EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52006PC0492

Proposta Emendata għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill relatata mas-Sena Ewropea tad-Djalogu Interkulturali (2008) (preżentat mill-Kummissjoni b’mod konformi ma’ l-Artikolu 250 (2) tat-Trattat KE)

/* KUMM/2006/0492 finali - COD 2005/0203 */

52006PC0492




[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ |

Brussel 5.9.2006

KUMM(2006) 492 finali

2005/0203 (COD)

Proposta Emendata għal

DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

relatata mas-Sena Ewropea tad-Djalogu Interkulturali (2008)

(preżentat mill-Kummissjoni b’mod konformi ma’ l-Artikolu 250 (2) tat-Trattat KE)

MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1. STORJA TAL-PROPOSTA

1.1. TRANSMISS joni tal-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2005)467 finali) skond l-Artikolu 251 tat-Trattat :6 ta’ Ottubru 2005

Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew : 20 ta’ April 2006 (SOC/226).

Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni:27 ta April 2006 (CDR 44/2006).

Approċċ ġenerali tal-Kunsill: 18 ta Mejju ta’ l-2006 (sakemm isir l-ewwel qari fil-PE)

Opinjoni leġiżlattiva (L-Ewwel Qari) tal-Parlament Ewropew:l-1 ta’ Ġunju 2006 (T6-0234/2006).

2. GħANIJIET TAL-PROPOSTA TAL-KUMMISSJONI

2.1 Raġunijiet għall-proposta:

Il-proposta kienet li l-2008 tiġi ddikjarata s-sena tad-Djalogu Interkulturali a bażi ta’ l-Artikolu 151 tat-Trattat.

Id-djalogu interkulturali hu marbut intimament ma’ l-ambizzjoni fondamentali li tinsab fil-pedament tal-binja ta’ l-Ewropa, jiġifieri li tressaq flimkien il-popli kollha ta’ l-Ewropa. Għalhekk għandha tkun prijorità fl-UE kollha li jissejħu ċ-ċittadini Ewropej, u dawk kollha li jgħixu fl-Unjoni Ewropea biex jieħdu parti sħiħa fl-immaniġġjar tad-diversità tagħna, li tistgħana bil-flussi tal-migrazzjoni, b’ mobilità akbar kif ukoll bil-bidliet u ż-żiediet li jseħħu minħabba l-globalizzazzjoni.

Barra minn dan, id-djalogu interkulturali hu strument li jista’ jiffaċilita l-implimentazzjoni ta’ serje ta’ prijoritajiet strateġiċi ta’ l-Unjoni.

Sena Ewropea ddedikata għad-djalogu interkulturali tkun għodda unika għall-ħolqien ta’ kuxjenza biex wieħed jisħaq fuq din il-prijorità u għall-involviment taċ-ċittadini. Hija intenzjonata li tipprovdi forza għal proċess li għandu jkun wieħed sostenibbli u fit-tul.

2.2 L-għanijiet globali tas-Sena Ewropea tad-Djalogu Interkulturali għandhom ikunu kontribużżjoni għal-:

- promozzjoni tad-djalogu interkulturali bħala proċess li fih dawk kollha li jgħixu fl-Unjoni jkunu jistgħu jtejbu l-kapaċità tagħhom li jlaħħqu ma’ ambjent kulturali iżjed miftuħ iżda wkoll iżjed kumpless fejn fl-Istati Membri differenti kif ukoll f’kull Stat Membru jeżistu flimkien identitajiet kulturali u twemmin differenti;

- ħolqien ta’ kuxjenza f’dawk kollha li jgħixu fl-Unjoni Ewropea, b’mod partikolari fiż-żgħażagħ, dwar l-importanza tal-fatt li tiġi żviluppata ċittadinanza Ewropea attiva li hi miftuħa għad-dinja, li tirrispetta d-diversità kulturali u li hi bbażata fuq il-valuri komuni ta’ l-Unjoni Ewropea kif imfissra fl-Artikolu 6 tat-Trattat ta’ l-UE u fil-Karta tad-Drittijiet Fondamentali ta’ l-Unjoni Ewropea

- ħruġ fil-beraħ tal-kontribuzzjoni tal-kulturi differenti u l-espressjonijiet tad-diversità kulturali lejn il-patrimonju u l-modi ta’ ħajja ta’ l-Istati Membri ta’ l-Unjoni Ewropea

- trawwim tar-rwol ta’ l-edukazzjoni bħala mezz importanti għat-tagħlim dwar id-diversità u żieda fil-komprensjoni ta’ kulturi oħra u l-iżvilupp ta’ ħiliet u ta’ l-aqwa għemil soċjali, u enfasi fuq ir-rwol ċentrali tal-mezzi tax-xandir fil-promozzjoni tal-prinċipju ta’ ugwaljanza u tal-komprensjoni reċiproka

3. ALLOKAZZJONI TAL-BAġIT

Il-baġit oriġinali propost kien ta’ EUR 10 miljun u baqa’ ma nbidilx.

Madankollu, l-allokazzjoni tar-riżorsi finanzjarji nbidlet. L-ewwel proposta tal-Kummissjoni ħasbet għal €4.5M għall-kampanji ta’ informazzjoni u ta’ komunikazzjoni, għal 2.4M għall-azzjonijiet fil-livell ta’ Komunità, għal €2.5M għal azzjonijiet fuq livell nazzjonali u għal €0.6 M għall-istudji.

L-emendi tal-PE (AM 37) jaħsbu għal tnaqqis drastiku ta’ 20% tal-baġit globali fin-nefqa għal kampanji ta’ informazzjoni u ta’ komunikazzjoni jiġifieri minn €4.5 miljuni għal €2 miljuni.

L-approċċ ġenerali tal-Kunsill jaħseb għal pakkett ta’ €4M (40%) għall-komunikazzjoni u għall-istudji u għal €3M (30%) kemm għall-azzjonijiet tal-Komunità kif ukoll f’livell nazzjonali, li hu kompromess bilanċjat li l-Kummissjoni tista’ tappoġġja.

4. ĦARSA IN ġENERALI LEJN L-EMENDI

4.1. Emendi tal-Parlament Ewropew

4.1.1 Fl-1 ta’ Ġunju ta’ l-2006, il-PE adotta 46 emenda fl-ewwel qari. Il-proposta riveduta tinkorpora 31 minnhom jew kelma b’kelma jew in sostanza. Il-biċċa l-kbira ta’ dawn l-emendi jtejbu l-kitba tat-tfassil ta’ l-abbozz ta’ Deċiżjoni billi jinkorporaw riferenzi għall-politika jew proċessi rilevanti.

4.1.2 L-emendi li ġejjin, approvati b’kollox jew in sostanza, jagħmlu bidliet iżjed sostanzjali direttamentdwar il-kontenut jew l-implimentazzjoni tas-Sena:

AM 5 li tissottolinja d-dimensjonijiet kulturali u edukattivi ta’ l-Istrateġija ta’ Liżbona imġedda hi u tisħaq fuq il-bżonn li tiġi provduta informazzjoni dwar l-opportunitajiet indaqs u n-non-diskriminazzjoni fl-Unjoni Ewropea.

AM 7 li tissottolinja l-bzonn ta’ kooperazzjoni strutturata mas-soċjetà ċivili.

AM 8 u 9 li jirreferu għall-ugwaljanza sesswali

AM 11 u 34 li jsemmu espliċitament lill-Kunsill ta’ l-Ewropa u lill-UNESCO bħala organizzazzjonijiet internazzjonali li l-UE tkun tista’ taħdem magħhom fil-kuntest tas-Sena.

AM 14 li tikkjarifika l-kunċett tad-djalogu interkulturali fil-kuntest tas-Sena.

AM 15 u 25 li jdaħħlu riferenza għad-diversità reliġjuża

AM 19 u 39 li jisħqu fuq l-importanza ta’ l-edukazzjoni biex tippromwovi d-djalogu interkuturali

AM 22 li tisħaq fuq it-tifsira tad-djalogu interkulturali fil-ħajja ta’ kuljum

AM 27 u 30 li jisħqu fuq il-livelli reġjunali u lokali

AM 28 u 42 li jissottolinjaw il-ħtieġa ta’ konsultazzjoni ma’ netwerks transnazzjonali u mas-soċjetà ċivili fil-kuntest ta’ l-evalwazzjoni tas-Sena

AM 29 li tissottolinea r-rabtiet bejn is-Sena tad-djalogu interkulturali mas-Sena Ewropea ta’ l-Opportunitajiet Indaqs għal-Kulħadd (2007)

AM 47 (Art. 2a ġdid) li jdaħħal dispożizzjoni dwar “il-parteċipazzjoni fl-azzjoni” li tisħaq fuq ir-rwol tas-soċjetà ċivili, tal-mezzi tax-xandir, ta’ l-ibliet u ta’ l-awtoritajiet lokali,

4.2. Emendi tal-Kunsill

4.2.1 Il-proposta modifikata tal-Kummissjoni ġeneralment tintegra l-emendi ta’ l-approċċ ġenerali tal-Kunsill bil-ħsieb li tinkiseb approvazzjoni malajr fil-Kunsill. Saret konsultazzjoni dwar dawn il-modifiki f’laqgħa tripartitika fit-12 ta’ Lulju 2006. Rigward l-allokazzjoni tar-riżorsi finanzjarji, il-Kummissjoni tappoġġja t-tqassim propost mill-Kumitat ta' l-Affarijiet Kulturali tal-Kunsill, peress li hu kompromess tajjeb bejn l-ewwel proposta tal-Kummissjoni u r-rapport tal-Parlament Ewropew.

5. KONKLUżJONIJIET

5.1 Skond l-Artikolu 250, paragrafu 2 tat-Trattat, il-Kummissjoni timmodifika l-proposta tagħha kif ġej:

2005/0203 (COD)

Proposta Emendata għal

DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

relatata mas-Sena Ewropea tad-Djalogu Interkulturali (2008)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-ewwel inċiż ta’ l-Artikolu 151(5) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni[1]

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew[2]

Wara li kkunisdraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni[3]

Waqt li jaġixxu skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 251 tat-Trattat[4]

Billi:

(1) It-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea jagħtiha l-missjoni li toħloq unjoni kull ma tmur aktar maqgħuda fost il-popli ta’ l-Ewropa u li tikkontribwixxi għat-twarrid tal-kulturi ta’ l-Istati Membri filwaqt li tirrispetta d-diversità tagħhom nazzjonali u reġjonali u tagħti importanza lill-wirt kulturali komuni.

(2) L-effett konġunt tat-tkabbir suċċessiv ta’ l-Unjoni, taż-żieda fil-mobbilità bħala riżultat tas-suq uniku, ta’ l-influssi migratorji qodma u ġodda, ta’ l-iskambji l-aktar importanti mal-bqija tad-dinja permezz tal-kummerċ, l-edukazzjoni, id-divertiment u l-globalizzazzjoni b’mod ġenerali, qed iżid l-interazzjonijiet bejn iċ-ċittadini Ewropej u dawk kollha li jgħixu fl-Unjoni Ewropea, u d-diversi l-kulturi, ilsna, gruppi etniċi, u reliġjonijiet fl-Ewropa u lil hinn minnha.

(3) Iċ-ċittadini Ewropej, u dawk kollha li jgħixu fl-Unjoni temporanjament jew għal dejjem, għandhom għalhekk ikunu jistgħu jiksbu l-għarfien, il-kwalifiki u ħiliet jippermettilhom li jittrattaw ma’ ambjent aktar miftuħ, imma wkoll aktar kumpless u li jimmaniġġjaw id-diffikultajiet u t-tensjonijiet biex jieħdu vantaġġ mill-okkażjonijiet li soċjetà bħal din toffrilhom , sabiex jilħqu l-potenzjal tagħhom f'soċjeta` diversa, pluralista solidari u dinamika mhux biss fl-Ewropa, imma wkoll fid-dinja..

(4) Fil-qalba tal-proġett Ewropew, id-djalogu interkulturali jitqies bħala l-għodda privileġġata għaċ-ċittadini biex immexxu r-realtà kumplessa tas-soċjetajiet tagħna u jiddinamiżahom . Hu importanti li jkunu provduti l-mezzi biex id-djalogu interkulturali u d-djalogu bejn iċ-ċittadini jsaħħu r-rispett għad-diversità kulturali u biex ilaħħqu mar-realtà kumplessa fis-soċjetajiet tagħna u mal-koeżistenza ta’ l-identitajiet kulturali u t-twemmin differenti. Barra minn dan hu importanti li wieħed jisħaq fuq il-kontribut tal-kulturi differenti lill-patrimonju u lill-mod ta’ ħajja ta’ l-Istati Membri ta’ l-Unjoni Ewropea u biex wieħed jagħraf li l-kultura u d-djalogu interkulturali huma l-għodda privileġġati għaċ-ċittadini biex jitgħallmu jgħixu flimkien f'armonija

(5) Għalhekk id-djalogu interkulturali jikkontribwixxi biex jintlaħqu numru ta’ prijoritajiet strateġiċi ta’ l-Unjoni, b’mod partikolari:

- billi jirrispetta u jippromwovi d-diversità kulturali fl-Ewropa, u billi jtejjeb il-koeżistenza u jinkoraġġixxi u jippromwovi ċittadinanza Ewropea attiva miftuħa għad-dinja u msejsa fuq il-valuri komuni fl-Unjoni Ewropea;

- billi jagħti sehem biex jiżgura l-opportunitajiet indaqs u n-non- diskriminazzjoni fl-Unjoni Ewropea billi jinkludi l-istrateġija mġedda ta’ Liżbona, li għaliha l-ekonomija ta’ għarfien tagħha teħtieġ persuni kapaċi li jadattaw għall-bidliet u li jieħdu vantaġġ mill-għejun ta’ innovazzjoni possibbli sabiex ikabbru l-prosperità ;

- billi jiffavorixxi l-impenn ta’ l-Unjoni favur is-solidarjetà, il-ġustizzja soċjali, l-iżvilupp ta' l-ekonomija soċjali tas-suq, il-koperazzjoni u l-koeżjoni msaħħa u filwaqt li jirrispetta l-valuri komuni fl-Unjoni Ewropea;

- billi jippermetti lill-Unjoni Ewropea Ewropa li ssemma’ l-vuċi tagħha iżjed fid-dinja u li toħloq sħubijiet effikaċji mal-pajjiżi ġirien fil-viċin , u b’hekk tkabbar iż-żona ta’ stabbiltà, ta’ demokrazija u prosperita` komuni , lil hinn mill-Unjoni Ewropea u tinfluwenza b'hekk jiżdied il-benesseri u s-sigurtà taċ-ċittadini Ewropej u ta’ dawk kollha li jgħixu fl-Unjoni Ewropea.

(6) Id-djalogu interkulturali huwa dimensjoni importanti f’ bosta setturi politiċi u strumenti Komunitarji, fl-oqsma tal- fondi strutturali , l-edukazzjoni, tat-taħriġ kontinwu , taż-żgħażagħ, tal-kultura, taċ-ċittadinanza u ta’ l-isport, l-ugwaljanza bejn is-sessi , tal-ġlieda kontra d-diskiriminazzjonijiet u l-esklużjoni soċjali, it-taħriġ kontinwu , il-ġlieda kontra r-razziżmu u l-ksenofobija, tal - politika ta’ kenn politiku u ta’ integrazzjoni ta’ l-immigranti, tad-drittijiet tal-bniedem u ta' l-iżvilupp sostenibbli, tal-politika awdjoviżiva u tar-riċerka..

(7) Huwa fl-istess ħin fattur li kull ma jmur jikber fir-relazzjonijiet esterni ta’ l-Unjoni Ewropea b’mod partikolari fir-rigward tal-pajjiżi ta’ l-adeżjoni , u dawk kandidati , tal-pajjiżi Balkani tal-Punent, tal-pajjiżi kandidati għall-ftehimiet ta' assoċjazzjoni ma' l-UE , tal-pajjiżi msieħba fil-Politika Ewropea tal-Viċinat (l-ENP), u ta' pajjiżi terzi oħra, partikolarment pajjiżi li qed jiżviluppaw. .

(7)( 8) Huwa pass fundamentali il-bini fuq dawn is-sisien diversifikati ta’esperjenzi u inizjattivi Komunitarji, jinvolvi u l-promozzjoni tal-parteċipazzjoni ta’ kull ċittadin, ta’ nisa u rġiel, b'mod ugwali , ta’ kull Stat Membru , u tas-soċjetà Ewropea b’mod ġenerali fil-proċess ta’ djalogu interkulturali, b'mod partikolari bil-koperazzjoni strutturata mas-soċjetà ċivili. Dan jikkontribwixxi għall-ħolqien ta’ identita` Ewropea peress li t-tħaddin tad-differenzi jagħġen l-aspetti varji ta' xi jfisser li tkun tagħmel parti minn komunità.

(8) (9) Għall-għanijiet ta’ din id-deċiżjoni, il-kunċett ta’ “ċittadinanza Ewropea attiva” ma jkoprix biss liċ-ċittadini ta’ l-Unjoni Ewropea kif imfissra fl-Artiklu 17 tat-Trattat tal-KE iżda wkoll lil kull individwu li jgħix b’mod permanenti u jew temporanjament fl-Unjoni Ewropea.

(9) (10) Il-valuri komuni ta’ l-Unjoni Ewropea huma dawk imfissra fl-Artikolu 6(1) tat-Trattat ta’ l-Unjoni Ewropea.

( 10 11) Jeħtieġ Huwa essenzjali li tiġi żgurata l-komplementarjetà u approċċ orizzontali ma’ fl- għadd ta’ azzjonijiet Komunitarji, nazzjonali, reġjonali u lokali li jinkludu dimensjoni qawwija fid-djalogu interkulturali. peress li s- Is- - Sena Ewropea tad-djalogu interkulturali, se tgħin biex għandha tippermetti żżid l-importanza u l-koerenza tagħhom filwaqt li tikkontribwixxi għall-innovazzjoni u d-dimensjoni orrizontali u trans-settorjali ta’ l-approċċi li għandhom l-għan jippromwovu d-djalogu interkulturali. L-azzjonijiet ippjanati kemm f’livell ta’ Komunità kemm ta’ dak nazzjonali, għandhom jieħdu fi ħdanhom, meta jkun jixraq, l-esperjenza miksuba mill-azzjonijiet fis-Sena Ewropea ta’ l-Opportunitajiet Indaqs għal-Kulħadd (2007).

(12) Is-Sena għandha taghti sehem ukoll fl-integrazzjoni tad-djalogu interkulturali bħala prijorità orizzontali u trans-settorjali fil-politika, l-azzjonijiet u l-programmi tal-Komunità u fl-identifikazzjoni u t-tqassim flimkien ta’ l-aqwa għemil fil-promozzjoni tagħha. L-għarfien viżibbli ta’ l-aqwa għemil u tal-proġetti fil-qasam tad-djalogu interkulturali għandu jinkoraġġixxi lil min għandu interess u jippromwovi l-idea fis-soċjetà ċivili.

( 13 b ) Il-kooperazzjoni ma’ istituzzjonijiet internazzjonali oħra bħall-Kunsill ta’ l-Ewropa u l-UNESCO jistgħu jiġu żviluppati kif jixraq, b’mod partikolari biex jittieħed kont ta’ l-esperjenza u l-perizja tagħhom fil-promozzjoni tad-djalogu interkulturali.

( 11 14) Ikun importanti wkoll li tiġi żgurata l-kumplimentarjetà bejn is-Sena Ewropea tad-Djalogu Interkulturali u l-aspetti esterni kollha li jippromwovu d-djalogu interkulturali f’kull qafas kif jixraq, fosthom ma’ dawk il-pajjiżi ta’ l-EFTA li huma parti mil-ftehim ta’ ŻEE, mal-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent u mal-pajjiżi imsieħba fil-Politika tal-Viċinat. Ikun importanti wkoll li tiġi żgurata l-kumplimentarjetà ma’ kull inizjattiva ta’ kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi, b’mod partikolari ma’ pajjiżi li qed jiżviluppaw, rilevanti għall-għanijiet tad-djalogu interkulturali tas-Sena Ewropea tad-Djalogu Interkulturali.

( 11b 15 ) L-azzjonijiet ta’ djalogu interkulturali li għandhom jiġu żviluppati fi ħdan l-istrumenti ta’ relazzjonijiet esterni rilevanti għandhom, fost ħwejjeġ oħra, jirriflettu l-interess reċiproku assoċjat ma’ l-iskambju ta’ esperjenzi u valuri ma’ pajjiżi terzi u jippromwovu tagħrif, rispett u komprensjoni tal-kulturi tal-pajjiżi terzi.

( 12 16) Din id-deċiżjoni hi indirizzata lill-Istati Membri. Il-pajjiżi kandidati għandhom ikunu assoċjati mill-qrib ma’ l-azzjonijiet tas-Sena Ewropea tad-Djalogu Interkulturali permezz ta’ inizjattivi biex jippromwovu d-djalogu interkulturali li għandhom jiġu żviluppati f’kull qafas rilevanti ta’ kooperazzjoni u djalogu, b’mod partikolari fil-kuntest tad-djalogu tas-soċjetà ċivili bejn l-Unjoni Ewropea u l-pajjiżi kandidati[5].

( 13 17)Għal kemm iddum l-azzjoni, din id-Deċiżjoni twaqqaf qafas finanzjarju li jkun jikkostitwixxi r-riferenza primarja ta’ l-awtorità tal-baġit fi ħdan it-tifsira tal-punt 33 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-6 ta’ Mejju ta’ l-1999 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina tal-baġit u t-titjib tal-proċedura tal-baġit[6].

( 14 18) Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni għandhom jiġu adottati skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 li tistabbilixxi l-proċeduri għall-eżerċizzju ta’ kompetenzi ta’ implimentazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni. Kumitat konsultattiv hu b’hekk meqjus xieraq għat-tip u għad-daqs ta’ l-azzjoni maħsuba.

( 15 19) Peress li l-għanijiet ta’ l-azzjoni maħsuba ma jistgħux jitwettqu b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri minħabba l-bżonn, notevolment, tas-sħubijiet multilaterali u l-iskambji transnazzjonali fuq livell Komunitarju u b’hekk jistgħu, minħabba d-daqs ta’ l-azzjoni, jitwettqu aħjar fil-livell Komunitarju, il-Komunità tista’ tieħu l-miżuri, skond il-prinċipju ta’ sussidjarjetà stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Skond il-prinċipju ta’ proporzjonalità kif imsemmi f’dan l-Artikolu, din id-Deċiżjoni ma tmurx lil hinn minn dak li jeħtieġ sabiex jintlaħqu dawn l-għanijiet.

ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1 Suġġett

1. Is-Sena 2008 għandha issemma’ s-“Sena Ewropea tad-Djalogu Interkulturali” biex tagħti sehem fl-għotja ta’ espressjoni u profil għoli lil proċess sostnut ta’ djalogu interkulturali li jkompli wara dik is-sena.

Artikolu 2 Għanijiet

1. L-għanijiet ġenerali tas-Sena Ewropea tad-Djalogu Interkulturali huma li jikkontribwixxu għal :

- promozzjoni tad-djalogu interkulturali bħala strument li jgħin liċ-ċittadini Ewropej u lil dawk kollha li jgħixu fl-Unjoni temporanjament jew għal dejjem, biex jiksbu l-għarfien, il-kwalifiki u l-ħiliet li jippermettulhom jittrataw ma’ ambjent aktar miftuħ, għalkemm ukoll aktar kumpless u li jimmaniġġaw id-diffikultajiet biex jieħdu vantaġġ mill-okkażżjonijiet offruti minn soċjetà diversa u dinamika, mhux biss fl-Ewropa, imma wkoll fid-dinja bħala proċess li fih dawk kollha li jgħixu fl-Unjoni Ewropea jistgħu jtejbu l-kapaċità tagħhom li jlaħħqu ma’ ambjent kulturali iżjed miftuħ iżda ukoll iżjed kumpless, fejn, fl-Istati Membri kif ukoll f’kull Stat Membru jeżistu flimkien identitajiet kulturali u twemmin differenti.

- qawmien ta’ kuxjenza ta’ -ċittadini Ewropej u dawk kollha li jgħixu fl-Unjoni Ewropea, b’mod partikolari taż-żgħażagħ għall-importanza ta’ l-iżvilupp ta’ ċittadinanza Ewropea attiva u miftuħa għadd-dinja li tirrispetta d-diversità kulturali u msejsa fuq valuri komuni fl-Unjoni Ewropea ta’ rispett tad-dinjità umana, il-libertà, l ugwaljanza, in-nuqqas ta’ diskriminazzjoni, is-solidarjetà, il- prinċipji ta’demokrazija, u ta’ l-istat tad-dritt kif ukoll tar-rispett lejn id-drittijiet tal-bniedem kif ukoll tad-drittijiet tal-persuni li jagħmlu parti mill-minoranzi kif stipulat fl-Artikolu 6 tat-Trattat ta' l-UE u fil-Karta tad-Drittijiet Fondamentali ta' l-Unjoni Ewropea;

- l-enfasi tal-kontribut ta' kulturi differenti u espressjonijiet ta' diversità kulturali għall-wirt naturali u l-modi ta' ħajja ta' l-Istati Membri ta' l-Unjoni Ewropea;

2. L-għanijiet speċifiċi tas-Sena Ewropea tad-Djalogu Interkulturali għandhom ikunu li

- jgħollu l-profil u jżidu l-koerenza tal-programmi u ta’ l-azzjonijiet tal-Komunità kollha li jikkontribwixxu għad-djalogu interkulturali u li jippromwovuhom;

- jenfsiżżaw il-kontribut tal-kulturi differenti lill-patrimonju u lill-modi ta’ ħajja agħna; jqanqlu l-kuxjenza taċ-ċittadini Ewropej u ta’ dawk kollha li jgħixu fl- Unjoni Ewropea, b’mod partikolari ż-żgħażagħ, għall-importanza tat-tfittxijata’mezzi sabiex tkun mistqarra, permezz ta’ djalogu interkulturali ċittadinanza Ewropea attiva u miftuħa fuq id-dinja, li tirrispetta d-diversità kulturali u li hi msejsa fuq valuri komuni fl-Unjoni Ewropea, li jfittxu jqajjmu l-kuxjenza ta' dawk kollha li jgħixu fl-Unjoni Ewropea, b'mod partikolari taż-żgħażagħ, dwar l-importanza tad-djalogu interkulturali fil-ħajja ta' kuljum;

- li jaħdmu biex jidentifkaw, jaqsmu flimkien u jagħtu għarfien Ewropew viżibbli lill-aqwa għemil fil-promozzjoni tad-djalogu interkulturali fl-Unjoni Ewropea kollha;

- li jrawwmu r-rwol ta’ l-edukazzjoni bħala mezz importanti għat-tagħlim dwar id-diversità, iż-żieda fil-komprensjoni ta’ kulturi oħra u l-iżvilupp ta’ ħiliet u l-aqwa għemil soċjali, u li jisħqu fuq ir-rwol ċentrali tal-mezzi tax-xandir fil-promozzjoni tal-prinċipju ta’ l-ugwaljanza u l-komprensjoni reċiproka.

- li jikkontribwixxu biex jesploraw għall-innovazzjoni u għad-dimensjoni orrizontali u trans-settorjali ta’ l- approċċi ġodda li għandhom l-għan jippromwovu għad-djalogu interkulturali, b’mod partikolari fost iż-żgħażagħ . l i jinvolvu kooperazzjoni bejn firxa wiesgħa ta’ min ghandu interess minn setturi differenti.

Artikolu 3 Kontenut tal-miżuri

Il-miżuri meħuda sabiex jitwettqu l-għanijiet imfissra fl-Artikolu 2 huma ddettaljati fl-Anness.

Dawn għandhom jinkludu l-implimentazzjoni ta’ l-attivitajiet li ġejjin jew l-għotja ta’ appoġġ għalihom:

1. kampanji ta’ tagħrif u ta’ promozzjoni, notevolment b’kooperazzjoni mal-medja, fuq livell Komunitarju u nazzjonali biex ixandru l-messaġġi ewlenin li għandhom x’jaqsmu ma’ l-għanijiet tas-Sena Ewropea tad-djalogu interkulturali; ) avvenimenti u inizjattivi fuq livell Ewropew li għandhom l-għan li jippromwovu d-djalogu interkulturali, billi jinvolvu direttament jew jilħqu nies kemm jista’ jkun, u jenfasizzaw kisbiet u esperjenzi li għandhom x'jaqsmu mat-tema tas-Sena Ewropea għad-Djalogu Interkulturali;

2. avvenimenti u inizjattivi fuq livell Ewropew li għandhom l-għan li jippromwovu d-djalogu interkulturali, u li jenfasizzaw it-twettiq u l-esperjenzi dwar it-temi tas-Sena Ewropea tad-djalogu interkulturali ; avvenimenti u inizjattivi fuq livelli nazzjonali u reġjonali b'dimensjoni Ewropea qawwija bil-għan li jippromwovu l-miri tas-Sena Ewropea għad-Djalogu Interkulturali, b'attenzjoni partikolari għal azzjonijiet li għandhom x'jaqsmu ma' l-edukazzjoni ċivika u t-tagħlim ta' l-apprezzament ta' bnedmin oħra u d-differenzi tagħhom.

3. avvenimenti u inizjattivi meħuda fuq livelli nazzjonali u li għandhom dimensjoni kbira Ewropea bl-għan li jippromwovu l-għanijiet tas-Sena Ewropea tad-Djalogu Interkulturali; kampanji ta' informazzjoni u ta' promozzjoni; partikolarment fil-kooperazzjoni mal-mezzi tax-xandir u ma’ l-organizzazzjonijiet tas-soċjeta ċivili fil-livelli tal-Komunità u nazzjonali biex jixxandru l-messaġġi ta’ qofol dwar l-għanjiet tas-Sena Ewropea tad-Djalogu Interkulturali

4. stħarriġ u studji fuq livell Komunitarju jew nazzjonali konsultazzjoni ma' netwerks transnazzjonali u partijiet oħra interessati tas-soċjetà ċivili (bl-użu ta' strumenti bħal ma huma laqgħat fuq skala żgħira, dibattiti, stħarriġ u studji) għal evalwazzjoni u rapport dwar it-tħejjija, l-effiċjenza u l-impatt tas-Sena Ewropea għad-Djalogu Interkulturali, sabiex tiġi stabbilita l-bażi għas-segwitu tagħha fit-tul għas-sena Ewropea tad-Djalogu Interkultura.

Artikolu 4 Implimentazzjoni

1. Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni huma adottati skond il-proċeduri msemmija fl-Artikolu 6(2).

2. Dawn il-miżuri għandhom jieħdu kont tar-rwol tas-soċjetà ċivili u tal-mezzi tax-xandir kif ukoll ta’ l-ibliet u ta’ l-awtoritajiet lokali. Jitwettqu fejn ikun jixraq u b’mezzi xierqa b’kooperazzjoni mal-protagonisti fis-soċjetà ċivili u ma’ l-awtoritajiet nazzjonali, reġjunali u lokali.

3. Għandha tingħata attenzjoni speċjali lill-kooperazzjoni ma’ l-istituzzjoniiet Ewropej, b’mod partikolari mal-Parlament Ewropew.

Artikolu 5 Kooperazzjoni ta’ l-Istati Membri

Kull Stat Membru għandu jaħtar entità nazzjonali ta’ koordinament, jew entità amministrattiva ekwivalenti, responsabbli li torganizza l-parteċipazzjoni ta’ dak l-Istat fis-Sena Ewropea tad-Djalogu Interkulturali. Għandu javża lill-Kummissjoni bl-għażla tiegħu fi żmien xahar mill-adozzjoni tad-Deċiżjoni preżenti. Kull Stat Membru għandu jiżgura li din l-entità tinvolvi b’mod xieraq lill-partijiet differenti tad-djalogu interkulturali fuq livell nazzjonali, reġjonali u lokali. Din l-entità għandha tiżgura l-koordinament, fuq livelli nazzjonali , ta’ l-azzjonijiet li għandhom x’jaqsmu mas-Sena Ewropea għad-Djalogu Interkulturali.

Artikolu 6 Kumitat

1. Il-Kummissjoni għandha tiġi megħjuna minn kumitat magħmul minn rappreżentant wieħed minn kull Stat Membru u ppresjedut mill-Kummissjoni. Ir-rappreżentanti nazzjonali għandhom jiġu maħtura preferibbilment mill-entità nazzjonali ta' koordinament imsemmija fl-Artikolu 5.

2. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, l-Artikoli 3 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE japplikaw, bi qbil mad-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 8 ta’ din id-Deċiżjoni.

3. Il-kumitat għandu jadotta r-regoli ta’ proċedura tiegħu.

Artiklu 7 Dispożizzjonijiet finanzjarji

1. Il-miżuri ta’ natura li jolqtu lill-Kommunita’ kollha kemm hi, msemmija fil-parti B A ta’ l-Anness, għandhom jagħtu lok għal kuntratt ta’ akkwist jew għall-assenjazzjoni ta’ għotjiet iffinanzjati mill-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej. Il-miżuri ta’ natura li jolqtu lill-Kommunità kollha kemm hi msemmija fil-parti B ta’ l-Anness jistgħu jiġu ssussidjati sa 80% ta’ l-ispiża tagħhom totali mill-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej.

2. Il-miżuri msemmija fil-Parti C B ta’ l-Anness jistgħu jiġu ssussidjati, sa 50% ta’ l-infiq totali, fuq il-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej u skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 8.

3. Il-miżuri ta’ natura li jolqtu lill-Komunità kollha kemm hi, msemmija fil-parti A C ta’ l-Anness, għandhom jagħtu lok għal kuntratt ta’ akkwist jew għall-assenjazzjoni ta’ għotjiet iffinanzjati mill-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej.

Artikolu 8 Proċedura ta’ introduzzjoni u ta’ għażla tat-talbiet

1. Id-deċiżjonijiet ta’ għotja ta’ sussidji jittieħdu mill-Kummissjoni skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 6(2). Il-Kummissjoni għandha tiżgura tqassim ibbilanċjat u ġust fost l-Istati Membri u fost l-oqsma differenti ta’ attivitajiet ikkonċernati, fil-waqt li tittieħed in konsiderazzjoni l-kwalità tal-proġett propost.

2. It-talbiet ta’ sussidju ppreżentati skond l-Artikolu 7(3), għandhom jitressqu lill-Kummissjoni mill-entità msemmija fl-Artikolu 5.

Artikolu 9 Organizzazzjonijiet internazzjonali

Il-Kummissjoni tista’ tikkoopera ma’ l-organizzazzjonijiet internazzjonali xierqa għall-finijiet tas-Sena Ewropea tad-Djalogu Interkulturali, b'mod partikolari mal-Kunsill ta' l-Ewropa u mal-UNESCO, billi toqgħod attenta li ti ż gura l-viżibilità tal-parteċipazzjoni ta' l-UE.

Artikolu 10 Ir-rwol tal-Kummissjoni

1. Il-Kummissjoni għandha tiżgura l-koerenza fost il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni u l-azzjonijiet u inizjattivi Komunitarji l-oħra.

2. Il-Kummissjoni għandha tieħu ħsieb li tinvolvi lill-pajjiżi kandidati fis-Sena Ewropea tad-Djalogu Interkulturali permezz tal-parteċipazzjoni tagħhom f’għadd ta’ programmi Komunitarji li fihom dimensjoni ta’ djalogu interkulturali u billi tiżviluppa inizjattivi speċifiċi fl-oqfsa xierqa, b’mod partikolari fil-qafas tad-djalogu bejn is-soċjetà ċivili ta’ l-Unjoni Ewropea u tal-pajjiżi kandidati.

3. Il-Kummissjoni għandha tiżgura l-kumplementarjetà bejn il-miżuri meħuda sabiex jintlaħqu l-għanijiet tas-Sena Ewropea tad-Djalogu Interkulturali u l-inizjattivi li aktarx li jkunu żviluppati fl-oqfsa ta’ kooperazzjoni u ta’ djalogu rilevanti, mal-pajjiżi ta’ l-EFTA li huma parti mill-ftehim taż-ŻEE, il-pajjiżi Balkani tal-Punent u l-pajjiżi msieħba fil-Politika Ewropea tal-Viċinat (l-ENP).

4. Il-Kummissjoni għandha tiżgura l-kumplementarjetà ma’ kull inizjattiva oħra ta’ kooperazzjoni mal-pajjiżi terzi, b’mod partikolari mal-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw, li huma relevanti għall-għanijiet tad-djalogu interkulturali għas-Sena Ewropea.

Artikolu 11 Baġit

1. Il-qafas finanzjarju għall-implimentazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni għall-perjodu bejn l-1 ta’ Jannar 2007 u l-31 ta’ Diċembru 2008 għandu jkun ta’ EUR 10 miljun. L-azzjoni preparatorja għandha tkun limitata għal 30% tal-baġit totali.

2. L-approprjazzjonijiet annwali huma awtorizzati mill-awtorità tal-baġit fil-limitu tal-perspettivi finanzjarji.

Artikolu 12 Ħarsien ta’ l-interessi finanzjarji Komunitarji

1. Il-Kummissjoni għandha tieħu ħsieb li, meta l-azzjonjiet iffinanzjati skond id--Deċiżjoni preżenti huma implimentati, l-interessi finanzjarji tal-Komunità jkunu mħarsa mill-applikazzjoni tal-miżuri preventivi kontra l-frodi, l-korrużjoni u kull attività oħra illegali, permezz ta’ kontrolli effettivi u permezz tal-ħlas lura ta’ l-ammonti mħallsa bla ġustifikazzjoni, u, meta jsiru irregolarjitajiet, permezz ta’ l-applikazzjoni ta’ penalitajiet effettivi, proporzjonati u dissważivi, skond ir--Regolamenti tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95 u (Euratom, KE) Nru 2185/96, u r-Regolament (KE) Nru 1073/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

2. Rigward l-azzjonijiet Komunitarji ffinanzjati fil-qafas ta’ din id-Deċiżjoni, il-kunċett ta’ irregolarità fis-sens ta’ l-Artikolu 1(2) tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 2988/95 għandu jfisser kull vjolazzjoni ta’ dispożizzjoni tal-liġi Komunitarja jew kull vjolazzjoni ta’ obbligu kuntrattwali li tirriżulta minn att jew ommissjoni ta’ operatur ekonomiku li għandha jew kien ikollha bħala effett li twassal għal ħsara fil-baġit ġenerali tal-komunitajiet jew fil-baġits immexxija minnhom, minħabba spiża li ma kellhiex issir.

3. Il-Kummissjoni għandha tnaqqas, tissospendi jew treġġa’ lura l-ammont ta’ appoġġ finanzjarju favur azzjoni jekk issib irregolaritajiet, b’mod partikolari in-nuqqas ta’ rispett tad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Deċiżjoni, tad-deċiżjoni individwali jew ta’ kuntratt li jagħti l-appoġġ finanzjarju kkonċernat, jew jekk jidher li, għalkemm l-approvazzjoni tal-Kummissjoni ma ġietx mitluba, l-azzjoni kienet suġġetta għal modifikazzjoni importanti inkompatibbli mat-tip jew mal-kundizzjonijiet ta’ implimentazzjoni ta’ l-azzjoni msemmija.

4. Jekk id-dati ta’ l-għeluq ma ġewx imħarsa jew jekk biss parti mill-għajnuna finanzjarja allokata tkun ġustifikata mill-progress li jkun sar fit-twettiq ta’ l-azzjoni, il-Kummissjoni għandha titlob lill-benefiċjarju li jippreżentalha l-osservazzjonijiet tiegħu fiż-żmien stipulat. Jekk dan il-benefiċjarju ma jagħtix tweġiba sodisfaċenti, il-Kummissjoni tista’ tikkanċella l-għajnuna finanzjarja li jkunu baqa’ li tingħata u titlob lura l-ammonti li diġà tħallsu.

5. Kull ammont mħallas u mhux dovut għandu jingħata lura lill-Kummissjoni. Għandu jiżdied l-imgħax fuq kull ammont li ma jitħallasx lura fiż-żmien dovut skond il-kundizzjonijiet imfissra fir-Regolament Finanzjarju.

Artikolu 13 Sorveljanza

1. Il-benefiċjarju għandu jippreżenta rapporti tekniċi u finanzjarji dwar l-istat ta’ progress tal-ħidmiet għal kull azzjoni ffinanzjata b’din id-Deċiżjoni. Għandu jiġi ppreżentat ukoll rapport finali fi żmien tliet xhur wara t-twettiq ta’ l-azzjoni. Il-Kummissjoni tiddetermina l-forma u l-kontenut tar-rapporti.

2. Tul ħames snin wara l-ħlas finali relatat ma’ kwalunkwe azzjoni, il-benefiċjarju ta’ l-appoġġ finanzjarju għandu jżomm għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni kull dokument ġustifikattiv relatat ma’ l-ispejjeż li għandhom x’jaqsmu ma’ l-azzjoni.

3. Il-Kummissjoni għandha tieħu kull pass ieħor meħtieġ biex tivverifika li l-proġetti ffinanzjarji huma mmexxija kif suppost u fi qbil mad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Deċiżjoni u tar-Regolament Finanzjarju (ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002, tal-25 ta’ Ġunju 2002).

Artikolu 14 Monitoraġġ u evalwazzjoni

Il-Kumissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali u lill-Kumitat tar-Reġjuni, sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2009, rapport dwar l-implimentazzjoni, ir-riżultati u l-evalwazzjoni globali tal-miżuri previsti fl-Artiklu 3 ta’ din id-Deċiżjoni sabiex isservi ta' bażi għal politika, għall-miżuri u għall-azzjonijiet ta' l-Unjoni Ewropea f'dan il-qasam ’il quddiem.

Artikolu 15 Dħul fis-seħħ

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fl-20 jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha fil- Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea .

Artikolu 16

Din id-Deċiżjoni hi indirizzata lill-Istati Membri kollha.

Magħmula fi Brussell,

Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill

Il-President Il-President

ANNESS

MIŻURI INDIKATI FL-ARTIKOLU 3

B A) KOFINANZJAMENT TA’ AZZJONIJIET FUQ SKALA KOMUNITARJA

Numru limitat ta’ azzjonijiet emblematiċi fuq livell Ewropew maħsuba għall-għarfien, b’mod partikolari fost iż-żgħażagħ, ta’ l-għanijiet tas-Sena Ewropea tad-Djalogu Interkulturali jistgħu jibbenefikaw minn sussidju Komunitarju, li jista’ jlaħħaq massimu ta’ 80 % ta’ l-ispejjeż totali

Dawn l-azzjonijiet jistgħu jkunu avvenimenti partikolari, kif ukoll avveniment Komunitarju ta’ ftuħ u ta’ għeluq tas-Sena Ewropea tad-Djalogu Interkulturali b’kooperazzjoni mal-Presidenzi fil-kariga tul is-sena 2008 .

Ir-riżorsi finanzjarji ddedikati għal azzjonijiet fuq skala kommunitarja m’għandhomx jaqbżu t-30% tal-baġit globali.

A B) AZZJONIJIET FUQ SKALA KOMMUNITARJA

Numru limitat ta’ azzjonijiet emblematiċi fuq livell Ewropew maħsuba għall-qawmien ta’ kuxjenza, b’mod partikolari fost iż-żgħażagħ, ta’ l-għanijiet tas-Sena Ewropea tad-djalogu Interkulturali jistgħu jibbenefikaw minn sussidju Komunitarju, li jista’ jlaħħaq massimu ta’ 80 % ta’ l-ispejjeż totali.

Dawn l-azzjonijiet jistgħu jkunu avvenimenti partikolari, kif ukoll avveniment Komunitarju ta’ ftuħ u ta’ għeluq tas-Sena Ewropea tad-Djalogu Interkulturali b’kooperazzjoni mal-presidenzi fil-kariga tul is-sena 2008.

1) Kampanji ta’ tagħrif u ta’ promozzjoni li jinkludu:

(a) id-disinn ta’ logo u ta’ slogans għas-Sena Ewropea tad-Djalogu Interkulturali, li ser ikunu assoċjati ma’ kull attività marbuta magħha;

5. kampanja ta’ informazzjoni kkoordinata f’livell ta’ Komunità u artikolata fl-Istati Membri, li tibni fuq l-aqwa għemil ta’ djalogu interkulturali f’kull livell f’pożizzjoni ta’ livell nazzjonali;

6. kooperazzjoni mas-settur privat, mal-mezzi tax-xandir, ma’ l-istituzzjonijiet edukattivi , ma’ xandara u ma’ imsieħba oħra fix-xandir mis-soċjetà ċivili biex ixandru biex ixandru informazzjoni dwar is-Sena Ewropea tad-Djalogu Interkulturali;

7. id-disinn ta’ logo u ta’ slogans għall-użu in konnessjoni ma’ kull attività marbuta mas- Sena Ewropea tad-Djalogu Interkulturali, u l-produzzjoni ta’ għodod ta’ promozzjoni li għandhom ikunu disponibbli fil-Komunità kollha kemm hi

8. miżuri xierqa għall-publikazzjoni tar-riżultati u biex jitgħolla l-profil tal- programmi, ta’ l-azzjonijiet u ta’ l-inizjattivi tal-Komunità li jagħtu sehem lill- għanijiet tas-Sena Ewropea tad-Djalogu Interkulturali u biex jipprovdu ħarfien Ewropew għall-aqwa għemil;

9. il-produzzjoni ta’ għodod u mezzi tax-xandir disponibbli fil-Komunità kollha biex tqajjem l-interess tal-pubbliku;

10. miżuri xierqa li jgħarrfu r-riżultati u jgħollu l-profil tal-programmi, azzjonijiet u inizjattivi Komunitarji li jikkontribwixxu għall-għanijiet tas-Sena Ewropea tad-Djalogu Interkulturali ;

11. inizjattivi xierqa ta’ l-istituzzjonijiet edukattivi kif ukoll tal-pubbliku ġenerali bl-għan li jixxandar it-tagħrif dwar is-Sena Ewropea tad-Djalogu Interkulturali;

12. it-tqassim ta’ materjal tat-tagħlim u ta’ l-għodod maħsuba primarjament għall-istituzzjonijiet edukattivi li jippromwovu skambji dwar diversità kulturali u djalogu interkulturali;

13. it-twaqqif ta' portal fuq l-internet sabiex l-azzjonijiet kollha fil-qasam tad-djalogu interkulturali jkunu aċċessibbli lill-pubbliku in ġenerali u sabiex jiggwida websajt ta’ tagħrif, fuq il-websajt Europa, kif ukoll portal għall- lill-promoturi tal-proġetti relatati mad-djalogu interkulturali sabiex imexxuhom permezz tal-programmi u azzjonijiet Komunitarji varji u relevanti.

2) Azzjonijiet oħra:

Stħarriġ u studji fuq livell Komunitarju, sabiex isiru l-evalwazzjoni u r-relazzjoni dwar it-tħejjija, l-effiċjenza, l-impatt Konsultazzjoni ma' netwerks transnazzjonali u partijiet oħra interessati tas-soċjetà ċivili (bl-użu ta' strumenti bħal ma huma laqgħat fuq skala żgħira, dibattiti, stħarriġ u studji) sabiex issir evalwazzjoni u rapport dwar l-effikaċja u l-impatt tas-Sena Ewropea tad-Djalogu Interkulturali sabiex tiġi stabbilita l-bażi l-immonitorjar għas-segwitu tagħha fit-tul. għas-Sena Ewropea għad-Djalogu Interkulturali.

3) B’mod ġenerali l-finanzjament se jieħu l-forma ta’ xiri dirett ta’ prodotti u servizzi permezz ta’ sejħiet ta’ offerti miftuħa u/jew limitati. Jista’ jieħu wkoll il-forma ta’ sussidji

Ir-riżorsi finanzjarji ddedikati għall-kampanji ta’ informazzjoni u promozzjoni m’għandhomx jaqbżu l-40% tal-baġit globali.

C) KOFINANZJAMENT TA’ AZZJONIJIET FUQ LIVELL NAZZJONALI

Azzjonijiet fuq livell nazzjonali li għandhom dimensjoni Ewropea qawwija jistgħu jissodisfaw il-kondizzjonijiet meħtieġa biex jibbenefikaw minn għajnuna Komunitarja, sa mhux aktar minn 50% ta’ l-infiq totali

Dawn l-azzjonijiet jistgħu jkunu marbuta b’mod partikolari mal-kofinanzjament ta’ inizjattiva nazzjonali f’kull Stat Membru.

D) AZZJONIJIET LI MA JIBBENEFIKAWX MILL-EBDA GĦAJNUNA FINANZJARJA KOMUNITARJA

Il-Komunità tista’ toffri appoġġ mhux finanzjarju, fost oħrajn l-awtorizzazzjoni bil-miktub għall-użu tal-logo, meta jkun lest u materjali oħra assoċjati mas-Sena Ewropea tad-Djalogu Interkulturali, għal inizjattivi ta’ entitajiet pubbliċi jew privati, sakemm dawn ta’ l-aħħar jistgħu jiggarantixxu lill-Kummissjoni li l-inizjattivi kkonċernati huma jew se jitwettqu tul is-sena 2008 u li aktarx li jikkontribwixxu b’mod sinifikanti għat-twettiq ta’ l-għanijiet tas-Sena Ewropea tad-Djalogu Interkulturali. L-inizjattivi organizzati f’pajjiżi terzi flimkien jew b’kooperazzjoni mas-Sena Ewropea tad-Djalogu Interkulturali, mingħajr ma jkunu megħjuna finanzjarment minnha, jistgħu jibbenefikaw huma ukoll mill-għajnuna mhux finanzjarja tal-Komunità u jużaw il-logo u materjal ieħor assoċjat mas-Sena Ewropea tad-Djalogu Interkulturali.

DIKJARAZZJONI LEĠIZLATTIVA FINANZJARJA

1. ISEM TAL-PROPOSTA EMENDATA: Sena Ewropea tad-Djalogu Interkulturali

2. QAFAS ABM/ABB

Qasam(Oqsma) politiku(ċi) u attività(jiet) assoċjata(i):

Qasam politiku:Edukazzjoni u Kultura

Attività: Kultura u ilsna

3. LINJI TAL-BAĠIT

3.1. Linji tal-baġit (linji ta’ tħaddim u linji marbuta magħhom ta’ għajnuna teknika u amministrattiva (il-linji BA l-qodma)), kif ikoll l-intestaturi tagħhom:

15.04.02.04 Sena Ewropea tad-Djalogu Interkulturali

3.2. Perjodu ta’ l-azzjoni u impatt finanzjarju:

01.01.2007 – 31.12.2008

3.3. Karattersitiċi tal-baġit (żid il-linji fejn meħtieġ):

Linji tal-Baġit | Tip ta’ nfiq | Ġdid | Parteċipazzjoni EFTA | Parteċipazzjoni pajjiżi kandidati | Intestatura fil-Perspettiva Finanzjarja |

15.04.02.04 | NCE | DA | IVA | LE | LE | 3 |

4. SINTEŻI TAR-RIŻORSI

Ara l-proposta inizjali

5. KARATTERISTIĊI U GĦANIJIET

5.1. Twettiq meħtieġ għal medda ta’ żmien qasira jew fit-tul

Ara l-punt 1 tal-memorandum ta’ spjegazzjoni tal-proposta għal Deċiżjoni.

5.2. Valur miżjud ta’ l-involviment Komunitarju u koerenza tal-proposta ma’ strumenti oħra finanzjarji u singerġija possibbli.

L-għanijiet tas-sena, filwaqt li jimmiraw għal kull ċittadin, se jintlaħqu aħjar u se jkollhom aktar effett fil-livell Komunitarju milli f’dak ta’ l-Istati Membri. L-azzjonijiet maħsuba ma jmorrux lil hinn minn dak li hu meħtieġ sabiex jinkisbu dawn l-għanijiet, skond il-prinċipju ta’ sussidjarjetà.

Il-Kummissjoni se tiżgura li l-attivitajiet iffinanzjati mis-Sena se jkunu komplementari ma’ intervenzjonijiet Komunitarji oħra f’oqsma bħall-Fondi Strutturali, l-edukazzjoni, il-kultura, iż-żgħażagħ, iċ-ċittadinanza, l-impjieg, l-affarijiet soċjali, l-opportunitajiet indaqs, l-immigrazzjoni, il-promozzjoni ta’ drittijiet fondamentali u l-ġlieda kontra r-raziżmu u l-ksenofobija, il-promozzjoni ta’ l-ugwaljanza sesswali, il-politika awdjoviżiva u r-riċerka. Il-komplementarjetà mas-Sena Ewropea ta’ l-Opportunitajiet Indaqs għal Kulħadd se tkun importanti b’mod partikolari biex tiżgura li dawn is-Sentejn jappoġġaw lilhom infushom fl-għanijiet u l-azzjonijiet tagħhom.

5.3. L-għanijiet, ir-riżultati mistennija u l-indikaturi marbuta tal-proposta fil-kuntest tal-qafas ta’ l-ABM

Ara l-Artikoli 2 u 3 tal-proposta għal Deċiżjoni kif ukoll l-anness rilevanti.

5.4. Metodu ta’ implimentazzjoni (indikattivi)

Indika hawn isfel il-metodu(i) [7] ta’ implimentazzjoni magħżula.

x Immaniġġjar ċentralizzat

x direttament mill-Kummissjoni

( indirettament b’delega lil

( l-aġenziji eżekuttivi,

( l-entitajiet imwaqqfa mill-Komunitjiet, bħal dawk imsemmija fl-Artikolu 185 tar-Regolament Finanzjarju,

( l-entitajiet pubbliċi nazzjonali/entitajiet b’missjoni ta’ servizz pubbliku.

( Tmexxija maqsuma jew deċentralizzata

( ma’ l-Istati Membri

( mal-pajjiżi terzi

( Immaniġġjar konġunt ma’ l-organizzazzjonijiet internazzjonali (għandha tiġi speċifikata)

6. MONITORAĠĠ U EVALWAZZJONI

6.1. Sistema ta’ monitoraġġ

Ikun jiswa lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri li jiżguraw il-koerenza tal-miżuri finanzjati. Din il-ħidma ta’ monitoraġġ għandha tiffavorixxi l-kwalità ta’ l-azzjonijiet appoġġati u l-koerenza tagħhom ma’ l-għanijiet tas-Sena. Id-disinn ta’ qafas ta’ monitoraġġ se jkun primarjament ir-responsabbiltà tal-Kummissjoni, b’konsultazzjoni ma’ l-Istati li jieħdu sehem. Is-sistemi ta’ monitoraġġ għandhom jitħaddmu skond ir-responsabbiltajiet għall-finanzjament ta’ l-attivitajiet. It-tabella ta’ hawn taħt tipprovdi xi eżempji ta’ indikaturi.

Għanijiet | Indikaturi (indikativi) |

Ġenerali |

Il-promozzjoni tad-djalogu interkulturali bħala strument biex jgħin liċ-ċittadini Ewropej u n-nies kollha li jgħixu fl-UE, temporanjament jew għal dejjem, biex jiksbu għerf, ħiliet u snajja’ li jippermettulhom ilaħħqu ma’ ambjent aktar miftuħ, għalkemm ukoll aktar kumpless u li jlaħħqu mad-diffikultajiet potenzjali tiegħu sabiex jieħdu vantaġġ mill-opportunitajiet li toffri soċjetà diversa u dinamika, mhux biss fl-Ewropa imma wkoll fid-dinja li jippromwovu d-djalogu interkulturali bħala proċess li fih dawk kollha li jgħixu fl-Unjoni Ewropea jistgħu jtejbu l-kapaċità tagħhom li jlaħħqu ma’ ambjent kulturali iżjed miftuħ iżda ukoll iżjed kumpless fejn fl-Istati Membri differenti kif ukoll f’kull Stat Membru jeżistu flimkien identitajiet kulturali u twemmin differenti; | Numru u tip ta’ l-inizjattivi ffinanzjati jew sponsorjati mis-Sena. Bidla fil-perċezzjonijiet tan-nies li ħadu sehem fl-attivitajiet tas-Sena |

Il-qawmien tal-kuxjenza taċ-ċittadini Ewropew u tan-nies kollha li jgħixu fl-Ewropea dwar l-importanza li tiġi żviluppata ċittadinanza Ewropea attiva, b’attitudni miftuħa lejn id-dinja, li tirrispetta d-diversità kulturali u msejsa fuq il-valuri komuni ta’ l-Unjoni Ewropea ta’ rispett għad-dinjità umana, libertà, ugwaljanza, ta’ nuqqas ta’ diskriminazzjoni u ta’ solidarjetà, t tal-prinċipji tad-demokrazija u l-ħakma tad-dritt kif ukoll ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem fosthom id-drittijiet tal-persuni li jagħmlu parti mill-minoranzi. li jqajmu kuxjenza f’dawk kollha li jgħixu fl-Unjoni Ewropea, b’mod partikolari fiż-żgħażagħ dwar l-importanza li tiġi żviluppata ċittadinanza Ewropea attiva li tkun miftuħa għad-dinja, tirrispetta d-diversità kulturali u tkun ibbażata fuq il-valuri komuni ta’ l-Unjoni Ewropea kif imfissra fl-Artiklu 6 tat-Trattat ta’ l-UE u fil-Karta tad-Drittijiet Fondamentali ta’ l-Unjoni Ewropea | Numru ta’ ċittadini li qegħdin jieħdu sehem f’avvenimenti li għandhom x’jaqsmu mas-Sena. Bidla fil-perċezzjonijiet tal-parteċipanti li ħadu sehem fl-attivitajiet tas-Sena, speċjalment taż-żgħażagħ |

b’enfasi fuq il-kontribut tal-kulturi differenti u ta’ l-espressjonijiet ta’ diversità kulturali fil-patrimonju u fil-mod ta’ ħajja ta’ l-Istati Membri ta’ l-Unjoni Ewropea; | Id-diversità kulturali riflessa fl-avvenimenti marbuta mas-Sena |

Indikaturi | Speċifiċi |

Żieda fl-importanza u fil-konsistenza tal-programmi u l-azzjonijiet Komunitarji kollha li jikkontribwixxu għall-promozzjoni tad-djalogu interkulturali li jgħollu l-profil u jżidu l-koerenza tal-programmi u ta’ l-azzjonijiet tal-Komunità kollha li jikkontribwixxu għad-djalogu interkulturali u li jippromwovuhom | Aċċess għall-użu ta’ l-għodod ta’ tagħrif stabbiliti u mxerrda mis-Sena dwar programmi rilevanti Komunitarji ; Kuxjenza fost il-parteċipanti fl-attivitajiet tas-Sena dwar dawn il-programmi u azzjonijiet |

Li jissottolinja l-kontribut tal-kulturi differenti lill-patrimonju u mod ta’ ħajja tagħna; li jqajmu kuxjanza taċ-ċittadini Ewropej u ta’ kull min igħix fl-UE, b’mod partikolari taż-żgħażagħ, dwar l-importanza ta’ l-esplorazzjoni flimkien tal-mezzi li għandhom jitħaddmu biex tiġi żviluppata, permezz tad-djalogu interkulturali, ċittadinanza Ewropea attiva, b’atteġġament miftuħ għad-dinja li tirrispetta d-diversità kulturali u bbażata fuq valuri komuni ta’ l-Unjoni Ewropea. li jfittxu li jqajmu kuxjenza f’dawk kollha li jgħixu fl-Unjoni Ewropea, b’mod partikolari fiż-żgħażagħ dwar l-importanza tad-djalogu interkulturali fil-ħajja ta’ kuljum | Bidla fil-perċezzjonijiet tan-nies li ħadu sehem fl-attivitajiet tas-Sena, (speċjalment taż-żgħażagħ); Il-firxa u t-ton tal-kopertura ta’ l-istampa u tal-mezzi tax-xandir ta’ l-avvenimenti (kwalitattivi u kwantitattivi); |

li jaħdmu biex jidentifikaw, jaqsmu flimkien u jagħtu għarfien Ewropew viżibbli lill-aqwa għemil fil-promozzjoni tad-djalogu interkulturali fl-Unjoni Ewropea kollha; | Numru ta’ l-aqwa għemil valorizzat matul is-Sena. Viżibilità ta’ l-aqwa għemil milħuq f’livell Ewropew |

li jrawwmu r-rwol ta’ l-edukazzjoni bħala mezz importanti fit-tagħlim dwar id-diversità, li żid il-komprensjoni ta’ kulturi oħra u li tiżviluppa ħiliet u l-aqwa għemil soċjali u tisħaq fuq ir-rwol ċentrali tal-mezzi tax-xandir fil-promozzjoni tal-prinċipju ta’ l-ugwaljanza u tal-komprensjoni reċiproka. | Numru ta’ inizjattivi jinvolvu dimensjoni edukattiva Tibdil fil-perċezzjonijiet ta’ parteċipanti żgħażagħ fl-attivitajiet tas-Sena |

Il-kontribuzzjoni għall-innovazzjoni u għad-dimensjoni orrizontali u trans-settorjali ta’ l-approċċi li għandhom l-għan jippromwovu d-djalogu interkulturali, b’mod partikolari fost iż-żgħażagħ. li jagħtu sehem fl- esplorazzjoni ta’ approċċi ġodda fid-djalogu interkulturali, li jinvolvu kooperazzjoni bejn firxa wiesgħa ta’ min għandu interess minn setturi differenti | Numru ta’ proġetti li jinvolvu promuturi jew netwerks minn setturi differenti |

Indikaturi | Operattivi |

Tagħrif u kampanji ta’ qawmien ta’ kuxjenza fuq livell Ewropew: | Numru u tip ta’ tagħrif u attivitajiet ta’ promozzjoni Titjib tal-kuxjenza fost il-pubbliku, b’mod partikolari fost iż-żgħażagħ Kopertura tal-mezzi tax-xandir ta’ l-avvenimenti appoġġati mis-Sena; % tal-popolazzjoni milħuqa Produzzjoni ta’ l-għodod biex iħeġġu l-interess tal-pubbliku in ġenerali; |

Stħarriġ u studji: | Kopertura tal-pubblikazzjoni ta’ l-istħarriġ u studju dwar it-tema tas-Sena |

Avvenimenti u inizjattivi fuq livell Komunitarju : | Numru ta’ avvenimenti organizzati u sehem mill-appoġġ tal-Komunità; Kopertura ta’ l-avvenimenti mill--mezzi tax-xandir; Numru tan-nies li ħadu sehem fl-avvenimenti appoġġati mis-Sena ( b’mod partikolari ż-żgħażagħ) Titjib fil-kuxjenza tal-pubbliku Proporzjon tal-baġit totali użat sabiex jiġi appoġġat dan l-għan operattiv (mira indikattiva: 24 30 %) |

Avvenimenti u inizjattivi fuq livell nazzjonali : | Numru ta’ avvenimenti organizzati u sehem mill-appoġġ tal-Komunità; Kopertura ta’ inizjattivi nazzjonali mill--mezzi tax-xandir Effet multiplikatur (numru ta’ azzjonijiet u inizjattivi fuq livell nazzjonali, reġjonali u lokali sponsorjati imma mhux iffinanzjati mis-Sena) Proporzjon tal-baġit totali użat sabiex jiġi appoġġat dan l-għan operattiv (mira indikattiva: 25 30 %) |

L-indikaturi se jiġu evalwati fuq il-bażi ta’ tagħrif miġbur minn għejun differenti: tagħrif miġbur permezz ta’ stħarriġ u gruppi li jiffukaw fuq temi speċifiċi, l-evalwazzjoni kontinwa tas-Sena, u data miġbura mill-entitajiet nazzjonali u maniġers tal-programmi KE rilevanti.

6.2. Evalwazzjoni

6.2.1. Evalwazzjoni ex-ante

L-evalwazzjoni ex-ante tas-Sena Ewropea hi mehmuża ma’ din il-proposta għal Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

6.2.2. Miżuri meħuda wara evalwazzjoni intermedja/ ex-post (lezzjonijiet miksuba minn esperjenzi simili ta’ l-imgħoddi )

Se tidnieda evalwazzjoni esterna fis-sena qabel is-Sena Ewropea (2007) sabiex issegwi l-monitoraġ mwettaq fuq is-Sena u tipprovdi r-riżultati temporanji jekk meħtieġ. Ir-riżultati ta’ din l-evalwazzjoni għandhom ikunu disponibbli għal nofs is-sena 2009.

7. MIŻURI KONTRA L-FRODI

Ikkonsulta l-Artikoli 12 u 13 tal-proposta għal Deċiżjoni.

8. DETTALJI TAR-RIŻORSI

8.1. Għanijiet tal-proposta f’termini ta’ l-spiża finanzjarja tagħhom

Impenn ta’ approprijazzjonijiet f’miljuni ta’ EUR (sa 3 postijiet deċimali)

((Intestaturi ta’ l-Għanijiet, azzjoniiet u ħriuġ għandhom ikunu pprovduti |Tip ta’ ħruġ |Spiża medja

| 2007 |2008 |2009 |2010 |2011 |Sena n+4 u wara | TOTAL | | | | |Numru |Spiża totali |Numru |Spiża totali |Numru |Spiża totali |Numru |Spiża totali |Numru |Spiża totali |Numru |Spiża totali |Nru. Outputs |Spiża Totali | | Azzjoni A: Miżuri fuq livell Komunitarju | Kampanji ta’ tagħrif u ta’ promozzjonipromozzjoni |1.700 |1 |1.820 |1 |1.580 | | | | | | | | |2 |3.400 | | |Stħarriġ u studji |0.200 |1 |0.150 |2 |0.450 | | | | | | | | |3 |0.600 | | Azzjoni B: Kofinanzjament ta’ azzjonijiet fuq livell Komunitarju | Azzjonijiet emblematiċi fosthom avvenimenti ta’ ftuħ u għeluq |0.300 |2 |0.600 |8 |2.400 | | | | | | | | |10 |3.000 | | Azzjoni C: Kofinanzjament ta’ azzjonijiet fuq livell nazzjonali | Inizjattivi nazzjonali |0.120 |4 |.480 |21 |2.520 | | | | | | | | |25 |3.000 | | SPIŻA TOTALI | | |8 |3.0 |32 |7.000 | | | | | | | | |40 |10.000 | |

8.2 Kalkolu ta’ l-ispejjeż tal-miżuri

Azzjoni A: Miżuri kkofinanzjati fuq livell Komunitarju

Għadd limitat ta’ azzjonijiet emblematiċi fuq livell Ewropew għandhom jippermettu li titqajjem kuxjenzja, b’mod partikolari fost iż-żgħażagħ dwar l-għanijiiet tas-Sena Ewropea. Fost dawn l-azzjonijiet, l-avvenimenti ta’ ftuħ u ta’ għeluq tas-Sena se jitħejjew ma’ l-Istati Membri li jkunu fil-kariga tal-Presidenza ta’ l-Unjoni fl-2008.

L-ammont medju tal-kontribut Komunitarju għal dawn l-azzjonijiet (limitat għal 80% ta’ l-ispiża totali) hu stimat f’300 000 euro. Dan ikun ifisser baġit globali minimu ta’ 375 000 euro li jikkorrispondi, pereżempju, għall-ispiża ta’ l-organizzazzjoni ta’ avveniment ta’ jumejn li jgħaqqdu flimkien lil madwar 250 persuna.

In-numru baxx ta’ azzjonijiet maħsuba (għaxra) jippresupponi distribuzzjoni ġeografika tajba, diversità ta’ approċċi li jirriflettu d-diversità ta’ kwistjonijiet u ta’ oqsfa ta’ djalogu interkulturali kif ukoll tqassim bilanċjat tul is-sena biex jinżamm l-aqwa ritmu .

Azzjoni B: Miżuri fuq livell Ewropew

- Kampanji ta’ tagħrif u ta’ komunikazzjoni:

Is-Sena se tkun is-suġġett ta’ kampanja Komunitarja ta’ tagħrif u ta’ appoġġ għall-azzjoni, li se tikkonsisti fil-ħolqien ta’ logo u slogan jew diversi slogans, li ssawwar għodda u strumenti ta’ qawmien ta’ kuxjenza, li tikkoopera mal-mezzi tax-xandir, kif ukoll tippromwovi u tappoġġa l-lokalizzazzjoni tal-kampanja Komunitarja fl-Istati Membri. Attenzjoni partikolari se tingħata liż-żgħażagħ.

Il-kampanja għandha tinkludi wkoll miżuri xierqa biex tikkomunika r-riżultati u biex tgħolli l-profil tal-programmi, ta’ l-azzjonijiet u ta’ l-inizjattivi tal-Komunità li jikkontribwixxu għall-għanijiet tas-Sena Ewropea u għat-twaqqif ta’ sit ta’ informazzjoni fil-websajt Europa, inkluz portal għall-promoturi ta’ proġetti dwar id-djalogu interkulturali, biex jiggwidhom fil-programmi u azzjonijiet rilevanti tal-Komunità.

3 400 000 € hi stima raġonevoli ta’ l-ammont totali meħtieġ għall-azzjonijiet ta’ informazzjoni u komunikazzjoni tas-Sena.. Waqt li parti mit-3 400 000 € imorru għall-koordinament tal-kampanja f’livell Ewropew, il-biċċa l-kbira jiġu ddedikati għall-lokalizzazzjoni tal-kampanja f’livell nazzjonali u biex tiġi involuta s-soċjetà ċivili fil-proċess ta’ qawmien ta’ kuxjenza

- Stħarriġ u studji

Żewġ servejs Eurobarometer se jitwettqu sabiex iqisu l-impatt tas-Sena, wieħed qabel il-bidu ta’ din u l-ieħor lejn l-aħħar. Barra minn hekk, l-attivitajiet kollha stabbiliti fil-qafas tas-Sena se jkunu suġġetti għal evalwazzjoni, li se tkun is-suġġett ta’ rapport ippubblikat wara l-għeluq tas-Sena.

Azzjoni C: Attivitajiet fuq livell nazzjonali

Waqt li l-Unjoni Ewropea tista’ tipprovdi qafas għall-azzjonijiet ta’ qawmien ta’ kuxjenza, jeħtieġ li wieħed iqis li l-parti kbira tal-progress għandu jinkiseb b’intervent attiv ta’ l-Istati Membri nfushom. Dan l-intervent se jkun faċilitat bl-organizzazzjoni ta’ azzjoni kbira jew ta’ avveniment maħsub li jkollu l-effett li jimmobilizza lis-soċjetà ċivili f’livell nazzjonali b’dimensjoni Ewropea qawwija.

Dawn l-azzjonijiet għandhom jissawwru b’mod li jaġixxu b’sinerġija ma’ l-azzjoni Komunitarja ppreżentata hawn fuq. L-għajnuna pprovduta se tieħu l-forma ta’ sussidji sa 50% tal-baġit globali ta’ l-azzjoni jew ta’ l-avveniment. L-ammont medju tal-kontribut Komunitarju hu stimat f’120 000 €.

8.3. Spejjeż amministrattivi–ara l-proposta inizjali

[1] ĠU C 49, tat-28.02.2006, p. 44.

[2] ĠU C [...], ta' [...], p. [...].

[3] ĠU C [...], ta' [...], p. [...].

[4] ĠU C [...], ta' [...], p. [...].

[5] Ara l-komunika tal-Kummissjoni lill-Kunsill, lill-Parlament Ewropew, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar id-djalogu tas-soċjetà ċivili bejn l-UE u l-pajjiżi kandidati tad- 29.6.2005 – COM(2005) 290.

[6] ĠU C 172, 18.6.1999, p.1.

[7] Jekk diversi modalitajiet huma indikati, jekk jogħġbok agħti speċifikazzjonijiet fil-parti “Rimarki” ta’ dan il-punt.

Top