Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52006PC0914

    Proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Li temenda Id-Direttiva 2002/96/KEdwar l-iskart ta' tagħmir elettriku u elettroniku (WEEE), rigward is-setgħat ta’ implimentazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni

    /* KUMM/2006/0914 finali - COD 2006/0302 */

    52006PC0914

    Proposta għal direttiva tal-Parlament ewropew u tal-Kunsill Li temenda Id-Direttiva 2002/96/KEdwar l-iskart ta' tagħmir elettriku u elettroniku (WEEE), rigward is-setgħat ta’ implimentazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni /* KUMM/2006/0914 finali - COD 2006/0302 */


    [pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ |

    Brussel 22.12.2006

    KUMM(2006) 914 finali

    2006/0302 (COD)

    Proposta għal

    DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

    Li temenda Id-Direttiva 2002/96/KEdwar l-iskart ta' tagħmir elettriku u elettroniku (WEEE), rigward is-setgħat ta’ implimentazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni

    (preżentata mill-Kummissjoni)

    2006/0302 (COD)

    Proposta għal

    DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

    Li temenda Id-Direttiva 2002/96/KEdwar l-iskart ta' tagħmir elettriku u elettroniku (WEEE), rigward is-setgħat ta’ implimentazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni

    IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidraw it-Trattat li jwaqqaf il-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 175, paragrafu 1 tiegħu,

    Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni[1],

    Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew [2],

    Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni[3],

    Jaġixxu b’mod konformi mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat[4],

    Billi:

    (1) Id-Direttiva 2002/96/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[5] tistipula li ċerti miżuri għandhom jiġu adottati skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 li tistabbilixxi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta’ implimentazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni[6].

    (2) Id-Deċiżjoni 1999/468/KE ġiet emendata bid-Deċiżjoni 2006/512/KE li daħħlet proċedura regolatorja bi skrutinju li għandha tintuża għall-adozzjoni ta' miżuri ta' implimentazzjoni ta' natura ġenerali li jfitxxu jemendaw elementi li mhumiex essenzjali ta' strument bażiku adottat skond il-proċedura li hemm referenza għaliha fl-Artikolu 251 tat-Trattat, billi jitneħħew xi ftit minn dawk l-elementi jew billi jissupplixxu l-istrument permezz taż-żieda ta’ dawk l-elementi ġodda li mhumiex essenzjali.

    (3) Skond l-istqarrija konġunta tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni[7] dwar id-Deċiżjoni 2006/512/KE, l-istrumenti li huma diġà fis-seħħ għandhom jiġu aġġustati skond il-proċeduri applikabbli. Dik l-istqarrija tindika lista ta’ strumenti li għandhom ikunu mibdula b’urġenza, inkluża d-Direttiva 2002/96/KE.

    (4) B’mod partikolari, għandha tingħata s-setgħa lill-Kummissjoni sabiex tadatta l-Annessi u tadotta r-regoli għas-sorveljanza ta’ konformità. Peress li dawk il-miżuri huma ta’ natura ġenerali u huma mfassla sabiex jemendaw elementi tad-Direttiva 2002/96/KE li mhumiex essenzjali u biex jikkumplimentawha biż-żieda ta’ elementi ġodda li mhumiex essenzjali, għandhom ikunu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju stipulata fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

    (5) Id-Direttiva 2002/96/KE għandha tiġi emendata skond dan.

    (6) Peress li l-emendi li għandhom isiru fuq id-Direttiva 2002/96/KE huma tibdiliet ta’ natura teknika li jikkonċernaw biss il-proċeduri tal-kumitat, m’hemmx għalfejn ikunu trasposti mill-Istati Membri. Għalhekk, m'huwiex neċessarju li jitfasslu dispożizzjonijiet f’dan is-sens..

    ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

    Artikolu 1

    Id-Direttiva 2002/96/KE hija emendata kif ġej:

    (1) Fl-Artikolu 6(1), it-tieni subparagrafu qed jinbidel b'dan li ġej:

    L-Anness II jista’ jiġi emedat sabiex idaħħal teknoloġiji oħra ta' trattament li jiżguraw mill-inqas l-istess livell ta' protezzjoni għas-saħħa tal-bniedem u għall-ambjent. Dawk il-miżuri, mfassla sabiex jemendaw l-elementi ta’ din id-Direttiva li mhumiex essenzjali, għandhom ikunu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju stipulata fl-Artikolu 14(3).

    (2) Fl-Artikolu 7 (3), it-tieni subparagrafu qed jinbidel b'dan li ġej:

    “Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi r-regoli ddettaljati għas-sorveljanza ta’ konformità, inklużi speċifikazzjonijiet għal materjali, ta’ l-Istati Membri bil-miri mfassla fil-paragrafu 2. Dik il-miżura, mfassla sabiex temenda elementi ta’ din id-Direttiva li mhumiex essenzjali billi tikkumplimentaha, għandha tkun adottata skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju stipulata fl-Artikolu 14(3). Il-Kummissjoni għandha tissottometti dik il-miżura sa mhux aktar mit-13 ta’ Awissu 2004.”

    (3) L-Artikolu 13 jiġi mibdul b’dan li ġej:

    “Artikolu 13

    Adattament għal progress xjentifiku u tekniku

    Il-Kummissjoni tista’ tadotta kwalunkwe emendi li jkunu meħtieġa sabiex tadatta l-Artikolu 7(3), l-Anness IB, b’mod partikolari bil-għan li potenzjalment iżżid id-dwal fid-djar, bozoz tal-filament u prodotti fotovoltajċi, per eżempju, panewijiet solari, Anness II, partikolarment billi tikkunsidra l-iżviluppi ġodda tekniċi għat-trattament tal-WEEE, u l-Annessi III u IV għall-progress xjentifiku u tekniku. Dawk il-miżuri, imfassla sabiex jemendaw elementi ta’ din id-Direttiva li mhumiex essenzjali, għandhom ikunu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju stipulata fl-Artikolu 14(3).

    Qabel ma jiġu emendati l-Annessi, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta inter alia , il-produtturi ta’ tagħmir elettriku u elettroniku, riċiklaturi, operaturi tat-trattament ta' l-iskart, organizzazzjonijiet ambjentali u għaqdiet ta’ l-impjegati u tal-konsumaturi.”

    (4) Fl-Artikolu 14, il-paragrafu 3 qiegħed jiġi mibdul b'dan li ġej:

    “Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, l-Artikolu 5a(1) sa (4) u (5)(a), u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandhom japplikaw, wara li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonjiet ta’ l-Artikolu 8 tagħhom.”

    (5) Fl-Anness II, il-punt 4 jinbidel b'dan li ġej:

    "4. Fi ħdan il-proċedura li hemm referenza għaliha fl-Artikolu 14(3), il-Kummissjoni għandha bħala prijorità tevalwa jekk l-applikazzjonijiet għal bords stampati għal ċirkwiti għat-telefons ċellulari kif ukoll skrins tal-kristalli likwidi għandhomx ikunu emendati.”

    Artikolu 2

    Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-[...] ġurnata wara l-jum tal-pubblikazzjoni tagħha fil- Ġurnal Uffiċjali ta ’ l-Unjoni Ewropea .

    Artikolu 3

    Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmula fi Brussell,[...]

    Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill

    Il-President Il-President

    [1] ĠU C , , p. .

    [2] ĠU C , , p. .

    [3] ĠU C , , p. .

    [4] …….

    [5] ÕU L 37, tat-13.02.2003, p. 24-39

    [6] ĠU L 184, tas-17.7.2.1999, p. 23. Deċiżjoni kif l-aħħar emendata bid-Deċiżjoni 2006/512/KE (ĠU L 200,22.7.2006, p. 11).

    [7] ĠU C 255, 21.10.2006, p.1

    Top