Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52006PC0477

    Proposta għal Regolament (EURATOM, KE) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-trażmissjoni ta' data suġġetta għall-konfidenzjalitàstatistika lill-Uffiċċju ta' l-Istatistika tal-Komunitajiet Ewropej (Verżjoni kkodifikata)

    /* KUMM/2006/0477 finali - COD 2006/0159 */

    52006PC0477

    Proposta għal Regolament (EURATOM, KE) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-trażmissjoni ta' data suġġetta għall-konfidenzjalitàstatistika lill-Uffiċċju ta' l-Istatistika tal-Komunitajiet Ewropej (Verżjoni kkodifikata) /* KUMM/2006/0477 finali - COD 2006/0159 */


    [pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ |

    Brussel 4.9.2006

    KUMM(2006) 477 finali

    2006/0159 (COD)

    Proposta għal

    REGOLAMENT (EURATOM, KE) TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

    dwar it-trażmissjoni ta' data suġġetta għall-konfidenzjalitàstatistika lill-Uffiċċju ta' l-Istatistika tal-Komunitajiet Ewropej (Verżjoni kkodifikata)

    (preżentata mill-Kummissjoni)

    MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

    1. Fl-isfond ta’ Ewropa għall-poplu, il-Kummissjoni tisħaq li tissimplifika u tiċċara il-liġi tal-Komunità sabiex tkun iktar ċara u iktar aċċessibbli liċ-ċittadin komuni u b’hekk toffrilu aktar opportunitajiet u ċ-ċans li juża d-drittijiet speċifiċi li tagħtih.

    Ma jistax jintlaħaq dan il-għan sakemm il-bosta dispożizzjonijiet li ġew emendati ħafna drabi, u ta’ sikwit, b’mod sostanzjali, jibqgħu imferxin bejn l-att oriġinali u atti segwenti li jemendaw l-oriġinali. Hemm bżonn għalhekk ta’ riċerka mdaqqsa li tqabbel ħafna atti differenti ma’ xulxin sabiex jiġu identifikati r-regoli preżenti.

    Għalhekk hu essenzjali li ssir kodifikazzjoni ta’ regoli li ġew emendati ta’ sikwit sabiex il-liġi tal-Komunita tkun ċara u trasparenti.

    2. Għalhekk fl-1 ta’ April 1987 il-Kummissjoni ddeċidiet[1] li tordna lill-persunal tagħha li kull att leġislattiv għandu jiġi kodifikat wara mhux iktar minn għaxar emendi, u tenfasizza li din hi kundizzjoni minima u li d-dipartimenti għandhom jippruvaw li jikkodifikaw it-testi li huma responsabbli għalihom anke wara inqas emendi biex jiżguraw li r-regoli tal-Komunita huma ċari u jinftiehmu malajr.

    3. Il-Konklużjonijiet tal-Presidenza tal-Kunsill Ewropew ta’ Edinburgu (Diċembru 1992) ikkonfermaw dan[2], waqt li saħqu l-importanza tal- kodifikazzjoni għaliex tagħti ċertezza għal-liġi applikabbli.

    Il-kodifikazzjoni għandha sseħħ skond il-proċedura normali leġislattiva tal-Komunita.

    Peress illi l-ebda bidla sostanzjali ma tista ssir lill-atti li jiġu kodifikati , il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni qablu permezz ta’ ftehim interistituzzjonali tal-20 ta’ Diċembru 1994 li jistgħu jużaw proċedura mgħaġġla għall-adozzjoni bikrija ta’ atti ta’ kodifikazzjoni.

    4. L-għan ta’ din il-proposta hi li sseħħ il- kodifikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KEE) Nru 1588/90 ta’ l-11 ta’ Ġunju 1990 dwar it-trażmissjoni ta' data suġġetta għall-konfidenzjalità statistika lill-Uffiċċju ta' l-Istatistika tal-Komunitajiet Ewropej [3] . Ir-Regolament l-ġdid jissostitwixxi l-atti varji inkorporati fih[4]; hu jżomm il-kontenut kollu ta’ l-atti li qed jiġu kodifikati u għalhekk kull ma jagħmel hu li jgħaqqadhom bl-emendi formali biss kif meħtieġ mill-eżerċizzju ta’ kodifikazzjoni nnifsu.

    5. Din il-proposta tal- kodifikazzjoni tfasslet abbażi ta’ konsolidazzjoni preliminarja fl-ilsna kollha uffiċjali tar-Regolament (Euratom, KEE) Nru 1588/90 u ta’ l-atti li jemendawh, magħmula mill-Uffiċċju għall-Pubblikazzjonijiet Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej permezz ta’ sistema ta’ pproċessar ta’ data . Fejn l-artikoli ngħataw numri ġodda, il-korrelazzjoni bejn in-numri ġodda u qodma tidher fit-tabella misjuba fl-Anness II tar-Regolament kkodifikat.

    ê 1588/90 (adattat)

    2006/0159 (COD)

    Proposta għal

    REGOLAMENT (EURATOM, KE) TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

    dwar it-trażmissjoni ta' data suġġetta għall-konfidenzjalitàstatistika lill-Uffiċċju ta' l-Istatistika tal-Komunitajiet Ewropej

    (test b’rilevanza ŻEE)

    IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidraw t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu Ö 285 Õ tiegħu,

    Wara li kkunsidraw t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika, u b'mod partikolari l-Artikolu 187 tiegħu,

    Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,

    Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew[5],

    Filwaqt li jaġixxi skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat[6]

    Billi:

    ê

    1. Ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KEE) Nru 1588/90 ta’ l-11 ta’ Ġunju 1990 dwar it-trażmissjoni ta' data suġġetta għall-konfidenzjalitàstatistika lill-Uffiċċju ta' l-Istatistika tal-Komunitajiet Ewropej[7] ġiet emendata kemm-il darba[8] b’mod sostanzjali. Għal iktar ċarezza u razzjonalità, l-imsemmi Regolament għandu jiġi kkodifikat.

    ê 1588/90 Premessa 1 (adattat)

    2. Biex tkun tista' twettaq id-dmirijiet tagħha fdati lilha mit-Trattati, il-Kummissjoni għandha jkollha informazzjoni kompluta u ta' min jorbot fuqha. Fl-interess ta’ amministrazzjoni effiċjenti, l-Uffiċċju ta' l-Istatiska tal-Komunitajiet Ewropej, hawnhekk iżjed 'l quddiem imsejjaħ l Ö «Eurostat» Õ, għandu jkun jista' jikseb l-informazzjoni kollha nazzjonali statistika meħtieġa sabiex jipprepara l-istatistika tal-Komunità u jwettaq l-analiżi meħtieġa.

    ê 1588/90 Premessa 2 (adattat)

    3. L-Artikolu Ö 10 Õ tat-Trattat tal-KEE u l-Artikolu 192 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika, hawnhekk iżjed 'l quddiem imsejjaħ it-«Trattat Euratom», jeħtieġ li l-Istati Membri jiffaċilitaw il-ksib tal-kompiti tal-Komunità. Din l-obbligazzjoni testendi għall-provvista ta' l-informazzjoni kollha meħtieġa għal dan il-għan. Ö Barra minn hekk Õ in-nuqqas ta' data konfidenzjali statistika tikkostitwixxi Ö għal-Eurostat Õ telf konsiderevoli ta' informazzjoni fil-livell tal-Komunità u jagħmilha diffiċili li titħejja statistika u li jitwettqu l-analiżi tal-Komunità.

    ê 1588/90 Premessa 3 (adattat)

    4. L-Istati Membri Ö m’għandhomx Õ raġuni biex jinvokaw id-dispożizzjonijiet dwar konfidenzjalità statistika Ö minħabba li l-Eurostat Õ toffri l-istess garanziji ta' konfidenzjalità ta' data bħal dawk ta' l-istituti nazzjonali statistiċi. Dawn il-garanziji huma diġà sa ċertu punt stabbiliti fit-Trattati tal-Komunità notevolment fl-Artikolu Ö 287 Õ tat-Trattat tal-KE u l-Artikolu 194(1) tat-Trattat Euratom, Ö kif ukoll l-Artikolu 17 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom, ECSC) Nru. 259/68 tad-29 ta’ Frar 1968, li jistabilixxi r-Regolamenti tal-Persunal ta’ l-uffiċjali u l-kondizzjonijiet ta’ impjiegi ta’ uffiċjali oħra tal-Komunitajiet Ewropej,[9] Õ u jistgħu jiġu sostnuti b'miżuri adattati taħt dan ir-Regolament.

    ê 1588/90 Premessa 6

    5. Kull ksur tal-konfidenzjalità statistika koperta b'dan ir-Regolament għandu jiġimrażżan b'mod effettiv, ikun min ikun dak l-awtur.

    ê 1588/90 Premessa 7 (adattat)

    6. Kull ksur tar-regoli li jorbtu uffiċjali u persunal oħra li jaħdmu Ö għall-Eurostat Õ, sew jekk magħmul xjentement jew minħabba negliġenza, jirrendihom responsabbli għal sanzjonijiet dixxiplinarji u, fejn xieraq, penalitajiet legali għall-ksur tas-segretezza professjonali, bis-saħħa tad-dispożizzjonijiet maqgħuda ta' l-Artikoli 12 u 18 tal-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Komunitajiet Ewropej Ö [10] Õ.

    ê 1588/90 Premessa 8 (adattat)

    7. Skond l-Artikolu Ö 288 Õ tat-Trattat tal-KEE u l-Artikolu 188 tat-Trattat ta’ l-Euratom, il-Komunità għandha tagħmel tajjeb għal kull ħsara kawżata mill-istituzzjonijiet tagħha jew mill-impjegati tagħha fit-twettieq tad-dmirijiet tagħhom.

    ê 1588/90 Premessa 9 (adattat)

    8. Dan ir-Regolament japplika biss għat-trasmissjoni Ö lill-Eurostat Õ ta' data statistika li, fil-qasam tal-kompetenza ta' l-istituti nazzjonali ta' l-istatistika, huma koperti bil-konfidenzjalità statistika, u ma jeffettwax id-dispożizzjonijiet nazzjonali jew tal-Komunità li jirrelataw mat-trasmissjoni ta' tipi oħra ta' informazzjoni lill-Kummissjoni.

    ê 1588/90 Premessa 10 (adattat)

    9. Dan ir-Regolament għandu jiġi adottat mingħajr preġudizzju għall-Artikolu Ö 296(1)(a) Õ tat-Trattat KE, li taħtu ebda Stat Membru ma huwa meħtieġ li jipprovdi informazzjoni li l-kxif tagħha jitqies minnu bħala kuntrarju għall-interessi essenzjali tas-sigurtà tiegħu.

    ê 1588/90 Premessa 13 (adattat)

    10. L-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet li jinsabu f'dan ir-Regolament, u b'mod partikolari dawk maħsuba li jiżguraw il-protezzjoni ta' data konfidenzjali statistika trasmessa Ö lill-Eurostat Õ, teħtieġ riżorsi umani, tekniċi u finanzjarji.

    ê

    11. Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament għandhom jiġu adottati skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tipprovdi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta' implimentazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni[11],

    ê 1588/90

    ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    1. L-għan ta' dan ir-Regolament huwa:

    ê 1588/90 (adattat)

    Ö (a) Õ biex jawtorizza lill-awtoritajiet nazzjonali biex jittrasmettu data statistika konfidenzjali lill-Uffiċju Statistiku tal-Komunitajiet Ewropej hawnhekk iżjed 'l quddiem imsejjaħ Ö il-Eurostat ; Õ

    Ö (b) Õ li jipprovdi garanzija li l-Kummissjoni tieħu l-miżuri kollha meħtieġa biex tiżgura l-konfidenzjalità tad- data hekk trasmessa.

    ê 1588/90

    2. Dan ir-Regolament għandu japplika biss għall-konfidenzjalità statistika. Huwa m'għandux jeffettwa dispożizzjonijiet speċjali, tal-Komunità jew nazzjonali li jissalvagwardjaw konfidenżjalità oħra apparti l-konfidenzjalità statistika.

    Artikolu 2

    Għall-għanijiet ta' dan ir-Regolament, l-espressjonijiet mogħtija hawn taħt huma definiti kif ġej:

    ê 322/97 Art. 21(2) (adattat)

    Ö (a) Õ data ta' statistika konfidenzjali: data mfissra fl-Artikolu 13 tar- Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 322/97[12];

    ê 1588/90 (adattat)

    Ö (b) Õ awtoritajiet nazzjonali: istituti nazzjonali statistiċi u korpi oħra nazzjonali responsabbli għall-ġbir u l-użu ta' statistika għall-Komunitajiet;

    Ö (ċ) Õ informazzjoni dwar il-ħajja privata ta' persuni naturali: informazzjoni dwar il-ħajja privata u tal-familja ta' persuni naturali kif definita bil-legiżlazzjoni jew prattiċi nazzjonali fl-Istati Membri varji;

    Ö (d) Õ użu għall-finijiet ta' statistika: użu esklussivament għall-kompilazzjoni ta' tabelli ta' statistika jew analiżi statistiċi ekonomiċi; ma jistgħux jintużaw għal għanijiet amministrattivi, legali ta' taxxa jew għall-verifikazzjoni kontra l-unitajiet mistħarrġa;

    Ö (e) Õ unità statistika: unità bażika li għaliha tirreferi d-data statistika trasmessa Ö lill-Eurostat Õ;

    Ö (f) Õ identifikazzjoni diretta: identifikazzjoni ta' unità statistika minn isimha jew l-indirizz, jew minn numru ta' identifikazzjoni uffiċjalment allokat u ppublikat;

    Ö (g) Õ identifikazzjoni indiretta: il-possibbiltà li tiġi dedotta l-identità ta' unità statistika minbarra mill-informazzjoni msemmija fil-punt Ö (f) Õ;

    Ö (h) Õ uffiċjali Ö ta’ l-Eurostat Õ: uffiċjali tal-Komunitajiet skond it-tifsira ta' l-Artikolu 1 tar-Regolamenti dwar Impiegi ta' Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej, li jaħdmu Ö fil-Eurostat Õ;

    Ö (i) Õ persunal oħra fil-Eurostat: persunal tal-Komunitajiet skond it-tifsira ta' l-Artikoli 2 sa 5 tal-Kondizzjonijiet ta' l-Impieg ta' Persunal Oħra tal-Komunitajiet Ewropej, li jaħdmu Ö fil-Eurostat Õ;

    Ö (j) Õ disseminazzjoni: il-provvista ta' data tkun xi tkun il-forma tagħha: pubblikazzjonijiet, aċċess għad-databases, microfiches, komunikazzjonijiet bit-telefon, eċċ.

    Artikolu 3

    1. L-awtoritajiet nazzjonali għandhom ikunu awtorizzati li jittrasmettu data konfidenzjali statistika Ö lill-Eurostat Õ.

    2. Ir-regoli nazzjonali dwar konfidenzjalità statistika ma jistgħux jiġu invokati biex jipprevjenu t-trasmissjoni ta' data konfidenzjali statistika Ö lill-Eurostat Õ fejn att tal-liġi tal-Komunita' li jirregola statistika tal-Komunità jipprovdi għat-trasmissjoni ta' dik id- data .

    3. It-trasmissjoni Ö lill-Eurostat Õ ta' data statistika konfidenzjali, skond it-tifsira tal-paragrafu 2, għandha titwettaq b’tali mod li l-unitajiet statistiċi ma jkunux jistgħu jiġu direttament identifikati. Dan ma jipprekludix l-ammissibilità ta' regoli ta' trasmissjoni aktar estensivi skond il-leġislazzjoni ta' l-Istati Membri.

    4. L-awtoritajiet nazzjonali m'għandhomx ikunu obbligati li jittrasmettu informazzjoni dwar il-ħajja privata ta' persuni naturali Ö lill-Eurostat Õ jekk l-informazzjoni trasmessa tippermetti li dawk il-persuni jkunu identifikati direttament jew indirettament.

    Artikolu 4

    1. Il-Kummissjoni għandha tieħu l-miżuri kollha meħtieġa regolatorji, amministrattivi, tekniċi u organizzattivi biex tiżgura l-konfidenzjalità tad- data statistika trasmessa mill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri Ö lill-Eurostat Õskond l-Artikolu 3.

    Ö 2. Õ Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi l-proċeduri għat-trasmissjoni ta' data statistika konfidenzjali Ö lill-Eurostat Õ u l-prinċipji għall-protezzjoni ta' dik id- data skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 7 Ö (2) Õ.

    Artikolu 5

    1. Il-Kummissjoni għandha tagħti struzzjonijiet lid-Direttur Ġenerali Ö tal-Eurostat Õbiex jiżgura l-protezzjoni tad-data trasmessa mill-awtoritajiet nazzjonali ta' l-Istati Membri lill-Eurostat. Hija għandha tistabbilixxi l-arranġamenti għall-organizzazzjoni interna Ö tal-Eurostat Õsabiex tiżgura dik il-protezjoni, wara li tikkonsulta mal-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 7 Ö (1) Õ.

    2. Data konfidenzjali trasmessa Ö lill-Eurostat Õ għandha tkun aċċessibbli biss għall-uffiċjali Ö tal-Eurostat Õ u tista' tintuża minnhom esklussivament għal għanijiet ta' statistika.

    3. Madankollu, l-Kummissjoni tista' tagħti aċċess għal data statistika konfidenzjali lill-persunal oħra Ö tal-Eurostat Õkif ukoll persuni oħra naturali li jaħdmu fil-post Ö tal-Eurostat Õ taħt kuntratt, f'każi speċjali u esklussivament għal għanijiet ta' statistika. Il-proċeduri għal dak l-aċċess għandhom ikunu stabbiliti mill-Kummissjoni skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 7 Ö (2) Õ.

    4. Data statistika konfidenzjali fil-pussess Ö tal-Eurostat Õ tista' tiġi disseminata biss meta maqgħuda ma' data oħra f'forma li tiżgura li l-unitajiet statistiċi ma jkunux jistgħu jiġu identifikati la direttament u lanqas indirettament.

    5. L-Uffiċjali u persunal oħra Ö tal-Eurostat Õ u persuni oħra naturali li jaħdmu fuq il-post tal-Eurostat taħt kuntratt ma' jistgħux jużaw jew jidesseminaw din id- data għal għanijiet minbarra dawk stabbiliti f'dan ir-Regolament. Din il-projbizzjoni għandha tkompli tgħodd ukoll wara t-trasferiment, terminazzjoni ta' servizz jew irtirar.

    ê 1588/90 Art. 4(2) (adattat)

    6. Il-miżuri ta' protezzjoni msemmija Ö f’paragrafi 1 sa 5 Õ għandhom jgħoddu għal:

    (a) data statistika konfidenzjali li t-trasmissjoni tagħha Ö lill-Eurostat Õhija koperta b'att tal-liġi tal-Komunità li jirregola l-istatistika tal-Komunità,

    (b) id-data statistika kollha konfidenzjali trasmess volontarjament mill-Istati Membri Ö lill-Eurostat Õ.

    ê 1588/90 (adattat)

    Artikolu 6

    L-Istati Membri għandhom, qabel l-1 ta' Jannar 1992, jieħdu miżuri adattati biex irażżnu kull ksur ta' l-obbligu li tinżamm is-segretezza ta' data konfidenzjali trasmessa skond l-Artikolu 3. Dawn il-miżuri għandhom ta' l-anqas jikkonċernaw ksur mwettaq fit-territorju ta' l-Istat Membru konċernat, minn uffiċjali jew persunal oħra Ö tal-Eurostat Õ u minn persuni oħra naturali li jaħdmu taħt kuntratt fuq il-post Ö tal-Eurostat Õ.

    ê 1588/90

    L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni mingħajr dewmien bil-miżuri meħuda. Il-Kummissjoni għandha tgħaddi din l-informazzjoni lill-Istati Membri l-oħra.

    ê 1882/2003 Art. 2 u l-Anness II, pt. 4 (adattat)

    Artikolu 7

    1. Ö Il-Kummissjoni hi megħjuna minn Õ Kumitat dwar il-Kunfidenzjalità ta’ l-Istatistika, minn hawn il-quddiem msejjaħ bħala «il-Kumitat».

    2. Meta ssir referenza għal dan Ö il-paragrafu Õ, l-Artikoli 4 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandhom ikunu applikabbli, wara li jkunu meqjusa d-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.

    ê 1882/2003 Art. 2 u l-Anness II, pt. 4

    Il-perijodu ta' żmien stabbilit fl-Artikolu 4(3) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun ta' tliet xhur.

    3. Il-Kumitat għandu jadotta r-regoli tal-proċedura tiegħu.

    ê 1588/90

    Artikolu 8

    Il-Kumitat għandu jeżamina l-kwistjonijiet imqajjma mill-president tiegħu, kemm fuq inizjattiva tiegħu stess jew fuq it-talba ta' rappresentant ta' Stat Membru, li jirrelataw ma' l-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament.

    ê

    Artikolu 9

    Ir- Regolament tal-Kunsill (Euratom, KEE) Nru 1588/90 hu mħassar.

    Referenzi għar-Regolament li ġie mħassar għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw skond it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness II.

    ê 1588/90 Art. 9 (adattat)

    Artikolu 10

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ Ö fl-għoxrin Õ jum Ö wara Õ l-pubblikazzjoni tiegħu fil- Ġurnal Uffiċjali Ö ta’ l-Unjoni Ewropea Õ.

    ê 1588/90

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussel,

    Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill

    Il-President Il-President

    é

    ANNESS I

    Regolament imħassar flimkien ma’ l-emendi suċċessivi tiegħu

    Regolament tal-Kunsill (Euratom, KEE) Nru 1588/90 (ĠU L 151, 15.6.1990, p. 1) |

    Regolament tal-Kunsill(KE) Nru 322/97 (ĠU L 54, 22.2.1997, p. 1) | Unikament l-Artikolu 21(2) |

    Regolament(KE) Nru 1882/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 284, 31.10.2003, p. 1) | Unikament l-Anness II, punt 4 |

    _____________

    ANNESS II

    Tabella Ta’ Korrelazzjoni

    Regolament (Euratom, KEE) Nru 1588/99 | Dan ir-Regolament |

    Artikolu 1(1) l-ewwel u t-tieni inċiżi | Artikolu 1(1)(a) u (b) |

    Artikolu 1(2) | Artikolu 1(2) |

    Artikolu 2(1) sa (10) | Artikolu 2(a) sa (j) |

    Artikolu 3(1) | Artikolu 3(1) |

    Artikolu 3(2) | Artikolu 3(2) |

    Artikolu 3(3) l-ewwel subparagafu | - |

    Artikolu 3(3) it-tieni subparagrafu | Artikolu 3(3) |

    Artikolu 3(4) | Artikolu 3(4) |

    Artikolu 4(1) | Artikolu 4(1) |

    Artikolu 4(2) | Artikolu 5(6) |

    Artikolu 4(3) | Artikolu 4(2) |

    Artikolu 5(1) sa (5) | Artikolu 5(1) sa (5) |

    Artikoli 6, 7 u 8 | Artikoli 6, 7 u 8 |

    - | Artikolu 9 |

    Artikolu 9 | Artikolu 10 |

    - | Anness I |

    - | Anness II |

    _____________[pic][pic][pic]

    [1] COM(87) 868 PV.

    [2] Ara l-Anness 3 għal Parti A tal-Konklużjonijiet.

    [3] Magħmula skond il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill – Kodifikazzjoni ta’ l- Acquis Communautaire, COM(2001) 645 finali.

    [4] Ara l-Anness I ta’ din il-proposta.

    [5] ĠU C [...], [...], p. [...].

    [6] ĠU C [...], [...], p. [...].

    [7] ĠU L 151, 15.6.1990, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 1882/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 284, 31.10.2003, p. 1).

    [8] Ara l-Anness I.

    [9] ĠU L 56, 4.3.1968, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE, Euratom) Nru 2104/2005 (ĠU L 337, 22.12.2005, p. 7).

    [10] ĠU L 152, 13.7.1967, p. 13.

    [11] ĠU L 184 17.7.1999, p. 23.

    [12] ĠU L 52, 22.2.1997, p. 1.

    Top