Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52006PC0830

    Proposta għal regolament tal-Kunsill dwar it-trade mark Komunitarja (Verżjoni kkodifikata)

    /* KUMM/2006/0830 finali - CNS 2006/0267 */

    52006PC0830

    Proposta għal regolament tal-Kunsill dwar it-trade mark Komunitarja (Verżjoni kkodifikata) /* KUMM/2006/0830 finali - CNS 2006/0267 */


    [pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ |

    Brussel 19.12.2006

    KUMM(2006) 830 finali

    2006/0267 (CNS)

    Proposta għal

    REGOLAMENT TAL-KUNSILL

    dwar it-trade mark Komunitarja

    (Verżjoni kkodifikata)

    (preżentata mill-Kummissjoni)

    MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

    1. Fl-isfond ta’ Ewropa għall-poplu, il-Kummissjoni tisħaq li tissimplifika u tiċċara il-liġi tal-Komunità sabiex tkun iktar ċara u iktar aċċessibbli liċ-ċittadin komuni u b’hekk toffrilu aktar opportunitajiet u ċ-ċans li juża d-drittijiet speċifiċi li tagħtih.

    Ma jistax jintlaħaq dan il-għan sakemm il-bosta dispożizzjonijiet li ġew emendati ħafna drabi b’mod sostanzjali, jibqgħu imferxin bejn l-att oriġinali u atti segwenti li jemendaw l-oriġinali. Hemm bżonn għalhekk ta’ riċerka mdaqqsa li tqabbel ħafna atti differenti ma’ xulxin sabiex jiġu identifikati r-regoli preżenti.

    Għalhekk hu essenzjali li ssir kodifikazzjoni ta’ regoli li ġew emendati ta’ sikwit sabiex il-liġi tal-Komunità tkun ċara u trasparenti.

    2. Għalhekk fl-1 ta’ April 1987 il-Kummissjoni ddeċidiet[1] li tordna lill-persunal tagħha li kull att leġislattiv għandu jiġi kkodifikat wara mhux iktar minn għaxar emendi, u tenfasizza li din hi kundizzjoni minima u li d-dipartimenti għandhom jippruvaw li jikkodifikaw it-testi li huma responsabbli għalihom anke wara inqas emendi biex jiżguraw li r-regoli tal-Komunità huma ċari u jinftiehmu malajr.

    3. Il-Konklużjoni tal-Presidenza tal-Kunsill Ewropew ta’ Edinburgu (Diċembru 1992) ikkonfermaw dan[2], waqt li saħqu l-importanza tal- kodifikazzjoni għaliex tagħti ċertezza għal-liġi applikabbli.

    Il-kodifikazzjoni għandha sseħħ skond il-proċedura normali leġislattiva tal-Komunità.

    Għalkemm l-ebda bidla sostanzjali ma tista’ ssir lill-atti li jiġu kkodifikati , il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni qablu permezz ta’ ftehim interistituzzjonali tal-20 ta’ Diċembru 1994 li jistgħu jużaw proċedura mgħaġġla għall-adozzjoni bikrija ta’ atti ta’ kodifikazzjoni.

    4. L-għan ta’ din il-proposta hu li sseħħ il-kodifikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94 ta’ l-20 ta’ Diċembru 1993 dwar it- trade mark Komunitarja [3] . Ir-Regolament il-ġdid jissupera lill-atti varji inkorporati fih[4]; din il-proposta żżomm il-kontenut kollu ta’ l-atti li qed jiġu kkodifikati u għalhekk kull ma tagħmel hu li tgħaqqadhom bl-emendi formali biss kif meħtieġ mill-eżerċizzju ta’ kodifikazzjoni nnifsu.

    5. Il-proposta tal- kodifikazzjoni nħasbet a bażi ta’ konsolidazzjoni preliminarja fl-ilsna kollha uffiċjali tar-Regolament (KE) Nru 40/94 u ta’ l-atti li jemendawh, magħmula mill-Uffiċċju għall-Pubblikazzjonijiet Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej permezz ta’ sistema ta’ pproċessar ta’ data . Fejn l-artikoli ngħataw numri ġodda, il-korrelazzjoni bejn in-numri ġodda u qodma tidher fit-tabella misjuba fl-Anness II tar-Regolament ikkodifikat.

    40/94 (adattat)

    2006/0267 (CNS)

    Proposta għal

    REGOLAMENT TAL-KUNSILL

    dwar it- trade mark Komunitarja

    (Test b'relevanza għall-EEA)

    IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej, u b’mod partikolari l-Artikolu 308 ta’ dan it-Trattat,

    Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

    Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew[5],

    Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kunsill Ekonomiku u Soċjali,[6]

    Billi:

    1. Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94 ta’ l-20 ta’ Diċembru dwar it- trade mark Komunitarja[7] ġie emendat kemm-il darba[8] b’mod sostanzjali, għal iktar ċarezza u razzjonalità, l-imsemmi Regolament għandu jiġi kkodifikat.

    40/94 Premessa 1

    2. Ikun tajjeb illi wieħed jippromwovi fil-Komunità kollha l-iżvilupp armonjuż ta’ attivitajiet ekonomiċi kif ukoll espansjoni kontinwa u bilanċata permezz tal-ksib ta’ suq intern li jiffunzjona sew u li joffri kundizzjonijiet simili għal dawk ta’ suq nazzjonali. Sabiex jinħoloq suq ta’ dan it-tip li jkun dejjem iżjed suq waħdieni, hemm bżonn li mhux biss jitneħħew kull ostakoli għall-moviment liberu ta’ merkanzija u servizzi u li jsiru arranġamenti li jiżguraw li l-kompetizzjoni ma tiġix ostakolata, imma wkoll, li jinħolqu kundizzjonijiet legali li jippermettu li l-impriżi jaddattaw l-attivitajiet tagħhom għall-iskala tal-Komunità, kemm fil-manufattura u fid-distribuzzjoni ta’ beni kif ukoll fil-provvediment ta’ servizzi. Għal dawn l-għanijiet, fost l-istrumenti legali għad-dispożizzjoni ta’ l-impriżi għandu jkun hemm trade marks li jippermettu li l-prodotti u s-servizzi ta’ dawn l-istess impriżi jintgħarfu b’miżati identiċi fil-Komunità kollha, irrispettivament mill-fruntieri.

    40/94 Premessa 2 (adattat)

    3. Sabiex jintlaħqu l-imsemmija għanijiet ta’ l-istess Kommunità, jidher neċessarju li jkun hemm arranġamenti Komunitarji għar-rigward ta’ trade marks li permezz tagħhom impriża tkun tista’ tikseb trade mark Komunitarja taħt sistema proċedurali waħda, u li din it- trade mark tingħata l-istess livell ta’ protezzjoni u tkun effettiva bl-istess mod fil-Komunità kollha; billi il-prinċipju tal-karattru waħdieni tat- trade mark Komunitarja kif imsemmi għandu japplika dejjem, ħlief fejn dan ir-Regolament jipprovdi mod ieħor.

    40/94 Premessa 3 (adattat)

    4. L-ostakoli tat-territorjalità tad-drittijiet mogħtija lill-proprjetarji ta’ trade marks mil-liġijiet ta’ l-Istati Membri ma jistawx jitneħħew bl-approssimazzjoni tal-liġijiet. Sabiex attività ekonomika libera fis-suq intern kollu tintfetaħ għall-benefiċċju ta’ l-impriżi, hemm bżonn li trade marks li jkunu irregolati b’mod uniformi minn liġi Komunitarja li tkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

    40/94 Premessa 4 (adattat)

    5. It-Trattat ma jipprovdix għal poteri speċifiċi sabiex jitwaqqaf tali strument legali, għandu jiġi applikat l-Artikolu 308 tat-Trattat.

    40/94 Premessa 5

    6. Madanakollu l-liġi Komunitarja dwar trade marks ma tissostitwix il-liġi ta’ l-Istati Membri dwar trade marks . Ma jidhirx li huwa ġustifikat li l-impriżi jkunu meħtieġa li japplikaw għar-registrazzjoni tat- trade marks tagħhom bħala trade marks Komunitarji. It- trade marks nazzjonali jibqgħu meħtieġa għal dawk l-impriżi li m’għandhomx il-protezzjoni tat- trade marks tagħhom fuq livell Komunitarju.

    40/94 Premessa 6 (adattat)

    7. Id-drittijiet fi trade mark Komunitarja ma ÖgħandhomxÕ jinkisbu ħlief b’reġistrazzjoni, u tali reġistrazzjoni għandha tiġi miċħuda b’mod partikolari meta t- trade mark ma tkunx distintiva, tkun illegali jew tmur kontra drittijiet preċedenti.

    40/94 Premessa 7 (adattat)

    8. Il-protezzjoni mogħtija minn trade mark Komunitarja, li għandha l-funzjoni partikolari li tiggarantixxi t- trade mark bħala indikazzjoni ta’ oriġini, għandha tkun assoluta f’każ ta’ identiċità bejn il-marka u s-sinjal u l-prodotti jew is-servizzi. Din il-protezzjoni għandha tapplika wkoll f’każijiet ta’ xebħ bejn il-marka u s-sinjal u l-prodotti jew is-servizzi. Il-kunċett ta’ xebħ għandu jingħata interpretazzjoni marbuta mal-possibiltà ta’ konfużjoni. Il-possibilta’ ta’ konfużjoni, li l-apprezzament tagħha tiddependi fuq ħafna elementi u, b’mod partikolari, fuq l-għarfien tat- trade mark fuq is-suq, l-assoċjazzjoni li tista ssir bejn is-sinjal użat u dak registrat, il-livell ta’ xebħ bejn it- trade mark u s-sinjal u bejn il-prodotti jew is-servizzi identifikati, għandha tikkostitwixxi l-kundizzjoni speċifika għal tali protezzjoni.

    40/94 Premessa 8 (adattat)

    9. Mill-prinċipju tal-moviment liberu tal-merkanzija jsegwi li l-proprjetarju ta’ trade mark Komunitarja m’għandux jitħalla jistabbilixxi lil terzi persuni milli jużaw tali trade mark fir-rigward ta’ merkanzija illi tkun tpoġġiet f’ċirkulazzjoni fil-Komunità, taħt it- trade mark , minnu jew bil-kunsens tiegħu, ħlief fejn il-proprjetarju ikollu raġunijiet leġittimi biex jopponi li din il-merkanzija tiġi kkummerċjalizzata aktar.

    40/94 Premessa 9

    10. M’hemm ebda ġustifikazzjoni għall-protezzjoni ta’ trade marks Komunitarji jew, għall-protezzjoni favur trade mark li tkun ġiet irreġistrata qabel trade mark Komunitarja, ħlief fejn it- trade marks ikunu fil-fatt qed jintużaw.

    40/94 Premessa 10 (adattat)

    11. It- trade mark Komunitarja għandha titqies bħala oġġett ta’ proprjetà li jeżisti separatament mill-impriża li tidentifika l-prodotti jew servizzi tagħha permezz ta’ tali trade mark . Allura, għandu jkun possibli li tali trade mark tiġi trasferita, bla ħsara għall-interess superjuri tal-pubbliku li ma jiġix imqarraq b’riżultat ta’ dan it-trasferiment. Għandu jkun possibli wkoll li t-trade mark tingħata bħala sigurtà a favur ta’ terza persuna u li tkun is-soġġett ta’ liċenzja.

    40/94 Premessa 11 (adattat)

    12. Huma meħtieġa fuq livell Komunitarju miżuri amminstrattivi sabiex tiġi implimentata l-liġi tat- trade marks maħluqa minn dan ir-Regolament fir-rigward ta’ kull trade mark . Huwa għalhekk essenzjali, li filwaqt li tinżamm l-istruttura istituzzjonali u l-bilanċ ta’ poteri Komunitarji eżistenti, jiġi previst Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern ( trade marks u diżinjali) li jkun indipendenti fir-rigward ta’ suġġetti tekniċi u li jgawdi awtonomija legali, amministrativa u finanzjarja. Għal dan l-iskop huwa neċessarju u xieraq li l-imsemmi organu tal-Komunità ikollu personalità ġuridika u li jeżerċita l-poteri ta’ implimentazzjoni mogħtija lilu minn dan ir-Regolament, u li għandu jopera fil-qafas tal-liġi Komunitarja mingħajr ma jnaqqas mill-kompetenzi eżerċitati mill-istituzzjonijiet Komunitarji.

    40/94 Premessa 12

    13. Huwa neċessarju li jiġi żgurat li l-partijiet affettwati minn deċiżjonijiet ta’ l-Uffiċċju jkunu protetti mil-liġi b’mod li jkun jixraq in-natura speċjali tal-liġi tat- trade marks . Għandu jkun hemm dritt ta’ appell mid-deċiżjonijiet ta’ l-eżaminaturi u tad-diversi diviżjonijiet ta’ l-Uffiċċju. Jekk dipartment ma jirrettifikax deċiżjoni tiegħu li tkun ġiet ikkontestata, dan għandu jirrinvija l-appell lill-Bord ta’ l-Appell ta’ l-Uffiċċju, li għandu l-kompetenza li jiddeċiedi. Id-deċiżjonijiet tal-Bord ta’ l-Appell huma soġġetti għal azzjoni quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej, li għandha ġurisdizzjoni sabiex tannulla jew tbiddel id-deċiżjoni kontestata.

    40/94 Premessa 13 (adattat)

    14. Skond l-Artikolu 225, paragrafu 1, sub-paragrafu 1 tat-Trattat KE, il- Qorti ta’ Prima Istanza tal-Komunitajiet Ewropej, hija kompetenti sabiex tisma’ fi Prima Istanza rikorsi previsti b’mod partikolari taħt l-Artikolu 230 tat-Trattat tal-KE minbarra dawk li huma kompetenza ta’ tribunal ġuridiku u dawk riservati għall-Qorti tal-Ġustizzja . Il-ġurisdizzjoni li dan ir-Regolament jikkonferixxi lill-Qorti tal-Ġustizzja sabiex tħassar jew tbiddel deċiżjonijiet tal-qrati ta’ l-appell għandha tiġi eżerċitata mill-Qorti fi prima istanza skond l-Artikolu hawn fuq imsemmi.

    40/94 Premessa 14

    15. Sabiex tissaħħaħ il-protezzjoni tat- trade marks Komunitarji l-Istati Membri għandhom jinnominaw, wara li jikkunsidraw is-sistema nazzjonali tagħhom, numru kemm jista’ jkun limitat ta’ qrati nazzjonali ta’ l-ewwel u tat-tieni istanza li jkollhom ġurisdizzjoni fir-rigward tal-vjolazzjoni u tal-validità tat- trade marks Komunitarji.

    40/94 Premessa 15 (adattat)

    16. Id-deċiżjonijiet li jirrigwardaw il-validità u l-vjolazzjoni ta’ trade marks Komunitarji għandu jkollhom effett u għandhom ikopru t-territorju kollu tal-Komunità. Dan huwa l-uniku mod kif wieħed jista’ jipprevjeni deċiżjonijiet inkonsistenti minn naħa tal-qrati u ta’ l-Uffiċċju u kif jista jiġi żgurat li l-karattru waħdieni tat- trade marks Komunitarji ma jiġix imxejjen. [ Id-disposizzjonijiet tar-Regolament (KE) nru. 44/2001 tal-Kunsill tat-22 ta’ Diċembru 2000 dwar il-ġurisdizzjoni , ir-rikonoxximent u l-infurzar tad-deċiżjonijiet ċivili u kummerċjali [9] li għandhom japplikaw fil-każ ta’ kull azzjoni skond il-liġi li tirrigwarda trade marks Komunitarji, ħlief fejn dan ir-Regolament jidderoga minn dawn ir-regoli.]

    40/94 Premessa 16 (adattat)

    17. Deċiżjonijiet kontradittorji għandom jiġu evitati f’azzjonijiet li jinvolvu l-istess għemil u l-istess partijiet u li jirrigwardaw trade marks Komunitarji u trade marks nazzjonali paralleli. Għal dan il-għan, meta l-azzjonijiet jinġiebu fl-istess Stat Membru, il-mod kif dan jista’ jinkiseb jaqa’ taħt il-kompetenza tar-regoli proċedurali nazzjonali, li mhumiex preġudikati minn dan ir-Regolament, waqt li meta l-azzjonijiet jinġiebu fi Stati Membri differenti, ikunu approprjati dispożizzjonijiet msejsa fuq ir-regoli ta’ lis pendens u azzjonijiet relatati tar-Regolament (KE) Nru 44/2001 hawn fuq imsemmi.

    40/94 Premessa 17

    18. Sabiex tiġi garantita l-awtonomija u l-indipendenza sħiħa ta’ l-Uffiċċju, huwa meqjus neċessarju li jkollu budget li d-dħul prinċipali tiegħu jkun jiġi mill-ħlas ta’ dritijiet ta’ l-utenti tas-sistema. Madanakollu, il-proċedura tal- budget tal-Komunità tibqa’ applikabli fir-rigward ta’ sussidji li jitħallsu mill- budget ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej. Il-verifika tal-kontijiet għandha ssir mill-Qorti ta’ l-Awdituri.

    40/94 Premessa 18 (adattat)

    19. Huwa possibbli li jiġu adottatiÕ miżuri sabiex jiġi mħaddem ir-Regolament, preżenti partikolarment fir-rigward ta’ Regolament ta’ Implimentazzjoni rigward ħlas ta’ drittijiet skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 li tistabilixxi kif jiġu eżerċitati l-kompetenzi ta’ eżekuzzjoni mogħtija lill-Kummissjoni[10] .

    40/94

    ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

    IT-TITOLU I

    DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

    Artikolu 1

    It- trade mark Komunitarja

    1. Trade mark ta’ prodotti jew servizzi li tkun irreġistrata skond il-kundizzjonijiet li jinsabu f’dan ir-Regolament u bil-mod kif jipprovdi dan l-istess Regolament tissejjaħ hawnhekk iżjed ‘il quddiem « trade mark Komunitarja».

    2. It- trade mark Komunitarja għandha karattru unitarju. Hija għandha jkollha l-istess effett fil-Komunità kollha: ma tistax tiġi reġistrata, trasferita jew ċeduta, jew tkun is-suġġett ta’ deċiżjoni li tirrevoka d-drittijiet tal-proprjetarju jew li tiddikjaraha bħala invalida, u lanqas ma jista’ jiġi projbijt l-użu tagħha, sakemm mhux fir-rigward tal-Kommunità kollha. Dan il-prinċipju għandu japplika sakemm dan ir-Regolament ma jipprovdix mod ieħor.

    Artikolu 2

    Uffiċċju

    Bis-saħħa ta’ dan ir-Regolament qiegħed jiġi stabbilit Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern ( trade marks u disinji), hawnhekk iżjed ’il quddiem imsejjaħ «l-Uffiċċju».

    Artikolu 3

    Kapaċità ta’ aġir

    Sabiex jiġi implimentat dan ir-Regolament, kumpaniji jew azjendi u entitajiet ġuridiċi oħra għandhom jitqiesu bħala persuni ġuridiċi jekk, skond it-termini tal-liġi li tirregolahom, huma jkollhom il-kapaċità li jassumu drittijiet u obbligazzjonijiet ta’ kull xorta f’isimhom stess, li jidħlu f’kuntratti jew jagħmlu atti legali oħra u li jfittxu jew li jiġu mfittxija bil-qorti.

    IT-TITOLU II

    IL-LIĠI TAT- TRADE MARKS

    IT-TAQSIMA 1

    DEFINIZZJONI TA’ TRADE MARK KOMUNITARJA; U KIF TINKISEB TRADE MARK KOMUNITARJA

    Artikolu 4

    Sinjali li jistgħu jintużaw fi trade mark Komunitarja

    Trade mark Komunitarja tista’ tikkonsisti f’sinjali li jistgħu jiġu rappreżentati b’mod grafiku, partikolarment kliem, fosthom ismijiet personali, disinnji, ittri, numri, il-forma ta’ prodotti jew l-imballaġġ tagħhom, sakemm dawn is-sinjali jiddistingwu l-prodotti jew is-servizzi ta’ impriża minn dawk ta’ impriża oħra.

    422/2004 Art. 1, punt1

    Artikolu 5

    Persuni li jistgħu jkunu proprjetarji tat- trade marks tal-Komunità

    Kwalunkwe persuna naturali jew legali, inklużi l-awtoritajiet stabbiliti permezz tal-liġi pubblika, jistgħu jkunu proprjetarji ta' trade mark tal-Komunità.

    40/94 (adattat)

    Artikolu 6

    Kif tinkiseb trade mark Komunitarja

    Trade mark Komunitarja tinkiseb permezz ta’ reġistrazzjoni.

    Artikolu 7

    Raġunijiet assoluti għal rifjut

    1. Dawn li ġejjin ma jistgħux jiġu rreġistrati:

    (a) sinjali li ma jikkonformawx mad-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 4;

    (b) trade marks li mhumiex ta’ karattru distintiv;

    (ċ) trade marks li jikkonsistu esklussivament f’sinjali jew indikazzjonijiet li jintużaw fil-kummerċ sabiex jindikaw ix-xorta, il-kwalità, il-kwantità, l-użu intenzjonat, il-valur, l-oriġini ġeografika jew il-ħin ta’ produzzjoni tal-prodotti jew ta’ meta ngħata s-servizz, jew karatteristiċi oħrajn tal-prodotti jew servizzi;

    (d) trade marks li jikkonsistu esklussivament f’sinjali jew indikazzjonijiet li jkunu saru użanza tal-lingwa tal-mument jew tal-prattika bona fide u stabbilita tal-kummerċ;

    (e) sinjali li jikkonsistu esklussivament f’dawn li ġejjin:

    (i) forma li tirriżulta min-natura tal-prodotti nfushom;

    (ii) forma ta’ merkanzija li hija neċessarja sa biex jinkiseb riżultat tekniku;

    (iii) forma li tagħti valur sostanzjali lill-prodotti;

    (f) trade marks li jmorru kontra l-ordni pubbliku jew il-prinċipji aċċettati tal-moralità;

    (g) trade marks li huma ta’ natura li tista’ tqarraq bill-pubbliku, per eżempju fir-rigward tax-xorta, tal-kwalità jew l-oriġini ġeografika tal-prodotti jew is-servizzi;

    (h) trade marks li ma ġewx awtorizzati mill-awtoritajiet kompetenti u li għandhom jiġu miċħuda skond l-Artikolu 6 b tal-Konvenzjoni ta' Pariġi għall-Protezzjoni tal-Proprjeta Industrijali, minn hawn 'il quddiem imsejħa l-Konvenzjoni ta’ Pariġi;

    (i) trade marks li jinkludu badges , emblemi jew armi ħlief għal dawk imsemmija fl-Artikolu 6 b tal-Konvenzjoni ta’ Pariġi u li huma ta’ interess pubbliku partikolari, sakemm ma jkunx hemm il-kunsens ta’ l-awtorita kompetenti ;

    3288/94 Art. 1, punt 3

    (j) trade marks għal inbejjed li jkunu jinkludu jew jikkonsistu f’indikazzjoni ġeografika li tidentifika l-inbejjed jew għal spirti li jkunu jinkludu jew jikkonsistu f’indikazzjoni ġeografika li tidentifika spirti fir-rigward ta’ dawk l-inbejjed jew spirti li ma jkollhomx dak l-oriġini;

    422/2004 Art. 1, punt 2 (adattat)

    (k) trade-marks li jkun fihom, jew jikkonsistu minn desinjazzjoni ta' l-oriġini jew indikazzjoni ġeografika, irreġistrata b'konformità mar-Regolament (KEE) Nru. 2081/92 tal-Kunsill[11] meta dawn ikunu jikkorrespondu għal waħda jew aktar mis-sitwazzjonijiet koperti bl-Artikolu 13 ta' l-imsemmi Regolament u li jirigwardjaw l-istess tip ta' prodott, bil-kondizzjoni li l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat- trade mark tkun ġiet ippreżentata wara d-data tal-wassla għand il-Kummissjoni ta' l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tad-desinjazzjoni ta' l-oriġini jew ta' l-indikazzjoni ġeografika.

    40/94 (adattat)

    2. Il-paragrafu 1 għandu japplika minkejja li r-raġunijiet li jwasslu biex trade mark ma tiġix reġistrata japplikaw biss f’parti tal-Komunità.

    3. Il-paragrafu 1(b), (ċ) u (d) m’għandhomx japplikaw jekk it- trade mark tkun saret distintiva fir-rigward tal-prodotti jew is-servizzi li għalihom tkun qiegħda tintalab ir-reġistrazzjoni minħabba l-użu li jkun sar ta’ din it- trade mark.

    Artikolu 8

    Raġunijiet relattivi għal rifjut

    1. Jekk issir opposizzjoni minn proprjetarju ta’ trade mark preċedenti, l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ trade mark m’għandhiex tiġi milqugħa:

    (a) jekk tkun identika għal trade mark preċedenti u jekk il-prodotti jew servizzi fir-rigward ta’ liem qiegħda ssir l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni huma identiċi mal-prodotti jew servizzi protetti mit- trade mark preċedenti;

    (b) jekk minħabba identiċità jew xebħ bejn iż-żewġ trade marks u l-identiċità jew xebħ tal-prodotti jew servizzi koperti mit- trade marks teżisti probabiltà ta’ konfużjoni minn naħa tal-pubbliku fit-territorju fejn it- trade mark preċedenti hija protetta; il-probabiltà ta’ konfużjoni tinkludi wkoll il-probabiltà li ssir assoċjazzjoni mat- trade mark preċedenti.

    2. Għall-iskopijiet tal-Paragrafu 1, « Trade marks preċedenti» tfisser:

    (a) trade marks tat-tip imsemmija hawn taħt b’data ta’ applikazzjoni għar-reġistrazzjoni li tiġi qabel dik ta’ l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat- trade mark Komunitarja, wara li wieħed iqis, fejn dan ikun xieraq, il-prioritajiet mitluba fir-rigward ta’ dawk it- trade marks :

    (i) trade marks Komunitarji;

    (ii) trade marks reġistrati fi Stati Membru, jew, fil-każ tal-Belġju, l-Olanda jew il-Lussemburgu, fl-Uffiċċju tal-Benelux Għall-Proprjeta' Intelletwali ;

    (iii) trade marks reġistrati taħt arranġamenti internazzjonali li għandhom effett fi Stat Membru;

    1992/2003 Art. 1, punt 1

    (iv) trade marks reġistrati taħt arranġamenti internazzjonali li għandhom effett fil-Komunità;

    40/94

    (b) applikazzjonijiet għal trade marks imsemmija fis-sub paragrafu (a), bla ħsara għar-reġistrazzjoni tagħhom;

    (ċ) trade marks li, fid-data ta’ l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ trade mark Komunitarja, jew, fejn xieraq, ta’ talba ta’ prijorità fir-rigward ta’ l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ trade mark Komunitarja, huma magħrufa sew f’xi Stat Membru, fis-sens li l-kliem «magħrufa sew» huma wżati fl-Artikolu 6 bis tal-Konvenzjoni ta’ Pariġi.

    3. Malli ssir opposizzjoni minn proprjetarju ta’ trade mark, it- trade mark m’għandhiex tiġi reġistrata jekk aġent jew rappreżentant tal-proprjetarju tat- trade mark japplika għar-reġistrazzjoni tagħha f’ismu mingħajr il-kunsens tal-proprjetarju, sakemm l-agent jew ir-rappreżentant ma jiġġustifikax l-azzjoni tiegħu.

    422/2004 Art.1, punt 3

    4. Ma’ l-opposizzjoni mill-proprjetarju tat- trade mark mhux-reġistrata jew ta' xi sinjal ieħor użat fil-korsa tal-kummerċ ta' aktar minn sempliċement ta' sinifikanza lokali, it- trade mark li tkun saret applikazzjoni dwarha m'għandiex tkun reġistrata meta u sal-limitu li, bis-saħħa tal-leġislazzjoni tal-Komunità jew tal-liġi tal-Istat Membru li jirregola dak is-sinjal:

    40/94 (adattat)

    (a) id-drittijiet għal dak is-sinjal kienu nkisbu qabel id-data ta’ l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat- trade mark Komunitarja, jew id-data tal-prijorità mitluba għall-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat- trade mark Komunitarja;

    (b) dak is-sinjal jagħti lill-proprjetarju d-dritt li jiprojbixxi l-użu ta’ trade mark suċċessiv.

    5. Barra minn hekk, malli ssir opposizzjoni minn proprjetarju ta’ trade mark preċedenti skond it-tifsira tal-paragrafu 2, u mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 1 it- trade mark li għaliha tkun saret applikazzjoni m’għandhiex tiġi reġistrata jekk din tkun identika jew jekk tkun tixbah trade mark preċedenti, u għandha tiġi reġistrata għal prodotti jew servizzi li ma jixbħux lil dawk li għalihom tkun reġistrata it- trade mark preċedenti, meta f’każ ta’ trade mark Komunitarja preċedenti it- trade mark għandha reputazzjoni fil-Komunità u, f’każ ta’ trade mark nazzjonali preċedenti, it- trade mark għandha reputazzjoni fl-Istat Membru konċernat, u dana meta l-użu mingħajr dritt tat- trade mark li għaliha tkun saret applikazzjoni ikun jieħu vantaġġ inġust, jew ikun ta’ ħsara għall-karattru distintiv jew għar-reputazzjoni tat- trade mark preċedenti.

    IT-TAQSIMA 2

    L-EFFETTI TA’ TRADE MARKS KOMUNITARJI

    Artikolu 9

    Id-drittijiet li jirriżultaw minn trade mark Komunitarja

    1. It- trade mark Komunitarja tagħti lill-proprjetarju d-drittijiet esklussivi fiha. Il-proprjetarju għandu l-jedd li jistabbilixxi lil terzi persuni li ma jkollhomx il-kunsens tiegħu milli jużaw fil-kummerċ:

    (a) kull sinjal li huwa identiku għat- trade mark Komunitarja fir-rigward ta’ prodotti jew servizzi li huma identiċi għal dawk li għalihom it- trade mark Komunitarja hija reġistrata;

    (b) kull sinjal li, minħabba identiċità jew xebħ mat- trade mark Komunitarja u l-identiċità jew xebħ mal-prodotti jew is-servizzi koperti mit- trade mark Komunitarja u mis-sinjal, teżisti probabbiltà ta’ konfużjoni minn naħa tal-pubbliku; il-probabiltà ta’ konfużjoni tinkludi wkoll il-probabbiltà li ssir assoċjazzjoni bejn is-sinjal u t- trade mark .

    (ċ) kull sinjal li huwa identiku għal jew li jixbaħ lit- trade mark Komunitarja fir-rigward ta’ prodotti jew servizzi li ma jixbħux lil dawk li għalihom it- trade mark Komunitarja hija reġistrata, meta din ta’ l-aħħar għandha reputazzjoni fil-Komunità u fejn l-użu mingħajr raġuni valida tas-sinjal ikun jieħu vantaġġ inġust, jew ikun ta’ ħsara għall-karattru distintiv jew ir-reputazzjoni tat- trade mark Komunitarja.

    2. Dawn li ġejjin, inter alia , huma projbiti taħt il-paragrafu 1:

    (a) it-twaħħil ta’ sinjal mal-prodotti jew ma’ l-imballaġġ tiegħu;

    (b) l-offerta ta’ prodotti, it-tqegħid fis-suq jew il-ħżin tagħhom għal dawn l-għanijiet taħt dak is-sinjal, jew l-offerta jew il-provvista ta’ servizzi b’dak l-istess sinjal;

    (ċ) l-importazzjoni jew l-esportazzjoni ta’ prodotti b’dak is-sinjal;

    (d) l-użu ta’ sinjal f’gazzetta kummerċjali u fir-riklamar.

    3. Id-drittijiet li jirriżultaw minn trade mark Komunitarja għandhom jipprevalu kontra terzi persuni mid-data ta’ pubblikazzjoni tar-reġistrazzjoni tat- trade mark . Madanakollu, jista’ jintalab kumpens raġonevoli fir-rigward ta’ atti li jiġru wara d-data tal-pubblikazzjoni ta’ l-applikazzjoni għal trade mark Komunitarja, jekk dawn ikunu atti li, wara l-pubblikazzjoni tar-reġistrazzjoni tat- trade mark , jkunu projbiti bis-saħħa ta’ l-istess pubblikazzjoni. Il-qorti li quddiemha jiġi l-każ ma tistax tiddeċiedi fuq il-merti tal-każ qabel ma tiġi ppubblikata r-reġistrazzjoni.

    Artikolu 10

    Riproduzzjoni ta’ trade marks Komunitarji f’dizzjunarji

    Jekk ir-riproduzzjoni ta’ trade mark Komunitarja f’dizzjunarju, f’enċiklopedija jew f’xogħol ta’ referenza simili tagħti l-impressjoni li din tikkostitwixxi l-isem ġeneriku tal-prodotti jew tas-servizzi li għalihom it- trade mark hija reġistrata, il-pubblikatur tax-xogħol għandu, fuq talba tal-proprjetarju tat- trade mark Komunitarja, jagħmel ċert li sa mhux iktar tard mill-edizzjoni li jkun imiss tal-pubblikazzjoni, r-riproduzzjoni tat- trade mark tkun tinkludi indikazzjoni li din hija trade mark reġistrata.

    Artikolu 11

    Projbizzjoni ta’ l-użu ta’ trade mark Komunitarja reġistrata f’isem ta’ aġent jew rappreżentant

    Meta trade mark Komunitarja tkun reġistrata f’isem aġent jew rappreżentant ta’ persuna li tkun il-proprjetarju ta’ dik it- trade mark , mingħajr l-awtorizzazzjoni tal-proprjetarju, dan ta’ l-aħħar huwa intitolat li jopponi l-użu tal-marka tiegħu mill-aġent jew mir-rappreżentant tiegħu jekk hu ma jkunx awtorizza dan l-użu, sakemm l-aġent jew ir-rappreżentant ma jiġġustifikax l-azzjonijiet tiegħu.

    Artikolu 12

    Il-limitazzjoni ta’ l-effetti ta’ trade mark Komunitarja

    40/94

    It- trade mark Komunitarja ma tagħtix jedd lill-proprjetarju li jipprojbixxi lil terza persuna milli tuża fil-kummerċ:

    (a) isimha stess jew l-indirizz tagħha;

    (b) indikazzjonijiet li jirrigwardaw ix-xorta, il-kwalità, il-kwantità, l-użu intenzjonat, il-valur, l-oriġini ġeografiku jew il-ħin ta’ produzzjoni tal-prodotti jew ta’ meta ngħata s-servizz, jew karatteristiċi oħrajn tal-prodotti jew tas-servizzi;

    (ċ) it- trade mark fejn dan huwa meħtieġ sabiex wieħed jindika l-għan intenzjonat tal-prodotti jew servizz, b’mod partikolari bħala aċċessorji jew spare parts.

    40/94 (adattat)

    Artikolu 13

    L-eżawriment tad-drittijiet li jirriżultaw minn trade mark Komunitarja

    1. Trade mark Komunitarja ma tintitolax lill-proprjetarju li jipprojbixxi l-użu tagħha fir-rigward ta’ prodotti li jkunu tqiegħdu fis-suq fil-Komunità taħt dik it- trade mark mill-proprjetarju jew bil-kunsens tiegħu.

    2. Il-paragrafu 1 m’għandux japplika meta l-proprjetarju jkollu raġunijiet leġittimi biex jopponi li l-prodotti jkomplu jiġu kumerċjalizzati, speċjalment meta l-kundizzjoni tal-prodotti tinbidel jew issirilha l-ħsara wara li jitqiegħdu fis-suq.

    Artikolu 14

    L-applikazzjoni kumplimentari tal-liġi nazzjonali fir-rigward ta’ vjolazzjoni

    1. L-effetti ta’ trade marks Komunitarji għandhom jiġu regolati biss mid-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament. F’aspetti oħrajn, il-vjolazzjoni ta’ trade mark Komunitarja għandha tiġi irregolata mil-liġi nazzjonali li tirrigwarda l-vjolazzjoni ta’ trade marks nazzjonali skond id-dispożizzjonijiet tat-Titolu X.

    2. Dan ir-Regolament m’għandux jipprevjeni li jinfetħu kawżi dwar trade mark Komunitarja taħt il-liġi ta’ l-Istati Membri, partikolarment fir-rigward ta’ l-obbligazzjonijiet ċivili u l-kompetizzjoni inġusta.

    3. Ir-regoli ta’ proċedura applikabbli għandhom jiġu stabbiliti skond id-dispożizzjonijiet tat-Titolu X.

    IT-TAQSIMA 3

    UŻU TA’ TRADE MARKS KOMUNITARJI

    Artikolu 15

    L-użu ta’ trade marks Komunitarji

    1. Jekk, fi żmien ħames snin wara r-reġistrazzjoni, il-proprjetarju ma jkunx għamel użu ġenwin mit- trade mark Komunitarja fil-Komunità f’konnessjoni mal-prodotti jew mas-servizzi li għalihom tkun reġistrata, jew jekk dan l-użu jkun ġie sospiż għal perjodu kontinwu ta’ ħames snin, it- trade mark Komunitarja taqa’ soġġetta għas-sanzjonijiet li jipprovdi dan ir-Regolament, sakemm ma jkunx hemm raġunijiet xierqa għal dan in-nuqqas ta’ użu.

    Dawn li ġejjin jikkostitwixxu użu kif inhu mifhum fl-ewwel subparagrafu :

    (a) l-użu ta’ trade mark Komunitarja f’forma li hija differenti imma biss fir-rigward ta’ ċerti elementi li ma jbiddlux il-karattru distintiv tal-marka fil-forma kif hija ġiet reġistrata;

    (b) it-twaħħil tat- trade mark Komunitarja ma’ prodotti jew ma’ l-imballaġġ tagħhom fil-Komunità għal skopijiet ta’ esportazzjoni biss.

    2. L-użu ta’ trade mark Komunitarja bil-kunsens tal-proprjetarju għandu jitqies li jikkostitwixxi użu mill-proprjetarju.

    IT-TAQSIMA 4

    IT-TRADE MARKS KOMUNITARJI BĦALA PRODOTTI TA’ PROPRJETÀ

    Artikolu 16

    Meta trade marks Komunitarji għandhom jitqiesu bħala trade marks nazzjonali

    1. Sakemm l-Artikoli 17 sa 24 ma jipprovdux mod ieħor, trade mark Komunitarja bħala oġġett ta’ proprjetà għandha titqies fit-totalità tagħha, u fit-territorju kollu tal-Komunità, bħala trade mark nazzjonali reġistrata fl-Istat Membru fejn, skond ir-Reġistru tat- trade marks Komunitarji,

    (a) il-proprjetarju għandu s-sede jew id-domiċilju tiegħu fid-data relevanti;

    (b) fejn il-punt (a) ma japplikax, il-proprjetarju għandu stabbiliment fid-data relevanti.

    2. F’każijiet mhux kontemplati mill-paragrafu 1, l-Istat Membru msemmi f’dak il-paragrafu huwa l-Istat Membru fejn jinsab is-sede ta’ l-Uffiċċju.

    3. Jekk żewġ persuni jew iktar huma msemmijin fir-Reġistru tat- trade marks Komunitarji bħala koproprjetarji, il-paragrafu 1 għandu japplika għall-koproprjetarju li jkun imsemmi l-ewwel; jekk dana ma jkunx possibli, għandu japplika għall-koproprjetarji sussegwenti fl-ordni kif inhuma mniżżlin. Meta l-paragrafu 1 ma japplika għal ebda koproprjetarju, għandu japplika l-paragrafu 2.

    Artikolu 17

    Trasferiment

    1. It- trade mark Komunitarja tista’ tiġi trasferita, separatament minn kull trasferiment ta’ l-impriża, fir-rigward jew ta’ xi wħud mill-prodotti jew servizzi li għalihom tkun reġistrata jew fir-rigward ta’ kollha.

    2. It-trasferiment ta’ l-impriża kollha jinkludi t-trasferiment tat- trade mark Komunitarja ħlief meta, skond il-liġi li tirregola it-trasferiment, ikun hemm ftehim kuntrarju jew meta ċ-ċikostanzi jiddettaw biċ-ċar mod ieħor. Din id-dispożizzjoni għandha tapplika għall-obbligazzjoni kuntrattwali biex isir trasferiment ta’ l-impriża.

    3. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 2, iċ-ċessjoni tat- trade mark Komunitarja għandha ssir bil-miktub u teħtieġ il-firma tal-partijiet kontraenti, ħlief meta tkun konsegwenza ta’ deċiżjoni; jekk ma ssirx b’dan il-mod hija nulla.

    4. Meta jkun jidher b’mod ċar mid-dokument tat-trasferiment li minħabba t-trasferiment it- trade mark Komunitarja aktarx tkun sejra tqarraq bil-pubbliku fir-rigward tax-xorta, il-kwalità jew l-oriġini ġeografika tal-prodotti jew servizzi li tkun reġistrata għalihom, l-Uffiċċju m’għandux jirreġistra t-trasferiment sakemm is-suċċessur ma jaqbilx li jillimita r-reġistrazzjoni tat- trade mark Komunitarja għal prodotti jew servizzi li fir-rigward tagħhom aktarx ma tkunx sejra tqarraq.

    5. Fuq talba ta’ waħda mill-partijiet it-trasferiment għandu jitniżżel fir-Reġistru u għandu jiġi ippubblikat.

    6. Sakemm it-trasferiment ikun għadu ma tniżżilx fir-Reġistru, is-suċċessur tat-Titolu ma jistax jinqeda bid-drittijiet li jirriżultaw mir-reġistrazzjoni tat- trade mark Komunitarja.

    7. Meta jkun hemm termini ta’ żmien li għandhom jiġu osservati fil-konfront ta’ l-Uffiċċju, is-suċċessur tat-Titolu jista’ jagħmel l-istqarrijiet relattivi lill-Uffiċċju la darba t-talba għar-reġistrazzjoni tat-trasferiment tkun waslet l-Uffiċċju.

    8. Id-dokumenti kollha li jeħtieġu li jiġu notifikati lill-proprjetarju tat- trade mark Komunitarja skond l-Artikolu 79 għandhom jiġu indirizzati lill-persuna reġistrata bħala proprjetarju.

    Artikolu 18

    It-trasferiment ta’ trade mark reġistrata f’isem aġent

    Meta trade mark Komunitarja tkun reġistrata f’isem aġent jew rappreżentant ta’ persuna li tkun il-proprjetarju ta’ dik it- trade mark , mingħajr l-awtorizzazzjoni tal-proprjetarju, dan ta’ l-aħħar huwa intitolat li jitlob iċ-ċessjoni ta’ l-imsemmija reġistrazzjoni favurih, sakemm l-aġent jew ir-rappreżentant ma jiġġustifikax l-azzjoni tiegħu.

    Artikolu 19

    Drittijiet in rem

    1. Trade mark Komunitarja tista’, b’mod indipendenti mill-impriża, tingħata bħala garanzija jew tkun is-soġġett ta’ drittijiet in rem .

    2. Fuq talba ta’ waħda mill-partijiet, id-drittijiet msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jitniżżlu fir-Reġistru u għandhom jiġu ppubblikati.

    Artikolu 20

    Imposta fuq l-eżekuzzjoni

    1. Jista’ jkun hemm imposta fuq l-eżekuzzjoni ta’ trade mark Komunitarja.

    2. Fir-rigward tal-proċedura ta’ imposta fuq l-eżekuzzjoni ta’ trade mark Komunitarja, il-qrati u l-awtoritajiet ta’ l-Istati Membri stabbiliti skond l-Artikolu 16 għandhom ġurisdizzjoni esklussiva.

    3. Fuq talba ta’ waħda mill-partijiet, l-imposta fuq l-eżekuzzjoni għandha titniżżel fir-Reġistru u għandha tiġi ppubblikata.

    422/2004 Art. 1 punt 4

    Artikolu 21

    Proċedimenti ta' falliment

    1. Dawk il-proċedimenti ta' falliment biss li fihom it- trade mark tal-Komunità tista tkun involuta huma dawk miftuħha fl-Istat Membru tat-territorju li fih id-debitur ikollu ċ-ċentru ta' l-interessi ewlenija tiegħu.

    422/2004 Art. 1 punt 4 (adattat)

    B'dana kollu, meta d-debitur huwa impriża ta' l-assigurazzjoni jew istituzzjoni tal-kreditu kif definit fid-Direttiva2001/17/KE[12] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u fid-Direttiva 2001/24/KE[13] tal-Parlament u tal-Kunsill, rispettivament, l-uniċi proċediment ta' falliment li fihom trade mark tal-Komunità tista tkun involuta huma dawk mibdijin fl-Istat Membru ta' fejn dik l-impriża jew l-istituzzjoni tkun ġiet awtorizzata.

    422/2004 Art. 1 punt 4

    2. Fil-każ ta' proprjetà konġunta ta' trade mark tal-Komunità, il-paragrafu 1 għandu jkun applikabbli għas-sehem tal-proprjetarju konġunt.

    3. Meta trade mark tal-Komunità hija involuta fi proċedimenti ta' falliment, fuq it-talba ta' l-awtorità nazzjonali kompetenti, id-dħul għal dan l-effett għandu jseħħ fir-Reġistru u jkunu ippublikati fil-Bulletin tat- Trade Marks tal-Komunità referut fl-Artikolu 89.

    40/94 (adattat)

    Artikolu 22

    Liċenzjar

    1. Trade mark Komunitarja tista’ tiġi liċenzjata fir-rigward ta’ xi wħud mill-prodotti jew servizzi li għalihom hija reġistrata, jew fir-rigward ta’ kollha, għall-Komunità kollha jew għal parti minnha. Il-liċenzja tista tkun esklussiva jew mhux esklussiva.

    2. Il-proprjetarju ta’ trade mark Komunitarja jista’ jinqeda bid-drittijiet li jirriżultaw mit- trade mark kontra liċenzjat li jikser xi dispożizzjoni tal-kuntratt tal-liċenzja fir-rigward ta':

    a it-tul taż-żmien,

    b il-forma koperta mir-reġistrazzjoni,

    ċ kif tista’ tintuża t- trade mark ,

    d l-iskop tal-prodotti jew servizzi li għalihom tkun ingħatat il-liċenzja,

    e it-territorju fejn it- trade mark tista’ titwaħħal,

    f il-kwalità tal-prodotti fabbrikati jew tas-servizzi provduti mil-liċenzjat.

    3. Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tal-kuntratt tal-liċenzja, il-liċenzjat jista’ jġib proċedimenti ta’ vjolazzjoni ta’ trade mark Komunitarja biss bil-kunsens tal-proprjetarju. Madanakollu, il-pussessur ta’ liċenzja esklussiva jista jġib dawn il-proċedimenti jekk il-proprjetarju tat- trade mark , wara notifika formali, ma jiftaħx huwa stess proċedimenti ta’ vjolazzjoni fi żmien xieraq.

    4. Il-liċenzjat huwa intitolat li jintervjeni fi proċedimenti ta’ vjolazzjoni miġjuba min-naħa tal-proprjetarju ta’ trade mark Komunitarja, sabiex jikseb kumpens għad-danni li jkun sofra.

    5. Fuq talba ta’ waħda mill-partijiet, il-ħruġ jew it-trasferiment ta’ liċenzja li tirrigwarda trade mark Komunitarja għandhom jitniżżlu fir-Reġistru u għandhom jiġu ppubblikati.

    Artikolu 23

    Effetti fil-konfront ta’ terzi persuni

    1. L-atti ġuridiċi msemmija fl-Artikoli 17, 19 u 22 li jirrigwardaw trade mark Komunitarja għandu jkollhom effett fil-konfront ta’ terzi persuni fl-Istati Membri kollha biss wara li dawn jitniżżlu fir-Reġistru. Madanakollu, att ta’ dan it-tip għandu jkollu effett qabel ma jitniżżel, fil-konfront ta’ terzi persuni li jkunu akkwistaw drittijiet fit- trade mark wara d-data ta’ dak l-att u li jkunu jafu bl-att fid-data meta jakkwistaw id-drittijiet.

    2. Il-paragrafu 1 ma japplikax f’każ ta’ persuna li takkwista trade mark Komunitarja jew dritt li jikkonċerna trade mark Komunitarja permezz ta’ trasferiment ta’ l-impriża kollha jew permezz ta’ kull xorta oħra ta’ suċċessjoni universali.

    3. L-effetti fil-konfront ta’ terzi persuni ta’ l-atti ġuridiċi msemmija fl-Artikolu 20 huma regolati mil-liġi ta’ l-Istat Membru stabbilita skond l-Artikolu 16.

    4. Sakemm jidħlu fis-seħħ regoli komuni fl-Istati Membri dwar il-falliment, l-effetti tal-falliment jew ta’ proċedimenti simili fil-konfront ta’ terzi persuni għandhom ikunu regolati skond il-liġi ta’ l-Istat Membru fejn dawn il-proċedimenti jinġiebu l-ewwel skond il-liġi nazzjonali jew il-konvenzjonijiet applikabli f’dan il-qasam.

    Artikolu 24

    L-applikazzjoni għal trade mark Komunitarja bħala oġġett ta’ proprjetà

    L-Artikoli 16 sa 23 japplikaw għal applikazzjonijiet għal trade marks Komunitarji.

    IT-TITOLU III

    L-APPLIKAZZJONIET GĦAL TRADE MARKS KOMUNITARJI

    IT-TAQSIMA 1

    IL-PREŻENTATA TA’ APPLIKAZZJONIJIET U L-KUNDIZZJONIJIET LI JIRREGOLAW A

    Artikolu 25

    Il-preżentata ta’ applikazzjonijiet

    1. L-applikazzjoni għal trade mark Komunitarja għandha tiġi preżentata, skond kif jagħżel l-applikant,

    (a) fl-Uffiċċju;

    (b) fl-uffiċċju ċentrali tal-propjetà industrijali ta’ Stat Membru jew ta’ l-Uffiċċju tal-Benelux għall-Proprjeta Intelletwali . Applikazzjoni li tiġi preżentata b’dan il-mod għandha l-istess effett daqs li kieku ġiet preżentata fl-istess data fl-Uffiċċju.

    2. Meta l-applikazzjoni tiġi preżentata fl-uffiċċju ċentrali tal-propjetà industrijali ta’ Stat Membru jew fl- l-Uffiċċju tal-Benelux għall-Proprjeta Intelletwali , dak l-Uffiċċju għandu jagħmel kull mezz sabiex iwassal l-applikazzjoni lill-Uffiċċju ta' l-Armonizzazzjoni tas-Suq Intern ( trade marks u disinji) fi żmien ġimgħatejn wara li tkun saret il-preżentata. Jista’ jitlob ħlas ta’ dritt mingħand l-applikant li ma jaqbiżx l-ispejjeż amministrattivi li jinqalgħu sabiex l-applikazzjoni tiġi milqugħa u mibgħuta.

    422/2004 Art. 1 punt 5

    3. L-applikazzjonijiet referuti fil-paragrafu 2 li jaslu għand l-Uffiċċju aktar minn xahrejn wara li jkunu ġew preżentati, għandhom ikunu meqjusa bħala li jkunu ġew ippreżentati fid-data li fiha l-applikazzjoni tkun wasslet għand l-Uffiċċju.

    40/94 (adattat)

    1992/2003 Art. 1, punt 6

    4. Għaxar snin wara d-dħul fis-seħħ tar-Regolament (KE) 40/94 , il-Kummissjoni għandha tħejji rapport dwar l-operazzjoni tas-sistema ta’ preżentata ta’ applikazzjonijiet għal trade marks Komunitarji, flimkien ma’ xi proposti sabiex tiġi modifikata din is-sistema.

    Artikolu 26

    Kundizzjonijiet li l-applikazzjonijiet għandhom jħarsu

    1. Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja għandha tikkonsisti f’dawn li ġejjin:

    (a) talba għar-reġistrazzjoni ta’ trade mark Komunitarja;

    (b) informazzjoni li tidentifika lill-applikant;

    (ċ) lista ta’ prodotti jew servizzi fir-rigward ta’ liem ir-reġistrazzjoni hija mitluba;

    (d) xbieha tat- trade mark .

    2. L-applikazzjoni għal trade mark Komunitarja hija soġġetta għall-ħlas ta’ dritt fuq l-applikazzjoni, u fejn xieraq, għal ħlas wieħed jew iżjed ta’ drittijiet għal kull klassi.

    3. L-applikazzjoni għal trade mark Komunitarja għandha tħares il-kundizzjonijiet li jinsabu fir-Regolament ta’ implimentazzjoni msemmi fl-Artikolu 162 (1), minn hawn 'il quddiem imsemmi "r-Regolament Implimentattiv".

    Artikolu 27

    Id-data ta’ preżentata

    Id-data ta’ preżentata ta’ applikazzjoni għal trade mark Komunitarja għandha tkun id-data meta d-dokumenti bl-informazzjoni speċifikata fl-Artikolu 26(1) jiġu preżentati lill-Uffiċċju mill-applikant jew, jekk l-applikazzjoni tkun ġiet preżentata fl-Uffiċċju ċentrali ta’ Stat Membru jew fl- l-Uffiċċju tal-Benelux għall-Proprjeta IntelletwaliÕ, f’dak l-Uffiċċju, bla ħsara għall-ħlas ta’ drittijiet fuq l-applikazzjoni fi żmien xahar mill-preżentata tad-dokumenti hawn fuq imsemmija.

    Artikolu 28

    Klassifikazzjoni

    Il-Prodotti u s-servizzi li għalihom tkun saret applikazzjoni għal trade mark Komunitarja għandhom jiġu klassifikati skond is-sistema ta’ klassifikazzjoni speċifikata fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni.

    IT-TAQSIMA 2

    PRIJORITÀ

    Artikolu 29

    Id-dritt ta’ prijorità

    3288/94 Art. 1, punt 4 (adattat)

    1. Persuna li tkun imliet kif dovut applikazzjoni għal trade mark fi jew għal kull Stat parti għall-Konvenzjoni ta’ Pariġi jew għall-Ftehim li jistabbilixxi l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ, jew is-suċċessuri tagħha fit-titlu, għandha tgawdi, għall-għanijiet tal-preżentazzjoni ta’ applikazzjoni għal trade mark tal-Komunità fir-rigward ta’ prodotti jew servizzi li jkunu identiċi għal jew li jkunu jinsabu ġewwa dawk li għalihom tkun saret l-applikazzjoni, dritt jew prijorità matul perjodu ta’ sitt xhur mid-data li tiġi ppreżentata l-ewwel applikazzjoni.

    40/94

    2. Kull preżentata li hija ekwivalenti għal preżentata regolari taħt il-liġi nazzjonali ta’ l-Istat fejn tkun saret jew taħt xi ftehim bilaterali jew multilaterali għandha tiġi rikonoxxuta bħala li tagħti lok għal dritt ta’ prijorità.

    3. Preżentata nazzjonali regolari tfisser kull preżentata li hija biżżejjed sabiex tiġi stabbilita d-data ta’ meta ġiet preżentata l-applikazzjoni, irrispettivament mill-eżitu ta’ l-applikazzjoni.

    4. L-applikazzjoni sussegwenti għal trade mark li kienet s-suġġetta ta’ applikazzjoni preċedenti fir-rigward ta’ l-istess prodotti jew servizzi, u li tkun ġiet ippreżentata fir-rigward ta’ l-istess Stat għandha titqies bħala l-ewwel applikazzjoni sabiex tiġi stabbilita l-prijorità, sakemm, fid-data tal-preżentata ta’ l-applikazzjoni sussegwenti, l-applikazzjoni preċedenti tkun ġiet irtirata, abbandunata jew miċħuda, mingħajr ma tkun ġiet esposta għal spezzjoni pubblika u mingħajr ma tkun ħalliet drittijiet mhux sodisfatti, u sakemm ma tkunx intużat bħala bażi għal talba għad-dritt ta’ prijorità. L-applikazzjoni preċedenti ma tistax tintuża wara bħala bażi għal talba ta’ dritt ta’ prijorità.

    3288/94 Art. 1, punt 5

    5. Jekk l-ewwel preżentazzjoni tkun saret fi Stat li mhuwiex parti għall-Konvenzjoni ta’ Pariġi jew għall-Ftehim li jistabbilixxi l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ, il-paragrafi 1 sa 4 għandhom japplikaw biss sakemm dak l-Istat, skond tisjib ippubblikat, jagħti, skond il-bażi ta’ l-ewwel preżentazzjoni li tkun saret fl-Uffiċċju u bla ħsara għal kondizzjonijiet ekwivalenti għal dawk stabbiliti f’dan ir-Regolament, dritt ta’ prijorità li jkollu effett ekwivalenti.

    40/94

    Artikolu 30

    Talbiet ta’ prijorità

    Applikant li jixtieq japprofitta mill-prijorità ta’ applikazzjoni preċedenti għandu jippreżenta dikjarazzjoni ta’ prijorità u kopja ta’ applikazzjoni preċedenti. Jekk il-lingwa ta’ din ta’ l-aħħar ma tkunx waħda mil-lingwi ta’ l-Uffiċċju, l-applikant għandu jippreżenta traduzzjoni ta’ l-applikazzjoni preċedenti f’waħda minn dawk il-lingwi.

    Artikolu 31

    Effett ta’ dritt ta’ prijorità

    L-effett tad-dritt ta’ prijorità hu li d-data ta’ prijorità tgħodd bħala d-data tal-preżentata ta’ l-applikazzjoni għal trade mark Komunitarja għall-iskop li jiġi stabbilit liema drittijiet għandhom jingħataw preċedenza.

    Artikolu 32

    Preżentata Komunitarja ekwivalenti għal preżentata nazzjonali

    Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja li tkun ġiet akkordata data ta’ preżentata għandha, fl-Istati Membri, titqies bħala ekwivalenti għal preżentata nazzjonali regolari, u fejn xieraq bil-prijorità mitluba għall-applikazzjoni għal trade mark Komunitarja.

    IT-TAQSIMA 3

    PRIJORITÀ TA’ WIRJA

    Artikolu 33

    Prijorità ta’ wirja

    1. Jekk applikant għal trade mark Komunitarja ikun wera prodotti jew servizzi taħt il-marka li għaliha qiegħed japplika, f’wirja internazzjonali li tkun waħda uffiċjali jew waħda li tkun rikonoxxuta internazzjonalment u li taqa’ taħt it-termini tal-Konvenzjoni dwar Wirjiet Internazzjonali iffirmata f’Pariġi fit-22 ta’ Novembru 1928 u riveduta l-aħħar fit-30 ta’ Novembru 1972, huwa jista, jekk jippreżenta l-applikazzjoni fi żmien sitt xhur mid-data ta’ l-ewwel wirja tal-prodotti jew servizzi taħt il-marka li għaliha huwa qiegħed japplika, jitlob dritt ta’ prijorità minn dik id-data skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 31.

    2. Applikant li jixtieq jitlob prijorità skond il-paragrafu 1 għandu jippreżenta prova tal-wirja ta’ prodotti jew servizzi taħt il-marka li għaliha qiegħed japplika skond il-kondizzjonijiet li jinsabu fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni.

    3. Il-prijorità ta’ wirja mogħtija fi Stat Membru jew f’pajjiż terz ma testendix il-perjodu ta’ prijorità li jinsab fl-Artikolu 29.

    IT-TAQSIMA 4

    TALBA TA’ L-ANZJANITÀ TA’ TRADE MARK NAZZJONALI

    Artikolu 34

    Talba ta’ l-Anzjanità ta’ trade mark Nazzjonali

    1. Il-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti reġistrata fi Stat Membru, li tinkludi trade mark reġistrata fil-pajjiżi Benelux, jew reġistrata taħt arranġamenti internazzjonali li għandhom effett fi Stat Membru, li japplika għar-reġistrazzjoni ta’ trade mark identika bħala trade mark Komunitarja għal prodotti jew servizzi li huma identiċi għal jew huma inklużi ma’ dawk li għalihom it- trade mark preċedenti tkun ġiet irreġistrata, jista jitlob fir-rigward tat- trade mark Komunitarja l-anzjanità tat- trade mark preċedenti għall-Istat Membru fejn jew għal-liem tkun reġistrata.

    2. L-anzjanità għandha l-effett uniku taħt dan ir-Regolament li, jekk il-proprjetarju tat- trade mark Komunitarja jċedi t- trade mark preċedenti jew iħalliha tiskadi, huwa jitqies li jkompli jgawdi l-istess drittijiet daqs li kieku t- trade mark preċedenti baqgħet reġistrata.

    3. It-talba ta’ anzjanità ta’ trade mark Komunitarja tiddekadi jekk jiġi iddikjarat li t- trade mark preċedenti li għaliha tkun saret talba ta’ anzjanità ġiet revokata jew hija invalida jew jekk tiġi ċeduta qabel ir-reġistrazzjoni tat- trade mark Komunitarja.

    Artikolu 35

    Talba ta’ anzjanità wara r-reġistrazzjoni ta’ trade mark Komunitarja

    422/2004 Art. 1, punt 6

    1. Il-proprjetarju ta' trade mark tal-Komunità li huwa l-proprjetarju ta' trade mark identika aktar kmieni rreġistrata fi Stat Membru, inkluża trade mark irreġistrata fil-pajjiżi Benelux jew ta' trade mark identika aktar kmieni, b'reġistrazzjoni internazzjonali effettiva fi Stat Membru, għall-oġġetti jew is-servizzi li huma identiċi għal dawk li t- trade mark aktar kmieni kienet ġiet irreġistrata, li tkun inkluża fihom, jista jitlob senjor ità tat- trade mark aktar kmieni fir-rigward ta’ l-Istat Membru li fih jew li għalih tkun ġiet irreġistrata.

    40/94

    2. L-Artikoli 34(2) u (3) għandhom japplikaw.

    IT-TITOLU IV

    IL-PROĊEDURA TA’ REĠISTRAZZJONI

    IT-TAQSIMA 1

    L-EŻAMINAZZJONI TA’ L-APPLIKAZZJONIJIET

    Artikolu 36

    L-eżaminazzjoni tal-kondizzjonijiet tal-preżentata

    1. L-Uffiċċju għandu jeżamina jekk:

    (a) l-applikazzjoni għal trade mark Komunitarja tissodisfax r-rekwiżiti għall-iffissar ta’ data tal-preżentata skond l-Artikolu 27;

    422/2004 Art. 1, punt 7

    (b) l-applikazzjoni għat- trade mark tal-Komunità tkun konformi mal-kondizzjonijiet stabbiliti f'dan ir-Regolament u mal-kondizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament ta' l-Implementazzjoni;

    40/94

    (ċ) fejn xieraq, l-imposti ta’ klassi jkunux tħallsu fil-perjodu preskritt.

    2. Meta l-applikazzjoni għal trade mark Komunitarja ma tissodisfax ir-rekwiżiti msemmija fil-paragrafu 1, l-Uffiċċju għandu jitlob lill-applikant sabiex jirrimedja n-nuqqasijiet jew sabiex jagħmel il-ħlas li kellu jagħmel fiż-żmien preskritt.

    3. Jekk n-nuqqasijiet ma jiġux irrimedjati jew il-ħlas ma jsirx skond il-paragrafu 1(a) fil-perjodu msemmi, l-applikazzjoni m’għandhiex titqies bħala applikazzjoni għal trade mark Komunitarja. Jekk l-applikant jikkonforma mat-talba ta’ l-Uffiċċju, l-Uffiċċju għandu jakkorda bħala d-data tal-preżentata ta’ l-applikazzjoni d-data meta n-nuqqasijiet jiġu rimedjati jew meta jsir il-ħlas.

    4. Jekk in-nuqqasijiet imsemmija fil-paragrafu 1(b) ma jiġux irrimedjati fil-perjodu preskritt, l-Uffiċċju għandu jirrifjuta l-applikazzjoni.

    5. Jekk in-nuqqas ta’ ħlas stabbilit taħt il-paragrafu 1(ċ) ma jiġix irrimedjat fil-perjodu preskritt, l-applikazzjoni għandha titqies li ġiet irtirata sakemm ma jkunx ċar liema kategoriji ta’ prodotti jew servizzi huma koperti mill-ammont imħallas.

    6. F’każ li l-kundizzjonijiet li jirrigwardaw t-talba ta’ prijorità ma jiġux sodisfatti, id-dritt ta’ prijorità ta’ l-applikazzjoni jintilef.

    7. F’każ li l-kundizzjonijiet li jirrigwardaw t-talba ta’ anzjanità ta’ trade mark nazzjonali ma jiġux sodisfatti, id-dritt għall-applikazzjoni jintilef.

    Artikolu 37

    Eżaminazzjoni ta’ raġunijiet ta’ rifjut assoluti

    1. Meta, taħt l-Artikolu 7, trade mark tkun ineliġibli għal reġistrazzjoni fir-rigward ta’ xi wħud mill-prodotti jew servizzi koperti mill-applikazzjoni għal trade mark Komunitarja, jew fir-rigward ta’ kollha, l-applikazzjoni għandha tiġi miċħuda fir-rigward ta’ dawk l-prodotti jew servizzi.

    2. Meta t- trade mark ikun fiha element li mhuwiex distintiv, u jekk l-inklużjoni ta’ dan l-element fit- trade mark jista’ jqajjem dubji fir-rigward ta’ sa fejn twassal il-protezzjoni tat- trade mark , l-Uffiċċju jista’ jitlob, bħala kundizzjoni sabiex it- trade mark tiġi reġistrata, li l-applikant jistqarr li huwa jirrinunċja kull dritt esklussiv f’dak l-element. Kull rinunċja għandha tiġi ppubblikata flimkien ma’ l-applikazzjoni jew mar-reġistrazzjoni tat- trade mark Komunitarja, skond kif ikun il-każ.

    3. L-applikazzjoni m’għandhiex tiġi miċħuda qabel ma l-applikant ikun ingħata l-opportunità li jirtira jew jemenda l-applikazzjoni jew biex jissottometti l-osservazzjonijiet tiegħu.

    IT-TAQSIMA 2

    IT-TFITTXIJA

    422/2004 Art. 1, punt 9

    Artikolu 38

    It-tfittxija

    1. La darba l-Uffiċċju jkun alloka data tal-preżentazzjoni, dan għandu jħejji rapport tar-riċerka tal-Komunità, jikkwota dawk it- trade marks tal-Komunità aktar kmieni jew l-applikazzjonijiet misjuba għal trade marks tal-Komunità li jistgħu jkunu invokati permezz ta' l-Artikolu 8 kontra r-reġistrazzjoni tat- trade mark tal-Komunità li tkun saret applikazzjoni dwarha.

    2. Meta, fil-waqt tal-preżentazzjoni ta' l-applikazzjoni għal trade mark tal-Komunità, l-applikant jitlob li rapport tar-riċerka jkun ukoll ippreparat mill-uffiċċji ċentrali tal-proprjetà industrijali ta’ l-Istati Membri u meta l-miżata xierqa tar-riċerka tkun ġiet imħallsa fil-limitu ta' żmien għall-pagament tal-miżata tal-preżentazzjoni, l-uffiċċju għandu, malli l-applikazzjoni għal trade mark tal-Komunità tkun ġiet mogħtija d-data tal-preżentazzjoni, jittrasmetti kopja tiegħu lill-uffiċċju ċentrali tal-proprjetà industrijali ta' kull Stat Membru li jkun informa lill-Uffiċċju bid-deċiżjoni tiegħu li jopera riċerka fir-reġistru tiegħu ta' trade marks fir-rigward ta' l-applikazzjonijiet tat- trade mark tal-Komunità.

    3. Kull wieħed mill-uffiċċji ċentrali industrijali referuti fil-paragrafu 2 għandu jikkomunika lejn l-Uffiċċju fi żmien xahrejn sa mid-data li fiha jkun irċieva l-applikazzjoni għal trade mark tal-Komunità, rapport tar-riċerka li għandu jikkwota dawk it- trade marks nazzjonali aktar kmieni jew l-applikazzjonijiet għal trade marks skoperti li jistgħu jkunu invokati permezz ta' l-Artikolu 8 kontra r-reġistrazzjoni tat- trade mark tal-Komunità li tkun saret applikazzjoni dwarha, jew jistqar li r-riċerka ma kienet żvelat l-ebda drittijiet tali.

    4. Ir-rapporti tar-riċerka referuti fil-paragrafu 3 għandhom ikunu ippreparati fuq formola standard imħejjija mill-Uffiċċju, wara li jkun ikkonsulta lill-Bord Amministrattiv li hu msemmi fl-Artikolu 126(1), minn hawn 'il quddiem imsemmi "il-Bord Amministrattiv". Il-kontenuti essenzali ta' din il-formola għandhom ikunu stabbiliti fir-Regolament ta' l-Implementazzjoni.

    5. Ammont għandu jitħallas mill-Uffiċċju lil kull uffiċċju ċentrali tal-proprjetà industrijali għal kull rapport tar-riċerka ipprovdut minn dak l-uffiċċju b'konformità mal-paragrafu 3. L-ammont, li għandu jkun l-istess għal kull uffiċċju, għandu jkun stabbilit mill-Kumitat tal- Budget permezz ta' deċiżjoni adottata b'maġġoranza ta' tlett-kwarti tar-rapreżentanti tal-Istati Membri.

    6. L-Uffiċċju għandu jitrasmetti mingħajr dewmien lejn l-applikant għal trade mark tal-Komunità, ir-rapport tar-riċerka tal-Komunità u xi rapporti tar-riċerka nazzjonali mitluba matul il-limitu ta' żmien stabbilit fil-paragrafu 3.

    7. Mal-pubblikazzjoni ta' l-applikazzjoni tat- trade mark tal-Komunità, li ma jistax iseħħ qabel l-iskadenza ta' perijodu ta' xahar wieħed sa mid-data li fiha l-Uffiċċju jittrasmetti r-rapporti tar-riċerka lejn l-applikant, l-Uffiċċju għandu jinforma lill-proprjetarji ta' xi trade marks aktar kmieni tal-Komunità jew ta' l-applikazzjoni għal trade marks tal-Komunità ikkwotati fir-rapport tar-riċerka tal-Komunità tal-pubblikazzjoni ta' l-applikazzjoni għal trade mark tal-Komunità

    40/94

    IT-TAQSIMA 3

    IL-PUBBLIKAZZJONI TA’ L-APPLIKAZZJONI

    422/2004 Art. 1, punt 10

    Artikolu 39

    Pubblikazzjoni ta' l-applikazzjoni

    1. Jekk il-kondizzjonijiet li l-applikazzjoni għal trade mark tal-Komunità għandhom jissodosfaw ikunu ġew imwettqa u jekk il-perijodu referut fl-Artikolu 38(7) jkun skada, l-applikazzjoni għandha tkun ippublikata sal-limitu li din ma tkunx ġiet miċħudha bis-saħħa ta' l-Artikolu 37.

    2. Meta, wara l-pubblikazzjoni, applikazzjoni tkun miċħudha permezz ta' l-Artikolu 37, id-deċiżjoni li din kellha tkun miċħudha għandha tkun ippublikata malli din issir finali.

    40/94

    IT-TAQSIMA 4

    OSSERVAZZJONIJIET MINN TERZI PERSUNI U OPPOSIZZJONI

    Artikolu 40

    Osservazzjonijiet minn terzi persuni

    1. Wara l-pubblikazzjoni ta’ l-applikazzjoni għal trade mark Komunitarja, kull persuna naturali jew ġuridika u kull grupp jew organu li jirrappreżenta l-fabbrikanti, il-produtturi, il-fornituri ta’ servizzi, in-negozjanti jew il-konsumaturi jista’ tissottometti lill-Uffiċċju osservazzjonijiet bil-miktub, li jispegaw għal-liema raġunijiet taħt l-Artikolu 7, b’mod partikolari, it- trade mark m’għandhiex tiġi reġistrata ex officio . Huma ma jistgħux ikunu partijiet fil-proċedimenti quddiem l-Uffiċċju.

    2. L-osservazzjonijiet msemmija fil-Paragrafu 1 għandhom jiġu notifikati lill-applikant li jista’ jikkummenta dwarhom.

    Artikolu 41

    Opposizzjoni

    1. Fi żmien perjodu ta’ tliet xhur wara l-pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni għal trade mark Komunitarja, notifika ta’ opposizzjoni għar-reġistrazzjoni tat- trade mark tista’ tingħata fuq il-bażi li ma tistax tiġi reġistrata taħt l-Artikolu 8:

    (a) mill-proprjetarji ta’ trade marks preċedenti msemmija fl-Artikolu 8(2) kif ukoll minn liċenzjati li jkunu awtorizzati mill-proprjetarji ta’ dawk it- trade marks , fir-rigward ta’ l-Artikoli 8(1) u (5);

    (b) mill-proprjetarji ta’ trade marks msemmija fl-Artikolu 8(3);

    (ċ) mill-proprjetarji ta’ marki jew sinjali preċedenti msemmija fl-Artikolu 8(4) u minn persuni awtorizzati biex jeżerċitaw dawn id-drittijiet taħt il-liġi nazzjonali relevanti.

    2. Notifika ta’ opposizzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ trade mark tista’ tingħata wkoll, bla ħsara għall-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1, fl-eventwalità li tiġi ppubblikata applikazzjoni emendata skond it-tieni sentenza ta’ l-Artikolu 43(2).

    3. L-opposizzjoni għandha tiġi espressa bil-miktub u għandha tispeċifika r-raġunijiet li fuqhom tkun qiegħda issir. L-opposizzjoni ma tistax titqies li tkun ġiet preżentata kif dovut qabel ma jsir il-ħlas tad-dritt ta’ l-opposizzjoni. Fi żmien perjodu stabbilit mill-Uffiċċju, l-opponent jista’ jissottometti fatti, xiehda u argumenti sabiex isaħħaħ il-każ tiegħu.

    Artikolu 42

    Eżaminazzjoni ta’ l-opposizzjoni

    1. Waqt l-eżaminazzjoni ta’ l-opposizzjoni l-Uffiċċju għandu jistieden lill-partijiet, kemm jista’ jkun spiss, sabiex jippreżentaw osservazzjonijiet, fi żmien iffisat lilhom mill-Uffiċċju, dwar il-komunikazzjonijiet mill-partijiet l-oħrajn jew maħruġin minnu stess.

    2. Fuq talba ta’ l-applikant, il-proprjetarju ta’ trade mark Komunitarja preċedenti li jkun għamel notifika għandu iġib provi li, waqt il-perjodu ta’ ħames snin qabel id-data ta’ pubblikazzjoni ta’ l-applikazzjoni għal trade mark Komunitarja, ikun sar użu ġenwin mit- trade mark Komunitarja preċedenti fil-Komunità f’konnessjoni mal-prodotti jew servizzi li għalihom hija tkun reġistrata u li huwa qiegħed isemmi bħala ġustifikazzjoni għall-opposizzjoni tiegħu, jew li hemm raġunijiet validi għalfejn m’għandhiex tintuża, sakemm it- trade mark Komunitarja preċedenti tkun f’dik id-data ilha reġistrata għal mhux inqas minn ħames snin. F’nuqqas ta’ provi ta’ din ix-xorta, l-opposizzjoni għandha tiġi miċħuda. Jekk it- trade mark Komunitarja preċedenti tkun intużat f’konnessjoni ma’ parti biss mill-prodotti jew servizzi li għalihom tkun reġistrata, hija għandha, għall-finijiet ta’ l-eżaminazzjoni ta’ l-opposizzjoni, titqies li hija reġistrata biss f’konnessjoni ma’ dik il-parti tal-prodotti jew servizzi.

    3. Il-paragrafu 2 japplika għal trade marks nazzjonali preċedenti msemmija fl-Artikolu 8(2)(a), u dana billi l-użu f’ l-Istat Membru fejn it- trade mark nazzjonali preċedenti hija protetta jiġi sostitwit b’użu fil-Komunità.

    4. L-Uffiċċju jista’, jekk jidhirlu li huwa xieraq, jistieden lill-partijiet biex jaslu għal ftehim bonarju.

    5. Jekk l-eżaminazzjoni ta’ l-opposizzjoni tikxef li t- trade mark ma tistax tiġi reġistrata fir-rigward ta’ xi ftit mill-prodotti jew servizzi li għalihom tkun saret applikazzjoni għal trade mark Komunitarja, jew fir-rigward ta’ kollha, l-applikazzjoni għandha tiġi miċħuda fir-rigward ta’ dawk l-prodotti jew servizzi. F’każ kuntrarju l-opposizzjoni għandha tiġi miċħuda.

    6. Id-deċiżjoni li tiċħad l-applikazzjoni għandha tiġi ppubblikata malli ssir finali.

    IT-TAQSIMA 5

    422/2004 Art. 1 Punt 11

    L-IRTIRAR, IR-RESTRIZZJONI U L-EMENDA TA’ L-APPLIKAZZJONI

    40/94

    Artikolu 43

    L-irtirar, ir-restrizzjoni u l-emenda ta’ l-applikazzjoni.

    1. L-applikant jista’ f’kull ħin jirtira l-applikazzjoni tiegħu għal trade mark Komunitarja jew jirrestrinġi l-lista ta’ prodotti jew servizzi li jkunu jinsabu fiha. Meta l-applikazzjoni tkun diġà ġiet ippubblikata, l-irtirar jew ir-restrizzjoni għandhom jiġu ppubblikati wkoll.

    2. F’aspetti oħrajn, l-applikazzjoni għal trade mark Komunitarja tista’ biss tiġi emendata, fuq talba ta’ l-applikant, billi ssir korrezzjoni ta’ l-isem jew l-indirizz ta’ l-applikant, żbalji ta’ kitba jew ta’ ikkupjar, jew żbalji ovvji, sakemm il-korrezzjoni ma tbiddilx b’mod sostanzjali t- trade mark u ma testendix il-lista ta’ prodotti jew servizzi. Meta l-emendi jaffetwaw ir-rappreżentazzjoni tat- trade mark jew il-lista ta’ prodotti jew servizzi u jsiru wara l-pubblikazzjoni ta’ l-applikazzjoni, l-applikazzjoni għat- trade mark għandha tiġi ppubblikata kif emendata.

    422/2004 Art. 1, punt 12

    Artikolu 44

    Diviżjoni ta' l-applikazzjoni

    1. L-applikant jista’ jaqsam l-applikazzjoni billi jiddikjara li wħud mill-oġġetti jew servizzi inklużi fl-applikazzjoni oriġinali għandhom ikunu suġġetti għal wieħed jew aktar applikazzjonijiet diviżjonali. L-oġġetti jew is-servizzi fl-applikazzjoni diviżjonali m'għandhomx ixaqilbu fuq xulxin ma’ l-oġġetti u s-servizzi li jibqgħu fl-applikazzjoni oriġinali jew ma’ dawk li huma inklużi fl-applikazzjonijiet diviżjonali l-oħrajn.

    2. Id-dikjarazzjoni ta' diviżjoni m'għandhiex tkun ammissibbli:

    (a) jekk, meta opposizzjoni tkun ġiet ippreżentata kontra l-applikazzjoni oriġinali, tali applikazzjoni diviżjonali għandha l-effett li tintroduċi diviżjoni fost l-oġġetti jew is-servizzi li kontra tagħhom l-opposizzjoni tkun diretta, sakemm id-deċiżjoni ta' l-opposizzjoni tad-Diviżjoni tkun saret finali jew il-proċedimenti ta' l-opposizzjoni jkunu b'mod ieħor finalment terminati;

    422/2004 Art. 1, punt 12 (adattat)

    (b) matul il-perijodi stabbiliti fir-Regolament ta' l-Implementazzjoni.

    3. Id-dikjarazzjoni ta' diviżjoni għandha tkun konformi mad-disposizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament ta' l-Implementazzjoni.

    4. Id-dikjarazzjoni ta' diviżjoni għandha tkun suġġetta għall-ħlas ta' miżata. Id-dikjarazzjoni m'għandhiex tkun meqjusa li saret sakemm il-miżata tkun tħallset.

    5. Id-diviżjoni għandha jkollha effett fid-data li fiha din tkun reġistrata fil-files miżmuma mill-Uffiċċju ikkonċernat bl-applikazzjoni oriġinali.

    6. It-talbiet u l-applikazzjonijiet kollha ippreżentati u l-miżati kollha mħallsa fir-rigward ta' l-applikazzjoni oriġinali qabel id-data li fiha l-Uffiċċju jirċievi d-dikjarazzjoni tad-diviżjoni, huma meqjusa wkoll li jkunu ġew ippreżentati jew imħallsa fir-rigward ta' l-applikazzjoni jew l-applikazzjonijiet diviżjonali. Il-miżati għall-applikazzjoni oriġinali li ma jkunux ġew imħallsa kif xieraq qabel id-data li fiha d-dikjarazzjoni tad-diviżjoni tkun wasslet, m'għandhomx dritt għal rifużjoni.

    7. L-applikazzjoni diviżjonali għandha tippreserva d-data tal-preżentazzjoni u kwalunkwe data ta' priorità u data tas-senjorità ta' l-applikazzjoni oriġinali.

    40/94

    IT-TAQSIMA 6

    REĠISTRAZZJONI

    Artikolu 45

    Ir-reġistrazzjoni

    Meta applikazzjoni tissodisfa r-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament u meta ma tkunx ingħatat notifika ta’ opposizzjoni fil-perjodu msemmi fl-Artikolu 41(1) jew jekk l-opposizzjoni tiġi miċħuda b’deċiżjoni definittiva, it- trade mark għandha tiġi reġistrata bħala trade mark Komunitarja, sakemm id-dritt fuq ir-reġistrazzjoni jkun ġie mħallas fil-perjodu presritt. Jekk id-dritt ma jiġix imħallas f’dan il-perjodu l-applikazzjoni għandha titqies li ġiet irtirata.

    IT-TITOLU V

    40/94 Art. 1 punt 13

    TUL TA’ ŻMIEN, TIĠDID U TIBDIL TA’ TRADE MARKS KOMUNITARJI

    40/94

    Artikolu 46

    Tul ta’ żmien tar-reġistrazzjoni

    It- trade marks komunitarji għandhom jiġu reġistrati għal perjodu ta’ għaxar snin mid-data tal-preżentata ta’ l-applikazzjoni. Ir-reġistrazzjoni tista’ tiġi mġedda skond l-Artikolu 47 għal perjodi oħrajn ta’ għaxar snin.

    Artikolu 47

    It-tiġdid

    1. Ir-reġistrazzjoni ta’ trade mark Komunitarja għandha tiġi mġedda fuq talba tal-proprjetarju tat- trade mark jew ta’ kull persuna espressament awtorizzata minnu, sakemm id-drittijiet ikunu tħallsu.

    2. L-Uffiċċju għandu jinforma lill-proprjetarju ta’ trade mark Komunitarja, u lil kull persuna li jkollha dritt reġistrat fir-rigward tat- trade mark Komunitarja, li r-reġistrazzjoni tkun waslet biex tiskadi sew qabel ma din tiskadi. Jekk din l-informazzjoni ma tingħatax, dan ma jinvolvix ir-responsabbiltà ta’ l-Uffiċċju.

    3. It-talba għat-tiġdid għandha tiġi sottomessa fi żmien perjodu ta’ sitt xhur li jagħlaq fl-aħħar jum tax-xahar ta’ meta tispiċċa l-protezzjoni. Id-drittijiet għandhom jiġu mħallsa wkoll f’dan il-perjodu. Jekk dan ma jseħħx, it-talba tista’ tiġi sottomessa u d-drittijiet jistgħu jiġu mħallsa fi żmien perjodu ieħor ta’ sitt xhur wara l-jum imsemmi fl-ewwel sentenza, sakemm jiġi mħallas dritt f’dan il-perjodu l-ieħor.

    4. Jekk it-talba tiġi sottomessa jew jekk id-drittijiet jiġu mħallsa biss fir-rigward ta’ xi wħud mill-prodotti jew servizzi li għalihom it- trade mark Komunitarja tkun irreġistrata, ir-reġistrazzjoni għandha tiġi mġedda għal dawk il-prodotti jew servizzi biss.

    5. It-tiġdid għandu jkollu effett mill-jum ta’ wara d-data meta r-reġistrazzjoni eżistenti tiskadi. It-tiġdid għandu jiġi reġistrat.

    Artikolu 48

    Tibdil

    1. It- trade mark Komunitarja m’għandhiex tinbidel fir-Reġistru waqt il-perjodu ta’ reġistrazzjoni jew ladarba tiġġedded.

    2. Madanakollu, jekk it- trade mark Komunitarja tinkludi l-isem u l-indirizz tal-proprjetarju, kull tibdil li ma jaffetwax b’mod sostanzjali l-identità tat- trade mark kif kienet reġistrata oriġinarjament jista’ jiġi reġistrat fuq talba tal-proprjetarju.

    3. Il-pubblikazzjoni tar-reġistrazzjoni tat-tibdil għandha turi xbieha tat- trade mark Komunitarja kif inbidlet. It-terzi persuni li d-drittijiet tagħhom jistgħu jiġu affetwati mit-tibdil jistgħu jikkontestaw ir-reġistrazzjoni fi żmien perjodu ta’ tliet xhur wara l-pubblikazzjoni.

    422/2004 Art. 1, punt 14 (adattat)

    Artikolu 49

    Diviżjoni tar-reġistrazzjoni

    1. Il-proprjetarju tat- trade mark tal-Komunità jista’ jaqsam ir-reġistrazzjoni billi jiddikjara li wħud mill-oġġetti jew mis-servizzi inklużi fir-reġistrazzjoni oriġinali għandhom ikunu s-suġġett għal wieħed jew aktar reġistrazzjonijiet diviżjonali. L-oġġetti jew is-servizzi fir-reġistrazzjoni diviżjonali m'għandhomx ixaqilbu fuq xulxin ma’ l-oġġetti u s-servizzi li jibqgħu fir-reġistrazzjoni oriġinali jew ma’ dawk li huma inklużi fir-reġistrazzjonijiet diviżjonali l-oħrajn.

    2. Id-dikjarazzjoni ta' diviżjoni m'għandhiex tkun ammissibbli:

    (a) jekk, meta applikazzjoni għal revoka tad-drittijiet jew tad-dikjarazzjoni ta' l-invalidità tkun ġiet ippreżentata fl-Uffiċċju kontra r-reġistrazzjoni oriġinali, tali dikjarazzjoni diviżjonali għandha l-effett li tintroduċi diviżjoni fost l-oġġetti jew is-servizzi li kontra tagħhom l-applikazzjoni għad-drittijiet tar-revoka jew għal dikjarazzjoni ta' l-invalidità tkun diretta, sakemm id-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni tkun saret finali jew il-proċedimenti jkunu b'mod ieħor finalment terminati;

    422/2004 Art. 1, punt 14

    (b) jekk, meta kontra-talba għal revoka ta’ dikjarazzjoni ta' l-invalidità tkun ġiet ippreżentata quddiem qorti tat- trade mark tal-Komunità, tali dikjarazzjoni diviżjonali għandha l-effett li tintroduċi diviżjoni fost l-oġġetti jew servizzi li kontra tagħhom il-kontra-talba hija diretta, sakemm l-imsemmi ġudizzju tal-qorti tat- trade mark tal-Komunità jkun irreġistrat fir-Reġistru bis-saħħa ta' l-Artikolu 100(6).

    3. Id-dikjarazzjoni ta' diviżjoni għandha tkun konformi mad-disposizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament ta' l-Implementazzjoni.

    4. Id-dikjarazzjoni ta' diviżjoni m'għandhiex tkun suġġetta għall-ħlas ta' miżata. Id-dikjarazzjoni m'għandhiex tkun meqjusa li saret sakemm il-miżata tkun tħallset.

    5. Id-diviżjoni għandha jkollha effett fid-data li fiha tkun imdaħħla fir-Reġistru.

    6. It-talbiet u l-applikazzjonijiet kollha ippreżentati u l-miżati kollha mħallsa fir-rigward tar-Reġistrazzjoni oriġinali qabel id-data li fiha l-Uffiċċju jircievi d-dikjarazzjoni tad-diviżjoni, huma meqjusa wkoll li jkunu ġew ippreżentati jew imħallsa fir-rigward tar-reġistrazzjoni jew ir-reġistrazzjonijiet diviżjonali. Il-miżati għar-reġistrazzjoni oriġinali li ma jkunux ġew imħallsa kif xieraq qabel id-data li fiha d-dikjarazzjoni tad-diviżjoni tkun wasslet, m'għandhomx dritt għal rifużjoni.

    7. Ir-reġistrazzjoni diviżjonali għandha tippreserva d-data tal-preżentazzjoni u kwalunkwe data ta' priorità u data tas-senjorità tar-reġistrazzjoni oriġinali.

    40/94 (adattat)

    IT-TITOLU VI

    ĊESSJONI, REVOKA U INVALIDITÀ

    IT-TAQSIMA 1

    ĊESSJONI

    Artikolu 50

    Ċessjoni

    1. Trade mark Komunitarja tista’ tiġi ċeduta fir-rigward ta’ xi wħud mill-prodotti jew servizzi li għalihom tkun reġistrata jew fir-rigward ta’ kollha.

    2. Iċ-ċessjoni għandha tiġi ddikjarata lill-Uffiċċju bil-miktub mill-proprjetarju tat- trade mark . M’għandhiex ikollha effett qabel ma tiddaħħal fir-Reġistru.

    3. Iċ-ċessjoni għandha tiddaħħal biss bi ftehim mal-proprjetarju ta’ dritt imdaħħal fir-Reġistru. Jekk liċenzja tkun ġiet reġistrata, iċ-ċessjoni għandha tiddaħħal fir-reġistru biss jekk il-proprjetarju tat- trade mark jipprova li huwa jkun għarraf lil-liċenzjat bil-ħsieb tiegħu li jċedi; din l-iskrizzjoni għandha ssir meta jiskadi l-perjodu preskritt mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni.

    IT-TAQSIMA 2

    BAŻI SUFFIĊJENTI GĦAR-REVOKAZZJONI

    Artikolu 51

    Raġunijiet għal revoka

    1. Id-drittijiet tal-proprjetarju ta’ trade mark Komunitarja għandhom jiġu ddikjarati bħala revokati malli ssir applikazzjoni lill-Uffiċċju jew fuq il-bażi ta’ kontrotalba fi proċedimenti ta’ vjolazzjoni:

    (a) jekk, għal perjodu kontinwu ta’ ħames snin, ma jkunx sar użu ġenwin mit- trade mark fil-Komunità f’konnessjoni mal-prodotti jew servizzi li għalihom hija tkun reġistrata, u ma jkunx hemm raġunijiet siewja għal dan in-nuqqas ta’ użu; madanakollu, l-ebda persuna ma tista’ titlob li d-drittijiet tal-proprjetarju fit- trade mark Komunitarja jiġu revokati jekk, waqt l-intervall bejn l-iskadenza tal-perjodu ta’ ħames snin u l-preżentata ta’ l-applikazzjoni jew tal-kontrotalba, użu ġenwin tat- trade mark ikun beda jew issokta; il-bidu jew l-issoktar ta’ użu waqt perjodu ta’ tliet xhur qabel il-preżentata ta’ l-applikazzjoni jew tal-kontrotalba li jkun beda l-iktar kmieni ma’ l-iskadenza tal-perjodu kontinwu ta’ ħames snin ta’ nuqqas ta’ użu għandu, madanakollu, ma jiġix meqjus jekk il-preparamenti għall-bidu jew għall-issoktar iseħħu biss wara li l-proprjetarju jsir jaf li l-applikazzjoni jew il-kontrotalba jistgħu jiġu preżentati;

    (b) jekk, bħala konsegwenza ta’ atti jew inattività tal-proprjetarju, it- trade mark tkun saret l-isem komuni fil-kummerċ ta’ prodott jew servizz li għalih tkun reġistrata;

    (ċ) jekk, bħala konsegwenza ta’ l-użu li jkun sar minnha mill-proprjetarju tat- trade mark jew bil-kunsens tiegħu fir-rigward tal-prodotti jew servizzi li għalihom hija reġistrata, it- trade mark aktarx tista’ tqarraq bil-pubbliku, partikolarment fir-rigward tax-xorta, tal-kwalità jew ta’ l-oriġini ġeografika ta’ dawk il-prodotti jew servizzi.

    2. Meta r-raġunijiet ta’ revoka ta’ drittijiet jeżistu biss fir-rigward ta’ xi wħud biss mill-prodotti jew servizzi li għalihom it- trade mark Komunitarja hija reġistrata, id-drittijiet tal-proprjetarju għandhom jiġu dikjarati bħala revokati fir-rigward ta’ dawk il-prodotti jew servizzi biss.

    IT-TAQSIMA 3

    RAĠUNIJIET TA’ INVALIDITÀ

    Artikolu 52

    Raġunijiet assoluti ta’ invalidità

    1. Trade mark Komunitarja għandha tiġi ddikjarata bħala invalida wara applikazzjoni lill-Uffiċċju jew fuq il-bażi ta’ kontrotalba fi proċedimenti ta’ vjolazzjoni,

    422/2004 Art. 1, punt 16

    (a) meta t- trade mark tal-Komunità tkun ġiet irreġistrata kuntrarju tad-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 7;

    40/94

    (b) meta l-applikant jkun aġixxa morożament meta jkun ippreżenta l-applikazzjoni għat- trade mark .

    2. Meta t- trade mark Komunitarja tkun ġiet reġistrata bi ksur tad-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 7(1)(b), (ċ) jew (d), tista’ madanakollu ma tiġix iddikjarata invalida jekk, b’konsegwenza ta’ l-użu li jkun sar minnha, hija tkun wara r-reġistrazzjoni akkwistat karattru distintiv fir-rigward tal-prodotti jew servizzi li għalihom tkun reġistrata.

    3. Jekk ir-raġuni ta’ invalidità tkun teżisti biss fir-rigward ta’ xi wħud mill-prodotti jew servizzi li għalihom it- trade mark Komunitarja hija reġistrata, it- trade mark għandha tiġi dikjarata bħala invalida fir-rigward ta’ dawk l-prodotti jew servizzi biss.

    Artikolu 53

    Raġunijiet relattivi ta’ invalidità

    1. It -trade mark Komunitarja għandha tiġi dikjarata bħala invalida wara applikazzjoni lill-Uffiċċju jew fuq il-bażi ta’ kontrotalba fi proċedimenti ta’ vjolazzjoni,

    (a) meta jkun hemm trade mark preċedenti kif msemmi fl-Artikolu 8(2) u l-kundizzjonijiet msemmija fil-paragrafu 1 jew fil-paragrafu 5 ta’ dak l-Artikolu jkunu sodisfatti;

    (b) meta ikun hemm trade mark kif imsemmi fl-Artikolu 8(3) u l-kundizzjonijiet msemmija f’dak il-paragrafu jkunu sodisfatti;

    (ċ) meta jkun hemm dritt preċedenti kif imsemmi fl-Artikolu 8(4) u l-kundizzjonijiet stabbiliti f’dak il-paragrafu jkunu sodisfatti.

    422/2004 Art. 1, punt 17 (adattat)

    2. Trade mark tal-Komunità għandha wkoll tkun iddikjarata invalida ma’ l-applikazzjoni lejn l-Uffiċċju jew fuq il-bażi ta' kontra-talba fil-proċedimenti tal-ksur meta l-użu ta' tali trade mark jista jkun ipprojbit bis-saħħa ta' dritt aktar kmieni skond il-leġislazzjoni tal-Komunità jew ta' liġi nazzjonali li tirregola l-protezzjoni tagħhaÕ, u partikolarment:

    422/2004 Art. 1, punt 17

    (a) dritt għall-isem;

    (b) dritt għall-preżentazzjoni personali;

    (ċ) id-dritt ta' l-awtur;

    (d) id-dritt għal proprjetà industrijali.

    40/94

    3. Trade mark Komunitarja ma tistax tiġi dikjarata invalida jekk il-proprjetarju ta’ dritt msemmi fil-paragrafi 1 jew 2 jagħti l-kunsens tiegħu espressament għar-reġistrazzjoni tat- trade mark Komunitarja qabel ma tiġi sottomessa l-applikazzjoni għal dikjarazzjoni ta’ invalidità jew il-kontrotalba.

    4. Meta l-proprjetarju ta’ wieħed mid-drittijiet msemmija fil-paragrafi 1 jew 2 ikun applika qabel għal dikjarazzjoni li trade mark Komunitarja hija invalida jew ikun għamel kontrotalba fi proċedimenti ta’ vjolazzjoni, huwa ma jistax jissottometti applikazzjoni ġdida għal dikjarazzjoni ta’ invalidità jew jippreżenta kontrotalba fuq il-bażi ta’ dritt ieħor minn dawk imsemmija li huwa seta’ jinvoka biex isaħħaħ l-ewwel applikazzjoni jew kontrotalba tiegħu.

    5. Artikolu 52(3) għandu japplika.

    Artikolu 54

    Limitazzjoni bħala konsegwenza ta’ kunsens

    1. Meta l-proprjetarju ta’ trade mark Komunitarja ikun ta l-kunsens tiegħu, għal perjodu ta’ ħames snin suċċessivi, li jsir użu minn trade mark Komunitarja sussegwenti fil-Komunità waqt li huwa jkun jaf b’dan l-użu, hu ma jkunx intitolat iżjed fuq il-bażi tat- trade mark preċedenti li japplika għal dikjarazzjoni li t- trade mark sussegwenti hija invalida jew li jopponi l-użu tat- trade mark sussegwenti fir-rigward tal-prodotti jew servizzi li għalihom tkun intużat it- trade mark sussegwenti, sakemm l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat- trade mark Komunitarja sussegwenti ma tkunx saret morożament.

    2. Meta l-proprjetarju ta’ trade mark nazzjonali preċedenti msemmija fl-Artikolu 8(2) jew ta’ sinjal preċedenti ieħor msemmi fl-Artikolu 8(4) ikun ta l-kunsens tiegħu, għal perjodu ta’ ħames snin suċċessivi, li jsir użu minn trade mark Komunitarja sussegwenti fl-Istati Membri fejn it- trade mark preċedenti jew is-sinjal preċedenti huwa protett waqt li hu jkun jaf b’dan l-użu, hu ma jkunx intitolat iżjed fuq il-bażi tat- trade mark preċedenti jew tas-sinjal l-ieħor preċedenti li japplika għal dikjarazzjoni li t- trade mark sussegwenti hija invalida jew li jopponi l-użu tat- trade mark sussegwenti fir-rigward tal-prodotti jew is-servizzi li għalihom tkun intużat it- trade mark sussegwenti, sakemm l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat- trade mark Komunitarja sussegwenti ma tkunx saret morożament.

    3. Fil-każijiet msemmija fil-paragrafi 1 u 2, il-proprjetarju ta’ trade mark Komunitarja sussegwenti mhuwiex intitolat li jopponi l-użu tad-dritt preċedenti, avolja dak id-dritt ma jkunx jista’ jiġi invokat iżjed kontra t- trade mark Komunitarja sussegwenti.

    IT-TAQSIMA 4

    KONSEGWENZI TA’ REVOKA U TA’ INVALIDITÀ

    Artikolu 55

    Il-konsegwenzi ta’ revoka u ta’ invalidità

    1. It- trade mark Komunitarja għandha titqies li ma kellhiex, sa mid-data ta’ l-applikazzjoni għal revoka jew tal-kontrotalba, l-effetti speċifikati minn dan ir-Regolament, sa fejn id-drittijiet tal-proprjetarju jkunu ġew revokati. Tista’ tiġi iffissata data preċedenti meta waħda mir-raġuinijiet għar-revoka tkun seħħet, fid-deċiżjoni fuq talba ta’ waħda mill-partijiet.

    2. It- trade mark Komunitarja għandha titqies li ma kellhiex, sa mill-bidu, l-effetti speċifikati minn dan ir-Regolament, sa fejn it- trade mark tkun ġiet iddikjarata invalida.

    3. Bla ħsara għad-dispożizzjonijiet nazzjonali li jirrigwardaw it-talbiet għal kumpens għal danni ikkawżati minħabba traskuraġni jew nuqqas ta’ bona fede minn naħa tal-proprjretarju tat- trade mark , jew li jirrigwardaw qliegħ inġust, l-effett retroattiv tar-revoka jew ta’ l-invalidità ta’ trade mark m’għandux jaffetwa:

    (a) kull deċiżjoni dwar vjolazzjoni li tkun saret res judicata u li tkun ġiet enforzata qabel id-deċiżjoni ta’ revoka jew ta’ invalidità;

    (b) kull kuntratt li jkun ġie konkluż qabel id-deċiżjoni ta’ revoka jew ta’ invalidità, sakemm ikun ġie mwettaq qabel dik id-deċiżjoni; madanakollu, fuq bażi ta’ ekwità jista' jintalab ħlas lura ta’ somom li jkunu diġa’ tħallsu taħt il-kuntratt relevanti, sa fejn dan ikun ġustifikat miċ-ċirkostanzi.

    IT-TAQSIMA 5

    PROĊEDIMENTI FL-UFFIĊĊJU FIR-RIGWARD TA’ REVOKA JEW INVALIDITÀ

    Artikolu 56

    Applikazzjoni għal revoka jew għal dikjarazzjoni ta’ invalidità

    1. Applikazzjoni għal revoka tad-drittijiet ta’ proprjetarju ta’ trade mark Komunitarja jew għal dikjarazzjoni li t- trade mark hija invalida tista’ tiġi preżentata lill-Uffiċċju:

    (a) meta japplikaw l-Artikoli 51 u 52, minn kull persuna naturali jew ġuridika u minn kull grupp jew organu mwaqqfa bil-għan li jirrapreżentaw l-interessi ta’ fabbrikanti, produtturi, fornituri ta’ servizzi, negozjanti jew konsumaturi, u li għandhom il-kapaċità li jfittxu jew li jiġi mfittxija f’isimhom stess skond il-liġi li tirregolahom;

    (b) kull fejn japplika l-Artikolu 53(1), mill-persuni msemmija fl-Artikolu 41(1);

    (ċ) kull fejn japplika l-Artikolu 53(2), mill-proprjetarji tad-drittijiet preċedenti msemmija f’dik id-dispożizzjoni jew mill-persuni li huma intitolati li jeżerċitaw id-drittijiet in kwistjoni skond il-liġi ta’ l-Istati Membri konċernati.

    2. L-applikazzjoni għandha tiġi presentata fi prospett raġunat bil-miktub. M’għandux jitqies li ġie preżentat qabel ma jitħallas id-dritt.

    3. Applikazzjoni għal revoka jew għal dikjarazzjoni ta’ invalidità hija inammissibli jekk applikazzjoni li tirrigwarda l-istess materja u l-istess kawża, u li tinvolvi lill-istess partijiet, tkun ġiet aġġudikata minn qorti fi Stat Membru u tkun saret res judicata.

    Artikolu 57

    L-eżaminazzjoni ta’ l-applikazzjoni

    1. Fl-eżaminazzjoni ta’ l-applikazzjoni għal revoka ta’ drittijiet jew għal dikjarazzjoni ta’ invalidità, l-Uffiċċju għandu jistieden lill-partijiet, kemm jista’ jkun spiss skond il-ħtieġa, sabiex jippreżentaw osservazzjonijiet, fi żmien li għandu jiġi iffissat mill-Uffiċċju, dwar komunikazzjonijiet mill-partijiet l-oħrajn jew maħruġa minnu stess.

    2. Jekk issir talba mill-proprjetarju ta’ trade mark Komunitarja, il-proprjetarju ta’ trade mark Komunitarja preċedenti, li jkun parti fi proċedimenti ta’ invalidità, għandu jġib prova li, waqt il-perjodu ta’ ħames snin qabel id-data ta’ l-applikazzjoni għal dikjarazzjoni ta’ invalidità, it- trade mark Komunitarja preċedenti intużat b’mod ġenwin fil-Komunità f’konnessjoni mal-prodotti jew servizzi li għalihom hija reġistrata u li hija iċċitata minnu bħala ġustifikazzjoni għall-applikazzjoni tiegħu, jew li hemm raġunijiet validi għan-nuqqas ta’ użu, sakemm sa dik id-data it- trade mark Komunitarja preċedenti tkun ilha irreġistrata għal mhux inqas minn ħames snin. Jekk, fid-data meta l-applikazzjoni għal trade mark Komunitarja ġiet ippubblikata, it- trade mark Komunitarja preċedenti tkun ilha li ġiet irreġistrata għal mhux inqas minn ħames snin, il-proprjetarju ta’ trade mark Komunitarja preċedenti għandu jġib prova li, barra minn hekk, il-kondizzjonijiet li jinsabu fl-Artikolu 42(2) kienu soddisfatti f’dik id-data. F’nuqqas ta’ provi f’dan ir-rigward l-applikazzjoni għal dikjarazzjoni ta’ invalidità għandha tiġi miċħuda. Jekk it- trade mark Komunitarja preċedenti tkun intużat biss fir-rigward ta’ parti mill-prodotti jew servizzi li għalihom hija irreġistrata, dina għandha titqies, għall-finijiet ta’ l-eżaminazzjoni ta’ l-applikazzjoni għal dikjarazzjoni ta’ invalidità, bħala reġistrata biss fir-rigward ta’ dik il-parti tal-prodotti jew servizzi.

    3. Il-paragrafu 2 għandu japplika għal trade marks nazzjonali preċedenti msemmija fl-Artikolu 8(2)(a), billi jiġi sostitwit l-użu fi Stat Membru fejn it- trade mark nazzjonali preċedenti hija protetta b’użu fil-Komunità.

    4. L-Uffiċċju jista’, jekk jidhirlu li huwa xieraq, jistieden lill-partijiet sabiex jaslu għal ftehim bonarju.

    5. Jekk l-eżaminazzjoni ta’ l-applikazzjoni għal revoka ta’ drittijiet jew għal dikjarazzjoni ta’ invalidità turi li t- trade mark ma kellhiex tiġi reġistrata fir-rigward tal-prodotti jew servizzi li għalihom hija reġistrata jew xi wħud minnhom, id-drittijiet tal-proprjetarju ta’ trade mark Komunitarja għandhom jiġu revokati jew inkella għandha tiġi iddikjarata bħala invalida fir-rigward ta’ dawk l-prodotti jew servizzi. F’kull każ ieħor, l-applikazzjoni għal revoka ta’ drittijiet jew għal dikjarazzjoni ta’ invalidità għandha tiġi miċħuda.

    422/2004 Art. punt 18

    6. Reġistrazzjoni tad-deċiżjoni ta' l-Uffiċċju dwar l-applikazzjoni għal revoka tad- drittijiet jew għal dikjarazzjoni ta' l-invalidità għandha sseħħ fir-Reġistru la darba din tkun tkun saret finali.

    40/94

    IT-TITOLU VII

    APPELLI

    Artikolu 58

    Id-deċiżjonijiet soġġetti għal appell

    1. Għandu jkun hemm dritt ta’ appell minn deċiżjonijiet ta’ l-eżaminaturi, tad-Diviżjonijiet ta’ l-Opposizzjoni, ta’ l-Amministrazzjoni ta’ Trade Marks u Diviżjonijiet Legali u Diviżjonijiet tal-Kanċellazzjoni. Dan għandu jkollu effett sospensiv.

    2. Deċiżjoni li ma ttemmx proċedimenti fir-rigward ta’ waħda mill-partijiet tista’ biss tiġi appellata flimkien mad-deċiżjoni finali, sakemm id-deċiżjoni ma tkunx tippermetti appell separat.

    Artikolu 59

    Il-persuni li huma intitolati li jappellaw u li jkunu partijiet fi proċedimenti ta’ appell.

    Kull parti fi proċedimenti li tiġi milquta b’mod żvantaġġuż minn deċiżjoni tista’ tappella. Il-partijiet l-oħrajn kollha fl-istess proċedimenti għandhom ikunu partijiet fil-proċedimenti ta’ l-appell bi dritt.

    Artikolu 60

    Terminu u forma ta’ l-appell

    Għandha tiġi preżentata notifika ta’ l-appell bil-miktub lill-Uffiċċju fi żmien xahrejn wara id-data tan-notifika tad-deċiżjoni appellata. In-notifika għandha titqies li ġiet preżentata biss meta l-miżata ta’ l-appell tkun ġiet imħallsa. Fi żmien erba’ xhur wara d-data tan-notifika tad-deċiżjoni, għandha tiġi preżentata dikjarazzjoni bil-miktub fejn jissemmew ir-raġunijiet ta’ l-appell.

    422/2004 Art. 1, punt 19

    Artikolu 61

    Reviżjoni tad-deċiżjonijiet fil-każi ex parte

    1. Jekk parti li tkun ippreżentat appell hija l-parti unika għall-proċedura, u jekk id-dipartiment li d-deċiżjoni tiegħu hija kkontestata jikkonsidra li l-appell huwa ammessibbli kif ukoll ben fondat, id-dipartiment għandu jirrettifika d-deċiżjoni tiegħu.

    2. Jekk id-deċiżjoni ma tkunx rettifikata fi żmien xahar wieħed minn meta tkun wasslet l-istqarrija tal-bażi, l-appell għandu jkun ri-ammess mingħajr dewmien lejn il-Bord ta' l-Appell, u mingħajr kummenti dwar il-meritu tiegħu.

    422/2004 Art. 1, punt 20 (adattat)

    Artikolu 62

    Reviżjoni tad-deċiżjonijiet fil-każi inter partes

    1. Jekk parti li tkun ippreżentat appell hija ikollha l-opposizzjoni minn parti oħra, u jekk id-dipartiment li d-deċiżjoni tiegħu hija kkontestata jikkonsidra li l-appell huwa ammessibbli kif ukoll ben fondat, dan għandu jirrettifika d-deċiżjoni tiegħu.

    2. Id-deċiżjoni tista’ tkun rettifikata biss jekk id-dipartiment li d-deċiżjoni tiegħu hija ikkontastata, jinnotifika lill-parti l-oħra bl-intenzjoni tiegħu li jwettaq ir-rettifika, u dik il-parti taċċetta dan fi żmien xahrejn mid-data li fiha hija tirċievi n-notifika.

    3. Jekk, fi żmien xahrejn minn meta tirċievi n-notifika referuta fil-paragrafu 2, il-parti l-oħra ma taċċettax li d-deċiżjoni ikkontastata għandha tkun rettifikata u tagħmel dikjarazzjoni għal dak il-għan jew ma tagħmilx xi dikjarazzjoni matul il-perijodu stabbilit, l-appell għandu jkun rimess mingħajr dewmien lejn il-Bord ta' l-Appell, u mingħajr kumment dwar il-meritu tiegħu.

    4. B'dana kollu, jekk id-dipartiment li d-deċiżjoni tiegħu hija kkontentestata ma jikkonsidrax li l-appell huwa ammissibbli u ben fondat fi żmien xahar wieħed wara l-wassla ta' l-istqarrija fuq il-bażi, dan għandu, minflok li jieħu l-miżuri li hemm provvediment dwarhom fil-paragrafi 2 u 3, jibgħat lura mingħajr dewmien l-appell lejn il-Bord ta' l-Appell, u mingħajr kumment dwar il-meritu tiegħu.

    40/94

    Artikolu 63

    Eżaminazzjoni ta’ appelli

    1. Jekk l-appell ikun ammissibli, il-Bord ta’ l-Appell għandu jeżamina jekk l-appell huwiex permissibli.

    2. Waqt l-eżaminazzjoni ta’ l-appell, il-Bord ta’ l-Appell għandu jistieden lill-partijiet, kemm jista’ jkun spiss skond il-ħtieġa, sabiex jippreżentaw osservazzjonijiet, fi żmien perjodu iffissat mill-Bord ta’ l-Appell, dwar il-komunikazzjonijiet mill-partijiet l-oħrajn jew maħruġin minnu stess.

    Artikolu 64

    Deċiżjonijiet dwar appelli

    1. Wara li ssir l-eżaminazzjoni tal-permissibilità ta’ l-appell, il-Bord ta’ l-Appell għandu jiddeċiedi l-appell. Il-Bord ta’ l-Appell jista’ jew jeżerċita kull poter fil-kompetenza tad-dipartiment li kien responsabbli għad-deċiżjoni appellata jew jirrinvija l-każ lill-dak id-dipartiment għal prosekuzzjoni ulterjuri.

    2. Jekk il-Bord ta’ l-Appell jirrinvija l-każ għal prosekuzzjoni ulterjuri lid-dipartiment li d-deċiżjoni tiegħu ġiet appellata, dak id-dipartiment huwa marbut bir- ratio decidendi tal-Bord ta’ l-Appell, sa fejn il-fatti jkunu l-istess.

    3. Id-deċiżjonijiet tal-Bordijiet ta’ l-Appell jiġu fis-seħħ biss mid-data ta’ l-iskadenza tal-perjodu msemmi fl-Artikolu 65(5) jew, jekk tkun infetħet kawża quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja fi żmien dak il-perjodu, mid-data ta’ meta tiġi miċħuda dik il-kawża.

    Artikolu 65

    Kawżi quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja

    1. Jistgħu jinfetħu kawżi quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja kontra deċiżjonijiet tal-Bordijiet ta’ l-Appell dwar appelli.

    2. Il-kawża tista’ tinfetaħ fuq raġunijiet ta’ nuqqas ta’ kompetenza, vjolazzjoni ta’ rekwiżit proċedurali essenzjali, vjolazzjoni tat-Trattat, ta’ dan ir-Regolament jew ta’ kull regola tal-liġi li tirrigwarda l-applikazzjoni tagħhom jew abbuż ta’ poter.

    3. Il-Qorti tal-Ġustizzja għandha ġurisdizzjoni li tannulla jew tbiddel id-deċiżjoni kontestata.

    4. Il-kawża hija miftuħa għal kull parti fil-proċedimenti quddiem il-Bord ta’ Appell li tkun intlaqtet b’mod żvantaġġuż mid-deċiżjoni.

    5. Il-kawża għandha tinġieb quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja fi żmien xahrejn mid-data tan-notifika tad-deċiżjoni tal-Bord ta’ l-Appell.

    6. L-Uffiċċju huwa meħtieġ li jieħu -miżuri neċessarji sabiex jikkonforma mad-deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja.

    IT-TITOLU VIII

    IL-MARKI KOLLETTIVI KOMUNITARJI

    Artikolu 66

    Il-marki kollettivi komunitarji

    1. Marka Komunitarja kollettiva hija trade mark Komunitarja li hija hekk msejħa meta ssir l-applikazzjoni u li hija kapaċi tiddistingwi l-prodotti jew servizzi tal-membri ta’ l-assoċjazzjoni li hija proprjetarja ta’ dik il-marka minn dawk ta’ impriżi oħrajn. Assoċjazzjonijiet ta’ fabbrikanti, produtturi, fornituri ta’ servizzi, jew negozjanti, skond il-liġi li tirregolahom, għandhom l-kapaċità li f’isimhom stess ikollhom drittijiet u obbligi ta’ kull xorta, li jidħlu f’kuntratti jew li jwettqu atti ġuridiċi oħra u li jfittxu u li jiġu mfittxa, kif ukoll persuni ġuridiċi irregolati mil-liġi pubblika, jistgħu japplikaw għal marki kollettivi Komunitarji.

    2. B’deroga mill-Artikolu 7(1)(ċ), sinjali jew indikazzjonijiet li jistgħu jservu, fil-kummerċ, sabiex jindikaw l-oriġini ġeografika tal-prodotti jew servizzi jistgħu jikkostitwixxu marki Komunitarji kollettivi skond it-tifsira tal-paragrafu 1. Marka kollettiva ma tagħtix jedd lill-proprjetarju li jistabbilixxi lil terza persuna milli tuża fil-kummerċ dawn is-sinjali jew indikazzjonijiet, sakemm huwa jużahom skond il-prattika onesta fl-oqsma ta’ l-industrija u tal-kummerċ; b’mod partikolari, din il-marka ma tistax tiġi invokata kontra terza persuna li hija intitolata li tuża isem ġeografiku.

    3. Id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament japplikaw għal marki kolletivi Komunitarji, sakemm l-Artikoli 67 sa 74 ma jipprovdux mod ieħor.

    Artikolu 67

    Ir-regolamenti li jirregolaw l-użu tal-marka

    1. L-applikant għal marka Komunitarja kollettiva għandu jissottometti regolamenti li jirregolaw l-użu tagħha fi żmien il-perjodu preskritt.

    2. Ir-regolamenti li jirregolaw l-użu għandhom jispeċifikaw il-persuni awtorizzati biex jużaw il-marka, il-kundizzjonijiet għal adeżjoni fl-assoċjazzjoni u, fejn dawn jeżistu, il-kondizzjonijiet għall-użu tal-marka inklużi sanzjonijiet. Ir-regolamenti li jirregolaw l-użu ta’ marka msemmija fl-Artikolu 66(2) għandhom jawtorizzaw lil kull persuna li l-prodotti jew servizzi tagħha joriġinaw miz-zona ġeografika in kwistjoni sabiex din issir membru ta’ l-assoċjazzjoni li hija proprjetarja tal-marka.

    Artikolu 68

    Ċaħda ta’ l-applikazzjoni

    1. Flimkien mar-raġunijiet għaċ-ċaħda ta’ applikazzjoni għal trade mark Komunitarja kif msemmi fl-Artikoli 36 u 37, applikazzjoni għal marka Komunitarja kollettiva għandha tiġi miċħuda meta d-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikoli 66 jew 67 ma jkunux sodisfatti, jew jekk ir-regolamenti li jirregolaw l-użu imorru kontra l-ordni pubbliku jew il-prinċipji aċċettati tal-moralità.

    2. Applikazzjoni għal marka Komunitarja kollettiva għandha wkoll tiġi miċħuda jekk din tista’ tqarraq bil-pubbliku fir-rigward tal-karattru jew sinifikanza tal-marka, b’mod partikolari jekk aktarx tista’ tiftiehem li hija xi ħaġa differenti minn marka kollettiva.

    3. L-applikazzjoni m’għandhiex tiġi miċħuda jekk l-applikant, bħala konsegwenza ta’ emenda fir-regolamenti li jirregolaw l-użu, jissodisfa r-rekwiżiti tal-paragrafi 1 u 2.

    Artikolu 69

    Osservazzjonijiet minn terzi persuni

    Minbarra il-każijiet msemmija fl-Artikolu 40, kull persuna, grupp jew korporazzjoni msemmija f’dak l-Artikolu tista’ tippreżenta lill-Uffiċċju osservazzjonijiet bil-miktub ibbażati fuq ir-raġunijiet partikolari li fuqhom l-applikazzjoni għal marka Komunitarja kollettiva għandha tiġi miċħuda skond it-termini ta’ l-Artikolu 68.

    Artikolu 70

    L-użu ta’ marki

    L-użu ta’ marka Komunitarja kollettiva minn kull persuna li għandha l-awtorità li tużaha għandu jissodisfa r-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament, sakemm il-kondizzjonijiet l-oħrajn imposti minn dan ir-Regolament fir-rigward ta’ l-użu ta’ trade marks Komunitarji huma soddifatti.

    Artikolu 71

    L-emenda tar-regolamenti li jirregolaw l-użu tal-marka

    1. Il-proprjetarju ta’ marka Komunitarja kollettiva għandu jissottometti lill-Uffiċċju kull regolamenti emendati li jirregolaw l-użu.

    2. L-emenda m’għandhiex tissemma fir-Reġistru jekk ir-regolamenti emendati ma jissodisfawx ir-rekwiżiti ta’ l-Artikolu 67 jew jinvolvu waħda mir-raġunijiet għal ċaħda msemmija fl-Artikolu 68.

    3. Artikolu 69 għandu japplika għal regolamenti emendati li jirregolaw l-użu.

    4. Għall-finijiet ta’ l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, l-emendi tar-regolamenti li jirregolaw l-użu għandhom jidħlu fis-seħħ biss mid-data ta’ meta referenza għall-emenda titniżżel fir-reġistru.

    Artikolu 72

    Il-persuni li huma intitolati jiftħu kawża ta’ vjolazzjoni

    1. Id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 22(3) u (4) li jirrigwardaw id-drittijiet ta’ liċenzjati għandhom japplikaw għal kull persuna li għandha l-awtorità li tuża marka Kommunitarja kollettiva.

    2. Il-proprjetarju ta’ marka Komunitarja kollettiva huwa intitolat li jitlob kumpens f’isem persuni li għandhom awtorità li jużaw il-marka jekk dawn ikunu sofrew danni b’konsegwenza ta’ użu mhux awtorizzat tal-marka.

    Artikolu 73

    Ir-raġunijiet għal revoka

    Minbarra r-raġunijiet għal revoka msemmija fl-Artikolu 51, id-drittijiet tal-proprjetarju ta’ marka Komunitarja kollettiva għandhom jiġu revokati fuq applikazzjoni lill-Uffiċċju jew fuq il-bażi ta’ kontrotalba fi proċedimenti ta’ vjolazzjoni, jekk:

    (a) il-proprjetarju ma jieħux passi raġonevoli sabiex jipprevjeni li l-marka tintuża b’mod li huwa inkumpatibbli mal-kundizzjonijiet ta’ l-użu, jekk dawn ikunu jeżistu, li jinsabu fir-regolamenti li jirregolaw l-użu, u l-emendi ta’ liem, fejn dan huwa approprjat, huma msemmija fir-Reġistru;

    (b) il-mod kif il-marka intużat mill-proprjetarju wassal sabiex din tista’ tqarraq bil-pubbliku bil-mod msemmi fl-Artikolu 68(2);

    (ċ) tkun saret referenza fir-Reġistru għal emenda tar-regolamenti li jirregolaw l-użu tal-marka, u dana bi ksur tad-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 71(2), sakemm il-proprjetarju tal-marka ma jikkonformax mar-rekwiżiti ta’ dawn id-dispożizzjonijiet billi jemenda ulterjorment ir-regolamenti li jirregolaw l-użu.

    Artikolu 74

    Ir-raġunijiet ta’ invalidità

    Minbarra r-raġunijiet ta’ invalidità provduti fl-Artikoli 52 u 53, marka Komunitarja kollettiva li hija reġistrata bi ksur tad-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 68 għandha tiġi ddikjarata invalida malli ssir applikazzjoni lill-Uffiċċju jew fuq il-bażi ta’ kontrotalba fi proċedimenti ta’ vjolazzjoni, sakemm il-proprjetarju tal-marka ma jikkonformax mar-rekwiżiti ta’ dawk id-dispożizzjonijiet billi jemenda r-regolamenti li jirregolaw l-użu.

    IT-TITOLU IX

    PROĊEDURA

    IT-TAQSIMA 1

    DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

    Artikolu 75

    Stqarrija tar-raġunijiet li fuqhom id-deċiżjonijiet huma bbażati

    Id-deċiżjonijiet ta’ l-Uffiċċju għandhom jistqarru r-raġunijiet li fuqhom huma bbażati. Dawn għandhom ikunu bbażati biss fuq raġunijiet jew fuq xiehda fir-rigward ta’ liem il-partijiet konċernati kellhom l-opportunità li jippreżentaw il-kummenti tagħhom.

    Artikolu 76

    L-eżaminazzjoni tal-fatti mill-Uffiċċju fuq inizzjattiva tiegħu stess.

    1. Fi proċedimenti quddiemu l-Uffiċċju għandu jeżamina l-fatti fuq l-inizzjattiva tiegħu stess; madanakollu, fi proċedimenti li jirrigwardaw raġunijiet relattivi għal ċaħda ta’ reġistrazzjoni, l-Uffiċċju għandu jkun ristrett għal eżaminazzjoni ta’ fatti, ta’ provi u ta’ argumenti ppreżentati mill-partijiet u tar-rimedji mitluba.

    2. L-Uffiċċju jista’ ma jikkunsidrax fatti jew provi li ma jiġux preżentati fil-ħin preskritt mill-partijiet konċernati.

    Artikolu 77

    Il-proċedimenti orali

    1. Jekk l-Uffiċċju jqis li proċedimenti orali jisgħu ikunu spedjenti dawn għandhom isiru fuq l-inizzjattiva ta’ l-Uffiċċju jew fuq talba ta’ kull parti fil-proċedimenti.

    2. Il-proċedimenti orali quddiem l-eżaminaturi, id-Diviżjoni ta’ l-Opposizzjoni u l-Amministrazzjoni tat- Trade Marks u d-Diviżjoni Legali m’għandhomx isiru fil-pubbliku.

    3. Il-proċedimenti orali, inkluża l-pronunzja tad-deċiżjoni, għandhom isiru fil-pubbliku quddiem id-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni u l-Bordijiet ta’ l-Appell, sakemm id-dipartiment li quddiemu l-proċedimenti ikunu qegħdin isiru ma jiddeċidix mod ieħor f’każijiet fejn l-attendenza tal-pubbliku jista’ jkollha żvantaġġi serji u mhux ġustifikati, b’mod partikolari għall-waħda mill-partijiet fil-proċedimenti.

    Artikolu 78

    Kif għandha tittieħed ix-xiehda

    1. F’kull proċedimenti quddiem l-Uffiċċju, il-miżati ta’ kif għandha tingħata jew tinkiseb ix-xiehda għandhom jinkludu dan li ġej:

    (a) is-smigħ tal-partijiet;

    (b) talbiet għall-informazzjoni;

    (ċ) il-preżentata ta’ dokumenti u prodotti oħra ta’ xiehda;

    (d) is-smigħ ta’ xhieda;

    (e) l-opinjonijiet ta’ esperti;

    (f) stqarrijiet bil-miktub ġuramentati jew affermati jew li għandhom effett simili taħt il-liġi ta’ l-Istat fejn tinkiteb l-istqarrija.

    2. Id-dipartiment relevanti jista’ jikkummissjona lilwieħed mill-membri tiegħu biex jeżamina x-xiehda preżentata.

    3. Jekk l-Uffiċċju jidhirlu li huwa meħtieġ li xi parti, xhud jew espert jagħtu x-xiehda tagħhom viva voce , huwa jista’ joħroġ ċitazzjoni kontra l-persuna in kwistjoni sabiex din tidher quddiemu.

    4. Il-partijiet għandhom jiġu infurmati bil-miktub dwar is-smigħ ta’ xhud jew ta’ espert quddiem l-Uffiċċju. Huma għandhom id-dritt li jkunu preżenti u li jagħmlu mistoqsijiet lix-xhud jew lill-espert.

    Artikolu 79

    In-notifikazzjoni

    L-Uffiċċju għandu, fil-prattika, jinnotifika lil dawk ikkonċernati dwar id-deċiżjonijiet u ċ-ċitazzjonijiet u dwar kull notifika jew kull komunikazzjoni oħra li minnhom jiġi ikkalkulat terminu ta’ żmien, jew li dwarhom dawk konċernati għandhom jiġu notifikati skond id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament jew tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni, jew li tagħhom tkun ġiet ordnata n-notifika mill-President ta’ l-Uffiċċju.

    422/2004 Art. 1, punt 21

    Artikolu 80

    Revoka tad-deċiżjonijiet

    1. Meta l-Uffiċċju jkun daħħal fir-reġistru jew anki jkun ħa deċiżjoni li jkun fiha żball proċedurali ovvju attribwibbli għall-Uffiċċju, dan għandu jassigura li d-dħul ikun ikkanċellat jew li d-deċiżjoni tkun revokata. Meta jkun hemm parti waħda biss għall-proċedimenti u d-dħul jew l-att jaffettwa d-drittijiet tagħha, il-kanċellament jew ir-revoka għandhom ikunu determinati anki jekk l-iżball ma jkunx evidenti għall-parti.

    2. Kanċellament jew revoka kif referut fil-paragrafu 1 għandu jkun determinat, ex officio jew mat-talba ta' waħda mill-partijiet għall-proċedimenti, mid-dipartiment li jkun għamel id-dħul jew li jkun ħa d-deċiżjoni. Il-kanċellament jew ir-revoka għandhom ikunu determinati fi żmien sitt xhur mid-data li fiha d-dħul ikun seħħ fir-Reġistru jew minn meta d-deċiżjoni tkun ittieħdet, wara konsultazzjoni mal-partijiet tal-proċedimenti u kwalunkwe proprjetarju ta' drittijiet ta' trade mark tal-Komunità f'dak il-każ ikunu mdaħħla fir-Reġistru.

    3. Dan l-Artikolu għandu jkun mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-partijiet li jippreżentaw appell permezz ta' l-Artikoli 58 u 65, jew għall-possibbiltà, permezz tal-proċeduri u l-kondizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament ta' l-Implementazzjoni li jikkorreġi xi żballji lingwistċi jew żballji ta' transkrizzjoni u żballji ovvji fid-deċiżjonijiet ta' l-Uffiċċju jew żbalji attribwibbli għall-Uffiċċju fir-reġistrazzjoni tat- trade mark jew fil-pubblikazzjoni tar-reġistrazzjoni tagħha.

    40/94 (adattat)

    Artikolu 81

    Restitutio in integrum

    1. L-applikant jew il-proprjetarju ta’ trade mark Komunitarja jew kull parti oħra fi proċedimenti quddiem l-Uffiċċju, li ma jkunux f’pożizzjoni li ikunu konformi mat-Õterminu ta’ żmien fil-konfront ta’ l-Uffiċċju minkejja li jkunu għamlu dak kollu meħtieġ miċ-ċirkustanzi, għandhom, wara li ssir applikazzjoni, jingħataw lura d-drittijiet tagħhom jekk l-ostaklu għall-konformita jkollha l-konsegwenza diretta, minħabba d-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament, li tikkawża t-telfien ta’ kull dritt jew mezz ta’ rimedju.

    2. L-applikazzjoni għandha tiġi preżentata bil-miktub fi żmien xahrejn mit-tneħħija tal-kawża ta’ non-konformità mat-terminu. L-att li ma jkunx sar għandu jsir fi żmien dan il-perjodu. L-applikazzjoni hija biss ammissibbli fi żmien sena immedjatament wara l-iskadenza tat-terminu mhux osservat. F’każ fejn it-talba għat-tiġdid tar-reġistrazzjoni ma tiġix sottomessa jew il-ħlas dovut għat-tiġdid ma jsirx, il-perjodu supplimentari ta’ sitt xhur msemmi fl-Artikolu 47(3), fit-tielet sentenza, għandu jitnaqqas mill-perjodu ta’ sena.

    3. L-applikazzjoni għandha tistqarr ir-raġunijiet li fuqhom hija bbażata u għandha tippreżenta l-fatti li fuqhom hija msejjsa. M’għandhiex titqies li ġiet preżentata qabel ma jsir il-ħlas dovut għall-istabbiliment mill-ġdid tad-drittijiet.

    4. Id-dipartiment li għandu l-kompetenza li jiddeċiedi dwar l-att li ma jkunx sar għandu jieħu deċiżjoni dwar l-applikazzjoni.

    422/2004 Art. 1, punt 22

    5. Dan l-Artikolu m'għandux ikun applikabli għal-limiti ta' żmien referuti fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, l-Artikoli 41(1) u (3) u l-Artikolu 82.

    40/94

    6. Meta l-applikant jew il-proprjetarju ta’ trade mark Komunitarja jingħataw lura d-drittijiet tagħhom, hu ma jistax juża d-drittijiet tiegħu kontra terza persuna li, in bona fede , tkun poġġiet fuq is-suq jew provdiet servizzi taħt sinjal li huwa identiku jew simili għat- trade mark Komunitarja waqt il-perjodu ta’ bejn it-telf tad-drittijiet ta’ l-applikazzjoni jew tat- trade mark Komunitarja u l-pubblikazzjoni tar-referenza għall-istabbiliment mill-ġdid ta’ dawk id-drittijiet.

    7. Terza persuna li tista’ tinqeda mid-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 6 tista’ tiftaħ proċedimenti ta’ terza persuna kontra d-deċiżjoni li permezz tagħha jkunu ġew stabbiliti mill-ġdid id-drittijiet ta’ l-applikant jew tal-proprjetarju ta’ trade mark Komunitarja fi żmien perjodu ta’ xahrejn mid-data tal-pubblikazzjoni tar-referenza għall-istabbiliment mill-ġdid ta’ dawk id-drittijiet.

    8. Xejn f’dan l-Artikolu ma jillimita d-dritt ta’ Stat Membru li jagħti restitutio in integrum fir-rigward ta’ termini ta’ żmien provduti minn dan ir-Regolament u li għandhom jiġu osservati fil-konfront ta’ l-awtoritajiet ta’ dak l-Istat.

    422/2004 Art. 1, punt 23 (adattat)

    Artikolu 82

    Kontinwazzjoni tal-proċedimenti

    1. Applikant għal, jew il-proprjetarju ta', trade mark tal-Komunità jew xi parti oħra għall-proċedimenti quddiem l-Uffiċċju li tkun naqset milli tosserva l-limitu taż-żmien vis-à-vis l-Uffiċċju tista’, b'talba, takkwista l-kontinwazzjoni tal-proċedimenti filwaqt li tkun saret it-talba, li l-att imħolli barra jkun twettaq. It-talba għal-kontinwazzjoni tal-proċedimenti għandha tkun ammessibbli biss jekk din tkun ippreżentata fi żmien xahrejn wara l-iskadenza tal-limitu tż-żmien li ma jkunx ġie osservat. It-talba m'għandhiex tkun meqjusa bħala li kienet imwettqa sakemm il-miżata għall-kontinwazzjoni tal-proċedimenti tkun ġiet imħallsa.

    2. Dan l-Artikolu m'għandux ikun applikabli għal-limiti ta' żmien stabbiliti fl-Artikolu 25(3), l-Artikolu 27, l-Artikolu 29(1), l-Artikolu 33(1), l-Artikolu 36(2), l-Artikolu 41, l-Artikolu 42, l-Artikolu 47(3), l-Artikolu 60, l-Artikolu 62, l-Artikolu 65(5), l-Artikolu 81, l-Artikolu 112, jew għal-limiti ta' żmien stabbiliti f'dan l-Artikolu jew għal-limiti taż-żmien stabbiliti bir-Regolament Implimentattiv għal talba ta' priorità wara li l-applikazzjoni tiġi mimlija Õfil-qofol tat-tifsira ta' l-Artikolu 30, li jesebixxi priorità fil-qofol tat-tifsira ta' l-Artikolu 33 jew tas-senjorità fil-qofol tat-tifsira ta' l-Artikolu 34 wara li l-applikazzjoni tkun ġiet ippreżentata.

    3. Id-dipartiment kompetenti sabiex jiddeċiedi dwar l-att imħolli barra għandu jiddeċiedi dwar l-applikazzjoni.

    4. Jekk l-Uffiċċju jaċċetta l-applikazzjoni, il-konsegwenzi talli jkun naqas milli josserva l-limitu taż-żmien għandhom ikunu meqjusa bħala li ma kienux seħħew.

    5. Jekk l-Uffiċċju jiċħad l-applikazzjoni, il-mizata għandha tkun rifuża.

    40/94

    Artikolu 83

    Referenza għall-prinċipji ġenerali

    Fin-nuqqas ta’ dispożizzjonijiet procedurali f’dan ir-Regolament, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni, ir-regolamenti dwar miżati jew ir-regolamenti tal-proċedura tal-Bordijiet ta’ l-Appell, l-Uffiċċju għandu jimxi fuq il-prinċipji ta’ liġi proċedurali ġeneralment rikonoxxuti mill-Istati Membri.

    Artikolu 84

    Terminazzjoni ta’ obbligi finanzjarji

    1. Id-drittijiet ta’ l-Uffiċċju għall-ħlas ta’ miżata jiddekadu wara erba’ snin mit-tmiem tas-sena kalendarja meta il-ħlas ġie dovut.

    2. Id-drittijiet kontra l-Uffiċċju għar-rimbors ta’ l-eċċess imħallas fuq miżati jew somom ta’ flus jiddekadu wara erba’ snin mit-tmiem tas-sena kalendarja meta nħoloq id-dritt.

    3. Il-perjodu stabbilit fil-paragrafi 1 u 2 għandu jiġi interrott fil-każ imsemmi mill-paragrafu 1 permezz ta’ talba għall-ħlas ta’ dritt u fil-każ msemmi fil-paragrafu 2 minn talba raġonata bil-miktub. Malli jkun hemm interruzzjoni għandu jerġa’ jibda immedjatament u għandu jintemm sa l-iktar tard sitt snin wara t-tmiem tas-sena meta jkun beda oriġinarjament, ħlief jekk, fil-frattemp, ma jkunux inbdew proċedimenti ġuridiċi biex jenforzaw id-dritt; f’dan il-każ il-perjodu għandu jintemm mill-iktar kmieni sena wara li d-deċiżjoni tkun saret res judicata.

    IT-TAQSIMA 2

    L-ISPEJJEŻ

    Artikolu 85

    L-ispejjeż

    1. Il-parti telliefa fi proċedimenti ta’ opposizzjoni, proċedimenti ta’ revoka, proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità jew proċedimenti ta’ appell għandha tagħmel tajjeb għall-ħlas ta’ piżijiet li jkunu saru mill-parti l-oħra kif ukoll għall-ispejjeż, mingħajr preġudizzju għal-Artikolu 119(6), li hija tkun għamlet u li jkunu essenzjali għall-proċedimenti, u dawn jinkludu spejjeż ta’ l-ivvjaġġar u ta’ sussistenza u ta’ remunerazzjoni ta’ aġent, konsulent jew avukat, fil-limiti ta’ l-iskali stabbiliti għal kull kategorija ta’ spejjeż taħt il-kondizzjonijiet mniżżla fir-Regolament ta’ Implimentazzzjoni.

    2. Madanakollu, jekk kull parti tirbaħ fuq xi punti u titlef fuq oħrajn, jew jekk ikun xieraq għal raġunijiet ta’ ekwità, id-Diviżjoni ta’ l-Opposizzjoni, id-Diviżjoni ta’ Kanċellazzjoni jew il-Bord ta’ l-Appell għandhom jiddeċiedu tqassim differenti ta’ l-ispejjeż.

    3. Il-parti li ttemm il-proċedimenti billi tirtira l-applikazzjoni għal trade mark Komunitarja, l-opposizzjoni, l-applikazzjoni għal revoka ta’ drittijiet, l-applikazzjoni għal dikjarazzjoni ta’ invalidità jew l-appell, jew billi ma ġġeddidx ir-reġistrazzjoni tat- trade mark Komunitarja jew billi ċċedi t- trade mark Komunitarja, għandha tagħmel tajjeb għall-ħlas ta’ piżijiet u għall-ispejjeż li jkunu ntefqu mill-parti l-oħra kif stipulat fil-paragrafi 1 u 2.

    4. Meta każ ma jasalx għal deċiżjoni l-ispejjeż għandhom ikunu fid-diskrezzjoni tad-Diviżjoni ta’ l-Opposizzjoni, d-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni jew il-Bord ta’ l-Appell.

    5. Meta l-partijiet jaslu għal ftehim dwar l-ispejjeż differenti minn dak stipulat fil-paragrafi preċedenti quddiem id-Diviżjoni ta’ l-Opposizzjoni, id-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni jew il-Bord ta’ l-Appell, id-dipartiment konċernat għandu jieħu nota ta’ dak il-ftehim.

    422/2004 Art. 1, punt 24

    6. Fuq talba r-reġistru tad-Diviżjoni ta’ l-Opposizzjoni, jew id-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni jew il-Bord ta’ l-Appell għandu jiffissa l-ispejjeż li għandhom jitħallsu skond il-paragrafi preċedenti. L-ammont iffissat b’dan il-mod jista’ jiġi revedut b’deċiżjoni tad-Diviżjoni ta’ l-Opposizzjoni jew tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni jew tal-Bord ta’ l-Appell, fuq talba preżentata fi żmien il-perjodu preskritt.

    40/94 (adattat)

    422/2004 Art. 1, punt 25(a)

    Artikolu 86

    L-infurzar ta’ deċiżjonijiet li jiffissaw l-ammont ta’ l-ispejjeż

    1. Kull deċiżjoni finali ta’ l-Uffiċċju li tiffissa l-ammont ta’ l-ispejjeż hija enforzabbli.

    2. L-infurzar huwa irregolat mir-regoli tal-proċedura ċivili fis-seħħ fl-Istat fir-territorju fejn jitwettaq. L-ordni ta’ l-infurzar għandha tiġi annessa mad-deċiżjoni, mingħajr ebda formalità oħra ħlief il-verifika ta’ l-awtentiċità tad-deċiżjoni, mill-awtorità nazzjonali li l-Gvern ta’ kull Stat Membru għandu jinnomina għal dan l-iskop u li għandha tiġi mgħarrfa lill-Uffiċċju u lill-Qorti tal-Ġustizzja.

    3. Meta dawn il-formalitajiet jiġu kompluti fuq applikazzjoni tal-parti konċernata, din ta’ l-aħħar tista’ tissokta għall-infurzar skond il-liġi nazzjonali, billi tipproċedi direttament quddiem l-awtorità kompetenti.

    4. L-infurzar jista’ jiġi sospiż biss b’deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja. Madanakollu, il-qrati tal-pajjiż konċernat għandu jkollhom ġurisdizzjoni fuq ilmenti li l-infurzar ikun qed jitwettaq b’mod irregolari.

    IT-TAQSIMA 3

    INFORMAZZJONI LI TISTA' TKUN DISPONIBBLI GĦALLPUBBLIKU U GĦALL-AWTORITAJIET TA’ L-ISTATI MEMBRI

    Artikolu 87

    Ir-reġistru tat- trade marks Komunitarji

    L-Uffiċċju għandu jżomm Reġistru magħruf bħala r-Reġistru ta’ trade marks Komunitarji, li għandu jkun fih dawk id-dettalji li għandhom jiġu reġistrati jew inklużi skond dan ir-Regolament jew skond ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni. Ir-Reġistru għandu jkun miftuħ għall-ispezzjoni pubblika.

    Artikolu 88

    Spezzjoni ta’ fajls

    1. Il-fajls li għandhom x’jaqsmu ma’ applikazzjonijiet għal trade mark Komunitarja li jkunu għadhom ma ġewx ippubblikati m’għandhomx ikunu miftuħa għall-ispezzjoni mingħajr il-kunsens ta’ l-applikant.

    2. Kull persuna li tista’ ġġib prova li l-applikant għal trade mark Komunitarja stqarr li wara li t- trade mark tiġi reġistrata huwa ser juża dawn id-drittijiet kontra tagħha tista’ titħalla tagħmel spezzjoni tal-fajls qabel il-pubblikazzjoni ta’ dik l-applikazzjoni u dana jista’ jsir mingħajr il-kunsens ta’ l-applikant.

    3. Wara l-pubblikazzjoni ta’ l-applikazzjoni għal trade mark Komunitarja, il-fajls kollha li għandhom x’jaqsmu ma’ dik l-applikazzjoni u t- trade mark riżultanti jistgħu jiġu inspezzjonati wara li ssir talba.

    4. Madanakollu, meta l-fajls jiġu spezzjonati skond il-paragrafi 2 jew 3, ċerti dokumenti fil-fajl jistgħu jinżammu milli jiġu spezzjonati skond id-dispożizzjonijiet tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni.

    Artikolu 89

    Pubblikazzjonijiet perjodiċi

    L-Uffiċċju għandu jippubblika perjodikament:

    (a) Bulettin ta’ trade Marks Komunitarji li fih ikunu jinsabu l-iskrizzjonijiet mniżżla fir-reġistru tat- trade marks Komunitarji kif ukoll dettalji oħrajn li għandhom jiġu pubblikati skond dan ir-Regolament jew ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni;

    (b) Ġurnal Uffiċjali li jkun fih avviżi u informazzjoni ta’ karattru ġenerali maħruġa mill-President ta’ l-Uffiċċju, kif ukoll kull informazzjoni oħra relevanti għal dan ir-Regolament jew għall-implimentazzjoni tiegħu.

    Artikolu 90

    Kooperazzjoni amministrattiva

    Sakemm dan ir-Regolament jew il-liġijiet nazzjonali ma jipprovdux mod ieħor, l-Uffiċċju u l-qrati jew l-awtoritajiet ta’ l-Istati Membri għandhom fuq talba jassistu lil xulxin billi jikkomunikaw informazzjoni jew billi jiftħu l-fajls għall-ispezzjoni. Meta l-Uffiċċju jiftaħ xi fajls sabiex jiġu spezzjonati minn qrati, minn Uffiċċji ta’ Prosekuturi Pubbliċi jew minn ċentrali ta’ propjetà industrijali, l-ispezzjoni m’għandhiex tkun soġġetta għar-restrizzjonijiet mniżżla fl-Artikolu 88.

    Artikolu 91

    Skambju ta’ pubblikazzjonijiet

    1. L-Uffiċċju u l-uffiċċji ċentrali ta’ proprjetà industrijali għandhom jibagħtu b’xejn lil xulxin malli ssir talba u għall-użu tagħhom stess kopja waħda jew iżjed tal-pubblikazzjonijiet rispettivi tagħhom.

    2. L-Uffiċċju jista’ jikkonkludi ftehim li jirrigwarda it-tpartit jew il-provvista ta’ pubblikazzjonijiet.

    IT-TAQSIMA 4

    RAPPREŻENTANZA

    Artikolu 92

    Prinċipji ġenerali dwar ir-rappreżentanza

    1. Bla ħsara għad-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 2, ebda persuna ma tista’ tiġi mġiegħla li tiġi rappreżentata quddiem l-Uffiċċju.

    2. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 3, it-tieni sentenza, persuni naturali jew ġuridiċi li m’għandhom la domiċilju u lanqas post prinċipali ta’ kummerċ jew stabbiliment reali u effettiv industrijali jew kummerċjali ġewwa l-Kommunità għandhom jiġu rappreżentati quddiem l-Uffiċċju skond l-Artikolu 93(1) f’kull proċedimenti stabbiliti minn dan ir-Regolament, ħlief fil-preżentata ta’ applikazzjoni għal trade mark Komunitarja; ir-Regolament ta’ Implimenazzjoni jista jippermetti eċċezzjonijiet oħra.

    3. Persuni naturali jew legali li jkollhom il-post tad-domiċilju tagħhom jew il-post ewlieni tan-negozju tagħhom jew stabbeliment industrijali jew kummerċjali reali u effettiv fil-Komunità jistgħu jkunu rappreżentati quddiem l-Uffiċċju minn impjegat. Impjegat ta’ persuna ġuridika li għaliha japplika dan il-paragrafu jista’ wkoll jirrapreżenta persuni legali oħrajn li għandhom konnessjonijiet ekonomiċi ma’ l-ewwel persuna ġuridika, anki jekk dawk il-persuni ġuridiċi oħrajn m’għandhom la domiċilju, la post prinċipali ta’ negozju, u lanqas stabbiliment reali u effettiv industrijali jew kummerċjali fil-Kommunità.

    422/2004 Art. 1, punt 25(b)

    4. Ir-Regolament ta' l-Implementazzjoni għandu jispeċifika jekk, u skond liema kondizzjonijiet, impjegat għandu jippreżenta ma l-Uffiċċju awtorizzazzjoni iffirmata għall-inklużjoni fil-file.

    40/94

    Artikolu 93

    Ir-rappreżentanti professjonali

    1. Ir-rappreżentanza ta’ persuni naturali jew ġuridiċi quddiem l-Uffiċċju tista’ ssir biss minn;

    (a) kull prattikant legali kwalifikat f’wieħed mill-Istati Membri u li għandu l-post ta’ kummerċ tiegħu ġewwa l-Kommunità, sakemm huwa intitolat, fl-Istat imsemmi, li jaġixxi ta’ rappreżentant fi kwistjonijiet ta’ trade marks ; jew

    422/2004 Art. 1, punt 26(a)

    (b) rappreżentanti professjonali li l-ismijiet tagħhom jidhru fil-lista aġġornata għal dan l-iskop mill-Uffiċċju. Ir-Regolament ta' l-Implementazzjoni għandu jispeċifika jekk, u skond liema kondizzjonijiet, ir-rappreżentanti quddiem l-Uffiċċju għandhom jippreżentaw lill-Uffiċċju l-awtorizzazzjoni ffirmata għall-inklużjoni fil-file.

    40/94

    422/2004 Art. 1, punt 26(b)

    Ir-rappreżentanti li jidhru quddiem l-Uffiċċju għandhom jippreżentaw awtorizzazzjoni iffirmata li għandha tiddaħħal fil-fajls, bid-dettalji stipulati mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni.

    2. Kull persuna naturali li tissodisfa l-kondizzjonijiet li ġejjin tista’ titniżżel fil-lista ta’ rappreżentanti professjonali:

    (a) għandha tkun persuna ta’ nazzjonalita ta’ wieħed mill-Istati Membri;

    (b) għandu jkollha post ta’ kummerċ jew ta’ impjieg ġewwa l-Komunità;

    (ċ) għandha tkun intitolata li tirrapreżenta persuni naturali jew legali f'materji dwar trade mark quddiem l-uffiċċju ċentrali tal-proprjetà industrijali ta' Stat Membru. Meta, f’dak l-Istat, dan id-dritt ma jkunx marbut mal-kundizzjoni għandu ikun hemm kwalifiċi professjonali speċjali, il-persuni li japplikaw sabiex jiddaħħlu fil-lista u sabiex jaġixxu fi kwistjonijiet ta’ trade marks quddiem l-uffiċċju ċentrali ta’ proprjetà industrijali ta’ l-Istat imsemmi għandhom jkun ħadmu hekk abitwalment għal minimu ta’ ħames snin. Madanakollu, il-kondizzjoni li għandhom jkunu eżerċitaw il-professjoni ma tapplikax għal persuni li jkollhom kwalifiċi professjonali sabiex jirrapreżentaw persuni naturali jew ġuridiċi fi kwistjonijiet ta’ trade marks quddiem l-uffiċċju ċentrali ta’ proprjetà industrijali ta’ wieħed mill-Istati Membri, jekk dawn il-kwalifiċi jkunu rikonoxxuti uffiċjalment skond ir-regolamenti ta’ dak l-Istat.

    3. L-inklużjoni fil-lista għandha tiġi effettwata wara li ssir talba, li magħha għandu jintbagħat ċertifikat maħruġ mill-uffiċċju ċentrali ta’ proprjetà industrijali ta’ l-Istat Membru konċernat, li għandu jindika li l-kondizzjonijiet msemmija fil-paragrafu 2 huma sodisfatti.

    4. Il-President ta’ l-Uffiċċju jista’ jagħti eżenzjoni minn:

    (a) ir-rekwiżit tal-paragrafu 2(ċ), it-tieni sentenza, jekk l-applikant iġib prova li huwa akkwista il-kwalifika rikjesta b’mod ieħor;

    (b) ir-rekwiżit tal-paragrafu 2(a) f’ċirkostanzi speċjali.

    5. Il-kondizzjonijiet li taħthom persuna tista’ titneħħa mil-lista ta’ rappreżentanti professjonali għandom jitniżżlu fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni.

    IT-TITOLU X

    IL-ĠURISDIZZJONI U L-PROĊEDURA F’KAWŻI LI JIRRIGWARDAW TRADE MARKS KOMUNITARJI

    IT-TAQSIMA 1

    40/94 (adattat)

    L-APPLIKAZZJONI TAR-REGOLAMENT (KE) NRU 44/2001

    Artikolu 94

    L-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 44/2001

    1. Sakemm dan ir-regolament ma jispeċifikax mod ieħor, id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 44/2001 hawnhekk iżjed ’il quddiem, japplikaw għall-proċedimenti li jirrigwardaw it- trade marks Komunitarji u l-applikazzjonijiet għal trade marks Komunitarji, kif ukoll għal proċedimenti li jirrigwardaw l-kawżi simultaneji u suċċessivi fuq il-bażi ta’ trade marks Komunitarji u trade marks nazzjonali.

    40/94

    2. F’każ ta’ proċedimenti li jirrigwardaw il-kawżi u t-talbiet msemmija fl-Artikolu 96:

    40/94 (adattat)

    (a) L-Artikoli 2 u 4, il-punti 1, 3, 4 u 5 ta' l-Artikolu 5 Õu l-Artikolu 31 tar-Regolament (KE) Nru 44/2001 ma japplikawx;

    (b) L-Artikoli 23 u 24 tar-Regolament (KE) Nru 44/2001 għandhom japplikaw bla ħsara għal-limitazzjonijiet li jinsabu fl-Artikolu 97(4) ta’ dan ir-Regolament;

    (ċ) id-dispożizzjonijiet ta l-Kapitolu II tar-Regolament (KE) Nru 44/2001 li huma applikabbli għal persuni domiċiljati fi Stat Membu għandhom ikunu applikabbli wkoll għal persuni li m’għandhomx domiċilju f’ebda Stat Membru iżda li għandhom stabbiliment hemmhekk.

    IT-TAQSIMA 2

    TILWIM LI JIRRIGWARDA L-VJOLAZZJONI U L-VALIDITÀ TA’ TRADE MARKS KOMUNITARJI

    Artikolu 95

    Il-qrati tat- trade marks Komunitarji

    1. L-Istati Membri għandhom jinnominaw fit-territorji tagħhom numru kemm jista’ jkun limitat ta’ qrati u tribunali nazzjonali ta’ l-ewwel u tat-tieni istanza, hawnhekk iżjed il quddiem msejjħa «Il-qrati tat- trade marks Komunitarji», li għandhom jeżerċitaw il-funzjonijiet mogħtija lilhom minn dan ir-Regolament.

    2. Kull Stat Membru għandu jikkomunika lill-Kummissjoni fi żmien tliet snin mid-dħul fis-seħħ tar-Regolament (KE) Nru 40/94 Õelenku ta’ qrati ta’ trade marks Komunitarji, u għandu jindika l-ismijiet u l-ġurisdizzjoni territorjali tagħhom.

    3. Kull bidla fl-ismijiet jew fil-ġurisdizzjoni territorjali tal-qrati li ssir wara li tkun saret il-komunikazzjoni ta’ l-elenku msemmi fil-paragrafu 2 għandha tiġi notifikata mingħajr dewmien mill-Istat Membru konċernat lill-Kummissjoni.

    4. L-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 2 u 3 għandha tiġi notifikata mill-Kummissjoni lill-Istati Membri u ppubblikata fil- Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea .

    40/94

    5. Jekk Stat Membru ma jkunx ikkommunika l-lista kif stipulat fil-paragrafu 2, il-ġurisdizzjoni għal proċedimenti li jirriżultaw minn kawża jew applikazzjoni li taqa’ taħt l-Artikolu 96, li fuqhom il-qrati ta’ dak l-Istat għandhom ġurisdizzjoni taħt l-Artikolu 97, għandha tkun f’idejn dik il-qorti ta’ l-Istat in kwistjoni li għandha ġurisdizzjoni ratione loci u ratione materiae fil-każ ta’ proċedimenti li jirrigwardaw trade mark nazzjonali reġistrata f’dak l-Istat.

    Artikolu 96

    Il-ġurisdizzjoni fuq vjolazzjoni u validità

    Il-qrati tat- trade mark Komunitarja għandhom ġurisdizzjoni esklussiva fuq:

    (a) kull kawża ta’ vjolazzjoni u — jekk dawn huma permissibbli taħt il-liġi nazzjonali — kawżi dwar theddida ta’ vjolazzjoni ta’ trade marks Komunitarji;

    (b) kawżi għal dikjarazzjoni ta’ nuqqas ta’ vjolazzjoni, jekk dawn huma permissibli taħt il-liġi nazzjonali;

    (ċ) kull kawża li tinfetaħ bħala konsegwenza ta’ l-atti msemmija fl-Artikolu 9(3), it-tieni sentenza;

    (d) kull kontrotalba għal revoka jew għal dikjarazzjoni ta’ invalidità ta’ trade mark Komunitarja skond l-Artikolu 100.

    Artikolu 97

    Il-ġurisdizzjoni internazzjonali

    40/94 (adattat)

    1. Bla ħsara għad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament kif ukoll għal kull dispożizzjoni tar-Regolament (KE) Nru 44/2001 applikabbli bis-saħħa ta’ l-Artikolu 94, il-proċedimenti li jirrigwardaw l-azzjonijiet u t-talbiet msemmija fl-Artikolu 96 għandhom jinfetħu fil-qrati ta’ l-Istat Membru fejn il-konvenut għandu d-domiċilju tiegħu jew, jekk huwa m’għandu domiċilju f’ebda Stat Membru, fejn huwa għandu stabbiliment.

    40/94

    2. Jekk il-konvenut ma jkollu la domiċilju u lanqas stabbiliment f’ebda wieħed mill-Istati Membri, dawn il-proċedimenti għandhom jinfetħu quddiem il-qrati ta’ l-Istat Membru fejn l-attur għandu d-domiċilju tiegħu jew, jekk m’għandu domiċilju f’ebda wieħed mill-Istati Membri, fejn huwa għandu stabbiliment.

    3. Jekk la l-konvenut u l-anqas l-attur mhuma hekk domiċiljati u lanqas m’għandhom tali stabbiliment, dawn il-proċedimenti għandhom jinġiebu quddiem il-qrati ta’ l-Istat Membru fejn l-Uffiċċju għandu s-sede tiegħu.

    4. Minkejja d-dispożizzjonijiet tal-paragrafi 1, 2 u 3:

    40/94 (adattat)

    (a) Artikolu tar-Regolament (KE) Nru 44/2001 japplika jekk il-partijiet jaqblu li xi qorti oħra ta’ trade marks Komunitarji għandu jkollha ġurisdizzjoni;

    (b) Artikolu 24 tar-Regolament (KE) Nru 44/2001 japplika jekk il-konvenut jidher quddiem qorti ta’ trade marks Komunitarji differenti.

    40/94

    5. Il-proċedimenti li jirrigwardaw l-azzjonijiet u t-talbiet msemmija fl-Artikolu 96, bl-eċċezzjoni tal-kawżi għal dikjarazzjoni ta’ nuqqas ta’ vjolazzjoni ta’ trade mark Komunitarja, jistgħu jinfetħu quddiem il-qrati ta’ l-Istat Membru fejn l-att ta’ vjolazzjoni ikun twettaq jew fejn tkun saret it-theddida, jew fejn jitwettaq att li jaqa’ taħt it-tieni sentenza ta’ l-Artikolu 9(3).

    Artikolu 98

    Il-firxa tal-ġurisdizzjoni

    1. Qorti ta’ trade marks Komunitarji li għandha ġurisdizzjoni bbażata fuq l-Artikolu 97(1) sa (4) għandha ġurisdizzjoni fir-rigward ta’:

    a) atti ta’ vjolazzjoni mwettqa jew mhedda fit-territorju ta’ wieħed mill-Istati Membri;

    b) atti li jaqgħu taħt it-tieni sentenza ta’ l-Artikolu 9(3), mwettqa fit-territorju ta’ xi wieħed mill-Istati Membri.

    2. Qorti ta’ trade marks Komunitarji li għandha ġurisdizzjoni fuq il-bażi ta’ l-Artikolu 97(5) għandha ġurisdizzjoni biss fir-rigward ta’ atti mwettqa jew mhedda fit-territorju ta’ l-Istat Membru fejn tinsab dik il-Qorti.

    Artikolu 99

    Il-preżunzjoni ta’ validità — Id-difiża fir-rigward tal-merti

    1. Il-qrati tat- trade marks Komunitarji għandhom jikkunsidraw it-trade mark Komunitarja bħala valida sakemm il-validità tagħha ma tiġix kontestata mill-konvenut permezz ta’ kontrotalba għal revoka jew għal dikjarazzjoni ta’ invalidità.

    2. Il-validità ta’ trade mark Komunitarja ma tistax tiġi kontestata f’kawża għal dikjarazzjoni ta’ nuqqas ta’ vjolazzjoni.

    3. Fil-kawżi msemmija fl-Artikolu 96(a) u (ċ), eċċezzjoni li tirrigwarda r-revoka jew l-invalidità ta’ trade mark Komunitarja li ma tkunx saret permezz ta’ kontrotalba hija ammissibli biss jekk il-konvenut jallega li d-drittijiet tal-proprjetarju tat- trade mark Komunitarja jistgħu jiġu revokati minħabba nuqqas ta’ użu jew li l-istess trade mark Komunitarja tista’ tiġi iddikjarata invalida minħabba dritt preċedenti tal-konvenut.

    Artikolu 100

    Il-kontrotalbiet

    1. Kontrotalba għal revoka jew għal dikjarazzjoni ta’ invalidità tista’ tiġi ibbażata biss fuq ir-raġunijiet ta’ revoka jew ta’ invalidità msemmija f’dan ir-Regolament.

    2. Il-qorti tat- trade marks Komunitarji għandha tiċħad kontrotalba għal revoka jew għal dikjarazzjoni ta’ invalidità jekk deċiżjoni meħuda mill-Uffiċċju li tinvolvi l-istess suġġett u l-istess kawża u li tinvolvi lill-istess partijiet tkun diġà saret finali.

    3. Jekk il-kontrotalba ssir f’ kawża fejn il-proprjetarju tat- trade mark ma jkunx diġà parti, huwa għandu jiġi informat dwar il-kawża u jista’ jiddaħħal bħala parti fil-kawża skond il-kundizzjonijiet stabbiliti mil-liġi nazzjonali.

    4. Il-qorti tat- trade marks Komunitarji li quddiemha tkun ġiet preżentata kontrotalba għal revoka jew għal dikjarazzjoni ta’ invalidità tat- trade mark Komunitarja għandha tinforma lill-Uffiċċju dwar id-data ta’ meta tkun ġiet preżentata il-kontrotalba. L-Uffiċċju għandu jniżżel dan il-fatt fir-Reġistru tat- trade marks Komunitarji.

    422/2004 Art. 1, punt 27

    5. Artikolu 57 (2) sa (5) għandu jkun applikabbli.

    40/94 (adattat)

    6. Meta qorti tat- trade marks Komunitarji tkun tat sentenza li tkun saret finali dwar kontrotalba għal revoka jew għall-invalidità ta’ trade mark Komunitarja, kopja tas-sentenza għandha tintbagħat lill-Uffiċċju. Kull parti tista’ titlob informazzjoni dwar din it-trasmissjoni. L-Uffiċċju għandu jsemmi s-sentenza fir-Reġistru tat- trade marks Komunitarji skond id-dispożizzjonijiet tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni.

    7. Il-qorti tat- trade marks Komunitarji li tkun qiegħda tisma’ l-kontrotalba għal revoka jew għal dikjarazzjoni ta’ invalidità tista’ tissospendi l-proċedimenti meta jsir rikors mill-proprjetarju ta’ trade mark Komunitarja u wara li tisma’ lill-partijiet l-oħrajn u tista’ titlob lill-konvenut sabiex jippreżenta applikazzjoni għal revoka jew għal dikjarazzjoni ta’ invalidità lill-Uffiċċju fi żmien stabbilit minnha. Jekk l-applikazzjoni ma tiġix preżentata fiż-żmien stipulat, il-proċedimenti għandhom jitkomplew; il-kontrotalba għandha titqies li ġiet irtirata. Artikolu 104(3) għandu japplika f’dan il-każ.

    Artikolu 101

    Il-liġi applikabbli

    1. Il-qrati tat- trade marks Komunitarji għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament.

    2. Fil-kwistjonijiet kollha li mhumiex koperti minn dan ir-Regolament, il-qorti tat- trade marks Komunitarji għandha tapplika l-liġi nazzjonali tagħha, u dan jinkludi d-dritt internazzjonali privat tagħha.

    3. Sakemm dan ir-Regolament ma jipprovdix mod ieħor, il-qorti tat- trade marks Komunitarji għandha tapplika r-regoli ta’ proċedura li jirregolaw l-istess tip ta’ azzjoni fir-rigward ta’ trade mark nazzjonali fl-Istat Membru fejn tinsab il-qorti .

    Artikolu 102

    Is-sanzjonijiet

    1. Meta l-qorti tat- trade marks Komunitarji ssib li l-konvenut għamel vjolazzjoni jew hedded li jagħmel vjolazzjoni tad-drittijiet fi trade mark Komunitarja, hija għandha, sakemm ma jkollhiex raġunijiet speċjali biex tagħmel mod ieħor, toħroġ ordni sabiex twaqqaf lill-konvenut milli jissokta bl-atti li jkunu għamlu vjolazzjoni jew li jkunu heddu li jagħmlu vjolazzjoni tad-drittijiet fi trade mark Komunitarja. Għandha tieħu wkoll dawk il-miżuri skond il-liġi nazzjonali li huma mmirati biex jiżguraw li din li-projbizzjoni tiġi mħarsa.

    2. F’kull aspett ieħor il-qorti tat- trade marks Komunitarji għandha tapplika il-liġi ta’ l-Istati Membru fejn twettqet il-vjolazzjoni jew it-theddida ta’ vjolazzjoni, u dan jinkludi d-dritt internazzjonali privat.

    Artikolu 103

    Miżuri proviżorji u protettivi

    1. Jista’ jsir rikors fil-qrati ta’ Stat Membru, inklużi il-qrati tat- trade marks Komunitarji, għal miżuri proviżorji, kif ukoll protettivi, fir-rigward ta’ trade mark Komunitarja jew applikazzjoni għal trade mark Komunitarja li huma disponibbli taħt il-liġi ta’ l-istess Stat fir-rigward tat- trade mark nazzjonali, anki jekk, taħt dan ir-Regolament, qorti tat- trade marks Komunitarji ta’ Stat Membru ieħor għandha ġurisdizzjoni fuq is-sostanza tal-każ.

    2. Qorti ta’ trade marks Komunitarji li għandha ġurisdizzjoni bbażata fuq l-Artikolu 97(1), (2), (3) jew (4) għandha ġurisdizzjoni biex tipprovdi miżuri proviżjonali u protettivi li huma applikabbli fit-territorju ta’ kull Stat Membru, iżda dana soġġett għal kull proċedura neċessarja għall-għarfien u l-infurzar skond it-Titolu III tar-Regolament (KE) Nru 44/2001 . Ebda qorti oħra m’għandu jkollha din il-ġurisdizzjoni.

    Artikolu 104

    Regoli speċifiċi dwar kawżi relatati

    1. Qorti tat- trade marks Komunitarji li tkun qiegħda tisma’ kawża msemmija fl-Artikolu 96, ħlief għal kawża għal dikjarazzjoni ta’ nuqqas ta’ vjolazzjoni għandha, sakemm ma jkunx hemm raġunijiet speċjali sabiex jitkompla s-smiegħ, minn jeddha u wara li tisma’ lill-partijiet jew fuq talba ta’ waħda mill-partijiet u wara li tisma’ lill-partijiet l-oħrajn, tissospendi il-proċedimenti jekk il-validità ta’ trade mark Komunitarja tkun diġa’ qiegħda tiġi kontestata quddiem qorti tat- trade marks Komunitarji oħra fuq bażi ta’ kontrotalba jew jekk applikazzjoni għal revoka jew għal dikjarazzjoni ta’ invalidità tkun diġa’ ġiet ippreżentata l-Uffiċċju.

    2. L-Uffiċċju, meta jkun qiegħed jisma’ applikazzjoni għal revoka jew għal dikjarazzjoni ta’ invalidità għandu, sakemm ma jkunx hemm Raġunijiet speċjali sabiex jitkompla s-smiegħ, minn jeddu wara li jisma’ lill-partijiet jew fuq talba ta’ waħda mill-partijiet u wara li jisma’ lill-partijiet l-oħrajn, iwaqqaf il-proċedimenti jekk il-validità ta’ trade mark Komunitarja tkun diġa’ qiegħda tiġi kontestata quddiem qorti ta’ trade marks Komunitarji oħra fuq bażi ta’ kontrotalba. Madanakollu, jekk issir talba minn waħda mill-partijiet fil-proċedimenti quddiem il-qorti tat- trade marks Komunitarji, il-qorti tista’, wara li tisma’ lill-partijiet l-oħrajn fil-proċedimenti, tissospendi il-proċedimenti. F’dan il-każ l-Uffiċċju għandu jkompli l-proċedimenti li jkunu pendenti quddiemu.

    3. Meta l-qorti tat- trade marks Komunitarji tissospendi l-proċedimenti hija tista’ tordna miżuri proviżorji u protettivi għal waqt il-perjodu tas-sospensjoni.

    Artikolu 105

    Il-ġurisdizzjoni tal-qrati tat- trade marks Komunitarji tat-tieni istanza — Appell ulterjuri

    1. Jista’ jsir appell minn deċiżjoni ta’ qorti tat- trade marks Komunitarji tal-Prima Istanza lill-qorti tat- trade marks Komunitarji tat-tieni istanza fir-rigward ta’ proċedimenti li jirriżultaw mill-kawżi u mit-talbiet imsemmija fl-Artikolu 96.

    2. Il-kundizzjonijiet taħt liem jista’ jsir appell lill-qorti ta’ trade marks Komunitarji tat-tieni istanza huma iddeterminati mil-liġi nazzjonali ta’ l-Istat Membru fejn tinsab il-qorti.

    3. Ir-regoli nazzjonali li jirrigwardaw appell ulterjuri għandhom ikunu applikabbli fir-rigward ta’ deċiżjonijiet tal-qrati tat- trade marks Komunitarji tat-tieni istanza.

    IT-TAQSIMA 3

    TIL WIM IEĦOR DWAR TRADE MARKS KOMUNITARJI

    Artikolu 106

    Dispożizzjonijiet supplimentari dwar il-ġurisdizzjoni ta’ qrati nazzjonali li mhumiex qrati tat- trade marks Komunitarji.

    1. Ġewwa l-Istat Membru fejn il-qrati għandhom ġurisdizzjoni taħt l-Artikolu 94(1), dawk il-qrati għandhom ġurisdizzjoni għal kull azzjoni ħlief għal dawk imsemmija fl-Artikolu 96, li għandhom ġurisdizzjoni ratione loci u ratione materiae fil-każ ta’ kawżi li jirrigwardaw trade marks nazzjonali reġistrati f’dak l-Istat.

    2. Il-kawżi li jirrigwardaw trade mark Komunitarja, ħlief għal dawk imsemmija fl-Artikolu 96, li dwarhom ebda qorti m’għandha ġurisdizzjoni taħt l-Artikolu 94(1) u l-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu jistgħu jinstemaw quddiem il-qrati ta’ l-Istat Membru fejn l-Uffiċċju għandu s-sede tiegħu.

    Artikolu 107

    L-obbligu tal-qorti nazzjonali

    Qorti nazzjonali li tkun qiegħda tisma’ kawża li għandha x’taqsam ma’ trade mark Komunitarja, ħlief għall-azzjoni msemmija fl-Artikolu 96, għandha tikkunsidra t- trade mark bħala valida.

    IT-TAQSIMA 4

    DISPOŻIZZJONIJIET TRANSITORJI

    Artikolu 108

    Id-dispożizzjoni transitorja dwar l-applikazzjoni tal-Konvenzjoni dwar il-Ġurisdizzjoni u l-Infurzar

    Id-dispożizzjonijiet tar-regolament (KE) Nru 44/2001 huma applikabbli bis-saħħa ta’ l-Artikoli preċedenti għandhom effett fir-rigward ta’ kull Stat Membu biss fit-test tar-Regolament li jkun fis-seħħ fir-rigward ta’ dak l-Istat fi żmien partikolari.

    IT-TITOLU XI

    L-EFFETTI FUQ IL-LIĠIJIET TA’ L-ISTATI MEMBRI

    IT-TAQSIMA 1

    AZZJONIJIET ĊIVILI FUQ IL-BAŻI TA’ IKTAR MINN TRADE MARK WAĦDA

    Artikolu 109

    Kawżi ċivili simultanji u suċċessivi fuq il-bażi ta’ trade marks Komunitarji u trade marks nazzjonali

    1. Meta kawżi ta’ vjolazzjoni li jinvolvu l-istess kawża li u li jkunu bejn l-istess partijiet jitressqu quddiem qrati ta’ Stati Membri differenti, li waħda minnhom ikollha ġurisdizzjoni fuq il-bażi ta’ trade mark Komunitarja waqt li l-oħra jkollha ġurisdizzjoni fuq il-bażi ta’ trade mark nazzjonali:

    (a) il-qorti li ma tkunx dik li kellha ġurisdizzjoni l-ewwel għandha minn jeddha tirrinunċja l-ġurisdizzjoni favur dik il-qorti fejn it- trade marks in kwistjoni huma identiċi u validi fir-rigward ta’ prodotti u servizzi identiċi. Il-qorti li jkollha tirrinunċja l-ġurisdizzjoni tagħha tista’ tissospendi l-proċedimenti jekk il-ġurisdizzjoni tal-qorti l-oħra tkun ikkontestata;

    (b) il-qorti ħlief għal dik li jkollha ġurisdizzjoni l-ewwel tista’ tissospendi il-proċedimenti jekk it- trade marks konċernati huma identiċi u validi għal prodotti jew servizzi simili u jekk it- trade marks konċernati huma simili u validi għal prodotti jew servizzi simili jew identiċi.

    2. Il-qorti li tkun qiegħda tisma’ kawża ta’ vjolazzjoni fuq il-bażi ta’ trade mark Komunitarja għandha tiċħad il-kawża jekk deċiżjoni finali fuq il-merti tkun ingħatat fuq l-istess kawża u bejn l-istess partijiet fuq il-bażi ta’ trade mark nazzjonali identika u valida għal prodotti u servizzi identiċi.

    3. Il-qorti li tkun qiegħda tisma’ kawża ta’ vjolazzjoni fuq il-bażi ta’ trade mark nazzjonali għandha tiċħad il-kawża jekk deċiżjoni finali fuq il-merti tkun ingħatat fuq l-istess kawża u bejn l-istess partijiet fuq il-bażi ta’ trade mark Komunitarja identika u valida għal prodotti u servizzi identiċi.

    4. Il-paragrafi 1, 2 u 3 m’għandhomx japplikaw fir-rigward ta’ miżuri proviżorji, inklużi dawk protettivi.

    IT-TAQSIMA 2

    APPLIKAZZJONI TAL-LIĠIJIET NAZZJONALI BIL-GĦAN LI JIĠI PPROJBIT L-UŻU TA’ TRADE MARKS KOMUNITARJI

    Artikolu 110

    Il-projbizzjoni ta’ l-użu ta’ trade marks Komunitarji

    1. Dan ir-Regolament m’ għandux, fin-nuqqas ta’ dispożizzjonijiet kuntrarji, jaffetwa id-dritt li jesisti taħt il-liġijiet ta’ l-Istati Membri sabiex jiġu invokati talbiet ta’ vjolazzjoni ta’ drittijiet preċedenti taħt l-Artikolu 8 jew l-Artikolu 53(2) fir-rigward ta’ l-użu ta’ trade mark Komunitarja suċċessiva. It-talbiet ta’ vjolazzjoni ta’ drittijiet preċedenti taħt l-Artikolu 8(2) u (4) ma jistgħux, madanakollu, jiġu invokati iżjed jekk il-proprjetarju tad-dritt preċedenti ma jkunx għadu jista’ japplika għal dikjarazzjoni li t- trade mark Komunitarja hija invalida taħt l-Artikolu 54(2).

    2. Dan ir-Regolament m’għandux, sakemm ma jkunx hemm dispożizzjoni kuntrarja, jaffetwa id-dritt li jinfetħu proċedimenti taħt il-liġi ċivili, amministrattiva jew kriminali ta’ Stat Membru jew taħt id-dispożizzjonijiet tal-liġi komunitarja bl-iskop li jiġi projbijt l-użu ta’ trade mark Komunitarja sa fejn l-użu ta’ trade mark nazzjonali jkun projbit taħt il-liġi ta’ dak l-Istat Membru jew taħt il-liġi Komunitarja.

    Artikolu 111

    Drittijiet preċedenti li japplikaw għal lokalitajiet partikolari

    1. Il-proprjetarju ta’ dritt preċedenti li japplika biss f’lokalità partikolari jista’ jopponi l-użu tat- trade mark Komunitarja fit-territorju fejn id-dritt tiegħu huwa protett sa fejn il-liġi ta’ l-Istat Membru konċernat tippermetti.

    2. Il-paragrafu 1 għandu jieqaf japplika jekk il-proprjetarju tad-dritt preċedenti jkun aċċetta l-użu tat- trade mark Komunitarja fit-territorju fejn id-dritt tiegħu jkun protett għal perjodu ta’ ħames snin suċċessivi, waqt li kien jaf b’dan l-użu, ħlief jekk l-applikazzjoni għat- trade mark Komunitarja tkunx saret morożament.

    3. Il-proprjetarju ta’ trade mark Komunitarja mhuwiex intitolat li jopponi l-użu tad-dritt imsemmi fil-paragrafu 1 anki jekk dak id-dritt ma jistax jiġi invokat iżjed kontra t- trade mark Komunitarja.

    IT-TAQSIMA 3

    KONVERŻJONI F’APPLIKAZZJONI GĦAL TRADE MARK NAZZJONALI

    Artikolu 112

    Talba għall-applikazzjoni tal-proċedura nazzjonali

    1. L-applikant jew il-proprjetarju ta’ trade mark Komunitarja jista’ li applikazzjoni għal trade mark Komunitarja jew it- trade mark Komunitarja tiegħu tiġi tinqeleb f’applikazzjoni għal trade mark nazzjonali.

    (a) sakemm l-applikazzjoni għal trade mark Komunitarja tkun ġiet miċħuda, irtirata, jew meqjusa bħala irtirata;

    (b) sakemm it- trade mark Komunitarja tieqaf milli jkollha effett.

    2. Il-konverżjoni m’għandhiex isseħħ:

    (a) meta d-drittijiet tal-proprjetarju ta’ trade mark Komunitarja jkunu ġew revokati minħabba nuqqas ta’ użu, sakemm it- trade mark Komunitarja ma tkunx intużat fl-Istat Membru li għalih tkun qiegħda tintalab il-konverżjoni b’mod li jitqies bħala użu ġenwin taħt il-liġijiet ta’ dak l-Istat Membru;

    (b) għall-iskop ta’ protezzjoni fi Stat Membru fejn, skond id-deċiżjoni ta’ l-Uffiċċju jew tal-qorti nazzjonali, japplikaw raġunijiet għar-rifjut tar-reġistrazzjoni jew japplikaw raġunijiet għar-revoka jew l-invalidità ta’ l-applikazzjoni għal trade mark Komunitarja jew ta’ trade mark Komunitarja.

    3. L-applikazzjoni għal trade mark nazzjonali li tirriżulta mill-konverżjoni ta’ applikazzjoni għal trade mark Komunitarja jew ta’ trade mark Komunitarja għandha tgawdi fir-rigward ta’ l-Istat Membru konċernat id-data ta’ meta tkun ġiet ippreżentata jew id-data ta’ prijorità ta’ dik l-applikazzjoni jew trade mark u, meta approprjat, l-anzjanità ta’ trade mark ta’ dak l-Istat mitluba taħt l-Artikolu 34 jew 35.

    422/2004 Art. 1, punt 28

    4. Fil-każi meta applikazzjoni għal trade mark tal-Komunità tkun meqjusa bħala rtirata, l-Uffiċċju għandu jibgħat lill-applikant kommunikazzjoni li tistabbilixxi perijodu ta' tlett xhur mid-data ta' dik il-kommunikazzjoni li matulhom talba għal-konverżjoni tista tkun ippreżentata.

    5. Meta l-applikazzjoni għal trade mark tal-Komunità tkun irtirata jew meta t- trade mark tal-Komunità tispiċċa milli jkollha effett bħala riżultat ta' ċediment li tkun reġistrata jew tan-nuqqas li tkun imġedda r-reġistrazzjoni, it-talba għal-konverżjoni għandha tkun ippreżentata fi żmien tlett xhur minn wara d-data li fiha l-applikazzjoni għat- trade mark tal-Komunità tkun ġiet irtirata jew li fiha t- trade mark tal-Komunità tispiċċa milli jkollha effett.

    6. Meta applikazzjoni għal trade mark tal-Komunità tkun miċħudha b'deċiżjoni ta' l-Uffiċċju jew meta t- trade mark tal-Komunità tieqaf milli jkollha effett bħala riżultat ta' deċiżjoni ta' l-Uffiċċju jew ta' qorti tat- trade mark tal-Komunità, it-talba għall-konverżjoni għandha tkun ippreżentata fi żmien tlett xhur minn wara d-data li fiha dik id-deċiżjoni tkun akkwistat l-awtorità ta' deċiżjoni finali.

    40/94

    7. L-effett imsemmi fl-Artikolu 32 jiddekadi jekk it-talba ma tiġix ippreżentata fil-ħin.

    Artikolu 113

    Is-sottomissjoni, il-pubblikazzjoni u t-trasmissjoni tat-talba għal konverżjoni

    1. Talba għal konverżjoni għandha tiġi preżentata fl-Uffiċċju u għandha tispeċifika l-Istati Membri li fihom l-applikazzjoni tal-proċedura tar-reġistrazzjoni ta’ trade mark nazzjonali hija mixtieqa. It-talba m’għandhiex titqies li ġiet ippreżentata qabel ma titħallas l-miżata tal-konverżjoni.

    2. Jekk l-applikazzjoni għal trade mark Komunitarja tkun ġiet ippubblikata, għandu jitniżżel fir-reġistru tat- trade marks Komunitarji li tkun ġiet irċevuta talba għal konverżjoni, u din it-talba għandha wkoll tiġi ppubblikata.

    422/2004 Art. 1, punt 29

    3. L-Uffiċċju għandu jivverifika jekk il-konverżjoni mitluba tkunx twettaq il-kondizzjonijiet stabiliti f'dan ir-Regolament, partikolatrment l-Artikolu 112(1), (2), (4), (5) u (6), u l-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, flimkien mal-kondizzjonijiet formali stabbiliti fir-Regolament ta' l-Implementazzjoni. Jekk dawn il-kondizzjonijiet huma mwettqa, l-Uffiċċju għandu jittrasmetti t-talba għall-konverżjoni lejn l-uffiċċju tal-proprjetà industrijali ta’ l-Istati Membri speċifikati hemmhekk.

    40/94

    Artikolu 114

    Rekwiżiti formali għall-konverżjoni

    422/2004 Art. 1, punt 30

    1. Kwalunkwe uffiċċju ċentrali tal-proprjetà industrijali li fih it-talba għal-konverżjoni hija trasmessa jista’ jakkwista mill-Uffiċċju kwalunkwe informazzjoni addizzjonali li tikkonċerna t-talba li tiffaċilita lil dak l-uffiċċju li jieħu deċiżjoni rigward it- trade mark nazzjonali li tirriżulta mil-konverżjoni.

    40/94 (adattat)

    2. Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja jew trade mark Komunitarja li tkun trasmessa skond l-Artikolu 113 m’għandhiex tiġi soġġetta għar-rekwiżiti formali tal-liġi nazzjonali li jkunu differenti jew żejda għal dawk li jipprovdi dan ir-Regolament jew ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni.

    3. Kull uffiċċju ċentrali tal-proprjetà industrijali li jkun irċieva t-talba jista’ jordna lill-applikant sabiex, fi żmien ta’ mhux inqas minn xahrejn:

    (a) iħallas il-miżata nazzjonali ta’ l-applikazzjoni;

    (b) jippreżenta traduzzjoni tat-talba u tad-dokumenti annessi magħha f’waħda mil-lingwi uffiċjali ta’ l-Istati involuti;

    (ċ) jindika l-indirizz fejn jista’ jinstab fl-Istat involut;

    (d) jipprovdi numru ta’ kopji kif speċifikat mill-Istat involut tax-xbieha tat- trade mark .

    IT-TITOLU XII

    L-UFFIĊĊJU

    IT-TAQSIMA 1

    DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

    Artikolu 115

    L-istatus legali

    1. L-Uffiċċju huwa organu tal-Komunità. Huwa għandu personalità ġuridika.

    2. F’kull wieħed mill-Istati Membri l-Uffiċċju jgawdi l-iktar kapaċità ġuridika estensiva mogħtija lill-persuni ġuridiċi mil-liġijiet tagħhom; huwa jista’, b’mod partikolari, jakkwista u jiddisponi minn proprjetà mobbli u immobbli u jista’ jkun parti fi proċedimenti ġudizzjarji.

    3. L-Uffiċċju huwa rappreżentat mill-President tiegħu.

    Artikolu 116

    Il-persunal

    1. Ir-Regolamenti dwar Il-persunal rigward l-uffiċjali ta’ l-Komunitajiet Ewropej, minn hawn 'il quddiem imsejħa "ir-Regolamenti tal-Persunal" il-Kondizzjonijiet ta’ impieg ta’ impjegati oħrajn tal-Komunitajiet Ewropej, u r-regoli adottati bi ftehim bejn l-Istituzzjonijiet tal-Komunitajiet Ewropej sabiex jagħtu effett lil dawk ir-Regolamenti dwar l-Impjegati u l-Kondizzjonijiet ta’ l-impieg għandhom japplikaw għall-impjegati ta’ l-Uffiċċju, mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 136 għall-membri tal-Bord ta’ l-Appell.

    2. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 125, il-poteri mogħtija lil kull Istituzzjoni mir-Regolamenti ta’ l-Impjegati u mill-Kondizzjonijiet ta’ l-Impjieg ta’ impjegati oħrajn għandhom jiġu eżerċitati mill-Uffiċċju fir-rigward ta’ l-impjegati tiegħu.

    Artikolu 117

    Privileġġi u immunitajiet

    Il-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Kommunitajiet Ewropej għandu japplika għall-Uffiċċju.

    Artikolu 118

    Responsabbiltà

    1. Ir-responsabbiltà kuntrattwali ta’ l-Uffiċċju għandha tiġi regolata mil-liġi applikabbli għall-kuntratt in kwistjoni.

    2. Il-Qorti tal-Ġustizzja għandha l-kompetenza li tagħti sentenzi taħt kwalunkwe klawsola ta’ arbitraġġ li tinstab f’kuntratti konklużi mill-Uffiċċju.

    3. F’każ ta’ responsabbiltà mhux kontrattwali, l-Uffiċċju għandu, skond il-prinċipji ġenerali komuni fil-liġijiet ta’ l-Istati Membri, jagħmel tajjeb għal kull ħsara kaġunata mid-dipartimenti tiegħu jew mill-impjegati tiegħu waqt li dawn ikunu qegħdin jaqdu dmirhom.

    4. Il-Qorti tal-Ġustizzja għandha ġurisdizzjoni f’tilwimiet li għandhom x’jaqsmu mal-kumpens għall-ħsara msemmija fil-paragrafu 3.

    5. Ir-responsabbiltà personali ta’ l-impjegati tiegħu lejn l-Uffiċċju għandha tiġi regolata mid-dispożizzjonijiet stabbiliti mir-Regolamenti dwar l-Impjegati jew mill-Kundizzjonijiet ta’ l-Impjieg applikabbli għalihom.

    Artikolu 119

    Il-lingwi

    1. L-applikazzjoni għal trade mark Komunitarja għandha tiġi ppreżentata f’waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Komunità Ewropea.

    2. Il-lingwi ta’ l-Uffiċċju huma l-Ingliż, il-Franċiż, il-Ġermaniż, it-Taljan u l-Ispanjol.

    3. L-applikant għandu jindika lingwa oħra li għandha tkun lingwa ta’ l-Uffiċċju u li hu jaċċetta bħala lingwa possibli fi proċedimenti ta’ opposizzjoni, ta’ revokazzjoni jew fi proċedimenti ta’ invalidità.

    Jekk l-applikazzjoni tkun ġiet ippreżentata f’lingwa li mhijiex waħda mil-lingwi ta’ l-Uffiċċju, l-Uffiċċju għandu jagħmel mezz sabiex l-applikazzjoni, kif deskritta fl-Artikolu 26(1), tiġi tradotta fil-lingwa indikata mill-applikant.

    4. Meta l-applikant għal trade mark Komunitarja ikun l-unika parti fi proċedimenti quddiem l-Uffiċċju, il-lingwa tal-proċedimenti għandha tkun il-lingwa li tkun intużat meta tkun ġiet ippreżentata l-applikazzjoni għal trade mark Komunitarja. Jekk l-applikazzjoni tkun saret f’lingwa li mhijiex waħda mil-lingwi ta’ l-Uffiċċju, l-Uffiċċju jista’ jibgħat komunikazzjonijiet bil-miktub lill-applikant bit-tieni lingwa indikata mill-applikant fl-applikazzjoni tiegħu.

    5. In-notifika ta’ opposizzjoni u ta’ applikazzjoni għal revoka jew invalidità għandhom jiġu preżentati f’waħda mil-lingwi ta’ l-Uffiċċju.

    6. Jekk il-lingwa magħżula, skond il-paragrafu 5, għan-notifika ta’ l-opposizzjoni jew l-applikazzjoni għal revoka jew invalidità tkun il-lingwa ta’ l-applikazzjoni għal trade mark jew it-tieni lingwa indikata meta tkun ġiet ippreżentata l-applikazzjoni, dik il-lingwa għandha tkun il-lingwa tal-proċedimenti.

    Jekk il-lingwa magħżula, skond il-paragrafu 5, għan-notifika ta’ opposizzjoni jew għall-applikazzjoni għal revoka jew invalidità ma tkun la l-lingwa ta’ l-applikazzjoni għal trade mark u lanqas it-tieni lingwa indikata meta tkun ġiet preżentata l-applikazzjoni, il-parti li tkun qed topponi jew il-parti li tkun qed tipprova tikseb ir-revoka jew l-invalidità għandha tipproduċi, bi spejjeż tagħha, traduzzjoni ta’ l-applikazzjoni tagħha jew fil-lingwa ta’ l-applikazzjoni għat- trade mark , sakemm din tkun waħda mil-lingwi ta’ l-Uffiċċju, jew fit-tieni lingwa indikata meta tkun ġiet preżentata l-applikazzjoni. It-traduzzjoni għandha tiġi preżentata fiż-żmien preskritt mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni. Il-lingwa li fiha tkun ġiet tradotta l-applikazzjoni għandha mbagħad issir il-lingwa tal-proċedimenti.

    7. Il-partijiet fi proċedimenti ta’ opposizzjoni, ta’ revoka, ta’ invalidità jew ta’ appell jistgħu jiftiehmu li lingwa uffiċjali oħra tal-Komunitajiet Ewropej għandha tkun il-lingwa tal-proċedimenti.

    Artikolu 120

    Pubblikazzjoni u skrizzjonijiet fir-Reġistru

    1. L-applikazzjoni għal trade mark Komunitarja, kif deskritta fl-Artikolu 26(1), u kull informazzjoni oħra li għandha tiġi ppubblikata skond dan ir-Regolament jew ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni, għandha tiġi ppubblikata bil-lingwi uffiċjali kollha tal-Komunitajiet Ewropej.

    2. Kull skrizzjoni fir-Reġistru tat- trade marks Komunitarji għandha ssir bil-lingwi kollha tal-Komunitajiet Ewropej.

    3. F’każ ta’ dubju, it-test bil-lingwa ta’ l-Uffiċċju li ntużat fl-applikazzjoni għal trade mark Komunitarja għandu jitqies bħala awtentiku. Jekk l-applikazzjoni tkun ġiet preżentata bl-lingwa uffiċjali tal-Komunità Ewropej li mhijiex waħda mil-lingwi ta’ l-Uffiċċju, it-test bit-tieni lingwa indikata mill-applikant għandu jitqies bħala awtentiku.

    Artikolu 121

    40/94 (adattat)

    Is-servizzi ta’ traduzzjoni li huma meħtieġa sabiex ikun jista’ jaħdem l-Uffiċċju għandhom jiġu provduti miċ-Ċentru ta’ Traduzzjoni ta’ l-Organi ta’ l-Unjoni .

    40/94 (adattat)

    422/2004 Art. 1, punt 31

    Artikolu 122

    Kontroll dwar il-legalità

    1. Il-Kummissjoni għandha tikkontrolla l-legalità ta’ dawk l-atti tal-President ta’ l-Uffiċċju li fir-rigward tagħhom il-liġi Komunitarja ma tipprovdix għal kontrolli dwar il-legalità minn ebda organu ieħor, kif ukoll ta’ dawk l-atti tal-Kumitat tal- Budget relatati ma’ l-Uffiċċju skond l-Artikolu 138.

    2. Hija għandha tesiġi li kull att illegali kif imsemmi fil-paragrafu 1 jiġi rranġat jew annullat.

    3. L-Istati Membri u kull persuna li tkun involuta direttament u individwalment konċernata jistgħu jirreferu lill-Kummissjoni kull att kif imsemmi fil-paragrafu 1, kemm jekk espressament jew taċitament, sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ teżamina l-legalità ta’ dak l-att. Għandha ssir referenza lill-Kummisjoni fi żmien xahar wieħed mill-jum meta l-parti konċernata tkun saret taf għall-ewwel darba bl-att in kwistjoni. Il-Kummissjoni għandha tieħu deċiżjoni fi żmien tlett xhur . Jekk ma tittieħed ebda deċiżjoni f’dan il-perjodu, il-każ għandu jitqies li ġie rifjutat.

    1653/2003 Art. 1, punt 1 (adattat)

    Artikolu 123

    Aċċess għal dokumenti

    1. Ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[14] għandu japplika għal dokumenti miżmuma mill-Uffiċċju.

    2. Il-Bord Amministrattiv għandu jadotta arranġamenti prattiċi sabiex japplika r-Regolament (KE) Nru 1049/2001 fir-rigward ta' dan ir-Regolament .

    1653/2003 Art. 1, punt 1

    3. Deċiżjonijiet meħuda mill-Uffiċċju skond l-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 jistgħu jkunu l-kawża ta' ilmenti lill-Ombudsman jew is-suġġett ta' azzjoni quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej, taħt il-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikoli 195 u 230 rispettivament tat-Trattat.

    40/94

    IT-TAQSIMA 2

    AMMINISTRAZZJONI TA’ L-UFFIĊĊJU

    Artikolu 124

    Il-poteri tal-President

    1. L- uffiċċju għandu jiġi amministrat mill-President.

    2. Għal dawn il-finijiet il-President għandu jkollu b’mod partikolari dawn il-funzjonijiet u poteri:

    (a) għandu jieħu kull pass meħtieġ, inkluż l-adozzjoni ta’ struzzjonijiet amministrattivi interni u l-ippubblikar ta’ notifiki, sabiex jiżgura li l-Uffiċċju jiffunzjona sew;

    (b) huwa jista’ jpoġġi quddiem il-Kummissjoni kull proposta sa biex jiġi emendat dan ir-Regolament, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni, ir-regoli ta’ proċedura tal-Bordijiet ta’ Appell, ir-regolamenti dwar miżati kif ukoll kull regoli oħrajn li japplikaw għat- trade marks Komunitarji wara li jikkonsulta mal-Bord Amministrattiv, u fil-każ tar-regolamenti dwar miżati u d-dispożizzjonijiet dwar il- budget ta’ dan ir-Regolament, mal-Kumitat tal- Budget ;

    (ċ) huwa għandu jħejji l-estimi tad-dħul u ta’ l-infiq ta’ l-Uffiċċju u għandu jimplimenta l- budget ;

    (d) huwa għandu jissottometti rapport ta’ amministrazzjoni lill-Kummissjoni, lill-Parlament Ewropew u lill-Bord Amministrattiv kull sena;

    (e) huwa għandu jeżerċita fir-rigward ta’ l-impjegati l-poteri msemmija fl-Artikolu 116(2);

    (f) huwa jista’ jiddelega l-poteri tiegħu.

    3. Il-President għandu jiġi mgħejun minn wieħed jew iżjed Viċi-Presidenti. Jekk il-President ikun assenti jew indispost, il-Viċi-President jew wieħed mill-Viċi-Presidenti għandu jieħu postu skond il-proċedura stabbilita mill-Bord Amministrattiv.

    Artikolu 125

    Il-ħatra ta’ uffiċjali anzjani

    1. Il-President ta’ l-Uffiċċju għandu jiġi maħtur mill-Kunsill minn lista ta’ mhux aktar minn tlett kandidati, li għandha tiġi mħejjija mill-Bord Amministrattiv. Il-Kunsill għandu l-poter li jkeċċi lill-President, fuq proposta tal-Bord Amministrattiv.

    2. It-terminu tal-kariga tal-President m’għandux jaqbeż il-ħames snin. Dan it-terminu jista jiġi mġedded.

    3. Il-ħatra jew it-tkeċċija tal-Viċe-President jew Viċe-Presidenti ta’ l-Uffiċċju għandhom isiru skond il-paragrafu 1, wara konsultazzjoni mal-President.

    4. Il-Kunsill għandu jeżerċita awtorità dixxiplinarja fuq l-uffiċjali msemmija fil-paragrafi 1 u 3 ta’ dan l-Artikolu.

    IT-TAQSIMA 3

    BORD AMMINISTRATTIV

    Artikolu 126

    Ħolqien u poteri

    1. Qieħed jiġi stabbilit bis-saħħa ta’ dan l-Artikolu Bord Amministrattiv, li huwa abbinat ma’ l-Uffiċċju. Mingħajr preġudizzju għall-poteri attribwiti lill-Kumitat tal- Budget fit-Taqsima 5 — budget u kontroll finanzjarju — il-Bord Amministrattiv għandu l-poteri definiti hawn taħt.

    2. Il-Bord Amministrattiv għandu jabbozza l-listi ta’ kandidati msemmija fl-Artikolu 125.

    3. Huwa għandu jagħti parir lill-President dwar ħwejjeġ li jaqgħu taħt ir-responsabilità ta’ l-Uffiċċju.

    4. Huwa għandu jiġi ikkonsultat qabel l-adozzjoni ta’ linji ta’ gwida għall-eżaminazzjoni fl-Uffiċċju u fil-każijiet l-oħra msemmija f’dan ir-Regolament.

    5. Huwa jista’ jagħti opinjonijiet u jagħmel talbiet għal informazzjoni lill-President u lill-Kummissjoni jekk huwa jqis li dan huwa meħtieġ.

    Artikolu 127

    Kompożizzjoni

    1. Il-Bord Amministrattiv għandu jkun kompost minn rappreżentant wieħed minn kull Stat Membru u rappreżentant wieħed tal-Kummissjoni u l-alternati tagħhom.

    2. Il-membri tal-Bord Amministrattiv jistgħu, bla ħsara għad-dispożizzjonijiet tar-regoli ta’ proċedura tiegħu, jiġu assistiti minn konsulenti jew esperti.

    Artikolu 128

    Chairmanship

    1. Il-Bord Amministrattiv għandu jaħtar Chairman u viċi- Chairman fost il-membri tiegħu. Il-viċi chairman għandu ex officio jissostitwixxi liċ- chairman f’każ li dan ma jkunx jista’ jaqdi id-dmirijiet tiegħu.

    2. It-termini tal-kariga taċ- chairman u tal-viċi chairman għandhom jkunu ta’ tliet snin. It-termini tal-kariga jistgħu jiġġeddu.

    Artikolu 129

    Laqgħat

    1. Il-laqgħat tal-Bord Amministrattiv għandhom jissejħu miċ- chairman ta’ l-istess Bord.

    2. Il-President ta’ l-Uffiċċju għandu jieħu sehem fid-deliberazzjonijiet, sakemm il-Bord Amministrattiv ma jiddeċidix mod ieħor.

    3. Il-Bord Amministrattiv għandu jsejjaħ laqgħa ordinarja darba fis-sena; barra minn hekk, għandu jiltaqa’ wkoll fuq l-inizzjattiva taċ- chairman tiegħu jew fuq talba tal-Kummissjoni jew ta’ terz ta’ l-Istati Membri.

    4. Il-Bord Amministrattiv għandu jadotta regoli ta’ proċedura.

    5. Il-Bord Amministrattiv għandu jieħu d-deċiżjonijiet tieħu b’maġġoranza sempliċi tar-rappreżentanti ta’ l-Istati Membri. Madanakollu, maġġoranza ta’ tliet kwarti tar-rappreżentanti ta’ l-Istati Membri hija meħtieġa għal deċiżjonijiet li l-Bord Amministrattiv għandu s-setgħa li jieħu taħt l-l-Artikolu 125(1) u (3). Fiż-żewġ każijiet kull Stat Membru għandu jkollu vot wieħed.

    6. Il-Bord Amministrattiv jista’ jistieden osservaturi sabiex jattendu l-laqgħat tiegħu.

    7. Is-Segretarjat għall-Bord Amministrattiv għandu jiġi provdut mill-Uffiċċju.

    IT-TAQSIMA 4

    L-IMPLEMENTAZZJONI TA’ PROĊEDURI

    Artikolu 130

    Kompetenza

    Dawn li ġejjin huma kompetenti sabiex jieħdu deċiżjonijiet marbuta mal-proċeduri li jinsabu f’dan ir-Regolament:

    (a) l-Eżaminaturi;

    (b) id-Diviżjonijiet ta’ l-Opposizzjoni;

    (ċ) id-Diviżjoni Legali u ta’ l-Amministrazzjoni tat- Trade Marks ;

    (d) id-Diviżjonijiet tal-Kanċellazzjoni;

    (e) il-Bordijiet ta’ l-Appell.

    Artikolu 131

    L-eżaminaturi

    40/94 (adattat)

    L-eżaminatur huwa responsabbli sabiex jieħu deċiżjonijiet f’isem l-Uffiċċju fir-rigward ta’ applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ trade mark Komunitarja, inklużi l-ħwejjeġ msemmija fl-Artikoli 36, 37 u 68, ħlief fejn tkun responsabbli d-Diviżjoni ta’ l-Opposizzjoni.

    40/94

    Artikolu 132

    Diviżjonijiet ta’ l-Opposizzjoni

    1. Id-Diviżjoni ta’ l-Opposizzjoni hija responsabbli sabiex tieħu deċiżjonijiet li jirrigwardaw opposizzjoni lejn applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ trade mark Komunitarja.

    422/2004 Art. 1, punt 32

    2. Id-deċiżjonijiet tad-Diviżjonijiet tal-Kanċellazzjoni għandhom jittieħdu minn gruppi ta' tlett membri. Mill-anqas membru wieħed għandu jkun legalment kwalifikat. F'ċerti każi speċifiċi li hemm provvediment dwarhom fir-Regolament Implementattiv, id-deċiżjonijiet għandhom jittieħdu minn membru wieħed.

    40/94

    Artikolu 133

    Id-Diviżjoni Legali u ta’ l-Amministrazzjoni tat- Trade Marks

    1. Id-Diviżjoni Legali u ta’ l-Amministrazzjoni tat- Trade Marks għandha tkun responsabbli għal dawk id-deċiżjonijiet meħtieġa minn dan ir-Regolament li ma jaqgħux taħt il-kompetenza ta’ eżaminatur, tad-Diviżjoni ta’ l-Opposizzjoni jew tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni. B’mod partikolari għandha tkun responsabbli għal deċiżjonijiet li jirrigwardaw skrizzjonijiet fir- Reġistru tat- trade marks Komunitarji.

    2. Hija responsabbli wkoll għaż-żamma ta’ lista ta’ rappreżentanti professjonali msemmija fl-Artikolu 93.

    3. Deċiżjoni tad-Diviżjoni għandha tittieħed minn membru wieħed.

    Artikolu 134

    Id-Diviżjonijiet tal-Kanċellazzjoni

    1. Id-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni hija responsabbli għal deċiżjonijiet li jirrigwardaw applikazzjoni għar-revokazzjoni jew dikjarazzjoni ta’ invalidità ta’ trade mark Komunitarja.

    422/2004 Art. punt 33

    2. Id-deċiżjonijiet tad-Diviżjonijiet tal-Kanċellazzjoni għandhom jittieħdu minn gruppi ta' tlett membri. Mill-anqas membru wieħed għandu jkun legalment kwalifikat. F'ċerti każi speċifiċi li hemm provvediment dwarhom fir-Regolament Implementattiv, id-deċiżjonijiet għandhom jittieħdu minn membru wieħed.

    40/94

    Artikolu 135

    Il-Bordijiet ta’ l-Appell

    1. Il-Bordijiet ta’ Appell għandhom ikunu responsabbli sabiex jiddeċiedu dwar appelli mid-deċiżjonijiet ta’ l-eżaminaturi, mid-Diviżjonijiet ta’ l-Opposizzjoni, mid-Diviżjoni Legali u ta’ l-Amministrazzjoni ta’ Trade Marks u mid-Diviżjonijiet tal-Kanċellazzjoni.

    422/2004 Art. 1, punt 34(a)

    2. Id-deċiżjonijiet tal-Bordijiet ta' l-Appell għandhom jittieħdu minn tlett membri, li mill-anqas tnejn minhom għandhom ikunu legalment kwalifikati. F'ċerti każi speċifiċi, id-deċiżjonijiet għandhom jittieħdu minn Bord imkabbar li jkun immexxi mill-President tal-Bordijiet ta' l-Appell jew minn membru wieħed, li għandu jkun legalment kwalifikat.

    422/2004 Art. 1, punt 34(b)

    3. Sabiex ikunu determinati l-każi speċjali li jaqgħu taħt il-ġurisdizzjoni tal-Bord imkabbar, qies għandu jittieħed kont tad-diffikultà legali jew ta' l-importanza tal-każ jew taċ-ċirkostanzi speċjali li jkunu jiġġustifikawh. Tali każi għandhom ikunu referuti lejn il-Bord imkabbar:

    (a) mill-awtorità tal-Bordijiet ta' l-Appell stabbilita b'konformità mar-regoli tal-proċedura tal-Bordijiet referuti fl-Artikolu 162(3), jew

    (b) mill-Bord li jkun jitratta mal-każ.

    4. Il-komposizzjoni tal-Bord imkabbar u tar-regoli tad-diferimenti lilu għandha tkun stabbilita bis-saħħa tar-regoli tal-proċeduri tal-Bordijiet referuti fl-Artikolu 162(3).

    5. Sabiex ikunu determinati l-każi speċifiċi li jidħlu taħt l-awtorità ta' membru wieħed, qies għandu jittieħed tan-nuqqas tad-diffikultà tal-materji legali jew fattwali imressqa, u l-importanza limitata tal-każ individwali jew in-nuqqas ta' ċirkostanzi speċifiċi oħrajn. Id-deċijoni li każ ikun mismugħ minn membru wieħed fil-każi referuti għandha tkun adottata mill-Bord li jittratta l-każ. Aktar dettalji għandhom ikunu stabbiliti fir-regoli tal-proċedura tal-Bordijiet referuti fl-Artikolu 162(3).

    422/2004 Art. 1, punt 35

    Artikolu 136

    L-indipendenza tal-membri tal-Bordijiet ta' l-Appell

    1. Il-President tal-Bordijiet ta' l-Appell u tal-presidenti tal-Bordijiet għandhom ikunu maħtura, b'konformità mal-proċeduri stabbiliti fl-Artikolu 125 dwar il-ħatra tal-President ta' l-Uffiċċju, għal terminu ta' ħames snin. Dawn ma jistgħux ikunu mneħħija mill-kariga matul dan it-terminu, sakemm ma jkunx hemm bażi serja għal tali tneħħija u l-Qorti tal-Ġustizja, b'applikazzjoni mill-istituzzjoni li tkun ħatrithom, jieħu deċiżjoni dwar dan l-aspett. It-terminu tal-kariga tal-President tal-Bordijiet ta' l-Appell u l-Presidenti tal-Bordijiet jistgħu jkunu mġedda għal perijodi addizzjonali ta' ħames snin, jew sa l-età ta’ l-irtirar jekk din l-età tkun milħuqha matul it-terminu l-ġdid tal-kariga.

    Il-President tal-Bordijiet ta' l-Appell għandu, inter alia , jkollu l-poteri maniġerjali u organizzazzjonali, primarjament sabiex:

    (a) is-sede ta' l-awtorità tal-Bordijiet ta' l-Appell responsabbli għall-istabbilar tar-regoli u l-organizzazzjoni tax-xogħol tal-Bordijiet, liema awtorità hemm provvediment dwarha fir-regoli tal-proċedura tal-Bordijiet referuti fl-Artikolu 162(3);

    (b) jassigura l-implimentazzjoni tad-deċiżjonijiet ta' l-awtorità;

    (ċ) jalloka l-każi lejn Bord fuq il-bażi ta' kriterji oġġettivi determinati mill-awtorità tal-Bordijiet ta' l-Appell;

    (d) iressaq lejn il-President ta' l-Uffiċċju tal-Bordijiet il-ħtiġiet ta’ l-ispiża, bil-għan li jħejji l-estimi tan-nefqa.

    Il-President tal-Bordijiet ta' l-Appell għandu jippresiedi fuq il-Bord imkabbar.

    Aktar dettalji għandhom ikunu stabbiliti fir-regoli tal-proċedura tal-Bordijiet referuti fl-Artikolu 162(3).

    2. Il-membri tal-Bordijiet ta' l-Appell għandhom ikunu maħtura mill-Bord Amministrattiv għal terminu ta' ħames snin. Dan it-terminu tal-kariga jista’ jkun imġedded għal perijodu addizzjonali ta' ħames snin, jew sa l-età ta' l-irtirar jekk dik l-età tintlaħaq matul it-terminu ġdid tal-kariga.

    3. Il-membri tal-Bordijiet ta' l-Appell ma jistgħux ikunu mneħħija mill-kariga sakemm ma jkunx hemm bażi serja għal tali tneħħija u l-Qorti tal-Ġustizja, wara li l-każ ikunu ġie referut lilha mill-Bord Amministrattiv fuq ir-rakkommandazzjoni tal-President tal-Bordijiet ta' l-Appell, wara li jkun ikkonsulta mal-President tal-Bord li tiegħu il-membru jappartieni, jista’ jieħu deċiżjoni għal dan l-iskop.

    4. Il-President tal-Bordijiet ta' l-Appell u l-presidenti u l-membri tal-Bordijiet ta' l-Appell għandhom ikunu independenti. Fid-deċiżjonijiet tagħhom dawn m'għandhomx ikunu marbuta b'xi struzzjonijiet.

    5. Il-President tal-Bordijiet ta' l-Appell u l-presidenti u l-membri tal-Bordijiet ta' l-Appell ma jistgħux ikunu l-eżaminaturi jew il-membri tad-Diviżjonijiet ta' l-Opposizzjoni, l-Amministrazzjoni tat- Trade Marks u tad-Disinji u Diviżjoni Legali jew id-Diviżjonijiet tal-Kanċellament.

    40/94

    Artikolu 137

    Esklużjoni u oġġezzjoni

    1. L-eżaminaturi u l-membri tad-Diviżjonijiet stabbiliti ġewwa l-Uffiċċju jew tal-Bordijiet ta’ Appell ma jistgħux jieħdu sehem f’ebda proċedimenti jekk huma jkollhom xi interess personali, jew jekk huma kienu involuti qabel bħala rappreżentanti ta’ xi waħda mill-partijiet. Tnejn mit-tliet membri tad-Diviżjoni ta’ l-Opposizzjoni ma jistgħux ikunu ħadu sehem fl-eżaminazzjoni ta’ l-applikazzjoni. Il-Membri tad-Diviżjonijiet tal-Kanċellazzjoni ma jistgħux jieħdu sehem f’ebda proċedimenti jekk huma jkunu pparteċipaw fid-deċiżjoni finali dwar il-każ fil-proċedimenti dwar reġistrazzjoni jew fi proċedimenti ta’ opposizzjoni. Il-Membri tal-Bordijiet ta’ l-Appell ma jistgħux jieħdu sehem fi proċedimenti ta’ appell jekk ikunu ipparteċipaw fid-deċiżjoni li tkun qiegħda tiġi appellata.

    2. Jekk, minħabba waħda mir-raġunijiet msemmija fil-paragrafu 1 jew għal xi raġuni oħra, xi membru tad-Diviżjoni jew tal-Bord ta’ l-Appell iħoss li huwa m’għandux jieħu sehem f’xi proċedimenti, huwa għandu jinforma lid-Diviżjoni jew lill-Bord debitament.

    3. Tista’ ssir oġġezzjoni kontra l-eżaminaturi u l-membri tad-Diviżjonijiet jew tal-Bord ta’ l-Appell minn kull parti fuq bażi ta’ waħda mir-raġunijiet msemmija fil-paragrafu 1, jew jekk ikun hemm suspett ta’ parzjalità. Oġġezzjoni mhijiex ammissibli jekk, minkejja li tkun taf li teżisti raġuni għal oġġezzjoni, il-parti tkun ħadet pass proċedurali. Ebda oġġezzjoni ma tista’ ssir abbażi tan-nazzjonalità ta’ l-eżaminaturi jew tal-membri.

    4. Id-Diviżjonijiet u l-Bordijiet ta’ l-Appell għandhom jiddeċiedu dwar liema azzjoni għandha tittieħed fil-każijiet speċifikati fil-paragrafi 2 u 3 mingħajr il-parteċipazzjoni tal-membru konċernat. Għall-finijiet tat-teħid ta’ din id-deċiżjoni il-membru li jirtira jew li tkun saret oġġezzjoni kontrih għandu jiġi mibdul fid-Diviżjoni jew fil-Bord ta’ l-Appell mill-alternat tiegħu.

    IT-TAQSIMA 5

    IL- BUDGET U L-KONTROLL FINANZJARJU

    Artikolu 138

    Il-Kumitat tal- Budget

    1. Qiegħed jiġi stabbilit bis-saħħa tal-preżenti Kumitat tal- Budget , li huwa abbinat ma’ l-Uffiċċju. Il-Kumitat tal- Budget għandu jkollu l-poteri mogħtija lilu minn din it-Taqsima u mill-Artikolu 38(4).

    2. L-Artikoli 126(6), 127, 128 u 129(1) sa (4), (6) u (7) għandhom japplikaw għall-Kumitat tal- Budget mutatis mutandis.

    3. Il-Kumitat tal- Budget għandu jieħu d-deċiżjonijiet tiegħu b’maġġoranza sempiċi tar-rappreżentanti ta’ l-Istati Membri. Madanakollu, maġġoranza ta’ tliet kwarti tar-rappreżentanti ta’ l-Istati Membri hija meħtieġa għal deċiżjonijiet li l-Kumitat tal- Budget għandu s-setgħa li jieħu taħt l-Artikoli 38(4), 140(3) u 143. Fiż-żewġ każijiet kull Stat Membru għandu biss vot wieħed.

    Artikolu 139

    Budget

    1. L-estimi tad-dħul u ta’ l-infiq kollu ta’ l-Uffiċċju għandhom jitħejjew għal kull sena finanzjarja u għandhom jintwerew fil- budget ta’ l-Uffiċċju, u kull sena finanzjarja għandha tikkorrispondi mas-sena kalendarja.

    2. Id-dħul u l-infiq murija fil- budget għandhom ikunu f’bilanċ.

    1992/2003 Art. 1, punt 2

    3. Introjtu għandu jikkomprendi, mingħajr preġudizzju għal tipi oħrajn ta' dħul, miżati totali pagabbli taħt ir-regolamenti dwar il-miżati, miżati totali pagabbli taħt il-Protokoll ta' Madrid msemmija fl-Artikolu 145 għal reġistrazzjoni internazzjonali li tinnomina lill-Komunità Ewropea u pagamenti oħra magħmulha lill-Partijiet Kontraenti għall-Protokoll ta' Madrid, u, sa dak il-punt meħtieġ, sussidju mdaħħal f'intestatura speċifika tal- budget ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej, taqsima Kummissjoni.

    40/94

    Artikolu 140

    It-tħejjija tal- budget

    1. Il-President għandu jħejji kull sena stima tad-dħul u ta’ l-infiq ta’ l-Uffiċċju għas-sena li jkun imiss u għandu jibgħatha lill-Kumitat tal- Budget sa mhux iktar tard mill-31 ta’ Marzu ta’ kull sena, flimkien ma’ lista ta’ karigi.

    2. Jekk il- budget jipprovdi għal sussidju Komunitarju, il-Kumitat tal- Budget għandu jgħaddi l-istima immedjatament lill-Kummissjoni, li għandha taddiha lill-awtorita’ tal- budget tal-Komunitajiet. Il-Kummissjoni tista’ tehmeż opinjoni ma’ l-istima flimkien ma’ stima alternattiva.

    3. Il-Kumitat tal- Budget għandu jadotta l- Budget , li għandu jinkludi l-lista tal-karigi ta’ l-Uffiċċju. Jekk l-estimi tal- budget ikun fihom sussidju mill- budget ġenerali tal-Komunitajiet, il- budget ta’ l-Uffiċċju għandu jiġi aġġustat, jekk dan ikun meħtieġ.

    1653/2003 Art. 1, punt 2

    Artikolu 141

    Verifika u kontroll

    1. Funzjoni ta' verifika interna għandha tiġi stabbilita fl-Uffiċċju. Din għandha tiġi esegwita skond l-i standards rilevanti internazzjonali. L-awditur intern, maħtur mill-President, għandu jkun responsabbli lejh għall-verifika ta' l-operat kif suppost tas-sistemi ta' implimentazzjoni tal- budget u tal-proċeduri ta' l-Uffiċċju.

    2. L-awditur itnern għandu jagħti parir lill-President dwar kif jimmaniġġja riskji, u dan billi joħroġ opinjonijiet indipendenti dwar il-kwalità tas-sistemi ta' ġestjoni u kontroll u billi joħroġ rakkomandazzjonijiet fuq kif jistgħu jitjiebu l-kundizzjonijiet ta' l-implimentazzjoni ta' l-operazzjonijiet u fuq kif jista' tista' tiġi promossa ġestjoni finanzjarja b'saħħitha.

    3. L-uffiċjal li għandu l-awtorità huwa responsabbli sabiex jitwaqqfu sistemi ta' kontroll intern u proċeduri addattati għat-twettiq tal-kompiti tiegħu.

    40/94 (adattat)

    Artikolu 142

    Il-verifika tal-kontijiet

    1. Sa mhux iktar tard mill-31 ta’ Marzu ta’ kull sena il-President għandu jgħaddi lill-Kummissjoni, lill-Parlament Ewropew, lill-Kumitat tal- Budget u lill-Qorti ta’ l-Awdituri l-kontijiet tad-dħul u ta’ l-infiq totali ta’ l-Uffiċċju għas-sena finanzjarja preċedenti. Il-Qorti ta’ l-Awdituri għandha teżaminahom skond l-Artikolu 248 tat-Trattat.

    40/94

    2. Il-Kumitat tal- Budget għandu jagħti rendikont lill-President ta’ l-Uffiċċju fir-rigward ta’ l-implimentazzjoni tal- budget .

    Artikolu 143

    Dispożizzjonijiet finanzjarji

    Il-Kumitat tal- Budget għandu, wara li jikkonsulta mal-Qorti ta’ l-Awdituri tal-Komunitajiet Ewropej u mal-Kummissjoni, jadotta dispożizzjonijiet finanzjarji interni li jispeċifikaw, b’mod partikolari, il-proċedura ta’ kif għandu jiġi stabbilit u implimentat il- budget ta’ l-Uffiċċju. Id-dispożizzjonijiet finanzjarji għandhom ikunu ibbażati fuq ir-regolamenti finanzjarji adottati għall-organi oħrajn stabbiliti mill-Komunità, sa fejn dawn ikunu kumpatibbli mal-karatteristiċi partikolari ta’ l-Uffiċċju.

    Artikolu 144

    Regolamenti dwar miżati

    1. Ir-regolamenti dwar miżati għandhom jistabbilixxu b’mod partikolari l-ammonti tal-miżati u l-miżati ta’ kif għandu jsir il-ħlas.

    2. L-ammonti tal-miżati għandhom jiġu iffissati b’tali mod li jiġi żgurat li d-dħul minnhom ikun fil-prinċipju biżżejjed sabiex jiżgura li l- budget ta’ l-Uffiċċju jkun bilanċjat.

    40/94

    1992/2003 Art. 1, punt 7

    3. Ir-regolamenti dwar miżati għandhom jiġu adottati u emendati skond il-proċedura li tinsab fl-Artikolu 163(2) .

    1992/2003 Art. 1. punt 3

    IT-TITOLU XIII

    REĠISTRAZZJONI INTERNAZZJONALI TA' MARKI

    IT-TAQSIMA 1

    DISPOSIZZJONIJIET ĠENERALI

    Artikolu 145

    L-applikazzjoni ta' disposizzjonijiet

    Ħlief jekk xort'oħra speċifikat f'dan it-Titolu, dan ir-Regolament u r-Regolamenti Implimentattivi għandhom jgħoddu għal applikazzjonijiet għal reġistrazzjonijiet internazzjonali taħt il-Protokoll li għandu x'jaqsam mal-Ftehim ta' Madrid dwar ir-reġistrazzjoni internazzjonali ta' marki, adottat f'Madrid fis-27 ta' Ġunju 1989 (hawn hekk aktar 'il quddiem imsejħin bħala «applikazzjonijiet internazzjonali» u «l-Protokoll ta' Madrid» rispettivament), ibbażati fuq applikazzjoni għal trade mark Komunitarja jew fuq trade mark Komunitarja u għal reġistrazzjonijiet ta' marki fir-reġistri internazzjonali miżmuma mill- Bureau Internazzjonali ta' l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Proprjetà (hawnhekk aktar 'il quddiem imsejħa «reġistrazzjonijiet internazzjonali» u «l- Bureau Internazzjonali», rispettivament) li jinnominaw il-Komunità Ewropea.

    IT-TAQSIMA 2

    REĠISTRAZZJONI INTERNAZZJONALI FUQ IL-BAŻI TA' APPLIKAZZJONIJIET GĦAL TRADE MARK KOMUNITARJA U TA' TRADE MARKS KOMUNITARJI

    Artikolu 146

    Preżentazzjoni ta' applikazzjoni internazzjonali

    1. Applikazzjonijiet internazzjonali skond l-Artikolu 3 tal-Protokoll ta' Madrid ibbażati fuq applikazzjoni għal trade mark Komunitarja jew fuq trade mark Komunitarja għandhom ikunu preżentati fl-Uffiċċju.

    2. Fejn applikazzjoni internazzjonali tkun ippreżentata qabel ma l-marka li fuqha r-reġistrazzjoni internazzjonali għandha tkun ibbażata tkun ġiet reġistrata bħala trade mark Komunitarja , l-applikant għar-reġistrazzjoni internazzjonali għandu jindika jekk ir-reġistrazzjoni internazzjonali għandhiex tkun ibbażata fuq applikazzjoni għal jew reġistrazzjoni ta' trade mark Komunitarja . Fejn ir-reġistrazzjoni internazzjonali għandha tkun ibbażata fuq trade mark Komunitarja ladarba tkun reġistrata, l-applikazzjoni internazzjonali għandha tkun meqjusa li ġiet riċevuta fl-Uffiċċju fid-data tar-reġistrazzjoni tat- trade mark Komunitarja .

    Artikolu 147

    Forma u kontenut ta' l-applikazzjoni internazzjonali

    1. L-applikazzjoni internazzjonali għandha tkun ippreżentata f'waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Komunità Ewropea, billi tintuża formola provduta mill-Uffiċċju. Ħlief jekk speċifikat xort'oħra mill-applikant fuq dik il-formola meta jippreżenta l-applikazzjoni internazzjonali, l-Uffiċċju għandu jikkorrispondi ma' l-applikant fil-lingwa tal-preżentazzjoni f'formola standard.

    2. Jekk l-applikazzjoni internazzjonali tiġi preżentata f'lingwa li mhix waħda mil-lingwi permessi taħt il-Protokoll ta' Madrid, l-applikant għandu jindika lingwa oħra minn fost dawk il-lingwi. Din għandha tkun il-lingwa li fiha l-Uffiċċju jissottometti l-applikazzjoni internazzjonali lill- Bureau Internazzjonali.

    3. Fejn l-applikazzjoni internazzjonali tiġi preżentata f'lingwa li mhix waħda mil-lingwi permessi taħt il-Protokoll ta' Madrid għall-preżentazzjoni ta' applikazzjonijiet internazzjonali, l-applikant jista' jipprovdi traduzzjoni tal-lista ta' merkanzija jew servizzi fil-lingwa li fiha l-applikazzjoni internazzjonali tkun se tiġi sottomessa lill- Bureau Internazzjonali skond il-paragrafu 2.

    4. L-Uffiċċju għandu jibgħat l-applikazzjoni internazzjonali lill- Bureau Internazzjonali malajr kemm jista' jkun.

    5. Il-preżentazzjoni ta' applikazzjoni internazzjonali għandha tkun soġġetta għall-ħlas ta' miżata lill-Uffiċċju. Fil-każijiet imsemmija fit-tieni sentenza ta' l-Artikolu 146(2), il-miżata għandha tkun dovuta fid-data ta' reġistrazzjoni tat- trade mark Komunitarja. L-applikazzjoni għandha tkun meqjusa li ma ġietx ippreżentata sakemm il-miżata meħtieġa tkun ġiet imħallsa.

    6. L-applikazzjoni interazzjonali għandha tissodisfa l-kondizzjonijiet rilevanti stabbiliti fir-Regolament Implimentattiv.

    Artikolu 148

    Irrekordjar fil-fajls u fir-Reġistru

    1. Id-data u n-numru ta' reġistrazzjoni internazzjonali bbażata fuq applikazzjoni għal trade mark Komunitarja , għandhom ikunu rekordjati fil-fajls ta' dik l-applikazzjoni. Meta l-applikazzjoni tirriżulta fi trade mark Komunitarja , id-data u n-numru tar-reġistrazzjoni internazzjonali għandhom jiddaħhlu fir-reġistru.

    2. Id-data u n-numru ta' reġistrazzjoni internazzjonali bbażata fuq trade mark Komunitarja għandhom jiddaħhlu fir-Reġistru.

    Artikolu 149

    Talba għal estensjoni territorjali sussegwenti għar-reġistrazzjoni internazzjonali

    Talba għal estensjoni territorjali magħmulha sussegwentament għar-reġistrazzjoni internazzjonali skond l-Artikolu 3 ter (2) tal-Protokoll ta' Madrid tista' tiġi preżentata permezz ta' l-intermedjarju ta' l-Uffiċċju. It-talba għandha tkun ippreżentata fil-lingwa li fiha l-applikazzjoni internazzjonali kienet ippreżentata skond l-artikolu 147.

    Artikolu 150

    Miżati internazzjonali

    Kull miżati pagabbli lill- Bureau Internazzjonali taħt il-Protokoll ta' Madrid għandhom jitħallsu direttament lill- Bureau Internazzjonali.

    IT-TAQSIMA 3

    REĠISTRAZZJONIJIET INTERNAZZJONALI LI JINNOMINAW LILL-KOMUNITÀ EWROPEA

    Artikolu 151

    Effetti ta' reġistrazzjonijiet internazzjonali li jinnominaw lill-Komunità Ewropea

    1. Reġistrazzjoni internazzjonali li tinnomina lill-Komunità Ewropea għandha, mid-data tar-reġistrazzjoni tagħha skond l-Artikolu 3(4) tal-Protokoll ta' Madrid jew mid-data tan-nomina sussegwenti tal-Komunità Ewropea skond l-Artikolu 3 ter (2) tal-Protokoll ta' Madrid, ikollha l-istess effett bħal applikazzjoni għal trade mark Komunitarja .

    2. Jekk l-ebda ċaħda ma ġiet innotifikata skond l-Artikolu 5(1) u (2) tal-Protokoll ta' Madrid jew jekk xi ċaħda ta' din ix-xorta ġiet irtirata, ir-reġistrazzjoni internazzjonali ta' marka li tinnomina lill-Komunità Ewropea għandha, mid-data msemmija fil-paragrafu 1, ikollha l-istess effett bħar-reġistrazzjoni ta' marka bħala trade mark Komunitarja .

    3. Għall-għanijiet li jkun applikat l-Artikolu 9(3), pubblikazzjoni tad-dettalji tar-reġistrazzjoni internazzjonali li tinnomina lill-Komunità Ewropea skond l-Artikolu 152(1) għandha tieħu post il-pubblikazzjoni ta' l-applikazzjoni għal trade mark Komunitarja , u pubblikazzjoni skond l-Artikolu 152(2) għandha tieħu post il-pubblikazzjoni tar-reġistrazzjoni ta' trade mark Komunitarja .

    Artikolu 152

    Pubblikazzjoni

    1. L-Uffiċċju għandu jippubblika d-data ta' reġistrazzjoni ta' marka li tinnomina lill-Komunità Ewropea skond l-Artikolu 3(4) tal-Protokoll ta' Madrid jew id-data tan-nomina sussegwenti tal-Komunità Ewropea skond l-Artikolu 3 ter (2) tal-Protokoll ta' Madrid, il-lingwa tal-preżentazzjoni ta' l-applikazzjoni internazzjonali u t-tieni lingwa indikata mill-applikant, in-numru tar-reġistrazzjoni internazzjonali u d-data ta' pubblikazzjoni ta' dik ir-reġistrazzjoni fil-Gazzetta ppublikata mill- Bureau Internazzjonali, riproduzzjoni tal-marka u n-numru tal-klassijiet tal-merkanzija jew servizzi li fir-rigward tagħhom protezzjoni hija mitluba.

    2. Jekk l-ebda ċaħda ta' protezzjoni ta' reġistrazzjoni internazzjonali li tinnomina lill-Komunità Ewropea ma ġiet notifikata skond l-Artikolu 5(1) u (2) tal-Protokoll ta' Madrid jew jekk xi ċaħda ta' din ix-xorta ġiet irtirata, l-Uffiċċju għandu jippubblika dan il-fatt, flimkien man-numru tar-reġistrazzjoni internazzjonali u, fejn applikabbli, d-data ta' pubblikazzjoni ta' dik ir-reġistrazzjoni fil-Gazzetta pubblikata mill- Bureau Internazzjonali.

    Artikolu 153

    Anzjanità

    1. L-applikant għal reġistrazzjoni internazzjonali li tinnomina lill-Komunità Ewropea jista' jitlob bħala tiegħu, fl-applikazzjoni internazzjonali, l-anzjanità ta' trade mark preċedenti reġistrata fi Stat Membru, inkluż trade mark reġistrata fil-pajjiżi tal-Benelux, jew reġistrata taħt arranġamenti internazzjonali li għandhom effett fi Stat Membru, kif previst fl-Artikolu 34.

    2. Id-detentur ta' reġistrazzjoni internazzjonali li tinnomina lill-Komunità Ewropea jista', mid-data tal-pubblikazzjoni ta' l-effetti ta' dik ir-reġistrazzjoni skond l-Artikolu 152(2), jitlob bħala tiegħu fl-Uffiċċju l-anzjanità ta' trade mark preċedenti reġistrat fi Stat Membru, inkluż trade mark irreġistrat fil-pajjiżi tal-Benelux, jew irreġistrat taħt arranġamenti internazzjonali li għandhom effett fi Stat Membru, kif previst fl-Artikolu 35. L-Uffiċċju għandu jinnotifika lill- Bureau Internazzjonali skond dan.

    Artikolu 154

    Eżaminazzjoni għal raġunijiet assoluti għal ċaħda

    1. Reġistrazzjonijiet internazzjonali li jinnominaw lill-Komunità Ewropea għandhom ikunu soġġetti għal eżaminazzjoni għal raġunijiet assoluti għal ċaħda fl-istess mod bħal applikazzjonijiet għal trade marks Komunitarji .

    2. Protezzjoni ta' reġistrazzjoni internazzjonali m'għandhiex tiġi miċħuda qabel ma d-detentur tar-reġistrazzjoni internazzjonali jkun ingħata l-opportunità li jirrinunzja jew jillimita l-protezzjoni fir-rigward tal-Komunità Ewropea jew li jagħti l-osservazzjonijiet tiegħu.

    3. Ċaħda ta' protezzjoni għandha tieħu post ċaħda ta' l-applikazzjoni għal trade mark Komunitarja .

    4. Fejn il-protezzjoni ta' reġistrazzjoni internazzjonali hija miċħuda minn deċiżjoni taħt dan l-Artikolu li saret finali jew fejn id-detentur tar-reġistrazzjoni internazzjonali irrinunzja l-protezzjoni fir-rigward tal-Komunità Ewropea skond il-paragrafu 2, l-Uffiċċju għandu jirrifondi lid-detentur tar-reġistrazzjoni internazzjonali parti mill-miżata individwali li għandu jiġi stabbilit fir-Regolament li jimplimenta.

    Artikolu 155

    Tfittxija

    1. Ladarba l-Uffiċċju jkun irċieva notifikazzjoni ta' reġistrazzjoni internazzjonali li tinnomina lill-Komunità Ewropea, għandu jikteb rapport ta' tfittxija tal-Komunità kif previst fl-Artikolu 38(1).

    2. Hekk kif l-Uffiċċju jkun irċieva notifikazzjoni ta' reġistrazzjoni internazzjonali li tinnomina lill-Komunità Ewropea, l-Ufficċju għandu jittrasmetti kopja tagħha lill-ufficċju ċentrali għall-proprjetà industrijali ta' kull Stat Membru li jkun informa lill-Uffiċċju bid-deċiżjoni tiegħu li jagħmel tfittxija fir-reġistru tiegħu tat- trade marks kif previst fl-Artikolu 38(2).

    422/2004 Art. 1, punt 37

    3. Artikolu 38(3) sa (6) għandu japplika mutatis mutandis .

    1992/2003 Art. 1, punt 3

    4. L-Uffiċċju għandu jinforma lill-proprjetarji ta' xi trade marks Komunitarji jew ta' applikazzjonijiet għal trade marks Komunitarji preċedenti ċitati fir-rapport tat-tfittxija bil-pubblikazzjoni tar-reġistrazzjoni internazzjonali li tinnomina l-Komunità Ewropea kif previst fl-Artikolu 152(1).

    Artikolu 156

    Opposizzjoni

    1. Reġistrazzjoni internazzjonali li tinnomina lill-Komunità Ewropea għandha tkun soġġetta għal opposizzjoni bl-istess mod bħal applikazzjonijiet ippubblikati għal trade mark Komunitarja .

    2. Avviż ta' opposizzjoni għandu jkun ippreżentat fi żmien perjodu ta' tliet xhur li għandu jibda sitt xhur wara d-data tal-pubblikazzjoni skond l-Artikolu 152(1). L-opposizzjoni m'għandhiex tkun trattata bħala debitament imdaħħla sakemm il-miżata ta' l-opposizzjoni tkun ġiet imħallsa.

    3. Ċaħda ta' protezzjoni għandha tieħu post ċaħda ta' applikazzjoni għal trade mark Komunitarja .

    4. Fejn protezzjoni ta' reġistrazzjoni internazzjonali hija miċħuda b'deċiżjoni taħt dan l-Artikolu li saret finali jew fejn id-detentur tar-reġistrazzjoni internazzjonali rrinunzja għall-protezzjoni fir-rigward tal-Komunità Ewropea qabel deċiżjoni taħt dan l-Artikolu li tkun saret finali, l-Uffiċċju għandu jirrifondi lid-detentur tar-reġistrazzjoni internazzjonali parti mill-miżata individwali li għandu jkun stabbilit fir-Regolament li jimplimenta.

    Artikolu 157

    Tibdil ta' trade mark Komunitarja ma' reġistrazzjoni internazzjonali

    L-Uffiċċju għandu, fuq talba, idaħħal avviż fir-Reġistru li trade mark Komunitarja hija meqjusa li ġiet mibdula minn reġistrazzjoni internazzjonali skond l-Artikolu 4 bis tal-Protokoll ta' Madrid.

    Artikolu 158

    Invalidazzjoni ta' l-effetti ta' reġistrazzjoni internazzjonali

    1. L-effetti ta' reġistrazzjoni internazzjonali li tinnomina lill-Komunità Ewropea tista' tiġi dikjarata invalida.

    1992/2003 Art.1 pt.3 (adattat)

    2. L-applikazzjoni għall-invalidazzjoni ta' l-effetti ta' reġistrazzjoni internazzjonali li tinnomina lill-Komunità Ewropea għandha tieħu post l-applikazzjoni għal dikjarazzjoni ta' revoka kif previst fl-Artikolu 51 jew għal dikjarazzjoni ta' invalidita' kif previst fl-Artikolu 52 jew fl-Artikolu 53.

    Artikolu 159

    Konverżjoni ta' nomina tal-Komunità Ewropea permezz ta' reġistrazzjoni internazzjonali f'applikazzjoni għal trade mark nazzjonali jew f'nomina ta' Stati Membri

    1. Fejn nomina tal-Komunità Ewropea permezz ta' reġistrazzjoni internazzjonali ġiet miċħuda jew tieqaf milli jkollha effett, id-detentur tar-reġistrazzjoni internazzjonali jista' jitlob il-konverżjoni tan-nomina tal-Komunità Ewropea:

    (a) f'applikazzjoni għal trade mark nazzjonali skond l-Artikoli 112, 113 u 114,

    (b) f'nomina ta' Stat Membru li huwa parti għall-Protokoll ta' Madrid jew għall-Ftehim ta' Madrid dwar ir-reġistrazzjoni internazzjonali ta' marki, adottat f'Madrid fl-14 ta' April 1891, kif rivedut u emendat (hawnhekk aktar 'il quddiem msejjaħ il-Ftehim ta' Madrid), iżda li fid-data meta l-konverżjoni kienet mitluba kien possibbli li jkun nominat dak l-Istat Membru direttament taħt il-Protokoll ta' Madrid jew il-Ftehim ta' Madrid. L-Artikoli 112, 113 u 114 għandhom jgħoddu.

    2. L-applikazzjoni għal trade mark nazzjonali jew in-nomina ta' Stat Membru li huwa parti għall-Protokoll ta' Madrid jew għall-Ftehim ta' Madrid li tirriżulta mil-konverżjoni tan-nomina tal-Komunità Ewropea permezz ta' reġistrazzjoni internazzjonali għandu jgawdi, fir-rigward ta' l-Istat Membru konċernat, id-data tar-reġistrazzjoni internazzjonali skond l-Artikolu 3(4) tal-Protokoll ta' Madrid jew id-data ta' l-estenzjoni għall-Komunità Ewropea skond l-Artikolu 3 ter (2) tal-Protokoll ta' Madrid jekk din ta' l-aħħar kienet magħmulha sussegwentement għar-reġistrazzjoni internazzjonali, jew id-data ta' prijorità ta' dik ir-reġistrazzjoni u, fejn approprjat, l-anzjanità ta' trade mark ta' dak l-Istat mitlub taħt l-Artikolu 153.

    3. It-talba għall-konverżjoni għandha tkun ippubblikata.

    Artikolu 160

    L-użu tal-marka soġġett għal reġistrazzjoni internazzjonali

    Għall-għanijiet li jkunu applikati l-Artikolu 15(1), l-Artikolu 42(2), l-Artikolu 51(1)(a) u l-Artikolu 57(2), id-data tal-pubblikazzjoni skond l-Artikolu 152(2) għandha tieħu l-post tad-data tar-reġistrazzjoni għall-għan li tkun stabbilita d-data li minnha l-marka li hija s-suġġett ta' reġistrazzjoni internazzjonali li tinnomina lill-Komunità Ewropea għandha titqiegħed għal użu ġenwin fil-Komunità.

    Artikolu 161

    Trasformazzjoni

    1. Bla ħsara għall-paragrafu 2, id-disposizzjonijiet applikabbli għal applikazzjonijiet għal trade mark Komunitarja għandhom japplikaw mutatis mutandis għal applikazzjonijiet għal trasformazzjoni ta' reġistrazzjoni internazzjonali f'applikazzjoni għal trade mark Komunitarja bi qbil ma' l-Artikolu 9 quinquies tal-Protokoll ta' Madrid.

    2. Meta l-applikazzjoni għat-trasformazzjoni tirrigwarda reġistrazzjoni internazzjonali li tinnomina lill-Komunità Ewropea li d-dettalji tagħha ġew ippubblikati skond l-Artikolu 152(2), l-Artikoli 37 sa 42 m'għandhomx japplikaw.

    40/94

    1992/2003 Art. 1, punt 4

    1992/2003 Art. 1. punt 5

    IT-TITOLU XIV

    DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

    Artikolu 162

    Dispożizzjonijiet ta’ implementazzjoni tal-Komunità

    1. Ir-regoli li jimplimentaw dan ir-Regolament għandhom jiġi adottati permezz ta’ Regolament ta’ Implimentazzjoni.

    2. Flimkien mal-miżati imsemmija fl-Artikoli preċedenti, għandhom jiġu imposti miżati, skond ir-regoli ta’ applikazzjoni dettaljati stipulati fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni, fil-każijiet elenkati hawn taħt:

    a) il-ħlas tardiv tal-miżata ta’ reġistrazzjoni;

    b) il-ħruġ ta’ kopja ta’ ċertifikat ta’ reġistrazzjoni;

    c) ir-reġistrazzjoni ta’ liċenzja jew ta’ dritt ieħor fir-rigward ta’ trade mark Komunitarja;

    d) ir-reġistrazzjoni ta’ liċenzja jew ta’ dritt ieħor fir-rigward ta’ applikazzjoni għal trade mark Komunitarja;

    e) il-kanċellazzjoni ta’ reġistrazzjoni ta’ liċenzja jew dritt ieħor;

    f) it-tibdil ta’ trade mark Komunitarja reġistrata;

    g) il-ħruġ ta’ silta mir-Reġistru;

    h) l-ispezzjoni ta’ fajls;

    i) il-ħruġ ta’ kopji ta’ dokumenti mill-fajl;

    j) il-ħruġ ta’ kopji attestati ta’ l-applikazzjoni;

    k) il-komunikazzjoni ta’ informazzjoni minn fajl;

    l) ir-rivista tal-kalkoli ta’ l-ispejjeż proċedurali li għandhom jiġu rimborsati.

    40/94

    1992/2003 Art. 1, punt 7

    3. Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni u r-regoli ta’ proċedura tal-Bordijiet ta’ l-Appell għandhom jiġu adottati u emendati skond il-proċedura li tinsab fl-Artikolu 163 (2).

    807/2003 Art. 3 u Anness III, punt 48

    1992/2003 Art. 1 punt 5

    Artikolu 163

    Li jiġu stabbiliti kumitat u l-proċedura sabiex jiġu adottati r-regolamenti ta' l-implimentazzjoni

    1. Il-Kummissjoni għandha tkun assistita minn kumitat imsejjaħ il-Kumitat tal-Piżijiet, ir-Regoli ta' Implimentazzjoni u l-Proċedura tal-Bordijiet ta' l-Appell ta' l-Uffiċċju ta' l-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (marki u disinni tal-fabbrika).

    807/2003 Art. 3 u Anness III, punt 48 (adattat)

    2. Meta jsir riferiment għal dan il-paragrafu , għandhom japplikaw l-Artikoli 5 u 7 tad-deċiżjoni 1999/468/KE.

    807/2003 Art. 3 u Anness III, punt 48

    Il-perjodu taż-żmien stabbilit fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jiġi ffissat għal tliet xhur.

    3. Il-kumitat għandu jadotta r-regoli triegħu ta' proċedura.

    40/94 (adattat)

    1992/2003 Art. 1, punt 5

    Artikolu 164

    Kumpatibilità ma’ dispożizzjonijiet legali Komunitarji oħrajn

    Dan ir-Regolament m’għandux jaffetwa ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006[15] , u b’mod partikolari l-Artikolu 14 ta’ dan l-imsemmi Regolament.

    Att ta’ Adeżjoni ta’ l-2003, Art. 20 u Anness II, punt 4 C I, p. 342

    422/2004 Art. 1, punt 36

    Artikolu 165

    Disposizzjonijiet li għandhom x'jaqsmu mat-tkabbir tal-Komunità

    2005 Att ta' Adeżjoni, Art.19 u l-Anness III, punt 1, I, p. 231 (adattat)

    1. Mid-data ta' l-adeżjoni tal-Bulgarija, tar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, is-Slovenja u s-Slovakkja (minn hawn ‘l quddiem imsejħa “l-Istat Membru l-ġdid jew l-Istati Membri l-ġodda”), trade mark Komunitarja reġistrata jew li ssir applikazzjoni għaliha skond dan ir-Regolament qabel l-imsemmija data għandha tiġi estiża għat-territorju ta' dawk l-Istati Membri sabiex ikollha l-istess effett fil-Komunità kollha.

    Att ta’ Adeżjoni ta’ l-2003, Art. 20 u Anness II, punt 4 C I, p. 342 (adattat)

    2. Ir-reġistrazzjoni tat- trade mark Komunitarja li għaliha jkun hemm applikazzjoni pendenti fid-data ta' l-adeżjoni ma tistax tiġi rrifjutata abbażi ta' xi waħda mir-raġunijiet assoluti għar-rifjut ta' reġistrazzjoni mniżżlin fl-Artikolu 7(1), jekk dawn ir-raġunijiet saru applikabbli biss minħabba l-adeżjoni ta' xi Stat Membru ġdid.

    3. Fejn applikazzjoni biex tiġi rreġistrata trade mark Komunitarja ssir matul is-sitt xhur ta' qabel id-data ta' l-adeżjoni , tista' tingħata notifika ta' opposizzjoni skond l-Artikolu 41 fejn trade mark ta' qabel jew dritt ieħor ta' qabel skond id-definizzjoni ta' l-Artikolu 8 ġiet akkwistata fi Stat Membru ġdid qabel l-adeżjoni, sakemm kienet akkwistata in bonafide u li d-data tal-preżentata jew, fejn hu applikabbli, id-data tal-prijorità jew id-data tal-akkwist fl-Istat Membru l-ġdid tat- trade mark ta' qabel jew ta' dritt ieħor ta' qabel jippreċedu d-data tal-preżentata, jew fejn hu applikabbli, id-data tal-prijorità tat- trade mark Komunitarja.

    Att ta’ Adeżjoni ta’ l-2003, Art. 20 u Anness II, punt 4 C I, p. 342

    4. Trade mark Komunitarja kif hemm referenza għaliha fil-paragrafu 1 ma tistax tiġi ddikjarata invalida:

    a) skond l-Artikolu 52 jekk ir-raġunijiet għall-invalidità saru applikabbli biss minħabba l-adeżjoni ta' xi Stat Membru ġdid;

    b) skond l-Artikolu 53(1) u (2) jekk id-dritt nazzjonali preċedenti kien irreġistrat, saret applikazzjoni għalih jew ġie miksub f'xi Stat Membru qabel id-data ta' l-adeżjoni.

    Att ta’ Adeżjoni ta’ l-2003, Art. 20 u Anness II, punt 4 C I, p. 342 (adattat)

    5. L-użu ta' trade mark Komunitarja kif hemm referenza għaliha fil-paragrafu 1 jista' jiġi pprojbit skond l-Artikoli 110 u 111, jekk it- trade mark preċedenti jew dritt preċedenti ieħor kienet reġistrata, saret applikazzjoni għaliha jew inkisbet bonafede mill-Istat Membru l-ġdid, qabel id-data ta' l-adeżjoni ta' dak l-IstatÕ jew, fejn hu applikabbli, għandha data ta' priorita' qabel id-data ta' l-adeżjoni ta' dak l-IstatÕ.

    Artikolu 166

    Tħassir

    Ir-Regolament (KE) Nru 40/94 hu mħassar.

    Referenzi għar-Regolament li ġie mħassar għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw skond it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness II.

    40/94 (adattat)

    1992/2003 Art. 1 punt 5

    Artikolu 167

    Dħul fis-seħħ

    1. Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-10 ta’ Marzu 2008 .

    2. Fi żmien tliet snin mid-dħul fis-seħħ tar-Regolament (KE) Nru 40/94 , L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji sabiex jiġi implimentat l-Artikolu 95 u 114 .

    40/94

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussel,

    Għall-Kunsill

    Il-President

    ANNESS I

    Regolament imħassar flimkien ma’ lista ta' l-emendamenti suċċessivi tiegħu

    Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94 (ĠU) L 11 ta’ l-14.1.1994, p. 1 |

    Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3288/94 (ĠU) L 349 tal-31.12.1994, p. 83 |

    Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 807/2003 (ĠU) L 122 tas-16.5.2003. p. 36 | punt 48 ta’ l-Anness III biss |

    Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1653/2003 (ĠU) L 245 tad-29.9.2003, p. 36 |

    Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1992/2003 (ĠU) L 296 ta’ l-14.11.2003, p. 1 |

    Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 422/2004 (ĠU) L 70 tad-9.3.2004, p. 1 |

    Anness II, Parti 4 (C) (I) ta' l-Att ta' Adeżjoni 2003 (ĠU L 236, 23.9.2003, p. 342) |

    Anness III, Punt 1.I ta' l-Att ta' Adeżjoni 2005 (ĠU L 157, 21.6.2005, p. 231) |

    _____________

    ANNESS II

    TABELLA TA’ KORRELAZZJONI

    Regolament (KE) Nru 40/94 | Dan ir-Regolament |

    Artikolu 1 sa 36 | Artikolu 1 sa 36 |

    Article 38 | Artikolu 37 |

    Artikolu 39 | Artikolu 38 |

    Artikolu 40 | Artikolu 39 |

    Artikolu 41 | Artikolu 40 |

    Artikolu 42 | Artikolu 41 |

    Artikolu 43 | Artikolu 42 |

    Artikolu 44 | Artikolu 43 |

    Artikolu 44(a) | Artikolu 44 |

    Artikoli 45 sa 48 | Artikoli 45 sa 48 |

    Artikolu 48(a) | Artikolu 49 |

    Artikolu 49 | Artikolu 50 |

    Artikolu 50 | Artikolu 51 |

    Artikolu 51 | Artikolu 52 |

    Artikolu 52 | Artikolu 53 |

    Artikolu 53 | Artikolu 54 |

    Artikolu 54 | Artikolu 55 |

    Artikolu 55 | Artikolu 56 |

    Artikolu 56 | Artikolu 57 |

    Artikolu 57 | Artikolu 58 |

    Artikolu 58 | Artikolu 59 |

    Artikolu 59 | Artikolu 60 |

    Artikolu 60 | Artikolu 61 |

    Artikolu 60(a) | Artikolu 62 |

    Artikolu 61 | Artikolu 63 |

    Artikolu 62 | Artikolu 64 |

    Artikolu 63 | Artikolu 65 |

    Artikolu 64 | Artikolu 66 |

    Artikolu 65 | Artikolu 67 |

    Artikolu 66 | Artikolu 68 |

    Artikolu 67 | Artikolu69 |

    Artikolu 68 | Artikolu 70 |

    Artikolu 69 | Artikolu 71 |

    Artikolu 70 | Artikolu 72 |

    Artikolu 71 | Artikolu 73 |

    Artikolu 72 | Artikolu 74 |

    Artikolu 73 | Artikolu 75 |

    Artikolu 74 | Artikolu 76 |

    Artikolu 75 | Artikolu 77 |

    Artikolu 76 | Artikolu 78 |

    Artikolu 77 | Artikolu 79 |

    Artikolu 77(a) | Artikolu 80 |

    Artikolu 78 | Artikolu 81 |

    Artikolu 78(a) | Artikolu 82 |

    Artikolu 79 | Artikolu 83 |

    Artikolu 80 | Artikolu 84 |

    Artikolu 81 | Artikolu 85 |

    Artikolu 82 | Artikolu 86 |

    Artikolu 83 | Artikolu 87 |

    Artikolu 84 | Artikolu 88 |

    Artikolu 85 | Artikolu 89 |

    Artikolu 86 | Artikolu 90 |

    Artikolu 87 | Artikolu 91 |

    Artikolu 88 | Artikolu 92 |

    Artikolu 89 | Artikolu 93 |

    Artikolu 90 | Artikolu 94 |

    Artikolu 91 | Artikolu 95 |

    Artikolu 92 | Artikolu 96 |

    Artikolu 93 | Artikolu 97 |

    Artikolu 94(1), introduzzjoni | Artikolu 98(1), introduzzjoni |

    Artikolu 94(1), l-ewwel inċiż | Artikolu 98(1)(a) |

    Artikolu 94(1), it-tieni inċiż | Artikolu 98(1)(b) |

    Artikolu 94(2) | Artikolu 98(2) |

    Artikolu 95 | Artikolu 99 |

    Artikolu 96 | Artikolu 100 |

    Artikolu 97 | Artikolu 101 |

    Artikolu 98 | Artikolu 102 |

    Artikolu 99 | Artikolu 103 |

    Artikolu 100 | Artikolu 104 |

    Artikolu 101 | Artikolu 105 |

    Artikolu 102 | Artikolu 106 |

    Artikolu 103 | Artikolu 107 |

    Artikolu 104 | Artikolu 108 |

    Artikolu 105 | Artikolu 109 |

    Artikolu 106 | Artikolu 110 |

    Artikolu 107 | Artikolu 111 |

    Artikolu 108 | Artikolu 112 |

    Artikolu 109 | Artikolu 113 |

    Artikolu 110 | Artikolu 114 |

    Artikolu 111 | Artikolu 115 |

    Artikolu 112 | Artikolu 116 |

    Artikolu 113 | Artikolu 117 |

    Artikolu 114 | Artikolu 118 |

    Artikolu 115 | Artikolu 119 |

    Artikolu 116 | Artikolu 120 |

    Artikolu 117 | Artikolu 121 |

    Artikolu 118 | Artikolu 122 |

    Artikolu 118(a) | Artikolu 123 |

    Artikolu 119 | Artikolu 124 |

    Artikolu 120 | Artikolu 125 |

    Artikolu 121(1) u (2) | Artikolu 126(1) u (2) |

    Artikolu 121(3) | - |

    Artikolu 121(4) | Artikolu 126(3) |

    Artikolu 121(5) | Artikolu 126(4) |

    Artikolu 121(6) | Artikolu 126(5) |

    Artikolu 122 | Artikolu 127 |

    Artikolu 123 | Artikolu 128 |

    Artikolu 124 | Artikolu 129 |

    Artikolu 125 | Artikolu 130 |

    Artikolu 126 | Artikolu 131 |

    Artikolu 127 | Artikolu 132 |

    Artikolu 128 | Artikolu 133 |

    Artikolu 129 | Artikolu 134 |

    Artikolu 130 | Artikolu 135 |

    Artikolu 131 | Artikolu 136 |

    Artikolu 132 | Artikolu 137 |

    Artikolu 133 | Artikolu 138 |

    Artikolu 134 | Artikolu 139 |

    Artikolu 135 | Artikolu 140 |

    Artikolu 136 | Artikolu 141 |

    Artikolu 137 | Artikolu 142 |

    Artikolu 138 | Artikolu 143 |

    Artikolu 139 | Artikolu 144 |

    Artikolu 140 | Artikolu 145 |

    Artikolu 141 | Artikolu 146 |

    Artikolu 142 | Artikolu 147 |

    Artikolu 143 | Artikolu 148 |

    Artikolu 144 | Artikolu 149 |

    Artikolu 145 | Artikolu 150 |

    Artikolu 146 | Artikolu 151 |

    Artikolu 147 | Artikolu 152 |

    Artikolu 148 | Artikolu 153 |

    Artikolu 149 | Artikolu 154 |

    Artikolu 150 | Artikolu 155 |

    Artikolu 151 | Artikolu 156 |

    Artikolu 152 | Artikolu 157 |

    Artikolu 153 | Artikolu 158 |

    Artikolu 154 | Artikolu 159 |

    Artikolu 155 | Artikolu 160 |

    Artikolu 156 | Artikolu 161 |

    Artikolu 157(1) | Artikolu 162(1) |

    Artikolu 157(2), introduzzjoni | Artikolu 162(2), introduzzjoni |

    Artikolu 157(2), punt (2) | Artikolu 162(2)(a) |

    Artikolu 157(2), punt (3) | Artikolu 162(2)(b) |

    Artikolu 157(2), punt (5) | Artikolu 162(2)(ċ) |

    Artikolu 157(2), punt (6) | Artikolu 162(2)(d) |

    Artikolu 157(2), punt (7) | Artikolu 162(2)(e) |

    Artikolu 157(2), punt (8) | Artikolu 162(2)(f) |

    Artikolu 157(2), punt (9) | Artikolu 162(2)(g) |

    Artikolu 157(2), punt (10) | Artikolu 162(2)(h) |

    Artikolu 157(2), punt (11) | Artikolu 162(2)(i) |

    Artikolu 157(2), punt (12) | Artikolu 162(2)(j) |

    Artikolu 157(2), punt (13) | Artikolu 162(2)(k) |

    Artikolu 157(2), punt (14) | Artikolu 162(2)(l) |

    Artikolu 157(3) | Artikolu 162(3) |

    Artikolu 158 | Artikolu 163 |

    Artikolu 159 | Artikolu 164 |

    Artikolu 159(a)(1), (2) u (3) | Artikolu 165(1), (2) u (3) |

    Artikolu 159(a)(4) kliem tal-bidu | Artikolu 165(4), kliem tal-bidu |

    Artikolu 159(a)(4), l-ewwel inċiż | Artikolu 165(4)(a) |

    Artikolu 159(a)(4), it-tieni inċiż | Artikolu 165(4)(b) |

    Artikolu 159(a)(5) | Artikolu 165(5) |

    - | Artikolu 166 |

    Artikolu 160(1) | Artikolu 167(1) |

    Artikolu 160(2) | Artikolu 167(2) |

    Artikolu 160(3) u (4) | - |

    - | Anness I |

    - | Anness II |

    _____________

    [1] KUMM(87) 868 PV.

    [2] Ara l-Anness 3 għal Parti A tal-Konklużjonijiet.

    [3] Magħmul skond il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill – Kodifikazzjoni ta’ l- Acquis Communautaire, KUMM(2001) 645 finali.

    [4] Ara l-Anness I għal din il-proposta.

    [5] ĠU C [...], [...], p. [...].

    [6] ĠU C [...], [...], p. [...].

    [7] ĠU L 11, 14.1.1994, p. 1. Regolament kif emendat mir-Regolament (KE) Nru 422/2004 (ĠU L 70, 9.3.2004, p. 1).

    [8] Ara l-Anness I.

    [9] ĠU L 12, 16.1.2001, p. 1. Regolament kif l-aħħar emendat mill-Ftehim bejn il-Komunita Ewropea u r-Renju tad-Danimarka dwar il-kompetenza ġudizzjarja, ir-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni tad-deċiżjonijiet fil-qasam ċivili u kummerċjali.

    [10] ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23. Deċiżjoni kif l-aħħar emendata mid-Deċiżjoni 2006/512/KE) ĠU L 200, 22.7.2006, p. 11).

    [11] ĠU L 208, 24.7.1992, p. 1.

    [12] ĠU L 110, 20.4.2001, p. 28.

    [13] ĠU L 125, 5.5.2001, p. 15.

    [14] ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43.

    [15] ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.

    Top