Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52006PC0748

    Proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tabbroga d-direttiva tal-Kunsill (KEE) Nru 71/304 tas-26 ta’ Lulju 1971 dwar it-trażżin tar-restrizzjonijiet fuq il-libertà tal-provvista tas-servizzi fil-qasam tas-swieq tax-xogħlijiet pubbliċi u fuq l-allokazzjoni tal-kuntratti tax-xogħlijiet pubbliċi mill-aġenziji intermedjarji jew mill-fergħat

    /* KUMM/2006/0748 finali - COD 2006/0249 */

    52006PC0748

    Proposta għal direttiva tal-Parlament ewropew u tal-Kunsill li tabbroga d-direttiva tal-Kunsill (KEE) Nru 71/304 tas-26 ta’ Lulju 1971 dwar it-trażżin tar-restrizzjonijiet fuq il-libertà tal-provvista tas-servizzi fil-qasam tas-swieq tax-xogħlijiet pubbliċi u fuq l-allokazzjoni tal-kuntratti tax-xogħlijiet pubbliċi mill-aġenziji intermedjarji jew mill-fergħat /* KUMM/2006/0748 finali - COD 2006/0249 */


    [pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ |

    Brussel 30.11.2006

    KUMM(2006) 748 finali

    2006/0249 (COD)

    Proposta għal

    DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

    li tabbroga d-Direttiva tal-Kunsill (KEE) Nru 71/304 tas-26 ta’ Lulju 1971 dwar it-trażżin tar-restrizzjonijiet fuq il-libertà tal-provvista tas-servizzi fil-qasam tas-swieq tax-xogħlijiet pubbliċi u fuq l-allokazzjoni tal-kuntratti tax-xogħlijiet pubbliċi mill-aġenziji intermedjarji jew mill-fergħat

    (preżentata mill-Kummissjoni)

    MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

    IL-KUNTEST TAL-PROPOSTA |

    110 | Ir-raġunijiet għall-proposta u għanijietha Din il-proposta għandha l-għan li tgħin fis-simplifikazzjoni ta' l-acquis communautaire billi tabbroga direttiva li ma għadhiex tapplika għall-ġurnata ta' llum. |

    120 | Il-kuntest ġenerali Wara l-adozzjoni tal-Kommunikazzjoni tagħha dwar l-aġġornament u s-simplifikazzjoni ta' l-acquis commmunautaire[1], il-Kummissjoni saħħet l-studju tagħha ta' l-acquis comunautaire biex tivverifika jekk hemmx atti leġiżlattivi li setgħu saru antikwati u fil-każ biex tabbroghom fl-interess tas-simplifikazzjoni. Wieħed mill-atti eżaminati f'dan il-kuntest huwa d-Direttiva tal-Kunsill (KEE) Nru 71/304, tas-26 ta’ Lulju 1971, dwar it-trażżin tar-restrizzjonijiet fuq il-libertà tal-provvista tas-servizzi fil-qasam tas-swieq tax-xogħlijiet pubbliċi u fuq l-allokazzjoni tal-kuntratti tax-xogħlijiet pubbliċi mill-aġenziji intermedjarji jew mill-fergħat[2]. Id-Direttiva 71/304/KEE, li tapplika esklussivament fil-qasam tax-xogħlijiet[3], tobbliga l-ewwel u qabel kollox lill-Istati biex jeliminaw ir-restrizzjonijiet "…fir-rigward ta' l-aċċess, il-konċessjoni, l-eżekuzzjoni jew il-parteċipazzjoni fl-eżekuzzjoni tax-xogħlijiet imwettqa għan-nom ta' l-Istat, tal-Korpi territorjali u tal-persuni morali tad-dritt pubbliku. Dawn l-eliminazzjonijiet huma ta' benefiċċju għall-operaturi ekonomiċi li jaġixxu - jew direttament jew permezz ta' l-aġenziji jew tal-fergħat – bħala kuntratturi tas-servizzi. Fost ir-restrizzjonijiet li għandhom jiġu eliminati, id-Direttiva ssemmi xi wħud bħalma huma klawżoli li lill-entitajiet konċessjonarji ta' kuntratti tax-xogħlijiet jew ta' kuntratt ta' konċessjoni ta' servizz jew ta' xogħlijiet li jiddiskriminaw, jorbtuhom fl-għażla tas-subappaltaturi tagħhom[4], kif ukoll l-eżempju tar-rikjesti tekniċi li għandhom effett disktriminatorju. Tesiġi wkoll li l-Istati Membri jiżguraw li l-imprendituri barranin ikollhom l-istess aċċess għall-kreditu, għall-għajnuniet u għas-sussidji daqs dawk nazzjonali u li "jgawdu mingħajr restrizzjoni u f'kull każ taħt l-istess kundizzjonijiet bħal l-imprendituri nazzjonali, mill-possibiltajiet ta' l-approvazzjoni, li fuqhom l-Istat għandu ugwalment jeżerċita l-kontroll tiegħu, u li jkunu jeħtieġu għat-twettiq tal-kuntratt tagħhom"[5]. Din id-Direttiva tiġbor fiha żewġ elementi: L-ewwel element jikkonċerna l-proċedura tal-kuntratti pubbliċi, li bħalissa hija rregolata mid-Direttivi 2004/18 u 2004/17[6], u t-tieni element jirrigwarda l-aċċess mingħajr diskriminazzjoni għax-xogħlijiet b'mod ġenerali, li jiffoka direttament fuq l-applikazzjoni ta' l-Artikoli 43 u 49 tat-Trattat tal-KE u għandu lok qabel jew wara t-trattament tal-proċedura għal sejħa ta' l-offerti. L-ewwel element ġie sorpassat mill-leġiżlazzjoni dwar il-kuntratti pubbliċi li mxiet fuq din id-Direttiva ta' l-1971, u fl-aħħarnett mid-Direttivi 2004/17/KE u 2004/18/KE. Fir-rigward tat-tieni element, irid jingħad li kemm ilha li daħlet fis-seħħ id-Direttiva 71/304/KEE, il-ġurisprudenza tal-Qorti fil-qasam tal-libertà tal-provvista tas-servizzi żviluppat b'mod konsiderevoli[7]. Għaldaqstant, huwa ċar li l-Artikolu 49 tat-Trattat tal-KE jipprojbixxi l-miżuri li għandhom l-istess effett, li jistgħu jfixklu l-eżerċizzju ħieles tal-provvista tas-servizzi[8]. Minn issa 'l quddiem, l-Artikolu 49 tat-Trattat tal-KE ser ikollu firxa ta' applikazzjoni aktar wiesgħa mill-Artikolu 3 tad-Direttiva71/304/KEE. Wieħed għalhekk jista' jikkonkludi li d-Direttiva 71/304/KEE tilfet l-iskop tagħha u tista' għalhekk tiġi abrogata mingħajr vjolazzjoni tad-drittijiet ta' l-operaturi ekonomiċi. |

    130 | Id-dispożizzjonijiet fis-seħħ fil-qasam tal-proposta Minbarra li huwa regolat bit-Trattat (b'mod partikolari mill-Artikoli 43 u 49), dan il-kamp huwa speċifikament irregolat mid-Direttiva tal-Parlament u tal-Kunsill 2004/17/KE tal-31 ta' Marzu 2004 dwar il-koordinament tal-proċeduri ta' l-akkwist tal-kuntratti fis-setturi ta' l-ilma, ta' l-enerġija, tat-trasport u tas-servizzi postali[9] u d-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2004/18/KE tal-31 ta' Marzu 2004 dwar il-koordinament tal-proċeduri ta' l-akkwist tal-kuntratti tax-xogħlijiet, tal-materjal u tas-servizzi[10]. |

    141 | Il-konsistenza ma' politiki u miri oħra ta' l-Unjoni Mhux applikabbli. |

    IL-KONSULTAZZJONI MAL-PARTIJIET INTERESSATI U L-EVALWAZZJONI TA' L-IMPATT |

    Il-konsultazzjoni mal-partijiet interessati |

    219 | Mhux neċessarja peress li d-drittijiet ta' l-operaturi ekonomiċi u l-obbligi ta' l-awtoritajiet u l-entitajiet li jagħtu l-kuntratti se jibqgħu l-istess. |

    Il-ġbir u l-użu ta' l-għarfien espert |

    229 | L-użu ta’ esperti esterni ma kienx meħtieġ. |

    230 | L-evalwazzjoni ta' l-impatt Mhux neċessarja peress li: id-drittijiet ta' l-operaturi ekonomiċi u l-obbligi ta' l-awtoritajiet u l-entitajiet li jagħtu l-kuntratti se jibqgħu l-istess. |

    ELEMENTI ġURIDIċI TAL-PROPOSTA |

    305 | Sommarju tal-miżuri proposti Il-proposta tabbroga d-Direttiva 71/304/KEE, li ma għadhiex tapplika għall-ġurnata ta' llum minħabba l-iżvilupp li seħħ fil-ġurisprudenza u fil-leġiżlazzjoni fil-qasam tal-kuntratti pubbliċi. |

    310 | Il-bażi ġuridika L-Artikolu 47(2) u l-Artikoli 55 u 95 tat-Trattat tal-KE. |

    329 | Il-prinċipju tas-sussidjarjetà Il-proposta titratta qasam li jaqa' taħt il-kompetenza esklussiva tal-Komunità. Għalhekk il-prinċipju tas-sussidjarjetà ma japplikax. |

    Il-prinċipju tal-proporzjonalità Il-proposta tikkonforma mal-prinċipju tal-proporzjonalità għar-raġunijiet li ġejjin: |

    331 | l-abrogazzjoni formali ta' Direttiva li fiha nnifisha mhix limitata biż-żmien ma tistax issir jekk mhux bl-adozzjoni ta' att legiżlattiv; |

    332 | l-abrogazzjoni mhux ser ikollha impatt finanzjarju. |

    L-għażla ta' strumenti |

    341 | L-istrument(i) propost(i): Direttiva. |

    342 | Strumenti oħrajn ma jkunux adegwati għar-raġunijiet li ġejjin. Il-proposta hija msejsa, mutatis mutandis, fuq l-istess dispożizzjonijiet tat-Trattat bħad-Direttiva li sejra tiġi abrogata. Dan l-isfond ġuridiku jitlob l-għażla ta' Direttiva. |

    L-IMPLIKAZZJONIJIET GħALL-BAġIT |

    409 | Il-proposta ma għandha l-ebda effett fuq il-baġit tal-Komunità. |

    INFORMAZZJONI ADDIZZJONALI |

    510 | Is-simplifikazzjoni |

    511 | Il-proposta sejra ġġib simplifikazzjoni fil-qafas leġiżlattiv. |

    512 | L-acquis communautaire sejjer jinħeles minn att li sar superfluwu. |

    560 | Iż-Żona Ekonomika Ewropea Dan l-abbozz leġiżlattiv jolqot qasam kopert mill-Ftehim taż-ŻEE, u għalhekk huwa f'loku li jiġi estiż għaż-Żona Ekonomika Ewropea. |

    1. 2006/0249 (COD)

    Proposta għal

    DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

    li tabbroga d-Direttiva tal-Kunsill (KEE) Nru 71/304 tas-26 ta’ Lulju 1971 dwar it-trażżin tar-restrizzjonijiet fuq il-libertà tal-provvista tas-servizzi fil-qasam tas-swieq tax-xogħlijiet pubbliċi u fuq l-allokazzjoni tal-kuntratti tax-xogħlijiet pubbliċi mill-aġenziji intermedjarji jew mill-fergħat

    (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

    IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

    wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 47(2) u l-Artikoli 55 u 95 tiegħu,

    Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni[11],

    Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew[12],

    Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni[13],

    Huma u jaġixxu f'konformità mal-proċedura misjuba fl-Artikolu 251 tat-Trattat tal-KE[14],

    Billi:

    2. Fil-Kommunikazzjoni dwar l-aġġornament u s-simplifikazzjoni ta' l- acquis communautaire [15], il-Kummissjoni stqarret internament li kienet sejra tipproċedi billi tagħmel studju ta' l- acquis biex tivverifika jekk dan setax jiġi ssimplifikat, per eżempju bl-abrogazzjoni ta' atti li ma għadhomx japplikaw għall-ġurnata ta' llum.

    3. L-adozzjoni ta' atti ta' natura leġiżlattiva differenti fil-qasam tal-kuntratti pubbliċi, l-aktar reċenti fosthom id-Direttivi tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2004/17/KE tal-31 ta' Marzu 2004 dwar il-koordinament tal-proċeduri għall-għoti tal-kuntratti fis-setturi ta' l-ilma, ta' l-enerġia, tat-trasport u tas-servizzi postali[16] u 2004/18/KE tal-31 ta' Marzu 2004 dwar il-koordinament tal-proċeduri ta' l-għoti tal-kuntratti tax-xogħlijiet pubbliċi, tal-materjal u tas-servizzi[17], kif ukoll l-iżvilupp fil-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, b'mod partikolari fid-deċiżjoni tagħha tal-25 ta' Lulju 1991 fil-kawża C-76/90 Säger[18], tippermetti li jintlaħaq livell ta' protezzjoni ugwali jew superjuri għal dak provdut abbażi tad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 71/304/KEE tas-26 ta' Lulju 1971, li tirrigwarda t-trażżin tar-restrizzjonijiet għall-provvediment ħieles tas-servizzi fil-qasam tal-kuntratti tax-xogħlijiet pubbliċi u l-allokazzjoni tal-kuntratti tax-xogħolijiet pubbliċi mill-aġenziji intermedjarji jew mill-fergħat[19]. Għaldaqstant, ikun f'loku li d-Direttiva 71/304/KEE tiġi abbrogata biex jiġi ssimplifikat l- acquis communautaire, mingħajr preġudizzju għad-drittijiet ta' l-operaturi ekonomiċi.

    ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

    Artikolu 1

    Id-Direttiva 71/304 KEE hija rrevokata.

    Artikolu 2 Traspożizzjoni

    L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ id-dispożizzjonijiet leġiżlattivi, regolatorji u amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma' din id-Direttiva sa mhux aktar tard minn […]. Għandhom mingħajr dewmien jipprovdu lill-Kummissjoni bit-test ta’ dawn id-dispożizzjonijiet kif ukoll b'tabella ta' korrelazzjoni bejn dawk id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.

    Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-dispożizzjonijiet, dawn ta' l-aħħar għandu jkollhom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkompanjati minn tali referenza meta jiġu ppublikati uffiċjalment. Il-modalitajiet ta' din ir-referenza għandhom ikunu deċizi mill-Istati Membri.

    Artikolu 3

    Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha fil- Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

    Artikolu 4

    Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmula fi Brussell, […]

    Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill

    Il-President Il-President

    […] […] [pic][pic][pic][pic][pic][pic]

    [1] COM(2003) 71 finali, 11.2.2003.

    [2] ĠU L 185, 16.08.1971.

    [3] B'xi eċċezzjonijiet elenkati fl-Artikolu 2(2) tiegħu.

    [4] L-Artikolu 3(1)(a).

    [5] L-Artikolu 3(2)(b).

    [6] Id-Direttivi tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2004/17KE tal-31 ta' Marzu 2004 dwar il-koordinament ta' l-għoti tal-kuntratti fis-setturi ta' l-ilma, ta' l-enerġija, tat-trasporti u tas-servizzi postali u 2004/18/KE tal-31 ta' Marzu 2004 dwar il-koordinament tal-proċeduri ta' l-għoti tal-kuntratti tax-xogħlijiet pubbliċi, tal-materjal u tas-servizzi, ĠU L 134, 30.4.2004, rispettivament p. 1 u p. 114.

    [7] Kif stqarret il-Qorti fid-deċiżjoni tagħha tal-25 ta' Lulju 1991 fil-kawża C-76/90 Säger , Ġabra I-4221 fil-paragrafu 12 tar-raġunijiet: "Huwa opportun li jingħad l-ewwelnett li l-Artikolu 59 [preżentament l-Artikolu 49] tat-Trattat tal-KE jitlob mhux biss l-eliminazzjoni ta' kull xorta ta' diskriminazzjoni li jista' jħabbat wiċċu magħha l-kuntrattur tas-servizzi abbażi tan-nazzjonalità tiegħu, iżda wkoll it-trażżin ta' kull restrizzjonni, anke jekk din tapplika bl-istess mod għall-kuntratturi nazzjonali u għal dawk ta' l-Istati Membri l-oħra, meta tkun tali li tipprojbixxi jew b'mod ieħor tfixkel l-attivitajiet tal-kuntrattur stabbilit fi Stat Membru ieħor, li legalment qiegħed jipprovdi servizzi analogi."

    [8] Vide wkoll id-Deċiżjoni tal-Qorti tal-25 ta' Lulju 1991 fil-każ C-288/89 Gouda , Ġabra I-4007 paragrafi 12 u 13.

    [9] ĠU L 134, 30.4.2004, p 1.

    [10] ĠU L 134, 30.4.2004, p 114.

    [11] ĠU C [...], [...], p. [...].

    [12] ĠU C [...], [...], p. [...].

    [13] ĠU C [...], [...], p. [...].

    [14] ĠU C [...], [...], p. [...].

    [15] COM(2003) 71 finali, 11.2.2003.

    [16] ĠU L 134, 30.4.2004, p. 1.

    [17] ĠU L 134, 30.4.2004, p. 114.

    [18] Ġabra I-4221.

    [19] ĠU L 185, 16.8.1971, p. 1.

    Top