Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52006PC0683

    Proposta għal regolament tal-Kunsill li jemenda r-regolament tal-Kunsill (KE) Nru 74/2004 li jimponi dazju definittiv ta' kontrabilanċ fuq importazzjonijiet ta' bjankerija tas-sodda tat-tip tal-qoton li joriġinaw fl-Indja

    /* KUMM/2006/0683 finali */

    52006PC0683

    Proposta għal regolament tal-Kunsill li jemenda r-regolament tal-Kunsill (KE) Nru 74/2004 li jimponi dazju definittiv ta' kontrabilanċ fuq importazzjonijiet ta' bjankerija tas-sodda tat-tip tal-qoton li joriġinaw fl-Indja /* KUMM/2006/0683 finali */


    [pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ |

    Brussel 15.11.2006

    KUMM(2006)683 finali

    Proposta għal

    REGOLAMENT TAL-KUNSILL

    li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 74/2004 li jimponi dazju definittiv ta' kontrabilanċ fuq importazzjonijiet ta' bjankerija tas-sodda tat-tip tal-qoton li joriġinaw fl-Indja

    (preżentata mill-Kummissjoni)

    MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

    IL-KUNTEST TAL-PROPOSTA |

    Raġunijiet u għanijiet tal-proposta Din il-proposta tikkonċerna l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2026/97 tas-6 ta’ Ottubru 1997 dwar il-protezzjoni kontra importazzjonijiet sussidjati minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Komunità Ewropea, hekk kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 461/2004 tat-8 ta' Marzu 2004 (“ir-Regolament bażiku”) fil-proċediment li jikkonċerna l-importazzjonijiet ta' bjankerija tas-sodda tat-tip tal-qoton li toriġina fl-Indja. |

    Kuntest ġenerali Din il-proposta qiegħda ssir fil-kuntest ta’ l-implimentazzjoni tar-Regolament bażiku u hija r-riżultat ta’ investigazzjoni li twettqet skond ir-rekwiżiti sostantivi u proċedurali stipulati fir-Regolament bażiku. |

    Dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam tal-proposta Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 74/2004[1], emendat mir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2143/2004[2] u Nru 122/2006[3], li jimponi dazju definittiv ta' kontrabilanċ fuq importazzjonijiet fil-Komunità ta' bjankerija tas-sodda tat-tip tal-qoton/tajjar li joriġinaw fl-Indja. Proposta għal għoti ta' trattament ta' produttur esportatur ġdid lil esportaturi ġodda lejn il-Komunità. |

    Konsistenza ma’ politiki u għanijiet oħra ta’ l-Unjoni Mhux applikabbli. |

    KONSULTAZZJONI MA’ PARTIJIET INTERESSATI U STIMA TA’ L-IMPATT |

    Konsultazzjoni ma’ partijiet interessati |

    L-applikant u l-industrija Komunitarja ġew informati bis-sejbiet ta’ l-eżami u kellhom l-opportunità jressqu l-kummenti tagħhom. |

    Ġbir u użu ta’ għarfien espert |

    Ma kien hemm l-ebda ħtieġa ta’ għarfien espert estern. |

    Stima ta’ l-impatt Din il-proposta hija r-riżultat ta’ l-implimentazzjoni tar-Regolament bażiku. Ir-Regolament bażiku ma jipprevedix stima ġenerali ta’ l-impatt, iżda fih lista eżawrjenti ta’ kundizzjonijiet li jridu jkunu vvalutati. |

    L-ELEMENTI ġURIDIċI TAL-PROPOSTA |

    Taqsira ta’ l-azzjoni proposta Bir-Regolament (KE) Nru 74/2004 l-Kunsill impona dazju definittiv ta' kontrabilanċ fuq importazzjonijiet ta' bjankerija tas-sodda tat-tip tal-qoton li joriġinaw fl-Indja. Matul l-investigazzjoni oriġinali, minħabba l-għadd kbir ta' esportaturi/produtturi tal-prodott ikkonċernat fl-Indja, intgħażel kampjun ta' produtturi esportaturi. Ġew imposti rati individwali ta' dazju li jinfirxu minn 4.4% sa 10.4% fuq il-kumpaniji magħżula fil-kampjun, filwaqt li kumpaniji oħra li kkooperaw mhux inklużi fil-kampjun ġew attribwiti rata ta' dazju ta' 7.6%. Ġiet imposta rata ta' dazju residwa ta' 10.4% fuq kumpaniji li jew ma ddikjarawx ruħhom inkella ma kkooperawx fl-investigazzjoni. L-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 74/2004 ta l-possibilità lill-esportaturi/produtturi Indjani li laħqu l-kriterji stabbiliti fl-istess Artikolu li jiġu ttrattati b'mod differenti mill-kumpaniji li kkooperaw u li mhumiex inklużi fil-kampjun ('stat ta' ġodda'). Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 74/2004 ġie emendat darbtejn, mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2143/2004 u mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 122/2006. Iż-żewġ Regolamenti żiedu l-ismijiet tal-kumpaniji li jesportaw il-prodott ikkonċernat li joriġina fl-Indja li laħqu l-kriterji stabbiliti fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 74/2004 mal-lista ta' produtturi esportaturi Indjani fl-Anness tar-Regolament. Sitta mid-19-il esportatur/produttur Indjan li talbu l-istat ta' ġodda pprovdew evidenza li tqieset biżżejjed biex jiġi emendat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 74/2004 biż-żieda ta' isimhom fil-lista ta' kumpaniji suġġetti għall-marġini ta' dazju medju b'piż differenzjat ta' 7.6%. Għalhekk qiegħed jiġi propost li l-Kunsill jadotta l-proposta mehmuża għal Regolament li għandu jkun ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali mill-aktar fis possibbli. |

    Bażi ġuridika Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2026/97 tas-6 ta' Ottubru 1997 dwar il-protezzjoni kontra importazzjonijiet sussidjati minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Komunità Ewropea kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 461/2004 tat-8 ta' Marzu 2004. |

    Il-prinċipju tas-sussidjarjetà Din il-proposta taqa’ taħt il-kompetenza esklussiva tal-Komunità. Il-prinċipju tas-sussidjarjetà għaldaqstant ma japplikax. |

    Il-prinċipju tal-proporzjonalità Il-proposta hija konformi mal-prinċipju tal-proporzjonalità għar-raġuni(jiet) li ġejja/in. |

    Il-forma ta' azzjoni hija deskritta fir-Regolamenti msemmija hawn fuq u ma tħalli l-ebda skop għal deċiżjoni nazzjonali. |

    L-indikazzjoni tal-mod kif il-piż finanzjarju u amministrattiv li jaqa' fuq il-Komunità, il-gvernijiet nazzjonali, l-awtoritajiet reġjonali u lokali, l-operaturi ekonomiċi u ċ-ċittadini tiġi mminimizzata u tkun proporzjonali għall-għan tal-proposta mhijiex applikabbli. |

    L-għażla ta' l-istrumenti |

    L-istrument propost: regolament. |

    Mezzi oħra ma jkunux addattati għar-raġuni(jiet) li ġejja/in. Ir-Regolament bażiku msemmi hawn fuq ma jipprevedix għażliet alternattivi. |

    IMPLIKAZZJONI BAġITARJA |

    Il-proposta ma għandhiex implikazzjoni għall-baġit tal-Komunità. |

    1. Proposta għal

    REGOLAMENT TAL-KUNSILL

    li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 74/2004 li jimponi dazju definittiv ta' kontrabilanċ fuq importazzjonijiet ta' bjankerija tas-sodda tat-tip tal-qoton li joriġinaw fl-Indja

    IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2026/97 tas-6 ta' Ottubru 1997 dwar il-protezzjoni kontra importazzjonijiet sussidjati minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Komunità Ewropea [4]('ir-Regolament bażiku'),

    Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 74/2004 tat-13 ta' Jannar 2004 li jimponi dazju definittiv ta' kontrabilanċ fuq importazzjonijiet ta' bjankerija tas-sodda tat-tip tal-qoton li joriġinaw fl-Indja[5],

    Wara li kkunsidra l-proposta mressqa mill-Kummissjoni wara konsultazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv,

    Billi:

    A. PROĊEDURA TA' QABEL

    (1) Permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 74/2004, il-Kunsill impona dazju definittiv ta' kontrabilanċ fuq importazzjonijiet fil-Komunità ta' bjankerija tas-sodda tat-tip tal-qoton li jaqgħu taħt il-kodiċi NM ex 6302 21 00 (kodiċi TARIC 6302 21 00 81, 6302 21 00 89), ex 6302 22 90 (kodiċi TARIC 6302 22 90 19), ex 6302 31 00 (kodiċi TARIC 6302 31 00 90) u ex 6302 32 90 (kodiċi TARIC 6302 32 90 19), li joriġinaw fl-Indja. Minħabba l-għadd kbir ta' produtturi esportaturi tal-prodott ikkonċernat li kkooperaw fl-Indja, intgħażel kampjun b'konformità ma' l-Artikolu 27 tar-Regolament bażiku u ġew imposti rati ta' dazju individwali mifruxa minn 4.4% sa 10.4% fuq il-kumpaniji inklużi fil-kampjun, filwaqt li l-kumpaniji l-oħra li kkooperaw imma ma ġewx inklużi fil-kampjun ingħataw rata ta' dazju ta' 7.6%. Rata ta' dazju residwa ta' 10.4% ġiet imposta fuq il-kumpaniji l-oħra kollha.

    (2) L-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 74/2004 (ir-'Regolament oriġinali') jistipula li meta kwalunkwe produttur esportatur ġdid fl-Indja jipprovdi biżżejjed evidenza lill-Kummissjoni li ma esportax lejn il-Komunità l-prodotti deskritti fl-Artikolu 1(1) waqt il-perjodu ta' investigazzjoni (mill-1 ta' Ottubru 2001 sat-30 ta' Settembru 2002)('l-ewwel kriterju'), li ma hu relatat ma' l-ebda esportatur jew produttur fl-Indja li huwa suġġett għall-miżuri ta' kontra s-sussidji imposti minn dak ir-Regolament ('it-tieni kriterju') u li effettivament esporta lejn il-Komunità il-prodotti kkonċernati wara l-perjodu ta' l-investigazzjoni li l-miżuri huma bbażati fuqu, jew li daħal f'obbligu kuntrattwali irrevokabbli biex jesporta kwantità sinjifikanti lejn il-Komunità ('it-tielet kriterju'), allura l-Artikolu 1(3) ta' dak ir-Regolament jista' jiġi emendat billi jagħti lill-produttur esportatur il-ġdid ir-rata ta' dazju applikabbli għall-kumpaniji li kkooperaw li ma ġewx inklużi fil-kampjun, jiġifieri 7.6%.

    (3) Ir-Regolament oriġinali ġie emendat darbtejn b'Regolamenti li jemendaw, jiġifieri bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2143/2004[6], u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 122/2006[7]. Iż-żewġ Regolamenti żiedu mal-lista ta' produtturi esportaturi Indjani fl-Anness ta' dan ir-Regolament l-ismijiet tal-kumpaniji li jesportaw il-prodott ikkonċernat li joriġina fl-Indja li ssodisfaw lis-servizzi tal-Kummissjoni li laħqu l-kriterji stabbiliti fir-Regolament oriġinali.

    B. TALBIET TA' ESPORTATURI/PRODUTTURI ĠODDA

    (4) 19-il kumpanija Indjana applikaw biex jingħataw l-istess stat tal-kumpaniji li kkooperaw fl-investigazzjoni oriġinali mhux inklużi fil-kampjun ('stat ta' ġodda') mill-pubblikazzjoni tar-Regolament preċedenti li jemenda.

    (5) Id-19-il applikant kienu:

    Kumpanija applikanti | Belt |

    B.K.S Textiles Private Limited | Coimbatore |

    Indian Arts & Crafts Syndicate (IACS) | New Delhi |

    Mittal International | Panipat |

    Esskay International | Mumbai |

    Opera Clothing | Mumbai |

    Govindji Trikamdas & Co. | Mumbai |

    Navnitlal Private Limited | Mumbai |

    Tulip Exim | Mumbai |

    Aarthi - A1 – Traders | Karur |

    Anjani Synthetics Limited | Ahmedabad |

    Home Concepts | New Delhi |

    Siyaram Silk Mills Limited | Mumbai |

    Ramlaks Exports Pvt. Ltd. | Mumbai |

    Oracle Exports | Mumbai |

    Sellon Dynamics | Mumbai |

    Synthesis Home Textiles | Karur |

    Devtara Industries | Muradnagar |

    Summer India Textile Mills | Salem |

    Prathishta Weaving and Knitting | Coimbatore |

    (6) Erba' kumpaniji li talbu stat ta' ġodda ma weġbux il-kwestjonarju maħsub biex jivverifika li ssodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 74/2004, u t-talbiet tagħhom kellhom għalhekk jiġu miċħuda.

    (7) Kumpanija waħda rritornat il-kwestjonarju darbtejn, id-darbtejn mhux mimli għal kollox u b'tagħrif kontradittorju. It-tielet kwestjonarju mibgħut lill-kumpanija ma ġiex irritornat u għalhekk hija ma kinitx kapaċi tipprova li kkonformat mal-kriterji biex tingħata l-istat ta' produttur esportatur ġdid. It-talba ta' dik il-kumpanija ġiet għalhekk miċħuda.

    (8) L-14-il kumpanija li jifdal bagħtu tweġibiet għall-kwestjonarju mimlija għal kollox u għalhekk tqiesu għall-istat ta' ġodda.

    (9) L-evidenza miġjuba minn sitta mill-esportaturi/produtturi Indjani msemmija hawn fuq tqieset li hija biżżejjed biex tingħatalhom ir-rata ta' dazju applikabbli għall-kumpaniji li kkooperaw mhux inklużi fil-kampjun (jiġifieri 7.6%) u għaldaqstant jiżdiedu mal-lista ta' esportaturi/produtturi fl-Anness (l-'Anness') tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 74/2004, kif emendat mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2143/2004 u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 122/2006.

    (10) It-tmien kumpaniji li jifdal kellhom l-applikazzjonijiet tagħhom għal stat ta' produttur esportatur ġdid miċħuda għar-raġunijiet li ġejjin:

    (11) Seba' kumpaniji naqsu milli jipprovdu evidenza li esportaw il-prodott ikkonċernat wara l-perjodu ta' investigazzjoni lejn il-KE jew li kellhom obbligi kuntrattwali irrevokabbli biex jesportaw il-prodott ikkonċernat fi kwantitajiet sinjifikanti lejn il-KE.

    (12) Kumpanija waħda hija relatata ma' kumpanija diġà mniżżla fir-Regolament oriġinali u l-applikazzjoni tagħha għal stat ta' ġdida kienet għalhekk miċħuda peress li ma għaddietx mit-tieni kriterju msemmi fl-Artikolu 2 tar-Regolament oriġinali.

    (13) Il-kumpaniji li ma ngħatalhomx stat ta' ġodda ġew mgħarrfa bir-raġunijiet għal din id-deċiżjoni u ngħataw l-opportunità li jwasslu l-fehmiet tagħhom bil-miktub.

    (14) L-argumenti u s-sottomissjonijiet kollha magħmula mill-partijiet interessati ġew analizzati u tqiesu sew fejn kien jixirqilhom,

    ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Il-kumpaniji li ġejjin għandhom jiżdiedu mal-lista ta' produtturi mill-Indja elenkati fl-Anness tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 74/2004:

    Kumpanija | Belt |

    Indian Arts and Crafts Syndicate | New Delhi |

    M/s. Opera Clothing | Mumbai |

    Anjani Synthetics Limited | Ahmedabad |

    Ramlaks Exports Pvt Ltd | Mumbai |

    Oracle Exports Home Textiles Pvt Ltd | Mumbai |

    Summer India Textile Mills (P) Ltd | Salem |

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea .

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell,

    Għall-Kunsill

    Il-President

    [1] ĠU L 12, 17.1.2004, p. 1.

    [2] ĠU L 370, 17.12.2004, p. 1.

    [3] ĠU L 22, 26.1.2006, p. 3.

    [4] ĠU L 288, 21.10.1997, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 461/2004 (ĠU L 77, 13 3.2004, p. 12).

    [5] ĠU L 12, 17.1.2004, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 122/2006 (ĠU L 22, 26.1.2006, p. 3).

    [6] ĠU L 370, 17.12.2004, p. 1.

    [7] ĠU L 22, 26.1.2006, p. 3.

    Top