta' kwalità mhux adegwat fil-formulazzjoni tal-kontenut u r-riżultati tar-Rapport. |
25. |
Minkejja dawn id-diskrepanzi, il-bidla tad-dejta mogħtija fuq bażi per capita (14) tipprovdi ċerti osservazzjonijiet utli li f'ċerti kuntesti huma differenti minn dak li huwa konkluż fir-Rapport ta' Sinteżi, It- Tabella 2 tagħti n-nefqa per capita reali mill-għola għall-inqas livell għal kull kategorija. |
Tabella 1
Sommarju tad-diskrepanzi nnutati fil-paragrafu 24
|
Ammont ta' kolonni (15) |
Total Ippubblikat (15) |
Differenza (15) |
Persentaġġ tad-diskrepanza |
il-Ġermanja |
41 015 |
48 243 |
7 228 |
–15 |
l-Italja |
34 804 |
30 547 |
–4 257 |
14 |
ir-Renju Unit |
3 961 |
4 803 |
842 |
–18 |
Franza |
3 339 |
4 019 |
680 |
–17 |
l-Awstrija |
1 116 |
1 040 |
–76 |
7 |
Tabella 2
Nefqa attwali (16)
Total Attwali/capita |
UE per capita |
Pubbliku Attwali/capita |
Privat Attwali/capita |
||||
l-Awstrija |
3 866 |
l-Irlanda |
1 653 |
l-Olanda |
1 822 |
l-Awstrija |
2 458 |
l-Olanda |
3 438 |
il-Greċja |
1 580 |
l-Awstrija |
1 033 |
il-Ġermanja |
1 299 |
il-Ġermanja |
2 933 |
il-Portugall |
1 403 |
il-Greċja |
739 |
l-Olanda |
1 039 |
l-Irlanda |
2 926 |
Spanja |
1 143 |
I-Irlanda |
703 |
il-Belġju |
705 |
il-Greċja |
2 716 |
il-Ġermanja |
884 |
il-Portugall |
621 |
l-Irlanda |
570 |
il-Portugall |
2 472 |
l-Awstrija |
657 |
Spanja |
582 |
il-Portugall |
448 |
Spanja |
1 725 |
I-Italja |
652 |
Franza |
485 |
il-Ġreċja |
396 |
il-Belġju |
1 587 |
Franza |
621 |
il-Belġju |
456 |
Franza |
205 |
Franza |
1 579 |
Ir-Renju Unit |
605 |
Ir-Renju Unit |
381 |
Ir-Renju Unit |
174 |
I-Italja |
1 445 |
l-Olanda |
578 |
il-Ġermanja |
311 |
Spanja |
na |
ir-Renju Unit |
1 407 |
il-Belġju |
427 |
I-Italja |
na |
l-Italja |
na |
Medja/capita |
2 104 |
|
1 033 |
|
419 |
|
377 |
26. |
It-tabella turi li l-medja ta' l-ammont totali ta' fondi reali kienet ta' 2 104 euro għal kull persuna. Il-Fondi Strutturali ta' l-UE kkontribwew madwar nofs dan l-ammont, filwaqt li tlieta minn erba' Stati Membri li jibbenifikaw mill-Fondi ta' koeżjoni rċievew madwar 50 % aktar mill-medja ta' 1 033 euro għal kull persuna. Ta' importanza partikolari hija l-kontribuzzjoni tas-settur privat, speċjalment fir-rigward ta' l-enfasi fuq l-impatt għal perijodu fit-tul fuq il-provvista fir-reġjuni. Jidher li ċerti reġjuni ta' l-Objettiv 1 fl-Istati Membri, bħall-Awstrija, l-Ġermanja u l-Olanda, irnexxielhom b'suċċess li jgħaqqdu l-investiment privat mal-Fondi strutturali, u b'mod sinifikanti fil-kaz ta' l-Awstrija u l-Ġermanja, jaqbżu wkoll, il-kontribuzzjoni medja mill-Fondi Strutturali ta' l-UE. |
27. |
Madanakollu, il-fatturi li jikkontribwixxu għal parteċipazzjoni għola mis-settur privat jibqgħu mhux eżaminati fir-Rapport. Per eżempju, dan kien riżultat tan-natura tal-proġetti magħżula, tal-kapaċitajiet tar-riżorsi umani disponibbli jew fil-fatt tip ta' assistenza differenti li hija mogħtija lis-settur privat mill-fondi? Fl-opinjoni tal-Qorti, dawn l-aspetti kien jistħoqqilhom jiġu eżaminati aktar. |
28. |
L-evalwazzjonijiet dwar jekk kinux xierqa l-istrateġiji adottati rarament kienu ibbażati fuq tekniki formalizzati (17) u l-prattiċi segwiti mill-persuni li għamlu l-evalwazzjonijiet fl-Istati Membri kienu kemmxejn differenti u ġeneralment fil-parti l-kbira kienu deskrittivi. Il-kwistjoni dwar sa liema punt l-interventi ffinanzjati mill-FS kienu adegwati sabiex jindirizzaw il-“fallimenti tas-suq” kienet rarament s-suġġett espliċitu ta' l-evalwazzjonijiet ex-post. Bl-istess mod, il-bidliet fl-istrateġija matul il-perijodu ta' programmar ma ġewx eżaminati fil-fond fit-temini ta' kemm dawn kienu xierqa. |
Evalwazzjoni ta' l-effettività
29. |
Kapitoli speċifiċi fl-evalwazzjonijiet nazzjonali u fil-kapitolu 3 tar-Rapport ta' Sinteżi jitrattaw l-effettività tal-Fondi Strutturali, skond sa liema punt l-effetti mistennija ġew miksuba u l-objettivi ġew milħuqa. Ħames temi huma eżaminati, li huma t-Trasport, l-SMEs, ir-Riċerka u l-Iżvilupp. l-Edukazzjoni u Taħriġ, u l-Żvilupp Rurali. Żewġ temi orizzontali li għandhom x'jaqsmu ma' l-ambjent u opportunitajiet indaqs huma wkoll eżaminati. |
30. |
L-analiżi hija bbażata fuq kampjun ta' 70 % tal-valur tal-programmi ta' l-Objettiv 1. Madanakollu, ingħatat enfasi kbira fuq l-evalwazzjonijiet kwalitattivi, per eżempju, ġie vvalutat il-valur miżjud tal-Komunità fuq bażi ta' “iva” u “le”. Tali evalwazzjonijiet u opinjonijiet huma ħafna drabi klassifikati b'mod wiesa' u mhux dejjem verifikabbli oġġettivament. Ma kien hemm l-ebda tentattiv biex jiġu ffissati objettivi aktar konkreti billi jiġu identifikati kriterji li setgħu jkunu utli għal dan l-iskop u l-ebda dejta addizzjonali ma ġiet miġbura għal analiżi mikroekonomika. Konsiderazzjonijiet importanti għal evalwazzjoni aktar kompleta ta' l-effettività, bħall-effetti tad-deadweight u tad-displacement, ħafna drabi ma kinux ikkunsidrati, u meta dawn l-aspetti kienu mqajma, dawn ma kinux analizzati f'dettal suffiċjenti. |
31. |
Għalkemm hemm numru ta' sezzjonijiet li għandhom osservazzjonijiet validi u utli, b'mod ġenerali l-Qorti tgħid li dan il-kapitolu kruċjali (18) fir-Rapport ta' Sinteżi ma jagħtix sostenn biżżejjed minħabba r-raġunijiet segwenti: dejta nieqsa u ħafna drabi konklużjonijiet dgħajfa u stima insuffiċjenti jew nieqsa tar-riżultati ta' studji tematiċi kkummissjonati mid-DĠ REGIO għall-perijodu ta' programmar 1994-1999 tal-Fondi Strutturali. |
32. |
Per eżempju, fis-sezzjoni ta' l-evalwazzjoni ex-post fuq it-trasport, fit-tabelli li għandhom x'jaqsmu man-numru ta' kilometri reali jew man-numru ta' kilometri immirati ta' toroq imtejba skond il-pajjiż, madwar nofs l-informazzjoni relatata man-numru ffissat hija nieqsa jew inkompleta. Dawn il-fatti jagħmluha aktar diffiċli li jkun hemm konklużjoni solida dwar il-kisbiet tar-rapport meta mqabbla ma' l-objettivi definiti. Minkejja dan, l-Evalwazzjoni Tematika (19) ta' l-Impatt tal-Fondi Strutturali ta' l-Infrastrutturi tat-Trasport għall-istess perijodu ta' programmar, li ħafna drabi hija kkowatata fir-Rapport, tipprovdi stima aktar kompleta u rigoruza tar-riżultati skond l-Istat Membru. |
33. |
L-istima ta' l-impatt tal-programmi ta' trasport li hija mogħtija fir-Rapport Tematiku ta' l-Evalwazzjonijiet dwar it-Trasport, hija partikolarment rilevanti għall-evalwazzjonijiet ex-post. L-impatt totali ta' l-impjiegi diretti u indiretti huwa stmat għal 2,3 miljun snin ta' persuni (20). Barra dan, il-benefiċċji ekonomiċi tal-programm ta' trasport imsemmija fl-istudju huma ġġudikati bħala sinifikanti. Ir-rata ta' rendikont ekonomiku rrappurtata għal proġetti tat-toroq hija 13 % għall-Irlanda u 23 % għal Spanja (21). |
34. |
Dawn iż-żewġ konklużjonijiet rilevanti tar-Rapport ta' l-Evalwazzjoni Tematika dwar it-Trasport ma ttieħdux in konsiderazzjoni fir-Rapport ta' Sinteżi. Barra dan, l-istima ta' l-impatt ta' l-impjiegi fl-evalwazzjoni Tematika hija inkonsistenti ma' dik ta' l-evalwazzjoni ex-post. Fuq il-bażi tal-kalkoli li għamlet il-Qorti bbażati fuq l-evalwazzjoni ex-post (22) (bl-użu tal-mudell HERMIN u l-evalwazzjoni ta' reġjuni oħra), l-impatt totali ta' l-impjiegi tal-fondi strutturali matul il-perijodu 1994 sa l-1999 huwa ta' 1,62 miljun impjieg, li huwa inkonsistenti ma' l-istima ta' 2,3 miljun impjieg fir-Rapport Tematiku, b'mod partikolari peress li t-trasport biss jirrappreżenta madwar 20 % tan-nefqa kollha tal-Fond Strutturali. |
35. |
B'kuntrast, ir-riżultati ta' l-Evalwazzjoni Tematika ta' l-Impatt tal-Fondi Strutturali fuq l-SMEs huma użati fir-Rapport ta' Sinteżi li jgħid: L-Evalwazzjoni Tematika ta' l-impatt tal-Fondi Strutturali fuq l-SMEs tirrikmanda għal ġejjieni bidla minn għajnuna taħt l-għamla ta' konċessjoni għal miżuri ta' inġinerija finanzjarja bħal fondi ta' kapital ta' bidu u kapital riskju, self, sussidji fuq rati ta' interess, tikkunsidra li dawn il-metodi huma aktar sostenibbli fuq terminu ta' żmien twil (23). Din hija konklużjoni importanti ta' l-Istudju Tematiku u l-evalwazzjoni ex-post tagħmel tajjeb li tiġbed l-attenzjoni għal dan ir-riżultat (24). Madanakollu, ir-rapport ma jiżviluppax din il-kwistjoni aktar minkejja l-implikazzjonijiet importanti li jistgħu jirriżultaw għal programmi futuri. |
36. |
Ir-Rapport ta' Sinteżi jikkwota l-evalwazzjoni Tematika dwar l-impatt tal-Fondi Strutturali fuq l-SMEs li stmat li fin-nuqqas ta' sostenn Komunitarju, 70 % ta' proġetti ta' investiment ma kinux setgħu jseħħu, jew setgħu jkunu ta' skala iżgħar jew posposti. L-Evalwazzjoni Tematika tistma wkoll li tali assistenza kienet ta' kontribut għall ħolqien ta' aktar minn 300 000 impjiegi addizzjonali, anke wara li jittieħdu in konsiderazzjoni l-effetti tad-deadweight u tas-sostituzzjoni. L-evalwazzjoni ex-post ta' l-Objettiv 1 ma tistax tirrepeti dawn il-figuri minħabba n-nuqqas ta' dejta komparabbli u affidabbli li tippermetti li jiġu stabbiliti dawn l-istimi (25). Meta tiġi kkunsidrata l-importanza tar-riżultati differenti u li ż-żewġ studji kienu ppreparati għall-istess kuntrattur, trattaw l-istess suġġett, trattaw l-istess perijodu ta' żmien u kienu ppubblikati b'interval ta' sentejn jew tliet snin bejniethom, trattament aktar fil-fond tad-differenzi kien ġustifikat. |
37. |
Wara d-dikjarazzjoni ta' hawn fuq, f'sezzjoni li titratta “Analiżi Ġenerali”, ir-Rapport ta' Sinteżi jagħti stima tan-numru ta' impjiegi maħluqa fl-SMEs b'riżultat ta' l-interventi tal-fondi strutturali. Mill-evidenza disponibbli jidher li l-Objettiv 1 ta sostenn għall-iżvilupp ta' madwar 800 000 impjieg. Dan l-ammont jirreferi għal impjiegi gross u ma jieħux in konsiderazzjoni l-effetti tas-sostituzzjoni, tad-deadweight jew tal-multiplier. Mhux possibli li tiġi determinata l-effettività ġenerali f'termini ta' effetti netti (26). Din il-konklużjoni ma ngħatatx attenzjoni suffiċjenti, speċjalment fid-dawl ta' l-istima provduta fl-Istudju Tematiku dwar l-SMEs. Barra dan, it-tabella ta' l-evalwazzjoni ex-post, li tagħti analiżi ta' l-impjiegi maħluqa fl-Istati Membri, ma tipprovdi l-ebda dettalji dwar Spanja, bil-konsegwenza li l-istima mogħtija hija inkompleta (27). Dan l-aspett kien jistħoqqlu eżami aktar fil-fond fl-evalwazzjoni ex-post. |
38. |
Taħt “punti oħrajn” li r-Rapport ta' Sinteżi jkopri taħt il-kapitolu Effettività, hemm sommarju utli, għalkemm qasir, ta' diversi kwistjonijiet rilevanti taħt numru ta' titoli. Madanakollu, limitazzjoni ta' bażi hija dejta komparatttiva li mhix affidabbli li wasslet għal stima kwalitattiva milli għal stima dettaljata bbażata fuq proġett (28). Parti mill-istima kwalitattiva kienet tkun aħjar kieku kienet magħmula ma' evalwazzjonijiet Tematiċi oħra li saru, bħall-Evalwazzjoni Tematika fuq l-RTD. It-ToR jippreċiżaw li r-reċensjoni vasta tal-letteratura ser issir sabiex tidentifika kwistjonijiet prinċipali fl-implimentazzjoni tal-Fondi Strutturali (29). Madanakollu, hemm nuqqasijiet fil-mod kif tali implikazzjonijiet huma rrappurtati u kif huma relatati mas-sejbiet sussegwenti. Fil-ftit każijiet fejn hemm tali integrazzjoni ma' l-evalwazzjoni l-benefiċċju dwar il-kwalità tar-Rapport tidher biċ-ċar. |
39. |
Per eżempju, l-evalwazzjoni ex-post tirrapporta li l-Evalwazzjoni Tematika fuq l-RTD tinnota li l-fokus ta' l-attivitajiet ikun aħjar jekk ikun immirat lejn l-iżvilupp ta' strateġiji ta' innovazzjoni speċifiċi għar-reġjuni biex tiġi sfruttata l-kapaċità eżistenti ta' l-RTD, milli tkun ibbażata fuq “Lakuni Teknoloġiċi” li kienu nnutati. L-evalwazzjoni ex-post tirrapporta li dan kien il-każ f'numru ta' każijiet, b'riżultati ta' aktar suċċess meta kienu ffukati fuq il-punti tajbin tar-reġjun (30). Dan l-eżempju juri biċ-ċar il-fatt li huwa rilevanti li wieħed ikompli jibni fuq dak li rapporti u studji oħrajn urew, kif enfasizzat fil-kriterji żviluppati fil-programm MEANS u l-aġġornament tiegħu, li kien inkluż bħala parti mit-ToR ta' dan l-eżerċizzju ta' l-evalwazzjoni (31). |
40. |
L-evalwazzjonijiet nazzjonali kienu rararement ibbażati fuq analiżi formalizzata jew kwantittativa ta' l-effetti. Barra dan, dawk il-persuni li għamlu l-evalwazzjonijet fl-Istati Membri rarament użaw ir-riżultati ta' l-analiżi kwantittativa mwettqa minn partijiet terzi. |
Evalwazzjoni ta' l-effiċjenza
41. |
L-għan tar-Rapport ta' Sinteżi, taħt dan it-titolu, kien l-eżami ta' l-effiċjenza fl-implimentazzjoni ta' proġetti kbar f'ċerti reġjuni ta' l-Objettiv 1. Din l-analiżi kienet ibbażata fuq kampjun ta' madwar 60 proġett kbir, li jirrappreżenta reġjuni u temi differenti (32). Bit-terminu effiċjenza wieħed jifhem, l-effetti miksuba bi spiża raġonevoli. L-objettiv prinċipali huwa li jiġu stabbiliti l-ispejjeż għal kull unità, jiġifieri, l-ispiża għar-riżultat miksub. L-analiżi għandha wkoll tindirizza l-kwalità tat-tmexxija ta' proġetti kbar mill-benefiċjarji finali. Fil-livell ta' l-UE, l-ispejjeż għal kull unità għandhom ikunu analizzati fir-reġjuni kollha ta' l-Objettiv 1. Differenzi sinifikanti fl-ispejjeż għal kull unità fost ir-reġjuni għandhom jiġu spjegati fejn dan huwa possibli u għandhom jiġu stabbiliti varjetà ta' spejjeż xierqa, li jistgħu jintuzaw bħala bażi ta' l-eżerċizzji ta' iffissar tal-livelli fil-futur (33). Dawn l-objettivi huma rilevanti u essenzjali fil-perspettiva ta' tmexxija effiċjenti tal-proġetti fl-UE kollha. |
42. |
Madanakollu, il-parti l-kbira ta' dawn l-objettivi ma ġewx milħuqa mill-evalwazzjoni ex-post. Ir-Rapport ta' Sinteżi jirrikonoxxi dan u jagħti spjegazzjoni li l-maniġers tal-proġett sabuha kważi impossibli li jiddeterminaw il-partijiet komponenti individwali tal-proġetti u sussegwentament ma setgħux jikkalkolaw l-ispejjeż għal kull unità (34). Dikjarazzjoni daqshekk ġenerali timplika li l-informazzjoni disponibbli fuq proġetti kbar iffinanzjati mill-FS tant mhix affidabbli li tagħmilha impossibbli li dan l-objettiv fit-ToR jintlaħaq. Bħala minimu kellu jkun possibli li jiġu stabbiliti spejjeż komparabbli għar-riżultati tipiċi, per eżempju l-ispejjeż għal kull metru kwadru ta' bini ta' fabbrika, jew l-ispejjeż għal kull kilometru ta' bini ta' triq. |
43. |
Ċerti riżultati parzjali huma ppreżentati fi tliet tabelli li jittrattaw mal-kostruzzjoni ta' toroq fl-Istati Membri, proġetti ambjentali fi Spanja u spejjez għal kull impjieg maħluq fil-qafas ta' proġetti industrijali (35). Madanakollu, dawn ir-riżultati bil-kemm kienu evalwati jew analizzati, per eżempju dawn ir-riżultati ttieħdu in konsiderazzjoni biex jiġi kkalkolat l-impatt ta' spejjeż ta' xogħol different u fil-karatteristiċi ġeografiċi partikolari, per eżempju fil-kostruzzjoni ta' toroq. |
44. |
Ir-Rapport ta' Sinteżi wasal għal konklużjonijiet solidi dwar iż-żmien ta' implimentazzjoni tal-proġetti u l-osservanza tal-limiti tal-baġit. L-ewwel nett, li terz biss minn sittin proġett eżaminati kienu ikkompletati fl-iskadenza oriġinarjament ippjanata, b'aktar minn terz tlestew sena tard. It-tieni nett, madwar żewġ terzi tal-proġetti eżaminati qabżu l-baġit inizjalment allokat, b'20 % minnhom ġew jiswew 30 % aktar minn dak li kien ippjanat oriġinarjament. Madanakollu, l-analiżi hija limitata għal ftit osservazzjonijiet ġenerali, li tipprovdi ftit jew ebda evalwazzjoni tal-kwalità tat-tmexxija mill-benefiċjarji finali kif meħtieġ fit-ToRs (36). Barra dan, l-effiċjenza relattiva tas-Sħab Pubbliċi u Privati u tal-proċeduri ta' xogħol bl-appalt utiliżżati ma kienux evalwati. |
Evalwazzjoni ta' l-impatt tal-FS
45. |
Ir-Rapport ta' Sinteżi jafferma li l-għan primarju tal-Fondi Strutturali huwa li jinfluwenza l-provvista potenzjali fuq terminu ta' żmien twil ta' l-ekonomija (37). Dawn l-effetti fuq il-provvista joperaw permezz ta' numru ta' mezzi li huma ddisinjati biex: (a) Iżidu l-investiment sabiex itejbu l-infrastrutturi fiżiċi bl-għan li jikkontribbwixxu għall-attività produttiva tas-settur privat; (b) Iżidu l-kapital uman permezz ta' investiment fit-taħriġ bil-għan li jikkontribwixxi għall-attività produttiva fis-settur privat, u (ċ) jidderieġu l-assistenza finanzjarja pubblika lejn is-settur privat bil-għan li jqanqlu l-investiment, għaldaqstant iżidu l-fattur ta' produttività u jnaqqsu l-ispejjeż settorali tal-produzzjoni u tal-kapital (38). |
46. |
Ir-Rapport ikompli billi jiddiskuti fuq l-importanza ta' dawk li huma msemmija ċirkostanzi esterni pożittivi, jiġifieri, kundizzjonijiet fejn ditti privati jibbenefikaw mill-użu ta' fattturi ta' produzzjoni addizzjonali mingħajr ma jġarrbu l-ebda spejjeż, b'hekk dawn itejbu l-produttività u l-kompetittività fl-ispejjeż ta' l-ekonomija. Dawn il-konsiderazzjonijiet huma rilevanti f'evalwazzjoni ex-post. Madanakollu, il-kofinanzjament tas-settur privat kien eskluż mill-analiżi minħabba inċertezzi dwar mekkaniżmi li jwasslu għalih (39). Dan l-approċċ limitat iwassal għal dikjarazzjoni sostanzjalment baxxa ta' l-impatt ta' ċertu nfiq fil-Fondi Strutturali billi jeskludi wieħed mill-effetti prinċipali ta' terminu ta' żmien twil tal-provvista. Dimostrazzjoni ċara ta' dan huwa l-eżempju miġjub fir-Rapport ta' Sinteżi (40) ta' kumpanija ta' żvilupp li l-infiq kofinanzjat tagħha ħajjar investimenti privati addizzjonali sinifikanti. Minflok jiffoka fuq l-impatt l-aktar evidenti tan-nefqa tal-Fondi Strutturali fuq l-investiment tas-settur privat, l-istudju jikkonċentra fuq li jipprova jevalwa l-imsemmija ċirkostanzi esterni, bl-użu ta' tekniki ta' stima kemmxejn limitati minħabba n-nuqqas ta' studji li jipprovdu miżuri ta' elastiċità li huma rilevanti għar-reġjuni li qed jiġu kkunsidrati. |
47. |
Mudell makro ekonomiku bbażat fuq il-mudell HERMIN kien applikat għal erba' pajjiżi Membri (il-Greċja, l-Irlanda, il-Portugall u Spanja) (41) kif ukoll għar-reġjuni tal-Lander Ġermaniż il-ġdid u tat-Tramuntata ta' l-Irlanda (42), biex jiġi stmat l-impatt tal-Fondi Struttural fuq il-koeżjoni ekonomika u soċjali. Dan l-approċċ kien intiż biex ikejjel l-impatt tal-programmi ta' l-Objettiv 1 fit-termini ta' l-effetti fuq il-PGD u l-impjiegi. |
48. |
Xenarju alternattiv ta' evalwazzjoni jista' jkun l-użu ta' dejta mikroekonomika minn proġetti biex jiġi stabbilit l-impatt totali jew aggregat tal-fondi strutturali fuq bażi ta' reġjun jew pajjiż. Madanakollu, minkejja r-rekwiżiti biex tintuża dejta standarizzata fir-reġjuni kollha ta' l-Objettiv 1, hemm diffikultajiet biex tiġi miġbura dejta mikroekonomika. Dan jirriżulta f'tentattivi biex jitkejlu l-impatti minn mudelli makroekonomiċi biss, li jagħti lok għal ħafna restrizzjonijiet u suppożizzjonijiet li, minħabba r-raġunijiet imsemmija hawn taħt, jistgħu jillimitaw l-evalwazzjoni b'mod sinifikanti, b'hekk jillimitaw l-implikazzjonijiet tal-politika li jistgħu jirriżultaw. |
49. |
Id-diffikultajiet prinċipali identifikati bl-applikazzjoni speċifika tal-mudell makro ekonomiku HERMIN użat fl-evalwazzjoni ex-post eżaminata huma s-segwenti:
|
50. |
Għaldaqstant il-mudell HERMIN, bil-mod kif ġie applikat, jidher li ma kienx adattat għall-kompitu ta' stima ta' l-effetti ta' l-inverventi tal-FS fir-reġjuni ta' l-Objettiv 1. |
51. |
Il-Qorti analizzat ir-riżultati tas-simulazzjonijiet HERMIN dwar bidliet fir-rata ta' qgħad, ma' sett ta' ipoteżi definiti minn qabel (46). Ir-riżultati ta' din l-analiżi huma murija fl- Anness IV . Ir-riżultati juru varjazzjonijiet sinifikanti dwar il-qgħad minn dawk disponibbli minn sorsi oħrajn. |
52. |
Fl-aħħarnett, f'ħafna każijiet, il-grad sa fejn l-objettivi intermedjarji ġew milħuqa ma kienx evalwat. |
53. |
Fir-rigward ta' l-objettiv strateġiku ta' konverġenza, l-unika referenza fir-Rapport ta' Sinteżi huwa li l-konverġenza ġenerali bejn l-Istati Membri qed tagħmel progress imma dan mhux qed iseħħ bl-istess mod bejn ir-reġjuni madwar l-Ewropa. Jekk il-konverġenza hija riżultat tal-Fondi Strutturali huwa punt dibattibli (47). |
Evalwazzjoni tas-sistemi tat-tmexxija
54. |
L-arranġamenti tat-tmexxija u ta' l-implimentazzjoni adottati għall-programmi ta' l-Objettiv 1 għandhom rwol kruċjali fil-kontribuzzjoni għall-effettività, l-effiċjenza u l-impatt tal-Fondi Strutturali. Dan l-aspett kien indirizzat kemm fit-ToR kif ukoll fil-Gwida Metodoloġika, u ġie wkoll ikkunsidrat fl-evalwazzjonijiet nazzjonali (48). Ir-rapporti nazzjonali ta' evalwazzjoni ddeskrivew l-impatt fuq is-sistemi tat-tmexxija, iżda identifikaw ukoll sitwazzjonijiet fejn l-effetti fuq is-sistemi tat-tmexxija setgħu inħassu aktar. |
55. |
L-importanza ta' dan is-suġġett hija rikonoxxuta wkoll fir-Rapport ta' Sinteżi, u fis-sezzjoni tar-rakkomandazzjonijiet (49), fejn mhux inqas minn 13 minn 19-il rakkomandazzjoni għandhom x'jaqsmu ma' kwistjonijiet ta' tmexxija. |
56. |
Ir-Rapport ta' Sinteżi jagħti informazzjoni rilevanti dwar it-tmexxija tal-Fondi Struttturali ta' l-UE u jirreferi għal diversi konklużjonijiet ta' l-Evalwazzjoni Tematika tal-Prinċipju ta' Sħubija li twettqet fl-1999. Dan jipprovdi għall-kontinwità fl-evalwazzjoni u jagħti ċerta evidenza favur jew kontra l-osservazzjonijiet li saru fl-istudju preċedenti. Madanakollu, f'numru ta' oqsma, il-konklużjonijiet tar-Rapport ta' Sinteżi huma f'kunflitt ma' l-Evalwazzjoni Tematika. |
57. |
Ir-Rapport ta' Sinteżi jagħti sommarju tad-daqs medju tas-sħubija tal-Kumitati ta' Monitoraġġ (MCs) skond l-Istati Membri. Il-medja ġenerali kienet ta' 44 membru, iżda kien hemm varjazzjoni wiesgħa minn 15 għal 85. Ir-Rapport ikkonkluda li l-livell għoli ta' sħubija kien ikkunsidrat bħala diffikultà prinċipali għall-effiċjenza tal-Kumitati ta' Monitoraġġ, u dan kien komuni fl-Istati Membri kollha (50). B'kuntrast, l-istudju tematiku kkonkluda li ma kien hemm ebda evidenza li tindika nuqqas fl-effiċjenza minħabba numru kbir ta' membri. Minħabba d-differenzi sinifikanti fil-konklużjonijiet tar-rapporti differenti fuq dan l-aspett, kien ikun xieraq li dan l-aspett jiġi analizzat aktar fil-fond fil-Rapport ta' Sinteżi, u li jiġu fformulati rakkomandazzjonijiet aktar konkreti għall-futur. |
58. |
Qasam ieħor li kien marbut ma' l-Evalwazzjoni Tematika jikkonċerna l-ġestjoni ta' fondi differenti. Iż-żewġ evalwazzjonijiet ikkonkludew li l-fondi operaw skond prinċipji differenti u kienu soġġetti għal rekwiżiti finanazjarji differenti u kien dan li illimita s-sinerġija bejn il-fondi. Din l-osservazzjoni importanti tirrifletti opinjoni diġà espressa mill-Qorti (51) u tenfasizza n-neċessità ta' impenn għal sinerġija akbar bejn il-fondi. |
59. |
L-evalwazzjoni ta' l-effiċjenza tas-sistemi tat-tmexxija ġenerali tippreżenta wkoll ċerti nuqqasijiet. Ir-Rapport ta' Sinteżi jgħid li s-sistemi ta' ġestjoni kienu kkunsidrati bħala adegwati mill-evalwazzjonijiet nazzjonali f'inqas min-nofs ta' l-Istati Membri eliġibbli. Dan huwa riżultat importanti u evalwazzjoni dettaljata, kemm tal-każijiet ta' suċċess kif ukoll tan-nuqqasijiet identifikati setgħet tkun mistennija. Għalkemm ċerti kwistjonijiet imqajma ġew żviluppati, hemm nuqqas ġenerali ta' ċarezza dwar dak li nstab realment. |
60. |
L-Evalwazzjoni Tematika tal-Prinċipju ta' Sħubija b'relazzjoni mal-Fondi Strutturali (1999) sabet li dan il-prinċipju jipprovdi numru ta' vantaġġi pożittivi għall-implimentazzjoni tal-Fondi Strutturali (52). Ir-Rapport ta' Sintezi jgħid li b'mod ġenerali, dawn il-vantaġġi kienu rikonoxxuti wkoll mill-Istati Membri involuti fl-implimentazzjoni tal-programm ta' l-Objettiv 1994-1999, u li x-xogħol ta' sħubija orizzontali kien stmat bħala wieħed mill-aspetti ta' valur addizzjonali ta' l-ipprogrammar Ewropew (53). Dan huwa riżultat rilevanti, u għalkemm ċerti punti importanti ta' diversi każijiet huma ppreżentati, inklużi kummenti qosra fuq esperjenzi negattivi jew diffikultajiet li ltaqgħu magħhom, id-diskussjoni setgħet kienet aktar diretta billi turi titjib li jista' jsir, bbażat fuq l-esperjenzi msemmija, bi ħsieb li tagħmel il-prinċipju ta' sħubija aktar effettiv. |
61. |
Il-proċess ta' applikazzjoni u ta' selezzjoni tal-proġett huwa identifikat bħala wieħed miż-żewġ proċessi l-aktar imsemmija li jikkawżaw problemi amministrattivi. Numru ta' eżempji huma mogħtija, li jindikaw nuqqas ta' ċarezza fil-proċeduri u bżonn urġenti għall-Kummissjoni biex tistabbilixxi livell ta' l-aħjar prattika. Tabella hija provduta li tagħti d-dewmien tal-proċess ta' selezzjoni tal-proġett skond il-pajjiż, għalkemm l-ebda dejta ma hija mogħtija għal tliet Stati Membri. It-tul tal-proċess għall-bqija ta' l-Istati Membri jvarja minn xaharejn għal disa' xhur b'medja ta' ħames xhur. L-evidenza provduta timplika li għad baqa xogħol xi jsir sabiex jiġi integrat il-proċess ta' applikazzjoni. F'dan il-kuntest, ma saret l-ebda analiżi fil-fond dwar il-meriti u/jew l-effettività rispettivi ta' l-għażla bejn il-proċess kompettiv u l-proċess ta' queuing. |
62. |
Għandha tingħata konsiderazzjoni wkoll lill-proċessi ta' monitoraġġ u kontroll. Ir-Rapport ta' Sinteżi jsostni li s-sistemi ta' kontroll finanzjarju ħadmu relattivament tajjeb fl-Istati Membri ta' l-Objettiv 1 1994-1999, għalkemm kellhom isiru ċerti aġġustamenti biex jakkomodaw ir-Regolament Finanzjarju l-ġdid fl-1997. Fil-maġġoranza ta' l-Istati Membri, is-sistemi ta' kontroll finanzjarju kienu jidhru tajbin għall-għan tagħhom u kienu jaħdmu relattivament b'mod effiċjenti. B'mod ġenerali, il-kontroll finanzjarju jidher li kien affidabbli u kien josserva r-regola ta' 5 % (54). Dan ir-riżultat ma jaqbilx mal-varji rapporti tal-Qorti (55) li jindikaw li l-programm 1994-1999 tal-Fondi Strutturali kien milqut minn nuqqasijiet sinifikanti fil-kontroll finanzjarju. |
63. |
L-element l-ieħor tal-proċess ta' monitoraġġ li jagħti lok għal problemi amministrattivi jikkonċerna s-sistemi ta' monitoraġġ u ta' evalwazzjoni mhux finanzjarji. Il-monitoraġġ huwa soġġett għal kritika iebsa. Ir-Rapport ta' Sinteżi jikkonkludi li l-monitoraġġ baqa' nuqqas prinċipali minkejja l-enfasi fuq l-iżvilupp tar-rwol tiegħu sa mill-ewwel perijodu ta' programmar. Id-dejta disponibbli hija fragmentata, inkonsistenti, iffokata żżejjed fuq il-prodotti fiżiċi u l-affidabilità ħafna drabi dubjuża (56). Huwa jgħid ukoll: Fl-Istati Membri kollha, kien hemm nuqqas ta' kwantifikazzjoni ta' l-objettivi definiti fil-bidu tal-programm (57). Mill-għaxar Stati Membri mniżżla, sebgħa huma kklassifikati li għandhom livell fqir ta' kwantifikazzjoni, wieħed bħala varjabbli u tnejn bħala adegwati biss fil-bidu tal-programm. Sommarji qosra huma mogħtija għal kull Stat Membru. Madanakollu, l-ebda informazzjoni oħra m'hija mogħtija. |
64. |
Kien jindika wkoll li s-sistemi kompjuterizzati stabbiliti għall-monitoraġġ tal-programm 1994-1999 kienu frekwentament ikkritikati minħabba n-nuqqas ta' integrazzjoni tul il-programmi u bejn il-fondi. Dan kellu impatt fuq il-kapaċità ta' l-awtoritajiet ta' tmexxija biex jiksbu idea ġenerali tal-progress fil-programmi, kif ukoll joħloq problema għal evalwazzjonijiet futuri (58). Dawn is-sejbiet għandhom ukoll jixħtu dubju dwar il-validità tal-konklużjoni li saret qabel fir-Rapport li l-ġestjoni finanazjarja tal-programm ħadmet tajjeb jekk l-informazzjoni ta' monitoraġġ, li hija ta' importanza kbira fil-proċess ta' ġestjoni, kienet meqjusa li kienet fragmentata, inkonsistenti u ta' affidabbilità dubjuża (56). |
65. |
Ir-Rapport ta' Sinteżi jipprovdi wkoll ċerti kummenti qosra dwar l-“evalwazzjonijiet interni (59)”. Dan jgħid li: Dawn l-evalwazzjonijiet interni kienu mwettqa mill-ministeri jew mill-awtoritajiet reġjonali, bl-assistenza minn universitajiet u aġenziji esterni. Il-grad sa fejn saret l-evalwazzjonijiet jista', forsi jkun sorprendenti fid-dawl tan-nuqqasijiet tas-sistemi ta' monitoraġġ. Din forsi tirrifletti r-rekwiżit biex issir l-attività ta' l-evalwazzjoni, għalkemm ir-riżulati ħafna drabi għenu l-ġestjoni tal-programm (60). Bi ħsieb ta' din id-dikjarazzjoni, jidher li kien ikun utli aktar li jkun hemm fokus akbar fuq dawn l-evalwazzjonijiet interni, u l-bini jsir fuq ir-riżultati miksuba mill-ministeri rilevanti jew awtoritajiet reġjonali. B'kuntrast, ir-Rapport ta' Sinteżi jagħti biss ċerti osservazzjonijiet ġenerali b'rilevanza limitata għall-evalwazzjoni ex-post ġenerali. |
66. |
Fir-rigward tal-perijodu ta' programmar 2000-2006, ir-Rapport ta' Sinteżi jinnota li saru sforzi biex tiġi indirizzata l-problema tal-monitoraġġ mġarrba matul il-perijodu 1994-1999 (61). |
Kemm huwa tajjeb il-qafas għall-evalwazzjoni
It-Termini ta' Referenza
67. |
Fid-dawl tad-diversi problemi identifikati mill-analiżi tar-Rapport ta' Sinteżi, huwa neċessarju li tingħata attenzjoni partikolari għat-termini ta' referenza oriġinali. Dawn, flimkien mar-rapport ta' bidu u l-Gwida Metodoloġika, kienu milquta minn ċerti nuqqasijiet. B'mod partikolari:
|
68. |
Barra dan, it-tisħiħ tal-koeżjoni ekonomika u soċjali fl-UE u l-konverġenza ta' l-Istati Membri inqas żviluppati ma kinux mogħtija biżżejjed prijorità fit-ToR anke jekk dawn huma fost l-objettivi prinċipali tal-miżuri strutturali. Ir-rapport ta' bidu kien jinkludi ċerti mistoqsijiet dwar il-mudelli ta' żvilupp użati, id-diffikultajiet fuq it-tkabbir li jridu jiġu indirizzati u l-mezzi li permezz tagħhom jista' jkun mistenni impatt fuq l-ekonomija reġjonali (68). Madanakollu, l-evalwazzjoni ex-post kellha idealment tinkludi studji empriċi dwar il-konverġenza bejn ir-reġjuni u t-tnaqqis ta' differenzi riżultat ta' fatturi bħall-investiment fl-infrastruttura, żviluppi fis-sistema ta' l-edukazzjoni u tisħiħ tal-kapaċitajiet fir-rigward tar-Riċerka u l-Iżvilupp. |
69. |
Barra dan, bħala objettiv ta' evalwazzjoni, kien ikun xieraq li jiġu identifikati u analizzati studji ta' każijiet speċifiċi li jirrappreżentaw punti ta' referenza għall-politiki ta' żvilupp reġjonali, per eżempju, fil-qasam tar-raggruppament u t-tkabbir ta' attivitajiet ċentrali. |
70. |
Fil-bidu ta' l-eżerċizzju ta' evalwazzjoni, il-kwistjoni ta' kemm hija xierqa l-istrateġija kienet indirizzata permezz ta' lista ta' kwistjonijiet u mistoqsijiet. Madanakollu, il-linji gwida għall-evalwazzjoni provduti mit-ToR (69) u mill-Gwida ta' Metodoloġija ma kinux suffiċjentament preċiżi jew konkreti. |
Kemm hija tajba s-superviżjoni mill-Kummissjoni
71. |
Il-kuntratt (ġenerali) bejn il-Kummissjoni u l-konsulenti magħżula biex iwettqu l-evalwazzjoni kien jistipula li l-assistenza teknika ma' l-evalwazzjoni kellha tkun provduta taħt ir-responsabbilità u s-superviżjoni ta' l-uffiċjali tal-Kummissjoni. Il-kwalità ta' l-evalwazzjoni kellha tkun evalwata mill-Kummissjoni fuq il-bażi tal-kriterji żviluppati skond il-programm MEANS. |
72. |
Il-grupp ta' tmexxija ippresedut mid-DĠ REGIO li kien jinkludi rappreżentanti ta' Direttorati Ġenerali oħra, kien involut fil-preparazzjoni ta' l-abbozz tat-ToR, fl-approvazzjoni tal-metodoloġija u l-pjan ta' xogħol dettaljat (fir-rapport ta' bidu) u fl-eżaminazzjoni tar-rapporti nazzjonali u r-Rapport ta' Sinteżi. Grupp ta' erba' esperti kien maħtur biex jassisti u l-objettiv prinċipali tagħhom kien li jassiguraw li jitwettqu evalwazzjonijiet ta' kwalità għolja. Madanakollu, l-intervent tagħhom kien tard wisq għalhekk is-sistema ma setgħax tagħti titjib sinifikanti fil-kwalità ta' l-evalwazzjoni. |
73. |
Il-programm ta' xogħol miftehem kuntrattwalment li kellu jsir ma kienx osservat. Il-preżentazzjoni tar-rapporti differenti kienet imdewma, bir-riżultat li r-Rapport ta' Sinteżi finali u r-rapporti nazzjonali ma kinux ippreżentati lill-Kummissjoni fl-iskadenza ta' żmien ippjanata ta' tnax-il xahar, jiġifieri sat-12 ta' Novembru 2002. Dawn kienu ppreżentati biss f'April 2003 u kienu ppubblikati f'Mejju 2003. Jidher li l-iskeda ta' żmien kienet riġida żżejjed mill-bidu u ma kinitx tinkludi biżżejjed ħin ta' reserva biex jiġu trattati n-numru relattivament kbir ta' tibdil/emendi għar-rapporti mitluba mill-esperti u r-rappreżentanti mill-Grupp ta' Tmexxija. Din għandha konsegewenzi importanti għal evalwazzjonijiet ex-post futuri. |
74. |
It-ToR (67) talbu l-analiżi ta' żewġ temi speċifiċi mill-Istati Membri u lista ta' dawk it-temi kienet proposta. Madanakollu, l-ebda rapport nazzjonali ta' evalwazzjoni ma kien jinkludi fokus speċifiku fuq dan l-aspett. Għalkemm xi drabi kapitoli individwali jagħtu statistiċi jew analiżi parzjali ta' dawn it-temi, dawn ma kinux soġġetti għal riċerka speċifika, kif kien meħtieġ mit-ToR. |
75. |
Bħala konklużjoni ġenerali, is-superviżjoni tal-proċess ta' l-evalwazzjoni, mill-Kummissjoni, teħtieġ li titjieb. B'mod partikolari, minħabba li n-nuqqas ta' dejta u indikaturi ta' prestazzjoni affidabbli, u ta' objettivi preċiżi kienu previsti mill-bidu, il-Kummissjoni imissa assigurat li jittieħdu miżuri xierqa biex tkun indirizzata din id-diffikultà kritika. Barra dan, meta wieħed jikkunsidra l-iskema ta' żmien riġida u d-diffikultajiet inerenti, l-evalwazzjoni kellha tkun ikkonċentrata fuq elementi essenzjali aktar milli tipprova tagħmel evalwazzjoni daqshekk ġenerali tal-perijodu ta' programmar. |
Relevanza ta' rakkomandazzjonijiet ta' l-evalwazzjoni għall-perijodi ta' programmar futuri
76. |
Minħabba l-problemi identifikati fis-sezzjonijiet preċedenti ta' dan ir-rapport, il-kapaċità tal-proċess ta' l-evalwazzjoni ex-post li jipproduċi rakkommandazzjonijiet tajbin kienet limitata. Filwaqt li l-proċess ipproduċa ftit rakkomandazzjonijiet dwar il-kontenut tal-programm, huwa wassal għal numru ta' suġġerimenti rilevanti u sensibbli dwar il-mod kif għandha tittejjeb il-ġestjoni tal-FS u l-implimentazzjoni tagħhom (70). |
77. |
Ir-Rapport jirrikmanda li r-rwol tal-Kumitati ta' Monitoraġġ għandu jiġi orjentat lejn wieħed ta' direzzjoni strateġika aktar milli fuq kwistjonijiet ta' ġestjoni finanzjarja (71). Madanakollu, il-kumitati ta' monitoraġġ għandhom ikunu kapaċi li jwettqu ż-żewġ funzjonijiet, kif meħtieġ mir-regolamenti. |
78. |
L-evalwazzjonijiet wasslu għal rakkomandazzjonijiet għall-perijodu ta' programmar 2000-2006 li prinċipalment jindirizzaw il-kwistjonijiet tas-sistemi ta' tmexxija. Firxa wiesgħa ta' temi hija koperta u dawn ġeneralment huma adattati tajjeb għas-sitwazzjoni speċifika tal-pajjiż ikkonċernat. |
79. |
Fir-rigward tal-programmi 2000-2006, it-tagħlim prinċipali li għandu jittieħed mill-evalwazzjoni ex-post tal-perijodu preċedenti jikkonċernaw l-implimentazzjoni, b'mod partikolari b'referenza għax-xogħol ta' studju ta' każijiet li twettaq bi ħsieb ta' evalwazzjoni ta' l-effettività u l-effiċjenza ta' l-operat tal-Fondi Strutturali. |
80. |
Ir-rakkomandazzjonijiet proposti fir-Rapport ta' Sinteżi li jikkonċernaw il-perijodu ta' wara l-2006, huma kemmxejn limitati u ta' natura ġenerali. Madanakollu, xorta huma rilevanti u, għaldaqstant, utli. Per eżempju jingħad li għandu jsir aktar użu minn evalwazzjonijiet indipendenti u li għadhom għaddejjin, li jipprovdu kontribuzzjoni esterna oġġettiva (72). Filwaqt li din hija rakkomandazzjoni tajba, din kienet tkun aktar ta' benefiċċju kieku kienet adottata qabel ma ġie imniedi l-eżerċizzju ta' l-evalwazzjoni ex-post li qed jiġi eżaminat. |
EVALWAZZJONI EX-POST TA' AZZJONIJIET TA' L-FSE (TAĦT L-OBJETTIVI 1 U 3) MID-DĠ IMPJIEGI
81. |
Flimkien ma' l-evalwazzjoni tar-reġjuni ta' l-Objettiv 1, taħt id-direzzjoni tad-DĠ REGIO, twettaq eżerċizzju ta' evalwazzjoni ieħor, f'dan il-każ taħt id-direzzjoni tad-DĠ Impjiegi, biex tkopri interventi ta' l-FSE taħt l-Objettivi 1, 3 u 4 u l-Inizjattivi tal-Komunità, Impjiegi u Adattament. It-ToR għall-evalwazzjoni msemmija l-aħħar antiċipaaw l-utilizzazzjoni tar-riżultati miksuba mill-evalwazzjoni tar-reġjuni ta' l-Objettiv 1. Madanakollu, minkejja arranġamenti organizzazzittivi maħsuba biex jiffaċilitaw koordinazzjoni effettiva bejn iż-żewġ evalwazzjonijiet, hemm ftit evidenza li dan kien miksub fil-prattika. Kaxxa 2Konklużjonijiet ġenerali ta' l-Evalwazzjoni mid-DĠ Imjiegi:L-evalwazzjoni mmirat li tevalwa l-impatt ta' l-operat tal-FSE fl-Istati Membri, fil-livell ta' l-individwi u tas-sistemi. Din fitxet ukoll li tanalizza l-impatt u l-effettività ta' l-azzjoni tal-Komunità fuq problemi strutturali speċifiċi u biex tikkonstata l-valur miżjud tal-Komunità. Fil-metodoloġija adottata biex tindirizza dawn l-objettivi, il-persuni li għamlu l-evalwazzjoni kienu mitluba, fost l-oħrajn, biex jindikaw jekk il-każijiet li kienu mitluba biex jevalwaw jipprovdux sostenn jew kinux jikkontradixxu numru ta' ipoteżi.Ir-rapport identifika numru ta' punti tajbin li jistgħu jiġu mqasra kif ġej: Ħafna mill-finanzjament tal-FSE kien immirat lejn il persuni li kien ilhom għal żmien twil qiegħda li kien meqjus xieraq minħabba li dan il-fenominu kien wieħed persistenti. It-titjib tal-pożizzjoni tas-suq tax-xogħol għall-benefiċjarji kien proporzjonati mar-riżorsi investiti. F'diversi Pajjiżi kien hemm titjib kbir fis-servizzi ta' l-impjieg u fid-dispożizzjonijiet edukattivi u ta' taħriġ. Ir-riżorsi użati ppermettew it-tisħiħ ta' ċerti prijoritajiet politiċi, bħall-opportunitajiet ugwali, l-adattazzjoni ta' dawk li jistgħu jaħdmu u l-mira fuq persuni b'diżabilità. Permezz tal-FSE, l-imsieħba soċjali u l-awtoritajiet reġjonali kienu nvoluti aktar. Il-fondi kkontribwew għat-titjib tal-kapaċitajiet biex jiġu mmexxija u implimentati interventi fis-suq ta' xogħol fil-livelli kollha;Iżda, ir-rapport identifika wkoll numru ta' nuqqasijiet: L-allokazzjoni kienet l-parti kbira mħeġġa mid-disponibbilità tar-riżorsi aktar milli mill-politika u saret in parallela u separata mid-dibattiti tal-politiki rilevanti. L-interventi kienu l-parti l-kbira kkonċentrati fuq it-taħriġ u prinċipalment allokati lil dawk li jipprovdu s-servizzi, li meta meħud waħdu, mhux il-mezz l-aktar effettiv biex tingħata għajnuna lil dawk bla impjieg għal żmien twil u, konsegwentement, huwa probabbli li kien hemm livell għoli ta' deadweight assoċjat ma' l-intervent. Fl-aħħarnett, l-arranġamenti amministrattivi kienu meqjusa bħala kumplessi filwaqt li l-arranġamenti ta' l-evalwazzjoni kienu dgħajfa u mhux strutturati. |
L-istima tal-Qorti tal-kwalità ta' l-evalwazzjoni
Eżami tan-nuqqasijiet fid-dejta u fl-analiżi
82. |
Ħafna drabi l-influwenza ta' l-interventi tal-FSE tieħu l-forma ta' kontribuzzjoni jew ta' effett potenzjali li huwa intanġibbli u, għaldaqstant, mhux faċli li jiġi kwantifikat (73). Minkejja din il-problema intrinsika, l-objettiv primarju ta' eżerċizzju ta' evalwazzjoni għandu jibqa' dak li jevalwa l-impatt u, flimkien ma' dan, il-kwistjoni ta' l-effettività u l-effiċjenza wkoll. Dan huwa dak li l-eżerċizzju ta' evalwazzjoni ex-post kien meħtieġ li jagħmel. |
83. |
Billi jfittex li janalizza l-impatt ta' l-interventi tal-FSE, ir-Rapport ta' Sinteżi jipprovdi stimi tan-numru ta' benefiċjarji tal-FSE għal kull pajjiż u għal kull objettiv (74). Biex tikkumplimenta r-rapporti ta' evalwazzjoni nazzjonali, l-evalwazzjoni ex-post pruvat ukoll tagħti evidenza għal numru ta' ipoteżi stabbiliti minn qabel (75). Dawn il-konsiderazzjonijiet huma diskussi fil-paragrafi li ġejjin. |
84. |
Wieħed mir-rekwiżiti l-aktar bażiċi ta' l-evalwazzjoni ex-post ta' l-operat tal-FSE huwa dwar in-numru ta' benefiċjarji tal-programm matul il-perijodu 1994-1999. Ir-rapport fih tabella li tistma n-numru ta' benefiċjarji bħala 52 miljun. Madanakollu, in-noti addizzjonali relatati ma' din it-tabella joħolqu dubji serji fuq il-figuri ppreżentati (76). L-inċertezza dwar il-preċiżjoni tad-dejta tnaqqas il-mertu ta' ċerti osservazzjonijiet utli u rilevanti li jirriżultaw f'partijiet oħra ta' l-evalwazzjoni. |
85. |
Ir-Rapport ta' Sinteżi (75) jipprovdi stimi ta' l-impatti ta' l-interventi tal-FSE fuq individwi. Din l-informazzjoni hija potenzjalment importanti f'numri ta' aspetti, inklużi l-kalkolu ta' spejjeż għal kull unità ta' programmi u stimi ta' benefiċjarji li għadhom jaħdmu wara 12-il xahar. Madanakollu, hemm fatturi li jillimitaw serjament l-utilità ta' l-informazzjoni, b'mod speċjali n-nuqqas ta' spjegazzjoni dwar kif id-dejta ġiet miksuba. Ir-rapport jgħid sempliċiment li l-analiżi applikati biex jiġu stabbiliti dawn l-istimi kienu provduti minn każijiet individwali eżaminati u r-reċensjoni tal-letteratura (74). Tali dikjarazzjoni ma tistax tiġi kkunsidrata bħala suffiċjenti u informazzjoni aktar dettaljata dwar kif ġew iddeterminati l-estimi varji hija neċessarja biex wieħed ikun jista' jifhem aħjar l-applikabilità ta' dawn in-numri, bħall-istandards ta' l-ispejjeż għal kull unità u r-rata ta' suċċess tal-programmi. |
86. |
Aspett ieħor mhux sodisfaċjenti huwa l-analiżi li takkumpanja d-dejta. Hemm nuqqas ta' qbil bejn dak li jintqal fl-evalwazzjoni u d-dejta li tidher fit-tabella mehmuża ma' l-evalwazzjoni. Per eżempju, it-test jgħid li b'mod ġenerali, l-ispejjeż għal kull unità kienu inqas għal persuni u ż-żgħażagħ qgħeda, madwar 6 000 euro għal kull ħaddiem impjegat, u konsiderevolment għola u diversi għall-persuni b'diżabilità u għall-persuni qgħeda għal żmien twil (74). Iżda t-tabella tindika li l-ispejjeż għal kull unità għat-taħriġ ta' persuni qgħeda bħala l-għola (6 000 euro) u l-integrazzjoni tal-persuni b'diżabilità bħala waħda fost dawk l-aktar baxxi (4 000 euro). Barra dan, hija prattika komuni li wieħed jagħti l-firxa tal-varjazzjoni meta jkun hemm dik li hija msejjħa “varjazzjoni wiesgħa” bejn u fil-programmi. L-analiżi f'din is-sezzjoni għandha valur limitat għax isserraħ iżżejjed fuq it-tnaqqis ta' l-evalwazzjoni għal numru wieħed aktar milli tiddefinixxi firxa rilevanti tal-valuri u tipprovdi analiżi aktar komprensiva ta' dawn il-gradi misjuba fid-diversi każijiet eżaminati. |
87. |
Dan in-nuqqas ta' qbil bejn il-kummentarju u l-figuri mogħtija jidher f'partijiet oħra tal-Kapitolu 3 (ara kaxxa 3 għal xi eżempji). Kaxxa 3Per eżempju, intqal li n-nefqa ta' l-FSE per capita kienet l-ogħla fl-Irlanda, fil-Portugall u fil-Greċja (kollha pajjiżi ta' l-Objettiv 1) u fi Spanja (1). Madanakollu t-Tabella 3.1 tagħti nefqa ta' l-FSE per capita kull sena għall-Portugall ta' 2 086 euro u għall-Ġermanja ta' 405 euro, waqt li għall-Irlanda hija mogħtija bħala 12-il euro u għall-Greċja bħala 17-il euro. B'mod ċar, il-figuri fit-Tabella ma jaqblux mad-diskussjoni fit-test. Aktar sinifikanti hija d-dikjarazzjoni li n-nefqa ta' l-FSE fuq l-edukazzjoni relattiva man-nefqa nazzjonali fil-pajjiżi kollha kienet inqas min-nefqa għall-ALMP u li l-ogħla fil-Greċja u l-Portugall (2). Madanakollu, f'Tabella 3.1, il-Greċja hija klassifikata li m'għandha l-ebda nefqa ta' l-FSE fil-kolonna rilevanti li turi n-nefqa ta' l-FSE fuq l-edukazzjoni relattiva man-nefqa nazzjonali.Per eżempju fil-paragrafu 3.2.3 (3) intqal li n-nefqa nazzjonali fuq it-taħriġ tas-suq tax-xogħol bħala proporzjon tal-PGD kienet tvarja bejn 0,2 % fil-Lussemburgu għal 0,58 % fl-Iżvezja (4). Iżda fit-tabella 3.3, in-nefqa fuq it-taħriġ fid-Danimarka hija murija bħala 0,94 % tal-PGD, kważi d-doppju ta' dik ta' l-Iżvezja. Bħala eżempju ieħor, wieħed jista' jikkunsidra l-paragrafu 3.2.6 (5), li jitratta dwar in-nefqa għall-integrazzjoni tad-diżabbli. Fit-test, wieħed isib id-dikjarazzjoni li l-FSE kien partikolarment importanti fil-Portugall, fi Spanja, fil-Greċja u fl-Awstrija. Madanakollu fit-Tabella 3.6, Spanja u l-Greċja huma mniżżla li m'għandhom ebda nefqa ta' l-FSE fuq persuni b'diżabilità. Eżempju ieħor jinstab fil-paragrafu 3.2.7 li jitratta dwar in-nefqa fuq l-edukazzjoni. Intqal li l-kontribuzzjoni ta' l-FSE kienet l-aktar sinifikanti fil-Greċja, fl-Irlanda u l-Portugall (6). Imma f'Tabella 3.7 il-Greċja hija mniżżla li m'għandha ebda nefqa ta' l-FSE fuq l-edukazzjoni u t-taħriġ.(Rapport ta' Sinteżi: (1) p. 78; (2) p. 79; (3) p. 81; (4) p. 81; (5) p. 84; (6) p. 85.) |
Evalwazzjonijiet ta' l-impatt ta' l-operat tal-FSE
88. |
Il-persuni li jagħmlu l-evalwazzjonijiet li ħadu sehem fl-evalwazzjoni ex-post kienu mitluba biex jindikaw jekk il-każijiet evalwati kkonfermawx jew ikkontradixxewx numru ta' ipoteżi li kienu ġew formulati fuq il-bażi ta' reċensjoni inizjali tal-letteratura u fuq is-sejbiet tal-fażi ta' bidu ta' l-evalwazzjoni. L-istudju jafferma evidenza ta' sostenn soda għal erba' ipoteżi (ara t-Tabella 3 (77)). Madanakollu, id-dejta ppreżentata ma ssostnix l-affermazzjoni ta' evidenza ta' sostenn soda. Per eżempju, 7 persuni li g]amlu l-evalwazzjoni biss minn 30 qalu li kien hemm evidenza ta' sostenn soda għall-ewwel ipoteżi. Evalwazzjoni aktar oġġettiva ta' dawn ir-riżultati kienet tkun neċessarja. |
Tabella 3
Osservazzjonijiet fuq l-ipoteżi indirizzati fl-eżami tal-każijiet ta' l-impatt fuq individwi
|
Evidenza ta' sostenn soda |
Ftit evidenza ta' sostenn |
L-ebda evidenza li tagħti sostenn jew li tikkontradixxi |
Ftit evidenza li tikkontradixxi |
Evidenza soda li tikkontradixxi |
L-ebda opinjoni f'dan l-istadju |
||
|
7 |
14 |
8 |
0 |
1 |
0 |
||
|
8 |
18 |
3 |
0 |
0 |
1 |
||
|
5 |
17 |
6 |
1 |
0 |
1 |
||
|
3 |
17 |
7 |
1 |
0 |
1 |
Evalwazzjoni ta' l-opportunitajiet indaqs
89. |
It-termini ta' referenza li jikkonċernaw l-impatt ta' l-FSE 1994-1999 kienu jeħtieġu wkoll evalwazzjoni tal-punt sa fejn l-operat ta' l-FSE jagħti sostenn għall-objettiv ta' l-opportunitajiet indaqs (78). Il-Kapitolu 7 tar-Rapport jitratta dan l-aspett. Madanakollu, huwa ddikjarat li sejba importanti hija li d-dejta disaggregrata skond is-sess ma kinitx miġbura sistematikament għal kull wieħed mill-objettivi ta' l-FSE u Inizjattivi tal-Komunità fl-UE kollha (79). Dan illimita sinifikament l-abilità ta' l-evalwazzjoni ex-post biex jiġi evalwat dan is-suġġett. Huwa diffiċli li dan ir-riżultat jiġi aċċettat bħala sejba importanti ta' dan ir-rapport peress li analiżi preliminari setgħet tikxef dan in-nuqqas, li jitlob xogħol fuq il-post u kampjun ta' surveys biex tingħeleb din ir-restrizzjoni, milli jiġi sempliċiment konluż li dejta disaggregata mhix disponibbli. |
Aspetti oħra eżaminati
90. |
Rigward l-impatt ta' l-attivitajiet tal-FSE fuq l-individwi, l-interventi “miżuri magħquda” (80) ma kinux eżaminati speċifikament minkejja l-persentaġġ sostanzjali ta' riżorsi ta' l-FSE li ġew allokati (18 %) lilhom. B'konsegwenza, il-konklużjonijiet tar-Rapport ta' Sinteżi huma kemmxejn modesti: Il-parti l-kbira tax-xogħol ta' l-evalwazzjoni jindika effetti pożittivi. Madanakollu, il-metodi ta' l-evalwazzjoni għandhom tendenza li jiffokaw fuq l-identifikazzjoni tal-komponenti tal-programmi li huma l-aktar effettivi milli li jevalwaw il-prestazzjoni tal-miżuri magħquda ma' interventi relatati mal-miżura unika (81). |
91. |
Fir-rigward ta' l-impatt tal-Politiki tas-Suq tax-Xogħol Attiv — ALMP, b'mod speċjali fir-rigward tal-pajjiżi ta' l-Objettiv 1, ir-Rapport ta' Sinteżi wasal għal ċerti konklużjonijiet mingħajr ma spjega b'mod xieraq kif dawn kienu waslu għalihom. |
92. |
Fir-rigward tal-kontribuzzjoni finanzjarja relatata tal-FSE ir-Rapport ta' Sinteżi (82) jikkonkludi li l-allokazzjoni magħquda tan-nefqa nazzjonali u tar-riżorsi tal-FSE ma tidhirx li waslet għal konverġenza tal-mudelli tan-nefqa bejn il-pajjiżi, lanqas għal adozzjoni ta' normi li jorbtu l-kundizzjonijiet ekonomiċi speċifiċi u tas-suq tax-xogħol ma' l-allokazzjonijiet tar-riżorsi (83). Jidher li ser ikun diffiċli biex din il-konklużjoni tkun sostnuta meta wieħed jikkunsidra n-numru ta' żbalji fit-tabelli korrispondenti jew/u l-iżbalji fl-analiżi. Bl-istess mod, konklużjoni importanti oħra f'din il-parti tar-Rapport hija li dawn iċ-ċirkostanzi jissuġġerixxu li mhux l-interventi kollha tal-FSE setgħu jkunu addizzjonali. Addizzjonalità, fis-sens li l-interventi kofinanzjati mill-FSE probabilment ma kinux jitwettqu, huma aktar probabbli li seħħew fejn ir-riżorsi tal-FSE kienu ffukati u kkonċentrati fuq tipi partikolari ta' interventi u fejn l-infiq u l-programmi nazzjonali korrispondenti kienu relattivament żgħar u inqas żviluppati meta mqabbla ma' pajjiżi oħra b'kundizzjonijiet simili tas-suq tax-xogħol. Hawn ukoll, huwa diffiċli biex wieħed jara kif ġiet dedotta din il-konklużjoni mill-evidenza preżentata f'dan il-kapitolu, speċjalment minħabba n-nuqqas ta' qbil li hemm bejn l-analiżi u d-dejta ppreżentata fit-Tabelli. |
93. |
Fir-rigward ta' l-ipoteżi avvanzati fuq l-impatt tal-FSE fuq is-sistemi, hemm problema simili ta' dik deskritta qabel. F'dan il-kaz, evidenza ta' sostenn soda hija affermata għal seba' ipoteżi (84). Madanakollu, analiżi tad-dejta ppreżentata tindika wkoll li l-konklużjoni mhix verament ta' sostenn. |
Kummenti dwar l-istima ġenerali mill-Kummissjoni
94. |
Filwaqt li wieħed jirrikonoxxi d-diffikultajiet li ltaqgħu magħhom il-persuni li għamlu l-evalwazzjonijiet il-kummenti kritiċi li ġejjin dwar l-analiżi mill-Kummissjoni ta' l-evalwazzjoni ex-post li ntemmet bi stima ġenerali sodisfaċenti jridu jsiru. |
95. |
L-evalwazzjoni tar-Rapport mid-DĠ Impiegi hija bbażata fuq tmien kriterji ta' prestazzjoni u erba' livelli ta' kwalità possibli, li huma: eċċellenti, tajba, aċċettabli u mhux aċċettabli. L-ebda wieħed mill-kriterji applikati ma ġie evalwat bħala eċċellenti jew mhux aċċettabli. Erba' kriterji ġew evalwati bħala tajbin, li huma; li jintlaħqu l-bżonnijiet, skop rilevanti, l-adattament tal-metodoloġija u ċ-ċarezza tar-rapport. L-erba' kriterji l-oħra ngħataw il-livell ta' aċċettabbli. Dawn jirrelataw ma' dejta affidabbli, analiżi tajba, riżultati kredibbli u konklużjonijiet imparzjali. |
96. |
Huwa sinifikanti li DĠ Impjiegi evalwa l-aħħar erba' kriterji bħala anqas sodisfaċenti minn l-erba' kriterji preċendenti. Madanakollu, meta wieħed jikkunsidra l-problemi li nqalgħu dwar l-affidabilità tad-dejta u l-inkonsistenzi tal-kummentarju relatat, kif enfasizzat f'dan ir-rapport, il-Qorti tikkunsidra li r-rapport ta' evalwazzjoni ma kienx sodisfaċenti, speċjalment f'dak li jikkonċerna l-affidabilità tad-dejta, analiżi tajba, riżultati kredibbli u konklużjonijiet imparzjali. |
Informazzjoni oħra mir-Rapporti Nazzjonali
97. |
Huwa possibli wkoll li jsiru ċerti kummenti rilevanti dwar l-objettivi u r-riżultati ta' l-evalwazzjoni b'referenza għar-rapport ta' evalwazzjoni nazzjonali:
|
98. |
Ir-rapporti nazzjonali magħżula bħala kampjun mhux dejjem jippreżentaw analiżi fil-fond ta' l-impatt ta' l-interventi ta' l-FSE fuq il-politiki nazzjonali. Madanakollu, ġeneralment dawn jissuġerixxu li l-FSE kellu impatt fuq l-iżvilupp ta' l-ALMPs u, f'ċerti każijiet, intqal, li kien hemm effett dirett u konkret. Madanakollu, f'każijiet oħrajn, saret evalwazzjoni differenti, bażikament li kien diffiċli li jintwera li l-FSE wassal għal bidliet fl-ALMPs. |
99. |
Kull rapport ta' l-evalwazzjoni nazzjonali u r-Rapport ta' Sinteżi jiddeskrivu bejn wieħed u ieħor b'mod dettaljat l-impatti fuq is-sistemi fir-rigward tas-servizzi ta' l-impjiegi; it-tagħlim u t-taħriġ inizjali, it-tagħlim u t-taħriġ kontinwu; is-sistemi ta' akkreditazzjoni u mekkaniżmi ta' antiċipazzjoni tal-bżonnijiet. Ħafna drabi l-impatti fuq is-sistemi kienu jikkonċernaw kuntest ta' politika aktar speċifiku. Ġeneralment kien diffiċli biex jiġu identifikati l-impatti netti ta' l-operazzjonijiet tal-FSE (86); f'każijiet eċċezzjonali biss, l-impatt nett kien delimitat (87) b'mod effettiv. |
100. |
Dwar l-Istrateġija Ewropea għall-Impjiegi, ir-rapporti ta' l-evalwazzjoni enfasizzaw l-influwenza pożittiva tal-FSE f'ċerti Stati Membri bħall-Greċja, Franza, l-Italja, il-Portugall u Spanja. Madanakollu, fil-kaz tal-Ġermanja kien innutat li l-approċċ dixxendenti inerenti ma' l-Istrateġija Ewropea għall-Impjiegi kellu l-potenzjal li jkun f'kunflitt ma' l-approċċ axxendenti tal-FSE (88). Fuq livell aktar ġenerali, ir-Rapport ta' Sinteżi jikkonkludi li l-EES stabbiliet qafas strateġiku aktar solidu biex jiġu pprogrammati fih l-interventi tal-FSE (89). |
101. |
Fir-rigward tal-Valur Miżjud tal-Komunità, ir-rapporti ta' l-evalwazzjoni nazzjonali provdew ċerti riżultati rilevanti (90), għalkemm ftit mill-mistoqsijiet speċifikati ma ġewx trattati f'ċerti rapporti nazzjonali. |
102. |
L-implikazzjoni finanzjarja ta' għażla tal-politiki rarament ġiet indirizzata fid-dettall. Ir-Rapport ta' Sinteżi jinkludi kalkolu ta' l-ispejjeż ta' kull unità li jikkonċernaw ċerti miżuri imma dan huwa bbażat fuq dejta mhux sodisfaċenti. Meta kienu indirizzati kwistjonijiet li jikkonċernaw l-ispejjeż, dawn jidhru li jenfasizzaw sejbiet potenzjalment serji li jistħoqqilhom aktar analiżi. Per eżempju, fil-każ ta' Spanja, ġiet iddikkjarta li multiplikazzjoni doppja tar-riżorsi minħabba l-FSE waslet, skond ċerti esperti, għal ammont sostanzjali ta' ħela'fl-infiq. Il-parti l-aktar kbira tal-fondi ġiet użata biex jiġu espanduti l-operazzjonijiet u mhux biex jiġu introdotti miżuri ġodda. Similarment għall-Italja, kien iddikkjarat li kien hemm spejjeż ta' tranżazzjoni sinifikanti assoċjati mal-FSE, li jikkonċernaw aspett ta' implimentazzjoni u l-ispejjeż assoċjati mat-tisħiħ ta' sħubija u prattiċi ġodda tat-tmexxija (91). |
Kemm huwa tajjeb il-qafas għall-evalwazzjoni
103. |
Is-suġġetti l-aktar importanti ta' l-evalwazzjoni kienu speċifikati fit-ToR: Il-karatteristiċi prinċipali u r-riżultati miksuba mill-ipprogrammar 1994-1999, l-impatt ta' l-FSE meta mqabbel mal-politiki nazzjonali u l-effettività u l-impatt ta' l-operazzjonijiet tal-FSE fuq l-individwi u s-sistemi. |
104. |
Rapport ta' metodi kien preparat mill-Kummissjoni u ppubblikat sena wara biex jagħti reċensjoni kritika tal-metodoloġiji adottati għall-evalwazzjonijet ta' riżultati u ta' l-impatti tagħhom fuq l-individwi u s-sistemi. Dan ir-rapport kien intiż biex jipprepara l-bażi għal evalwazzjonijiet futuri, imma hemm dubji dwar jekk dan l-objettiv kienx effettivament miksub. Dan ir-rapport fih ħafna nuqqasijiet. Il-preparazzjoni tiegħu ma kinitx ibbażata fuq inkjesta fil-fond biżżejjed fir-rigward ta' l-approċċi applikati għall-evalwazzjoni ta' l-impatti netti fuq l-individwi. Rigward l-evalwazzjoni ta' l-impatt fuq is-sistemi, ir-rapport jipproponi mudell għall-klassifikazzjoni ta' l-infiq ta' l-FSE u ta' l-impatti tagħhom assoċjati li kienu antiċipati (kapaċità, kompetenza u reazzjoni) (92) għalkemm ċerti kwistjonijiet għadhom iridu jiġu indirizzati (ara paġna 35 tar-rapport). |
105. |
Fir-Rapport ta' Metodi, fil-kuntest tal-metodi għall-evalwazzjoni politika u strateġika fil-qasam tal-FSE (93), ma kinux preżentati l-ebda rakkomandazzjonijiet konkreti dwar analiżi tal-politika, bir-rapport jagħmel referenza biss għall-MEANS. Similarment, m'hemm l-ebda referenza għall-approċċ li għandu jiġi segwit għall-għażla ta' indikaturi xierqa fil-livelli strateġiċi differenti. |
106. |
Għandu jiġi nnutat li l-elementi importanti ta' ċerti kompiti ta' l-evalwazzjoni mhumiex dejjem speċifikati b'mod ċar fit-ToR. Per eżempju, id-deskrizzjoni tal-kompiti fir-rigward ta' l-effettività hija kemmxejn astratta, speċjalment f'dak li għandu x'jaqsam mal-kunċetti ta' bażi, l-għażla ta' mekkaniżmi għal kejl ta' l-impatt u t-tekniki ta' l-evalwazzjoni li għandhom jintużaw. B'mod partikolari, l-ebda indikazzjoni konkreta ma ġiet mogħtija fir-rigward tal-metodi ta' ġeneralizzazzjoni, fil-livell ta' l-UE, l-impatt fuq individwi mir-riżultati ta' l-attivitajiet fl-Istati Membri differenti. Il-formulazzjoni tal-kompiti ma tatx konsiderazzjoni xierqa għal nuqqas ta' qbil li jista' jkun possibli bejn l-objettivi kwantitattivi u d-dejta disponibbli. Barra dan, l-ebda azzjoni konkreta ma kienet maħsuba għall-evalwazzjoni ta' l-impatt fuq l-individwi meta l-indikaturi mhumiex konkretament stabbiliti, jew meta evalwazzjonijiet statistiċi speċifiċi ma twettqux reċentement. Id-dokumenti metodoloġiċi l-oħra, ikkumpilati wara t-ToR, lanqas fihom l-ispjegazzjonijiet neċessarji. |
107. |
Il-bidliet fl-ipprogrammar ma kinux dejjem eżaminati b'mod xieraq. Per eżempju, dan is-suġġett ma kienx indirizzat fl-istudji li jikkonċernaw l-Irlanda tat-Tramuntana, Merseyside u Spanja. Anke fejn bidliet fl-ipprogrammar kienu indikati, it-trattament tagħhom billi wisq mhux ta' livell ottimali. F'ċerti każijiet il-persuna li għamel l-evalwazzjoni ma provdiex evalwazzjoni ċara tal-bidliet rilevanti u jekk dawn kinux xierqa (94). |
108. |
Il-Kummissjoni ma wettqitx survey qabel l-evalwazzjoni jew eżerċizzju ta' stħarriġ, u dan għamilha aktar diffiċili biex jiġu antiċipati l-problemi li ltaqgħu magħhom il-persuni li għamlu l-evalwazzjonijiet. |
109. |
Ma hemm l-ebda evidenza ċara li l-Grupp ta' Tmexxija kien konxju biżżejjed tan-nuqqas ta' dejta disponibbli għall-persuni li għamlu l-evalwazzjonijiet fl-Istati Membri, lanqas ta' l-impatt li dan jista' jkollu fuq il-kwalità ta' l-evalwazzjonijiet finali jew il-problemi ta' dewmien. L-ebda azzjoni ta' rimedju ma ttieħdet mill-Grupp ta' Tmexxija biex tindirizza din il-kwistjoni. |
110. |
Kif kien il-każ għall-evalwazzjoni ta' l-Objettiv 1, is-superviżjoni tal-proċess ta' l-evalwazzjoni mill-Kummissjoni jeħtieġ li jitjieb (ara l-paragrafu 75). |
Rakkomandazzjonijiet li jikkonkludu l-evalwazzjoni
111. |
Għal ħafna mill-Istati Membri, ir-rakkomandazzjonijiet li ħarġu mill-evalwazzjoni ex-post 1994-1999 kienu jitrattaw prinċipalment mas-sistemi u proċeduri ta' tmexxija. Dawn jirrelataw ma' varjetà ta' kwistjonijiet u huma ġeneralment adattati tajjeb għal sitwazzjonijiet speċifiċi. |
112. |
Inqas rakkomandazzjonijiet għall-2000-2006 kienu jikkonċernaw il-kontenut tal-politiki kofinanzjati. Fejn saru tali rakkomandazzjonijiet, dawn jidhru li kienu rilevanti (95). |
113. |
Ir-Rapport ta' Sinteżi qajjem lista ta' punti tajbin u nuqqasijiet għal kull objettiv (96) u rakkomandazzjonijiet prinċipali għal perijodu 2000-2006 u wara l-2006 (97). Dawn id-dikjarazzjonijiet huma ta' natura kemmxejn ġenerali għalkemm dawn jidhru validi f'ċerti każijiet. Per eżempju, li jenfasizzaw differenzi potenzjali bejn l-UE-15 u l-UE-10 u għar-reazzjoni politika għad-differenzi territorjali. |
KONKLUŻJONIJIET
114. |
Il-proċess ta' evalwazzjoni huwa ta' importanza kritika biex jagħti informazzjoni u ġudizzji dwar jekk l-interventi ta' l-UE humiex xierqa, rilevanti, ekonomiċi, effiċjenti, effettivi u dwar l-impatti tagħhom. B'hekk il-proċess ta' evalwazzjoni jkun jista' jagħti sostenn lill-proċess ta' teħid ta' deċiżjonijiet biex jiġu ffissati prijoritajiet politiċi u jiġu allokati r-riżorsi. Sabiex il-proċess ikun ta' suċċess, madanakollu, hemm ċerti pre-rekwiżiti li għandhom jiġu rispettati, li huma, objettivi ċari għall-politiki u l-programmi, indikaturi tal-prestazzjoni li huma stabbiliti fuq bażi regolari u li huma kompleti, affidabbli u relatati ma' l-objettivi ffissati. Ma' dan, huwa neċessarju li jiġi assigurat li r-riżorsi disponibbli biex jitwettaq il-proċess huma adegwati għal dan il-għan, kemm f'temini ta' ħin u ta' kompetenzi tekniċi. |
115. |
Il-verifika tal-Qorti ta' l-evalwazzjonijiet ex-post ikkonċernati identifikat numru ta' nuqqasijiet sinifikanti fl-approċċ ġenerali adottat u fil-kwalità ta' l-analiżi li li saret:
|
116. |
Rigward it-temi varji ta' l-evalwazzjonijiet, il-konklużjonijiet li ġejjin joħorġu dwar l-evalwazzjoni ta' l-Objettiv 1:
Fir-rigward ta' l-evalwazzjoni ta' l-Objettiv 3, parti minnha kienet ibbażata fuq dejta mhux affidabbli jew inkompleta filwaqt li kien hemm nuqqas ta' qbil sinifikanti bejn id-dejta provduta u l-kummentarju korrispondenti. Barra dan, kien hemm nuqqas ta' sostenn konvinċenti għal ċerti ipoteżi li tressqu, għaldaqstant daħlu dubji dwar il-metodoloġija użata biex waslu għalihom. |
117. |
Ħafna min-nuqqasijiet ta' l-evalwazzjonijiet jistgħu jiġu attribwiti għaċ-ċirkostanzi li twettqu fihom, speċjalment informazzjoni disponibbli limitata u l-limitazzjonijiet tal-ħin. Kellu jkun possibbli li jiġu antiċipati dawn id-diffikultajiet minn qabel u l-eżerċiżżju ta' evalwazzjoni kellu jew jingħata r-riżorsi neċessarji, jew inkella l-iskala ta' l-eżerċiżżju kellha tkun limitata għal waħda aktar vijabbli. Barra dan, is-superviżjoni tal-proċess ta' l-evalwazzjoni mill-Kummissjoni teħtieġ li tiġi mtejba. |
118. |
L-evalwazzjonijiet ex-post xorta waħda provdew ċerta informazzjoni utli speċjalment dwar is-sistemi ta' tmexxija li jservu ta' bażi għall-implimentazzjoni tal-FS. Madanakollu, il-Kummissjoni ltaqgħet ma' diffikultajiet serji biex tippreżenta analiżi ta' l-effettività fil-fond kif mixtieqa dwar l-effiċjenza u l-impatt tal-fondi, l-parti l-kbira minħabba limitazzjonjiet fl-approċċ adottat u r-restrizzjonijiet fid-disponibilità tad-dejta. Din il-limitazzjoni msemmija l-aħħar ma kinitx antiċipata adegwatament fil-bidu ta' l-eżerċizzju. Dawn il-problemi komplew ikkumplikaw ruħhom minħabba nuqqasijiet fis-supervizjoni tal-proċess. Konsegwentement, filwaqt li ngħataw xi rakkomandazzjonijiet utli bħala input għall-perijodi ta' programmar futuri. il-Kummissjoni ma setgħetx tibbenefika mill-esperjenzi ta' l-ipprogrammar 1994-1999 b'mod sħiħ. |
RAKKOMANDAZZJONIJIET
119. |
Hemm bżonn urġenti li ssir mill-ġdid evalwazzjoni ta' l-iskop, il-proċeduri u l-approċċ użat fl-evalwazzjonjiet ex-post, qabel ma joħorġu s-serje li jmiss ta' kuntratti għall-evalwazzjonijiet ex-post fl-aħħar tal-perijodu kurrenti ta' programmar 2000-2006. |
120. |
Biex jitjieb il-proċess ta' l-evalwazzjoni, jeħtieġ li jiġu introdotti proċeduri ta' kontroll tal-kwalità aħjar u applikati b'mod effettiv mill-Kummissjoni sabiex il-problemi li ltaqgħu magħhom fl-evalwazzjonijiet eżaminati ma jerġgħux jirrepetu ruħhom f'evalwazzjonijiet ex-post futuri. Tali proċeduri għandhom jassiguraw li:
|
121. |
It-tieni punt, attenzjoni partikolari għandha tkun riservata għall-għażla ta' tekniki xierqa biex jiġi evalwat u mkejjel l-impatt ekonomiku. Jekk approċċ ibbażat fuq mudell makroekonomiku jiġi użat biex jiġi analizzat l-impatt tal-fondi strutturali, dan għandu jkun adattat biex jieħu in konsiderazzjoni l-karatteristiċi ta' l-ekonomiji li qed jiġu eżaminati. Din il-konsiderazzjoni hija partikolarment rilevanti fis-sitwazzjoni fejn l-evalwazzjoni li jmiss ser ikollha tiġi estiża biex tkopri l-għaxar Stati Membri l-ġodda. Fid-dawl ta' dan, il-Qorti tikkunsidra li għandu jkun hemm evalwazzjoni mill-ġdid dwar kemm huwa adattat l-approċċ ibbażat fuq mudell makroekonomiku aggregat (per eżempju, fuq il-mudell HERMIN). Il-Kummissjoni għandha tikkunsidra tagħmilx aktar enfasi fuq mudelli li jserrħu fuq l-użu ta' mikro-dejta miġbura mill-proġetti. Huwa probabbli wkoll li evalwazzjoni aktar fil-fond ta' ċerti temi speċifiċi tista' twassal għall-identifikazzjoni ta' l-aħjar prattiċi u li tipprovdi informazzjoni addizzjonali dwar kwistjonijiet partikolari bħal per eżempju l-impatt tar-raggruppament, l-importanza tat-tkabbir ta' l-attivitajiet ċentrali fl-iżvilupp reġjonali meta mqabbla ma' l-objettivi ġeneral tal-konverġenza. |
122. |
It-tielet punt, huwa neċessarju li tingħata aktar importanza biex jiġu stabbiliti korrelazzjonijiet bejn l-evalwazzjonijiet ex-post u l-istudji Tematiċi, u biex jiġi assigurat li r-riżultati huma konsistenti ma' xulxin. Fejn ir-riżultati jidhru li huma inkompatibbli, allura dan l-aspett għandu jiġi trattat speċifikament. Fl-evalwazzjonijiet eżaminati, meta l-persuni li għamlu l-evalwazzjoni stabbilew korrelazzjonijiet, il-kwalità ta' l-evalwazzjoni tjiebet. |
123. |
Ir-raba' punt, numru ta' rakkomandazzjonijiet għal evalwazzjonijiet futuri b'mod partikolari għar-Reġjuni ta' l-Objettiv 1 jistgħu jsiru, jiġifieri:
|
124. |
Fl-aħħar nett, huwa importanti li tiġi msaħħa l-kapaċità tal-Kummissjoni li tissorvelja l-proċess ta' l-evalwazzjoni, inkluża l-applikazzjoni ta' mudelli makroekonometriċi kumplessi. F'dan il-kuntest, possibilità li għandha tiġi kkunsidrata hija li d-Direttorati Ġenerali kkonċernati jfittxu li jkollhom kollaborazzjoni aktar mill-qrib ma' istituzzjonijiet ta' riċerka u Universitajiet speċjalizzati f'dan il-qasam ta' l-evalwazzjoni. Superviżjoni xierqa u f'waqtha tal-konsultenti kkuntrattati hija kruċjali sabiex jiġi assigurat li l-objettivi jintlaħqu u li dawn it-tip ta' evalwazzjonijiet ikunu ta' vantaġġ ekonomiku. |
125. |
B'konklużjoni, l-eżerċizzju ta' l-evalwazzjoni ex-post għandu jmur lill hinn mill-ġabra ta' stimi diversi, imwettqa f'intervalli ta' żmien stabbiliti, imma dawn għandhom jiġu kkunsidrati u ġestiti bħala parti integrali ta' proċess ġenerali. Dan huwa aspett ieħor fejn kollaborazzjoni aktar mill-qrib u għal żmien twil ma' istituzzjonijiet ta' riċerka jew universitajiet tista' tkun ta' benefiċċju sinifikanti biex tipprovdi qafas aktar effettiv li fih jiġu integrati r-rapporti u r-rakkomandazzjonijiet speċifiċi prodotti f'kull stadju tal-proċess ta' l-evalwazzjoni. |
Dan ir-rapport ġie adottat mill-Qorti ta' l-Awdituri fil-Lussemburgu fil-laqgħa tagħha ta' l-20 ta' Lulju 2006.
Għall-Qorti ta' l-Awdituri
Hubert WEBER
President
(1) SEC(2000) 1051: Komunikazzjoni lill-Kummissjoni, Iffukar fuq ir-Riżultati: Tisħiħ ta' l-Evalwazzjoni ta' l-Attivitajiet tal-Kummissjoni tas-26.7.2000.
(2) Il-programm MEANS kien imniedi mill-Kummissjoni b'risposta għat-talba għall-iżvilupp ta' metodoloġija għall-evalwazzjoni. Il-kollezzjoni MEANS tikkonsisti f'6 volumi dwar l-evalwazzjoni ta' programmi soċjo-ekomoniċi.
(3) Kollezzjoni MEANS, Nru 1, p. 53.
(4) Li nkludew il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (ERDF), il-Fond Soċjali Ewropew (FSE), il-Fond Agrikolu Ewropew ta' Gwida u Garanzija (FAEGG) u l-Politika ta' l-Istrument Finanzjarju għas-Sajd (FIFG).
(5) Rapport ta' Sinteżi, p. 53.
(6) Hawn taħt imsejħja bħala “persuni li għamlu l-evalwazzjoni fl-Istati Membri differenti”.
(7) Evalwazzjonijiet nazzjonali eżaminati kienu jikkonċernaw: O1 il-Belġjum, il-Greċja, Spanja, il-Ġermanja, l-Italja, l-Irlanda, il-Portugall O3 u O1 tal-FSE: Spanja, Franza, l-Italja, il-Ġermanja, ir-Renju Unit.
(8) Ara l-paragrafu 5 għall-figuri ġenerali.
(9) Rapport ta' Sinteżi, pp. 61-64.
(10) Op. cit. p. 62.
(11) Din tirreferi għan-numru attiv ta' persuni li jistgħu jaħdmu bħala persentaġġ tal-popolazzjoni li għandhom l-età li jistgħu jaħdmu.
(12) Rapport ta' Sinteżi, Tabella 2.1, p. 75, Tabelli 2.5 u 2.6, p. 88-89.
(13) Op. cit. p. 75.
(14) Il-figuri per capita, f'dan il-kuntest, ġew ikkalkolati b'referenza għall-popolazzjoni nazzjonali kollha.
(15) Miljun Euro.
(16) L-istess dejta kif ippubblikata fir-Rapport ġiet użata għall-preparazzjoni tat-Tabella 2. B'riżultat, jidher, li għall-Istati Membri mniżżla fit-Tabella 1, l-ammont tat-tliet kolonni f'din it-tabella ma jammontax daqs il-kolonna tat-total.
(17) Din l-evalwazzjoni teħtieġ identifikazzjoni u eżami f'qafas globali tar-rabtiet każwali bejn il-bżonnijiet, l-objettivi strateġiċi, l-objettivi tal-programmi/sotto-programmi/miżuri u l-allokazzjoni ta' riżorsi. Fil-prinċipju, hija teħtieġ ukoll li l-bżonnijiet u s-sitwazzjonijiet soċjoekonomiċi mhux sodisfaċenti li s-CSF timmira li tindirizza jkunu fi gradi u ġerarkija tal-fatturi inerenti li għandhom jiġu kkunsidrati sabiex jiġi assigurat li r-riżorsi huma mmirati b'aħjar mod biex jilħqu l-bżonnijiet.
(18) Kapitolu 3.
(19) Evalwazzjoni Tematika hija evalwazzjoni li tanalizza transversalment punt (tema) partikolari fil-kuntest ta' diversi interventi fi programm wieħed jew f'diversi programmi implimentati f'pajjiżi jew reġjuni differenti.
(20) Evalwazzjoni Tematika ta' l-Impatt tal-Fondi Strutturali fuq l-Infrastruttura tat-Trasport, Rapport Finali, Novembru 2000, p. 8.
(21) Per eżempju, fil-każ ta' l-Irlanda, dan ir-riżultat ifisser li għal kull 100 euro investit fir-rigward tal-kostruzzjoni u manutenzjoni ta' triq, il-valur ta' ħin għall-ivvjaġġar iggwadanjat, it-tfaddil fuq l-ispejjeż ta' l-użu tal-vettura u l-benefiċċji tas-sigurtà kien ta' 13-il euro għal kull sena. B'hekk, l-investiment ġie rimborżat minnu nnifsu fi tmien snin. Op. cit. p 8.
(22) Ara s-sezzjoni dwar l-impatt.
(23) Rapport ta' Siniteżi, p. 105.
(24) Il-kumment relatat ma' dan il-punt kien is-segwenti: Filwaqt li din tista' tkun rakkomandazzjoni loġika, il-kuntest li fih hija applikata, tirriżulta bħala konsiderazzjoni importanti. Op. cit. p. 105.
(25) Op. cit. p. 108.
(26) Op. cit. p. 130.
(27) Kwotazzjoni oħra mill-istudju: Il-mekkaniżmu l-aktar effettiv għall-ħolqien u ż-żamma ta' l-impjiegi huwa kkunsidrat li huwa s-sostenn dirett għall-investimenti produttivi, għalkemm dan ma jieħux in konsiderazzjoni l-effetti tad-deadweight u sostituzzjoni, allura l-effettività ġenerali ma tistax tiġi stmata. Op. cit. p. 130.
(28) L-implikazzjonijiet ta' dejta li mhix affidabbli u ċerti kummenti ġenerali fuq dan il-punt ser jiġu diskussi aktar 'il quddiem f'dan ir-rapport.
(29) ToR p. 90.
(30) Rapport ta' Sinteżi p. 111.
(31) ToR, p. 11.
(32) Aktar minn 25 miljun euro għall-infrastruttura u aktar minn 15-il miljun euro għal proġetti ta' investiment produttiv.
(33) ToR, p. 13.
(34) Rapport ta' Sinteżi, p. 143.
(35) Rapport ta' Sinteżi, Tabelli 4.6, 4.7 u 4.8.
(36) Kif innutat hawn fuq.
(37) Op. cit.. p. 71.
(38) Op. cit. p. 72.
(39) L-inklużjoni tal-kofinanzjament mis-settur privat huwa ta' valur dubjuż għall- evalwazzjoni ta' l-impatt li hija bbażata fuq mudell makroekonomiku formali u billi hemm inċertezza u ambigwità konsiderevoli fuq il-mekkaniżmu ta' taħriġ ta' l-infiq ikkofinanzjat mis-settur privat fil-kuntest tas-CFS, aħna neskluduhom mill-analiżi tagħna. Op. cit. p. 71.
(40) Il-proġett UK-Speke Garston; f'dan l-eżempju partikolari, l-investiment addizzjonali mis-settur privat ta' 223 miljun sterlina ingliża kien imħajjar u ppermetta l-ħolqien ta' 4 600 xogħol f'impjiegi Op. cit. p. 204.
(41) L-erba' pajjiżi li huma eliġibbli, fit-totalità tagħhom, bħala reġjuni ta' l-Objettivi 1.
(42) Fil-każ ta' l-Italja l-kostruzzjoni pjanata ta' mudell HERMIN, li kien maħsub fit-ToR, ma sarx minħabba “diffikultajiet kuntrattwali”. Għar-reġjuni l-oħra li ma kellhomx mudell HERMIN disponibbli saret stima “axxendenti”.
(43) Il-Rapport jgħid li idealment, għandna nużaw l-infiq reali li sar fil-qafas ta' CFS. Imma dan ma kienx disponibbli għal kull Stat Membru jew reġjun, fuq l-għamla ta' disaggregat skond il-prijorità u fuq bażi annwali. Fl-interess ta' l-uniformità, aħna għamilna użu mid-dejta relatata ma' l-infiq ippjanat li hemm fid-dokumenti relattivi mas-CSF 94-99. Filwaqt li dawn id-dokumenti jipprovdu ammont totali ta' l-infiq kemmxejn preċiż, dawn mhux dejjem jagħtu stampa ċara ta' l-ippjanar ex post ta' l-infiq (Rapport ta' Sinteżi, p. 150).
(44) Op. cit. p. 161.
(45) Fil-fatt, ċerti studji jaffermaw li l-finanzjament ta' l-UE ma jħallix wisgħa għall-investimenti nazzjonali b'tali mod li r-ritmu ta' tkabbir ta' l-ekonomija mingħajr il-finanzjament CSF ikun ippreżentat b'mod aktar favorevoli minn dak li kien ikkalkolat mis-simulazzjonijiet HERMIN.
(46) Din l-analiżi ta' sensittività kienet imwettqa għall-Ġermanja tal-Lvant, Spanja, il-Greċja, l-Irlanda u l-Portugall.
(47) Rapport ta' Sinteżi, p. 183-184.
(48) Dawn juru l-influwenza pożittiva tal-FS fuq l-iżvilupp ta' programmar multiannwali, l-applikazzjoni tal-kunċettt tal-programm u ta' ġestjoni bbażata fuq objettivi, it-twaqqif ta' strutturi u proċeduri maniġerjali u b'mod partikolari sistemi ta' monitoraġġ u indikaturi, sistemi ta' assigurazzjoni ta' kwalità f'xogħlijiet pubbliċi, proċeduri ta' xogħol bl-appalt għal għajnuna pubblika, l-iżvilupp ta' sistemi ta' evalwazzjoni, kapaċità u kultura, il-proċeduri ta' selezzjoni ta' proġetti u s-sistemi ta' kontroll. Il-FS jistimulaw l-iżvilupp ta' strutturi u kapaċitajiet aktar adattati biex jimmaniġġjaw proġetti ta' żvilupp.
(49) Rapport ta' Sinteżi, sezzjoni 9.1.
(50) Rapport ta' Sinteżi, p. 196.
(51) Opinjoni Nru. 2/2005 dwar il-proposta għal Regolament tal-Kunsill li jistabbilixxi dispożizzjonijiet dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond ta' Koeżjoni (COM(2004) 492 finali ta' l-14 ta' Lulju 2004). (ĠU C 121, 20.5.2005, p. 18); Rapport Speċjali Nru. 7/2003 dwar l-implimentazzjoni ta' programmar ta' l-assistanza għall-perijodu mill-2000 sa l-2006 fil-qafas tal-Fondi Strutturali, paragrafu 90 (ĠU C 174, 23.7.2003, p. 22).
(52) Dawn kienu jinkludu: effettività akbar fil-programm ta' żvilupp u monitoraġġ, s-selezzjoni tal-proġett aktar effettiva, aktar leġittimità u aktar trasparenza fid-deċiżjonijiet u fil-proċessi ta' teħid ta' deċiżjonijiet, aktar impenn u aktar responsabilità fir-riżultati tal-programm eċċ. Ara l-Evalwazzjoni Tematika tal-Prinċipju ta' Sħubija, p. II.
(53) Rapport ta' Sinteżi, p. 188.
(54) Op. cit. p. 218.
(55) Rapporti Annwali dwar is-sena finanzjarja 2003, il-paragrafi 5.22, 5.32 d), 5.33 u 5.34 (ĠU C 293, 30.11.2004, p.162). Rapporti annwali dwar is-sena finanzjarja 2004, il-paragrafu 5.30 (ĠU C 301, 30.11.2005, p. 143).
(56) Rapport ta' Sinteżi, p. 224.
(57) Op. cit. p. 219.
(58) Op. cit. p. 221.
(59) Jitrattaw ma' evalwazzjonijiet fis-seħħ f'dan il-kuntest.
(60) Rapport ta' Sinteżi, p. 222.
(61) Per eżempju, Op. cit. p. 246. Hemm evidenza ċara li l-arranġamenti ta' sħubija ġew rinfurzati u mwessa' u li kien hemm żieda ta' delegazzjoni ta' responsabbilità għat-teħid ta' deċiżjonijiet għal programm ta' sħubija.
(62) ToR, p. 16.
(63) Gwida ta' Metodoloġija, pp. 16 u 17.
(64) Effetti “netti” huma stmati billi jiġu mnaqqsa mill-effetti gross kull effetti tad-deadweight u displacement/sostituzzjoni.
(65) Speċjalment ir-rabtiet bejn l-analiżi ta' l-impatt u l-analiżi ta' l-effettività u dwar jekk l-istrateġiji humiex xierqa.
(66) Rapport ta' bidu, p. 7.
(67) ToR, pp. 102-109.
(68) Rapport ta' bidu, p. 13. Bl-istess mod, il-gwida ta' metodoloġija tinkludi mistoqsijiet ċentrali bħal: x'kien l-impatt ġenerali tal-fondi strutturali ta' sostenn tal-konverġenza reġjonali matul il-perijodu1994-1999? X'kienu l-effetti ekonomiċi ta' l-investimenti tal-Fondi Strutturali fir-rigward ta' konverġenza tal-livelli tad-dħul? (p. 24).
(69) ToR, pp. 94-95 (O1).
(70) Per eżempju, Op. cit. p. 249. Ir-Rapport talab li tingħata diskrezzjoni akbar lil dawk l-Istati Membri li għandhom sistemi ta' monitoraġġ domestiċi effettivi li jutilizzaw ir-rekwiżiti ta' monitoraġġ tagħhom b' relazzjoni ma' l-inizjattivi sostnuti mill-UE. Dan inaqqas l-ispejjeż involuti u d-dejta li toħroġ probabilment ikollha aktar sinifikat.
(71) Op. cit. p. 249.
(72) Op. cit. p. 251.
(73) Per eżempju, żieda fil-“flessibilità” fin-numru ta' nies li jistgħu jaħdmu riżultat tat-taħriġ.
(74) Rapport ta' Sinteżi, p. 124.
(75) Op. cit. pp. 125-126.
(76) Per eżempju, wieħed jista' jaqra f'dawn in-noti li l-figuri għal Franza, li jammontaw għal 17-il miljun, kienu soġġetti għal “verifikazzjoni doppja” għall-“l-għadd doppju” filwaqt li l-figuri għall-Olanda li jammontaw għal 8,7 miljun qed jiġu wkoll verifikati darbtejn minn timijiet nazzjonali. Barra dan, huwa indikat li hemm nuqqas kbir ta' dejta fil-Ġermanja, l-Irlanda u r-Renju Unit — għalhekk r-Renju Unit huwa mniżżel li għandu 7,9 miljun benefiċjarju u l-Irlanda għandha 680 000 benefiċjarju.
(77) Tabella 3 tipproċudi mill-ġdid parti mit-Tabella 4.8 fir-Rapport ta' Sinteżi.
(78) Hawn jirreferi għal ugwaljanza bejn is-sessi.
(79) Rapport ta' Sinteżi, p. 173.
(80) Miżuri magħquda jinkludu konsulenza u taħriġ intensiv, esperjenza ta' xogħol u taħriġ u inċentivi ta' impjiegi u taħriġ.
(81) Op. cit. p. 122.
(82) Paragrafu 3.2.8.
(83) Op. cit. p. 86.
(84) Op. cit. p. 144.
(85) Per eżempju: il-kisba ta' kwalifiki u s-soft outcomes ippreżentati fir-rapport ta' evalwazzjoni tar-Renju Unit (jirrappreżenta “distance travelled toward the labour market”).
(86) Dan intqal ukoll minn ċerti persuni li għamlu l-evalwazzjonijiet (Spanja u l-Italja).
(87) Per eżempju, fil-każijiet Spanjoli.
(88) Tali eżempju kien ikkwotat fil-każ tal-Ġermanja.
(89) B'mod partikolari, l-EES tippromwovi rabtiet aktar solidi bejn il-mekkaniżmi ta' finanzjament għal programmi ta' l-UE u strumenti oħra ta' politika, regolamenti u programmi nazzjonali inklużi politiki passivi tas-suq tax-xogħol.
(90) Per eżempju, fil-każ tal-Ġermanja: sostenn għall-objettivi li kienu jimmiraw sezzjonijiet żvantaġġati tal-pubbliku, żvilupp sostenibbli, opportunitajiet indaqs, effetti ta' leverage finanzjarju għan-New Lander. Bl-istess mod, diversi suġġetti oħra, kienu enfasizzati f'rapporti nazzjonali oħra.
(91) Rapport nazzjonali, p. 95.
(92) Rapport ta' Metodi, pp. 24-40.
(93) Rapport ta' Metodi, pp. 44-49.
(94) Ara l-evalwazzjonijiet li jikkonċernaw lil Franza, Spanja u l-Italja.
(95) Per eżempju: il-bżonn għal rabta akbar bejn l-objettivi ppjanati u l-kuntest soċjo-ekonomiku lokali (l-Italja); immirar aħjar ta' benefiċjarji (Franza); l-espansjoni ta' approċċi integrati ta' intervenzjoni (r-Renju Unit); li jitwessa l-iskop tal-programmi lejn azzjonijiet aktar innovativi u ta' riskju (Spanja); li tissaħħaħ l-azzjonijiet ta' antiċipazzjoni fis-settur tat-taħriġ (Spanja); li tingħata aktar attenzjoni lir-reġjuni inqas favoriti billi titpoġġa aktar enfasi fuq varjabbli bħall-qgħad, qgħad fuq terminu ta' żmien twil u l-esklużjoni soċjali (Spanja).
(96) Rapport ta' Sinteżi, pp. 188-189 għall-objettivi 1 u 3.
(97) Op. cit. pp. 198-204.
ANNESS I
Analiżi dettaljata ta' l-għajnuna taħt il-Fondi Strutturali — Riżorsi disponibbli relatati ma' CSF 1994-1999
(miljun euro) |
||||||||||||||||
|
Belġju |
Danimarka |
Ġermanja |
Greċja |
Spanja |
Franza |
Irlanda |
Italja |
Lussemburgu |
Olanda |
Portugall |
Ir-Renju Unit |
Awstrija |
Finlandja |
Żvezja |
Total |
O1 |
748,50 |
|
13 985,30 |
14 333,90 |
26 965,80 |
2 245,40 |
5 762,30 |
15 236,20 |
|
153,80 |
14 333,90 |
2 419,70 |
171,50 |
|
|
96 356,30 |
O2 |
349,40 |
123,00 |
1 604,80 |
|
2 474,80 |
3 866,40 |
|
1 498,20 |
15,40 |
666,20 |
|
4 693,40 |
104,40 |
165,40 |
189,30 |
15 750,70 |
O3/O4 |
476,50 |
308,40 |
1 990,00 |
|
1 888,60 |
3 282,20 |
|
1 757,40 |
23,60 |
1 105,70 |
|
3 460,50 |
408,30 |
354,10 |
537,60 |
15 592,90 |
O5a Sajd |
25,10 |
143,20 |
76,30 |
|
122,20 |
194,40 |
|
137,60 |
1,10 |
47,70 |
|
90,80 |
2,10 |
23,80 |
41,40 |
905,70 |
O5b |
78,90 |
55,30 |
1 257,30 |
|
680,40 |
2 293,30 |
|
923,30 |
6,10 |
153,70 |
|
837,20 |
424,90 |
201,00 |
142,70 |
7 054,10 |
O6 |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
475,90 |
260,70 |
736,60 |
Total |
1 678,40 |
629,90 |
18 913,70 |
14 333,90 |
32 131,80 |
11 881,70 |
5 762,30 |
19 552,70 |
46,20 |
2 127,10 |
14 333,90 |
11 501,60 |
1 111,20 |
1 220,20 |
1 171,70 |
136 396,30 |
Sors: Rapport Speċjali Nru. 16/98 (ĠU C 347,16.11.1998). |
Analiżi dettaljata ta' l-għajnuna taħt il-Fondi Strutturali — Riżorsi disponibbli relatati ma' l-Inizjattivi Komunitarji 1994-1999 (1)
(miljun euro) |
|
Interreg II |
3 562,3 |
Leader II |
1 777,2 |
ADAPT |
1 646,4 |
PME |
1 092,5 |
URBAN |
894,5 |
PESCA |
301,5 |
Rechar II |
465,0 |
Resider II |
610,9 |
REFEX |
609,2 |
EMPLOI |
1 858,5 |
Konver |
734,9 |
REGIS II |
615,0 |
PEACE |
303,1 |
Total |
14 471,0 |
Sors: Rapport Speċjali Nru.16/98 (ĠU C 347, 16.11.1998). |
(1) Ismijiet ta' programmi relatati mal-Fondi Strutturali; aktar referenzi jistgħu jinstabu fil-baġit tal-Kummissjoni, sotto-sezzjoni B2.
Sors: Rapport Speċjali Nru.16/98 (ĠU C 347, 16.11.1998).
ANNESS II
Il-PGD u r-rata ta' l-impjieg
1. |
Twettqet analiżi ta' rigressjoni multipla biex tevalwa d-dikjarazzjoni fir-Rapport ta' Sintesi li livelli ogħla ta' PGD per capita ġeneralment ma kinux minħabba ta' rati ogħla ta' mpjieg riżultat tal-ħolqien ta' l-impjiegi (1). |
2. |
Għal paragun assolut, l-istess dejta ppubblikata fir-rapport ta' sinteżi ġiet użata f'din l-analiżi. Fil-każ tal-varjabbli dipendenti l-bidla perċentwali fil-PGD per capita għal kull reġjun ta' Objettiv 1 bejn l-1993 u l-2000 kienet użata, waqt li bħala varjabbli prinċipali bi spjegazzjoni, il-bidla perċentwali fir-rata ta' l-impjieg kif ukoll dik tar-rata tal-qgħad kienet użata għall-istess reġjuni, u matul is-sentjen 1993 u 1999 kif ippubblikat fir-rapport. Ir-riżultati huma mogħtija f'Tabella 1. |
Tabella 1 (2)
Rigressjoni tal-bidla fil-PGD per capita skond il-bidla fl-impjiegi (CEMPL) u l-bidla fil-qgħad (CUNEMP)
Rigressur |
Ko-effiċjent |
Żball Standard |
T-Ratio |
[Prob] |
C1 |
1,7615 |
1,2361 |
1,4251 |
[0,161] |
CEMPL |
0,24563 |
0,14237 |
1,7252 |
[0,092] |
CUNEMP |
0,051927 |
0,027418 |
1,8939 |
[0,065] |
BE |
–16,8803 |
6,2156 |
–2,7158 |
[0,009] |
IR |
38,2350 |
6,5314 |
5,8540 |
[000] |
DX |
26,9660 |
2,9504 |
9,1398 |
[000] |
R-Squared |
0,74449 |
R-Bar-Squared |
|
0,71546 |
S.E. of Regression |
6,1411 |
F-stat. F (5,44) |
25,6414 |
[000] |
Mean of Dependent Variable |
6,3647 |
S.D. of Dependent Variable |
|
11,5126 |
Residual Sum of Squares |
1 659,4 |
Equation log-likelihood |
|
– 158,5015 |
Akaike Info. Criterion |
– 164,5015 |
Schwarz Bayesian Criterion |
|
– 170,2376 |
DW-statistic |
2,3210 |
|
|
|
3. |
Minn evalwazzjoni preliminarja tad-dejta, ħareġ li tliet reġjuni partikolari wrew mudelli ta' bidla sinifikament differenti fil-PGD per capita matul il-perijodu meta mqabbla mar-reġjuni l-oħra, u li kienu jeħtieġu trattament speċifiku fir-rigressjoni, għax inkella kien ikun diffiċli li wieħed jasal għall-konlużjonijiet ġenerali dwar ir-rabtiet ta' bażi. Dawn kienu, l-Irlanda, li rat il-PGD per capita tagħha jiżdied minn 81 % għal 115 % tal-medja ta' l-UE matul il-perijodu; it-tieni kien ir-reġjun ta' Hainaut fil-Belġju li ra l-PGD per capita tiegħu jonqos minn 82 % għal 71 %; it-tielet kategorija relatata mar-reġjuni Ġermaniżi ta' l-Objettiv 1 li raw il-PGD per capita jiżdied minn madwar 50 % sa kważi 70 % tal-medja ta' l-UE sa tmiem il-perijodu (per eżempju, Thuringen ra l-PGD per capita jiżdied minn 52 % fl-1993 għal 70 % fl-2000). Biex wieħed jieħu kont ta' tali bidliet relattivi kbar fil-PGD per capita, varjabbli statistiċi speċifiċi (jew finti) kienu inklużi għal dan il-għan li ppermettew il-funzjoni li tiċċaqlaq għal dawn it-tliet reġjuni kbar. |
4. |
Ir-riżultati tar-rigressjoni f'Tabella 1 jipprovdu numru ta' punti relevanti li ta min jikkunsidrhom. B'mod ġenerali, 74 % tal-varjazzjoni fil-bidla fil-PGD per capita hija miġbura fil-varjabbli “bi spjegazzjoni”. Kemm il-varjabbli bi spjegazzjoni prinċipali, li hija l-bidla fir-rati ta' l-impjieg (CEMPL) kif ukoll il-bidla fir-rati tal-qgħad (CUNMP) huma statistikament sinifikanti. Fil-każ tas-CEMPL, il-ko-effiċjent stmat huwa 0,24, li jissuġġerixxi li kull żieda ta' punt perċentwali fl-impjieg jew fir-rata ta' parteċipazzjoni hija assoċjata ma' titjib fil-PDG per capita fir-reġjuni ta' l-Objettiv 1 bi kwart ta' punt perċentwali — għalhekk jekk xejn aktar ma jitbiddel, jelimina d-differenza fil-PGD b'dan l-ammont. |
5. |
Dan ir-riżultat imur direttament kontra l-konklużjoni milħuqa fir-Rapport ta' Sinteżi, u jipprovdi indikatur bżonjuż tal-potenzjal li hemm, minn analiżi tar-riżultati fir-reġjuni ta' l-Objettiv 1 matul dan il-perijodu, biex jelimina d-differenza fil-PGD billi jtejjeb ir-rati ta' parteċipazzjoni — riżultat tassew relevanti mill-perspettiva tal-politika. |
6. |
It-tieni karatteristika li għandha tkun ikkunsidrata fir-riżultati f'Tabella 1, hija relatata ma' l-impatt tat-tibdil fir-rati tal-qgħad skond it-tibdil fil-PGD per capita. Dan l-impatt (diskuss ukoll fis-sezzjoni li jmiss) huwa wkoll statistikament sinifikanti, imma huwa tassew żgħir b'mod kwantitattiv, kważi ta' valur irrelevanti. Il-qgħad naqas b'mod ġenerali marġinalment fir-reġjuni ta' l-Objettiv 1, u din tista' tkun ir-raġjuni għal dan ir-riżultat. |
7. |
Biex tkun eżaminata aktar is-saħħa tar-riżultat prinċipali f'Tabella 1 relatat ma' l-impatt ta' tibdil fir-rata ta' l-impjieg u tibdil fil-PGD per capita, Tabella 2 tipprovdi r-riżultati ta' rigressjoni għar-reġjuni kollha fil-ħmistax-il pajjiż ta' l-UE u għal liema d-dejta kienet disponibbli b'mod konsistenti mill-Eurostat, u mhux biss għar-reġjuni ta' l-Objettiv 1. Ir-riżultati minn 145 reġjun kienu maħruġa minn dejta xi ftit differenti minn dik ta' Tabella 1. Minflok ma ttieħdet biss ir-rata ta' bidla bejn il-bidu u t-tmiem tal-perijodu rilevanti, ir-rata medja ta' bidla kienet maħduma għall-perijodu sħiħ. Dan kien meqjus li jagħti sommarju aktar rappreżentattiv ta' l-iżviluppi fuq numru ta' snin, f'dan il-każ waqt il-perijodu ta' ħames snin bejn l-1996 u l-2000. (Minħabba limitazzjonijiet tad-dejta fl-istatistiċi disponibbli, punt ta' bidu aktar kmieni ma kienx vijabbli għal numru ta' reġjuni). |
Tabella 2 (3)
Rigressjoni ta' bidla medja fil-PGD per capita skond il-bidla medja fl-impjiegi(ACEMPL) u bidla medja fil-qgħad (ACUNEMP)
Rigressur |
Ko-effiċjent |
Żball Standard |
T-Ratio |
[Prob] |
C |
5,2110 |
0,12999 |
40,086 |
[000] |
ACEMPL |
0,24119 |
0,63540 |
3,7959 |
[000] |
ACUNEMP |
–0,0019479 |
0,012260 |
–0,1588 |
[0,874] |
ID |
4,7009 |
0,85873 |
5,4743 |
[000] |
LD |
5,4309 |
0,84670 |
6,4142 |
[000] |
BED |
–0,64276 |
0,25885 |
–2,4831 |
[0,014] |
DED |
–1,3747 |
0,17517 |
–7,8479 |
[000] |
R-Squared |
0,62600 |
R-Bar-Squared |
0,60974 |
S.E. of Regression |
0,84193 |
F-stat. F(6,138) |
38,4979 [000] |
Mean of Dependent Variable |
5,2359 |
S.D. of Dependent Variable |
1,3477 |
Residual Sum of Squares |
97,8204 |
Equation Log-likelihood |
– 177,2101 |
Akaike Info. Criterion |
– 184,2101 |
Schwarz Bayesian Criterion |
– 194,6286 |
DW-statistic |
1,6353 |
|
|
8. |
Il-riżultati jindikaw li l-ko-effiċċjent għal bidla medja fl-impjiegi huwa prattikament l-istess bħall-każ ta' qabel ta' 0,24, li jindika li għar-reġjuni kollha, żieda ta' 1 % fir-rata ta' l-impjiegi għandha tendenza li tiġi assoċjata ma' żieda ta' 0,24 % fil-PGD per capita. Dan ir-riżultat huwa wkoll statistikament sinifikanti, kif hija wkoll l-ekwazzjoni ta' rigressjoni sħiħa. (Varjabbli ieħor fint għall-Lussemburgu kien miżjud, mill-ġdid minħabba ż-żieda fil-PGD per capita minn 161 % fl-1996 għal 199 % fl-2000, huwa sinifikament differenti mill-prestazzjoni medja tar-reġjuni l-oħra). |
9. |
L-impatt tal-bidla fil-varjabbli tar-rata tal-qgħad għal darba oħra hija minimali u f'dan il-każ hija statistikament insinifikanti u negattiva. L-implikazzjonijiet minn dawn ir-riżultati huma li l-impatt ta' tibdil fir-rata tal-qgħad skond it-tibdil fil-PGD per capita ma jidhirx b'saħtu — possibilment minħabba li l-persuni qgħeda huma diġà inklużi fit-total ta' nies li jistgħu jaħdmu u fil-kejl tal-PGD li huwa wżat, u kull bidla minn qiegħed għal impjegat għandha impatt inqas ħafif biex jinqabad f'analiżi statistika ta' dan it-tip. Fiż-żgur, hemm bżonn ta' aktar riċerka f'dan il-qasam. |
(1) Rapport ta' Sinteżi, p. 62.
(2) 50 osservazzjoni wżati għall-istimi. BE, IR u DX huma varjabbli finti għall-Belġju, l-Irlanda u l-Ġermanja. C1 huwa l-punt ta' interċettazzjoni.
(3) 145 osservazzjoni wżati għall-istimi. ID, LD, BED, DED huma varjabbli finti għall-Irlanda, il-Lussemburgu, il-Belġju u l-Ġermanja. C huwa l-punt ta' interċezzjoni.
ANNESS III
It-tkabbir tal-PGD u l-fondi strutturali
1. |
Twettqet analiżi multipla ta' rigressjoni biex tkun eżaminata r-rabta bejn il-bidla medja annwali fil-PGD per capita għall-qasam ta' l-Objettiv 1 (il-varjabbli dipendenti) meta mqabbel man-nefqa tal-fondi attwali ta' l-UE per capita fir-reġjuni ta' l-Objettiv 1 ta' kull Stat Membru. L-istess dejta u perijodu ta' żmien (1993-1999) hija wżata bħal dik li hemm fir-Rapport ta' Sinteżi. |
2. |
Wieħed għandu jinnota li l-immudellar tar-rati ta' bidla huwa eżerċizzju statistiku li jitlob attenzjoni, u sikwit jagħti livelli baxxi ta' varjazzjoni spjegata fil-varjabbli dipendenti. Minkejja dan, ir-riżultati f'Tabella 1 juru li 53 % tal-varjazzjoni fil-varjabbli dipendenti hija miġbura mill-allokazzjonijiet differenti fil-fondi tal-UE fuq bażi per capita. Dan huwa riżultat statistiku sinifikanti, u jissuġġerixxi li reġjuni li kellhom nefqa attwali ogħla ta' Fondi Strutturali ta' l-UE fuq bażi per capita, ukoll kellhom it-tendenza li jkollhom tkabbir medju aktar għoli per capita fil-perijodu. |
3. |
Għalkemm il-kampjun huwa żgħir, u dan jagħmel l-evalwazzjoni statistika diffiċli, kull waħda mill-11-il osservazzjoni hija amalgama ta' l-informazzjon f'ħafna reġjuni u għalhekk tirrappreżenta bażi aktar wiesgħa ta' informazzjoni minn dik li jissuġġerixxu l-11-il osservazzjoni. Dan ir-riżultat jikkontrasta ma' dak mogħti fir-Rapport u jissuġġerixxi li hemm bżonn ta' aktar riċerka f'dan il-qasam. L-immarkar tal-valuri attwali u valuri fitted minn din ir-rigressjoni hija murija wkoll f'Figura 1. |
Tabella 1
Rigressjoni tal-bidla medja fil-PGD per capita skond il-bidla medja fil-fondi strutturali ta' l-UE per capita (EUSFPC)
Rigressur |
Ko-effiċjent |
Zball Standard |
T-Ratio |
[Prob] |
C |
–2,0780 |
0,90194 |
–2,3040 |
[0,047] |
EUSFPC |
2,8192 |
0,88559 |
3,1834 |
[0,011] |
R-Squared |
0,52963 |
R-Bar-Squared |
|
0,47737 |
S.E. of Regression |
1,2355 |
F-stat. F (1,9) |
10,1340 |
[0,011] |
Mean of Dependent Variable |
0,53688 |
S.D. of Dependent Variable |
|
1,7089 |
Residual Sum of Squares |
13,7371 |
Equation Log-likelihood |
|
–16,8304 |
Akaike Info. Criterion |
–18,8304 |
Schwarz Bayesian Criterion |
|
–19,2283 |
DW-statistic |
1,8219 |
|
|
|
ANNESS IV
Is-simulazzjonijiet HERMIN u l-qgħad
1. |
Il-mudell ta' HERMIN ġie applikat fuq bażi ta' ipoteżi issoponuta “medja” (medju għal medju) li jikkonċerna l-effetti tal-provvista jew elastiċitajiet fir-rigward tal-kapital uman u l-infrastruttura. Is-solidità ta' dawn ir-riżultati kienet analiżżata permezz ta' analiżi ta' sensitività fuq il-bażi ta' żewġ ipoteżi oħra:
|
2. |
Fir-rigward tal-qgħad, is-simulazzjonijiet ta' HERMIN għall-Ġermanja ta' Lvant, Spanja, il-Greċja, L-Irlanda u l-Portugall wasslu għall-tibdil fir-rata tal-qgħad li jvarja skond it-tliet ipoteżi. Biex ikun evalwat b'mod aħjar jekk ir-riżultati kinux xierqa, il-Qorti ikkonvertiet t-tnaqqis (jew iż-żidiet) fir-rata tal-qgħad f'impjiegi netti maħluqa (jew mitlufa). Ir-riżultati tal-konverżjoni tat-tnaqqis (jew iż-żidied) fil-qgħad f'impjiegi netti maħluqa (jew mitlufa) huma mniżżla f'Tabella 1. |
Tabella 1
Is-simultazzjonijiet ta' HERMIN
|
Impjiegi netti maħluqa |
||
Ipoteżi Żero-żero |
Ipoteżi Medja-medja |
Ipoteżi Għoli-għoli |
|
Il-Ġermanja tal-Lvant |
822 308 |
729 923 |
635 755 |
Spanja |
1 051 135 |
241 789 |
– 806 026 |
Greċja |
303 034 |
190 825 |
65 969 |
Irlanda |
86 679 |
64 621 |
36 335 |
Portugall |
497 445 |
250 502 |
– 253 299 |
3. |
Il-validità tar-riżulati hemm bżonn tkun evalwata fid-dawl ta' l-osservazzjonijiet illi ġejjin:
|
(1) Rapport ta' evalwazzjoni għall-Ġermanja (O1), (pp. 42, 48, 70, 72, 85, 86).
(2) Rapport ta' evalwazzjoni għall-Irlanda (pp. 61, 92).
(3) Dipartiment għall-Previżjoni u l-Ipjanar (DPP).
(4) Rapport nazzjonali, p. 210.
IR-RISPOSTA TAL-KUMMISSJONI
SINTEŻI
VI. |
Il-Kummissjoni taf biżżejjed bil-limitazzjonijiet ta’ l-istudju ta’ valutazzjoni, l-aktar minħabba nuqqasijiet f’dak li għandu x’jaqsam ma’ data, u se tieħu passi biex ittejjeb il-vijabbiltà ta’ valutazzjonijiet ex post li se jsiru fil-ġejjieni. |
VII. |
Għalkemm inqalgħu xi diffikultajiet minħabba d-data, fil-valutazzjoni intużaw diversi forom ta' informazzjoni biex jinġibdu l-konklużżjonijiet (rapporti ta' l-istati membri ta' nofs il-perjodu ta' żmien kif ukoll rapporti finali ta' valutazzjoni, intervisti, workshops nazzjonali, u studji dwar każijiet partikolari). |
VIII. |
Il-Kummissjoni tqis li t-termini ta’ referenza kienu xierqa għall-iskop li għalihom intużaw, iżda li l-valutazzjoni kellha quddiemha sfidi kbar, speċjalment f’dak li hi disponibbiltà ta’ data. Il-Kummissjoni ħadet f’kunsiderazzjoni sew l-aspetti pożittivi kif ukoll dawk negattivi tax-xogħol li sar. Madanakollu, il-Kummissjoni taċċetta li analiżi ta' tħejjija kienet tkun ta' għajnuna biex ikunu jistgħu jiġu identifikati xi wħud mid-diffikultajiet li nqalgħu minħabba nuqqas ta' informazzjoni, kif deskritti mill-Qorti. |
X. |
Għalkemm inqalgħu diffikultajiet, ir-riżultati tal-valutazzjonijiet ġew kif maħsub ikkunsidrati tul il-proċess ta’ reviżjoni għall-perjodu ta’ żmien medju. |
XI. |
Il-Kummissjoni tqis li l-valutazzjonijiet ex post tal-ġejjieni għandhom ikunu aktar iffukati u għandhom jieħdu f’kunsiderazzjoni sħiħa n-nuqqasijiet f’dak li għandu x'jaqsam ma' data u ma' riżorsi. Il-Kummissjoni tqis li l-mudelli makro-ekonomiċi huma għodda rilevanti biex ikun jista’ jitkejjel l-impatt ekonomiku ta’ interventi fuq skala kbira. Il-mudelli HERMIN żviluppati għal diversi pajjiżi ikkonċernati ħadu, sa kemm kien possibbli, f’kunsiderazzjoni l-kundizzjonijiet speċifiċi ta’ l-ekonomiji li rċevew iffinanzjar. Madankollu, bħal fil-każ ta’ kull għodda ta’ valutazzjoni, jista' jsir aktar titjib biex jiġu indirizzati l-limitazzjonijiet, b'mod partikolari dwar il-micro data. Il-Kummissjoni taqbel li l-valutazzjonijiet ex post għandhom jieħdu f'kunsiderazzjoni sħiħa l-istudji tematiċi eżistenti. Valutazzjonijiet oħra fil-ġejjieni għandhom ikunu jkopru anqas mistoqsijiet ta’ valutazzjoni. B’hekk ikun possibbli li l-analiżi f’ċerti oqsma tkun aktar profonda u jitħaffef ix-xogħol ta’ supervizjoni li jsir mill-Kummissjoni. |
INTRODUZZJONI
1. |
Il-Qorti għamlet osservazzjonijiet dwar il-valutazzjoni in ġenerali, kif ukoll osservazzjonijiet partikolari dwar il-valutazzjoni ex post f’diversi okkażjonijiet qabel, b’mod partikolari fir-rapport Speċjali 15/1998 dwar il-valutazzjoni ta’ l-intervent tal-Fond Strutturali għall-perjodi 1989-1993 u 1994-1999 u fir-rapport Speċjali 7/2003 dwar l-implimentazzjoni ta’ ipprogrammar ta’ assistenza għall-perjodu 2000-2006 fi ħdan il-Qafas tal-Fondi Strutturali. F’din il-ħidma ta’ qabel, il-Qorti għarfet ir-restrizzjonijiet speċifiċi ta’ valutazzjonijiet bħal dawn u ħarġet b’valutazzjoni kollox ma' kollox soddisfaċenti, fil-waqt li fl-istess ħin semmiet aspetti li għandhom jittejjbu. Il-Kummissjoni tilqa’ l-kritika kostruttiva tal-Qorti dwar dan. |
4. |
Għall-valutazzjoni ex post fil-ġejjieni, il-Kummissjoni se tirrevedi l-mod kif l-eżerċizzju hu organizzat, b’referenza partikolari għall-ġbir tad-data u t-tħejjija tar-rapport ta' sinteżi. Il-valutazzjoni ex post tal-ESF użat ir-rapporti ta’ valutazzjoni li saru mill-Istati Membri sew f’nofs il-perjodu ta' żmien, kif ukoll fl-istadji “finali” tal-perjodu programmatiku 1994-99. |
VALUTAZZJONI EX POST TA’ L-OBJETTIV 1 MINN DG REGIO
15. Kaxxa 1 |
Il-valutazzjoni ex post mhix rapport uffiċjali tal-Kummissjoni. Madankollu, il-Kummissjoni tappoġġja l-konklużjoni ġenerali tar-rapport, kif jidher mit-Tielet Rapport tal-Kummissjoni dwar il-Koeżjoni Ekonomika u Soċjali. |
16. |
Il-Qorti tagħraf l-isfidi partikolari quddiem il-valutazzjoni ex post, u b’mod partikolari n-nuqqas ta’ data indikattiva kwantifikata. Il-Kummissjoni taqbel li hemm lok għal titjib f’valutazzjonijiet ex post fil-ġejjieni. Għal dan il-għan, il-Kummissjoni beħsiebha tibda dibattitu metodoloġiku aktar wiesa’ ma’ l-Istati Membri u d-dinja akkademika qabel is-sensiela li jmiss ta' valutazzjonijiet ex post. Kwistjoni ewlenija li teħtieġ li tiġi esplorata hija dwar jekk wieħed għandux jiffoka fuq numru żgħir ta’ kwistjonijiet ta’ valutazzjoni li jkunu rilevanti. L-eżerċizzju għandu jkun anqas affettwat minn restrizzjonijiet ta' data. |
17. |
Għalkemm ir-rata ta' konverġenza tvarja bejn reġjun u ieħor, it-tkabbir ekonomiku fir-reġjuni li jaqgħu taħt Objettiv 1 huwa riżultat mhux biss ta' żidiet fir-rata ta' l-impjiegi iżda wkoll b'mod sinifikanti ta’ żidiet fil-produttività. Studji empiriċi oħra jindikaw li l-produttività hija fattur ewlieni li jiddetermina r-rata ta’ tkabbir li jkun sostenibbli għat-tul (sakemm ma jkunx hemm influss permanenti ta' migranti). |
18. |
Il-Kummissjoni tilqa’ l-analiżi ta' rigressjoni li saret mill-Qorti. Madankollu, hija bbażata fuq wieħed biss mill-elementi varjabbli esplikattivi. Biex kemm jista' jkun ma jkunx hemm rizultati b'xaqliba, tkun trid issir analiżi ta' l-elementi l-oħra varjabbli esplikattivi. |
19. |
Studji oħra li saru mill-Kummissjoni, per eżempju t-Tielet Rapport dwar il-Koeżjoni ukoll wasslu għal konklużjonijiet differenti mir-rapport ta’ Sinteżi. L-istampa hija fil-fatt imħallta, fejn f'xi Stati Membri ż-żidiet fl-impjiegi jidhru li huma l-fattur ewlieni li kkontribwixxa għat-tkabbir, fil-waqt li fi Stati Membri oħra dan kien ġej l-aktar minn żieda fil-produttività (ara t-Tielet Rapport dwar il-Koeżjoni, p. 3-4). |
20. |
Il-Kummissjoni taqbel li d-data li hemm dwar ir-rata tal-parteċipazzjoni, tal-prodott gross domestiku (PGD) u tal-produttività setgħet ġiet użata aħjar minn min għamel ir-rapport. Madankollu, studji oħra ukoll esploraw dawn ir-relazzjonijiet. |
21. |
Data dwar l-infieq ippjanat u l-infieq li fil-fatt sar ma tistax tinqasam skond ir-reġjun, peress li parti mdaqqsa ta' l-assistenza titqassam permezz ta' programmi nazzjonali bħal ma huma dwar it-trasport, ir-riċerka, l-iskemi ta' għajnuna nazzjonali jew programmi għar-riżorsi umani, u l-Istati Membri ma jiġbrux statistika dwar kif din titqassam skond ir-reġjuni. Għaldaqstant, ir-rigress seta' bil-fors ikopri parti biss min-nefqa ta' l-UE. Kien hemm restrizzjoni inerenti f’din il-parti tal-valutazzjoni. |
23. |
Fit-tielet Rapport dwar il-Koeżjoni (p. 147) il-Kummissjoni uriet li hemm xi relazzjoni bejn l-ammont ta' għajnuna strutturali mogħtija u t-tkabbir reali fil-PGD fir-reġjuni li jaqgħu taħt l-Objettiv 1. |
24. |
Kif diġà ntqal, il-valutazzjoni kellha quddiemha diversi restrizzjoni f’dak li għandu x’jaqsam ma’ data, speċjalment f’dik li hi data nazzjonali dwar in-nefqa kkofinanzjata sew pubblika kif ukoll privata. Id-data ppreżentata kienet ibbażata l-aktar fuq proċeduri ta’ stima, li f’xi każi wasslu għal żbalji jew diskrepanzi. |
26. |
Il-parteċipazzjoni tas-settur privat tiddependi fuq il-kundizzjonijiet ġenerali ekonomiċi tal-pajjiż kollu kemm hu, u tar-reġjun konċernat. L-effett multiplikattiv li jirrizulta mill-Fondi Strutturali ta’ l-UE ivarja bil-bosta minn pajjiż għal ieħor. |
27. |
Il-valutazzjoni ta’ din il-kwistjoni ttelfet peress li kien hemm dubji dwar iċ-ċifri dwar is-settur privat. |
28. |
Il-fenomenu ta’ meta s-suq ma jiffunzjonax sewwa hija kwistjoni kruċjali fil-kuntest ta’ evalwazzzjoni ex ante. Għalkemm tissemma fil-Gwida Metodoloġika mfassla mill-evalwatur, ma kienx meħtieġ, skond it-termini ta’ referenza, li ssir valutazzjoni formali u dettaljata ta’ dak li jkun xieraq. |
30. |
L-evalwaturi kellhom jibbażaw il-ġudizzji tagħhom l-aktar fuq informazzjoni u data li kienet disponibbli fl-Istati Membri. Jekk data, pereżempju fuq l-“effett inerzjali”, ma tkunx disponibbli, it-Termini ta’ Referenza ma kinux jobbligaw lill-evalwaturi jiġbru data bħal din huma stess, minħabba l-iffinanzjar limitat ta' dan l-eżerċizzju. Dwar il-kunċett ta’ valur miżjud għall-Komunità, il-Kummissjoni tqis li l-kontenut tal-kunċett jiddependi fuq il-kuntest fl-Istati Membri differenti. Pereżempju, il-metodoloġija ta’ l-ipprogrammar tista’ tkun xi ħaġa ġdida fi Stat Membru wieħed iżda mhux f’ieħor. Jidher li valutazzjoni kwalitattiva tkun l-aktar xierqa f’dawn iċ-ċirkostanzi. |
31. |
Il-limitazzjonijiet ġejjin l-aktar minħabba restrizzjonijiet finanzjarji u ta' data. Filwaqt li kunsiderazzjoni tar-riżultati ta’ studji tematiċi oħra setgħet tassew tagħti aktar piż lill-konklużjonijiet, il-valutazzjoni ex post kellha tkun ta' bil-fors usa' fl-ambitu tagħha. |
32. |
Iż-żewġ valutazzjonijiet għandhom ambitu u kopertura differenti. Pereżempju, il-valutazzjoni tematika dwar it-trasport hija wkoll ibbażata fuq il-Fond ta’ Koeżjoni u tkopri l-objettivi kollha. |
33. |
Huwa magħruf kemm hu diffiċli li wieħed jistma x'impatt se jkollhom fuq l-impjiegi l-interventi tal-Fondi Strutturali u wieħed jista' jikseb riżultati differenti, skond x'metodoloġija tintuża. Għalhekk wieħed għandu joqgħod attent meta jinterpretahom. Il-Kummissjoni qed tagħmel aktar xogħol metodoloġiku dwar l-istima ta’ effetti fuq l-impjiegi sabiex ir-riżultati jkunu dejjem aktar konsistenti. |
34. |
Il-metodi użati biex jiġu stmati l-effetti fuq l-impjiegi fir-Rapport ta’ Sinteżi u r-Rapport Tematiku ta' Valutazzjoni ma jistgħux jitqabblu. Il-model Hermin hu bbażat fuq supposżizzjonijiet aktar soda u jaqbad ukoll effetti fuq il-produzzjoni marbuta ma’ l-investiment f’kapital fiziku u uman, fil-waqt li l-istudju dwar it-Trasport jistma l-effeti diretti u indiretti fuq perjodu ta' żmien żgħir. |
35.-36. |
Kif muri qabel, huwa magħruf kemm hu diffiċli li wieħed jistma x'impatt se jkollhom fuq l-impjiegi l-interventi tal-Fondi Strutturali u wieħed jista' jikseb riżultati differenti, skond x'metodoloġija tintuża. L-istudju tematiku fuq l-SMEs għamel analiżi aktar profonda ta' l-interventi dwar l-SMEs kif ukoll kopra interventi oħra barra l-oqsma ta' Objettiv 1. |
37. |
Il-monitoraġġ ta' data ta' l-Istati Membri kien informazzjoni meħtieġa biex seta' jsir l-istudju. Meta wieħed iqis il-limitazzjonijiet ta’ ħin u ta’ finanzi, kien impossibbli li wieħed jimla l-vojt u jagħmel tajjeb għan-nuqqasijiet fid-data. |
38. |
Meta wieħed iqis l-ambitu wiesa' tal-valutazzjoni, kien impossibbli li wieħed jindirizza l-kwistjonijiet kollha fil-fond billi jsiru eżerċizzji ta' stħarriġ ad hoc jew stħarriġ fuq il-post. |
39. |
Il-Kummissjoni taqbel li l-valutazzjonijiet għadhom jużaw l-istudji li jeżistu kif ukoll dak li nkiteb dwar is-suġġett bħala punt tat-tluq għall-analiżi. Madankollu, l-istudji tematiċi saru f’kuntest ieħor, jiġifieri bħala ogħti ta’ informazzjoni bi tħejjija għall-programmi 2000-2006, fil-waqt li l-valutazzjoni ex post saret aktar tard. |
40. |
L-użu ta’ metodi kwantitattivi formalizzati jinħtieġ l-eżistenza ta’ data soda u suffiċjenti mill-Istati Membri. Kif tgħid il-Qorti, ħafna drabi ma kienx hemm data bħal din għall-perjodu programmatiku 1994-99. |
41. |
L-objettiv stipulat bit-Termini ta' Referenza (ToR) għal dan il-qasam kien pjuttost limitat bħala ambitu. |
42. |
Minkejja d-diffikultajiet li kien hemm biex tinkiseb id-data minħabba li diversi metodi ta’ kif isir il-bini kienu konnessi bejniethom, l-evalwaturi ppruvaw jaraw kif jistabbilixxu spejjeż għal kull unità f’ċerti oqsma bħal ma huma l-bini tat-toroq, proġetti ambjentali u mpjiegi maħluqa fi proġetti industrijali. |
43. |
Il-Kummissjoni taqbel li hija meħtieġa analiżi aktar dettaljata. Il-valutazzjoni ex post li saret wara dwar il-Fond ta’ Koeżjoni xeħtet aktar dawl dwar dan is-suġġett. Fl-1998 il-Kummissjoni ħejjiet gwida “Understanding and monitoring the cost-determining factors of infrastructure projects — A user's guide” (“Kif wieħed jifhem u jagħmel monitoraġġ fuq il-fatturi li jiddeterminaw il-prezzijiet ta’ proġetti infrastrutturali — Gwida għall-utenti”). |
44. |
Il-binja tal-kliem tat-ToR turi biċ-ċar li dawn il-ħidmiet kienu partikolarment diffiċli u minnhom jistgħu jinġibdu biss konklużjonijiet parzjali. Valutazzjoni ta’ partenarjati bejn is-settur pubbliku u dak privat kif ukoll tal-proċedura ta’ l-offerti pubbliċi ma kinitx meħtieġa mit-ToR. Il-kwistjoni ta’ partenarjati bejn is-settur pubbliku u dak privat kienet indirizzata fl-valutazzjoni ex post tal-Fond ta' Koeżjoni. |
46. |
L-evalwatur eskluda il-ko-iffinanzjar privat fl-immudellar makro-ekonomiku, peress li l-għan kien li l-mudell mixtieq jikkwantifika l-impatt globali fuq l-ekonomija ta’ l-ispiża ko-iffinanzjata mill-UE u mis-settur pubbliku, inkluż l-investiment privat. L-investiment tas-settur privat huwa meqjus bħala riżultat u mhux bħala input ta' politika. Il-Kummissjoni tirreferi għar-risposta tagħha fil-paragrafi 24.-27. Bħall-Qorti, il-Kummissjoni hija wkoll imħassba minħabba d-diffikultà biex jiġu stipulati parametri li jespeċifikaw l-esternalità. L-għażla li saret kienet ibbażata fuq studji internazzjonali li minnhom setgħu jinkisbu serje ta’ valuri ta’ elastiċità. Fil-mument li sar l-istudju, ma kien hemm l-ebda alternattiva biex issir l-analiżi ta' l-impatt. |
48. |
Xi wħud mill-osservazzjonijiet tal-Qorti fil-punti 48-49 saru fir-Rapport Speċjali tagħha nru 7/2003 dwar l-implimentazzjoni ta’ l-ipprogrammar ta' l-assistenza għall-perjodu 2000-2006 fi ħdan il-qafas tal-Fondi Strutturali. Il-Kummissjoni tirreferi wkoll għar-risposti mogħtija f’dak ir-rapport. L-alternattiva ssuġġerita mill-Qorti ma kinitx vijabbli. Ir-rekwiżiti dwar il-ġbir tal-micro-data ma kinux standardizzati sal-punt mitlub għal analiżi bħal din. Il-Kummissjoni taqbel li valutazzjonijiet makro-ekonomiċi għall-quddiem għandhom ikunu jistrieħu aktar fuq analiżi tad-data mikro-ekonomika. |
49. |
|
50. |
Hija l-opinjoni tal-Kummissjoni, minkejja nuqqasijiet li jista’ jkun hemm, li l-mudelli tat-tip HERMIN huma strument vijabbli biex wieħed jifhem u jkejjel l-effetti tal-politika ta' koeżjoni. Il-fatt li għadd dejjem jikber ta’ Stati Membri qed jużaw dan il-mudell, u n-nuqqas ta’ metodi alternattivi konvinċenti, jikkonfermaw din l-opinjoni. Il-mudell HERMIN jista’ jiġi mtejjeb u l-Kummissjoni qed taħdem fuq l-iżvilupp tiegħu għall-perjodu programmatiku 2007-2013. |
51. |
Il-Kummissjoni tqis li huwa diffiċli li wieħed jistabbilixxi xi korrispondenza lineari bejn żieda jew tnaqqis fil-qagħad u l-għadd ta’ impjiegi maħluqa jew mitlufa. Il-mekkaniżmi tas-suq tax-xogħol huma aktar kumplessi u għandhom jiġu eżaminati bir-reqqa qabel ma wieħed jasal għal konklużżjonijiet sodi. |
52. |
Terġa u tgħid, il-valutazzjoni kienet tiddependi fuq il-kwalità tad-data u l-iffissar ta’ objettivi mill-Istati Membri. In-nuqqas ta’ data bħal din fissret li l-valutazzjoni f’ħafna każi kienet diffiċli jew impossibbli. |
56. |
Rakkomandazzjonijiet parzjalment konflinġenti jew rakkomandazzjonijiet li ma jaqblux f’valutazzjonijiet differenti bi kwistjonijiet jew metodi differenti huma fenomenu normali u produttiv fir-riċerka ekonomika u soċjoloġika. |
57. |
Ir-rakkomandazzjoni fil-valutazzjoni ex post li għandha tingħata attenzjoni li l-Kumitati ta’ Monitoraġġ ikunu kemm jista’ jkun ta’ daqs xieraq u maniġabbli mhix inkonsistenti mar-rakkomandazzjoni li saret fl-Istudju Tematiku biex tiġi żgurata l-inklussività fil-għamla tagħhom. |
59. |
L-evalwazzjioni ex post kienet ibbażata hawnhekk biss fuq studji parzjali. Il-Kummissjoni taqbel li dak li sar magħruf dwar is-sistemi ta' immaniġġjar kien interessanti biżżejjed li jistħoqqlu aktar attenzjoni. Valutazzjoni speċifika ta’ din il-kwistjoni saret mis-servizzi tal-Kummissjoni fl-2003 (“L-effiċjenza tal-metodi ta’ implimentazzjoni għall-Fondi Strutturali” — Diċembru 2003). |
60. |
Bħal fil-każ ta’ studji oħra ta’ Valutazzjoni Tematika, dak tal-Prinċipju tal-Partenarjat hu magħmul apposta biex tingħata informazzjoni utli għall-ipprogrammar tal-perjodu 2000-2006. L-ipprogrammar kien tlesta sal-mument meta saret il-valutazzjoni ex post. Għaldaqstant, fil-waqt li kienet mixtieqa, ma kinitx essenzjali aktar diskussjoni dwar dan is-suġġett fil-valutazzjoni ex post. |
61. |
Il-ħidmiet u l-finanzi għall-valutazzjoni kellhom ikunu ta' bil-fors limitati. Il-kwistjonijiet li tqajjmu mill-Qorti kienu s-suġġett ta’ l-istudju msemmi fir-risposta għat-tweġiba għal punt 59. Il-proċeduri ta’ kif jintgħażlu l-proġetti huma wkoll aspett partikolari tas-sistemi ta’ immaniġġjar u kontroll li huma ċċekkjati fil-verifiki, peress li huma kundizzjoni importanti ta’ immaniġġjar finanzjarju sod. Il-Kummissjoni ixxaqleb lejn l-idea li valutazzjonijiet ex post fil-ġejjieni għandhom ikunu jkopru anqas kwistjonijiet. |
62. |
Il-Kummissjoni taqbel li kien hemm dgħufijiet fis-sistemi ta' immaniġġjar u kontroll ta' l-Istati Membri għall-Fondi Strutturali matul il-perjodu 1994-1999. Madankollu, dawn tjiebu lejn tmiem il-perjodu bl-introduzzjoni tar-Regolament ta’ kontroll 2064/97, u t-titjib baqa’ għaddej fil-perjodu 2000-2006. |
63. |
L-Istati Membri u l-Kummissjoni jaqblu li l-immonitoraġġ tal-programmi tal-Fondi Strutturali kien punt dgħajjef fil-perjodu programmatiku 1994-99. Fil-perjodu 2000-2006 saru sforzi sostanzjali biex il-kwistjoni tkun indirizzata. Għall-ewwel darba saru valutazzjonijiet sistematiċi (inklużi valutazzjonijiet ex ante u valutazzjonijiet ta' nofs il-perjodu) għall-programmi kollha tal-Fondi Strutturali. Dan wassal għal titjib sostanzjali tas-sistema ta’ indikazzjoni u ta’ monitoraġġ għall-Fondi Strutturali. |
64. |
Id-data finanzjarja li ħarġet minn dawn is-sistemi kienet kollox ma’ kollox waħda ta’ min joqgħod fuqha. Dan ma kienx il-każ, iżda, għal data dwar il-monitoraġġ għalkemm id-disponibbiltà ta’ data bħal din tjiebet fl-istadji ta’ l-aħħar tal-perjodu programmatiku. |
65. |
Ir-regolamenti ma kinux jistipulaw obbligu legali li jsiru “valutazzjonijiet interni” iżda dawn saru bi tweġiba għall-bżonnijiet speċifiċi li kellhom l-Istati Membri. Dan huwa effett laterali pożittiv tal-valutazzjoni ex post, li issa qed tiġi imitata minn ħafna bnadi. |
66. |
Għall-perjodu programmatiku 2000-2006 ir-regolament stabbilixxa għall-ewwel darba regoli u rekwiżiti dettaljati. Abbażi ta’ dan, il-Kummissjoni fasslet dokumenti ta' ħidma dettaljati dwar l-elementi ta’ monitoraġġ u valutazzjoni. Il-valutazzjonijiet ex ante, magħmula b’mod sistematiku għall-programmi u l-objettivi kollha, kienet opportunità ewlenija għall-Istati Membri biex dawn jinvestu fit-twaqqif ta' indikaturi u objettivi kwantifikati. Il-biċċa l-kbira ta' l-Istati Membri introduċew soluzzjonijiet ta' IT biex jappoġġjaw rappurtaġġ regolari u sistematiku ibbażat fuq informazzjoni kwantifikata. Il-valutazzjoni ta’ nofs il-perjodu kienet opportunità biex jiġu riveduti u jittejjbu l-indikaturi u l-użu li jsir minnhom. |
67. |
|
68. |
Saret ħafna riċerka dwar il-konverġenza. Ir-riżultati ta’ xogħol li sar dan l-aħħar huma miġbura fil-qosor fir-Rapporti dwar il-Koeżjoni tal-Kummissjoni. |
69. |
Dan seta’ jkun metodu ieħor interessanti, iżda ma kienx meħtieġ. Fl-opinjoni tal-Kummissjoni, valutazzjoni fil-ġejjieni għandha tistipula prijoritajiet ċari, billi tillimita l-ambitu tad-domandi. |
70. |
Il-Kummissjoni tqis li t-ToR u l-gwida metodoloġika kienu biżżejjed għall-iskop mixtieq. |
72. |
Mill-esperjenza miksuba mill-valutazzjoni ex post, il-Kummissjoni bħalissa tuża l-pariri ta’ esperti fi stadju bikri, f’valutazzjonijiet li jkunu jiddependu ħafna fuq il-metodoloġija. |
73. |
Il-valutazzjoni ex post 1994-1999 kellha quddiemha sfidi speċifiċi, speċjalment tad-data li kien hemm. |
75. |
Il-Kummissjoni f'din l-valutazzjoni applikat it-tekniċi ta' l-immaniġġjar tas-soltu bħal ma huma sistema formalizzata ta' rappurtaġġ intermedju, superviżjoni minn kumitat ta’ treġija, laqgħat ta’ ħidma regolari u l-użu ta’ esperti. Ir-riżultat tal-proċess kien rapport ta' kwalità aċċettabbli. Il-Kumplessità tal-valutazzjoni ex post kienet sinifikanti. Il-Kummissjoni se tuża l-esperjenza miskuba biex tindirizza din il-kwistjoni aħjar fil-futur. Il-Kummissjoni ixxaqleb lejn l-opinjoni tal-Qorti li valutazzjonijiet fil-ġejjieni għandhom ikunu jkopru anqas kwistjonijiet. B’hekk ikun possibbli li l-analiżi f’ċerti oqsma tkun aktar profonda u jitħaffef ix-xogħol ta’ supervizjoni li jsir mill-Kummissjoni. |
76. |
Il-valutazzjoni, sew fil-Sommarju Eżekuttiv kif ukoll fir-Rakkomandazzjonijiet tal-kapitolu 9 tagħti ħafna aktar minn rakkomandazzjoniet dwar immaniġġjar. Ir-rakkomandazzjonijiet huma mmirati lejn interventi fuq il-Fondi Strutturali fir-reġjuni kollha li jaqgħu fi ħdan l-Objettiv 1 u huma ta’ bil-fors ta’ natura ġenerali. Qed ikun enfasizzat ir-rwol tar-riċerka u ta’ l-iżvilupp, il-ħtieġa li tingħata aktar attenzjoni għal differenzi fi ħdan reġjuni kbar li jaqgħu taħt Objettiv 1, il-ħtieġa li l-interventi tal-Fondi Strutturali jiġu kkordinati aħjar fejn jidħlu l-fondi kollha f'oqsma rurali, eċċ. |
77. |
Il-Kummissjoni taqbel ma’ l-evalwatur li l-Kumitati ta’ Monitoraġġ għandhom jagħtu aktar attenzjoni lil kwistjonijiet strateġiċi. Dan m’għandux itellef mill-ħidmiet oħra li l-Kumitati jridu jwettqu taħt ir-regolamenti. |
80. |
Ir-rakkomandazzjoni msemmija b’mod speċifiku mill-Qorti se tkun implimentata mill-Kummissjoni għall-perjodu programmatiku 2007-2013. |
VALUTAZZJONI EX POST TA’ OPERAZZJONIJIET TAL-ESF (SKOND L-OBJETTIVI 1 U 3) MINN DG EMPL
81. |
F’Ottubru 2002 saret laqgħa ta' koordinazzjoni bejn DG REGIO, DG EMPL u l-evalwaturi għall-valutazzjoni ex post tal-ESF. F’din il-laqgħa ntlaħaq qbil li l-evalwaturi ex post tal-ESF ikollhom aċċess għall-materjal miġbur mill-evalwaturi ex post tal-ERDF. Dan sar aktar tard. Iż-żewġ maniġers tal-valutazzjonijiet ex post kienu membri tal-kumitati ta’ treġija ta’ xulxin u rċevew dokumentazzjoni ċirkolata lil membri ta’ kumitat ta’ treġija oħrajn. L-evalwaturi ta' l-ESF użaw il-materja ta' valutazzjoni tal-ERDF li kien disponibbli. |
Kaxxa 2 |
L-evalwaturi ex post tal-ESF użaw varjetà ta’ sorsi ta’ informazzjoni. |
82. |
Ir-rapport ta' sinteżi waħdu fih ħafna informazzjoni dwar l-użu ta' riżorsi tal-ESF (natura, kwantità u impatt) madwar gruppi ta’ mira differenti, u skond it-tip ta’ miżura madwar l-Istati Membri (ara b’mod partikolari Kapitlu 2 tar-rapport ta' sinteżi). |
84. |
L-istima dwar l-għadd ta' membri fit-tabella msemmija hi bbażata fuq l-informazzjoni pprovduta mis-sistemi ta’ monitoraġġ provduta mill-Istati Membri. Id-diffikultajiet li kien hemm ta' preċiżjoni ta' xi data ma influwenzatx b’mod sinifikanti l-osservazzjonijiet siewja li saru. L-għadd totali ta' benefiċjarji għandu importanza biss f'dak li għandu x'jaqsam ma' (i) kontabilità, (ii) l-analiżi limitata tar-relazzjonijiet dħul/ħruġ. Il-valutazzjoni ex post ma kinitx tistrieħ fuq sorsi singoli ta’ informazzjoni biex setgħu jinġibdu konklużjonijiet u jsiru rakkomandazzjonijiet. |
85. |
Il-Kummssjoni tagħraf li kien hemm problemi fl-istimi ta’ l-għadd ta’ benefiċjarji tal-ESF. Madankollu, tqis li t-tabella fiha data siewja għal dawk li jfasslu l-politika. Waqt li l-evalwatur ex post diġà, kif inhu sew, ikkwota ż-żewġ sorsi ta' informazzjoni li ntużaw biex it-tabella tiġi żviluppata, spjegazzjoni aktar komprensiva ta’ min fejn inkisbu l-figuri tkun madankollu siewja. |
86. |
Il-kummenti fit-test jirreferu għal aktar informazzjoni dettaljata minn dik ippreżentata fit-tabella li hemm magħha. It-tabella tippreżenta medji, fil-waqt li t-test jaqsam skond is-sotto-kategorija. Il-Kummissjoni hija tal-fehma li l-fatt li ma tingħatax firxa wiesgħa ta’ valuri ma ttellifx mill-valur ta’ l-analiżi. |
87. |
L-għan ta’ Kapitolu 3 huwa biex tingħata informazzjoni kontestwali għal azzjonijiet ta’ l-ESF u fil-fatt huwa l-Kapitolu 2 li jipprovdi l-qofol ta' l-informazzjoni numerika dwar l-ESF. |
Kaxxa 3 |
Dawn il-ftit diskrepanzi testwali ma jinvalidawx il-preċiżjoni u s-siwi tad-data fit-tabella. |
88. |
It-tabella turi biċ-ċar li hemm appoġġ ġenerali għall-ipoteżi identifikata. Valutazzjoni tat-tabella 2 turi li:
|
89. |
Huwa wkoll aspett leġittimu tal-ħidma tal-valutazzjoni li jiġu identifikati nuqqasijiet fid-data. It-termini ta’ referenza juru biċ-ċar li l-valutazzjoni għandha l-ewwel u qabel kollox tkun ibbażata fuq dokumenti billi tintuża data sekondarja (data u informazzjoni disponibbli fil-valutazzjonijiet ta' nofs il-perjodu u dawk ta' l-aħħar u fir-rapport ta' l-awtoritajiet maniġerjali u s-sistemi ta' monitoraġġ) u li l-evalwaturi ma jagħmlux ġbir ta' informazzjoni primarja b'mod estensiv. Ħidma fuq il-post addizzjonali u kampjuni għall-istħarriġ ikunu jinħtieġu riżorsi żejda u kienu jikkawżaw spejjeż addizzjonali sinifikanti speċjalment meta wieħed iqis il-ħtieġa li tinġabar informazzjoni dwar il-perjodu sħiħ ta’ ipprogrammar. Qabel ma ssir il-valutazzjoni ESF ex post li ġejja għall-2000-2006 se ssir analiżi ta' tħejjija. |
90. |
Ir-rapport ta’ sinteżi fih diversi referenzi għas-sinifikat ta’ “miżuri magħquda” f’dak li għandu x’jaqsam ma’ l-effettività. |
92. |
L-ewwelnett, l-evalwaturi għażlu kliemhom bil-galbu u saħqu li l-konklużjonijiet li ġibdu huma tentattivi “L-allokazzjonijiet, miġbura flimkien, ta' nefqa nazzjonali u riżorsi tal-ESF ma jidhirx li wasslu għall-konverġenza…”. It-tieni, iċ-ċifri (it-tabelli fil-Kapitlu 3 u l-Anness 2) fil-fatt juru li ma hemmx konverġenza ta' drawwiet ta' infieq bejn pajjiżi f'allokazzjoni marbuta ta' ammonti għall-pajjiżi. It-tielet, kif intqal qabel bi tweġiba għall-punt 87 (inkluż fil-kaxxa 3), id-data ippreżentata fit-tabelli fil-Kapitolu 3 u li ssemmiet mill-Qorti hija preċiża u tappoġġja l-osservazzjoni kwalifikata mogħtija mill-evalwaturi. Din l-osservazzjoni hija bbażata wkoll fuq l-analiżi ta’ xejriet tas-suq tax-xogħol fl-Anness 2 tar-Rapport ta’ Sinteżi (mhux biss il-Kapitolu 3). Il-Kummissjoni diġà indikat li l-eżempji mogħtija jikkonċernaw numru limitat ta’ diskrepanzi testwali li ma jimminawx il-figuri. |
93. |
Bħal fil-każ tat-tabella 3 dwar individwi msemmija fil-Paragrafu 88, id-data turi biċ-ċar li hemm appoġġ ġenerali għall-ipoteżi identifikata. |
95. |
Il-Kummissjoni tqis li l-valutazzjoni ta’ kwalità li għamlet kien preċiż u bbilanċjat, meta wieħed iqis sew l-aspetti pożittivi kif ukoll dawk negattivi tax-xogħol li sar (aktar milli meta wieħed joqgħod iqis biss għadd limitat ta' aspetti negattivi) Meta wieħed jikkunsidra dan kollu, u peress li r-riżultati u l-konklużjonijiet kien bbażati fuq varjetà ta’ sorsi ta’ informazzjoni, il-Kummissjoni żżomm mal-valutazzjoni ta’ kwalità li għamlet. |
97. |
|
98. |
Ir-rapport ta’ sinteżi identifika għadd ta’ fatturi li għandhom impatt fuq l-iżvilupp ta’ elementi ta’ politika attivi dwar is-suq tax-xogħol (ALMPs), bħal-livell tar-riżorsi tal-ESF, il-proċessi ta' l-ippjanar tal-Fondi Strutturali, arranġamenti organizzattivi għall-ESF. Diġà iddeskriva pjuttost konkretement l-influwenza tal-ESF fil-kuntest ta’ l-Istrateġija Ewropea ta’ l-Impjiegi (EES). Kif diġà ntwera, l-analizi ta’ l-impatt nett ma kinitx suġġett obbligatorju għall-Istati Membri tul l-1994-1999. Għalhekk, huwa normali li s-suġġett ma jidhirx fir-rapporti kollha ta’ valutazzjoni ta’ l-Istati Membri. Peress li l-evalwaturi ntalbu li ma jagħmlux ġbir estensiv ta’ data primarja, wieħed ma jistax jikkritika lill-evalwaturi ex post għax ma pprovdewx dan il-materjal. |
100. |
Il-qafas strateġiku aktar b’saħħtu tal-EES jipprovdi miri li fil-konfront tagħhom ikun jista' jitkejjel il-progress. Inħolqu strutturi istituzzjonali mtejjba biex jitkejjel il-progress. Barra minn dan, l-EES tippromwovi rabtiet aktar mill-qrib bejn il-mekkaniżmi ta’ ffinanzjar ta’ programmi ta’ l-UE u strumenti oħra ta' politika, regolamenti kif ukoll programmi nazzjonali. |
101. |
Il-Kummissjoni temmen li kull rapport nazzjonali ttratta l-aspetti tal-Valur Miżjud tal-Komunità identifikati fit-termini ta’ referenza (effetti finanzjarji u ta’ ingranaġġ, effetti ta’ politika u istituzzjonali, effetti soċjo-kulturali, u varjazzjoni matul l-objettivi). Tagħraf ukoll, madankollu, li dawn l-aspetti kienu xi kultant ittrattati f’sezzjonijiet oħra tar-rapporti nazzjonali. Barra minn dan, ir-rapporti nazzjonali ta’ valutazzjoni ex post (u r-rapport ta’ valutazzjoni ex post ta' sinteżi) jintegraw dawn l-aspetti varji f'analiżi ġenerali tal-Valur Miżjud tal-Komunità. |
102. |
Ir-rapporti nazzjonali u ta’ sinteżi fihom ħafna informazzjoni dwar ir-riżorsi finanzjarji li huma ddedikati għal azzjoni tal-ESF. Sew fil-każ ta’ Spanja kif ukoll ta’ l-Italja, l-evalwaturi waslu għal konklużjonijiet li kienu kollox ma’ kollox pożittivi. L-evalwatur ex post ta’ Spanja jirrapporta li “L-istampa ġenerali li toħroġ hi li l-fondi ESF diġà ġew użati b’mod xieraq u effiċjenti mill-awtoritajiet Spanjoli fil-perjodu 1994-1999. Il-biċċa l-kbira tal-programmi ġew eżegwiti kollha skond il-pjan” (p. 74). Fil-każ ta’ l-Italja, l-evalwatur jikkonkludi li “xi wħud minn dawn l-ispejjeż huma meħtieġa biex titjieb il-prestazzjoni u t-trasparenza fil-proċess ta' implimentazzjoni; oħrajn jistgħu jkunu mnaqqsa l-aħjar permezz ta’ simplifikazzjoni tal-proċedura”. (Il-kwistjoni ta’ simplifikazzjoni fil-proċedura ġiet ittrattata fil-perjodu programmatiku li jmiss 2000-2006). |
104. |
Il-Kummissjoni temmen li r-rapport fil-fatt jagħti informazzjoni siewja biex ikunu jistgħu jsiru valutazzjonijiet ex post fil-ġejjieni. Ir-rapport jezamina b’mod pjuttost komprensiv il-metodi li ntużaw fl-valutazzjoni ta' azzjonijiet ta' tip ESF, sew f'dak li għandu x'jaqsam ma' azzjonijiet immirati lejn individwi kif ukoll azzjonijiet immirati lejn sistemi. Għal dik li hi metodoloġija użata biex jitkejjel l-impatt nett fuq l-individwi, ir-rapport fih għadd ta' referenzi għal tekniċi li ntużaw biex jiġi stmat l-impatt nett fuq l-individwi (ara b’mod speċjali l-paġni 14 sa 16, għalkemm wieħed jista’ jsib aktar referenzi fil-paġni 10, 12, 21, eċċ). |
105. |
Għal dawk li huma r-rakkomandazzjonijiet dwar l-analiżi ta' politika, ir-Rapport tal-Metodi juri biċ-ċar li l-evalwaturi identifikaw għadd ta' rakkomandazzjonijiet konkreti marbuta mal-qasam ta' l-analiżi tal-politika, pereżempju monitoraġġ bir-reqqa tar-relazzjonijiet bejn interventi tal-ESF u l-interventi nazzjonali u oħrajn fuq livell reġjonali li jkunu qed jiżviluppaw. Barra minn dan, ir-rapport tal-metodi jiddiskuti l-“mudelli loġiċi”għal analiżi ta' politika f'ċerta tul u jiżviluppa kwistjonijiet ta' valutazzjoni li għandhom x'jaqsmu mal-ġustifikazzjoni ta’ azzjoni tal-ESF. L-evalwaturi ex post ma kinux mistennija li jipproponu metodoloġija għall-għażla ta’ indikaturi xierqa f’livelli strateġiċi differenti peress li indikaturi bħal dawn kienu diġà ġew stabbiliti għall-perjodu programmatiku kollu f’dokumenti ta’ gwida maħruġa mill-Kummissjoni fl-2000. |
106. |
Il-Kummissjoni tikkunsidra li l-ħidmiet ta’ valutazzjoni huma speċifikati b’mod xieraq fit-ToR. Il-konklużjonijiet fir-rapport nazzjonali ta' valutazzjoni ex post huma bbażati fuq sorsi diversi (intervisti, studji ta' każijiet individwali, eċċ). Ir-rapport ta’ sinteżi jipprovi analiżi ġenerali tar-riżultati li hemm fir-rapporti nazzjonali. Il-kuntrattur ipprovda spjegazzjoni ta’ kif intużaw dawn is-sorsi ta’ informazzjoni fil-ġbid tal-konklużżjonijiet fil-proposta sottomessa lill-Kummissjoni. Jekk wieħed joqgħod jiddeskrivi l-aspetti kollha ta’ l-azzjoni tal-ESF u jiffissa l-aspetti kollha tal-valutazzjoni minn qabel, dan iwassal għal termini ta’ referenza inflesibbli u li tagħhom wieħed ma jkunx jista' jaqbad tarf. Għal dak li għandu x’jaqsam ma’ “azzjoni konkreta” biex jiġi evalwat l-impatt fuq l-individwi, meta l-indikaturi ma jkunux stabbiliti b’mod konkret jew meta valutazzjonijiet statistiċi speċifiċi ma jkunux ġew reċentement imwettqa, kif intqal diġà, il-metodoloġija ta’ valutazzjoni kollha kemm hi, segwita mill-evalwatur ex post ġiet maħsuba biex tiġbed konklużjonijiet minn varjetà ta’ sorsi ta’ informazzjoni (rapporti ta’ valutazzjoni ta’ Stati Membri, workshops nazzjonali, intervisti wiċċ imb'wiċċ ma' dawk li huma kkonċernati ma' programm, studji ta' każi individwali). Fil-mument meta ġew abbozzati t-termini ta' referenza kien għadu mhux magħruf kemm kienet kbira d-diskrepanza bejn l-objettivi kwantitattivi u d-data disponibbli, għalhekk jidher li hu inkoerenti li wieħed jistenna li t-termini ta' referenza jkunu mfassla b'mod differenti. Il-kuntrattur ewlieni żviluppa, f’kooperazzjoni ma’ kuntratturi nazzjonali, linji ta’ gwida operattivi għax-xogħol li jsir fuq livell nazzjonali. |
107. |
It-termini ta’ referenza ma kinux jitolbu li l-evalwaturi jikkunsidraw kemm “l-għażliet ta' programmazzjoni jkunu xierqa”, iżda biss li jiddiskutuhom. F’kull wieħed minn dawn il-każijiet imsemmijia l-evalwatur ex post iddeskriva l-bidliet fl-ipprogrammar fuq il-bażi ta' l-informazzjoni disponibbli. |
108. |
Qed tkun ikkunsidrata l-possibbiltà li ssir analiżi preparatorja għall-eżerċizzju li jmiss. |
109. |
Il-Kummissjoni tqis li d-diffikultajiet ta' data li għandhom quddiemhom l-evalwaturi nazzjonali ma jtellfux mill-kwalità ġenerali ta’ l-valutazzjoni. Il-mod kif il-valutazzjoni ġiet imfassla jipprevedi l-użu ta' varjetà ta’ sorsi ta’ informazzjoni. Barra r-reviżjoni tal-kontenut tar-rapporti ta' l-Istati membri, ir-rapporti ta’ valutazzjoni ex post nazzjonali jinkludu materjal minn rapporti ta’ għeluq, studji dwar każijiet individwali, workshops nazzjonali u intervisti wiċċ imb’wiċċ. Għal dak li għandu x’jaqsam ma’ dewmien, il-kumitat ta' treġija ma kienx f'pożizzjoni li jħaffef l-għeluq tal-programmi ġenerali tal-ESF, li jiddependu fuq l-implimentazzjoni tagħhom mill-awtoritajiet ta’ l-immaniġġjar. Fil-bidu ta’ l-valutazzjoni, l-evalwatur ex post ingħata r-rapporti kollha ta’ valutazzjoni li ħejjew l-Istati Membri bejn l-1994 u l-1999. Barra minn dan, l-evalwatur ex post ingħata ittri ta’ introduzzjoni biex jitħaffew il-kuntatti ma’ amministrazzjonijiet nazzjonali tal-ESF. |
111. |
Fil-futur, il-Kummissjoni se tieħu l-passi kollha meħtieġa biex ikun hemm tħejjija b’suċċess u monitoraġġ bir-reqqa u superviżjoni ta’ l-eżerċizzju. |
KONKLUŻJONIJIET
115. |
|
116. |
Il-Kummissjoni tqis li l-għadd limitat ta’ diskrepanzi fl-abbozzar fil-Kapitlu 3 tar-rapport ma jixħtux fid-dubju l-preċiżjoni, il-validità jew is-siwi tad-data biex fuqha jkunu bbażati l-konklużjonijiet miġbuda. Id-data li hemm fit-Tabelli li fuqhom ikkummentat il-Qorti fil-punti 88 u 92 juru li hemm evidenza sinifikanti li fil-biċċa l-kbira tikkonferma l-ipoteżijiet ippreżentati. Id-diffikultajiet li kien hemm dwar kemm xi data hija eżawrijenti ma kinitx ta' influwenza sinifikanti fuq l-osservazzjonijiet siewja li saru. |
117. |
Il-Kummissjoni tqis li l-valutazzjoni straħet fuq disinn sod bl-użu ta’ varjetà ta’ sorsi ta’ informazzjoni u qalet li l-konklużżjonijiet kienu sodi. Fil-futur, il-Kummissjoni se tieħu l-passi kollha meħtieġa biex ikun hemm tħejjija b’suċċess u monitoraġġ bir-reqqa u superviżjoni ta’ l-eżerċizzju. Ara t-tweġiba għall-punt 111 hawn fuq. |
118. |
Fil-futur, il-Kummissjoni se tieħu l-passi kollha meħtieġa biex ikun hemm tħejjija b’suċċess u monitoraġġ bir-reqqa u superviżjoni ta’ l-eżerċizzju. |
RAKKOMANDAZZJONIJIET
119. |
Għall-ġejjieni, għandhom jitwettqu analiżi preparatorji ta' tħejjija ex post jew isiru studji ta' vijabbiltà biex titkejjel id-disponibbiltà ta’ data u x’riżultati jistgħu realistikament jinkisbu fi ħdan il-limiti finanzjarji u l-perjodu ta’ żmien. |
120. |
Il-Kummissjoni taqbel li l-proċeduri ta’ kontroll tal-kwalità applikati fl-valutazzjonijiet ex post għall-perjodu 1994-1999 għandha tkompli tittejjeb. Il-Kummissjoni tagħraf li għall-eżerċizzju ta’ valutazzjonijiet ex post għall-Fondi Strutturali li ġejjin, analiżi ta' tħejjija jista' jkollha sehem siewi biex jitħaffef ix-xogħol ta' kuntratturi tul l-valutazzjonijiet proprja.
Fuq il-bażi ta’ l-esperjenza ta’ l-1994-1999, l-arranġanenti ta’ monitoraġġ u superviżjoni għandhom jissaħħu u l-proċess għandu jitnieda qabel. |
121. |
Il-Kummissjoni tqis li l-mudelli makro-ekonomiċi huma rilevanti biex ikun jista’ jitkejjel l-impatt ekonomiku ta’ interventi fuq skala kbira. Il-mudell HERMIN ġie ddisinjat speċifikatament għal dan l-iskop fil-bidu tas-snin 90. Madankollu, bħal fil-każ ta’ kull mudell ekonomiku, irid isir aktar titjib b'mod partikolari dwar il-microdata biex jitkejjlu r-riżultati ekonomiċi ta’ investimenti kapitali fiżiċi u umani. Il-Kummissjoni tqis li valutazzjonijiet ex post fil-ġejjieni għandhom ikunu iffokati aktar. |
122. |
Il-Kummissjoni taqbel li l-valutazzjonijiet ex post għandhom jieħdu f'kunsiderazzjoni sħiħa l-istudji tematiċi eżistenti. Meta jintużaw, il-valutazzjonijiet ex post u l-istudji tematiċi jservu skopijiet differenti u għalhekk jistgħu jwasslu għal stimi differenti. |
123. |
|
124. |
Il-Kummissjoni qed tieħu passi biex ittejjeb is-superviżjoni tagħha tal-proċess. |
125. |
Il-Kummissjoni taqbel li l-valutazzjonijiet ex post tal-FS għandhom jagħmlu kull użu possibbli mill-esperjenza li tinkiseb tul perjodu sħiħ ta’ ipprogrammar u għal din ir-raġuni taċċetta l-idea li analiżi preparatorja tista’ sservi ta’ kontribut biex titħaffef il-ħidma tal-kuntratturi u biex titjieb il-kwalità ta’ valutazzjonijiet ex post li ġejjin tal-Fondi Strutturali. Il-Kummissjoni diġà tikkollabora b’mod estensiv ma’ istituti ta’ riċerka u universitajiet u hi disponibbli li twettaq missjonijiet oħra kif mitlub mill-Qorti. |